52011PC0452

Proposta għalREGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) /* KUMM/2011/0452 finali */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Kuntest tal-att propost 1.1. Ir-raġunijiet għall-proposta u l-objettivi tagħha

Il-firxa tal-kriżi finanzjarja esponiet riskji inaċċettabbli li jappartjenu għar-regolazzjoni attwali tal-istituzzjonijiet finanzjarji. Skont l-istimi tal-FMI, it-telf relatat mal-kriżi li sar mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu Ewropej bejn l-2007 u l-2010 jqarreb it-€1 triljun jew 8% tal-PDG tal-UE. Sabiex terġa’ tinkiseb l-istabilità fis-settur bankarju u jkun żgurat li l-kreditu jkompli bil-fluss fl-ekonomija reali, kemm l-UE kif ukoll l-Istati Membri adottaw firxa wiesgħa ta’ miżuri mingħajr preċedent biċ-ċittadini finalment iħallsu l-kont relatat.

F’dan il-kuntest, sa Ottubru 2010 l-Kummissjoni approvat €4.6 triljun ta’ miżuri ta’ għajnuna mill-istat lill-istituzzjonijiet finanzjarji li minnhom aktar minn €2 triljun intużaw b’mod effettiv fl-2008 u l-2009.

Il-livell tal-appoġġ fiskali pprovdut lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu jeħtieġ li jkun akkumpanjat minn riforma robusta li tindirizza d-defiċenzi regolatorji esposti matul il-kriżi. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni diġà pproponiet għadd ta’ emendi għal-leġiżlazzjoni bankarja li daħlu fis-seħħ fl-2009 (CRD II) u fl-2010 (CRD III). Din il-proposta fiha elementi żviluppati u miftehma globalment tal-istandards tal-kapital u l-likwidità tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu magħrufa bħala Basel III u tarmonizza dispożizzjonijiet oħra tal-leġiżlazzjoni attwali. L-għażliet regolatorji li saru huma spjegati fid-dettall fit-Taqsima 5 ta’ hawn taħt.

Id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu fiha dispożizzjonijiet relatati mill-qrib mal-aċċess għall-attività tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (bħad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-awtorizzazzjoni tan-negozju, l-eżerċizzju tal-libertà tal-istabiliment, is-setgħat tal-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri domiċiljari u ospitanti f'dan ir-rigward, u r-rieżami superviżorju tal-istituzzjonijiet ta' kreditu). Dawn l-elementi huma koperti mill-proposta għal Direttiva dwar l-aċċess għall-attività tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment li magħha l-proposta preżenti tifforma pakkett. Madankollu, id-Direttiva 2006/48/KE u b’mod partikolari l-annessi tagħha jistipulaw ukoll ir-regoli prudenzjali. Sabiex ikunu approssimati aktar id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi li jirriżultaw mit-traspożizzjoni tad-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE fid-dritt nazzjonali u sabiex ikun żgurat li l-istess regoli prudenzjali japplikaw direttament għalihom, li jkun essenzjali għall-funzjonament tas-suq intern, dawn ir-regoli prudenzjali jkunu s-suġġett ta’ din il-proposta għal Regolament.

Għal raġunijiet ta’ ċarezza, din il-proposta tgħaqqad ukoll ir-rekwiżiti prudenzjali dwar l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment, b'dawn tal-aħħar jiġu indirizzati fid-Direttiva 2006/49/KE.

1.1.1. Problemi indirizzati – elementi ġodda skont Basel III

Il-proposta hija mfassla biex tittratta d-defiċenzi regolatorji fl-oqsma li ġejjin:

Immaniġjar tar-riskju tal-likwidità (il-Parti Sitta): Il-prattiki eżistenti tal-immaniġjar tar-riskju tal-likwidità intwerew mill-kriżi li mhumiex adegwati biex jagħrfu r-riskji marbuta mat-titolizzazzjoni "originate-to-distribute", l-użu ta’ strumenti finanzjarji kumplessi u l-fiduċja fl-iffinanzjar b’mod wiesa’ bi strumenti ta’ matutità ta' terminu qasir. Dan ikkontribwixxa għall-falliment ta’ diversi istituzzjonijiet finanzjarji u mmina b’mod qawwi s-saħħa finanzjarja ta’ ħafna oħrajn, hedded l-istabilità finanzjarja u nneċessita appoġġ pubbliku. Waqt li għadd ta’ Stati Membri attwalment jimponu xi forma ta’ standard regolatorju kwantitattiv għal-likwidità, fil-livell tal-UE ma jeżisti l-ebda trattament regolatorju armonizzat espliċitu biżżejjed tal-likwidità ta' terminu qasir u ta' terminu twil. Id-diversità fl-istandards nazzjonali attwali xxekkel il-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji u timponi kost addizzjonali ta’ rrapportar fuq l-istituzzjonijiet transfruntieri.

Definizzjoni ta’ kapital (il-Parti Tnejn Titolu I): L-istituzzjonijiet daħlu fil-kriżi b’kapital ta’ kwantità u kwalità mhux suffiċjenti. Minħabba r-riskji li ffaċċjaw, ħafna istituzzjonjiet ma kellhomx ammonti suffiċjenti ta’ strumenti tal-kapital tal-ogħla kwalità li jistgħu jassorbu t-telf b'mod effettiv meta jfeġġ u jgħinu biex jippreservaw l-sitituzzjoni bħala negozju avvjat. Strumenti kapitali ibridi ta’ Grad 1 (ibridi), li preċedentement kienu meqjusa bħala assorbenti tat-telf fuq bażi ta’ negozju avvjat instabu li ma kinux effettivi fil-prattika. Strumenti kapitali ta’ Grad 2 ma kinux kapaċi jwettqu l-funzjoni tagħhom li jassorbu t-telf meta l-istituzzjoni ssir insolventi minħabba li l-istituzzjonijiet ħafna drabi ma tħallewx ifallu. Il-kwalità tal-istrumenti kapitali meħtieġa biex jassorbu t-telf mhux mistenni minn riskji fil-portafoll tan-negozjar instab li kienet għolja daqs dik tar-riskji fil-portafoll mhux ta' negozjar, u l-istrumenti kapitali ta’ Grad 3 instabu li ma kinux ta’ kwalità għolja biżżejjed. Biex tkun issalvagwardjata l-istabilità finanzjarja, f’ħafna pajjiżi l-gvernijiet ipprovdew appoġġ bħal qatt qabel lis-settur bankarju. Armonizzazzjoni insuffiċjenti fl-UE tad-definizzjoni ta’ kapital kienet katalist għal din is-sitwazzjoni, bi Stat Membri differenti jwettqu approċċi differenti b’mod sinifikanti għall-elementi tal-kapital li għandhom ikunu esklużi jew esklużi mill-fondi proprji. F’kombinazzjoni mal-fatt li l-proporzjonijiet regolatorji ma rriflettewx akkuratement il-kapaċità ta’ istituzzjoni li tassorbi t-telf, dan immina l-kapaċità tas-suq li jivvaluta akkuratement u konsistentement is-solvenza tal-istituzzjoniet tal-UE. Din nissel instabilità finanzjarja amplifikata fl-UE.

Riskju ta’ kreditu tal-kontroparti (il-Parti Tlieta t-Titolu II il-Kapitolu 6): Il-kriżi rivelat numru ta’ defiċenzi fit-trattament regolatorju attwali tar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti li jitnissel minn attivitajiet li jiffinanzjaw id-derivati, ir-repo u t-titoli. Hija wriet li d-dispożizzjonijiet eżistenti ma żgurawx ġestjoni xierqa u kapitalizzazzjoni adegwata għal dan it-tip ta’ riskju. Ir-regoli attwali wkoll ma pprovdewx inċentivi biżżejjed biex iċaqalqu kuntratti ta’ derivati barra l-borża ikklerjati fuq livell bilaterali għal ikklerjar multilaterali permezz ta’ kontropartijiet ċentrali.

Alternattivi, diskrezzjonijiet u armonizzazzjoni (ir-Regolament kollu): Fl-2000, seba’ direttivi bankarji ġew ssostitwiti b’Direttiva waħda. Din id-Direttiva ġiet riformulata fl-2006 waqt l-introduzzjoni tal-qafas ta’ Basel II fl-UE. Minħabba f’hekk, id-dispożizzjonijiet attwali jinkludu numru sinifikanti ta’ alternattivi u diskrezzjonijiet. Barra minn hekk, l-Istati Membri tħallew jimponu regoli aktar stretti minn dawk tad-Direttiva. Bħala riżultat, hemm livell għoli ta’ diverġenza li jkun partikolarment ta’ piż għall-impriżi li joperaw b’mod transfruntier. Din tnissel ukoll nuqqas ta’ ċarezza ġuridika u kundizzjonijiet inekwi.

1.1.2. L-objettivi tal-proposta

L-għan ġenerali ta’ din l-inizjattiva huwa li jkun żgurat li tissaħħaħ l-effikaċja tar-regolazzjoni tal-kapital ta’ istituzzjoni fl-UE u l-impatti avversi tagħha fuq il-protezzjoni tad-depożitant u l-proċikliċità tas-sistema finanzjarja tkun limitata waqt li tinżamm il-pożizzjoni kompetittiva tal-industrija bankarja tal-UE.

1.2. Il-kuntest ġenerali

Il-kriżi finanzjarja tat bidu għal sforz komuni fl-UE u fuq livell internazzjonali biex jiġu żviluppati politiki effettivi biex ikunu ttrattati l-problemi sottostanti. Grupp ta’ Livell Għoli ppresedut mis-Sur de Larosière ppropona rakkomandazzjonijiet għal riforma tas-superviżjoni u regolazzjoni finanzjarja Ewropea. Dawn ġew elaborati aktar f’Komunikazzjoni tal-Kummissjoni f’Marzu 2009. Din il-proposta fiha diversi reviżjonijiet tal-politika li jkunu elenkati fi pjan ta’ azzjoni dettaljat inkluż f’din il-Komunikazzjoni.

Fuq livell globali, id-Dikjarazzjoni tal-G-20 tat-2 ta’ April 2009 wasslet l-impenn biex tkun indirizzata l-kriżi bi sforzi konsistenti fuq livell internazzjonali biex tittejjeb il-kwantità u l-kwalità tal-kapital fis-sistema bankarja, tkun introdotta miżura supplimentari mhux ibbażata fuq ir-riskju biex trażżan l-ingranaġġ, ikun żviluppat qafas għal bafers ta’ likwidità aktar qawwija f’istituzzjonijiet finanzjarji u jkunu implimentati r-rakkomandazzjonijiet tal-Bord għall-Istabilità Finanzjarja (FSB) biex tiġi mmitigata l-proċikliċità.

B'respons għall-mandat mogħti mill-G-20, f’Settembru 2009 il-Grupp tal-Gvernaturi tal-Banek Ċentrali u l-Kapijiet tas-Superviżjoni (GHOS), il-korp ta’ sorveljanza tal-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (BCBS) [1], wasal fi ftehim dwar għadd ta’ miżuri biex tissaħħaħ ir-regolazzjoni tas-settur bankarju. Dawn il-miżuri ġew approvati mill-FSB u mill-mexxejja tal-G-20 fis-Summit tagħhom f’Pittsburgh tal-24-25 ta’ Settembru 2009.

F’Diċembru 2010, il-BCBS ħareġ regoli dettaljati dwar standards regolatorji globali ġodda dwar l-adegwatezza kapitali u l-likwidità ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, li kollettivament jissejħu Basel III. Din il-proposta tirrelata direttament mal-istandards regolatorji inklużi f’Basel III.

Il-Kummissjoni, fil-kapaċità tagħha bħala osservatur għall-BCBS, kienet qed taħdem mill-qrib ħafna mal-BCBS fuq l-iżvilupp ta’ dawn l-istandards, inkluża l-valutazzjoni tal-impatt tagħhom. Konsegwentement, il-miżuri proposti jsegwu fedelment is-sustanza tal-prinċipji ta’ Basel III. Sabiex jinkiseb l-objettiv doppju ta’ titjib tar-reżiljenza tas-sistema finanzjarja globali u li jkunu żgurati kundizzjonijiet ekwi, huma importanti li s-sett aktar robust ta’ rekwiżiti prudenzjali jkun applikat b’mod konsistenti madwar id-dinja.

Fl-istess waqt, fil-proċess tal-iżvilupp ta’ din il-proposta leġiżlattiva, il-Kummissjoni għamlet sforzi partikolari biex tiżgura li ċerti speċifitajiet u kwistjonijiet Ewropej ikunu indirizzati b’mod adegwat. F’dan il-kuntest, huwa importanti li wieħed jiftakar li fl-UE, mhux bħal xi ekonomiji maġġuri oħra, l-applikazzjoni tal-prinċipji regolatorji miftehma globalment taħt l-awspiċji tal-BCBS mhijiex ristretta biss għal banek attivi fuq livell internazzjonali. Dawn l-istandards fl-UE huma applikati fis-settur bankarju kollu, u jkopru l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha u b’mod ġenerali d-ditti ta’ investiment ukoll. Kif huwa spjegat aktar fit-Taqsima 4.2, l-UE dejjem qieset li tali approċċ biss jista’ jipprovdi kundizzjonijiet ekwi tabilħaqq fl-UE, waqt li jimmassimizza l-benefiċċji assoċjati ma’ stabilità finanzjarja.

Din hija waħda mir-raġunijiet għaliex ċerti adattamenti tal-prinċipji ta’ Basel III, li jistgħu jindirizzaw b’mod adegwat l-ispeċifitajiet u kwistjonijiet Ewropej, jidher li jkunu ġġustifikati. Madankollu, dawn l-adattamenti jibqgħu konsistenti man-natura u l-objettivi tar-riforma ta’ Basel III.

F’kuntest aktar wiesa’ għandu jkun innotat li waħda mill-prijoritajiet tal-Kummissjoni fir-riforma tar-regolamenti tas-servizzi finanzjarji tal-UE kienet li jiġi żgurat li s-settur bankarju jkun jista’ jwettaq l-iskop fundamentali tiegħu, jiġifieri li jsellef lill-ekonomija reali u jipprovdi servizzi liċ-ċittadini u lin-negozji fl-Ewropa. F’dan ir-rigward, fit-18 ta’ Lulju, il-Kummissjoni adottat Rakkomandazzjoni dwar l-aċċess għal kont tal-pagamenti bażiku[2].

2. Riżultati tal-konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati u tal-valutazzjonijiet tal-impatt 2.1. Konsultazzjoni mal-partijiet interessati

Is-servizzi tal-Kummissjoni segwew mill-qrib u pparteċipaw fix-xogħol tal-fora internazzjonali, b’mod partikolari l-BCBS, li kien inkarigat mill-iżvilupp tal-qafas ta’ Basel III. Il-Kumitat Bankarju Ewropew (KBE) u l-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej (KSBE), u s-suċċessur tiegħu mill-2011 l-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE), kienu involuti u kkonsultati b’mod estensiv. Il-fehmiet tagħhom ikkontribwew għat-tħejjija ta’ din il-proposta u għall-valutazzjoni tal-impatt li jakkumpanjaha.

2.1.1. KSBE

Il-KSBE wettaq studju dwar l-impatt kwantitattiv (QIS) komprensiv dwar l-impatt ta’ din il-proposta leġiżlattiva fuq l-industrija bankarja tal-UE. 246 istituzzjoni ta’ kreditu pparteċipaw fl-istudju. Il-KSBE wettaq ukoll konsultazzjonijiet pubbliċi estensivi u f’Ottubru 2008 ssottometta parir tekniku fil-qasam tal-għażliet u d-diskrezzjonijiet nazzjonali.

2.1.2. Grupp ta’ Ħidma ta’ CRD

Fil-qasam tal-alternattivi u d-diskrezzjonijiet nazzjonali, bejn l-2008 u l-2011, is-servizzi tal-Kummissjoni organizzaw sitt laqgħat tal-Grupp ta’ Ħidma tad-Direttivi dwar ir-Rekwiżiti Kapitali (GĦDRK), li l-membri tiegħu huma nnominati mill-KBE. Barra minn hekk, is-sottogruppi tal-GĦDRK fl-oqsma tal-likwidità, id-definizzjoni tal-kapital, il-proporzjon ta’ ingranaġġ u r-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti wettqu wkoll xogħol saħansitra f’livell aktar tekniku.

2.1.3. Konsultazzjonijiet pubbliċi oħra

Il-Kummissjoni wettqet erba’ konsultazzjonijiet pubbliċi fl-2009, l-2010 u l-2011, li jkopru l-elementi kollha ta’ din il-proposta. F’April 2010, is-servizzi tal-Kummissjoni mexxew seduta ta’ smigħ pubblika u miftuħa dwar din il-proposta li għaliha attendew il-gruppi tal-partijiet interessati kollha.

Ir-rispons għall-konsultazzjonijiet pubbliċi u l-fehmiet espressi fis-seduta ta’ smigħ pubblika huma riflessi fir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt li jakkumpanja. Risponsi individwali jkunu disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Kummissjoni.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni wettqet konsultazzjonijiet separati mal-industrija, inkluż mal-Grupp ta’ Esperti dwar Kwistjonijiet Bankarji (GEKB) stabilit mill-Kummissjoni u diversi assoċjazzjonijiet tal-industrija bankarja tal-UE u istituzzjonijiet individwali.

2.2. Valutazzjoni tal-impatt

B’kollox ġew ivvalutati u mqabbla 27 alternattiva ta’ politika bil-għan li jiġu indirizzati l-kwistjonijiet differenti identifikati[3]. It-tabella ta’ hawn taħt telenka l-alternattivi individwali li tqiesu fi ħdan kull sett ta’ politika u tikklassifikahom skont l-effikaċja[4] u l-effiċjenza[5] relattivi tagħhom fir-rigward tal-ilħuq ta’ objettivi tal-politika relevanti ta’ terminu twil. L-alternattivi ippreferuti, identifikati fuq il-bażi ta’ din il-klassifikazzjoni, huma enfasizzati u diskussi fil-bqija ta’ din it-taqsima.

Sett ta’ Alternattiva ta’ Politika Sett || Alternattivi Ta’ Politika || Kriterji għal Tqabbil bejn l-Alternattivi ta’ Politika

Effikaċja || Effiċjenza

Seddaq l-adegwatezza tar-rekwiżiti kapitali || Seddaq l-immaniġjar tar-riskji tal-banek || Impedixxi l-opportunitajiet ta’ arbitraġġ regolatorju || Seddaq iċ-ċarezza ġuridika || Naqqas il-piż tal-konformità || Seddaq kundizzjonijiet ekwi || Seddaq il-koperazzjoni u l-konverġenza superviżorji || Allinja r-rekwiżiti prudenzjali għal SIFIs mar-riskji li jnisslu || Naqqas iċ-ċikliċità tar-rekwiżiti tal-provviżjonament u l-kapital

Proporzjon Likwidità - Kopertura tal-Likwidità (LCR) || Żomm l-approċċ attwali || 3 || 3 || || || || || || || || 3

Introduċi LCR kif speċifikat fil-konsultazzjoni pubblika ta’ Frar 2010 || 2 || 2 || || || || || || || || 1

Introduċi l-LCR adottata mill-Kumitat ta’ Basel soġġetta għal perjodu ta’ osservazzjoni || 1 || 1 || || || || || || || || 2

Proporzjon Likwidità –Iffinanzjar Stabbli Nett (NSFR) || Żomm l-approċċ attwali || 3 || 3 || || || || || || || || 3

Introduċi NSFR kif speċifikat fil-konsultazzjoni pubblika ta’ Frar 2010 || 2 || 2 || || || || || || || || 2

Introduċi l-NSFR adottata mill-Kumitat ta’ Basel soġġetta għal perjodu ta’ osservazzjoni || 1 || 1 || || || || || || || || 1

Eliġibilità ta’ strumenti kapitali u l-applikazzjoni ta’ aġġustamenti regolatorji || Żomm l-approċċ attwali || 5 || 5 || 5 || || || 5 || || 5 || 5 || 5

Immodifika biss il-kriterji tal-eliġibilità kif speċifikat fil-konsultazzjoni pubblika ta’ Frar 2010 || 4 || 4 || 4 || || || 4 || || 4 || 4 || 4

Immodifika l-kriterji tal-eliġibilità u l-aġġustamenti regolatorji kif speċifikat fil-konsultazzjoni pubblika ta’ Frar 2010 || 1-3 || 1-3 || 1-3 || || || 2-3 || || 1 || 1-3 || 3

Immodifika l-kriterji tal-eliġibilità u l-aġġustamenti regolatorji fl-approċċ ta’ Basel || 1-3 || 1-3 || 1-3 || || || 2-3 || || 2-3 || 1-3 || 2

Immodifika l-kriterji tal-eliġibilità u l-aġġustamenti regolatorji fuq il-bażi tal-approċċ ta’ Basel b’xi aġġustamenti għal speċifiċitajiet tal-UE || 1-3 || 1-3 || 1-3 || || || 1 || || 2-3 || 1-3 || 1

Riskju ta’ kreditu tal-kontroparti (CCR) || Żomm l-approċċ attwali || 3 || 3 || || || || || || 3 || 3 || 3

Seddaq ir-rekwiżit ta’ CCR || 2 || 2 || || || || || || 2 || 2 || 2

Seddaq ir-rekwiżiti ta’ CCR u ddifferenzja t-trattament tal-iskoperturi lil Kontropartijiet Ċentrali || 1 || 1 || || || || || || 1 || 1 || 1

Proporzjon ta’ ingranaġġ || Żomm l-approċċ attwali || 3 || 3 || || || || || || || 3 || 3

Introduċi proporzjon ta’ ingranaġġ kif speċifikat fil-konsultazzjoni pubblika ta’ Frar 2010 || 2 || 2 || || || || || || || 2 || 2

Wettaq monitoraġġ estensiv tal-proporzjon ta’ ingranaġġ || 1 || 1 || || || || || || || 1 || 1

Bafers kapitali || Żomm l-approċċ attwali || 4 || 4 || || || || || || || 4 || 4

Bafer kapitali ta’ konservazzjoni || 1-2 || 1-3 || || || || || || || 3 || 2-3

Bafer kapitali kontroċikliku || 3 || 1-3 || || || || || || || 1-2 || 2-3

Bafer kapitali doppju || 1-2 || 1-3 || || || || || || || 1-2 || 1

Ġabra unika tar-regoli || Żomm l-approċċ attwali || || || 4 || 4 || 4 || 4 || 4 || || || 4

Armonizzazzjoni minima || || || 3 || 3 || 1-3 || 3 || 3 || || || 1-3

Armonizzazzjoni massima || || || 1-2 || 1 || 1-3 || 1 || 1 || || || 1-3

Armonizzazzjoni massima b’xi eċċezzjonijiet || || || 1-2 || 2 || 1-3 || 2 || 2 || || || 1-3

Għażla ta’ strument ta’ politika || Emenda s-CRD || || || 2 || 2 || 2 || || 2 || || || 2

Illimita l-kamp tal-applikazzjoni tas-CRD u pproponi regolament || || || 1 || 1 || 1 || || 1 || || || 1

L-iskala tal-gradazzjoni tal-alternattivi: 1=l-aktar effikaċi / effiċjenti, 5=l-inqas effikaċi / effiċjenti

2.2.1. Miżuri tal-politika individwali

Immaniġjar tar-riskju tal-likwidità (il-Parti Sitta): Biex titjieb ir-reżiljenza ta' terminu qasir tal-profil tar-riskju tal-likwidità tal-istituzzjonijiet finanzjarji, sejjer jiġi introdott il-Proporzjon tal-Kopertura tal-Likwidità (LCR) wara perjodu ta’ osservazzjoni u analiżi fl-2015. L-LCR sejjer jeħtieġ li l-istituzzjonijiet iqabblu l-flussi ta’ ħruġ nett tal-likwidità matul perjodu ta’ 30 jum b'bafer ta’ assi likwidi ta’ ‘kwalità għolja’. Il-flussi ta’ ħruġ koperti (id-denominatur) se jkun jirrifletti l-iskossi speċifiċi għall-istituzzjoni u sistemiċi mibnija fuq ċirkostanzi reali mġarrba fil-kriżi finanzjarja globali. Id-dispożizzjonijiet rigward il-lista tal-assi likwidi ta’ kwalità għolja (in-numeratur) biex ikopru dawn il-flussi ta’ ħruġ għandhom jiżguraw li dawn l-assi jkunu ta’ kreditu u likwidità ta’ kwalità għolja. Fuq il-bażi tad-definizzjoni tal-LCR inkluża f’Basel III, il-konformità ma' dan ir-rekwiżit mistennija tipproduċi benefiċċji annwali netti fil-PDG fil-medda ta’ 0.1 % sa 0.5 %, minħabba tnaqqis fil-frekwenza mistennija ta’ kriżijiet sistemiċi.

Biex ikunu indirizzati l-problemi ta’ finanzjament li jitnisslu mill-ispariġġ fil-maturità tal-assi -obbligazzjonijiet, il-Kummissjoni se tqis li tipproponi Proporzjon ta’ Ffinanzjar Stabbli Nett (NSFR) wara perjodu ta’ osservazzjoni u analiżi fl-2018. L-NSFR sejjer jeħtieġ lill-istituzzjonijiet li jżommu struttura ta’ finanzjament stabbli fuq medda ta’ sena f’xenarju estiż ta’ stress għal kumpaniji speċifiċi bħal pereżempju tnaqqis sinifikanti fil-profittabilità jew fis-solvenza tagħhom. Għal dan il-għan, l-assi attwalment iffinanzjati u kwalunkwe obbligi kontinġenti ta’ finanzjament ikunu jridu jikkorrispondu, sa ċertu punt, ma’ sorsi ta’ finanzjament stabbli.

Definizzjoni ta’ kapital (il-Parti Tnejn): Il-proposta tibni fuq il-bidliet magħmula fis-CRD2 biex jissaħħu aktar il-kriterji għall-eliġibilità tal-istrumenti kapitali. Barra minn hekk, tintroduċi armonizzazzjoni sinifikanti tal-aġġustamenti magħmula fl-ekwità kontabilistika sabiex ikun stabilit l-ammont tal-kapital regolatorju li jkun prudenti li jkun rikonoxxut għal finijiet regolatorji. Din id-definizzjoni armonizzata ġdida ser tkabbar b’mod sinifikanti l-ammont tal-kapital regolatorju li jkun meħtieġ li jinżamm mill-istituzzjonijiet.

Ir-rekwiżiti ġodda għal kapital regolatorju f’negozji avvjati - Ekwità Komuni Grad 1 u kapital ta’ Grad 1 – sejrin jiġu implimentati gradwalment bejn l-2013 u l-2015. L-aġġustamenti prudenzjali ġodda wkoll sejrin jiġu introdotti gradwalment, 20 % kull sena mill-2014, u jaslu sa 100 % fl-2018. Dispożizzjonijiet ta’ anterjorità ta’ aktar minn 10 snin se japplikaw ukoll għal ċerti strumenti kapitali sabiex dan iwassal biex tkun żgurata tranżizzjoni bla skossi għar-regoli l-ġodda.

Riskju ta’ kreditu tal-kontroparti (il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 6): Ir-rekwiżiti għall-immaniġjar u l-kapitalizzazzjoni tar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti sejrin jissaħħu. L-istituzzjonijiet sejrin ikunu soġġetti għal addebitament kapitali addizzjonali għal telf potenzjali assoċjat mad-deterjorament fl-affidabilità kreditizja ta’ kontroparti. Dan se jippromwovi prattiki sodi fl-immaniġjar ta' dan ir-riskju u jirrikonoxxi l-iħħeġġjar tiegħu u dan jippermetti lill-istituzzjonijiet sabiex jimmitigaw l-impatt ta’ din l-imposta ta’ kapital. L-ippeżar tar-riskju fuq l-iskoperturi għall-istituzzjonijiet finanzjarji fir-rigward tas-settur korporattiv mhux finanzjarju sejjer jiżdied. Din l-emenda mistennija tinkoraġġixxi d-diversifikazzjoni tar-riskju ta’ kontroparti fost l-istituzzjonijiet aktar żgħar u, b’mod ġenerali, għandha tikkontribwixxi għal inqas interkonnettività bejn l-istituzzjonijiet kbar jew sistemikament importanti. Il-proposta sejra ttejjeb ukoll l-inċentivi għall-ikklerjar ta’ strumenti barra l-borża permezz ta’ kontropartijiet ċentrali. Dawn il-proposti mistennija jaffettwaw l-aktar lill-akbar istituzzjonijiet tal-UE, minħabba li r-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti huwa relevanti biss għall-banek b’attivitajiet sinifikanti ta’ ffinanzjar ta’ derivati barra l-borża u titoli.

Proporzjon ta’ ingranaġġ (il-Parti Sebgħa): Sabiex tkun limitata l-konċentrazzjoni eċċessiva ta’ ingranaġġ fuq il-karti bilanċjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment u b’hekk jissaħħaħ il-konteniment taċ-ċikliċità tas-self, il-Kummissjoni tipproponi wkoll li jkun introdott proporzjon ta’ ingranaġġ mhux ibbażat fuq ir-riskju. Kif miftiehem mal-BCBS, dan se jkun introdott bħala strument għall-analiżi superviżorja tal-istituzzjonijiet. L-impatti tal-proporzjon sejrin jiġu mmonitorjati bil-għan li jitressaq għal miżura vinkolanti ta’ pilastru wieħed fl-2018, fuq il-bażi ta’ analiżi u kalibrar xierqa, skont il-ftehimiet internazzjonali.

Ġabra unika tar-regoli (ir-Regolament kollu): Il-proposta tarmonizza l-approċċi superviżorji nazzjonali diverġenti billi tneħħi kważi għal kollox l-alternattivi u d-diskrezzjonijiet. Xi oqsma speċifiċi ddefiniti sewwa, fejn id-diverġenzi huma dovuti għal kunsiderazzjonijiet ta’ valutazzjoni tar-riskju, l-ispeċifiċitajiet tas-suq jew il-prodott u l-oqfsa ġuridiċi tal-Istati Membri, huma eżentati, biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jadottaw regoli aktar stretti.

2.2.2. Strument ta’ politika

Din il-proposta tissepara b’mod effettiv ir-rekwiżiti prudenzjali miż-żewġ oqsma l-oħra tad-Direttiva 2006/48/KE u d-Direttiva 2006/49/KE, jiġifieri l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni kontinwa li se jibqgħu f’forma ta’ Direttiva li flimkien ma’ din il-proposta tifforma pakkett. Dan jirrifletti d-differenzi fis-suġġett, in-natura u lil min hija indirizzata.

2.2.3. Impatt kumulattiv tal-pakkett

Biex tissupplimenta l-valutazzjoni tal-impatt tagħha stess ta’ Basel III, il-Kummissjoni analizzat numru ta’ studji mħejjija kemm mis-settur pubbliku kif ukoll mis-settur privat. Ir-riżultati ewlenin tagħhom jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej:

Din il-proposta flimkien ma’ CRD III hija stmata li żżid l-assi ppeżati għar-riskju ta’ istituzzjonjiet ta’ kreditu kbar b’24.5 % u tal-istituzzjonjiet ta’ kreditu żgħar b’4.1 % biss. Il-ħtieġa li jinġabru fondi proprji ġodda minħabba r-rekwiżit ġdid u l-bafer ta’ konservazzjoni huwa stmata li jlaħħaq €84 biljun sal-2015 u €460 biljun sal-2019.

Hemm benefiċċji ekonomiċi netti ta’ terminu twil ċari minn żieda annwali fil-PDG tal-UE fil-medda ta’ 0.3%-2%. Huma jitnisslu minn tnaqqis fil-frekwenza mistennija u l-probabilità ta’ kriżijiet sistemiċi fil-ġejjieni.

Huwa stmat li l-proposta se tnaqqas il-probabilità ta’ kriżi sistemika bankarja f’seba’ Stati Membri fil-medda ta’ 29% sa 89% meta l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jirrikapitalizzaw għal proporzjon kapitali totali ta’ mill-inqas 10.5%.

Barra minn hekk, kapital ogħla, inkluż il-bafer kapitali kontroċikliku, u r-rekwiżiti tal-likwidità għandhom inaqqsu wkoll l-amplitudni taċ-ċikli tan-negozju normali. Dan huwa relevanti b’mod partikolari għall-impriżi żgħar u medji li jkunu relattivament aktar dipendenti minn kumpaniji kbar fuq l-finanzjament minn isituzzjonijiet ta’ kreditu matul iċ-ċiklu ekonomiku.

2.2.4. Piż amministrattiv

L-istituzzjonijiet b’aktar attività transfruntiera l-aktar li jibbenefikaw minn armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali attwali minħabba li l-iffrankar sussegwenti mill-piż amministrattiv huwa mistenni li jnaqqas il-piżijiet tagħhom fir-rigward tal-provvedimenti ta’ Basel III.

3. Monitoraġġ u evalwazzjoni

L-emendi proposti huma marbuta mad-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE li jippreċedu dan ir-Regolament. Dan ifisser li ż-żewġ elementi tad-Direttiva preċedenti u l-elementi l-ġodda introdotti minn dan ir-Regolament sejrin jiġu mmonitorjati mill-qrib. Il-monitoraġġ tal-proporzjon ta’ ingranaġġ u l-miżuri tal-likwidità ġodda se jkunu soġġetti għal skrutinju partikolari fuq il-bażi tad-dejta tal-istatistika miġbura skont id-dipożizzjonijiet f’din il-proposta. Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni se jseħħu kemm fil-livell tal-UE (ABE/BĊE – Bank Ċentrali Ewropew) kif ukoll fil-livell internazzjonali (BCBS).

4. Elementi ġuridiċi tal-proposta 4.1. Il-bażi ġuridika

L-Artikolu 114(1) tat-TFUE jipprovdi l-bażi legali għal Regolament li joħloq dispożizzjonijiet uniformi mmirati lejn il-funzjonament tas-suq intern. Billi l-proposta għal Direttiva [inserit mill-OP] tirregola l-aċċess għall-attività tan-negozji u hija bbażata fuq l-Artikolu 53 tat-TFUE, il-ħtieġa li dawn ir-regoli jkunu sseparati mir-regoli dwar kif dawn l-attivitajiet jitwettqu tiġġustifika l-użu ta’ bażi legali ġdida għal dawn tal-aħħar.

Rekwiżiti prudenzjali jistabilixxu l-kriterji għall-valutazzjoni tar-riskju marbuta ma’ ċerti attivitajiet bankarji u tal-fondi meħtieġa bħala kontrobilanċ għal dawn ir-riskji. Bħala tali, huma ma jirregolawx l-aċċess għal attivitajiet li jieħdu depożitu iżda jirregolaw il-mod li bih tali attivitajiet jitwettqu sabiex tkun żgurata l-protezzjoni tad-depożitanti u l-istabilità finanzjarja. Ir-Regolament propost jintegra r-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment, li attwalment huma stipulati f’żewġ Direttivi differenti (2006/48/KE u 2006/49/KE), fi strument ġuridiku wieħed, li jissimplifika b’mod konsiderevoli l-qafas ġuridiku applikabbli.

Kif ġie enfasizzat hawn fuq (it-taqsimiet 1.1.1 u 2.2.1), id-dispożizzjonijiet attwali jinkludu numru sinifikanti ta’ alternattivi u diskrezzjonijiet u jippermettu lill-Istati Membri sabiex jimponu regoli aktar stretti minn dawk tad-Direttiva 2006/48/KE u d-Direttiva 2006/49/KE. Dan jirriżulta f’livell għoli ta’ diverġenza li joħloq biss problemi għall-finijiet ta’ stabilità finanzjarja kif stipulata fit-taqsima 1.1.1 ta’ hawn fuq, imma jxekkel ukoll il-forniment transfruntier ta’ servizzi u l-istabiliment fi Stati Membri oħra minħabba li kull darba li istituzzjoni tkun tixtieq tistabilixxi operazzjonijiet fi Stat Membru ieħor hija jkolha tivvaluta sett differenti ta’ regoli. Dan joħloq kundizzjonijiet inekwi li jxekklu s-suq intern u jxekklu wkoll iċ-ċarezza legali. Minħabba li l-kodifikazzjonijiet u r-riformulazzjonijiet preċedenti ma wasslux għal tnaqqis ta’ diverġenza, huwa meħtieġ li jkun adottat Regolament sabiex jiġu stabiliti regoli uniformi fl-Istati Membri kollha bil-għan li jkun żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

It-tfassil tar-rekwiżiti prudenzjali f’forma ta’ Regolament jiżgura li dawk ir-rekwiżiti jkunu applikabbli direttament għall-istituzzjonijiet. Dan jiżgura kundizzjonijiet ekwi billi jneħħi r-rekwiżiti nazzjonali diverġenti minħabba t-traspożizzjoni ta’ Direttiva. Ir-Regolament propost se juri b’mod ċar li l-istituzzjonijiet isegwu l-istess regoli fis-swieq kollha tal-UE, u dan se jagħti spinta lill-fiduċja fl-istabilità tal-istituzzjonijiet fl-UE. Regolament jagħti wkoll is-setgħa lill-UE sabiex timplimenta b’aktar ħeffa kwalunkwe tibdiliet fil-ġejjieni, minħabba li l-emendi jkunu japplikaw kważi minnufih wara l-adozzjoni. Dan jagħti s-setgħa lill-UE sabiex tissodisfa l-iskadenzi miftehma fuq livell internazzjonali għall-implimentazzjoni u li ssegwi l-iżviluppi sinifikanti fis-suq.

4.2. Sussidjarjetà

Skont il-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità stabiliti fl-Artikolu 5 tat-TFUE, l-objettivi tal-azzjoni proposta ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għaldaqstant jistgħu jinkisbu aħjar mill-UE. Id-dispożizzjonijiet ma jmorrux lil hinn min dak li jkun meħtieġ biex jinkisbu l-objettivi segwiti. Azzjoni tal-UE biss tista’ tiżgura li l-istituzzjonijiet u d-ditti tal-investiment li joperaw f’aktar minn Stat Membru wieħed huma soġġetti għall-istess rekwiżiti prudenzjali u b’hekk ikunu żgurati kundizzjonijiet ekwi, tnaqqis fil-kumplessità regolatorja, jiġu evitati spejjeż mhux iġġustifikati tal-konformità għal attivitajiet transfruntieri, tiġi promossa aktar integrazzjoni fis-suq tal-UE u tikkontribwixxi għat-tneħħija ta’ opportunitajiet ta’ arbitraġġ regolatorju. L-azzjoni tal-UE tiżgura wkoll livell għoli ta’ stabilità finanzjarja fl-UE. Dan huwa kkonfermat mill-fatt li r-rekwiżiti prudenzjali stipulati fil-proposta kienu stabiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE għal aktar minn 20 sena.

L-Artikolu 288 tat-TFUE jħalli għażla bejn strumenti ġuridiċi differenti. Għaldaqstant, Regolament huwa soġġett għall-prinċipju tas-sussidjarjetà bl-istess mod bħal strumenti ġuridiċi oħra. Is-sussidjarjetà trid tkun ibbilanċjata ma’ prinċipji oħra fit-Trattati bħalma huma l-libertajiet fundamentali. Id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE huma formalment diretti lejn l-Istati Membri iżda eventwalment indirizzati lejn in-negozji. Regolament joħloq kundizzjonijiet aktar ekwi minħabba li jkun direttament applikabbli u m’hemmx ħtieġa li tkun ivvalutata l-leġiżlazzjoni fi Stati Membri oħra qabel jinbeda negozju minħabba li r-regoli jkunu eżattament l-istess. Dan huwa piż inqas għall-istituzzjonijiet. Dewmien fir-rigward tat-traspożizzjoni tad-Direttivi jista’ jkun evitat ukoll bl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.

4.3. Ir-rwol tal-ABE u l-konformità mal-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE

F’aktar minn 50 dispożizzjoni ta’ din il-proposta, l-ABE tintalab tissottmetti standards tekniċi regolatorji u tal-implimentazzjoni lill-Kummissjoni sabiex tispeċifika l-kriterji stipulati f’xi dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni konsistenti tiegħu. Il-Kummissjoni ngħatat is-setgħa li tadottahom bħala atti delegati u ta’ implimentazzjoni.

Fit-23 ta’ Settembru 2009, il-Kummissjoni adottat proposti għal Regolamenti li jistabilixxu l-ABE, l-AEAPX (Awtorità Ewropa tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (AEAPX), u l-AETS (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) [6]. F'dan ir-rigward il-Kummissjoni tixtieq tfakkar fid-Dikjarazzjonijiet marbuta mal-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE li għamlet waqt l-adozzjoni tar-Regolamenti li jistabilixxu l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej skont liema: "Fir-rigward tal-proċess għall-adozzjoni ta' standards regolatorji, il-Kummissjoni tenfasizza l-karattru uniku tas-settur tas-servizzi finanzjarji, b'segwitu għall-istruttura Lamfalussy u rikonoxxuta espliċitament fid-Dikjarazzjoni 39 TFUE. Madankollu, il-Kummissjoni għandha dubji serji kemm ir-restrizzjonijiet fuq ir-rwol tagħha meta tadotta atti delegati u provvedimenti ta' implimentazzjoni jkunu skont l-Artikoli 290 u 291 TFUE."

4.4. Interazzjoni u konsistenza bejn l-elementi tal-pakkett

Dan ir-Regolament jifforma pakkett mad-Direttiva proposta [inserit mill-OP]. Dan il-pakkett jissostitwixxi d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE. Dan ifisser li kemm id-Direttiva kif ukoll ir-Regolament sejrin jittrattaw kemm l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kif ukoll id-ditti tal-investiment. Attwalment, dawn tal-aħħar huma sempliċiment ‘annessi’ mad-Direttiva 2006/48/KE mid-Direttiva 2006/49/KE. Parti kbira minnha sempliċiment fiha referenzi għad-Direttiva 2006/48/KE. Għaldaqstant, it-twaħħid tad-dipożizzjonijiet applikabbli għaż-żewġ negozji fil-pakkett sejjer itejjeb il-qari tad-dispożizzjonijiet li jirregolawhom. Barra minn hekk, l-annessi estensivi tad-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE sejrin ikunu integrati fit-termini leġiżlattivi, u b’hekk l-applikazzjoni tagħhom issir aktar sempliċi.

Regolamenti prudenzjali applikabbli direttament għall-istituzzjonijiet qed jiġu inklużi fil-proposta għal Regolament. Fil-proposta għal Direttiva baqa' dispożizzjonijiet rigward l-awtorizzazzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-eżerċizzju tal-libertà tal-istabiliment u l-moviment liberu tas-servizzi. Dan ma jkunx jikkonċerna lid-ditti tal-investiment, minħabba li d-drittijiet u l-obbligi korrispondenti huma regolati mid-Direttiva 2004/39/KE ('MiFiD'). Il-prinċipji ġenerali tas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet, li jkunu indirizzati lill-Istati Membri, u jeħtieġu t-traspożizzjoni u l-eżerċizzju tad-diskrezzjoni, sejrin jibqgħu ukoll fid-Direttiva. Dan jinkludi b’mod partikolari l-iskambju ta’ informazzjoni, it-tqassim tal-kompiti bejn is-superviżuri tal-pajjiż domiċiljari u dak ospitanti u l-eżerċizzju tas-setgħat ta’ sanzjonar (li sejrin jiġu introdotti għall-ewwel darba). Id-Direttiva xorta tkun tinkludi d-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istħarriġ superviżjorju fuq l-istituzzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Dawn id-dispożizzjonijiet jissupplimentaw ir-rekwiżiti prudenzjali ġenerali stabiliti fir-Regolament għall-istituzzjonijiet permezz ta’ arranġamenti individwali li jiġu deċiżi mill-awtoritajiet kompetenti bħala riżultat tal-isħarriġ superviżorju kontinwu tagħhom ta’ kull istituzzjoni ta’ kreditu u ta’ kull ditta tal-investiment individwali. Il-medda ta’ tali arranġamenti superviżorji tkun stabilita fid-Direttiva minħabba li l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jeżerċitaw il-ġudizzju tagħhom rigward liema arranġamenti jiġu imposti. Dan jinkludi l-proċessi interni fi ħdan istituzzjoni li b’mod partikolari jikkonċernaw ir-rekwiżiti tal-immaniġjar tar-riskji u tal-governanza korporattiva li qegħdin jiġu introdotti għall-ewwel darba.

5. Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta u tqabbil ma’ Basel III

Biex tiżgura applikazzjoni bilanċjata ta’ Basel III għall-istituzzjonijiet tal-UE, il-Kummissjoni kellha tagħmel diversi għażliet regolatorji, li jkunu spjegati f’dan il-Kapitolu.

5.1. Armonizzazzjoni massima (ir-Regolament kollu)

Hija neċessarja armonizzazzjoni massima biex tinkiseb ġabra tabilħaqq unika tar-regoli. Rekwiżiti aktar stretti mhux adattati u mhux koordinati fi Stati Membri individwali jistgħu jirriżultaw fiċ-ċaqliq tal-iskoperturi u r-riskji sottostanti għas-settur bankarju parallel jew minn Stat Membru tal-UE għal Stat Membru ieħor.

Barra minn hekk, il-valutazzjonijiet tal-impatt imwettqa mill-Kumitat ta’ Basel u l-Kummissjoni Ewropea huma bbażati fuq il-proporzjonijiet kapitali speċifiċi adottati. Mhuwiex ċert x’se jkun l-impatt potenzjali f’termini ta’ spejjeż u tkabbir fil-każ ta’ rekwiżiti kapitali ogħla f’wieħed jew aktar mill-Istati Membri, potenzjalment imwessa’ permezz ta’ mekkaniżmu ta’ “tiġrija għall-ewwel post” fl-UE.

Jekk ikun hemm il-ħtieġa ta’ rekwiżiti prudenzjali aktar stretti fil-livell tal-UE, għandu jkun hemm modi kif il-ġabra unika tar-regoli tiġi mmodifikata temporanjament kif jixraq. Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat li jkabbar għal perjodu limitat il-livell tar-rekwiżiti kapitali, il-piżijiet tar-riskju ta’ ċerti skoperturi, jew għandha timponi rekwiżiti prudenzjali aktar stretti, għall-iskoperturi kollha jew għal skoperturi għal settur, reġjun jew Stat Membru wieħed jew aktar, fejn dan ikun neċessarju biex ikunu indirizzati l-bidliet fl-intensità tar-riskji mikroprudenzjali u makroprudenzjali li jitnisslu mill-iżviluppi fis-suq li jfiġġu wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fuq ir-rakkomandazzjoni jew l-opinjoni tal-BERS.

Din il-proposta u l-proposta li takkumpanjaha għad-Direttiva diġà fihom tliet possibilitajiet għall-awtoritajiet kompetenti biex jindirizzaw preokkupazzjonijiet makroprudenzjali fil-livell nazzjonali.

– għal għoti ta' self iggarantit minn proprjetà immobbli, l-Istati Membri jistgħu jaġġustaw ir-rekwiżiti kapitali;

– l-Istati Membri jistgħu jimponu rekwiżiti kapitali addizzjonali lil istituzzjonijiet individwali jew gruppi ta’ istituzzjonijiet meta jkun iġġustifikat minn ċirkustanzi speċifiċi skont ’l hekk imsejħa ‘Pilastru 2’;

– l-Istati Membri jistabilixxu l-livell tal-bafer kapitali kontroċikliku, li jirrifletti r-riskji makroekonomiċi speċifiċi fi Stat Membru partikolari. Dan attwalment jimmodifika r-rekwiżiti kapitali sa punt sinifikanti.

Barra minn hekk, l-Istati Membri se jkunu jistgħu jantiċipaw uħud mir-regoli aktar stretti ġodda bbażati fuq Basel III matul il-perjodu tranżizzjonali, jiġifieri jimplimentawhom b’mod aktar rapidu mill-pass stabilit f’Basel III.

5.2. Definizzjoni tal-kapital (il-Parti Tnejn) 5.2.1. Tnaqqisiet f'parteċipazzjonijiet sinifikanti f’entitajiet tal-assigurazzjoni u konglomerati finanzjarji

Basel III tirrikjedi lil banek attivi fuq livell internazzjonali sabiex inaqqsu mill-investimenti sinifikanti f’fondi proprji tagħhom f’kumpaniji tal-assigurazzjoni mhux konsolidati. Dan għandu l-għan li jiżgura li bank ma jkunx jista’ jgħodd fil-fondi proprji tiegħu l-kapital użat minn sussidjarja tal-assigurazzjoni. Għal gruppi li jinkludu negozju bankarju jew ta’ investiment u negozju tal-assigurazzjoni sinifikanti, id-Direttiva 2002/87/KE dwar Konglomerati Finanzjarji, tipprovdi regoli speċifiċi biex ikun indirizzat tali ‘għadd doppju’ tal-kapital. Id-Direttiva 2002/87/KE hija bbażata fuq prinċipji miftehma fuq livell internazzjonali għat-trattament tar-riskju fis-setturi kollha. Din il-proposta ssaħħaħ il-mod kif dawn ir-regoli għal Konglomerati Finanzjarji għandhom japplikaw għal gruppi ta’ kumpaniji bankarji u tal-investiment, biex tkun żgurata l-applikazzjoni robusta u konsistenti tagħhom. Kwalunkwe bidliet oħra li huma neċessarji sejrin jiġu indirizzati fl-analiżi tad-Direttiva 2002/87/KE, mistennija fl-2012.

5.2.2. Fondi proprji tal-ogħla kwalità – il-kriterji, it-tneħħija gradwali u l-anterjorità

Skont Basel III, l-istrumenti ta’ fondi proprji tal-ogħla kwalità għal banek attivi fuq livell internazzjonali li jkunu kumpaniji b’ishma konġunti jridu jinkludu biss “ishma ordinarji” li jissodisfaw kriterji stretti. Din il-proposta timplimenta dawn il-kriterji stretti ta' Basel III. Hija ma tirrestrinġix il-forma ġuridika tal-element ta’ kapital tal-ogħla kwalità maħruġ minn istituzzjonijiet strutturati bħala kumpaniji b’ishma konġunti għal ishma ordinarji. Id-definizzjoni ta’ ishma ordinarji tvarja skont il-liġi tal-kumpaniji nazzjonali. Il-kriterji stretti stabiliti f’din il-proposta se jiżguraw li strumenti tal-ogħla kwalità biss jiġu rikonoxxuti bħala l-forma tal-ogħla kwalità ta’ kapital regolatorju. Skont dawn il-kriterji, l-istrumenti biss li jkunu ta’ kwalità għolja bħall-ishma ordinarji se jkunu jistgħu jikkwalifikaw għal dan it-trattament.  Sabiex tkun żgurata t-trasparenza sħiħa tal-istrumenti rikonoxxuti, il-proposta teħtieġ lill-ABE li tiġbor, iżżomm u tippubblika lista tat-tipi ta’ strumenti rikonoxxuti.

Basel III tipprovdi tnaqqis gradwali fuq 10 snin għal ċerti strumenti maħruġa minn kumpaniji mhux b’ishma konġunti li ma jissodisfawx ir-regoli l-ġodda. B’konsistenza mal-emendi magħmula għal fondi proprji mid-Direttiva 2009/111/KE, u l-ħtieġa li jkun żgurat it-trattament konsistenti tal-forom legali differenti ta’ kumpanija, din il-proposta (il-Parti Għaxra, it-Titolu 1, il-Kapitolu 2) testendi tali anterjorità wkoll għall-istrumenti tal-ogħla kwalità maħruġa minn kumpaniji b’ishma konġunti li ma jkunux ishma komuni, u l-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati

Basel III tippermetti li l-istrumenti li ma jissodisfawx ir-regoli ġodda li jkunu nħarġu qabel it-12 ta’ Settembru 2010 jitneħħew gradwalment mill-kapital regolatorju, sabiex tkun żgurata tranżizzjoni bla skossi għar-regoli l-ġodda. Din hija meqjusa bħala ‘d-data tal-għeluq’ għall-arranġamenti tranżizzjonali. L-istrumenti kollha li ma jissodisfawx ir-regoli l-ġodda li jinħarġu wara d-data tal-għeluq se jkunu esklużi b’mod sħiħ mill-kapital regolatorju mill-2013.  Din il-proposta tistabilixxi d-data tal-għeluq għad-data tal-adozzjoni ta’ din il-proposta mill-Kummissjoni. Dan huwa meħtieġ sabiex ikun evitat li l-proposta tkun meħtieġa li tkun applikata b’mod retroattiv, li legalment ma jkunx fattibbli.

5.2.3. Impriża mutwali, banek koperattivi u istituzzjonijiet simili

Basel III tiżgura li r-regoli l-ġodda jistgħu jiġu applikati għal strumenti kapitali tal-ogħla kwalità ta’ kumpaniji mhux b’ishma konġunti - pereżempju impriżi mutwali, banek koperattivi u istituzzjonijiet simili.  Din il-proposta tispeċifika f’aktar dettall l-applikazzjoni tad-definizzjoni ta’ Basel III ta’ kapital għall-istrumenti kapitali tal-ogħla kwalità maħruġa minn kumpaniji mhux b’ishma konġunti.

5.2.4. Interess minoritarju u ċerti strumenti kapitali maħruġa minn sussidjarji

Interess minoritarju huwa l-kapital ta’ ċerti sussidjarji li jkun fil-pussess ta' azzjonist minoritarju minn barra l-grupp. Basel III tirrikonoxxi l-interess minoritarju – u ċertu kapital regolatorju maħruġ minn sussidjarji - iżda sal-punt li dawk is-sussidjarji jkunu istituzzjonijiet (jew soġġetti għall-istess regoli) u l-kapital jintuża biex ikunu ssodisfati r-rekwiżiti kapitali u l-Bafer Kapitali ta' Konservazzjoni, bafer kapitali ġdid li jimponi restrizzjonijiet ġodda fuq il-ħlas tad-dividendi u ċerti kupuni u bonusijiet. Il-bafer kapitali ġdid l-ieħor – il-Bafer Kontroċikliku – huwa strument makroprudenzjali importanti, li jista’ jkun impost mis-superviżuri biex jimmoderaw jew ikabbru l-għoti ta’ self f’fażijiet differenti taċ-ċiklu tal-kreditu. Din il-proposta tistabilixxi proċessi robusti tal-UE għall-kordinazzjoni tal-użu mill-Istati Membri tal-Bafer Kontroċikliku. L-approċċ stabilit f’din il-proposta għall-interess minoritarju u ċertu kapital ieħor maħruġ minn sussidjari jagħti rikonoxximent meta jintuża l-Bafer Kontroċikliku. Dan jirrikonoxxi l-importanza tal-bafer u l-kapital użat biex jissodisfaha, u jneħħi diżinċentiv potenzjali sabiex il-bafer ikun meħtieġ. .

5.2.5. Tnaqqis ta’ ċerti Assi ta’ Taxxa Differita (DTAs).

DTA huwa assi fil-karta bilanċjali li jista' jintuża biex titnaqqas l-ispiża tat-taxxa fuq l-introjtu f’xi perjodu sussegwenti. Basel III tispeċifika li ċerti DTAs ma jeħtiġux tnaqqis mill-kapital. Din il-proposta tikkjarifika li tali DTAs, li jinkludu dawk li awtomatikament jinqalbu fi pretensjoni fuq l-istat meta kumpanija tagħmel telf, ma jeħtieġux li jitnaqqsu, meta l-abilità tagħhom li jassorbu t-telf skont il-ħtieġa kienet żgurata.

5.3. Trattament ta’ skoperturi speċifiċi (il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2) 5.3.1. Trattament ta’ skoperturi għall-SMEs

Skont id-dritt attwali tal-UE, il-banek jistgħu jibbenefikaw minn piżijiet tar-riskju preferenzjali applikati għal skoperturi għall-SMEs. Dan it-trattament preferenzjali se jkompli jseħħ saħansitra taħt Basel III kif ukoll skont l-abbozz tal-proposta. Rekwiżiti kapitali ta’ benefiċċju akbar għal skoperturi għall-SMEs ikunu jeħtieġu l-ewwel nett reviżjoni tal-qafas internazzjonali ta’ Basel. Din il-kwistjoni hija soġġetta għal klawżola ta’ rieżami fil-proposta.

Huwa kruċjali li l-piżijiet tar-riskju tal-għoti ta’ self lill-SMEs jiġu vvalutati bir-reqqa. Għal din ir-raġuni, l-ABE hija mitluba tanalizza u tirrapporta sal-1 ta’ Settembru 2012 dwar il-piżijiet tar-riskju attwali, tittestja l-possibiltajiet ta’ tnaqqis, u tqis xenarju bi tnaqqisa ta’ terz fir-rigward tas-sitwazzjoni attwali. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tirrapporta lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar din l-analiżi u li tressaq proposti leġiżlattivi għar-reviżjoni tal-piż tar-riskju għall-SMEs, kif ikun jixraq.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni, f’konsultazzjoni mal-ABE, fi żmien 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, sejra tirrapporta dwar l-għoti ta' self lil impriżi żgħar u medji u persuni fiżiċi u għandha tissottometti dan ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma’ kwalukwe proposta xierqa.

5.3.2. Trattament ta’ skoperturi li jitnisslu mill-attivitajiet tal-finanzjament tal-kummerċ

Il-BCBS mistenni jiffinalizza l-fehmiet tiegħu dwar jekk rekwiżiti kapitali ta’ benefiċċju akbar għall-finanzjament tal-kummerċ għandhomx ikunu stabiliti biss lejn tmiem l-2011. Konsegwentement, dan mhuwiex rifless f’din il-proposta, iżda ddaħħlet dispożizzjoni għal klawżola ta’ rieżami dwar it-trattament ta’ dawk l-iskoperturi.

5.4. Riskju ta’ kreditu tal-kontroparti (il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 6)

F’Basel III, il-banek se jkunu meħtieġa jżommu kapital addizzjonali kontra r-riskju li l-kwalità kreditizja ta’ kontroparti tkun tista’ tiddeterjora. Din il-proposta se tintroduċi din l-allokazzjoni ta’ kapital ġdida. Madankollu, Basel III tirrikonoxxi t-telf li bank iniżżillu l-valur bil-quddiem b’impatt immedjat fuq il-kont tal-profitt u t-telf (aġġustamenti mġarrba fil-valwazzjoni tal-kreditu) biss sa estent limitat ħafna. Fuq il-bażi tar-respons għall-konsulatzzjoni mill-Kummissjoni fi Frar/Marzu 2011 dwar din il-kwistjoni u bl-appoġġ tal-maġġoranza kbira tal-Istati Membri, din il-proposta sejra tippermetti lill-banek li jużaw l-approċċ avvanzat għal riskju tal-kreditu rikonoxximent ikbar, għalkemm prudenti, ta’ tali telf u għaldaqstant jirriflettu aħjar il-prattika komuni ta’ proviżjonament għal telf fil-ġejjieni eżerċitat minn ħafna banek tal-UE.

5.5. Likwidità (il-Parti Sitta) 5.5.1. Rekwiżit ta’ Kopertura tal-Likwidità

Il-Kummissjoni hija impenjata bis-sħiħ li tasal għal Rekwiżit ta’ Kopertura tal-Likwidità sal-2015. Fl-istess waqt, l-inċertezzi rigward konsegwenzi potenzjali mhux intenzjonati u l-perjodu ta’ osservazzjoni ta’ Basel III għandhom jittieħdu b’serjeta kbira. L-elementi li ġejjin jiżguraw l-introduzzjoni ta’ rekwiżit vinkolanti biss wara rieżami xieraq:

– rekwiżit ġenerali li jibda japplika mill-2013 għall-banek biex iżommu kopertura tal-likwidita xierqa bħala l-ewwel pass;

– l-obbligu ta’ rapport lill-awtoritajiet nazzjonali dwar l-elementi meħtieġa biex ikun ivverifikat li jżommu kopertura tal-likwidità xierqa fuq il-bażi tal-format tal-irrapportar uniformi żviluppat mill-Awtorità Bankarja Ewropea sabiex jiġu ttestjati l-kriterji ta’ Basel III;

– is-setgħa lill-Kummissjoni li tispeċifika aktar ir-Rekwiżit ta’ Kopertura tal-Likwidità f’konformità mal-konklużjonijiet mill-perjodu ta’ osservazzjoni u l-iżviluppi internazzjonali. Li tkun evitata proċedura leġiżlattiva ordinarja twila (permezz ta’ kodeċiżjoni) se tippermetti l-użu massimu tal-perjodu ta’ osservazzjoni u l-kapaċità li l-kalibrar ikun differit għall-aħħar tal-perjodu ta’ osservazzjoni.

Ir-rekwiżit ta’ kopertura tal-likwidità, fi ħdan gruppi ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew ditti tal-investiment jew it-tnejn, fil-prinċipju se japplika fil-livell ta’ kull istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta tal-investiment individwali. B’kuntrast mal-fergħat, li m’għandhomx personalità ġuridika, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew ditti tal-investiment huma soġġetti għal obbligi ta’ ħlas li jistgħu jwasslu għal flussi ta’ ħruġ ta’ likwidità f’ċirkostanzi ta’ stress. Ma jistax jitqies bħal aċċertat li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew ditti tal-investiment se jirċievu appoġġ għal-likwidità minn istituzzjonijiet ta’ kreditu jew ditti tal-investiment oħra li jinsabu fl-istess grupp meta jgħaddu minn diffikultajiet biex jissodisfaw l-obbligi ta’ ħlas tagħhom. Madankollu, soġġett għal kundizzjonijiet stretti, l-awtoritajiet kompetenti se jkunu jistgħu jirrinunzjaw għall-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew ditti tal-investiment individwali u jimponu rekwiżit ta’ konsolidazzjoni fuq dawk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew ditti tal-investiment. Dawk il-kundizzjonijiet stretti jistgħu jinstabu fl-Artikolu 7(1) u jiżguraw, inter alia, li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew ditti tal-investiment ikunu impenjati, b’mod ġuridikament vinkolanti, li jappoġġjaw lil xulxin u attwalment għandhom il-kapaċità li jagħmlu dan.

Fil-każ ta’ grupp b’istituzzjonijiet ta’ kreditu jew ditti tal-investiment f’diversi Stati Membri, l-awtoritajiet kompetenti kollha tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew ditti tal-investiment individwali jridu, sabiex ir-rinunzja tar-rekwiżiti individwali tkun disponibbli, jaqblu flimkien li l-kundizzjonijiet għar-rinunzja jiġu ssodisfati. F’sitwazzjonijiet transfruntieri bħal dawn, hemm aktar kundizzjonijiet fl-Artikolu 7(2), minbarra l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 7(1). Dawn il-kundizzjonijiet addizzjonali jeħtieġu li l-awtoritajiet kompetenti individwali kollha jridu jkunu ssodisfati bl-immaniġjar tal-likwidità tal-grupp u b’kemm likwidità għandhom l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew ditti tal-investiment individwali. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil, kull awtorità kompetenti ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew ditti tal-investiment individwali se tiddeċiedi waħedha dwar jekk ir-rinunzja għandhiex tapplika.

Hemm possibilità oħra li l-ABE twettaq medjazzjoni fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti. Madankollu, ir-riżultat tal-medjazzjoni jkun vinkolanti biss rigward il-kundizzjonijiet fl-Artikolu 7(1). L-awtoritajiet kompetenti individwali jkollhom l-aħħar kelma rigward il-kundizzjonijiet fl-Artikolu 7(2), jiġifieri rigward l-adegwatezza tal-immaniġjar tal-likwidità tal-grupp u rigward l-adegwatezza tal-likwidità tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew ditti tal-investiment individwali.

5.5.2. Rekwiżit ta’ Finanzjament Stabbli Nett

Il-Kummissjoni hija impenjata b’mod sħiħ li tilħaq standard minimu dwar ir-Rekwiżit ta’ Finanzjament Stabbli Nett sal-1 ta’ Jannar 2018. Minħabba li Basel III tistabilixxi perjodu ta’ osservazzjoni sal-2018 f’dan ir-rigward, ikun hemm żmien biżżejjed biex jitħejja rekwiżit ta’ finanzjament stabbli f’forma ta’ proposta ta’ kodeċiżjoni li trid tkun miftehma bejn il-Parlament u l-Kunsill qabel tmiem il-perjodu ta’ osservazzjoni.

5.6. Ingranaġġ (il-Parti Sebgħa)

Il-proporzjon ta’ ingranaġġ huwa strument regolatorju ġdid fl-UE. F’konformità ma’ Basel III, il-Kummissjoni ma tipproponix Proporzjon ta’ Ingranaġġ bħala strument vinkolanti f’dan l-istadju imma l-ewwel bħala element addizzjonali li jista’ jkun applikat għal banek individwali fid-diskrezzjoni tal-awtoritajiet superviżorji bil-għan li jgħaddi għal provvediment vinkolanti (‘pilastru wieħed’) fl-2018, fuq il-bażi ta’ rieżami u kalibrar xierqa. L-obbligi tar-rapportar sejrin jippermettu rieżami u deċiżjoni informata fuq l-introduzzjoni tiegħu bħala rekwiżit vinkolanti fl-2018. F’konformità ma’ Basel III, huwa propost li l-istituzzjonijiet jippubblikaw il-Proporzjonijiet ta’ Ingranaġġ tagħhom mill-2015.

5.7. Limitu ta’ Basel I (il-Parti Tlettax)

Basel II teħtieġ li jinżamm aktar kapital għal negozju aktar riskjuż milli jkun meħtieġ skont Basel I. Għal negozju inqas riskjuż, Basel II teħtieġ li jinżamm inqas kapital minn Basel I. Dan minħabba li Basel II tfasslet biex tkun aktar sensittiva għar-riskju minn Basel I.

Biex ikun evitat li l-banek ikunu soġġetti għal rekwiżiti kapitali baxxi mhux xierqa, Basel II ma tippermettix kapital aktar baxx minn 80 % tal-kapital li kien ikun meħtieġ skont Basel I. Dan ir-rekwiżit spiċċa fi tmiem l-2009, iżda d-Direttiva 2010/76/KE daħħlet mill-ġdid dan ir-rekwiżit sal-aħħar tal-2011. Fuq il-bażi tal-estensjoni ta’ dan ir-rekwiżit mill-BCBS f’Lulju 2009, l-abbozz tal-proposta jdaħħal mill-ġdid dan ir-rekwiżit sal-2015. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, wara li jikkonsultaw lill-ABE, jirrinunzjaw għall-applikazzjoni tal-limitu ta’ Basel I għal istituzzjoni sakemm ir-rekwiżiti kollha għall-użu tal-approċċi avvanzati għar-riskji ta’ kreditu u operazzjonali jiġu ssodisfati.

6. Implikazzjonijiet baġitarji

L-ABE se jkollha rwol importanti fl-ilħuq tal-objettiv ta’ dan ir-Regolament, minħabba li l-proposti jitolbuha tiżviluppa aktar minn 50 standard tekniku vinkolanti (STV) rigward diversi kwistjonijiet ta’ politika. Is-STV – li eventwalment ikun approvat mill-Kummissjoni – se jkun kruċjali biex ikun żgurat li d-dispożizzjonijiet ta’ natura teknika ogħla jiġu implimentati b’mod uniformi fl-UE u li l-politiki proposti jaħdmu kif maħsub. Għal dan l-ammont ta’ xogħol sinifikanti, l-ABE sejra tkun teħtieġ aktar riżorsi minn dawk li diġà huma pprovduti fl-ambitu tal-istabiliment tagħha skont ir-Regolament (UE) 1093/2010. Aktar dettalji huma stabiliti fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva mehmuża.

2011/0202 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[7],

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1) Id-Dikjarazzjoni tal-G20 tat-2 ta’ April 2009[8] dwar it-Tisħiħ tas-Sistema Finanzjarja għamlet sejħa għal sforzi konsistenti fuq livell internazzjonali li jkunu mmirati lejn it-tisħiħ, it-trasparenza, ir-responsabilità u r-regolamentazzjoni permezz ta' titjib fil-kwantità u l-kwalità tal-kapital fis-sistema bankarja ladarba jkun żgurat l-irkupru ekonomiku. Id-dikjarazzjoni għamlet appell wkoll għall-introduzzjoni ta’ miżura supplimentari mhux ibbażata fuq ir-riskju li jkun fiha l-akkumulu ta’ ingranaġġ fis-sistema bankarja, u l-iżvilupp ta’ qafas għal bafer tal-likwidità aqwa. Bi tweġiba għall-mandat mogħti mill-G20, f’Settembru 2009, il-Grupp tal-Gvernaturi tal-Banek Ċentrali u l-Kapijiet tas-Superviżjoni (GHOS), il-korp ta’ kontroll tal-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (BCBS), wasal fi ftehim fuq għadd ta’ miżuri biex tissaħħaħ ir-regolazzjoni tas-settur bankarju. Dawn il-miżuri ġew approvati mill-mexxejja tal-G20 fis-Summit tagħhom f’Pittsburgh tal-24-25 ta’ Settembru 2009 u ġew stabiliti fid-dettall f’Diċembru 2009. F’Lulju u Settembru 2010, il-GHOS ħareġ żewġ avviżi oħra rigward id-disinn u l-kalibrar ta’ dawn il-miżuri ġodda, u f’Diċembru 2010, il-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (BCBS) ippubblika l-miżuri finali, li jissejħu Basel III.

(2) Il-Grupp ta’ Livell Għoli dwar is-Superviżjoni Finanzjarja fl-UE ppresedut minn Jacques de Larosière stieden lill-Unjoni Ewropea biex tiżviluppa sett aktar armonizzat ta’ regolamenti finanzjarji. Fl-ambitu tal-arkitettura superviżorja Ewropea futura, il-Kunsill Ewropew tat-18 u 19 ta’ Ġunju 2009 enfasizza wkoll il-ħtieġa li tkun stabilita ‘Ġabra Unika tar-Regoli Ewropea’ applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment kollha fis-Suq Uniku.

(3) Id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006[9] rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006[10] dwar l-adegwatezza tal-kapital ta’ ditti tal-investiment u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu ("istituzzjonijiet") ġew emendati b’mod sinifikanti f’diversi okkażjonijiet. Ħafna dispożizzjonijiet tad-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE huma applikabbli kemm għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu kif ukoll għad-ditti tal-investiment. Sabiex tkun żgurata applikazzjoni koerenti ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, ikun meħtieġ li dawn id-dispożizzjonijiet jitwaħħdu f’leġiżlazzjoni ġdida applikabbli kemm għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu kif ukoll għad-ditti tal-investiment. Bħala kjarifika, id-dispożizzjonijiet tal-Annessi għal dawk id-Direttivi għandhom jiġu integrati fit-termini normattivi ta’ din il-leġiżlazzjoni ġdida.

(4) Dik il-leġiżlazzjoni ġdida għandha tikkonsisti f’żewġ strumenti ġuridiċi differenti, id-Direttiva u dan ir-Regolament. Flimkien, iż-żewġ strumenti ġuridiċi għandhom jifformaw il-qafas ġuridiku li jirregola l-aċċess għall-attività, il-qafas superviżorju u r-regoli prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment. Għadaqstant, dan ir-Regolament għandu jinqara flimkien mad-Direttiva.

(5) Id-Direttiva [inserit mill-OP], ibbażata fuq l-Artikolu 53 (1) tat-TFUE, għandu jkun fiha d-dispożizzjonijiet rigward l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment, il-modalitajiet għall-governanza tagħhom, u l-qafas superviżorju tagħhom, bħad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-awtorizzazzjoni tan-negozju, l-eżerċizzju tal-libertà tal-istabiliment u tal-libertà li jkunu pprovduti servizzi, is-setgħat tal-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri domiċiljari u ospitanti f'dan ir-rigward u d-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-kapital inizjali u r-rieżami superviżorju tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment.

(6) Dan ir-Regolament għandu jkun fih ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment li jirrelataw mal-funzjonament tas-swieq tas-servizzi bankarji u finanzjarji u huma maħsuba biex jiżguraw l-istabilità finanzjarja tal-operaturi f’dawk is-swieq kif ukoll livell għoli ta’ protezzjoni tal-investituri u depożitanti. Dan l-att ġuridiku applikabbli direttament għandu l-għan li jikkontribwixxi b’mod determinanti għall-funzjonament bla skossi tas-suq intern u konsegwentement, għandu jkun ibbażat fuq id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 114 tat-TFUE, kif interpretat f’konformità mal-każistika konsistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

(7) Id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE, għalkemm armonizzaw ir-regoli tal-Istati Membri fil-qasam tas-superviżjoni prudenzjali sa ċertu grad, jinkludu numru sinifikanti ta’ alternattivi u diskrezzjonijiet, u l-Istati Membri għadhom permessi jimponu regoli aktar stretti minn dawk stabiliti minn dawk id-Direttivi. Dan jikkawża diverġenzi bejn ir-regoli nazzjonali b’tali mod li jostakola l-libertajiet fundamentali u b’hekk għandu effett dirett fuq il-funzjonament tas-suq intern u jikkawża tgħawwiġ sinifikanti fil-kompetizzjoni. B’mod partikolari, tali diverġenzi jxekklu l-forniment transfruntier tas-servizzi u l-istabiliment fi Stati Membri oħra minħabba li kull darba jkollhom jiġu vvalutati u ssodisfati regoli differenti mill-operaturi meta jwettqu n-negozju fi Stat Membru ieħor. Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment awtorizzati fi Stati Membri differenti ta’ spiss ikunu soġġetti għal rekwiżiti differenti, u dan iwassal għal tgħawwiġ sinifikanti fil-kompetizzjoni. Żvilupp diverġenti tal-liġijiet nazzjonali joħloq ostakoli potenzjali u attwali għall-funzjonament bla skossi tas-suq intern minħabba kundizzjonijiet inugwali fl-operat u diffikultajiet għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment li joperaw f’sistemi ġuridiċi differenti fl-Unjoni.

(8) Sabiex jitneħħew l-ostakli li baqa’ għall-kummerċ u t-tgħawwiġ sinifikanti fil-kompetizzjoni li jirriżultaw minn diverġenzi bejn il-liġijiet nazzjonali u biex ikun evitat li jitnisslu ostakli oħra potenzjali għall-kummerċ u t-tgħawwiġ sinifikanti fil-kompetizzjoni, huwa meħtieġ li jkun adottat Regolament li jistabilixxi regoli uniformi applikabbli fl-Istati Membri kollha.

(9) It-tfassil tar-rekwiżiti prudenzjali f’forma ta’ Regolament se jiżgura li dawk ir-rekwiżiti jkunu applikabbli direttament għalihom. Dan se jiżgura kundizzjonijiet uniformi billi jneħħi r-rekwiżiti nazzjonali diverġenti minħabba t-traspożizzjoni tad-Direttiva. Dan ir-Regolament se jfisser li l-istituzzjonijiet isegwu l-istess regoli fl-Unjoni kollha, li se jagħti spinta wkoll lill-fiduċja fl-istabilità tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment, speċjalment fi żminijiet ta’ stress. Regolament se jnaqqas ukoll il-kumplessità regolatorja u l-kost tal-konformità tal-kumpaniji speċjalment għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment li joperaw fuq bażi transfruntiera, u jikkontribwixxi għall-eliminazzjoni ta’ tgħawwiġ fil-kompetizzjoni. Fir-rigward tal-pekuljarità tas-swieq tal-proprjetà immobbli li jkunu kkaratterizzati minn żviluppi ekonomiċi u differenzi ġuriżdizzjonali li jkunu speċifiċi għall-Istati Membri, reġjuni jew żoni lokali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jistabilixxu piżijiet tar-riskju ogħla jew li japplikaw kriterji aktar stretti bbażati fuq l-esperjenza ta’ inadempjenza u l-iżviluppi tas-suq mistennija għall-iskoperturi koperti minn ipoteki fuq proprjetà immobbli f’oqsma speċifiċi.

(10) L-Istati Membri għandu jkollhom is-setgħa li jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet nazzjonali fejn dan ir-Regolament ma jipprevedix regoli uniformi sakemm dawk id-dispożizzjonijiet nazzjonali ma jkunux f’kontradizzjoni mad-dritt tal-Unjoni jew ma jimminawx l-applikazzjoni tagħhom.

(11) Meta l-Istati Membri jadottaw linji gwida ta’ firxa ġenerali, b’mod partikolari f’oqsma fejn l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ abbozzi ta’ standards tekniċi hija pendenti, dawk il-linji gwida m’għandhomx jikkontradixxu d-dritt tal-Unjoni jew jimminaw l-applikazzjoni tiegħu.

(12) Dan ir-Regolament ma jipprevenix lill-Istati Membri milli jimponu rekwiżiti ekwivalenti fuq impriżi li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu.

(13) Ir-rekwiżiti prudenzjali ġenerali stabiliti f’dan ir-Regolament huma ssupplimentati b’arranġamenti individwali li jiġu deċiżi mill-awtoritajiet kompetenti bħala riżultat tar-rieżami superviżorju kontinwu tagħhom ta’ kull istituzzjoni ta’ kreditu u ta’ kull ditta tal-investiment individwali. L-ambitu ta’ tali arranġamenti superviżorji għandu jiġi stabilit f’Direttiva minħabba li l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jeżerċitaw il-ġudizzju tagħhom rigward liema arranġamenti għandhom jiġu imposti.

(14) Dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa l-abilità tal-awtoritajiet kompetenti li jimponu rekwiżiti speċifiċi skont r-rieżami superviżorju u l-proċess ta’ evalwazzjoni stabiliti fid-Direttiva [inserit mill-OP] li għandhom jitfasslu skont il-profil ta’ riskju speċifiku tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment.

(15) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta’ Novembru 2010 li jistabilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea[11], stabilixxa l-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE). Dak ir-Regolament għandu l-għan li jtejjeb il-kwalità u l-konsistenza tas-superviżjoni nazzjonali u jsaħħaħ is-superviżjoni ta’ gruppi transfruntieri.

(16) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 jeħtieġ lill-ABE li taġixxi fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE. L-ABE hija meħtieġa wkoll li taġixxi fil-qasam tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment fir-rigward ta’ kwistjonijiet mhux koperti direttament f’dawk id-Direttivi, sakemm tali azzjonijiet huma meħtieġa biex tkun żgurata l-applikazzjoni effettiva u konsistenti ta’ dawk l-atti. Dan ir-Regolament għandu jqis ir-rwol u l-funzjoni tal-ABE u jħaffef l-eżerċizzju tas-setgħat tal-ABE stabiliti f’dak ir-Regolament.

(17) Rekwiżiti finanzjarji ekwivalenti għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment huma meħtieġa biex ikunu żgurati salvagwardji simili għal min ifaddal u kundizzjonijiet ekwi tal-kompetizzjoni bejn gruppi komparabbli ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment.

(18) Minħabba li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment fis-suq intern huma involuti f’kompetizzjoni diretta, ir-rekwiżiti tal-monitoraġġ għandhom ikunu ekwivalenti fl-Unjoni kollha.

(19) Kull meta fil-perkors tas-superviżjoni jkun meħtieġ li jkun stabilit l-ammont tal-fondi proprji kkonsolidati ta’ grupp ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment, il-kalkolazzjoni għandha ssir f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

(20) Skont dan ir-Regolament ir-rekwiżiti tal-fondi proprji japplikaw fuq bażi individwali u bażi konsolidata, sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma japplikawx is-superviżjoni fuq bażi individwali meta jqisu li dan ikun xieraq. Superviżjoni individwali, konsolidata u transfruntiera konsolidata huma strumenti utli fis-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment.

(21) Sabiex tkun żgurata solvenza adegwata tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment fi ħdan grupp huwa essenzjali li r-rekwiżiti kapitali japplikaw fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata ta’ dawn l-istituzzjonijiet fil-grupp. Sabiex ikun żgurat li fondi proprji jiġu distribwiti b’mod adegwat fi ħdan il-grupp u jkunu disponibbli biex ikun protett it-tfaddil meta jkun meħtieġ, ir-rekwiżiti kapitali għandhom japplikaw għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment individwali fi ħdan il-grupp, sakemm dan l-objettiv ma jkunx jista’ effettivament jinkiseb b’xi mod ieħor.

(22) It-teknika kontabilistika preċiża li trid tintuża għall-kalkolu tal-fondi proprji, l-adegwatezza tagħhom għar-riskju li għalih tkun esposta l-istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta tal-investiment, u għall-valutazzjoni tal-konċentrazzjoni tal-iskoperturi għandha tqis id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn[12], li tinkorpora ċerti adattamenti tad-dispożizzjonijiet tas-Seba' Direttiva tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju tal-1983 dwar il-kontijiet konsolidati[13] jew tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità[14], skont liema waħda tirregola l-ikkontabilizzar tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment taħt id-dritt nazzjonali.

(23) Għall-finijiet li tkun żgurata solvenza adegwata huwa importanti li jkunu stabiliti r-rekwiżiti kapitali li jippeżaw l-assi u l-elementi li ma jidhrux fil-karta bilanċjali skont il-grad tar-riskju.

(24) Fis-26 ta’ Ġunju 2004, il-BCBS adottat ftehim ta’ qafas dwar il-konverġenza internazzjonali dwar il-kejl tal-kapital u r-rekwiżiti kapitali (‘qafas ta’ Basel II’). Id-dispożizzjonijiet fid-Direttiva 2006/48/KE u 2006/49/KE li dan ir-Regolament inkorpora jifformaw l-ekwivalenti għad-dispożizzjonijiet tal-ftehim qafas ta’ Basel II. Konsegwentement, minħabba li jinkorpora l-elementi supplimentari ta’ Basel III dan ir-Regolament jifforma l-ekwivalenti għad-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet ta’ Basel II u III.

(25) Huwa essenzjali li titqies id-diversità tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment fl-Unjoni billi jkunu pprovduti approċċi alternattivi għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali għar-riskju tal-kreditu u jinkorporaw livelli differenti ta’ sensittività għar-riskju u jirrikedu gradi differenti ta’ sofistikazzjoni. L-użu ta’ klassifikazzjonijiet esterni u l-istimi proprji tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment tal-parametri tar-riskju tal-kreditu individwali jirrappreżenta titjib sinifikanti fis-sensittività tar-riskju u l-korrettezza prudenzjali tar-regoli tar-riskju tal-kreditu. Għandu jkun hemm inċentivi xierqa għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment biex jiċċaqalqu lejn approċċi aktar sensittivi għar-riskju. Meta jipproduċu l-istimi meħtieġa biex ikunu applikati l-approċċi għar-riskju tal-kreditu ta’ dan ir-Regolament, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment għandhom itejbu l-kejl tar-riskju tal-kreditu u l-proċessi tal-immaniġjar tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment biex il-metodi tal-istabiliment tar-rekwiżiti regolatorji ta’ fondi proprji disponibbli tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment li jirriflettu s-sofistikazzjoni tal-proċessi tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment individwali. F’dan ir-rigward, l-ipproċessar tad-dejta relatata mal-ksib u l-immaniġjar tal-iskoperturi għall-klijenti għandu jitqies li jinkludi l-iżvilupp u l-validazzjoni ta’ sistemi tal-immaniġjar u l-kejl tar-riskju tal-kreditu. Dak iservi mhux biss biex jiġi ssodisfat l-interess leġittimu tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment iżda wkoll għall-fini ta’ dan ir-Regolament, li jintużaw metodi aħjar għall-kejl u l-immaniġjar tar-riskju kif ukoll biex jintużaw għall-finijiet regolatorji ta’ fondi proprji.

(26) Ir-rekwiżiti kapitali għandhom ikunu pproporzjonati għar-riskji indirizzati. B’mod partikolari, it-tnaqqis fil-livelli tar-riskju li jitnissel meta jkollok numru kbir ta’ skoperturi relattivament żgħar għandu jkun rifless fir-rekwiżiti.

(27) F’konformità mad-deċiżjoni tal-BCBS, kif approvata mill-GHOS fl-10 ta’ Jannar 2011, l-istrumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali u Grad 2 ta’ istituzzjoni għandhom jitnaqqsu fil-valur jew għandhom jinqelbu b’mod sħiħ f’kapital ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni fil-punt ta’ nonvijabilità tal-istituzzjoni.

(28) Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jirrispettaw il-prinċipju ta’ proporzjonalità, u jqisu b’mod partikolari d-diversità fid-daqs u l-iskala tal-operazzjonijiet u l-firxa tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment. Ir-rispett għall-prinċipju tal-proporzjonalità jfisser ukoll li l-proċeduri tal-klassifikazzjoni l-aktar sempliċi possibbli, anki fl-Approċċ Bażat fuq Klassifikazzjonijiet Interni (Approċċ ‘IRB’), huma rikonoxxuti għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur.

(29) In-natura ‘evoluzzjonarja’ ta’ dan ir-Regolament tippermetti lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment biex jagħżlu fost tliet approċċi ta’ kumplessità differenti. Sabiex l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment speċjalment dawk żgħar ikunu jistgħu jagħżlu Approċċ IRB aktar sensittiv għar-riskju, id-dispożizzjonijiet relevanti għandhom jinqraw bħala tali li l-klassijiet tal-iskoperturi jinkludu l-iskoperturi kollha li jkunu, direttament jew indirettament, impoġġija fuq l-istess livell magħhom f’dan ir-Regolament. Bħala regola ġenerali, l-awtoritajiet kompetenti m’għandhomx jiddiskriminaw bejn it-tliet approċċi fir-rigward tal-Proċess tar-Rieżami Superviżorju, jiġifieri l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment li joperaw skont id-dispożizzjonijiet tal-Approċċ Standardizzat m’għandhomx għal dik ir-raġuni biss issirilhom superviżjoni fuq bażi aktar stretta.

(30) Għandu jingħata rikonoxximent akbar lit-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu fi ħdan il-qafas tar-regoli mfassla biex ikun żgurat li s-solvenza ma tkunx imminata minn rikonoxximent mhux xieraq. Il-kolleteral bankarju ordinarju attwali relevanti tal-Istati Membri għall-mitigazzjoni tar-riskji tal-kreditu kull meta jkun possibbli għandhom jiġu rikonoxxuti fl-Approċċ Standardizzat, iżda wkoll f’approċċi oħrajn.

(31) Sabiex ikun żgurat li r-riskji u t-tnaqqisiet tar-riskji li jfeġġu mill-attivitajiet ta’ titolizzazzjoni u investimenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment jiġu riflessi kif jixraq fir-rekwiżiti kapitali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment jeħtieġ li jiġu inklużi regoli li jipprevedu trattament sensittiv għar-riskju u prudenzjalment sod ta’ tali attivitajiet u investimenti.

(32) Ir-riskju operazzjonali jkun riskju sinifikanti li jħabbtu wiċċhom miegħu l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment li jeħtieġu kopertura tal-fondi proprji. Huwa essenzjali li titqies id-diversità tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment fl-Unjoni billi jkunu pprovduti approċċi alternattivi għall-kalkolu tar-rekwiżiti tar-riskju operazzjonali u jinkorporaw livelli differenti ta’ sensittività għar-riskju u jeħtieġu gradi differenti ta’ sofistikazzjoni. Għandu jkun hemm inċentivi xierqa għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment biex jiċċaqalqu lejn approċċi aktar sensittivi għar-riskju. Fid-dawl tal-istat avvanzat emerġenti għall-kejl u l-immaniġjar tar-riskju operazzjonali ir-regoli għandhom jinżammu taħt rieżami u għandhom jiġu aġġornati kif jixraq inkluż fir-rigward tal-addebitament għal linji ta’ negozju differenti u r-rikonoxximent tat-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju. F’dan ir-rigward għandha tingħata attenzjoni partikolari biex titqies l-assigurazzjoni fl-approċċi sempliċi għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali għar-riskju operazzjonali.

(33) Il-monitoraġġ u l-kontroll tal-iskoperturi ta’ istituzzjoni ta’ kreditu għandhom ikunu parti integrali mis-superviżjoni tagħha. Għaldaqstant, konċentrazzjoni eċċessiva ta’ skoperturi għal klijent wieħed jew grupp ta’ klijenti relatati bejniethom jista’ jirriżulta f’riskju inaċċettabbli ta’ telf. Tali sitwazzjoni tista’ titqies bħala preġudizzjali għas-solvenza tal-istituzzjoni tal-kreditu.

(34) Meta tkun stabilita l-eżistenza ta’ grupp ta’ klijenti relatati bejniethom u b’hekk skoperturi li jikkostitwixxu riskju wieħed, huwa importanti wkoll li jitqiesu r-riskji li jitnisslu minn sors komuni ta’ finanzjament sinifikanti pprovdut mill-istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta tal-investiment innifisha, il-grupp finanzjarju tagħha jew il-partijiet relatati magħha.

(35) Waqt li jkun mixtieq li l-kalkolu jkun bbażata fuq il-valur tal-iskopertura fuq dak ipprovdut għall-finijiet tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji, jixraq li jiġu adottati regoli għall-monitoraġġ ta’ skoperturi kbar mingħajr ma jkunu applikati piżijiet tar-riskju jew livelli tar-riskju. Barra minn hekk, it-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu applikati fir-reġim tas-solvenza tfasslu bil-premessa ta’ riskju tal-kreditu ddiversifikat sewwa. Fil-każ ta’ skoperturi kbar li jittrattaw konċentrazzjoni tar-riskju ta’ isem wieħed, ir-riskju tal-kreditu ma jkunx iddiversifikat sewwa. L-effetti ta’ dawn it-tekniki għaldaqstant għandhom ikunu soġġetti għal salvagwardji prudenzjali. F’dan il-kuntest, huwa meħtieġ li jkun dispost irkupru effettiv tal-protezzjoni tar-riskju għall-finijiet ta' skoperturi kbar.

(36) Minħabba li telf li jitnissel minn skopertura ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta tal-investiment jista’ jkun gravi daqs telf minn kwalunkwe skopertura oħra, tali skoperturi għandhom jiġu trattati u rrapportati bl-istess mod bħal kwalunkwe skoperturi oħra. Madankollu, ġie introdott limitu kwantitattiv alternattiv biex itaffi l-impatt sproporzjonat ta’ tali approċċ fuq istituzzjonijiet iżgħar. Barra minn hekk, skoperturi ta’ terminu qasir marbuta ma’ trażmissjoni ta’ flus inklużi t-twettiq ta’ servizzi ta’ pagamenti, servizzi ta' kklerjar, saldu u kustodja għall-klijienti jkunu eżenti sabiex jitħaffef il-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji u tal-infrastruttura marbuta magħhom. Dawk is-servizzi jkopru, pereżempju t-twettiq tal-ikklerjar u s-saldu ta' fondi u attivitajiet simili sabiex ikun iffaċilitat is-saldu. L-iskoperturi relatati jinkludu skoperturi li ma jkunux prevedibbli u għalhekk istituzzjoni ta’ kreditu ma jkollhiex kontroll sħiħ fuqhom, inter alia, bilanċi fuq kontijiet interbankarji li jirriżultaw minn pagamenti ta’ klijenti, inklużi tariffi u mgħaxxijiet ikkreditati jew iddebitati, u ħlasijiet oħra għas-servizzi għall-klijenti, kif ukoll il-kollateral mogħti jew irċevut.

(37) Huwa importanti li titneħħa d-diverġenza bejn l-interessi tal-impriżi li "jirripakkjaw" is-selfiet f’titoli kummerċjabbli u fi strumenti finanzjarji oħra (oriġinaturi jew sponsers) u dawk tal-impriżi li jinvestu f’dawn it-titoli jew l-istrumenti (investituri). Huwa importanti wkoll li l-interessi tal-oriġinatur jew tal-isponser u l-interessi tal-investituri jkunu allinjati. Sabiex iseħħ dan, l-oriġinatur jew l-isponser għandhom iżommu interess sinifikanti fl-assi konċernati. Għalhekk huwa importanti għall-oriġinaturi jew l-isponsers li jżommu skopertura għar-riskju tas-selfiet imsemmija. B’mod ġenerali, tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni m’għandhomx ikunu strutturati b’tali mod li jevitaw l-applikazzjoni tar-rekwiżit ta’ ritenzjoni, b’mod partikolari permezz ta’ kwalunkwe tariffa jew struttura ta’ primjum jew it-tnejn. Ritenzjoni bħal din għandha tkun applikabbli fis-sitwazzjonijiet kollha fejn is-sustanza ekonomika ta’ titolizzazzjoni tkun applikabbli, ikunu x’ikunu l-istrutturi jew l-istrumenti ġuridiċi li jintużaw biex tinkiseb din is-sustanza ekonomika. B’mod partikolari f’każ fejn ikun hemm trasferiment ta’ riskju tal-kreditu permezz ta’ titolizzazzjoni, l-investituri għandhom jiddeċiedu biss wara li jkunu wettqu d-diliġenza dovuta b’mod sħiħ, ħaġa li għaliha jeħtieġu informazzjoni adegwata dwar it-titolizzazzjonijiet.

(38) M’għandux ikun hemm applikazzjonijiet multipli tar-rekwiżit ta’ ritenzjoni. Għal kwalunkwe titolizzazzjoni jkun biżżejjed li wieħed biss mill-oriġinatur, l-isponser jew il-mutwanti oriġinali ikun soġġett għar-rekwiżit. B'mod simili, meta tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni jkun fihom titolizzazzjonijiet oħra bħala sottostanti, ir-rekwiżit tar-ritenzjoni għandu jkun applikat biss għat-titolizzazzjoni li tkun soġġetta għall-investiment. Riċevibbli mixtrija m’għandhomx ikunu soġġetti għar-rekwiżit ta’ ritenzjoni jekk jitnisslu minn attività korporattiva meta jiġu ttrasferiti jew mibjugħin biex tkun iffinanzjata tali attività. L-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il-piż tar-riskju fir-rigward ta’ nonkonformità mad-diliġenza dovuta u l-obbligi ta’ mmaniġjar tar-riskju fir-rigward tat-titolizzazzjoni għal ksur mhux trivjali tal-politiki u l-proċeduri li jkunu relevanti għall-analiżi tar-riskji sottostanti.

(39) Għandha tiġi eżerċitata d-diliġenza dovuta sabiex jiġu vvalutati b’mod korrett ir-riskji li jinħolqu minn skoperturi ta’ titolizzazzjoni kemm fil-portafoll tan-negozjar kif ukoll fil-portafoll mhux ta' negozjar. Barra minn hekk, l-obbligi tad-diliġenza dovuta jeħtieġ li jkunu proporzjonati. Proċeduri ta’ diliġenza dovuta għandhom jikkontribwixxu biex titrawwem fiduċja akbar bejn l-oriġinaturi, l-isponsers u l-investituri. Għalhekk huwa mixtieq li informazzjoni relevanti rigward il-proċeduri ta’ diliġenza dovuta jkunu ddivulgati b’mod xieraq.

(40) Meta istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta tal-investiment iġarrab skopertura għall-impriża prinċipali tagħha stess jew għal sussidjarji oħra tal-impriża prinċipali tagħha, jeħtieġ prudenza partikolari. L-immaniġjar tal-iskoperturi magħmula mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment għandha titwettaq b’mod kompletament awtonomu, f’konformità mal-prinċipji ta’ mmaniġjar tajjeb, mingħajr ma jitqiesu kunsiderazzjonijiet oħra. Fil-qasam ta’ skoperturi kbar, għandhom jiġu stabiliti standards speċifiċi, inklużi restrizzjonijiet aktar stretti, għal skoperturi magħmula minn istituzzjoni ta’ kreditu lill-grupp proprju tagħha. Tali standards ma jeħtieġux, madankollu, li jkunu applikati meta l-impriża prinċipali tkun kumpanija azzjonarja finanzjarja (kumpanija holding finanzjarja) jew istituzzjoni ta’ kreditu jew meta is-sussidjarji l-oħra jkunu istituzzjonijiet ta’ kreditu jew finanzjarji jew impriżi li joffru servizzi anċillari, sakemm tali impriżi kollha jkunu koperti mis-superviżjoni tal-istituzzjoni ta’ kreditu fuq bażi konsolidata.

(41) Minħabba s-sensittività għar-riskju tar-regoli b'rabta mar-rekwiżiti kapitali, huwa mixtieq li jinżamm taħt analiżi jekk dawn ikollhomx effetti sinifikanti fuq iċ-ċiklu ekonomiku. Il-Kummissjoni, li tqis il-kontribuzzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, għandha tirrapporta dwar dawn l-aspetti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(42) Ir-rekwiżiti kapitali għall-kummerċjanti tal-komoditajiet, inklużi dawk il-kummerċjanti attwalment eżentati mir-rekwiżiti tad-Direttiva 2004/39/KE, għandhom jiġu riveduti.

(43) L-objettiv tal-liberalizzazzjoni tas-swieq tal-gass u l-elettriku huwa ekonomikament u politikament importanti għall-Komunità. Għal din ir-raġuni, ir-rekwiżiti kapitali u regoli prudenzjali oħra li jridu jiġu applikati għal kumpaniji attivi f’dawk is-swieq għandhom ikunu propozjonati u m’għandhomx jinterferixxu bla bżonn fl-ilħuq tal-objettiv tal-liberalizzazzjoni. Dan l-objettiv għandu, b’mod partikolari, ikun il-bażi tar-rieżamijiet ta’ dan ir-Regolament meta dawn jitwettqu.

(44) L-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment li jinvestu f’rititolizzazzjonijiet għandhom jeżerċitaw id-diliġenza dovuta anki fir-rigward tat-titolizzazzjonijiet sottostanti u l-iskoperturi mhux ta’ titolizzazzjoni li finalment huma bbażati fuqhom tal-ewwel. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment għandhom jivvalutaw jekk l-iskoperturi fl-ambitu ta’ programmi ta’ karti kummerċjali appoġġati mill-assi jikkostitwixxux skoperturi ta’ rititolizzazzjonijiet, inklużi dawk fil-kuntest ta’ programmi li jakkwistaw segmenti superjuri ta’ puli separati ta’ selfiet sħaħ meta l-ebda waħda minn dawn is-selfiet ma tkun skopertura ta’ titolizzazzjoni jew rititolizzazzjoni, u meta l-protezzjoni għall-ewwel telf għal kull investiment ikun ipprovdut mill-bejjiegħ tas-selfiet. Fis-sitwazzjoni tal-aħħar, faċilità tal-likwidità speċifika għal pula ġeneralment ma jkollhiex tiġi kkunsidrata bħala skopertura ta’ rititolizzazzjoni peress li din tirrappreżenta segment minn pula ta’ assi unika (jiġifieri, il-pula applikabbli ta’ selfiet sħaħ) li ma jkun fiha l-ebda skoperturi ta’ titolizzazzjoni. B’kuntrast, titjib tal-kreditu mifrux mal-programm kollu li jkopri biss parti mit-telf lil hinn mill-protezzjoni pprovduta mill-bejjiegħ fid-diversi puli ġeneralment ikun jikkostitwixxi t-tqassim f’segmenti tar-riskju ta’ pula ta’ assi multipli li jkun fih mill-inqas skopertura ta’ titolizzazzjoni waħda, u għaldaqstant ikun skopertura ta’ rititolizzazzjoni. Madankollu, jekk tali programm jiffinanzja lilu nnifsu kompletament bi klassi waħda ta’ karta kummerċjali, u jekk it-titjib tal-kreditu mifrux mal-programm kollu ma jkunx rititolizzazzjoni jew il-karta kummerċjali tkun appoġġata b’mod sħiħ mill-istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta tal-investiment li tkun qed tisponserjah, u tħalli lill-investitur fil-karta kummerċjali effettivament espost għar-riskju ta’ inadempjenza tal-isponser minflok tal-puli jew l-assi sottostanti, dik il-karta kummerċjali ġeneralment m’għandhiex titqies bħala skopertura ta’ rititolizzazzjoni.

(45) Id-dispożizzjonijiet dwar il-valwazzjoni prudenti għall-portafoll tan-negozjar għandhom japplikaw għall-istrumenti kollha mkejla fil-valur ġust, kemm jekk fil-portafoll tan-negozjar kif ukoll jekk fil-portafoll mhux ta' negozjar tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment. Għandu jiġi kkjarifikat li, meta l-applikazzjoni tal-valwazzjoni prudenti twassal għal valur riportat iċken milli attwalment rikonoxxut fil-kontijiet, il-valur assolut tad-differenza għandu jitnaqqas mill-fondi proprji.

(46) L-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment għandu jkollhom għażla jekk japplikawx rekwiżit kapitali għal jew inaqqsu mill-entrati ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni dawk il-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li jirċievu piż tar-riskju ta’ 1 250 % skont dan ir-Regolament, irrispettivament minn jekk il-pożizzjonijiet ikunux fil-portafoll tan-negozjar jew fil-portafoll mhux ta' negozjar.

(47) L-istituzzjonijiet oriġinaturi jew sponser m’għandhomx ikunu kapaċi jduru mal-projbizzjoni ta’ appoġġ impliċitu billi jużaw il-portafolji tan-negozjar tagħhom sabiex jipprovdu tali appoġġ.

(48) Id-Direttiva 2006/48/KE introduċiet piż tar-riskju preferenzjali skont l-approċċ standardizzat għall-iskoperturi għal impriżi żgħar u medji jew persuni fiżiċi u l-possibilità għall-istituzzjonijiet li japplikaw approċċi bbażati fuq klassifikazzjonijiet interni meta huma stess jistmaw il-piż tar-riskju, u jirriflettu l-korrettezza tal-kriterji sottostanti partikolari proprji tagħhom. Il-piżijiet tar-riskju preferenzjali għandhom ikomplu jibqgħu fis-seħħ anki taħt dan ir-Regolament. Madankollu, il-merti potenzjali tat-tnaqqis tal-piżijiet tar-riskju jew l-espansjoni tal-applikazzjoni tagħhom għal aktar skoperturi għandhom jiġu analizzati fi żmien 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Tali analiżi għandha tkun ibbażata fuq l-evidenza u għandha tqis dejta affidabbli dwar it-telf tal-kreditu fuq skoperturi għal impriżi żgħar u medji jew persuni fiżiċi matul iċ-ċiklu ekonomiku sħiħ. L-impatt fuq l-għoti ta’ self għall-konsumaturi għandu jingħata attenzjoni partikolari fil-kuntest ta’ dan ir-rieżami.

(49) Mingħajr ħsara għad-divulgazzjonijiet espliċitament meħtieġa minn dan ir-Regolament, l-għan tar-rekwiżiti tad-divulazzjoni għandu jkun li jipprovdi lill-parteċipanti tas-suq b’informazzjoni preċiża u komprensiva rigward il-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet individwali. L-istituzzjonijiet tal-kreditu u d-ditti tal-investiment għandhom għaldaqstant ikunu meħtieġa jiddivulgaw informazzjoni addizzjonali mhux espliċitament elenkata f’dan ir-Regolament meta tali divulgazzjoni tkun neċessarja biex ikun issodisfat dan l-għan.

(50) Meta valutazzjoni tal-kreditu esterna għal pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni tinkorpora l-effett tal-protezzjoni tal-kreditu pprovduta mill-istituzzjoni ta’ kreditu nnifisha, l-istituzzjoni m’għandhiex tibbenefika mill-piż tar-riskju aktar baxx li jirriżulta minn dik il-protezzjoni. Dan m’għandux iwassal għat-tnaqqis mill-kapital tat-titolizzazzjoni jekk hemm mezzi oħra biex ikun stabilit il-piż tar-riskju f’konformità mar-riskju attwali tal-pożizzjoni, u ma titqiesx tali protezzjoni tal-kreditu.

(51) Minħabba l-prestazzjoni dgħajfa riċenti tagħhom, l-istandards għall-mudelli interni għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali tar-riskju tas-suq għandhom jissaħħu. B’mod partikolari, il-qabda tar-riskji tagħhom għandha titlesta fir-rigward tar-riskji tal-kreditu fil-portafoll tan-negozjar. Barra minn hekk, il-addebitamenti kapitali għandhom jinkludu komponent adegwat għall-kundizzjonijiet ta’ stress biex jissaħħu r-rekwiżiti kapitali minħabba kundizzjonijiet tas-suq li qed jiddeterjoraw u sabiex jitnaqqas il-potenzjal għal proċikliċità. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment għandhom iwettqu wkoll retrotestijiet tal-istress biex jeżaminaw liema xenarji jistgħu jkunu ta’ sfida għall-vijabilità tal-istituzzjonijiet sakemm ma jkunux jistgħu jippruvaw li jistgħu jgħaddu mingħajr test ta’ dan it-tip. Minħabba d-diffikultajiet partikolari riċenti sabiex il-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni jiġu ttrattati bl-użu ta’ approċċi bbażati fuq mudelli interni, il-kapaċità tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment li jimmudellaw ir-riskji tat-titolizzazzjoni fil-portafolji tan-negozjar għandha tkun limitata u addebitament kapitali standardizzat għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni fil-portafoll tan-negozjar għandha tkun meħtieġa b’mod awtomatiku.

(52) Dan ir-Regolament jistabilixxi eċċezzjonijiet limitati għal ċerti attivitajiet ta’ kummerċ ta’ korrelazzjoni, li f’konformità magħhom istituzzjoni tista’ titħalla mis-superviżur tagħha tikkalkula addebitament kapitali komprensiv għar-riskju soġġett għal rekwiżiti stretti. F’każijiet bħal dawn l-istituzzjoni għandha teħtieġ li tissoġġetta tali attivitajiet għal addebitament kapitali daqs l-akbar mill-addebitamenti kapitali skont dak l-approċċ żviluppat internament u 8 % tal-allokazzjoni ta’ kapital għal riskji speċifiċi skont il-metodu standardizzat ta’ kejl. M’għandhiex tkun meħtieġa tissoġġetta dawk l-iskoperturi għall-addebitament inkrimentali għar-riskju iżda għandhom jiġu inkorporati fil-miżuri tal-valur fir-riskju u fil-miżuri tal-valur fir-riskju taħt stress.

(53) Minħabba n-natura u d-daqs tat-telf mhux mistenni imġarrab mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment matul il-kriżi finanzjarja u ekonomika, huwa meħtieġ li tittejjeb aktar il-kwalità u l-armonizzazzjoni tal-fondi proprji li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment jeħtieġu li jżommu.  Dan għandu jinkludi l-introduzzjoni ta’ definizzjoni ġdida tal-elementi prinċipali tal-kapital disponibbli biex ikun assorbit it-telf mhux mistenni meta jfeġġ, titjib għad-definizzjoni ta’ kapital ibridu u rekwiżiti prudenzjali uniformi għal fondi proprji. Huwa meħtieġ ukoll li jiżdied b’mod sinifikanti l-livell ta’ fondi proprji, inklużi l-proporzjonijiet kapitali ġodda li jiffokaw fuq l-elementi prinċipali tal-fondi proprji disponibbli biex ikun assorbit it-telf meta jfeġġ.

(54) Għall-finijiet ta’ tisħiħ tad-dixxiplina tas-suq u t-titjib tal-istabilità finanzjarja huwa meħtieġ li jkunu introdotti rekwiżiti aktar dettaljati għad-divulgazzjoni tal-forma u n-natura tal-kapital regolatorju u l-aġġustamenti prudenzjali magħmula sabiex ikun żgurat li l-investituri u d-depożitanti jkunu informati tajjeb biżżejjed rigward is-solvenza tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment.

(55) Id-definizzjoni ġdida tal-kapital u rekwiżiti kapitali regolatorji għandha tkun introdotta b’mod li tqis il-fatt li hemm punti tat-tluq u ċirkostanzi nazzjonali differenti, bi tnaqqis fil-varjazzjoni inizjali dwar l-istandards il-ġodda matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni. Sabiex tkun żgurata kontinwità addattata fil-livell ta’ fondi proprji, injezzjonijiet eżistenti ta' kapital mis-settur pubbliku se jkollhom anterjorità għat-tul tal-perjodu ta’ tranżizzjoni.

(56) Id-Direttiva 2006/48/KE ħtieġet lill-istituzzjonijiet tal-kreditu sabiex jipprovdu fondi proprji li jkunu mill-inqas ugwali għal ammonti minimi speċifikati sal-31 ta’ Diċembru 2011. Fid-dawl tal-effetti kontinwi tal-kriżi finanzjarja fis-settur bankarju u l-estensjoni tal-arranġamenti tranżizzjonali għar-rekwiżiti kapitali adottati mill-BCBS, huwa xieraq li jkun introdott mill-ġdid limitu aktar baxx għal perjodu limitat ta’ żmien sakemm ammonti suffiċjenti ta’ fondi proprji jkunu ġew stabiliti f’konformità mal-arranġamenti tranżizzjonali ta’ fondi proprji previsti f’dan ir-Regolament li se jkunu mdaħħla f’fażijiet b’mod progressiv mill-2013 sal-2019. Għal gruppi li jinkludu negozju bankarju jew ta’ investiment u negozju tal-assigurazzjoni sinifikanti, id-Direttiva 2002/87/KE dwar Konglomerati Finanzjarji, tipprovdi regoli speċifiċi biex ikun indirizzat tali ‘għadd doppju’ tal-kapital. Id-Direttiva 2002/87/KE hija bbażata fuq prinċipji miftehma fuq livell internazzjonali għat-trattament tar-riskju fis-setturi kollha. Din il-proposta ssaħħaħ il-mod kif dawn ir-regoli għal Konglomerati Finanzjarji għandhom japplikaw għal gruppi ta’ kumpaniji bankarji u tal-investiment, biex tkun żgurata l-applikazzjoni robusta u konsistenti tagħhom. Kwalunkwe bidliet oħra li huma neċessarji sejrin jiġu indirizzati fl-analiżi tad-Direttiva 2002/87/KE, mistennija fl-2012.

(57) Il-kriżi finanzjarja enfasizzat li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment issottovalutaw bil-kbir il-livell ta’ riskju ta’ kreditu tal-kontroparti assoċjat mad-derivati barra l-borża (OTC). Dan wassal lill-Mexxejja tal-G20, f’Settembru 2009, biex jappellaw għal aktar derivati OTC sabiex jiġu kklerjati permezz ta’ Kontroparti Ċentrali (CCP). Barra minn hekk, huma riedu li dawn id-derivati OTC li ma setgħux jiġu kklerjati ċentralment biex ikunu soġġetti għal rekwiżiti ogħla ta’ fondi proprji sabiex ikunu riflessi kif jixraq ir-riskji ogħla assoċjati magħhom.

(58) B’segwitu għall-appell tal-Mexxejja tal-G-20, il-BCBS, bħala parti minn Basel III, materjalment bidel ir-reġim tar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti. Basel III hija mistennija li żżid b’mod sinifikanti r-rekwiżiti ta’ fondi proprji assoċjati mad-derivati OTC u t-tranżazzjonijiet li jiffinanzjaw it-titoli tal-istituzzjonijiet tal-kreditu u d-ditti tal-investiment u li toħloq inċentivi importanti għall-istituzzjonijiet tal-kreditu u d-ditti tal-investiment li jużaw is-CCPs. Basel III hija mistennija wkoll li tipprovdi aktar inċentivi biex jissaħħaħ l-immaniġjar tar-riskju tal-iskoperturi tar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti u li tirrevedi r-reġim attwali għat-trattament tal-iskoperturi tar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti għas-CCPs.

(59) L-istituzzjonijiet għandhom iżommu fondi proprji addizzjonali minħabba r-riskju tal-aġġustament fil-valwazzjoni tal-kreditu li jitnissel mid-derivati OTC. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ukoll korrelazzjoni tal-valur tal-assi ogħla fil-kalkolu tar-rekwiżiti tal-fondi proprji tal-iskoperturi tar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti li jitnissel mid-derivati OTC u t-tranżazzjonijiet li jiffinanzjaw it-titoli lil ċerti istituzzjonijiet finanzjarji. L-istituzzjonijiet tal-kreditu u d-ditti tal-investiment għandhom ukoll itejbu konsiderevolment il-kejl u l-immaniġjar tar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti billi jindirizzaw aħjar ir-riskju ta’ korrelazzjoni sfavorevoli, kontropartijiet u kollateral b’ingranaġġ għoli ħafna, akkumpanjati mit-titjib korrispondenti fl-oqsma tar-retrotestjar u l-ittestjar tal-istress.

(60) Skoperturi kummerċjali għal CCPs ġeneralment jibbenefikaw minn kalkolu tal-valur nett multilaterali u mekkanmiżmu ta’ kondiviżjoni tat-telf ipprovduti mis-CCPs. Bħala konsegwenza, huma jinvolvu riskju ta’ kreditu tal-kontroparti aktar baxx u għaldaqstant għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżit ta’ fondi proprji baxx ħafna. Fl-istess waqt, dan ir-rekwiżit għandu jkun pożittiv sabiex jiżgura li l-istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti tal-investiment jintraċċaw u jimmonitorjaw l-iskoperturi tagħhom lis-CCPs bħala parti minn immaniġjar tajjeb tar-riskju u biex jiġi rifless li anki skoperturi kummerċjali lis-CCPs mhumiex ħielsa mir-riskju.

(61) Fond ta’ inadempjenza tas-CCPs huwa mekkaniżmu li jippermetti l-kondiviżjoni (mutwalizzazzjoni) tat-telf fost il-membri tas-CCPs li jikklerjaw. Jintuża fil-każ li t-telf iġarrab mis-CCP wara l-inadempjenza ta’ membru tal-ikklerjar ikun ikbar mill-marġni u l-kontribuzzjonijiet tal-fond tal-inadempjenza pprovduti minn dak il-membru tal-ikklerjar u kwalunkwe difiża oħra li s-CCP jista’ juża qabel jirrikorri għall-kontribuzzjonijiet tal-fond tal-inadempjenza tal-kumplament tal-membri tal-ikklerjar. Minħabba dan, ir-riskju ta’ telf assoċjat mal-iskoperturi mill-kontribuzzjonijiet tal-fond tal-inadempjenza huwa ogħla minn dak assoċjat mal-iskoperturi kummerċjali. Għaldaqstant, dan it-tip ta’ skoperturi għandu jkun soġġett għal rekwiżit ogħla ta’ fondi proprji.

(62) Il-“kapital ipotetiku” ta’ CCP għandu jkun il-varjabbli meħtieġ biex ikun stabilit ir-rekwiżit tal-fondi proprji għall-iskoperturi ta’ membru tal-ikklerjar mill-kontribuzzjonijiet tiegħu lill-fond ta’ inadempjenza ta’ CCP. M’għandux jinftiehem mod ieħor. B'mod partikolari, m’għandux jinftiehem bħala l-ammont tal-kapital li CCP teħtieġ li żżomm mill-awtorità kompetenti tagħha.

(63) Ir-rieżami tat-trattament tar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti, u b’mod partikolari l-istabiliment ta’ rekwiżiti ogħla ta’ fondi proprji għal kuntratti ta’ derivati bilaterali sabiex jirriflettu r-riskju ogħla li tali kuntratti joħolqu għas-sistema finanzjarja, tifforma parti integrali mill-isforzi tal-Kummissjoni biex tiżgura swieq tad-derivati effiċjenti, sikuri u sodi. Konsegwentement, dan ir-Regolament jikkumplimenta l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar id-derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji kummerċjali, tal-15 ta’ Settembru 2010[15].

(64) Is-snin preċedenti għall-kriżi finanzjarja kienu kkaratterizzati minn konċentrazzjoni eċċessiva fl-iskoperturi tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment fir-rigward tal-fondi proprji tagħhom (ingranaġġ). Matul il-kriżi finanzjarja, it-telf u n-nuqqas ta’ finanzjament ġiegħel lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment li jnaqqsu b’mod sinifikanti l-ingranaġġ tagħhom ta' terminu qasir. Dan kabbar il-pressjoni ’l isfel fuq il-prezzijiet tal-assi, ikkawża aktar telf għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment li ġab miegħu aktar tnaqqis fil-fondi proprji tagħhom. Ir-riżultati finali ta’ dan il-moviment negattiv kienu tnaqqis fid-disponibilità tal-kreditu għall-ekonomija reali u kriżi aqwa u itwal.

(65) Ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji bbażati fuq ir-riskju huma essenzjali li jkunu żgurati fondi proprji biżżejjed biex ikopru t-telf mhux mistenni. Madankollu, il-kriżi wriet li dawn ir-rekwiżiti waħedhom mhumiex biżżejjed biex jevitaw li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment jidħlu għal riskji eċċessivi u mhux sostenibbli ta' azzjoni ta' ingranaġġ.

(66) F’Settembru 2009, il-Mexxejja tal-G-20 intrabtu li jiżviluppaw regoli maqbula fuq livell internazzjonali biex jiskoraġġixxu ingranaġġ eċċessiv. Għal dan il-għan, huma appoġġaw l-introduzzjoni ta’ proporzjon ta’ ingranaġġ bħala miżura supplimentari għall-qafas ta’ Basel II.

(67) F’Diċembru 2010, il-BCBS ippubblikat linji gwida li jiddefinixxu l-metodoloġija għall-kalkolu tal-proporzjon ta’ ingranaġġ. Dawn ir-regoli jipprevedu perjodu ta’ osservazzjoni li se jkun mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-1 ta’ Jannar 2017 li matulu, il-proporzjon ta’ ingranaġġ, il-komponenti tiegħu u l-imġiba tiegħu fir-rigward tar-rekwiżit ibbażat fuq ir-riskju sejrin jiġu mmonitorjati. Fuq il-bażi tar-riżultati tal-perjodu ta’ osservazzjoni, il-BCBS għandha l-ħsieb li tagħmel aġġustamenti finali għad-definizzjoni u l-kalibrar tal-proporzjon ta’ ingranaġġ fl-ewwel nofs tal-2017, bil-għan li ssir migrazzjoni għal rekwiżit vinkolanti fl-1 ta’ Jannar 2018 ibbażat fuq rieżami u kalibrar adatti. Il-linji gwida tal-BCBS jipprevedu wkoll id-divulgazzjoni tal-proporzjon ta’ ingranaġġ u l-komponenti tiegħu li jibda fl-1 ta’ Jannar 2015.

(68) Proporzjon ta’ ingranaġġ huwa strument regolatorju u superviżorju ġdid għall-Unjoni. F’konformità mal-ftehimiet internazzjonali, huwa għandu jkun introdott l-ewwel bħala aspett addizzjonali li jista’ jkun applikat fuq istituzzjonijiet individwali skont id-diskrezzjoni tal-awtoritajiet superviżorji. L-obbligi tar-rapportar għall-istituzzjonijiet sejrin jippermettu analiżi u kalibrar adattati bil-għan li ssir il-migrazzjoni għal miżura vinkolanti fl-2018.

(69) Meta jiġi rieżaminat l-impatt tal-proporzjon ta’ ingranaġġ fuq mudelli tan-negozju differenti, għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-mudelli tan-negozju li jitqiesu bħala ta’ riskju baxx, bħas-self bl-ipoteki u s-self speċjalizzat ma’ gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali jew entitajiet tas-settur pubbliku.

(70) Sabiex ir-rieżami jiġi ffaċilitat, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment għandhom, matul il-perjodu ta’ osservazzjoni jimmonitorjaw il-livell u l-bidliet fil-proporzjon ta’ ingranaġġ kif ukoll ir-riskju tal-ingranaġġ bħala parti mill-proċess ta’ valutazzjoni interna dwar l-adegwatezza kapitali (ICAAP - internal capital adequacy assessment process). Dan il-monitoraġġ għandu jkun inkluż fil-proċess tar-rieżami superviżorju.

(71) Restrizzjonijiet fuq remunerazzjoni varjabbli jkunu element importanti biex ikun żgurat li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment jibnu mill-ġdid il-livelli tal-kapital tagħhom meta joperaw fi ħdan il-medda tal-bafer. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment huma diġà soġġetti għall-prinċipju li għotjiet u pagamenti diskrezzjonarji ta’ remunerazzjoni varjabbli għal dawk il-kategoriji tal-persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni jridu jkunu sostenibbli, fir-rigward tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni. Sabiex ikun żgurat li istituzzjoni propizjożament tirrestawra l-livelli ta’ fondi proprji tagħha, huwa xieraq li l-għoti ta’ remunerazzjoni varjabbli u benefiċċji tal-pensjoni diskrezzjonarji jkun allinjat mas-sitwazzjoni tal-profitt tal-istituzzjoni matul kwalunkwe perjodu li fih ma jkunx issodisfat ir-rekwiżit kombinat ta’ bafer.

(72) Strutturi ta’ governanza tajba, trasparenza u divulgazzjoni huma essenzjali għal politiki ta’ remunerazzjoni tajba. Sabiex tkun żgurata trasparenza adegwata għas-suq tal-istrutturi ta’ remunerazzjoni tagħhom u r-riskju assoċjat, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment għandhom jiddivulgaw informazzjoni dettaljata dwar il-politiki, il-prattiki ta’ remunerazzjoni tagħhom u, għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, l-ammonti aggregati għal dawk il-membri tal-persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom ikollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta tal-investiment. Dik l-informazzjoni għandha tkun disponibbli għall-partijiet konċernati kollha.

(73) Id-Direttiva 95/46 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data[16] u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-data[17], għandhom ikunu applikabbli b’mod sħiħ għall-ipproċessar tad-dejta personali għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

(74) L-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment għandhom iżommu inventarju tal-assi likwidi li jkunu jkunu jistgħu jużaw biex ikopru l-ħtiġijiet ta’ likwidità waqt stress fil-likwidità ta' terminu qasir. Meta jużaw l-inventarju, huma għandhom jattivaw pjan biex jirrestawraw il-pussess tagħhom ta’ assi likwidi u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw l-adegwatezza tal-pjan u l-implimentazzjoni tiegħu.

(75) L-inventarju ta’ assi likwidi għandu jkun disponibbli fi kwalunkwe ħin biex jissodisfa l-flussi ta’ ħruġ tal-likwidità. Il-livell tal-ħtiġijiet tal-likwidità waqt stress fil-likwidità ta' terminu qasir għandu jkun stabilit b’mod standardizzat sabiex ikun żgurat kemm standard sod uniformi kif ukoll kundizzjonijiet ekwi. Għandu jkun żgurat li tali determinazzjoni standardizzata m’għandhiex konsegwenzi mhux intenzjonati għas-swieq finanzjarji, l-estensjoni tal-kreditu u t-tkabbir ekonomiku, u anki jitqiesu mudelli tan-negozju u ambjenti ta’ finanzjament differenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment fl-Unjoni. Għal dan il-għan, ir-rekwiżit ta’ kopertura tal-likwidità għandu jkun soġġett għal perjodu ta’ osservazzjoni. Fuq il-bażi tal-osservazzjonijiet u bl-appoġġ tal-ABE, il-Kummissjoni għandha tikkonferma jew taġġusta r-rekwiżit tal-kopertura tal-likwidità permezz ta’ att delegat.

(76) Apparti mill-ħtiġijiet ta’ likwidità ta' terminu qasir, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment għandhom jadottaw ukoll strutturi ta’ finanzjament li jkunu stabbli fuq terminu itwal ta’ żmien. F’Diċembru 2010, il-BCBS qabel li l-NSFR tiċċaqlaq għal standard minimu sal-1 ta’ Jannar 2018 u li l-BCBS idaħħal fis-seħħ proċessi ta’ rapportar stretti biex jimmonitorja l-proporzjon matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni u se jkompli janalizza l-implikazzjonijiet ta’ dawn l-istandards għas-swieq finanzjarji, l-estensjoni tal-kreditu u t-tkabbir ekonomiku, u jindirizza l-konsegwenzi mhux intenzjonati skont kif ikun meħtieġ. Il-BCBS b’hekk qabel li l-NSFR ikun soġġett għal perjodu ta’ osservazzjoni u jinkludi klawżola ta’ rieżami. F’dan l-ambitu, l-ABE għandha, fuq il-bażi tar-rapportar meħtieġ minn dan ir-Regolament, tevalwa kif għandu jkun iddisinjat ir-rekwiżit ta’ finanzjament stabbli. Fuq il-bażi ta’ din l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew flimkien ma’ kwalunkwe proposta xierqa sabiex jiġu introdotti tali rekwiżit sal-2018.

(77) Dgħufijiet fil-governanza korporattiva f’numru ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment ikkontribwixxew għal teħid ta’ riskji eċċessivi u imprudenti fis-settur bankarju li wassal għall-falliment ta’ istituzzjonijiet individwali u problemi sistemiċi.

(78) Sabiex jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ tal-prattiki tal-governanza korporattiva tal-istituzzjonijiet u tittejjeb id-dixxiplina fis-suq, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment għandhom pubblikament jiddivulgaw l-arranġamenti tal-governanza korporattiva tagħhom. Il-korpi maniġerjali tagħhom għandhom japprovaw u pubblikament jiddivulgaw dikjarazzjoni li tipprovdi aċċertament lill-pubbliku li dawn l-arranġamenti huma adegwati u effiċjenti.

(79) Sabiex tkun żgurata konverġenza progressiva bejn il-livell tal-fondi proprji u l-aġġustamenti prudenzjali applikati u d-definizzjoni ta’ fondi proprji fl-Unjoni u għad-definizzjoni ta’ fondi proprji stabilita f’dan ir-Regolament matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, id-dħul f’fażijiet tar-rekwiżiti tal-fondi proprji ta’ dan ir-Regolament għandu jseħħ gradwalment. Huwa vitali li jkun żgurat li dan id-dħul f’fażijiet ikun konsistenti mat-titjib riċenti magħmul mill-Istati Membri fil-livelli meħtieġa tal-fondi proprji u lid-definizzjoni ta’ fondi proprji fis-seħħ fl-Istati Membri. Għal dak il-għan, matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabilixxu fi ħdan limiti minimi u massimi definiti kemm se jintroduċu rapidament il-livell meħtieġ tal-fondi proprji u aġġustamenti prudenzjali stabiliti f’dan ir-Regolament.

(80) Sabiex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni bla skossi minn aġġustamenti prudenzjali diverġenti attwalment applikati fl-Istati Membri għas-sett ta’ aġġustamenti prudenzjali stabiliti f’dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu, matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, ikomplu jeħtieġu lill-istituzzjonijiet, sa ċertu limitu, sabiex jagħmlu aġġustamenti prudenzjali għall-fondi proprji li jkunu ta’ deroga minn dan ir-Regolament.

(81) Sabiex ikun żgurat li l-istituzzjonijiet ikollhom żmien biżżejjed biex jissodisfaw il-livelli meħtieġa ġodda u d-definizzjoni ta’ fondi proprji, ċerti strumenti kapitali li ma jkunux konformi mad-definizzjoni ta’ fondi proprji stabilita f’dan ir-Regolament għandhom jitneħħew f’fażijiet bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2021. Barra minn hekk, ċerti strumenti injettati mill-Istat għandhom jiġu rikonoxxuti b’mod sħiħ fil-fondi proprji għal perjodu limitat.

(82) Sabiex tkun żgurata konverġenza progressiva lejn regoli uniformi dwar id-divulgazzjoni mill-istituzzjonijiet biex jipprovdu lill-parteċipanti fis-swieq b’informazzjoni preċiża u komprensiva rigward il-profil tar-riskju ta’ istituzzjonijiet individwali, ir-rekwiżiti tad-divulgazzjoni għandhom jiddaħħlu f’fażijiet gradwalment.

(83) Sabiex jitqiesu l-iżviluppi u l-esperjenza tas-swieq fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha teħtieġ tissottometti rapporti kif jixraq lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe proposta leġiżlattiva, dwar l-effetti potenzjali tar-rekwiżiti kapitali fuq iċ-ċiklu ekonomiku ta’ rekwiżiti minimi ta’ fondi proprji għal skoperturi f’forma ta’ bonds koperti, skoperturi kbar, rekwiżiti tal-likwidità, ingranaġġ, skoperturi għal riskju ta’ kreditu trasferit, riskju ta’ kreditu tal-kontroparti u l-metodu ta’ skopertura oriġinali, skoperturi fil-livell tal-konsumatur, fuq id-definizzjoni ta’ kapital eliġibbli, u l-livell tal-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament.

(84) Sabiex ikunu speċifikati r-rekwiżiti stabiliti f’dan ir-Regolament, is-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-aġġustamenti tekniċi għal dan ir-Regolament biex ikunu kkjarifikati d-definizzjonijiet biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament jew biex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji; biex tkun allinejata t-terminoloġija fuq, u jitfasslu d-definizzjonijiet skont, atti relevanti sussegwenti;biex isir aġġustament tad-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament dwar fondi proprji biex jirriflettu l-iżviluppi fl-istandards tal-kontabilità jew il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, jew fir-rigward tal-konverġenza tal-prattiki superviżorji; biex jitwessgħu l-listi tal-klassijiet tal-iskoperturi għall-finijiet tal-Approċċ Standardizzat jew l-Approċċ IRB biex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji; biex isir aġġustament ta’ ċerti ammonti relevanti għal dawk il-klassijiet tal-iskoperturi biex jitqiesu l-effetti tal-inflazzjoni; biex tkun aġġustata l-lista u l-klassifika tal-entrati li ma jidhrux fuq il-karta bilanċjali; u biex ikunu aġġustati d-dispożizzjonijiet speċifiċi u l-kriterji tekniċi dwar it-trattament tar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti, l-Approċċ Standardizzat u l-Approċċ IRB, il-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu, it-titolizzazzjoni, ir-riskju operazzjonali, ir-riskju tas-suq, il-likwidità, il-bafer kapitali, l-ingranaġġ u d-divulgazzjoni sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji jew fl-istandards tal-kontabilità jew il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, jew fir-rigward tal-konverġenza tal-prattiki superviżorji u l-kejl tar-riskju u r-rapportar tal-eżitu tar-rieżami ta’ diversi materji fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2004/39/KE.

(85) Is-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE għandha wkoll tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-preskrizzjoni ta’ tnaqqis temporanju fil-livell tal-fondi proprji jew l-piż tar-riskju speċifikati skont dak ir-Regolament sabiex jitqiesu ċirkostanzi speċifiċi; biex tkun ikkjarifikata l-eżenzjoni ta’ ċerti skoperturi mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament dwar skoperturi kbar; biex ikunu speċifikati l-ammonti relevanti għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali għall-portafoll tan-negozjar biex jitqiesu l-iżviluppi fl-oqsma ekonomiċi u monetarji; biex isir aġġustament tal-kategoriji tad-ditti tal-investiment eliġibbli għal ċerti derogi għal livelli meħtieġa ta’ fondi proprji biex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji; biex ikun iċċarat ir-rekwiżit li d-ditti tal-investiment iżommu fondi proprji ekwivalenti għal kwart tal-kostijiet ġenerali fissi tas-sena preċedenti biex tkun żgurata applikazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament; biex ikunu ddeterminati l-elementi tal-fondi proprji li minnhom għandu jsiru it-tnaqqisiet tal-parteċipazzjonijiet (holdings) ta' istituzzjoni tal-istrumenti ta' entitajiet relevanti; biex ikunu introdotti dispożizzjonijiet tranżizzjonali addizzjonali fir-rigward tat-trattament ta’ qligħ u telf attwarju fil-kejl ta’ obbligazzjonijiet tal-istituzzjonijiet ta’ pensjonijiet b’benefiċċju definit; biex jiżdied temporanjament il-livell tal-fondi proprji; u biex ikunu speċifikati r-rekwiżiti tal-likwidità.

(86) Hija ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul ix-xogħol ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u adattata tad-dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

(87) Il-Kummissjoni għandha wkoll tkun tista’ tadotta, permezz ta’ proċedura ta’ urġenza, żieda temporanja fil-livell tal-fondi proprji, il-piżijiet tar-riskju jew kwalunkwe rekwiżiti prudenzjali li jkunu meħtieġa biex tirrispondi għall-iżviluppi tas-swieq. Tali dispożizzjonijiet għandhom ikunu applikabbli għal perjodu li ma jaqbiżx is-sitt (6) xhur, sakemm il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ma jkunux oġġezzjonaw għall-att delegat fi żmien perjodu ta’ sitt ġimgħat. Il-Kummissjoni għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta’ urġenza.

(88) Standards tekniċi fis-servizzi finanzjarji għandhom jiżguraw l-armonizzazzjoni, kundizzjonijiet uniformi u protezzjoni adegwata tad-depożitanti, investituri u konsumaturi fl-Unjoni. Bħala korp b’kompetenza espert speċjalizzata ħafna, ikun effiċjenti u xieraq li l-ABE tkun fdata bl-elaborazzjoni ta’ abbozzi ta’ standards regolatorji u tekniċi tal-implimentazzjoni li ma jinvolvux għażliet tal-politika, biex ikunu jitressqu lill-Kummissjoni.

(89) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-abbozzi ta’ standards regolatorji tekniċi żviluppati mill-ABE fl-oqsma tas-soċjetajiet koperattivi jew istituzzjonijiet simili, ċerti strumenti ta’ fondi proprji, aġġustamenti prudenzjali, tnaqqisiet minn fondi proprji, strumenti ta’ fondi proprji addizzjonali, interessi minoritarji, servizzi anċillari għall-banek, it-trattament tal-aġġustament tar-riskju tal-kreditu, il-probabilità tal-inadempjenza, telf fil-każ ta’ inadempjenza, governanza korporattiva, approċċi għall-piżijiet tar-riskju tal-assi, il-konverġenza ta’ prattiki superviżorji, il-likwidità, u arranġamenti tranżizzjonali għal fondi proprji, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE u f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Hija ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul ix-xogħol ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti.

(90) Il-Kummissjoni għandha tkun tista’ wkoll tadotta standards tekniċi implimentattivi permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-TFUE u f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-ABE għandha tkun fdata bit-tfassil ta’ standards tekniċi implimentattivi biex ikunu sottomessi lill-Kummissjoni fir-rigward tal-konsolidazzjoni, deċiżjonijiet konġunti, rapportar, divulgazzjoni, skoperturi koperti b’ipoteki, valutazzjoni tar-riskju, approċċi għall-ipeżar tar-riskju tal-assi, il-piżijiet tar-riskju u l-ispeċifikazzjoni ta’ ċerti skoperturi, it-trattament tal-alternattivi u l-garanziji, il-pożizzjonijiet fi strumenti ta’ ekwità u kambju, l-użu ta’ mudelli interni, ingranaġġ, u entrati li ma jidhrux fuq il-karta bilanċjali.

(91) Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabiliment tar-regoli u l-prinċipji ġenerali rigward il-mekkaniżmi għal kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni.

            ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

PARTI WIEĦED DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Titolu I Is-suġġett, il-kamp ta’ applikazzjoni u d-definizzjonijiet

Artikolu 1 Il-kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabilixxi regoli uniformi li jikkonċernaw rekwiżiti prudenzjali ġenerali li l-istituzzjonijiet kollha supervizzati skont id-Direttiva [inserit mill-OP] jridu jissodisfaw fir-rigward tal-elementi li ġejjin:

(a) rekwiżiti ta’ fondi proprji li jirrelataw ma’ elementi intierament kwantifikabbli, uniformi u standardizzati ta’ riskju tal-kreditu, riskju tas-suq, u riskju operazzjonali:

(b) rekwiżiti li jillimitaw skoperturi kbar;

(c) wara li l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 444 ikun daħal fis-seħħ, rekwiżiti tal-likwidità li jirrelataw ma’ elementi intierament kkwantifikabbli, uniformi u standardizzati ta’ riskju tal-likwidità;

(d) rekwiżiti ta’ rapportar li jirrelataw mal-punti (a) sa (c) u mal-ingranaġġ;

(e) rekwiżiti ta’ pubblikazzjoni. (f)

L-Artikolu 299 japplika għal kontropartijiet ċentrali.

Dan ir-Regolament ma jirregolax ir-rekwiżiti tal-pubblikazzjoni għal awtoritajiet kompetenti fil-qasam tar-regolazzjoni prudenzjali u s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet kif stipulat fid-Direttiva [inserit mill-OP].

Artikolu 2 Setgħat superviżorji

Għall-finijiet tal-iżgurar tal-konformità ma’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikollhom is-setgħat u għandhom isegwu l-proċeduri stipulati fid-Direttiva [inserit mill-OP].

Artikolu 3 Applikazzjoni ta’ rekwiżiti aktar stretti mill-istituzzjonijiet

Dan ir-Regolament ma jostakolax lill-istituzzjonijiet milli jżommu fondi proprji u l-komponenti tagħhom f’eċċess ta’, jew japplikaw miżuri li jkunu aktar stretti minn, dawk meħtieġa minn dan ir-Regolament.

Artikolu 4 Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) ‘istituzzjoni ta’ kreditu’ tfisser impriża li n-negozju tagħha jkun li tirċievi depożiti jew fondi oħra ripagabbli mingħand il-pubbliku u li tagħti krediti f'isimha stess;

(2) ‘awtoritajiet kompetenti’ tfisser l-awtoritajiet pubbliċi jew korpi rikonoxxuti uffiċjalment mid-dritt nazzjonali, li jingħataw is-setgħa mid-dritt nazzjonali li jissupervizzaw l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew ditti tal-investiment bħala parti mis-sistema superviżorja mħaddma fl-Istat Membru konċernat.

(3)  ‘istituzzjoni finanzjarja’ tfisser impriża differenti minn istituzzjoni ta’ kreditu, li l-attività prinċipali tagħha tkun l-akkwiżizzjoni ta’ parteċipazzjonijiet jew li ssegwi attività waħda jew aktar minn dawk elenkati fil-punti 2 sa 12 u 15, Anness I għad-Direttiva [inserit mill-OP];

(4) ‘istituzzjoni’ tfisser istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta tal-investiment;

(5) ‘superviżur konsolidanti’ tfisser l-awtorità kompetenti responsabbli għall-eżerċizzju tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata tal-istituzzjonijiet prinċipali tal-UE u istituzzjonijiet ikkontrollati minn kumpaniji azzjonarji finanzjarji prinċipali tal-UE jew kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta prinċipali tal-UE.

(6) ‘ditti tal-investiment ta’ pajjiż terz rikonoxxut’ tfisser il-kumpaniji li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(d)     ditti li, jekk kienu stabiliti fl-Unjoni, ikunu koperti mid-definizzjoni ta’ ditta tal-investiment;

(e)      ditti li jkunu awtorizzati f’pajjiż terz;

(b)     ditti li jkunu soġġetti għal u li jikkonformaw mar-regoli prudenzjali meqjusa mill-awtoritajiet kompetenti bħala mill-inqas stretti daqs dawk stabiliti minn dan ir-Regolament jew mid-Direttiva [inserit mill-OP];

(7) ‘ditta lokali’ tfisser ditta li tinnegozja għan-nom tagħha stess fi swieq futuri jew alternattiva finanzjarji jew derivati oħra u fis-swieq tal-flus għall-fini waħdieni li tiħħeġġja l-pożizzjonijiet fis-swieq tad-derivati; jew tinnegozja għan-nom ta’ membri oħra ta’ dawk is-swieq u tkun garantita mill-membri tal-ikklerjar tal-istess swieq, fejn ir-responsabilità biex tkun żgurata l-eżekuzzjoni tal-kuntratti li tkun daħlet għalihom tali ditta ikunu assunti mill-membri tal-ikklerjar tal-istess swieq;

(8) ‘ditti tal-investiment’ tfisser istituzzjonijiet kif iddefiniti fl-Artikolu 4(1)(1) tad-Direttiva 2004/39/KE li jkunu soġġetti għar-rekwiżiti imposti minn dik id-Direttiva, esklużi dawn li ġejjin:

(d)     istituzzjonijiet ta’ kreditu;

(e)     ditti lokali;

(b)     ditti li jkunu awtorizzati biss biex jipprovdu s-servizz ta’ pariri dwar l-investimenti jew jirċievu u jittrażmettu l-ordnijiet mingħand l-investituri mingħajr ma jżommu flus jew titoli tal-klijenti tagħhom u għaldaqstant għal dik ir-raġuni ma jistgħu fl-ebda ħin jidħlu f’dejn mal-klijenti tagħhom.

(9) ‘impriża ta’ investiment kollettiv (CIU)’ tfisser Fond ta’ Investiment Alternattiv kif iddefinit mill-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi jew impriża ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) kif iddefiniti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS);

(10) ‘awtorizzazzjoni’ tfisser strument maħruġ fi kwalunkwe forma mill-awtoritajiet li permezz tiegħu jingħata d-dritt li jitwettaq in-negozju;

(11) ‘sitwazzjoni konsolidata’ tfisser is-sitwazzjoni li tirriżulta mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ dan ir-regolament skont it-Titolu II Kapitolu 2 għal istituzzjoni waħda bħallikieku dik l-istituzzjoni kienet tifforma, flimkien ma’ entità oħra jew aktar entitajiet oħra, istituzzjoni waħda;

(12) ‘bażi konsolidata’ tfisser fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata;

(13) ‘valwazzjoni skont il-valur tas-suq’ tfisser il-valwazzjoni tal-pożizzjonijiet bi prezzijiet tal-għeluq disponibbli immedjatement maħruġin minn sors indipendenti, inklużi prezzijiet tal-kambju, prezzijiet ikkwotati fuq l-iskrin, jew kwotazzjonijiet minn diversi sensara finanzjarji indipendenti ta’ reputazzjoni;

(14) ‘valwazzjoni skont mudell’ tfisser kwalunkwe valwazzjoni li titqabbel ma' parametru referenzjarju, tiġi estrapolata jew ikkalkulata mod ieħor minn input wieħed jew aktar tas-suq;

(15) ‘verifika indipendenti tal-prezz’ tfisser proċess li bih l-inputs ta’ prezzijiet tas-suq jew il-valwazzjoni skont mudell ikunu vverifikati regolarment għall-akkuratezza u l-indipendenza.

(16) ‘fergħa’ tfisser post tan-negozju li jifforma parti legalment dipendenti ta’ istituzzjoni ta’ kreditu u li twettaq b’mod dirett it-tranżazzjonijiet kollha jew uħud minnhom inerenti fin-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu;

(17) ‘istituzzjoni finanzjarja’ tfisser impriża differenti minn istituzzjoni ta’ kreditu, li l-attività prinċipali tagħha tkun l-akkwiżizzjoni ta’ parteċipazzjonijiet jew li ssegwi attività waħda jew aktar minn dawk elenkati fil-punti 2 sa 12 u 15 tal-Anness I għad-Direttiva [inserit mill-OP];

(18) ‘Stat Membru domiċiljari’ tfisser l-Istat Membru li fih l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun ġiet awtorizzata;

(19) ‘Stat Membru ospitanti’ tfisser l-Istat Membru li fih l-istituzzjoni ta’ kreditu ikollha fergħa jew li fih tipprovdi servizzi;

(20) ‘kontroll’ tfisser ir-relazzjoni bejn impriża prinċipali u sussidjarja, kif iddefinita fl-Artikolu 1 tas-Seba' Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta’ Ġunju tal-1983 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet ikkonsolidati[18], jew relazzjoni simili bejn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika u impriża;

(21) ‘parteċipazzjoni kwalifikattiva’ tfisser parteċipazzjoni diretta jew indiretta f’impriża li tirrapreżenta 10 % jew aktar tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot jew li jagħmluha possibbli li tkun eżerċitata influwenza fuq il-maniġment ta’ dik l-impriża;

(22) ‘entitajiet tas-settur pubbliku’ tfisser korpi amministrattivi mhux kummerċjali responsabbli lejn il-gvernijiet ċentrali, gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali, jew awtoritajiet li jeżerċitaw l-istess responsabiltajiet bħal awtoritajiet reġjonali u lokali, jew impriżi mhux kummerċjali taħt is-sjieda tal-gvernijiet ċentrali jew reġjonali jew awtoritajiet lokali li jkollhom arranġamenti ta’ garanzija espliċita, u jistgħu jinkludu korpi awtoamministrati rregolati bil-liġi li jkunu taħt superviżjoni pubblika;

(23) ‘kapital eliġibbli’ għall-finijiet tat-Titolu IV tal-Parti Tnejn u l-Parti Ħamsa tfisser is-somma ta’ dawn li ġejjin:

(a) Kapital ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni;

(b) Kapital ta’ Grad 1 Addizzjonali;

(c) Kapital ta’ Grad 2 li jkun ugwali għal jew inqas minn 25 % tal-fondi proprji;  

(24) ‘riskju operazzjonali’ tfisser ir-riskju ta’ telf li jirriżulta minn proċessi interni inadegwati jew falluti, min-nies u minn sistemi, jew minn avvenimenti esterni, u jinkludi riskju ġuridiċi;

(25) ‘banek ċentrali’ tfisser il-banek ċentrali nazzjonali li jkunu membri tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u l-Bank Ċentrali Ewropew, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor.

(26) ‘riskju ta’ dilwizzjoni’ tfisser ir-riskju li ammont riċevibbli jitnaqqas permezz ta’ krediti ta’ flus jew mhux ta’ flus lill-obbligant;

(27) ‘probabilità tal-inadempjenza’ tfisser il-probabilità tal-inadempjenza ta’ kontroparti fuq perjodu ta’ sena waħda;

(28) ‘telf’, għall-finijiet tal-Parti Tlieta, it-Titolu II, tfisser telf ekonomiku, inkluż effetti materjali ta’ skont, u kostijiet materjali diretti u indiretti assoċjati mal-ġbir fuq l-istrument;

(29) ‘telf fil-każ ta’ inadempjenza (LGD - loss given default)’ tfisser il-proporzjon tat-telf fuq skopertura minħabba inadempjenza ta’ kontroparti mal-ammont pendenti fl-inadempjenza;

(30) ‘fattur tal-konverżjoni’ tfisser il-proporzjon tal-ammont mhux miġbud kurrentement ta’ impenn li jkun ser jinġibed u jkun pendenti fl-inadempjenza mal-ammont kurrentement pendenti tal-impenn, il-firxa tal-impenn għandu jkun stabilit skont il-limitu rakkomandat, sakemm il-limitu mhux rakkomandat ma jkunx ogħla;

(31) ‘telf mistenni (EL - expected loss)’, għall-finijiet tal-Parti Tlieta, it-Titolu II, tfisser il-proporzjon tal-ammont li mistenni jintilef fuq skopertura minħabba inadempjenza potenzjali ta’ kontroparti jew dilwizzjoni fuq perjodu ta’ sena waħda mal-ammont pendenti fl-inadempjenza;

(32) ‘mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu’ tfisser it-teknika użata minn istituzzjoni biex tnaqqas ir-riskju ta’ kreditu assoċjat ma’ skopertura jew skoperturi li istituzzjoni tkompli żżomm;

(33) ‘protezzjoni ta’ kreditu finanzjata’ tfisser it-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu meta t-tnaqqis tar-riskju tal-kreditu fuq l-iskopertura ta’ istituzzjoni jitnissel mid-dritt ta’ dik l-istituzzjoni – fil-każ tal-inadempjenza tal-kontroparti jew fl-okkorrenza ta’ avvenimenti ta’ kreditu speċifiċi oħra li jirrelataw mal-kontroparti – li tillikwida, jew li tikseb trasferiment jew approprjazzjoni ta’, jew li żżomm, ċerti assi jew ammonti, jew li tnaqqas l-ammont tal-iskopertura għal, jew li tissostitwixxih bl-ammont tad-differenza bejn l-ammont tal-iskopertura u l-ammont tal-pretensjoni fuq l-istituzzjoni;

(34) ‘protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata’ tfisser il-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu meta t-tnaqqis tar-riskju ta’ kreditu fuq l-iskopertura ta’ istituzzjoni jinkiseb mill-impenn ta’ parti terza li tħallas ammont fil-każ ta’ inadempjenza tal-mutwatarju jew l-okkorrenza ta’ avvenimenti ta’ kreditu speċifiċi oħra;

(35) ‘tranżazzjoni ta’ riakkwist’ tfisser kwalunkwe tranżazzjoni regolata minn ftehim li jinsab fi ħdan id-definizzjoni ta’ ‘ftehim ta’ riakkwist’ jew ‘retroftehim ta’ riakkwist’

(36) ‘strument ta’ flus assimilat’ tfisser ċertifikat ta’ depożitu, bonds li jinkludu bonds koperti jew kwalunkwe strument mhux subordinat ieħor, li nħareġ mill-istituzzjoni, li għaliha l-istituzzjoni diġà tkun irċeviet ħlas sħiħ u li jiġi rimborżat inkondizzjonalment mill-istituzzjoni bil-valur nominali tiegħu

(37) ‘titolizzazzjoni’ tfisser tranżazzjoni jew skema, li biha riskju ta’ kreditu assoċjat mal-iskopertura jew pula ta’ skoperturi tkun segmentata, u jkollha ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

(a) pagamenti fit-tranżazzjoni jew skema jkunu dipendenti fuq il-prestazzjoni tal-iskopertura jew pula ta’ skoperturi;

(b) is-subordinazzjoni tas-segmenti tiddetermina d-distribuzzjoni tat-telf matul il-ħajja kurrenti tat-tranżazzjoni jew skema;

(38) ‘segment’ tfisser segment stabilit kuntrattwalment tar-riskju ta’ kreditu assoċjat ma’ skopertura jew numru ta’ skoperturi, fejn pożizzjoni fis-segment tinvolvi riskju ta’ kreditu akbar minn jew inqas minn pożizzjoni tal-istess ammont f’kull tali segment ieħor, mingħajr ma titqies il-protezzjoni ta’ kreditu pprovduta minn partijiet terzi direttament lid-detenturi ta’ pożizzjonijiet fis-segment jew f’segmenti oħra;

(39) ‘pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni’ tfisser skopertura għal titolizzazzjoni;

(40) ‘rititolizzazzjoni’ tfisser titolizzazzjoni meta r-riskju assoċjat ma’ grupp sottostanti ta’ skoperturi jiġi segmentat u mill-inqas waħda mill-iskoperturi sottostanti tkun pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni;

(41) ‘pożizzjoni ta’ rititolizzazzjoni’ tfisser skopertura għal rititolizzazzjoni;

(42) ‘oriġinatur’ tfisser wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) entità li, jew hi jew permezz ta’ entitajiet relatati, direttament jew indirettament, kienet involuta fil-ftehim oriġinali li ħoloq l-obbligi jew l-obbligi potenzjali tad-debitur jew debitur potenzjali li wassal biex l-iskopertura tkun ittitolizzata;

(b) entità li tixtri l-iskoperturi ta’ parti terza għan-nom tagħha stess u mbagħad tittitolizzahom;

(43) ‘sponser’ tfisser istituzzjoni differenti mill-istituzzjoni oriġinatriċi li tistabilixxi u timmaniġja programm ta’ karta kummerċjali ggarantita b’assi jew skema ta’ titolizzazzjoni li tixtri l-iskoperturi mingħand entitajiet ta’ partijiet terzi;

(44) ‘titjib tal-kreditu’ tfisser arranġament kuntrattwali li bih il-kwalità ta’ kreditu ta’ pożizzjoni f’titolizzazzjoni tittejjeb fir-rigward ta’ dak li kienet tkun kieku t-titjib ma kienx ġie pprovdut, inkluż it-titjib ipprovdut minn segmenti aktar subordinarji fit-titolizzazzjoni u tipi oħra ta’ protezzjoni ta’ kreditu;

(45) ‘entità ta’ għan speċjali ta’ titolizzazzjoni' (SSPE securitisation special purpose entity) tfisser fiduċjarja korporattiva jew entità oħra, differenti minn istituzzjoni, organizzata għat-twettiq ta’ titolizzazzjoni jew titolizzazzjonijiet, li l-attivitajiet ta’ dawn ikunu limitati għal dawk xierqa għall-ksib ta’ dak l-objettiv, l-istruttura tagħha tkun maħsuba biex tiżola l-obbligi tal-SSPE minn dawk tal-istituzzjoni oriġinatriċi, u d-detenturi tal-interessi benefiċjarji li jkollhom id-dritt li jwegħdu jew jiskambjaw dawk l-interessi mingħajr restrizzjoni;

(46) ‘grupp ta’ klijenti konnessi’ tfisser kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(a) żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew aktar li, sakemm ma jintweriex mod ieħor, jikkostitwixxu riskju wieħed għaliex wieħed minnhom, direttament jew indirettament, ikollhom kontroll fuq l-ieħor jew l-oħrajn sakemm japplika t-trattament stabilit fil-punt (c);

(b) żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew aktar li bejniethom ma jkunx hemm relazzjoni ta’ kontroll kif deskritt fil-punt (a) imma li jridu jitqiesu li jikkostitwixxu riskju wieħed għaliex tant ikunu interkonnessi li, jekk wieħed minnhom kellu jiffaċċja problemi finanzjarji, b’mod partikolari diffikulatjiet fil-finanzjament jew fir-ripagament, l-ieħor jew l-oħrajn kolha probabbilment jiffaċċjaw ukoll diffikulatjiet fil-finanzjament jew fir-ripagament;

(c) meta gvern ċentrali jkollu kontroll ta’ entità waħda jew aktar u l-iskoperturi għal dan il-gvern ċentrali jirċievu piż tar-riskju ta’ 0 % skont l-Artikolu 109 u meta dak il-gvern ċentrali pprovda garanzija espliċita rigward l-obbligi kollha ta’ tali entitajiet, dan il-kontroll ma jwassalx għal grupp ta’ klijenti konnessi bejn il-gvern ċentrali u dawk l-entitajiet. L-istess japplika fil-każijiet ta’ gvernijiet reġjonali jew awtoritajet lokali meta l-iskoperturi għal gvernijiet reġjonali jew awtoritajet lokali jirċievu piż tar-riskju ta’ 0 % skont l-Artikolu 110 u meta gvernijiet reġjonali jew awtoritajet lokali jkunu pprovdew garanzija espliċita rigward l-obbligi kollha ta’ tali entitajiet.

(47) ‘kambji rikonoxxuti’ tfisser kambji li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin kollha:

(a) ikunu suq li msemmi fil-lista li se tkun ippubblikata mill-(AETS) skont l-Artikolu 47 tad-Direttiva 2004/39/KE.

(b) ikollhom mekkaniżmu tal-ikklerjar li bih il-kuntratti elenkati fl-Anness IV ikunu soġġetti għal rekwiżiti tal-marġni ta’ kuljum li, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti, jipprovdi protezzjoni adatta;

(48) ‘benefiċċji tal-pensjoni diskrezzjonarji’ tfisser benefiċċji tal-pensjoni mtejba mogħtija fuq bażi diskrezzjonarja minn istituzzjoni lill-impjegat bħala parti mill-pakkkett ta’ remunerazzjoni varjabbli ta’ dak l-impjegat, li ma jinkludux benefiċċji akkumulati mogħtija lill-impjegat skont it-termini tal-iskema tal-pensjonijiet tal-kumpanija.

(49) ‘parteċipazzjoni’ tfisser parteċipazzjoni fi ħdan it-tifsira tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 17 tar-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta’ Lulju 1978 dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpaniji[19], jew is-sjieda, diretta jew indiretta, ta’ 20 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot jew kapital ta’ impriża;

(50) ‘skopertura’ għall-finijiet tal-Parti Tlieta, Titolu II tfisser assi jew element li ma jidhirx fuq il-karta bilanċjali.

(51) ‘valur mutwanti ipotekarju’ tfisser il-valur tal-proprjetà immobbli kif stabilit minn valutazzjoni prudenzjali tal-kummerċjabilità futura tal-proprjetà u jitqiesu l-aspetti sostenibbli fuq terminu twil tal-proprjetà, il-kundizzjonijiet normali u l-kundizzjonijiet tas-suq lokali, l-użu kurrenti u l-użu alternattiv xieraq tal-proprjetà.

(52) ‘valur tas-suq’ tfisser għall-finijiet ta’ proprjetà immobbli l-ammont stmat li għalih il-proprjetà għandha tiġi skambjata fid-data tal-valwazzjoni bejn kompratur li jkun wera r-rieda u venditur li jkun wera r-rieda fi tranżazzjoni distakkata wara kummerċjalizzazzjoni xierqa fejn kull parti tkun aġixxiet b’mod konxjentement, b’mod prudenti u mingħajr kompulsjoni.

(53) ‘qafas kontabilistiku relevanti' tfisser ir-regoli kontabilistiċi li għalihom tkun soġġetta l-istituzzjoni skont ir-Reglament (KE) Nru 1606/2002[20] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità u d-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn[21].

(54) ‘rata ta’ inadempjenza ta’ sena’ tfisser il-proporzjon bejn in-numru tal-inadempjenzi li jseħħu matul perjodu li jibda minn sena qabel sad-data T u n-numru ta’ obbliganti assenjati għal dan il-grad jew pula sena qabel dik id-data.

(55) ‘finanzjament ta’ proprjetà immobbli spekulattiva’ tfisser self bil-għan ta’ akkwiżizzjoni jew żvilupp jew kostruzzjoni ta’ art fir-rigward ta’ tali proprjetà, bil-ħsieb ta’ rivendita bi għall-profitt.

(56) ‘ftehim ta’ riakkwist’ u ‘ftehim retroriakkwist’ tfisser kwalunkwe ftehim li fih istituzzjoni jew il-kontroparti tagħha tittrasferixxi titoli jew komoditajiet jew drittijiet iggarantiti fir-rigward ta’ waħda minn dawn li ġejjin:

(a)     titolu għal titoli jew komoditajiet fejn dik il-garanzija tkun inħarġet minn kambju rikonoxxut li jżomm id-drittijiet għat-titoli jew il-komoditajiet u l-ftehim ma jippermettix lill-istituzzjoni li tittrasferixxi jew tirhan titolu (ta’ sigurtà) jew komodità partikolari fi kwalunkwe ħin lil aktar minn kontroparti waħda, soġġett għal impenn li tirriakkwistahom;

(b)     titoli jew komoditajiet sostitwiti tal-istess deskrizzjoni bi prezz speċifiku f’data futura speċifika, jew li se tkun speċifikata, minn min jittrasferixxi, li jkun ftehim ta’ riakkwist għall-istituzzjoni li tbiegħ it-titoli jew komoditajiet u ftehim retroriakkwist għall-istituzzjoni li tixtrihom.

(57) ‘strumenti finanzjarji’ tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a) kuntratt li jiġġenera kemm assi finanzjarji ta’ parti waħda kif ukoll obbligazzjoni finanzjarja jew strument ta’ ekwità ta’ parti oħra;

(b) kwalunkwe strument speċifikat fit-Taqsima C tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE;

(c) strument finanzjarju derivattiv;

(d) strument finanzjarju primarju;

(e) strument ta’ flus.

L-istrumenti msemmija fil-punti (a) sa (c) ikunu strumenti finanzjarji biss jekk il-valur tagħhom jidderivi mill-prezz ta’ strument finanzjarju sottostanti jew element, rata jew indiċi sottostanti oħra.

(58) ‘kapital inizjali’ tfisser l-ammont u t-tipi ta’ fondi proprji speċifikati fl-Artikolu 12 tad-Direttiva [inserit mill-OP] għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u fit-Titolu IV ta’ dik id-Direttiva għad-ditti tal-investiment.

(59) ‘pożizzjonijiet miżmuma b’intenzjoni ta' negozjar’ tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a) pożizzjonijiet proprjetarji u pożizzjonijiet li jitnisslu minn servizzjar għall-klijenti u t-twettiq ta’ valwazzjonijiet (marking making);

(b) pożizzjonijiet maħsuba għar-rivendita f'terminu qasir;

(c) pożizzjonijiet maħsuba biex jibbenefikaw minn differenzi fil-prezz reali jew mistennija ta' terminu qasir bejn il-prezzijiet tax-xiri u l-prezzijiet tal-bejgħ jew minn varjazzjonijiet oħra fil-prezz tar-rata tal-imgħax;

(60) ‘impriża prinċipali’ tfisser:

(a)     impriża prinċipali kif iddefinita fl-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 83/349/KEE;

(b)     għall-finijiet tat-Taqsima II tal-Kapitoli 3 u 4 tat-Titolu VII, it-Titolu VIII tad-Direttiva [inserit mill-OP] u Parti V ta’ dan ir-Regolament impriża prinċipali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 83/349/KEE u kwalunkwe impriża li, effettivament teżerċita influwenza dominanti fuq impriża oħra;

(61) ‘sussidjarja’ tfisser:

(a)     sussidjarja kif iddefinita fl-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 83/349/KEE;

(b)     sussidjarja skont it-tifsira tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 83/349/KEE u kwalunkwe impriża li fuqha, impriża prinċipali effettivament teżerċita influwenza dominanti;

Is-sussidjarji kollha ta’ sussidjarji għandhom jitqiesu wkoll bħala sussidjarji tal-impriża li tkun l-impriża prinċipali oriġinali tagħhom;

(62) ‘portafoll tan-negozjar’ tfisser il-pożizzjonijiet kollha fl-istrumenti finanzjarji u komoditajiet miżmuma minn istituzzjoni kemm bil-ħsieb ta’ negozju jew sabiex tiħħeġġja l-pożizzjonijiet bi ħsieb ta’ negozju;

(63) ‘kumpanija azzjonarja finanzjarja’ tfisser istituzzjoni finanzjarja, li s-sussidjarji tagħha jkunu jew esklussivament jew prinċipalment istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji, mill-inqas waħda minn tali sussidjarji tkun istituzzjoni, u li ma tkunx kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta fit-tifsira tal-Artikolu 2(15) tad-Direttiva 2002/87/KE[22];

(64) ‘istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru’ tfisser istituzzjoni li jkollha istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja bħala sussidjarja jew li jkollha parteċipazzjoni f’tali istituzzjoni, u li ma tkunx hija nnifisha sussidjarja ta’ istituzzjoni oħra awtorizzata fl-istess Stat Membru, jew ta’ kumpanija azzjonarja finanzjarja jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta stabilita fl-istess Stat Membru.

(65) ‘istituzzjoni prinċipali tal-UE’ tfisser istituzzjoni prinċipali li ma tkunx sussidjarja ta’ istituzzjoni oħra awtorizzata fi kwalunkwe Stat Membru, jew ta’ kumpanija azzjonarja finanzjarja jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta stabilita fi kwalunkwe Stat Membru;

(66) ‘kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali fi Stat Membru’ tfisser kumpanija azzjonarja finanzjarja li ma tkunx hija stess sussidjarja ta’ istituzzjoni awtorizzata fl-istess Stat Membru, jew ta’ kumpanija azzjonarja finanzjarja jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta stabilita fl-istess Stat Membru;

(67) ‘kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE’ tfisser kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali li ma tkunx sussidjarja ta’ istituzzjoni awtorizzata fi kwalunkwe Stat Membru, jew ta’ kumpanija azzjonarja finanzjarja oħra jew ta’ kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta stabilita fi kwalunkwe Stat Membru;

(68) ‘kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru’ tfisser kumpanija azzjonarja finanzjarja li ma tkunx hija stess sussidjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata fl-istess Stat Membru, jew ta’ kumpanija azzjonarja finanzjarja jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta stabilita fl-istess Stat Membru;

(69) ‘kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE’ tfisser kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali li ma tkunx sussidjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata fi kwalunkwe Stat Membru, jew ta’ kumpanija azzjonarja finanzjarja oħra jew ta’ kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta stabilita fi kwalunkwe Stat Membru;

(70)  ‘faċilità multilaterali ta' negozjar’ għandha l-istess tifsira bħal tal-Artikolu 4(15) tad-Direttiva 2004/39/KE;

(71) ‘kumpanija azzjonarja ta’ attività mħallta’ tfisser impriża prinċipali, differenti minn kumpanija azzjonarja finanzjarja jew jew istituzzjoni jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta, li s-sussidjarji tagħhom jinkludu mill-inqas istituzzjoni waħda;

(72) ‘rabtiet mill-qrib’ tfisser sitwazzjoni fejn żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew aktar ikunu konnessi b’xi waħda minn dawn li ġejjin:

(a) parteċipazzjoni f’forma ta’ sjieda, diretta jew permezz ta’ kontroll, ta’ 20 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot jew kapital ta’ impriża;

(b) kontroll;

(c) il-fatt li t-tnejn jew kollha jkunu konnessi permanentement mal-istess persuna terza minn relazzjoni ta’ kontroll

(73) ‘kontroparti ċentrali (CCP)’ tfisser entità ġuridika li tidħol bejn il-kontropartijiet għal kummerċ fi ħdan suq finanzjarju jew aktar, u ssir ix-xerrej għal kull bejjiegħ u l-bejjiegħ għal kull xerrej;

(74) ‘fond ta’ inadempjenza’ tfisser fond stabilit minn CCP bil-għan li jimmutwalizza t-telf li s-CCP tiffaċċja minħabba inadempjenza jew insolvenza ta’ wieħed jew aktar mill-membri li jikklerjaw, meta l-marġni u l-kontribuzzjonijiet tal-fond ta’ inadempjenza pprovduti minn dawk il-membri li jikklerjaw ma jkunux biżżejjed biex ikopru dak it-telf;

(75) ‘skopertura tan-negozjar' tfisser it-total tal-iskoperturi li jirriżultaw mill-assi assenjati lil CCP, skoperturi ta’ valwazzjoni skont il-valur tas-suq għal CCP u skoperturi futuri potenzjali għal CCP;

(76) ‘impriża tal-assigurazzjoni’ għandha l-istess tifsira bħal tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(77) ‘kumpanija azzjonarja tal-assigurazzjoni ta’ attivitajiet mħallta’ għandha l-istess tifsira bħal fil-punt (g) tal-Artikolu 212(1) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(78) ‘impriża tar-riassigurazzjoni’ għandha l-istess tifsira bħal tal-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(79) ‘impriża tal-assigurazzjoni ta’ pajjiż terz’ għandha l-istess tifsira bħal tal-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(80) ‘impriża tar-riassigurazzjoni ta’ pajjiż terz’ għandha l-istess tifsira bħal tal-Artikolu 13(6) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(81) ‘suq regolat’ tfisser suq imsemmi fil-lista li se tkun ippubblikata mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) skont l-Artikolu 47 tad-Direttiva 2004/39/KE;

(82) ‘korp maniġerjali’ tfisser il-korp governattiv ta’ istituzzjoni, li jinkludi l-funzjonijiet superviżorji u maniġerjali, li jkollu l-awtorità finali tat-teħid tad-deċiżjonijiet u jkollu s-setgħa li jistabilixxi l-istrateġija, l-objettivi u d-direzzjoni ġenerali tal-istituzzjoni. Korp maniġerjali jinkludi persuni li effettivament jidderieġu l-operat tal-istituzzjoni;

(83) ‘korp maniġerjali fil-funzjoni superviżorja tiegħu’ tfisser il-korp maniġerjali li jaġixxi fil-funzjoni superviżorja tiegħu ta’ sorveljanza u monitoraġġ tat-teħid tad-deċiżjonijiet maniġerjali;

(84) ‘maniġment superjuri’ tfisser dawk l-individwi li jeżerċitaw funzjonijiet eżekuttivi fi ħdan istituzzjoni u li jkunu responsabbli u jwieġbu lejn il-korp maniġerjali għall-immaniġjar ta’ kuljum tal-istituzzjoni;

(85) 'kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta’ għandha tfisser impriża prinċipali, differenti minn entità regolata, li flimkien mas-sussidjarji tagħha, li mill-inqas waħda minnhom tkun entità regolata li jkollha l-uffiċċju prinċipali fil-Komunità, u entitajiet oħra, tikkostitwixxi konglomerat finanzjarju;

(86) ‘ingranaġġ’ tfisser id-daqs relattiv tal-assi ta’ istituzzjoni, l-obbligi li ma jidhrux fil-karta bilanċjali u l-obbligi kontinġenti ta’ ħlas jew ta’ konsenja jew ta’ forniment ta’ kollateral, inklużi l-obbligi minn finanzjament riċevut, impenji magħmula, derivati jew ftehimiet ta’ riakkwist, imma esklużi l-obbligi li jistgħu jiġu infurzati biss matul il-likwidazzjoni ta’ istituzzjoni, meta mqabbla mal-fondi proprji ta’ dik l-istituzzjoni.

Titolu II Livell tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti

Kapitolu 1 Applikazzjoni tar-rekwiżiti fuq bażi individwali

Artikolu 5 Prinċipji ġenerali

1. L-istituzzjonijiet għandhom jikkonformaw mal-obbligi stabiliti fil-Partijiet Tnejn sa Ħamsa fuq bażi individwali.

2. Kull istituzzjoni li la tkun sussidjarja fl-Istat Membru fejn tkun awtorizzata u supervizzata, u lanqas impriża prinċipali, u kull istituzzjoni mhux inkluża fil-konsolidazzjoni skont l-Artikolu 17, għandha tikkonforma mal-obbligi stabiliti fl-Artikolu 84 fuq bażi individwali.

3. Kull istituzzjoni li la tkun impriża prinċipali, u lanqas sussidjarja, u kull istituzzjoni mhux inkluża fil-konsolidazzjoni skont l-Artikolu 17, għandha tikkonforma mal-obbligi stabiliti fil-Parti Tmienja fuq bażi individwali.

4. Instituzzjonijiet differenti minn ditti tal-investiment li ma jkunux awtorizzati biex jipprovdu s-servizzi tal-investiment elenkati fil-punti 3 u 6 tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE għandhom jikkonforma mal-obbligi stabiliti fl-Artikoli 401 u 403 fuq bażi individwali.

5. L-istituzzjonijiet għandhom jikkonformaw mal-obbligi stabiliti fil-Parti Sebgħa fuq bażi individwali.

Artikolu 6 Deroga għall-applikazzjoni ta’ rekwiżiti prudenzjali fuq bażi individwali

1. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunzjaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 5(1) lil kwalunkwe sussidjarja ta’ istituzzjoni, meta kemm is-sussidjarja kif ukoll l-istituzzjoni jkunu soġġetti għal awtorizzazzjoni u superviżjoni mill-Istat Membru konċernat, u s-sussidjarja tkun inkluża fis-superviżjoni fuq bażi konsolidata tal-istituzzjoni li tkun impriża prinċipali, u l-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati kollha, sabiex ikun żgurat li l-fondi proprji jkunu distribwiti b’mod adegwat fost l-impriża prinċipali u s-sussidjarji:

(a) ma jkunx hemm impediment kurrenti jew previst materjali prattiku jew ġuridiku għat-trasferiment rapidu ta’ fondi proprji jew ripagament tal-obbligazzjonijiet mill-impriża prinċipali tagħha;

(b) jew l-impriża prinċipali tissodisfa lill-awtorità kompetenti rigward l-immaniġjar prudenti tas-sussidjarja u ddikjarat, bil-permess tal-awtorità kompetenti, li tiggarantixxi l-impenji li daħlet għalihom is-sussidjarja, jew ir-riskji fis-sussidjarja jkunu ta’ interess negliġibbli;

(c) il-proċeduri tal-evalwazzjoni, il-kejl u l-kontroll tar-riskju tal-impriża prinċipali jkunu jkopru s-sussidjarja;

(d) l-impriża prinċipali jkollha aktar minn 50 % tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma fil-kapital tas-sussidjarja jew ikollha d-dritt li taħtar jew tneħħi il-maġġoranza tal-membri tal-korp maniġerjali tas-sussidjarja.

2. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżerċitaw l-alternattiva prevista fil-paragrafu 1 meta l-impriża prinċipali tkun kumpanija azzjonarja finanzjarja (kumpanija holding finanzjarja) jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta stabilita fl-istess Stat Membru bħall-istituzzjoni, sakemm tkun soġġetta għall-istess superviżjoni bħal dik eżerċitata fuq l-istituzzjonijiet, u b’mod partikolari għall-istandards stabiliti fl-Artikolu 10(1).

3. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunzjaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 5(1) għal istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru meta dik l-istituzzjoni tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni u superviżjoni mill-Istat Membru konċernat, u tkun inkluża fis-superviżjoni fuq bażi konsolidata, u l-kundizzjoniet li ġejjin ikunu kollha ssodisfati, sabiex ikun żgurat li l-fondi proprji huma ddistribwiti b’mod adegwat fost l-impriża prinċipali u s-sussidjarji:

(a) ma jkunx hemm impediment kurrenti jew previst materjali prattiku jew ġuridiku għat-trasferiment rapidu ta’ fondi proprji jew ripagament tal-obbligazzjonijiet lill-istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru;

(b) il-proċeduri tal-evalwazzjoni, il-kejl u l-kontroll tar-riskji relevanti għal superviżjoni konsolidata jkopru lill-istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru.

L-awtorità kompetenti li tagħmel użu minn dan il-paragrafu għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kollha.

Artikolu 7 Deroga mill-applikazzjoni ta’ rekwiżiti tal-likwidità fuq bażi individwali

1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrinunzjaw totalment jew parzjalment l-applikazzjoni tal-Artikolu 401 lil istituzzjoni prinċipali u lis-sussidjarji tagħha kollha jew uħud minnhom fl-Unjoni Ewropea u jissupervizzawhom bħala subgrupp tal-likwidità waħdieni sakemm jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) L-istituzzjoni prinċipali tikkonforma mal-obbligi stabiliti fl-Artikoli 401 u 403 fuq bażi konsolidata jew, meta s-subgrupp ma jkunx jinkludi lill-istituzzjoni prinċipali tal-UE, fuq bażi subkonsolidata;

(b) L-istituzzjoni prinċipali timmonitorja u jkollha sorveljanza fi kwalunkwe waqt rigward il-pożizzjonijiet ta’ likwidità tal-istituzzjonijiet kollha fi ħdan il-grupp jew subgrupp, li jkunu soġġetti għar-rinunzja;

(c) L-istituzzjonijiet ikunu daħlu f’kuntratt li jiddisponi għall-moviment liberu tal-fondi bejniethom sabiex ikunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom individwali u konġunti meta jsiru dovuti;

(d) Ma jkunx hemm impediment kurrenti jew previst materjali prattiku jew ġuridiku għall-eżekuzzjoni tal-kuntratti msemmija f’(c).

2. Meta l-istituzzjonijiet kollha ta’ subgrupp tal-likwidità waħdieni ikunu awtorizzati fl-istess Stat Membru, il-paragrafu 1 għandu jkun applikat mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru.

Meta l-istituzzjonijiet ta’ subgrupp tal-likwidità waħdieni ikunu awtorizzati f’diversi Stati Membri, il-paragrafu 1 għandu jkun applikat biss wara li tkun segwita l-proċedura stabilita fl-Artikolu 19 u għall-istituzzjonijiet biss li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jaqblu rigward l-elementi li ġejjin:

(a) l-adegwatezza tal-organizzazzjoni u t-trattament tar-riskju tal-likwidità kif meħtieġ mill-Artikolu 84 tad-Direttiva [inserit mill-OP];

(b) id-distribuzzjoni tal-ammonti, il-post u s-sjieda tal-assi likwidi meħtieġa li jridu jinżammu fi ħdan is-subgrupp;

(c) l-ammonti minimi ta’ assi likwidi li jridu jinżammu mill-istituzzjonijiet li għalihom tkun ġiet rinunzjata l-applikazzjoni tal-Artikolu 401;

(d) il-ħtieġa għal parametri aktar stretti minn dawk stabiliti fil-Parti Sitta, it-Titolu III.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw ukoll il-paragrafu 1 għall-istituzzjonijiet li jkunu membri tal-istess skema ta’ protezzjoni istituzzjonali msemmija f’108(7)(b), sakemm ikunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stabiliti fl-Artikolu 108(7). L-awtoritajiet kompetenti għandhom f’dak il-każ jiddeterminaw waħda mill-istituzzjonijiet soġġetta għar-rinunzja li tissodisfa l-Artikolu 401 fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-istituzzjonijiet kollha tas-subgrupp tal-likwidità waħdieni.

3. Meta rinunzja tkun ingħatat skont il-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunzjaw ukoll l-applikazzjoni tal-Artikolu 403.

Artikolu 8 Metodu ta’ konsolidazzjoni individwali

1. Bla ħsara għall-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu u għall-Artikolu 134(3) tad-Direttiva [inserit mill-OP], l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu fuq il-bażi ta’ każ każ lill-istituzzjonijiet prinċipali sabiex jinkorporaw fil-kalkolazzjoni tar-rekwiżit tagħhom skont l-Artikolu 5(1) is-sussidjarji li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabiliti fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 6(1), u li l-iskoperturi materjali tagħhom jew l-obbligazzjonijiet materjali tagħhom ikunu lejn dik l-istituzzjoni prinċipali.

2. It-trattament fil-paragrafu 1 għandu jkun permess biss meta l-istituzzjoni prinċipali turi b’mod sħiħ lill-awtoritajiet kompetenti ċ-ċirkostanzi u l-arranġamenti, inklużi l-arranġamenti ġuridiċi, li bis-saħħa tagħhom ma jkunx hemm impediment materjali prattiku jew ġuridiku, u lanqas ma jkunu previsti, għat-trasferiment rapidu tal-fondi proprji, jew ir-ripagament tal-obbligazzjonijiet meta jkun xieraq mis-sussidjarja lill-impriża prinċipali tagħha.

3. Meta awtorità kompetenti teżerċita d-diskrezzjoni stabilita fil-paragrafu 1, hija għandha fuq bażi regolari u mhux inqas minn darba fis-sena tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kollha dwar l-użu magħmul mill-paragrafu 1 u ċ-ċirkustanzi u l-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 2. Meta s-sussidjarja tkun f’pajjiż terz, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu wkoll l-istess informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak il-pajjiż terz.

Artikolu 9 Rinunzja għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati permaneantement ma’ korp ċentrali

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunzjaw l-applikazzjoni tar-rekwiżiti stabiliti fil-Partijiet Tnejn sa Erbgħa u Sitta sa Tmienja lil istituzzjoni ta’ kreditu waħda jew aktar li jkunu fl-istess Stat Membru u li jkunu affiljati b’mod permanenti ma’ korp ċentrali li jissupervizzahom u li jkun stabilit fl-istess Stat Membru, jekk id-dritt nazzjonali jipprovdi dawn li ġejjin kollha:

(a) l-impenji tal-korp ċentrali u l-istituzzjonijiet affiljati jkunu obligazzjonijiet in solidum jew l-impenji tal-istituzzjonijiet affiljati miegħu jkunu ggarantiti totalment mill-korp ċentrali;

(b) is-solvenza u l-likwidità tal-korp ċentrali u tal-istituzzjonijiet affiljati kollha jkunu mmonitorjati fis-sħuħija tagħhom fuq il-bażi tal-kontijiet konsolidati ta’ dawn l-istituzzjonijiet;

(c) il-maniġment tal-korp ċentrali ikollu s-setgħa li joħroġ struzzjonijiet lill-maniġment tal-istituzzjonijiet affiljati.

Kapitolu 2 Konsolidazzjoni prudenzjali

Taqsima 1 Applikazzjoni tar-rekwiżiti fuq bażi konsolidata

Artikolu 10 Trattament ġenerali

1. L-istituzzjonijiet prinċipali fi Stat Membru għandhom jikkonformaw, sal-punt u bil-mod preskritt fl-Artikolu 16, mal-obbligi stabiliti fil-Partijiet Tnejn sa Erbgħa u Sebgħa fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħhom.

2. L-istituzzjonijiet ikkontrollati minn kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew minn kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru għandhom jikkonformaw, sal-punt u kif preskritt fl-Artikolu 16, mal-obbligi stabiliti fil-Partijiet Tnejn sa Erbgħa u Sebgħa fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata ta’ dik il-kumpanija azzjonarja finanzjarja jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta.

Meta aktar minn istituzzjoni waħda tkun ikkontrollata minn kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew minn kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru, l-ewwel subparagrafu għandu japplika biss għall-istituzzjoni li għaliha tapplika s-superviżjoni fuq bażi konsolidata skont l-Artikolu 106 tad-Direttiva [inserit mill-OP].

3. L-istituzzjonijiet prinċipali tal-UE u istituzzjonijiet ikkontrollati minn kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE għandhom jikkonformaw mal-obbligi stabiliti fl-Artikoli 401 u 403 fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata ta’ dik l-istituzzjoni prinċipali, il-kumpanija azzjonarja finanzjarja jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta, jekk il-grupp jinkludi istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta tal-investiment waħda jew aktar awtorizzati li jipprovdu s-servizzi tal-investiment elenkati fil-punti 3 u 6 tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE.

4. Meta jiġi applikat l-Artikolu 9, il-korp ċentrali msemmi f’dak l-Artikolu għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Partijiet Tnejn sa Erbgħa u Sebgħa fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-korp ċentrali. L-Artikolu 16 għandu japplika għall-korp ċentrali u l-istituzzjonijiet affiljati għandhom jiġu ttrattati bħas-sussidjarji tal-korp ċentrali.

Artikolu 11 Kumpanija azzjonarja finanzjarja jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta kemm b’istituzzjoni ta’ kreditu sussidjarja kif ukoll ditta tal-investiment sussidjarja

Meta kumpanija azzjonarja finanzjarja jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta jkollha mill-inqas istituzzjoni ta’ kreditu waħda sussidjarja u ditta tal-investiment waħda sussidjarja, ir-rekwiżiti li japplikaw fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-kumpanija azzjonarja finanzjarja jew tal-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta għandhom japplikaw għall-istituzzjoni ta’ kreditu.

Artikolu 12 Applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni fuq bażi konsolidata

1. L-istituzzjonijiet prinċipali tal-UE għandhom jikkonformaw mal-obbligi stabiliti fil-Parti Tmienja fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħhom.

Sussidjarji sinifikanti ta’ istituzzjonijiet prinċipali tal-UE għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 424, 425, 435 u 436, fuq bażi individwali jew subkonsolidata.

2. L-istituzzjonijiet ikkontrollati minn kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE għandhom jikkonformaw mal-obbligi stabiliti fil-Parti Tmienja fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata ta’ dik il-kumpanija azzjonarja finanzjarja jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta.

Sussidjarji sinifikanti ta’ kumpaniji azzjonarji finanzjarji prinċipali tal-UE jew kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta prinċipali tal-UE għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 424 u 425, 435 u 436, fuq bażi individwali jew subkonsolidata.

3. Il-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx japplikaw b’mod sħiħ jew parzjali għall-istituzzjonijiet prinċipali tal-UE, istituzzjonijiet ikkontrollati minn kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE, sal-punt sa fejn ikunu inklużi f'diulgazzjonijiet ekwivalenti pprovduti fuq bażi konsolidata minn impriża prinċipali stabilita f’pajjiż terz.

4.           Meta jiġi applikat l-Artikolu 9, il-korp ċentrali msemmi f’dak l-Artikolu għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Parti Tmienja fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-korp ċentrali. L-Artikolu 16(1) għandu japplika għall-korp ċentrali u l-istituzzjonijiet affiljati għandhom jiġu ttrattati bħala s-sussidjarji tal-korp ċentrali.

Artikolu 13 Applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-Parti Ħamsa fuq bażi konsolidata

1. L-impriżi prinċipali u s-sussidjarji tagħhom soġġetti għal dan ir-Regolament għandhom jissodisfaw l-obbligi stabiliti fil-Parti Ħamsa fuq bażi konsolidata jew subkonsolidata, biex jiżguraw li l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi tagħhom meħtieġa minn dawk id-dispożizzjonijiet ikunu konsistenti u integrati tajjeb u li kwalunkwe dejta u informazzjoni relevanti għall-finijiet tas-superviżjoni jkunu jistgħu jiġu prodotti. B’mod partikolari, huma għandhom jiżguraw li s-sussidjarji li ma jkunux soġġetti għal dan ir-Regolament jimplimentaw l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi biex jiżguraw il-konformità ma’ dawk id-dispożizzjonijiet.

2. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw piż tar-riskju addizzjonali f’konformità mal-Artikolu 396 meta japplikaw l-Artikolu 87 fuq bażi konsolidata jew subkonsolidata jekk ir-rekwiżiti tal-Artikoli 394 jew 395 jinkisru fil-livell ta’ entità stabilita f’pajjiż terz inkluż fil-konsolidazzjoni f’konformità mal-Artikolu 16 jekk il-ksur ikun materjali fir-rigward tal-profil tar-riskju kumplessiv tal-grupp.

3. L-obbligi li jirriżultaw mill-Parti Ħamsa rigward is-sussidjarji, li jkunu stess ma jkunux soġġetti għal dan ir-Regolament, m’għandhomx japplikaw jekk l-istituzzjoni prinċipali tal-UE jew istituzzjonijiet ikkontrollati minn kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE, jistgħu juru lill-awtoritajiet kompetenti li l-applikazzjoni tal-Parti Ħamsa tkun illegali skont il-liġijiet tal-pajjiż terz fejn tkun stabilita s-sussidjarja.

Artikolu 14 Deroga għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji fuq bażi konsolidata għal gruppi ta’ ditti tal-investiment

1. L-awtoritajiet kompetenti li jissupervizzaw il-gruppi fuq bażi konsolidata jistgħu jirrinunzjaw, fuq il-bażi ta’ każ każ, l-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji fuq bażi konsolidata sakemm jeżistu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) kull ditta tal-investiment tal-UE f’tali grupp tuża l-kalkolazzjoni alternattiva tal-ammont tal-iskopertura ta’ riskju totali msemmija fl-Artikolu 90(2);

(b) id-ditti tal-investiment kollha f’tali grupp jinsabu fi ħdan il-kategoriji fl-Artikoli 90(1) u 91(1);

(c) kull ditta tal-investiment tal-UE f’tali grupp tissodisfa r-rekwiżiti imposti fl-Artikolu 90 fuq bażi individwali u fl-istess waqt tnaqqas mill-entrati ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni kwalunkwe obbligazzjoni kontinġenti favur id-ditti tal-investiment, l-istituzzjonijiet finanzjarji, il-kumpaniji maniġerjali tal-assi u impriża ta’ servizzi anċillari, li altrimenti kienu jkunu kkonsolidati;

(d) kwalunkwe kumpanija azzjonarja finanzjarja li tkun kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali fi Stat Membru ta’ kwalunkwe ditta tal-investiment f’tali grupp ikollha, mill-inqas ammont ta’ kapital, iddefinit hawnhekk, daqs it-total ta’ dawn li ġejjin:

(i)      l-elementi msemmija fl-Artikoli 24(1), 48(1) u 59(1);

(ii)      daqs it-total tal-valur sħiħ fil-kotba ta’ kwalunkwe parteċipazzjonijiet, pretensjonijiet subordinati u strumenti msemmija fl-Artikoli 33(1)(h) u (i), 53(1)(c) u (d), u 63(1)(c) u (d) f’ditti tal-investiment, istituzzjonijiet finanzjarji, kumpaniji maniġerjali tal-assi u impriżi ta’ servizzi anċillari li altrimenti kienu jkunu kkonsolidati; u

(iii)     l-ammont totali ta’ kwalunkwe obbligazzjoni kontinġenti favur id-ditti tal-investiment, l-istituzzjonijiet finanzjarji, il-kumpaniji maniġerjali tal-assi u impriżi ta’ servizzi anċillari li altrimenti kienu jkunu kkonsolidati;

(e) il-grupp ma jkunx jinkludi istituzzjonijiet ta’ kreditu.

Meta l-kriterji fl-ewwel subparagrafu jkunu ssodisfati, kull ditta tal-investiment tal-UE għandu jkollha fis-seħħ sistemi għall-monitoraġġ u l-kontroll tas-sorsi tal-kapital u l-finanzjament tal-kumpaniji azzjonarji finanzjarji, id-ditti tal-investiment, l-istituzzjonijiet finanzjarji, il-kumpaniji maniġerjali tal-assi u impriżi ta’ servizzi anċillari fi ħdan il-grupp.

2. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw ukoll ir-rinunzja jekk il-kumpaniji azzjonarji finanzjarji jkollhom ammont iżgħar ta’ fondi proprji mill-ammont ikkalkulat skont il-paragrafu 1(d), imma mhux iżgħar mit-total tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji imposti fuq bażi individwali lid-ditti tal-investiment, l-istituzzjonijiet finanzjarji, il-kumpaniji maniġerjali tal-assi u impriżi ta’ servizzi anċillari li altrimenti kienu jkunu kkonsolidati u l-ammont totali ta’ kwalunkwe obbligazzjoni kontinġenti favur id-ditti tal-investiment, l-istituzzjonijiet finanzjarji, il-kumpaniji maniġerjali tal-assi u impriżi ta’ servizzi anċillari li altrimenti kienu jkunu kkonsolidati. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, ir-rekwiżit ta’ fondi proprji għal impriżi tal-investiment ta’ pajjiżi terzi, istituzzjonijiet finanzjarji, kumpaniji maniġerjali tal-assi u impriżi ta’ servizzi anċillari jkun rekwiżit nozzjonali ta’ fondi proprji.

Artikolu 15 Superviżjoni ta’ ditti tal-investiment b’rinunzja mill-applikazzjoni tar-rekwiżit ta’ fondi proprji fuq bażi konsolidata

Ditti tal-investiment fi grupp li ngħata r-rinunzja prevista fl-Artikolu 14 għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti bir-riskji li jistgħu jimminaw il-pożizzjonijiet finanzjarji tagħhom, inklużi dawk assoċjati mal-kompożizzjoni u s-sorsi tal-fondi proprji, il-kapital intern u l-finanzjament tagħhom.

Meta l-awtoritajiet kompetenti jirrinunzjaw l-obbigu tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata kif dispost fl-Artikolu 14, huma għandhom iwettqu miżuri xierqa oħra biex jimmonitorjaw ir-riskji, jiġifieri skoperturi kbar, tal-grupp kollu, inklużi kwalunkwe impriżi li ma jkunux jinsabu fi Stat Membru.

Meta l-awtoritajiet kompetenti jirrinunzjaw l-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-fondi proprji fuq bażi konsolidata kif previst fl-Artikolu 14, ir-rekwiżiti tal-Parti Tmienja għandhom japplikaw fuq bażi individwali.

Taqsima 2 Metodi għal konsolidazzjoni prudenzjali

Artikolu 16 Metodi għal konsolidazzjoni prudenzjali

1. L-istituzzjonijiet li jeħtieġu jikkonformaw mar-rekwiżiti msemmija fit-Taqsima 1 fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħhom għandhom iwettqu konsolidazzjoni sħiħa tal-istituzzjonijiet u l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha li jkunu s-sussidjarji tagħha jew, meta jkun relevanti, is-sussidjarji tal-istess kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali. Il-paragrafi 2 u 8 ta’ dan l-Artikolu m’għandhomx japplikaw meta japplikaw l-Artikoli 401 u 403 fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata ta’ istituzzjoni.

2. Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu fuq il-bażi ta’ każ każ jippermettu konsolidazzjoni proporzjonata skont is-sehem tal-kapital li l-impriża prinċipali jkollha fis-sussidjarja. Konsolidazzjoni proporzjonata tista’ tkun permessa biss meta l-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati kollha:

(a) ir-responsabilità ta’ impriża prinċipali tkun limitata għas-sehem tal-kapital li l-impriża prinċipali għandha fis-sussidjarja fir-rigward tar-responsabilità tal-azzjonisti jew il-membri l-oħra;

(b) is-solvenza ta’ dawk l-azzjonisti jew il-membri l-oħra tkun sodisfaċenti;

(c) ir-responsabilità tal-azzjonisti u l-membri l-oħra tkun stabilita b’mod ċar b’mod vinkolanti.

3. Fejn l-impriżi jkunu konnessi b’relazzjoni fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabilixxu kif titwettaq il-konsolidazzjoni.

4. L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni fuq bażi konsolidata għandhom jeħtieġu l-konsolidazzjoni proporzjonali skont is-sehem tal-kapital miżmum tal-parteċipazzjonijiet fl-istituzzjonijiet u l-istituzzjonijiet finanzjarji mmaniġjati minn impriża, inkluż fil-konsolidazzjoni flimkien ma’ impriża waħda jew aktar mhux inklużi fil-konsolidazzjoni, meta r-responsabilità ta’ dawk l-impriżi tkun limitata għas-sehem tal-kapital li għandhom.

5. Fil-każ tal-parteċipazzjonijiet jew rabtiet kapitali oħra għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabilixxu jekk titwettaqx konsolidazzjoni u l-kif. B’mod partikolari, jistgħu jippermettu jew jeħtieġu l-użu tal-metodu tal-ekwità. Dak il-metodu m’għandux, madankollu, jikkostitwixxi inklużjoni tal-impriżi konċernati f’superviżjoni fuq bażi konsolidata.

6. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabilixxu jekk titwettaqx konsolidazzjoni u l-kif fil-każijiet li ġejjin:

(a) fejn, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti, istituzzjoni teżerċita influwenza sinifikanti fuq istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja waħda jew aktar, iżda ma ma jkollhiex parteċipazzjoni jew rabtiet kapitali oħra f’dawn l-istituzzjonijiet; u

(b) fejn żewġ istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji jew aktar jitpoġġew taħt maniġment waħdieni differenti minn skont il-kuntratt jew klawżoli tal-memoranda jew l-istatut taħghom.

B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu, jew jeħtieġu, l-użu tal-metodu li hemm dispost għalih fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 83/349/KEE. Dak il-metodu m’għandux, madankollu, jikkostitwixxi inklużjoni tal-impriżi konċernati f’superviżjoni konsolidata.

7. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kundizzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom għandha titwettaq il-konsolidazzjoni fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 2 sa 6 ta’ dan l-Artikolu.

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2016.

Il-Kummissjoni hija kkonferita s-setgħat li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

8. Meta hija meħtieġa superviżjoni konsolidata skont l-Artikolu 106 tad-Direttiva [inserit mill-OP], impriżi ta’ servizzi anċillari u kumpaniji maniġerjali tal-assi kif iddefiniti fid-Direttiva 2002/87/KE għandhom ikunu inklużi f’konsolidazzjonijiet fil-każijiet, u skont il-metodi, stabiliti f’dan l-Artikolu.

Taqsima 3 Ambitu tal-konsolidazzjoni prudenzjali

Artikolu 17 Entitajiet esklużi mill-ambitu tal-konsolidazzjoni prudenzjali

1. Istituzzjoni, istituzzjoni finanzjarja jew impriża ta’ servizzi anċillari li tkun sussidjarja jew impriża li fiha tinżamm parteċipazzjoni, m’hemmx bżonn li tkun inkluża fil-konsolidazzjoni meta l-ammont totali tal-assi u l-elementi li ma jidhrux fuq il-karta bilanċjali tal-impriża konċernata jkunu inqas mill-iżgħar miż-żewġ ammonti li ġejjin:

(a)     EUR 10 miljuni;

(b)     1 % tal-ammont totali tal-assi u l-elementi li ma jidhrux fuq il-karta bilanċjali tal-impriża prinċipali jew l-impriża li jkollha l-parteċipazzjoni.

2. L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għat-twettiq ta' superviżjoni fuq bażi konsolidata skont l-Artikolu 106 tad-Direttiva [inserit mill-OP] jistgħu fuq il-bażi ta’ każ każ jiddeċiedu fil-każijiet li ġejjin li istituzzjoni, istituzzjoni finanzjarja jew impriża ta’ servizzi anċillari li tkun sussidjarja jew li fiha tinżamm parteċipazzjoni, ma jkunx hemm għalfejn tiġi inkluża fil-konsolidazzjoni:

(a) fejn l-impriża konċernata tkun tinsab f’pajjiż terz fejn ikun hemm impedimenti ġuridiċi għat-trasferiment tal-informazzjoni meħtieġa;

(b) fejn l-impriża konċernata tkun ta’ interess negliġibbli biss fir-rigward tal-objettivi tal-monitoraġġ tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu;

(c) fejn, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli għat-twettiq ta' superviżjoni fuq bażi konsolidata, il-konsolidazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża konċernata ma tkunx xierqa jew tkun qarrieqa fir-rigward tal-objettivi tas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu.

3. Meta, fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u l-punt (b) tal-paragrafu 2, diversi impriżi jissodisfaw il-kriterji ta’ hawn fuq stabiliti fihom, huma għandhom madankollu jiġu inklużi fil-konsolidazzjoni meta kollettivament ikunu ta’ interess mhux negliġibbli fir-rigward tal-objettivi speċifikati.

Artikolu 18 Deċiżjonijiet konġunti dwar rekwiżiti prudenzjali

1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jaħdmu flimkien, f’konsultazzjoni sħiħa:

(a)     fil-każ tal-applikazzjonijiet għall-permessi msemmija fl-Artikoli 138(1), 146(9), 301(2), 277, 352 tar-Regolament [inserit mill-OP], rispettivament, sottomessi minn istituzzjoni prinċipali tal-UE u s-sussidjarji tagħha, jew b’mod konġunt mis-sussidjarji ta’ kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE, biex jiddeċiedu jekk jingħatax il-permess mitlub u jiddeterminaw il-patti u l-kundizzjonijiet, jekk ikun hemm, li tali permess għandu jkun soġġett għalihom.

(b)     għall-finijiet tal-applikazzjoni tat-trattament bejn grupp u ieħor imsemmi fl-Artikoli 410(8) u 413(4) ta’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ istituzzjonijiet li ma jkunux soġġetti għar-rinunzja tal-Artikolu 7.

L-applikazzjonijiet għandhom ikunu sottomessi biss lis-superviżur konsolidanti.

L-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 301(2), għandha tinkludi deskrizzjoni tal-metodoloġija użata għall-allokazzjoni tal-kapital tar-riskju operazzjonali bejn l-entitajiet differenti tal-grupp. L-applikazzjoni għandha tindika jekk l-effetti tad-diversifikazzjoni jkunux intenzjonati li jkunu inklużi fis-sistema tal-kejl tar-riskju.

2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jilħqu deċiżjoni konġunta fi żmien sitt xhur fuq:

(a) l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 (a);

(b) it-trattament intragrupp tal-likwidità imsemmi fil-paragrafu 1(b).

Din id-deċiżjoni konġunta għandha tkun stipulata f’dokument li jkun fih id-deċiżjoni motivata bis-sħiħ li għandha tkun ipprovduta lill-applikant mill-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1.

3. Il-perjodu msemmi fil-paragrafu 2 għandu jibda:

(a)     fid-data tal-wasla tal-applikazzjoni sħiħa msemmija fil-paragrafu 1(a) għand is-superviżur konsolidanti. Is-superviżur konsolidanti għandu jibgħat l-applikazzjoni kompluta lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra mingħajr dewmien;

(b)     fid-data tal-wasla għand l-awtoritajiet kompetenti ta’ rapport imħejji mis-superviżur konsolidanti li janalizza l-impenji intragrupp fi ħdan il-grupp.

4. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta bejn l-awtoritajiet kompetenti fi żmien sitt xhur, is-superviżur konsolidanti għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu dwar il-paragrafu 1(a) u 1(b). Id-deċiżjoni tas-superviżur konsolidanti dwar il-paragrafu 1(b) m’għandhiex tillimita s-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 102.

Id-deċiżjoni għandha tkun stipulata f’dokument li jkun fih id-deċiżjoni motivata bis-sħiħ u għandha tqis il-fehmiet u r-riservi tal-awtoritajiet kompetenti l-oħra mfissra matul il-perjodu ta’ sitt xhur.

Id-deċiżjoni għandha tkun ipprovduta lill-istituzzjoni prinċipali tal-UE, lill-kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew lill-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra mis-superviżur konsolidanti.

Jekk, fi tmiem il-perjodu ta’ sitt xhur, xi awtorità kompetenti konċernata tkun irreferiet il-kwistjoni lill-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, is-superviżur konsolidanti għandu jiddiferixxi d-deċiżjoni tiegħu u jistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-ABE tista’ tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament dwar id-deċiżjoni tiegħu, u għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu f’konformità mad-deċiżjoni tal-ABE. Il-perjodu ta’ sitt xhur għandu jitqies bħala l-perjodu ta’ konċiljazzjoni skont it-tifsira ta’ dak ir-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni m’għandhiex tiġi riferuta lill-ABE wara tmiem il-perjodu ta’ sitt xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.

5. Fejn istituzzjoni prinċipali tal-UE u s-sussidjarji tagħha, is-sussidjarji ta’ kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE tuża l-Approċċ ta’ Kejl Avvanzat imsemmi fl-Artikolu 301(2) jew l-Approċċ IRB imsemmi fl-Artikolu 138 fuq bażi unifikata, l-awtoritajiet kompetenti, għandhom jippermettu li jiġu ssodisfati l-kriterji tal-kwalifikazzjoni stipulati fl-Artikolu 310 u 311 jew il-Parti Tlieta, il-Kapitolu 3, it-Taqsima 6 rispettivament mill-kumpanija prinċipali u s-sussidjarji tagħha meqjusa flimkien, b’mod li jkun konsistenti mal-istruttura tal-grupp u s-sistemi, il-proċessi u l-metodoloġiji tal-immaniġjar tar-riskju tiegħu.

6. Id-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 4 għandhom ikunu vinkolanti fuq l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri konċernati.

7. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi tal-implimentazzjon biex tispeċifika l-proċess ta’ deċiżjoni konġunta msemmi fil-paragrafu 1(a), fir-rigward tal-applikazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 138(1), 146(9), 301(2), 277, 352, u għat-trattament intragrupp tal-likwidità msemmi fil-paragrafu 1(b) bil-għan li jitħaffu d-deċiżjonijiet konġunti.

L-ABE għandha tissottometti dawk l-istandards tekniċi lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.

Il-Kummissjoni hija kkonferita s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 19 Deċiżjonijiet konġunti fil-livell tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-likwidità

1. Mal-applikazzjoni ta’ istituzzjoni prinċipali tal-UE jew kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE, is-superviżur konsolidanti u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji ta’ istituzzjoni prinċipali tal-UE jew kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE fi Stat Membru għandhom jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jaslu għal deċiżjoni konġunta li tidentifika subgrupp tal-likwidità waħdieni għall-applikazzjoni tal-Artikolu 7.

Din id-deċiżjoni konġunta għandha tittieħed fi żmien sitt xhur wara s-sottomissjoni mis-superviżur konsolidanti ta’ rapport li jidentifika subgruppi tal-likwidità waħdanin fuq il-bażi tal-kriterji stabiliti fl-Artikolu 7. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ ftehim matul il-perjodu ta’ sitt xhur, is-superviżur konsolidanti għandu jikkonsulta lill-ABE fuq talba ta’ kwalunkwe awtorità kompetenti oħra konċernata. Is-superviżur konsolidanti jista’ jikkonsulta lill-ABE fuq inizjattiva tiegħu stess.

Id-deċiżjoni konġunta tista’ timponi wkoll limitazzjonijiet fuq il-post u s-sjieda ta’ assi likwidi u tirrikjedi ammonti minimi ta’ assi likwidi biex jinżammu mill-istituzzjonijiet tal-kreditu li jkunu eżentati mill-applikazzjoni tal-Artikolu 401.

Id-deċiżjoni konġunta għandha tkun motivata bis-sħiħ u tiddikjara r-raġunijiet li wasslu għaliha. Is-superviżur konsolidanti għandu jissottometti d-deċiżjoni, inklużi r-raġunijiet lill-istituzzjoni prinċipali tas-subgrupp tal-likwidità.

2. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta fi żmien sitt xhur, kull awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni fuq bażi individwali għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha.

Madankollu, kwalunkwe awtorità kompetenti tista’ matul il-perjodu ta’ sitt xhur tirreferi l-kwistjoni lill-ABE dwar jekk il-kundizzjonijiet ta’ (a) sa (d) tal-Artikolu 7(1) ikunux issodisfati u titlob l-għajnuna tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament Nru (KE) 1093/2010. Jekk fi tmiem il-perjodu ta’ sitt xhur xi waħda mill-awtoritajiet kompetenti konċernati tkun għamlet dan, l-awtroritajiet kompetenti kollha involuti għandhom jiddeferixxu d-deċiżjonijiet tagħhom sakemm tingħata deċiżjoni mill-ABE. Tali deċiżjoni għandha tittieħed fi żmien tliet xhur mit-talba. Meta l-ABE tkun ħadet id-deċiżjoni tagħha, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom rigward il-kundizzjonijiet (a) sa (d) ta-Artikolu 7(1), f’konformità mad-deċiżjoni tal-ABE. Il-kwistjoni m’għandhiex tiġi riferuta lill-ABE wara tmiem il-perjodu ta’ sitt xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.

Id-deċiżjoni konġunta msemmija fil-paragrafu 1 u d-deċiżjoni msemmija fis-subparagrafu preċedenti għandhom ikunu vinkolanti skont l-Artikolu 19(3) tar-Regolament Nru (KE) 1093/2010.

3. Kwalunkwe awtorità kompetenti relevanti tista’ wkoll, matul il-perjodu ta’ sitt xhur tikkonsulta lill-ABE dwar il-kwistjoni jekk ikunux issodisfati l-kundizzjonijiet ta’ (a) sa (d) tal-Artikolu 7(2), F’dan il-każ, l-ABE trid twettaq il-medjazzjoni mhux vinkolanti tagħha skont l-Artikolu 31(c) tar-Regolament Nru (KE) 1093/2010. F’tali każ, l-awtoritajiet kompetenti kollha involuti għandhom jiddeferixxu d-deċiżjonijiet tagħhom sakemm tispiċċa l-medjazzjoni mhux vinkolanti. Meta, waqt il-medjazzjoni, ma jkun intlaħaq l-ebda ftehim mill-awtoritajiet kompetenti fi żmien 3 xhur, kull awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni fuq bażi individwali għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha.

4. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi tal-implimentazzjoni biex tispeċifika l-proċess ta’ deċiżjoni konġunta msemmi f’dan l-Artikolu, fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 7, bil-għan li jitħaffu d-deċiżjonijiet konġunti.

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzii ta’ standards tekniċi tal-implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2016.

Il-Kummissjoni hija kkonferita s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 20 Subkonsolidazzjoni fil-każ ta’ entitajiet f’pajjiżi terzi

L-istituzzjonijiet sussidjarji għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stabiliti fil-Parti Tlieta, Artikolu 84 u l-Parti V fuq il-bażi tas-sitwazzjoni subkonsolidata tagħhom jekk dawk l-istituzzjonijiet, jew l-impriża prinċipali fejn tkun kumpanija azzjonarja finanzjarja jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta, għandhom istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja jew kumpanija tal-immaniġjar ta’ assi kif iddefiniti fl-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2002/87/KE bħala sussidjarja f’pajjiż terz, jew ikollhom parteċipazzjoni f’tali impriża.

Artikolu 21 Impriżi f’pajjiżi terzi

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata skont dan il-Kapitolu, it-termini ‘ditta tal-investiment’, ‘istituzzjoni ta’ kreditu’, ‘istituzzjoni finanzjarja’ u ‘istituzzjoni’ għandhom japplikaw ukoll għal impriżi stabiliti f’pajjiżi terzi li, kieku kienu stabiliti fl-Unjoni, kienu jissodisfaw id-definizzjonijiet ta’ dawk it-termini fl-Artikolu 16.

PARTI TNEJN

FONDI PROPRJI

Titolu I

Definizzjonijiet speċifiċi għal fondi proprji

Artikolu 22 Definizzjonijiet

(1) ‘introjtu ieħor komprensiv akkumulat’ għandha l-istess tifsira bħal tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 1, kif applikabbli skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002;

(2) 'entrati tal-assigurazzjoni ta’ fondi proprji anċillari' tfisser fondi proprji fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 89 tad-Direttiva 2009/138/KE;

(3) ‘standard tal-kontabilità applikabbli’ tfisser l-istandard tal-kontabilità relevanti, applikabbli skont id-Direttiva 86/635/KEE jew skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, li japplika għall-istituzzjoni;

(4) 'fondi proprji bażiċi' tfisser fondi proprji bażiċi fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 88 tad-Direttiva 2009/138/KE;

(5) ‘entrati tal-assigurazzjoni ta’ fondi proprji ta’ Grad 1’ tfisser entrati ta’ fondi proprji bażiċi ta’ impriżi soġġetti għar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/138/KE meta dawk l-entrati jkunu kklassifikati fil-Grad 1 fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2009/138/KE skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 94 ta’ dik id-Direttiva;

(6) ‘entrati tal-assigurazzjoni ta’ fondi proprji ta’ Grad 1 addizzjonali’ tfisser entrati ta’ fondi proprji bażiċi ta’ impriżi soġġetti għar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/138/KE meta dawk l-entrati jkunu kklassifikati bħala kapital ta’ Grad 1 fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2009/138/KE skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 94 ta’ dik id-Direttiva u l-inklużjoni ta’ dawk l-entrati tkun limitata bl-atti delegati adottati skont tal-Artikolu 99 ta’ dik id-Direttiva;

(7) ‘entrati tal-assigurazzjoni ta’ fondi proprji ta’ Grad 2’ tfisser entrati ta’ fondi proprji bażiċi ta’ impriżi soġġetti għar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/138/KE meta dawk l-entrati jkunu kklassifikati fil-Grad 2 fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2009/138/KE skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 94 ta’ dik id-Direttiva;

(8) ‘entrati tal-assigurazzjoni ta’ fondi proprji ta’ Grad 3’ tfisser entrati ta’ fondi proprji bażiċi ta’ impriżi soġġetti għar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/138/KE meta dawk l-entrati jkunu kklassifikati fil-Grad 3 fi dan it-tifsira tad-Direttiva 2009/138/KE skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu 94 ta’ dik id-Direttiva;

(9) ‘assi ta’ taxxa differita’ għandha l-istess tifsira bħal dik skont l-istandard tal-kontabilità;

(10) ‘assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabilità futura’ tfisser l-assi ta’ taxxa differita li l-valur tagħhom fil-ġejjieni jista’ jiġi realizzat biss fil-każ li l-istituzzjoni tiġġenera profitt taxxabbli fil-ġejjieni;

(11) ‘obligazzjonijiet ta’ taxxa differita’ għandha l-istess tifsira bħal dik skont l-istandard tal-kontabilità applikabbli;

(12) ‘assi ta’ fond tal-pensjoni b’benefiċċju definit’ tfisser l-assi ta’ fond jew pjan tal-pensjoni b’benefiċċju definit, kif applikabbli, ikkalkulati wara li jkunu tnaqqsu bl-ammont ta’ obbligi skont l-istess fond jew pjan;

(13) ‘distribuzzjonijiet’ tfisser il-ħlas ta’ dividendi jew imgħax fi kwalunkwe forma;

(14) ‘impriża finanzjarja’ għandha l-istess tifsira bħal dik skont il-punti (b) u (d) tal-Artikolu 13(25) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(15) ‘fondi għal riskju bankarju ġenerali’ għandha l-istess tifsira bħal dik skont l-Artikolu 38 tad-Direttiva 86/635/KEE;

(16) ‘avvjament’ għandha l-istess tifsira bħal dik skont l-istandard tal-kontabilità applikabbli;

(17) ‘parteċipazzjoni indiretta’ tfisser investiment ta’ istituzzjoni f’parti terza bi skopertura għal strument kapitali maħruġ minn entità relevanti, meta dak l-investiment isir għall-finijiet ta’ ksib ta’ skopertura għal dak l-istrument kapitali, jew skopertura għal strument bi kwalunkwe mezz ieħor meta, fil-każ li l-istrument jitlef mill-valur, it-telf li jseħħ mill-iskopertura ma jkunx materjalment differenti minn dak magħmul mill-istituzzjoni minn parteċipazzjoni diretta ta’ dak l-istrument;

(18) ‘assi intanġibbli’ għandha l-istess tifsira bħal dik skont l-istandard tal-kontabilità applikabbli;

(19) ‘kumpanija azzjonarja tal-assigurazzjoni ta’ attività mħallta’ għandha l-istess tifsira bħal dik skont il-punt (g) tal-Artikolu 212(1) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(20) ‘entità operatorja’ tfisser entità stabilita bil-għan li tikseb profitt bi dritt tagħha stess;

(21) ‘strumenti kapitali oħra’ tfisser strumenti kapitali maħruġa minn entitajiet relevanti li ma jikkwalifikawx bħala strumenti ta’ Grad 1, Grad 1 addizzjonali jew Grad 2 ta’ Ekwità Komuni jew entrati tal-assigurazzjoni ta’ fondi proprji ta’ Grad 1, entrati tal-assigurazzjoni ta’ fondi proprji ta’ Grad 1 addizzjonali, entrati tal-assigurazzjoni ta’ fondi proprji ta’ Grad 2 jew entrati tal-assigurazzjoni ta’ fondi proprji ta’ Grad 3;

(22) ‘riservi oħra’ tfisser riservi fi ħdan it-tifsira tal-istandard tal-kontabilità applikabbli li jkunu meħtieġa li jintwerew skont dak l-istandard tal-kontabilità applikabbli, bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe ammonti diġà inklużi fi introjtu ieħor komprensiv akkumulat jew qligħ miżmum;

(23) ‘fondi proprji’ tfisser is-somma ta’ kapital ta’ Grad 1 u kapital ta’ Grad 2;

(24) ‘strumenti ta’ fondi proprji’ tfisser strumenti kapitali maħruġa mill-istituzzjoni li jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ Grad 1, Grad 1 Addizzjonali jew Grad 2 ta’ Ekwità Komuni;

(25) ‘profitt’ għandha l-istess tifsira bħal dik skont l-istandard tal-kontabilità applikabbli;

(26)  ‘parteċipazzjoni inkroċjata reċiproka’ tfisser parteċipazzjoni minn istituzzjoni ta’ strumenti ta’ fondi proprji jew strumenti kapitali maħruġa minn entitajiet relevanti meta dawk l-entitajiet iżommu wkoll strumenti ta’ fondi proprji maħruġa mill-istituzzjoni;

(27) ‘entità relevanti’ tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)     istituzzjoni oħra;

(b)     istituzzjoni finanzjarja;

(c)     impriża tal-assigurazzjoni;

(d)     impriża tal-assigurazzjoni ta’ pajjiż terz;

(e)     impriża tar-riassigurazzjoni;

(f)      impriża tar-riassigurazzjoni ta’ pajjiż terz;

(g)     impriża finanzjarja;

(h)     kumpanija azzjonarja tal-assigurazzjoni ta’ attività mħallta;

(i)      impriża eskluża mill-ambitu tad-Direttiva 2009/138/KE skont ir-rekwiżiti stabiliti fl-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva;

(28) ‘qligħ imfaddal’ tfisser profitti jew telf riportati għas-sena ta’ wara bħala riżultat tal-applikazzjoni finali tal-profitt jew it-telf skont l-istandard tal-kontabilità applikabbli;

(29) ‘kont tal-primjum azzjonarju’ għandha l-istess tifsira bħal dik skont l-istandard tal-kontabilità applikabbli;

(30) ‘differenzi temporanji’ għandha l-istess tifsira bħal dik skont l-istandard tal-kontabilità applikabbli.

Titolu II Entrati ta’ fondi proprji

Kapitolu 1 Kapital ta’ Grad 1

Artikolu 23 kapital ta’ Grad 1

Il-kapital ta’ Grad 1 ta’ istituzzjoni jikkonsisti fit-total tal-kapital ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni u kapital ta’ Grad 1 Addizzjonali tal-istituzzjoni.

Kapitolu 2 Kapital ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni

Taqsima 1 Entrati u strumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni

Artikolu 24 Entrati ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni

1. Entrati ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni ta’ istituzzjonijiet jikkonsistu f’dawn li ġejjin:

(a) strumenti kapitali, sakemm il-kundizzjonijiet stabiliti fl-Artikolu 26 ikunu ssodisfati;

(b) kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati mal-istrumenti msemmija fil-punt (a);

(c) qligħ imfaddal;

(d) introjtu ieħor komprensiv akkumulat;

(e) riservi oħra;

(f) fondi għal riskju bankjarju ġenerali.

2. Għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet jistgħu jinkludu profitt interim jew ta’ tmiem is-sena f’kapital ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni qabel l-istituzzjoni tkun ħadet deċiżjoni formali li tikkonferma l-profitt jew telf finali tal-istituzzjoni għas-sena biss bil-kunsens minn qabel tal-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti għandha tagħti l-kunsens meta l-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a) dawk il-profitti ġew rieżaminati minn persuni indipendenti mill-istituzzjoni li jkunu responsabbli għall-awtidjar tal-kontijiet ta’ dik l-istituzzjoni; 

(b) l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li kwalunkwe addebitament jew dividend prevedibbli kien tnaqqas mill-ammont ta’ dak il-profitt.

Rieżami tal-profitti interim jew ta’ tmiem is-sena tal-istituzzjoni għandha tipprovdi livell adegwat ta’ aċċertament li dawk il-profitti kienu evalwat skont il-prinċipji stabiliti fl-istandard tal-kontabilità applikabbli.

3. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika t-tifsira ta’ prevedibbli meta jkun qed jiġi ddeterminat jekk kwalunkwe addebitament jew dividend prevedibbli tnaqqasx.

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2013.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

4. L-ABE għandha tistabilixxi, iżżomm u tippubblika lista tal-forom ta’ strument kapitali f’kull Stat Membru li jikkwalifika bħala strumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni. L-ABE għandha tistabilixxi u tippubblika din il-lista sal-1 ta’ Jannar 2013.

Artikolu 25 Strumenti kapitali ta’ impriżi mutwali, soċjetajiet kooperattivi jew istituzzjonijiet simili f’entrati ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni

1. Entrati ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni għandhom jinkludu kwalunkwe strument kapitali maħuġ minn istituzzjoni skont il-patti statutorji tagħha sakemm il-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:

(c) l-istituzzjoni tkun ta’ tip li ddefinit skont id-dritt nazzjonali applikabbli u li l-awtoritajiet kompetenti jqisu li tikkwalifika bħala impriża mutwali, soċjetà kooperattiva jew istituzzjoni simili għall-finijiet ta’ din il-Parti;

(d) il-kundizzjonijiet stabiliti fl-Artikoli 26 u 27 huma ssodisfati;

(e) l-istrument ma jkollux aspetti li jistgħu jikkawżaw il-kundizzjoni tal-istituzzjoni li tiddgħajjef bħala negozju avvjat matul perjodi ta’ stress fis-swieq.

2. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika dawn li ġejjin:

(a) il-kundizzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeterminaw li tip ta’ impriża rikonoxxuta skont id-dritt nazzjonali applikabbli bħala impriża mutwali, soċjetà kooperattiva jew istituzzjoni simili għall-finijiet ta’ din il-Parti;

(b) in-natura u l-ambitu ta’ dawn li ġejjin:

(i) l-aspetti li jistgħu jikkawżaw il-kundizzjoni ta’ istituzzjoni li tiddgħajjef bħala negozju avvjat matul perjodi ta’ stress tas-suq;

(ii) l-istress tas-suq li fuq il-bażi tiegħu tali aspetti jistgħu jikkawżaw il-kundizzjoni tal-istituzzjoni li tiddgħajjef bħala negozju avvjat.

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2013.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 26 Strumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni

1. L-istrumenti kapitali għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni biss jekk il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a) l-istrumenti jinħarġu direttament mill-istituzzjoni bl-approvazzjoni minn qabel tas-sidien tal-istituzzjoni jew, meta permess skont id-dritt nazzjonali applikabbli, mill-korp maniġerjali tal-istituzzjoni;

(b) l-istrumenti jitħallsu totalment u x-xiri tagħhom ma jkunx iffinanzat direttament jew indirettament mill-isitituzzjoni;

(c) l-istrumenti jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin fir-rigward tal-klassifikazzjoni tagħhom:

(i)      jikkwalifikaw bħala kapital fi skont it-tifsira tal-Artikolu 22 tad-Direttiva 83/635/KEE;

(ii)      ikunu kklasifikati bħala ekwità fi skont it-tifsira tal-istandard tal-kontabilità applikabbli;  

(iii)     ikunu kklassifikati bħala kapital ta’ ekwità għall-finijiet tal-istabiliment tal-insolvenza fil-karta bilanċjali, meta applikabbli skont il-liġi nazzjonali tal-insolvenza;

(d) l-istrumenti jintwerew b’mod ċar u separat fuq il-karta bilanċjali fir-rapporti finanzjarji tal-istituzzjoni;

(e) l-istrumenti jkunu perpetwi;

(f) l-ammont prinċipali tal-istrumenti ma jistax jiġi ridott jew ripagat, ħlief f’xi waħda minn dawn li ġejjin:

(i)      il-likwidazzjoni tal-istituzzjoni;

(ii)      ir-riakkwist diskrezzjonarju tal-istrumenti jew mezzi diskrezzjonali oħra ta’ tnaqqis tal-kapital, meta l-istituzzjoni tkun irċeviet il-kunsens minn qabel tal-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 72;

(g) id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti ma jindikawx espressament jew impliċitament li l-ammont prinċipali tal-istrumenti jitnaqqas jew jista’ jkun li jitnaqqas jew jiġi ripagat ħlief fil-likwidazzjoni tal-istituzzjoni, u l-istituzzjoni b’ebda mod ieħor ma tipprovdi tali indikazzjoni qabel jew waqt il-ħruġ tal-istrumenti, ħlief fil-każ ta’ strumenti msemmija fl-Artikolu 25 meta r-rifjut mill-istituzzjoni li tifdi tali strumenti jkun pprojbit skont id-dritt nazzjonali applikabbli;

(h) l-istrumenti jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin fir-rigward tad-distribuzzjonijiet;

(i)      ma jkunx hemm distribuzzjonijiet preferenzjali, inklużi fir-rigward ta’ strumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, u t-termini li jirregolaw l-istrumenti ma jipprovdux drittijiet preferenzjali lill-pagament tad-distribuzzjonijiet;

(ii)      distribuzzjonijiet lid-detenturi tal-istrumenti jistgħu jitħallsu biss mill-entrati li jistgħu jiġu distribwiti;

(iii)     il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti ma jinkludux limitu massimu jew restrizzjonijiet oħra fuq il-livell massimu tad-distribuzzjonijiet, ħlief fil-każ tal-istrumenti msemmija fl-Artikolu 25;

(iv)     il-livell tad-distribuzzjonijiet ma jkunx iddeterminat fuq il-bażi tal-ammont li għalih l-istrumenti kienu nxtraw fil-ħruġ, u ma jkunx b’xi mod ieħor iddeterminat fuq din il-bażi, ħlief fil-każ tal-istrumenti msemmija fl-Artikolu 25;

(v)     il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti ma jinkludux obbligu għall-istituzzjoni li tagħmel distribuzzjonijiet lid-detenturi tagħhom u l-istituzzjoni bl-ebda mod ma tkun soġġetta għal tali obbligu;

(vi) xi impriża li jkollha rabtiet mill-qrib mal-entitajiet imsemmija fil-punti (i) sa (v);           in-nuqqas ta’ ħlas tad-distribuzzjonijiet ma jikkostitwixxix avveniment ta’ inadempjenza tal-istituzzjoni;

(i) meta mqabbla mal-istrumenti kapitali maħruġa mill-istituzzjoni, l-istrumenti jassorbu l-ewwel u proporzjonalment l-akbar sehem tat-telf meta jseħħ, u kull strument jassorbi t-telf tal-istess grad bħall-istrumenti l-oħra kollha ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni;

(j) l-istrumenti jikklassifikaw taħt il-pretensjonijiet l-oħra kollha fil-każ ta’ insolvenza jew likwidazzjoni tal-istituzzjoni;

(k) l-istrumenti jintitolaw lis-sidien tagħhom għal pretensjoni fuq l-assi residwi tal-istituzzjoni, li, fil-każ tal-likwidazzjoni tagħha u wara l-pagament tal-pretensjonijiet superjuri tagħha, tkun pproporzjonata għall-ammont ta’ tali strumenti maħruġ u ma tkunx fissa jew soġġetta għal limitu massimu, ħlief fil-każ tal-istrumenti kapitali msemmija fl-Artikolu 25;

(l) l-istrumenti ma jkunux koperti jew garantiti minn xi waħda minn dawn li ġejjin:

(i)      l-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha;

(ii)      l-istituzzjoni prinċipali jew is-sussidjarji tagħha;

(iii)     il-kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew is-sussidjarji tagħha;

(iv)     il-kumpanija azzjonarja ta' attività mħallta jew is-sussidjarji tagħha;

(v)     il-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta u s-sussidjarji tagħha;

(vi) xi impriża li jkollha rabtiet mill-qrib mal-entitajiet imsemmija fil-punti (i) sa (v);           kwalunkwe impriża li jkollha konnessjonijiet mill-qrib mal-entitajiet imsemmija fil-punti (i) sa (v);

(m) l-istrumenti ma jkunux soġġetti għal kwalunkwe arranġament, kuntrattwali jew ta’ tip ieħor, li jtejjeb is-superjorità tal-pretensjonijiet skont l-istrumenti f’likwidazzjoni.

2. Il-kundizzjonijiet stabiliti fil-punt (i) tal-paragrafu 1 għandhom jiġu ssodisfati minkejja deprezzament fuq bażi permanenti tal-ammont prinċipali ta’ strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali.

3. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika dawn li ġejjin:

(a) il-forom u n-natura applikabbli ta’ finanzjament indirett tal-istrumenti kapitali;

(b)     it-tifsira tal-entrati distribwibbli għall-finijiet tal-istabiliment tal-ammont disponibbli li għandu jiġi distribwit lid-detenturi tal-istrumenti ta’ fondi proprji ta’ istituzzjoni.

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2013.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 27 Strumenti kapitali maħruġa minn impriżi mutwali, soċjetajiet kooperattivi jew istituzzjonijiet simili

1. L-istrumenti kapitali maħruġa minn impriżi mutwali, soċjetajiet kooperattivi jew istituzzjonijiet simili għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni biss jekk il-kundizzjonijiet stabiliti fl-Artikolu 26 u dan l-Artikolu jiġu ssodisfati.

2. Il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu ssodisfati fir-rigward ta’ tifdija tal-istrumenti kapitali:

(a) ħlief meta pprojbit skont id-dritt nazzjonali applikabbli, l-istituzzjoni għandha tkun tista’ tirrifjuta t-tifdija tal-istrumenti;

(b) meta r-rifjut mill-istituzzjoni tat-tifdija tal-istrumenti jkun pprojbit skont id-dritt nazzjonali applikabbli, id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istumenti għandhom jagħtu l-kapaċità lill-istituzzjoni li tillimita t-tifdija tagħhom;

(c) ir-rifjut li tifdi l-istrumenti, jew il-limitazzjoni tat-tifdija tal-istrumenti meta applikabbli, jista' ma jkunx jikkostitwixxi avveniment ta’ inadempjenza tal-istituzzjoni.

3. L-istrumenti kapitali jistgħu jinkludu limitu massimu jew restrizzjoni fuq il-livell massimu tad-distribuzzjonijiet biss meta dak il-livell massimu jew restrizzjoni jkunu stabiliti skont id-dritt nazzjonali applikabbli jew l-istatut tal-istituzzjoni.

4. Meta l-istrumenti kapitali jagħtu lis-sid drittijiet għar-riservi tal-istituzzjoni fil-każ ta’ insolvenza jew likwidazzjoni li jkunu limitati għall-valur nominali tal-istrumenti, tali limitazzjoni għandha tapplika bl-istess grad għad-detenturi tal-istrumenti l-oħrajn kollha ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni maħruġa minn dik l-istituzzjoni.

5. Meta l-istrumenti kapitali jintitolaw lis-sidien tagħhom għal pretensjoni fuq l-assi tal-istituzzjoni fil-każ tal-insolvenza jew il-likwidazzjoni tagħha li tkun fissa jew soġġetta għal limitu massimu, tali limitazzjoni għandha tapplika sal-istess grad għad-detenturi kollha tal-istrumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni maħruġa mill-istituzzjoni.

6. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika n-natura tal-limitazzjonijiet fuq it-tifdija neċessarja meta r-rifjut tat-tifdija tal-istrumenti ta’ fondi proprji mill-istituzzjoni tkun ipprojbita skont id-dritt nazzjonali applikabbli,

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2013.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 28 Konsegwenzi għall-fatt li l-kundizzjonijiet għal strumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni ma jibqgħux issodisfati

Dawn li ġejjin għandhom japplikaw fejn, fil-każ ta’ strument ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, il-kundizzjoniiet stabiliti fl-Artikolu 26, u l-Artikolu 27 meta applikabbli, ma jibqgħux jiġu ssodisfati:

(a) dak l-istrument ma jibqax jikkwalifika bħala strument ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni;

(b) il-kontijiet tal-primjum azzjonarju b'rabta ma’ dak l-istrument ma jibqgħux jikkwalifikaw bħala entrati ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni.

Taqsima 2 Filtri prudenzjali

Artikolu 29 Assi titolizzati

1. Istituzzjoni għandha teskludi minn kwalunkwe entrata ta’ fondi proprji kwalunkwe żieda fl-ekwità tagħha skont l-istandard tal-kontabilità applikabbli li tirriżulta minn assi titolizzati, inklużi dawn li ġejjin:

(a)     tali żieda assoċjata ma’ introjtu ta’ marġni futur li jirriżulta fi qligħ fuq il-bejgħ għal dik l-istituzzjoni;

(b)     meta l-istituzzjoni tkun l-oriġinatur ta’ titolizzazzjoni, iż-żidiet netti li jitnisslu mill-kapitalizzazzjoni ta’ introjtu futur mill-assi titolizzati li jipprovdu titjib fil-kreditu lill-pożizzjonijiet fit-titolizzazzjoni.

2. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar il-kunċett ta’ qligħ fuq il-bejgħ imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1.

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2013.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 30 Ħeġġijiet għall-fluss tal-flus u bidliet fil-valur tal-obbligazzjonijiet proprji

L-istituzzjonijiet m’għandhomx jinkludu l-entrati li ġejjin fi kwalunkwe entrata ta’ fondi proprji:

(a) ir-riservi ta’ valur ġust relatati mal-qligħ jew telf fuq il-ħeġġijiet tal-fluss tal-flus ta’ strumenti finanzjarji li ma jkunux valwati f’valur ġust, inklużi l-flussi tal-flus imbassra;  

(b) qligħ jew telf fuq obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni li jkunu valwati f’valur ġust li jirriżulta minn bidliet fl-istat tal-kreditu proprju tal-istituzzjoni.

Artikolu 31 Aġġustamenti fil-valur addizzjonali

1. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 100 għall-assi kollha tagħhom imkejla f’valur ġust meta jikkalkulaw l-ammont tal-fondi proprji tagħhom u għandhom inaqqsu mill-kapital ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni l-ammont ta’ kwalunkwe aġġustament fil-valur addizzjonali neċessarju.

2. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kundizzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom ir-rekwiżiti msemmija tal-Artikolu 100 għandhom jiġu applikati għall-finijiet tal-paragrafu 1.

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2013.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 32 Qligħ u telf mhux realizzati mkejla b’valur ġust

Ħlief fil-każ tal-entrati msemmija fl-Artikolu 30, l-istituzzjonijiet m’għandhomx jagħmlu aġġustamenti biex ineħħu mill-fondi proprji tagħhom il-qligħ u t-telf mhux realizzati fuq l-assi jew l-obbligazzjonijiet tagħhom imkejla b’valur ġust.

Taqsima 3 Tnaqqisiet mill-entrati ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, eżenzjonijiet u alternattivi

Subtaqsima 1 Tnaqqisiet mill-entrati ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni

Artikolu 33 Tnaqqisiet mill-entrati ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni

1. L-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu dawn li ġejjin mill-entrati ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni:

(a) telf għas-sena finanzjarja kurrenti;

(b) assi intanġibli;

(c) assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabilità futura;

(d) għall-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti tal-iskoperturi peżati għar-riskju li jużaw l-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Interni, l-ammonti negattivi li jirriżultaw mill-kalkolazzjoni tal-ammonti ta’ telf mistenni stabiliti fl-Artikoli 154 u 155;

(e) assi ta’ fondi ta’ pensjonijiet b’benefiċċju definit tal-istituzzjoni;

(f) parteċipazzjonijiet diretti u indiretti minn istituzzjoni ta’ strumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, inklużi strumenti proprji ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni li istituzzjoni jkollha obbligu reali jew kontinġenti li tixtri fuq il-bażi ta’ obbligu kuntrattwali eżistenti;

(g) il-parteċipazzjonijiet ta’ strumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni ta’ entitajiet relevanti meta dawk l-entitajiet ikollhom parteċipazzjoni inkroċjata reċiproka mal-istituzzjoni li l-awtorità kompetenti tqis li kienet iddisinjata biex tkabbar artifiċjalment il-fondi proprji tal-istituzzjoni;

(h) l-ammont applikabbli tal-parteċipazzjonijiet diretti u indiretti mill-istituzzjoni ta’ strumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni ta’ entitajiet relevanti meta l-istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f’dawk l-entitajiet;

(i) l-ammont applikabbli tal-parteċipazzjonijiet diretti u indiretti mill-istituzzjoni ta’ strumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni ta’ entitajiet relevanti meta l-istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti f’dawk l-entitajiet;  

(j) l-ammont tal-entrati meħtieġ li jitnaqqas mill-entrati ta’ Grad 1 Addizzjonali skont l-Artikolu 53 li jeċċedi l-kapital ta’ Grad 1 Addizzjonali tal-istituzzjoni;

(k) l-ammont tal-iskopertura tal-entrati li ġejjin li jikkwalifikaw għal piż tar-riskju ta’ 1 250 %, meta l-istituzzjoni tnaqqas dak l-ammont tal-iskopertura mill-kapital ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni bħala alternattiva għall-applikazzjoni tad-piż tar-riskju ta’ 1 250 %:

(i)      parteċipazzjonijiet kwalifikattivi barra s-settur finanzjarju;

(ii)      pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni, skont l-Artikoli 238(1)(b), 239(1)(b) u 253; 

(iii)     konsenji ħielsa, skont l-Artikolu 369(3);

(l) kwalunkwe imposta tat-taxxa relatat mal-entrati ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni previst fil-waqt tal-kalkolu tagħha, ħlief meta l-istituzzjoni b’mod adatt taġġusta l-ammont ta’ entrati ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni sakemm tali imposti tat-taxxa jnaqqsu l-ammont li għalih jistgħu jiġu applikati dawk l-entrati biex ikunu koperti r-riskji u t-telf.

2. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika dawn li ġejjin:

(a)     f'aktar dettall, l-applikazzjoni tat-tnaqqis imsemmi fil-punti (a), (c), (e) u (l) tal-paragrafu 1;

(b)     it-tipi ta’ strumenti kapitali tal-istituzzjonijiet finanzjarji, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ta’ pajjizi terzi, u l-impriżi esklużi mill-firxa tad-Direttiva 2009/138/KE skont l-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva li għandhom jitnaqqsu mill-entrati ta’ fondi proprji li ġejjin:

(i)      entrati ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni;

(ii)      entrati ta’ Grad 1 Addizzjonali;

(iii)     entrati ta’ Grad 2.

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2013.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 34 Tnaqqis ta’ assi intanġibbli

L-istituzzjonijiet għandhom jistabilixxu l-assi intanġibbli li jridu jitnaqqsu skont dawn li ġejjin:

(a) l-ammont li jrid jitnaqqas għandu jitnaqqas mill-ammont ta’ obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita assoċjati li jitneħħew jekk l-assi intanġibbli jsiru deterjorati jew ma jibqgħux rikonoxxuti skont l-istandard tal-kontabilità relevanti; 

(b) l-ammont li jrid jitnaqqas għandu jinkludi l-avvjament inkluż fil-valwazzjoni ta’ investimenti sinifikanti tal-istituzzjoni.

Artikolu 35 Tnaqqis ta’ assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabilità futura

1. L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta’ assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabilità futura li jeħtieġu li jitnaqqsu skont dan l-Artikolu.

2. Ħlief għal meta l-kundizzjonijiet stabiliti fil-paragrafu 3 jiġu ssodisfati, l-ammont ta’ assi ta’ taxxa diferita li jiddependu fuq il-profittabilità futura, għandu jiġi kkalkulat mingħajr ma jitnaqqas bl-ammont ta’ obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita assoċjati tal-istituzzjoni.

3. L-ammont ta’ assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabilità futura jista’ jitnaqqas bl-ammont ta’ obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita assoċjati tal-istituzzjoni, sakemm il-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a) dawk l-assi ta’ taxxa differita u l-obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita assoċjati li t-tnejn jitnisslu mil-liġi tat-tassazzjoni ta’ Stat Membru wieħed jew pajjiż terz;

(b) l-awtorità tat-tassazzjoni ta’ dak l-Istat Membru wieħed jew pajjiż terz tippermetti t-tpaċija ta’ assi ta’ taxxa differita u l-obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita assoċjati.

4. L-obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita assoċjati tal-istituzzjoni użati għall-finijiet tal-paragrafu 3 ma jistgħux jinkludu obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita li jnaqqsu l-ammont ta’ assi intanġibbli jew assi ta’ fondi ta’ pensjonijiet b’benefiċċju definit li jeħtieġ li jitnaqqsu.

5. L-ammont tal-obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita assoċjati msemmija fil-paragrafu 4 għandu jkun allokat bejn dawn li ġejjin:

(a) assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabilità futura u jitnisslu minn differenzi temporanji li ma jitnaqqsux skont l-Artikolu 45(1);

(b) assi oħra kollha ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabilità futura;

L-istituzzjonijiet għandhom jallokaw l-obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita assoċjati skont il-proporzjon tal-assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabilità futura li jkunu rappreżentati mill-entrati msemmija fil-punti (a) u (b).

Artikolu 36 Assi ta’ taxxa differita li ma jiddependux fuq il-profittabilità futura

1. L-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw piż tar-riskju skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, kif applikabbli, għall-assi ta’ taxxa differita li ma jiddependux fuq il-profittabilità futura.

2. Assi ta’ taxxa differita li ma jiddependux fuq il-profittabilità futura jinkludu dawn li ġejjin:

(a) pagamenti eċċessivi ta’ taxxa mill-istituzzjoni għas-sena kurrenti;

(b) telf wara t-taxxa fis-sena kurrenti tal-istituzzjoni trasferit lura għas-snin preċedenti li jnissel pretensjoni fuq, jew riċevibbli minn, gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità tat-tassazzjoni lokali; 

(c) assi ta’ taxxa differita li jitnisslu minn differenzi temporanji li, fil-każ li l-istituzzjoni ġġarrab telf, issir insolventi jew tidħol f’likwidazzjoni, ikunu sostitwiti, fuq bażi mandatorja u awtomatika skont id-dritt nazzjonali applikabbli, bi pretensjoni fuq il-gvern ċentrali tal-Istat Membru li fih l-istituzzjoni tkun inkorporata, li għandha tassorbi t-telf sal-istess grad bħall-istrumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni fuq il-bażi ta’ negozju avvjat u fil-każ ta’ insolvenza jew likwidazzjoni tal-istituzzjoni.

Artikolu 37 Tnaqqis ta’ ammonti negattivi li jirriżultaw mill-kalkolazzjoni tal-ammonti ta’ telf mistennija

L-ammont li jrid jitnaqqas skont il-punt (d) tal-Artikolu 33(1) m’għandux jitnaqqas permezz ta’ żieda fil-livell tal-assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabilità futura, jew effetti oħra ta’ taxxa addizzjonali, li jistgħu jseħħu li kieku l-proviżjonijiet kellhom jiżdiedu sal-livell ta’ telf mistenni msemmi fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu II.

Artikolu 38 Tnaqqis ta’ assi ta’ fond tal-pensjoni b’benefiċċju definit

1. Għall-finijiet tal-punt (e) tal-Artikolu 33(1), l-ammont tal-assi ta’ fond tal-pensjoni b’benefiċċju definit li għandu jitnaqqas għandu jonqos b’dawn li ġejjin:

(a) l-ammont ta’ kwalunkwe responsabilità għal taxxa differita assoċjata li jista’ jitpaċa jekk l-assi jsiru deterjorati jew ma jibqgħux rikonoxxuti skont l-istandard tal-kotabilità applikabbli;

(b) l-ammonti tal-assi fil-fondi ta’ pensjonijiet b’benefiċċju definit li l-istituzzjoni jkollha abilità mingħajr restrizzjoni li tuża, sakemm l-isitituzzjoni tkun irċeviet il-kunsens minn qabel tal-awtorità kompetenti. Dawk l-assi użati biex jitnaqqas l-ammont li jrid jitnaqqas għandhom jirċievu piż tar-riskju skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, kif applikabbli.

2. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kriterji li fuqhom awtorità kompetenti għandha tippermetti istituzzjoni li tnaqqas l-ammont tal-assi fil-fond ta’ pensjonijiet b’benefiċċju definiti kif speċifikat fil-punt (b) tal-paragrafu 1. 

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2013.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 39 Tnaqqis ta’ parteċipazzjonijiet ta’ strumenti proprji ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni

Għall-finijiet tal-punt (f) tal-Artikolu 33(1), l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-parteċipazzjonijiet ta’ strumenti proprji ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni fuq il-bażi tal-pożizzjonijiet twal grossi soġġett għall-eċċezzjonijiet li ġejjin:

(a) l-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw l-ammont tal-parteċipazzjonijiet ta’ strumenti proprji ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni fil-portafoll tan-negozjar fuq il-bażi tal-pożizzjoni twila netta sakemm il-pożizzjonijiet twal u bin-nieqes ikunu fl-istess skopertura sottostanti u l-pożizzjonijiet bin-nieqes ma jkunu jinvolvu l-ebda riskju ta’ kontroparti;

(b) l-istituzzjonijiet jistgħu jistabilixxu l-ammont li jrid jitnaqqas għal parteċipazzjonijiet indiretti fil-portafoll tan-negozjar li jkollhom il-forma ta’ parteċipazzjoni ta’ titoli tal-indiċi bil-kalkolazzjoni tal-iskopertura sottostanti għall-istrumenti proprji ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni inklużi fl-indiċijiet; 

(c) l-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw il-valur nett tal-pożizzjonijiet twal fi strumenti proprji ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni fil-portafoll tan-negozjar li jirriżultaw minn parteċipazzjonijiet ta’ titoli tal-indiċi kontra pożizzjonijiet bin-nieqes fi strumenti proprji ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni li jirriżultaw minn pożizzjonijiet bin-nieqes fl-indiċijiet sottostanti, inklużi meta dawk il-pożizzjonijiet bin-nieqes jinvolvu riskju ta’ kontroparti.

Artikolu 40 Investiment sinifikanti f’entità relevanti

Għall-finijiet ta’ tnaqqis, investiment sinifikanti ta’ istituzzjoni f’entità relevanti għandu jirriżulta meta kwalunkwe waħda minn dawn il-kundizzjonijiet tiġi ssodisfata:

(a) l-istituzzjoni jkollha sjieda ta’ aktar minn 10 % tal-istrumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni maħruġa minn dik l-entità;

(b) l-istituzzjoni jkollha konnessjonijiet mill-qrib ma’ dik l-entità u jkollha sjieda ta’ strumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni maħruġa minn dik l-entità; 

(c) l-istituzzjoni jkollha sjieda ta’ strumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni maħruġa minn dik l-entità u l-entità ma tkunx inkluża f’konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed iżda tkun inkluża fl-istess konsolidazzjoni ta' kontabilità bħall-istituzzjoni għall-finijiet tar-rapportar finanzjarju skont l-istandard tal-kontabilità applikabbli.

Artikolu 41 Tnaqqis ta’ parteċipazzjonijiet ta’ strumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni ta’ entitajiet relevanti u meta istituzzjoni jkollha parteċipazzjoni inkroċjata reċiproka mfassla artifiċjalment għall-inflazzjoni tal-fondi proprji

L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu t-tnaqqis imsemmi fil-punti (g), (h) u (i) tal-Artikolu 33(1) skont dawn li ġejjin:

(a)          il-parteċipazzjonijiet ta’ strumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni u strumenti kapitali oħra ta’ entitajiet relevanti għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-pożizzjonijiet twal grossi;

(b)          entrati tal-assigurazzjoni ta’ fondi proprji ta’ Grad 1 għandhom jiġu trattati bħala parteċipazzjonijiet ta’ strumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni għall-finijiet tat-tnaqqis.

Artikolu 42 Tnaqqis ta’ parteċipazzjonijiet ta’ strumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni ta’ entitajiet relevanti

L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu t-tnaqqisiet meħtieġ fil-punti (h) u (i) tal-Artikolu 33(1) skont id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a) huma jistgħu jikkalkulaw parteċipazzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar tal-istrumenti kapitali ta’ entitajiet rilevanti abbażi tal-pożizzjoni netta twila fl-istess skopertura sottostanti sakemm il-maturità tal-pożizzjoni bin-nieqes taqbel mal-maturità tal-pożizzjoni twila jew ikollha maturità residwa ta’ mill-inqas sena;  

(b) għandhom jiddeterminaw l-ammont li jitnaqqas għal parteċipazzjonijiet indiretti fil-portafoll tan-negozjar tal-istrumenti kapitali tal-entitajiet rilevanti li jieħdu l-forma ta’ parteċipazzjonijiet ta’ indiċi ta’ titoli billi jikkalkulaw l-iskopertura sottostanti għall-istrumenti kapitali tal-entitajiet rilevanti fl-indiċi.

Artikolu 43 Tnaqqis tal-parteċipazzjonijiet fejn istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f’entità relevanti

1. Għall-finijiet tal-punt (h) tal-Artikolu 33(1), l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont applikabbli li jrid jitnaqqas billi jimmultiplikaw l-ammont imsemmi fil-punt (a) bil-fattur miksub mill-kalkolazzjoni msemmija fil-punt (b):

(a) l-ammont aggregat li bih il-parteċipazzjonijiet diretti u indiretti mill-istituzzjoni ta’ strumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, Grad 1 Addizzjonali u Grad 2 tal-entitajiet relevanti li taqbeż 10 % tal-entrati ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni tal-istituzzjoni kkalkulat wara li jkunu applikati dawn li ġejjin għall-entrati ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni:

(i)      l-Artikoli 29 sa 32;

(ii)      it-tnaqqisiet imsemmija fil-punti (a) sa (g) u (j) sa (l) tal-Artikolu 33(1), bl-esklużjoni tal-ammont li jrid jitnaqqas għall-assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabilità futura u jitnisslu minn differenzi temporanji;

(iii)     l-Artikoli 41 u 42;

(b) l-ammont tal-parteċipazzjonijiet diretti u indiretti mill-istituzzjoni ta’ strumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni tal-entitajiet relevanti diviż bl-ammont aggregat ta’ parteċipazzjoni diretta u indiretta mill-istituzzjoni ta’ strumenti tal-fondi proprji ta’ dawk l-entitajiet relevanti.

2. L-istituzzjonijiet għandhom jeskludu pożizzjonijiet sottoskritti miżmuma għal 5 ijiem tax-xogħol jew inqas mill-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 u mill-kalkoli tal-fattur imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1.

3. L-istituzzjonijiet għandhom jistabilixxu l-porzjon tal-parteċipazzjonijiet ta’ strumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni li titnaqqas skont il-paragrafu 1 billi l-ammont speċifikat fil-punt (a) ikun diviż bl-ammont speċifikat fil-punt (b):

(a) l-ammont ta’ parteċipazzjonijiet li jeħtieġ jitnaqqas skont il-paragrafu 1;

(b) l-ammont aggregat tal-parteċipazzjonijiet diretti u indiretti mill-istituzzjoni ta’ strumenti tal-fondi proprji ta’ entitajiet relevanti li fihom l-istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti.

4. L-ammont tal-parteċipazzjonijiet imsemmi fil-punt (h) tal-Artikolu 33(1) li jkun ugwali għal jew inqas minn 10 % tal-entrati ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni tal-istituzzjoni wara l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabiliti fil-punti (a)(i) sa (iii) tal-paragrafu 1 m’għandux jitnaqqas u għandu jkun soġġett għall-ippeżar tar-riskji applikabbli skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u r-rekwiżiti stabiliti fit-Titolu IV tal-Parti Tlieta, kif ikun applikabbli.

5. L-istituzzjonijiet għandhom jistabilixxu l-porzjon tal-parteċipazzjonijiet ta’ strumenti tal-fondi proprji li jkunu peżati għar-riskju billi jiddividu l-ammont speċifikat fil-punt (a) bl-ammont speċifikat fil-punt (b):

(a) l-ammont tal-parteċipazzjonijiet meħtieġ li jkun ippeżat għar-riskju skont il-paragrafu 4;

(b) l-ammont aggregat ta’ parteċipazzjonijiet diretti u indiretti mill-istituzzjoni tal-istrumenti ta’ fondi proprji ta’ entitajiet rilevanti li l-istituzzjoni ma għandhiex investiment sinifikanti fihom.

Artikolu 44 Tnaqqis tal-parteċipazzjoni ta’ strumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni meta istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti f’entità relevanti

Għall-finijiet tal-punt (1) tal-Artikolu 33(1), l-ammont applikabbli li jrid jitnaqqas mill-entrati ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni għandu jeskludi pożizzjonijiet ta’ sottoskrizzjoni miżmuma għal 5 ijiem tax-xogħol jew inqas u għandu jkun stabilit skont l-Artikoli 41 u 42 u s-Subtaqsima 2.

Subtaqsima 2 Eżenzjonijiet minn u alternattivi għal tnaqqis minn entrati ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni

Artikolu 45 Livell limitu tal-eżenzjonijiet mit-tnaqqis minn entrati ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni

1. Meta jsir it-tnaqqis meħtieġ skont il-punti (c) u (i) tal-Artikolu 33(1), l-istituzzjonijiet m’għandhomx inaqqsu l-entrati elenkati fil-punti (a) u (b) li bħala aggregat jkunu ugwali għal jew inqas minn 15 % tal-kapital ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni jkunu eżentati mit-tnaqqis:

(a) assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabilità fil-ġejjieni u jirriżultaw minn differenzi temporanji, u bħala aggregat ikunu ugwali għal jew inqas minn 10 % tal-entrati ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni tal-istituzzjoni kkalkulat wara l-applikazzjoni ta’ dawn li ġejjin:

(i)      l-Artikoli 29 sa 32;

(ii)      il-punti (a) sa (h) u (j) sa (l) tal-Artikolu 33(1), bl-esklużjoni tal-assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabilità futura u jirriżultaw minn differenzi temporanji.

(b) fejn istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti f’entità relevanti, il-parteċipazzjonijiet diretti u indiretti minn dik l-istituzzjoni ta’ strumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni ta’ dawk l-entitajiet li bħala aggregat ikunu ugwali għal jew inqas minn 10 % tal-entrati ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni tal-istituzzjoni kkalkulat wara l-applikazzjoni ta’ dawn li ġejjin:

(i)      l-Artikolu 29 sa 32;

(ii)      il-punti (a) sa (h) u (j) sa (l) tal-Artikolu 33(1), bl-esklużjoni tal-assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabilità futura u jirriżultaw minn differenzi temporanji.

2. L-entrati li ma jitnaqqsux skont il-paragrafu 1 għandhom jiġu ppeżati għar-riskju b’250% u soġġetti għar-rekwiżiti tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta, kif applikabbli.

Artikolu 46 Eżenzjonijiet oħra minn, u alternattivi għal, tnaqqis fejn tkun applikata l-konsolidazzjoni

1. Bħala alternattiva għat-tnaqqis tal-parteċipazzjonijiet ta’ istituzzjoni fl-istrumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni ta’ impriżi tal-assigurazzjoni, impriżi tar-riassigurazzjoni u kumpaniji azzjonarji tal-assigurazzjoni li fihom l-istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet sabiex japplikaw metodi 1, 2 jew 3 tal-Anness I għad-Direttiva 2002/87/KE. L-istituzzjoni għandha tapplika l-metodu magħżul b’mod konsistenti maż-żmien.

Istituzzjoni tista’ tapplika l-metodu 1 (konsolidazzjoni kontabilistika) biss jekk tkun irċeviet il-kunsens minn qabel tal-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti tista’ tagħti tali kunsens biss jekk tkun issodisfata li l-livell tal-immaniġjar integrat u kontroll intern rigward l-entitajiet li se jkunu inklużi fil-firxa tal-konsolidazzjoni skont il-metodu 1 ikun adegwat.

2. Għall-finijiet tal-kalkolu tal-fondi proprji fuq bażi indipendenti, l-istituzzjonijiet soġġetti għas-superviżjoni fuq bażi konsolidata skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed m’għandhomx inaqqsu l-parteċipazzjonijiet imsemmija fil-punti (h) u (i) tal-Artikolu 33(1) fl-entitajiet relevanti inkluż fil-firxa tas-superviżjoni konsolidata.

3. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet li ma jnaqqsux parteċipazzjoni ta’ entrata msemmija fil-punti (h) u (i) tal-Artikolu 33(1) fil-każijiet li ġejjin:

(a) meta l-parteċipazzjoni tkun f’entità relevanti li tkun inkluża fl-istess superviżjoni supplimentari bħall-istituzzjoni skont id-Direttiva 2001/87/KE;

(b) meta l-istituzzjoni msemmija fl-Artikolu 25 ikollha parteċipazzjoni f’tali istituzzjoni oħra, jew fl-istituzzjoni ta’ kreditu ċentrali jew reġjonali tagħha, u l-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:

(i)      fejn l-parteċipazzjoni tkun f’istituzzjoni ta’ kreditu ċentrali jew reġjonali, l-istituzzjoni b’dik il-parteċipazzjoni tkun assoċjata ma’ dik l-istituzzjoni ta’ kreditu ċentrali jew reġjonali f’netwerk soġġett għal dispożizzjonijiet ġuridiċi jew statutorji u l-istituzzjoni ta’ kreditu ċentrali jew reġjonali tkun responsabbli, skont dawk id-dispożizzjonijiet, għal operazzjonijiet ta’ ikklerjar tal-flus fi ħdan dak in-netwerk;

(ii)      l-istituzzjonijiet jinsabu fi ħdan l-istess skema ta’ protezzjoni istituzzjonali msemmija fl-Artikolu 108(7);

(iii)     l-awtoritajiet kompetenti jkunu taw il-permess imsemmi fl-Artikolu 108(7);

(iv)     il-kundizzjonijiet stabiliti fl-Artikolu 108(7) ikunu ssodisfati;

(v)     l-istituzzjoni tfassal u tirrapporta lill-awtoritajiet kompetenti l-karta bilanċjali konsolidata msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 108(7) mhux inqas frekwenti minn kemm ikun meħtieġ li jiġu rapportati r-rekwiżiti tal-fondi proprji skont l-Artikolu 95.

(c) meta istituzzjoni ta’ kreditu reġjonali jkollha parteċipazzjoni fl-istituzzjoni ta’ kreditu ċentrali tagħha jew f’istituzzjoni ta’ kreditu reġjonali oħra u l-kundizzjonijiet stabiliti fil-punt (b)(i) sa (v) ikunu ssodisfati.

4. L-ABE, l-AEAPX u l-AETS għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex jispeċifikaw għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-metodi ta’ kalkolazzjoni elenkati fl-Anness I, il-Parti II u l-Artikolu 228(1) tad-Direttiva 2002/87/KE għall-finijiet tal-alternattivi għat-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 1 u l-punt (a) tal-paragrafu 3.

L-ABE, l-AEAPX u l-AETS għandhom jissottomettu dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2013.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

5. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-punt (b) tal-paragrafu 3.

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2013.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Taqsima 3 Kapital ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni

Artikolu 47 Kapital ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni

Il-kapital ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni ta’ istituzzjoni għandu jkun jikkonsisti minn entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni wara li jiġu applikati l-aġġustamenti meħtieġa mill-Artikolu 29 sa 32, it-tnaqqisiet skont l-Artikolu 33 u l-eżenzjonijiet u l-alternattivi stabiliti fl-Artikolu 45, 46 u 74.

Kapitolu 3 Kapital ta’ Grad 1 Addizzjonali

Taqsima 1 Entrati u Strumenti ta’ Grad 1 addizzjonali

Artikolu 48 Entrati ta’ Grad 1 Addizzjonali

Entrati ta’ Grad 1 Addizzjonali għandhom ikunu magħmulin minn dawn li ġejjin:

(a) strumenti kapitali, meta l-kundizzjonijiet stabiliti fl-Artikolu 49(1) jiġu ssodisfati; 

(b) il-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati mal-istrumenti msemmija fil-punt (a).

Artikolu 49 Strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali

1. Strumenti kapitali għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-istrumenti jkunu nħarġu u tħallsu għal kollox;

(b) l-istrumenti ma nxtrawx minn xi waħda minn dawn li ġejjin:

(i)      l-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha;

(ii)      impriża li fiha l-istituzzjoni għandha parteċipazzjoni fil-forma ta’ sjieda, diretta jew permezz ta’ kontroll, ta’ 20% jew aktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital ta’ dik l-impriża;

(c) ix-xiri tal-istrumenti ma jkunx direttament jew indirettament iffinanzjat mill-istituzzjoni;

(d) l-istrumenti jikklassifikaw taħt strument ta’ Grad 2 fil-każ tal-insolvenza tal-istituzzjoni;

(e) l-istrumenti ma jkunux koperti jew garantiti minn xi waħda minn dawn li ġejjin:

(i)      l-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha;

(ii)      l-istituzzjoni prinċipali jew is-sussidjarji tagħha;

(iii)     il-kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew is-sussidjarji tagħha;

(iv)     il-kumpanija azzjonarja ta' attività mħallta jew is-sussidjarji tagħha;

(v)     il-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta u s-sussidjarji tagħha;

(vi) xi impriża li jkollha rabtiet mill-qrib mal-entitajiet imsemmija fil-punti (i) sa (v);           (v)

(f) l-istrumenti ma jkunux soġġetti għal xi arranġament, kuntrattwali jew b’mod ieħor, li jtejjeb is-superjorità tal-pretensjoni taħt l-istrumenti f’insolvenza jew f’likwidazzjoni;

(g) l-istrumenti ikunu perpetwi u d-dispożizzjonijiet li jirregolawhom ma fihomx inċentiv biex l-istituzzjoni tifdihom;

(h) fejn id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti jinkludu opzjoni eżerċitabbli waħda jew aktar, l-opzjoni eżerċitabbli tista’ tiġi eżerċitata għad-diskrezzjoni unika tal-emittent;

(i) l-istrumenti jistgħu jinxtraw, jinfdew jew jiġu riakkwistati biss meta l-kundizzjonijiet stabiliti fl-Artikolu 72 jiġu ssodisfati, u mhux qabel massimu ta’ ħames snin wara d-data tal-ħruġ;

(j) id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti ma jindikawx b’mod espliċitu jew impliċitu li l-istrumenti sejrin jew jistgħu jinxtraw, jinfdew jew jiġu riakkwistati u l-istituzzjoni ma tagħtix din l-indikazzjoni f’forma oħra;

(k) l-istituzzjoni ma tindikax b’mod espliċitu jew impliċitu li l-awtorità kompetenti sejra tagħti l-kunsens għal talba biex tixtri, tifdi jew tirriakkwista l-istrumenti;

(l) distribuzzjonijiet skont l-istrumenti jissodisfaw il-kundizzjonijiet segwenti:

(i)      jitħallsu totalment mill-entrati distribwibbli;

(ii)      il-livell ta’ distribuzzjonijiet li jsiru fuq l-istrumenti ma jiġix immodifikat abbażi tal-istatus tal-kreditu tal-istituzzjoni, tal-istituzzjoni prinċipali jew tal-kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew tal-kumpanija azzjonarja ta' attività mħallta tagħha;

(iii)     id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti jagħtu lill-istituzzjoni diskrezzjoni sħiħa biex fi kwalunkwe waqt tikkanċella d-distribuzzjonijiet fuq l-istrumenti għal perjodu mingħajr limitu u fuq bażi mhux kumulattiva, u l-istituzzjoni tista’ tuża dawn il-pagamenti ikkanċellati mingħajr restrizzjoni sabiex tissodisfa l-obbligi tagħha meta jkunu dovuti;

(iv)     il-kanċellament ta’ distribuzzjonijiet ma jikkostitwixxix każ ta’ inadempjenza tal-istituzzjoni;

(v)     il-kanċellament ta’ distribuzzjonijiet ma jkun jimponi l-ebda restrizzjoni fuq l- istituzzjoni;

(m) l-istrumenti ma jkunux jikkontribwixxu għad-determinazzjoni li l-obbligazzjonijiet ta’ istituzzjoni jeċċedu l-assi tagħha, fejn dan il-kalkolu jikkostitwixxi test ta’ insolvenza skont id-dritt nazzjonali applikabbli;

(n) id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti jkunu jeħtieġu li s-somma kapitali ewlenija tal-istrumenti titniżżel fil-valur, jew li l-istrumenti jinqelbu għal strumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, meta jseħħ l-avveniment kxattatur;

(o) id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti ma jkunu jinkludu l-ebda karatteristika li tista’ tfixkel ir-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjoni;

(p) fejn l-istrumenti ma jinħarġux direttament mill-istituzzjoni jew minn entità operatorja fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed, mill-istituzzjoni prinċipali, mill-kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali, jew mill-kumpanija azzjonarja ta' attività mħallta, ir-rikavati jkunu immedjatament disponibbli mingħajr limitazzjoni f’forma li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabiliti f’dan il-paragrafu għal xi wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)      l-istituzzjoni;

(ii)      entità operatorja fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed;

(iii)     l-istituzzjoni prinċipali;

(iv)     il-kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali;  

(v)     il-kumpanija azzjonarja ta' attività mħallta.

2. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika dawn li ġejjin kollha:

(a) il-forma u n-natura tal-inċentivi biex jinfdew;

(b) in-natura tad-deprezzament tal-ammont prinċipal;

(c) il-proċeduri u l-għażla taż-żmien għal dawn li ġejjin:

(i)      id-determinazzjoni li jkun seħħ avveniment xkattatur;

(ii)      notifikazzjoni lill-awtorità kompetenti u d-detenturi tal-istrument li jkun seħħ avveniment xkattatur u li s-somma kapitali ewlenija tal-istrument sejra tiġi deprezzata jew l-istrument sejjer jiġi kkonvertit għal strument ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrument;

(iii)     id-deprezzamenet tas-somma kapitali ewlenija tal-istrument, jew il-konverżjoni tagħha fi strument ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, kif applikabbli;

(d) karatteristiċi tal-istrumenti li jistgħu jfixklu r-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjoni;

(e) l-użu ta’ entitajiet b’għan speċjali għall-ħruġ indirett ta’ strumenti ta’ fondi proprji.

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2013.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 50 Restrizzjonijiet fuq il-kanċellament ta’ distribuzzjonijiet fuq strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali u karatteristiċi li jistgħu jfixklu r-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjoni

Għall-finijiet tal-punti (l)(v) u (o) tal-Artikolu 49(1), id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali jistgħu, b’mod partikolari, ma jinkludux dawn li ġejjin:

(a) rekwiżit li jsiru distribuzzjonijiet fuq l-istrumenti fil-każ ta’ distribuzzjoni fuq strument maħruġ minn istituzzjoni li tikklassifika fl-istess grad bħal, jew subordinat minn, strument ta’ Grad 1 Addizzjonali, inkluż strument ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni;

(b) rekwiżit li l-pagament ta’ distribuzzjonijiet fuq strumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, ta’ Grad 1 jew ta’ Grad 2 jiġu kkanċellati fil-każ li ma jsirux distribuzzjonijiet fuq dawk l-istrumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali;

(c) l-obbligu biex il-pagament ta’ imgħax jew ta’ dividend jiġi sostitwit permezz ta’ pagament fi kwalunkwe forma oħra. L-istituzzjoni ma għandhiex altrimenti tkun soġġetta għal dan l-obbligu.

Artikolu 51 Tniżżil fil-valur jew konverżjoni ta’ strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali

Għall-finijiet tal-punt tal-punt (n) tal-Artikolu 49(1), id-dispożizzjonijiet segwenti għandhom japplikaw għal strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali:

(a)          avveniment xkattatur iseħħ meta l-proporzjon tal-kreditu ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni tal-istituzzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 87 jaqa’ taħt xi wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)      5.125 %;

(ii)     livell ogħla minn 5.125 %, fejn iddeterminat mill-istituzzjoni u speċifikat fid-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrument;

(b)          fejn id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti jeħtieġu li jiġu kkonvertiti fi strumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni meta jseħħ avveniment xkattatur, dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jispeċifikaw waħda minn dawn li ġejjin:

(i)      ir-rata ta’ din il-konverżjoni u limitu fuq l-ammont ta’ konverżjoni permess; 

(ii)     il-medda li fiha l-istrumenti sejrin jiġu kkonvertiti fi strumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni;

(c)          fejn id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti jeħtieġu li meta jseħħ avveniment xkattatur l-ammont prinċipal tagħhom jitniżżawl fil-valur, it-tniżżil fil-valur għandu jnaqqas is-segwenti kollha:

(i)      il-pretensjoni tad-detentur tal-istrument fil-likwidazzjoni tal-istituzzjoni;

(ii)     l-ammont meħtieġ li jitħallas fil-każ tal-eżerċitar tal-istrument;

(iii)     id-distribuzzjonijiet li jkunu saru fuq l-istrument.

Artikolu 52 Il-konsegwenzi tal-fatt li ma jibqgħux jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għal strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali

Is-segwenti għandhom japplikaw meta, fil-każ ta’ strument ta’ Grad 1 Addizzjonali, il-kundizzjonijiet stabiliti fl-Artikolu 49(1) ma jibqgħux jiġu ssodisfati:

(a) dak l-istrument ma jibqax jikkwalifika bħala strument ta’ Grad 1 Addizzjonali; 

(b) il-parti tal-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatata ma’ dak l-istrument tieqaf milli tikkwalifikaw bħala entrata ta’ Grad 1 Addizzjonali.

Taqsima 2 Tnaqqisiet minn entrati ta’ Grad 1 Addizzjonali

Artikolu 53 Tnaqqisiet minn entrati ta’ Grad 1 Addizzjonali

L-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu dawn li ġejjin mill-entrati ta’ Grad 1:

(a) parteċipazzjonijiet diretti u indiretti minn istituzzjoni tal-istrumenti proprji ta’ Grad 1 Addizzjonali, inkluż strumenti proprji ta’ Grad 1 Addizzjonali li istituzzjoni tista’ tkun obbligata li tixtri bħala riżultat ta’ obbligi kuntrattwali eżistenti;

(b) parteċipazzjonijiet tal-istrumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali ta’ entitajiet rilevanti li magħhom l-istituzzjoni jkollha parteċipazzjoni inkroċjata reċiproka li l-awtorità kompetenti tikkunsidra li tkun ġiet iddisinjata biex artifiċjalment tonfoħ il-fondi proprji tal-istituzzjoni;

(c) l-ammont applikabbli ddeterminat skont l-Artikolu 57 ta’ parteċipazzjoni diretti u indiretti tal-istrumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali ta’ entitajiet rilevanti, fejn istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f’dawk l-entitajiet;

(d) parterċipazzjonijiet diretti u indiretti mill-istituzzjoni tal-istrumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali ta’ entitajiet rilevanti meta l-istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti f’dawk l-entitajiet, eskluż pożizzjonijiet sottoskritti miżmuma għal 5 ijiem tax-xogħol jew inqas;  

(e) l-ammont ta’ entrati meħtieġa li jitnaqqsu minn entrati ta’ Grad 2 skont l-Artikolu 63 li jaqbeż l-kapital ta’ Grad 2 tal-istituzzjoni;

(f) kull imposta ta’ taxxa relatat ma’ entrati ta’ Grad 1 prevedibbli fil-mument tal-kalkolu tagħha, ħlief fejn l-istituzzjoni b’mod xieraq taġġusta l-ammont ta’ entrati ta’ Grad 1 safejn tali impisti ta’ taxxa jnaqqsu l-ammont sa liema dawk l-entrati jistgħu jiġu applikati biex ikopru riskji jew telf.

Artikolu 54 Tnaqqisiet ta’ parteċipazzjonijiet ta’ strumenti proprji ta’ Grad 1 Addizzjonali

Għall-finijiet tal-punt tal-punt (a) tal-Artikolu 53, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-parteċipazzjonijiet tal-istrumenti proprji ta’ Grad 1 Addizzjonali abbażi ta’ pożizzjonijiet twal grossi soġġetti għall-eċċezzjonijiet li ġejjin:

(a) l-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw l-ammont ta’ parteċipazzjonijiet tal-istrumenti proprji ta’ Grad 1 Addizzjonali fil-portafoll tan-negozjar abbażi tal-pożizzjoni netta twila sakemm il-pożizzjonijiet twal u bin-nieqes ikunu fl-istess skopertura sottostanti u l-pożizzjonijiet bin-nieqes ma jinvolvu l-ebda riskju għall-kontroparti;

(b) l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont li għandu jitnaqqas fir-rigward ta’ parteċipazzjonijiet indiretti fil-portafoll tan-negozjar tal-istrumenti proprji ta’ Grad 1 Addizzjonali li jieħu l-forma ta’ parteċipazzjonijiet ta’ indiċi ta’ titoli billi jikkalkulaw l-iskopertura sottostanti għall-istrumenti proprji ta’ Grad 1 Addizzjonali fl-indiċi; 

(c) il-pożizzjonijiet grossi twal fl-istrumenti proprji ta’ Grad 1 Addizzjonali fil-portafoll tan-negozjar bħala riżultat ta’ parteċipazzjonijiet ta’ indiċi ta’ titoli jistgħu jiġu nnettjati mill-istituzzjoni kontra l-pożizzjonijiet bin-nieqes fl-istrumenti proprji ta’ Grad 1 Addizzjonali bħala riżultat ta’ pożizzjonijiet bin-nieqes fl-indiċi sottostanti, inkluż meta dawk il-pożizzjonijiet bin-nieqes jinvolvu riskju għall-kontroparti.

Artikolu 55 Tnaqqis ta’ parteċipazzjonijiet ta’ strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali ta’ entitajiet rilevanti u meta istituzzjoni jkollha parteċipazzjoni inkroċjata reċiproka artifiċjalment iddisinjata biex tonfoq il-fondi proprji

L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu t-tnaqqisiet meħtieġa skont il-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 53 skont dawn li ġejjin:

(a) il-parteċipazzjonijiet ta’ strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali għandhom jiġu kkalkolati abbażi tal-pożizzjonijiet grossi twal;

(b) l-entrati ta’ assigurazzjoni ta’ fondi proprji ta’ Grad 1 addizzjonali għandhom jiġu ttrattati bħala parteċipazzjonijiet ta’ strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali għall-finijiet ta’ tnaqqis.

Artikolu 56 Tnaqqis ta’ parteċipazzjonijiet ta’ strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali ta’ entitajiet rilevanti

L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu t-tnaqqisiet meħtieġa skont il-punti (c) u (d) tal-Artikolu 53 b'konformità mas-segwenti:

(a) għandhom jikkalkulaw il-parteċipazzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar tal-istrumenti kapitali tal-entitajiet rilevanti abbażi tal-pożizzjoni netta twila fl-istess skopertura sottostanti sakemm il-maturità tal-pożizzjoni bin-nieqes tkun taqbel mal-maturità tal-pożizzjoni t-twila jew ikollha maturità residwa ta’ mill-inqas sena;

(b) għandhom jiddeterminaw l-ammont li jitnaqqas għal parteċipazzjonijiet indiretti fil-portafoll tan-negozjar tal-istrumenti kapitali tal-entitajiet rilevanti li jieħdu l-forma ta’ parteċipazzjonijiet ta’ indiċi ta’ titoli billi jikkalkulaw l-iskopertura sottostanti għall-istrumenti kapitali tal-entitajiet rilevanti fl-indiċi.

Artikolu 57 Tnaqqis ta’ parteċipazzjonijiet ta’ strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali meta istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f’entità rilevanti

1. Għall-finijiet tal-punt (c) tal-Artikolu 53, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont applikabbli li jrid jitnaqqas billi jimmultiplikaw l-ammont imsemmi fil-punt (a) bil-fattur derivat mill-kalkolu msemmi fil-punt (b):

(a) l-ammont aggregat li bih il-parteċipazzjonijiet diretti u indiretti mill-istituzzjoni ta’ strumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, ta’ Grad 1 Addizzjonali u ta’ Grad 2 ta’ entitajiet rilevanti jaqbeż l-10 % tal-entrati ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni tal-istituzzjoni kkalkulat wara li jiġu applikati dawn li ġejjin:

(i)      l-Artikolu 29 sa 32;

(ii)      il-punti (a) sa (g) u (j) sa (l) tal-Artikolu 33(1), bl-esklużjoni tal-assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq profittabbiltà futura u jirriżultaw minn differenzi temporanji;

(iii)     l-Artikoli 41 u 42;

(b) l-ammont ta’ parteċipazzjonijiet diretti u indiretti mill-istituzzjoni tal-istrumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali ta’ entitajiet rilevanti diviż bl-ammont aggregat tal-parteċipazzjonijiet diretti u indiretti kollha mill-istituzzjoni ta’ strumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, ta’ Grad 1 u ta’ Grad 2 Addizzjonali ta’ dawk l-entitajiet rilevanti.

2. L-istituzzjonijiet għandhom jeskludu pożizzjonijiet sottoskritti miżmuma għal 5 ijiem tax-xogħol jew inqas mill-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 u mill-kalkoli tal-fattur imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1.

3. L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-porzjon ta’ parteċipazzjonijiet ta’ strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali li jitnaqqas billi l-ammont speċifikat fil-punt (a) jiġi diviż bl-ammont speċifikat fil-punt (b):

(a) l-ammont ta’ parteċipazzjonijiet li jeħtieġ jitnaqqas skont il-paragrafu 1;

(b) l-ammont aggregat ta’ parteċipazzjonijiet diretti u indiretti mill-istituzzjoni tal-istrumenti ta’ fondi proprji ta’ entitajiet rilevanti li l-istituzzjoni ma għandhiex investiment sinifikanti fihom.

Taqsima 3 Kapital ta’ Grad 1 Addizzjonali

Artikolu 58 Kapital ta’ Grad 1 Addizzjonali

Il-kapital ta’ Grad 1 Addizzjonali ta’ istituzzjoni għandu jikkonsisti minn entrati ta’ Grad 1 wara t-tnaqqis tal-entrati msemmija fl-Artikolu 53 u wara li jiġi applikat l-Artikolu 74.

Kapitolu 4 Kapital ta’ Grad 2

Taqsima 1 Entrati u strumenti ta’ Grad 2

Artikolu 59 Entrati ta’ Grad 2

Entrati ta’ Grad 2 għandhom jikkonsistu minn dawn li ġejjin:

(a) strumenti kapitali, fejn il-kundizzjonijiet stabiliti fl-Artikolu 60 ikunu ssodisfati;

(b) il-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati mal-istrumenti msemmija fil-punt (a);

(c) għall-istituzzjonijiet li qegħdin jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II, l-aġġustamenti ġenerali tar-riskju ta’ kreditu, gross għall-effetti tat-taxxa, sa 1.25 % tal-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju kkalkulati skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta; 

(d) għall-istituzzjonijiet li qegħdin jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju skont il-Kapitolu 3 tat-Titolu II, l-ammonti pożittivi, gross għall-effetti tat-taxxa, bħala riżultat tal-kalkolu stabilit fl-Artikolu 154 u 155 sa 0,6 % tal-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju kkalkolati skont il-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta.

Artikolu 60 Strumenti ta’ Grad 2

L-istrumenti kapitali għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ Grad 2 sakemm il-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a) l-istrumenti jkunu inħarġu u tħallsu għal kollox;

(b) l-istrumenti ma nxtrawx minn xi waħda minn dawn li ġejjin:

(i)      l-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha;

(ii)     impriża li fiha l-istituzzjoni jkollha parteċipazzjoni fil-forma ta’ sjieda, diretta jew permezz ta’ kontroll, ta’ 20% jew aktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital ta’ dik l-impriża;

(c) ix-xiri tal-istrumenti ma jkunx direttament jew indirettament iffinanzjat mill-istituzzjoni;

(d) il-pretensjoni fuq l-ammont prinċipal tal-istrumenti skont id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti tkun totalment subordinata għal pretensjonijiet tal-kredituri kollha li ma jkunux subordinati;

(e) l-istrumenti ma jkunux koperti jew garantiti minn xi waħda minn dawn li ġejjin:

(i)      l-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha;

(ii)     l-istituzzjoni prinċipali jew is-sussidjarji tagħha;

(iii)     il-kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew is-sussidjarji tagħha;

(iv)    il-kumpanija azzjonarja ta' attività mħallta jew is-sussidjarji tagħha; 

(v)      il-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta u s-sussidjarji tagħha;

(vi) xi impriża li jkollha rabtiet mill-qrib mal-entitajiet imsemmija fil-punti (i) sa (v);        (v)

(f) l-istrumenti ma jkunux soġġetti għal xi arranġament li altrimenti jtejjeb is-superjorità tal-pretensjoni taħt l-istrumenti;  

(g) (x)

(h) id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti ma jinkludu l-ebda inċentiv biex dawn jinfdew mill-istituzzjoni;

(i) fejn l-istrumenti jinkludu opzjoni eżerċitabbli waħda jew aktar, l-opzjonijiet jiġu eżerċitati fid-diskrezzjoni unika tal-emittent;

(j) l-istrumenti jistgħu jinxtraw, jinfdew jew jiġu riakkwistati biss meta l-kundizzjonijiet stabiliti fl-Artikolu 72 jiġu ssodisfati, u mhux qabel massimu ta’ ħames snin wara d-data tal-ħruġ;

(k) id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti la jindikaw u lanqas jissuġġerixxu li l-istrumenti sejrin jew jistgħu jinfdew jew jiġu riakkwistati ħlief meta jimmaturaw u l-istituzzjoni ma tagħtix din l-indikazzjoni jew suġġeriment f’forma oħra;

(l) id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti ma jagħtux lid-detentur id-dritt li jgħaġġel il-pagamenti skedati fil-futur tal-imgħax jew tal-prinċipal, ħlief fl-insolvenza jew fil-likwidazzjoni tal-istituzzjoni;

(m) il-livell ta’ imgħax jew ta’ pagamenti ta’ dividendi dovuti fuq l-istrumenti ma jiġix immodifikat abbażi tal-reputazzjoni ta’ kreditu tal-istituzzjoni, tal-istituzzjoni prinċipali tagħha jew tal-kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew tal-kumpanija azzjonarja ta' attività mħallta;

(n) fejn l-istrumenti ma jinħarġux direttament mill-istituzzjoni jew minn entità operatorja fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed, mill-istituzzjoni prinċipali, mill-kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali, jew mill-kumpanija azzjonarja ta' attività mħallta, ir-rikavati jkunu immedjatament disponibbli mingħajr limitazzjoni f’forma li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabiliti f’dan il-paragrafu għal xi wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)      l-istituzzjoni;

(ii)     entità operatorja fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed;

(iii)     l-istituzzjoni prinċipali;

(iv)    il-kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali;

(v)     il-kumpanija azzjonarja ta' attività mħallta.

Artikolu 61 Amortizzament ta’ strumenti ta’ Grad 2

L-estent safejn strumenti ta’ Grad 2 jikkwalifikaw bħala entrati ta’ Grad 2 matul l-aħħar 5 snin ta’ maturità tal-istrumenti jiġi kkalkulat billi r-riżultat derivat mill-kalkolu mil-punt (a) jiġi mmultiplikat bl-ammont imsemmi fil-punt (b) kif ġej:

(a) l-ammont nominali tal-istrumenti jew ta’ selfiet subordinati fl-ewwel ġurnata tal-aħħar perjodu ta’ ħames snin tal-maturità kuntrattwali diviż bin-numru ta’ jiem kalendarji f’dak il-perjodu; 

(b) in-numru ta’ jiem kalendarji ta’ maturità kuntrattwali li jibqa’ tal-istrumenti jew ta’ selfiet subordinati.

Artikolu 62 Il-konsegwenzi tal-fat li ma jibqgħux jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għal strumenti ta’ Grad 2

Meta fil-każ ta’ strument ta’ Grad 2 il-kundizzjonijiet stabiliti fl-Artikolu 60 ma jibqgħux jiġu ssodisfati, għandhom japplikaw dawn li ġejjin:

(a) dak l-istrument ma jibqax jikkwalifika bħala strument ta’ Grad 2;

(b) il-parti tal-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatata ma’ dak l-istrument ma tibqax tikkwalifika bħala entrata ta’ Grad 2.

Taqsima 2 Tnaqqisiet minn entrati ta’ Grad 2

Artikolu 63 Tnaqqisiet minn entrati ta’ Grad 2

Dawn li ġejjin għandhom jitnaqqsu minn entrati ta’ Grad 2:

(a) parteċipazzjonijiet diretti u indiretti minn istituzzjoni ta’ strumenti proprji ta’ Grad 2, inkluż strumenti proprji ta’ Grad 2 li istituzzjoni tista’ tkun obbligata li tixtri bħala riżultat ta’ obbligi kuntrattwali eżistenti;

(b) parteċipazzjonijiet tal-istrumenti ta’ Grad 2 ta’ entitajiet rilevanti li magħhom l-istituzzjoni ikollha parteċipazzjoni inkroċjata reċiproka li l-awtorità kompetenti tikkunsidra li tkun ġiet iddisinjata biex artifiċjalment tonfoħ il-fondi proprji tal-istituzzjoni;

(c) l-ammont applikabbli ddeterminat skont l-Artikolu 67 ta’ parteċipazzjonijiet diretti u indiretti ta’ strumenti ta’ Grad 2 ta’ entitajiet rilevanti, meta istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f’dawk l-entitajiet; 

(d) parteċipazzjonijiet diretti u indiretti mill-istituzzjoni ta’ strumenti ta’ Grad 2 ta’ entitajiet rilevanti fejn l-istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti f’dawk l-entitajiet, esklużi pożizzjonijiet sottoskritti miżmuma għal inqas minn 5 ijiem tax-xogħol.

Artikolu 64 Tnaqqisiet ta’ parteċipazzjonijiet ta’ strumenti proprji ta’ Grad 2 u selfiet subordinat

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 63, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw parteċipazzjonijiet abbażi tal-pożizzjonijiet grossi twal soġġetti għall-eċċezzjonijiet li ġejjin:

(a) l-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw l-ammont ta’ parteċipazzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar abbażi tal-pożizzjoni netta twila sakemm il-pożizzjonijiet twal u bin-nieqes jkunu qegħdin fl-istess skopertura sottostanti u l-pożizzjonijiet bin-nieqes ma jinvolvux riskju għall-kontroparti;

(b) l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont li għandu jitnaqqas għal parteċipazzjonijiet indiretti fil-portafoll tan-negozjar li jieħdu l-forma ta’ parteċipazzjonijiet ta’ indiċi ta’ titoli billi jikkalkulaw ir-riskju sottostanti għall-istrumenti ta’ Grad 2 fl-indiċi;

(c) l-istituzzjonijiet jistgħu jinnettjaw pożizzjonijiet grossi twal fl-istrumenti ta’ Grad 2 fil-portafoll tan-negozjar bħala riżultat ta’ parteċipazzjonijiet ta’ indiċi ta’ titoli kontra pożizzjonijiet bin-nieqes fl-istrumenti proprji ta’ Grad 2 bħala riżultat ta’ pożizzjonijiet bin-nieqes fl-indiċi sottostanti, inkluż fejn dawk il-pożizzjonijiet bin-nieqes jinvolvu riskju għall-kontroparti. 

Artikolu 65 Tnaqqis ta’ parteċipazzjonijiet ta’ strumenti ta’ Grad 2 u selfiet subordinat ta’ entitajiet rilevanti u fejn istituzzjoni jkollha parteċipazzjoni inkroċjata reċiproka ddisinjata biex artifiċjalment tonfoħ il-fondi proprji

L-stituzzjonijiet għandhom jagħmlu t-tnaqqisiet skont il-punti (b) (c) u (d) tal-Artikolu 63 skont id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a) parteċipazzjonijiet ta’ strumenti ta’ Grad 2, inkluż selfiet subordinati, għandhom jiġu kkalkolati abbażi tal-pożizzjonijiet grossi twal;

(b) parteċipazzjonijiet ta’ entrati ta’ assigurazzjoni bħala fondi proprji ta’ Grad 2 u ta’ entrati ta’ assigurazzjoni bħala fondi proprji ta’ Grad 3 għandhom jiġu ttrattati bħala parteċipazzjonijiet ta’ strumenti ta’ Grad 2 għall-finijiet ta’ tnaqqis.

Artikolu 66 Tnaqqis ta’ parteċipazzjonijiet ta’ strumenti ta’ Grad 2 u selfiet subordinati ta’ entitajiet rilevanti

L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu t-tnaqqis meħtieġ mill-punti (c) u (d) tal-Artikolu 63 skont is-segwenti:

(a) huma jistgħu jikkalkulaw parteċipazzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar tal-istrumenti kapitali ta’ entitajiet rilevanti abbażi tal-pożizzjoni netta twila fl-istess skopertura sottostanti sakemm il-maturità tal-pożizzjoni bin-nieqes taqbel mal-maturità tal-pożizzjoni twila jew ikollha maturità residwa ta’ mill-inqas sena;

(b) huma għandhom jiddeterminaw l-ammont li jrid jitnaqqas għal parteċipazzjonijiet indiretti fil-portafoll tan-negozjar tal-istrumenti kapitali ta’ entitajiet rilevanti li jieħdu l-forma ta’ parteċipazzjonijiet ta’ titoli tal-indiċi billi jħarsu lejn l-iskopertura sottostanti għall-istrumenti kapitali tal-entitajiet rilevanti fl-indiċijiet.

Artikolu 67 Tnaqqis ta’ strumenti ta’ Grad 2 meta istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f’entità rilevanti

1. Għall-finijiet tal-punt (c) tal-Artikolu 63, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont applikabbli li jrid jitnaqqas billi jimmultiplikaw l-ammont imsemmi fil-punt (a) bil-fattur derivat mill-kalkolu msemmi fil-punt (b):

(a) l-ammont aggregat li bih il-parteċipazzjonijiet diretti u indiretti mill-istituzzjoni ta’ strumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, ta’ Grad 1 Addizzjonali u ta’ Grad 2 ta’ entitajiet rilevanti jaqbeż l-10 % tal-entrati ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni tal-istituzzjoni kkalkulat wara li jiġu applikati dawn li ġejjin:

(i)      l-Artikolu 29 sa 32;

(ii)      il-punti (a) sa (g) u (j) sa (l) tal-Artikolu 33(1), eskluż l-ammont li jrid jitnaqqas bħala assi ta’ taxxa differita li jiddependi fuq profittabilità futura u jirriżulta minn differenzi temporanji;

(iii)     l-Artikoli 41 u 42;

(b) l-ammont ta’ parteċipazzjonijiet diretti u indiretti mill-istituzzjoni tal-istrumenti ta’ Grad 2 ta’ entitajiet rilevanti diviż bl-ammont aggregat tal-parteċipazzjonijiet diretti u indiretti kollha mill-istituzzjoni ta’ strumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, ta’ Grad 1 Addizzjonali u ta’ Grad 2 ta’ dawk l-entitajiet rilevanti.

2. L-istituzzjonijiet għandhom jeskludu pożizzjonijiet sottoskritti miżmuma għal 5 ijiem tax-xogħol jew inqas mill-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 u mill-kalkoli tal-fattur imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1.

3. L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-porzjon ta’ parteċipazzjonijiet ta’ strument ta’ Grad 2 li jitnaqqas billi jiddividu l-ammont speċifikat fil-punt (a) bl-ammont speċifikat fil-punt (b):

(a) l-ammont totali ta’ parteċipazzjonijiet li jkun meħtieġ li jitnaqqas skont il-paragrafu 1;

(b) l-ammont aggregat ta’ parteċipazzjonijiet diretti u indiretti mill-istituzzjoni tal-istrumenti ta’ fondi proprji ta’ entitajiet rilevanti li l-istituzzjoni ma għandhiex investiment sinifikanti fihom.

Taqsima 3 kapital ta’ Grad 2

Artikolu 68 kapital ta’ Grad 2

Il-kapital ta’ Grad 2 ta’ istituzzjoni għandu jikkonsisti mill-entrati ta’ Grad 2 tal-istituzzjoni wara t-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 63 u wara li jiġi applikat l-Artikolu 74.

Kapitolu 5 Fondi proprji

Artikolu 69 Fondi proprji

Il-fondi proprji ta’ istituzzjoni għandhom jikkonsistu mis-somma tal-kapital ta’ Grad 1 u l-kapital ta’ Grad 2 tagħha.

Kapitolu 6 Rekwiżiti ġenerali

Artikolu 70 Parteċipazzjoni ta’ strumenti kapitali ta’ entitajiet regolati li ma jikkwalifikawx bħala kapital regolatorju

L-istituzzjonijiet ma għandhomx inaqqsu minn xi element ta’ fondi proprji, parteċipazzjonijiet ta’ entità finanzjarja regolata skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 137(4) li ma jikkwalifikawx bħala kapital regolatorju ta’ dik l-entità. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw piż tar-riskju għal dawn il-parteċipazzjonijiet skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, kif applikabbli.

Artikolu 71 Parteċipazzjonijiet indiretti bħala riżultat ta’ parteċipazzjonijiet ta’ indiċi

1. Bħala alternattiva għal istituzzjoni biex tikkalkola l-iskopertura tagħha għal strumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, ta’ Grad 1 Addizzjonali u ta’ Grad 2 ta’ entitajiet rilevanti inklużi fl-indiċi, fejn l-awtorità kompetenti tkun tat il-kunsens tagħha minn qabel, istituzzjoni tista’ tuża stima konservattiva tal-iskopertura sottostanti tal-istituzzjoni għall-istrumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni , ta’ Grad 1 Addizzjonali u ta’ Grad 2 ta’ entitajiet rilevanti li jkunu inklużi fl-indiċi.

2. Awtorità kompetenti għandha tagħti l-kunsens tagħha biss meta l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li jkun operazzjonalment oneruż għall-istituzzjoni biex timmonitorja l-iskopertura sottostanti tagħha għall-istrumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, ta’ Grad 1 Addizzjonali u ta’ Grad 2 ta’ dawk l-entitajiet rilevanti inklużi fl-indiċi.

3. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a) tal-estent tal-konservattiżmu meħtieġ f’estimi użati bħala alternattiva għall-kalkolu tal-iskopertura sottostanti msemmi fil-paragrafu 1; 

(b) it-tifsira ta’ operazzjonalment oneruż għall-finijiet tal-paragrafu 2.

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2013.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 72 Kundizzjonijiet għat-tnaqqis tal-fondi proprji

Istituzzjoni għandha teħtieġ il-kunsens mill-qabel tal-awtorità kompetenti biex tagħmel dawn li ġejjin:

(a) tnaqqas jew tirriakkwista strumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni maħruġa mill-istituzzjoni f’mod li jkun permess mid-dritt nazzjonali applikabbli;

(b) twettaq l-eżerċitar, il-fidi jew ir-riakkwist ta’ strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali jew ta’ strumenti ta’ Grad 2 qabel id-data tal-maturità kuntrattwali tagħhom.

Artikolu 73 Kunsens superviżorju għat-tnaqqis tal-fondi proprji

1. L-awtorità kompetenti għandha tagħti kunsens biex istituzzjoni tnaqqas, tirriakkwista, tixtri jew tifdi strumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, ta’ Grad 1 Addizzjonali jew ta’ Grad 2 meta xi waħda mill-kundizzjonijiet segwenti tiġi ssodisfata:

(a) qabel jew fl-istess ħin tal-azzjoni msemmija fl-Artikolu 13, l-istituzzjoni tissostitwixxi l-istrumenti msemmija fl-Artikolu 72 bi strumenti ta’ fondi proprji li jkunu ta’ kwalità ugwali jew ogħla f’termini li jkunu sostenibbli għall-kapaċità tal-introjtu tal-istituzzjoni;

(b) l-istituzzjoni wriet għas-sodisfazzjoni tal-awtorità kompetenti li l-fondi proprji tal-istituzzjoni sejrin, wara l-azzjoni inkwistjoni, jeċċedu r-rekwiżiti stabiliti fl-Artikolu 87(1) b’marġini li l-awtorità kompetenti tikkunsidra li tkun sinifikanti u xieraq u l-awtorità kompetenti tikkunsidra li s-sitwazzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni tkun altrimenti soda.

2. Meta istituzzjoni tieħu azzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 72 u r-rifjut ta’ tifdija ta’ strumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni msemmija fl-Artikolu 25 ikun projbit mid-dritt nazzjonali applikabbli, l-awtorità kompetenti tista’ teżenta l-kundizzjonijiet stabiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu sakemm l-awtorità kompetenti teħtieġ li l-istituzzjoni tillimita t-tifdija ta’ dawn l-istrumenti fuq bażi xierqa.

3. L-ABE għandha tadotta abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika dawn li ġejjin:

(a) it-tifsira ta’ sostenibbli għall-kapaċità tal-introjtu tal-istituzzjoni;

(b) il-bażijiet xierqa għal-limitazzjoni tat-tifdija msemmija fil-paragrafu 2;

(c) il-proċess u r-rekwiżiti ta’ dejta biex istituzzjoni tapplika għall-kunsens tal-awtorità kompetenti biex twettaq azzjoni msemmija fl-Artikolu 72, inkluż il-perjodu ta’ żmien għall-ipproċessar ta’ din l-applikazzjoni.

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2013.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 74 Rinunzja temporanja mit-tnaqqis mill-fondi proprji

1. Meta istituzzjoni żżomm azzjonijiet li jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, ta’ Grad 1 Addizzjonali jew ta’ Grad 2 f’entità rilevanti b’mod temporanju u l-awtorità kompetenti tqis li dawk il-parteċipazzjonijiet ikunu għall-finijiet ta’ operazzjoni ta’ assistenza finanzjarja maħsuba biex jirriorganizzaw u jsalvaw lil dik l-entità, l-awtorità kompetenti tista’ teżenta fuq bażi temporanja d-dispożizzjonijiet fuq tnaqqis li kieku japplikaw għal dawk l-istrumenti.

2. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kunċett ta’ temporanju għall-finijiet tal-paragrafu 1 u l-kundizzjonijiet skont liema awtorità kompetenti tista’ tqis li l-parteċipazzjonijiet temporanji msemmija jkunu għall-finijiet ta’ operazzjoni ta’ assistenza finanzjarja maħsuba biex jirriorganizzaw u jsalvaw dik l-entità.

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2013.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 75 Rieżami kontinwu tal-kwalità tal-fondi proprji

1. L-ABE għandha timmonitorja l-kwalità tal-istrumenti tal-fondi proprji maħruġa minn istituzzjonijiet madwar l-Unjoni u għandha minnufih tinnotifika lill-Kummissjoni fejn ikun hemm evidenza sinifikanti ta’ deterjorament materjali fil-kwalità ta’ dawk l-istrumenti.

2. Notifika għandha tinkludi dawn li ġejjin:

(a) spjegazzjoni dettaljata tan-natura u l-estent tad-deterjorament identifikat;

(b) konsulenza teknika dwar l-azzjoni mill-Kummissjoni li l-ABE tikkunsidra li tkun neċessarja.

3. L-ABE għandha tipprovdi konsulenza teknika lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe tibdil sinifikanti li tikkunsidra li jkun meħtieġ għad-definizzjoni tal-fondi proprji bħala riżultat ta’ xi wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) żviluppi rilevanti fl-istandards jew fil-prattika tas-suq;

(b) tibdil fl-istandards rilevanti ġuridiċi jew kontabilistiċi;

(c) żviluppi sinifikanti fil-metodoloġija tal-ABE għall-ittestjar tal-istress tas-solvenza tal-istituzzjonijiet.

4. L-ABE għandha tipprovdi konsulenza teknika lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2013 dwar trattament possibbli ta’ qligħ mhux realizzat imkejjel f’valur ġust minbarra li tinkludihom fil-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni mingħajr aġġustament. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jagħtu kas ta’ żviluppi rilevanti fl-istandards internazzjonali tal-kontabilità u fi ftehimiet internazzjonali dwar standards prudenzjali għall-banek.

Titolu III Interess minoritarju u strumenti ta’ Grad 1 u ta’ Grad 2 Addizzjonali maħruġa minn sussidjarji

Artikolu 76 Interessi minoritarji li jikkwalifikaw għal inklużjoni fil-kapital konsolidat ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni

1. Interessi minoritarji għandhom jinkludu strumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, flimkien mal-qligħ miżmum u l-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati, ta’ sussidjarja fejn il-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a) is-sussidjarja tkun waħda minn dawn li ġejjin:

(i)      istituzzjoni;

(ii)      impriża li skont id-dritt nazzjonali applikabbli tkun soġġetta għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u ta’ din id-Direttiva [inserit minn OP],

(c) is-sussidjarja tkun inkluża totalment fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed;

(d) dawk l-istrumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni jkunu proprjetà ta’ persuni minbarra mill-impriżi inklużi fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed.

2. Interessi minoritarji li jkunu direttament jew indirettament iffinanzjati, permezz ta’ entità b’għan speċjali jew b’mod ieħor, mill-istituzzjoni prinċipali, mill-kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali, mill-kumpanija azzjonarja ta' attività mħallta jew mis-sussidjarji tagħhom ma għandhomx jikkwalifikaw bħala kapital konsolidat ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni.

Artikolu 77 Kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 Addizzjonali, ta’ Grad 1, ta’ Grad 2 u fondi proprji kwalifikattivi

Kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 Addizzjonali, ta’ Grad 1, ta’ Grad 2 u fondi proprji kwalifikattivi għandhom jinkludu l-interess minoritarju, l-istrumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali, ta’ Grad 1 jew ta’ Grad 2, kif applikabbli, flimkien mal-qligħ miżmum u l-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati, ta’ sussidjarja meta l-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a) is-sussidjarja tkun waħda minn dawn li ġejjin:

(i)      istituzzjoni;

(ii)     impriża li skont id-dritt nazzjonali applikabbli tkun soġġetta għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u ta’ din id-Direttiva [inserit minn OP];

(b) is-sussidjarja tkun inkluża totalment fl-ambitu tal-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed;

(c) dawk l-istrumenti jkunu proprjetà ta’ persuni minbarra mill-impriżi inklużi fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed.

Artikolu 78 Kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 u ta’ Grad 2 Addizzjonali maħruġ minn entità b’għan speċjali

1. Strumenti ta’ Grad 1 u ta’ Grad 2 Addizzjonali maħruġa minn entità b’għan speċjali, u l-qligħ miżmum u l-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati, ikunu inklużi fil-kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 Addizzjonali, ta’ Grad 1 jew ta’ Grad 2 jew fil-fondi proprji kwalifikattivi, kif applikabbli, biss meta l-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a) l-entità b’għan speċjali li toħroġ dawk l-istrumenti tkun inkluża totalment fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed;

(b) l-istrumenti, u l-qligħ miżmum u l-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati, ikunu inklużi fil-kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 Addizzjonali biss meta l-kundizzjonijiet stabiliti fl-Artikolu 49(1) jiġu ssodisfati;

(c) l-istrumenti, u l-qligħ miżmum u l-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati, ikunu inklużi f’kapital kwalifikattiv ta’ Grad 2 biss meta l-kundizzjonijiet stabiliti fl-Artikolu 60 jkunu ssodisfati;

(d) l-uniku assi tal-entità b’għan speċjali jkun l-investiment tagħha fil-fondi proprji ta’ dik is-sussidjarja, li l-forma tiegħu tissodisfa l-kundizzjonijiet rilevanti stabiliti fl-Artikoli 49(1) jew 60, kif applikabbli.

Meta l-awtorità kompetenti tikkunsidra li l-assi ta’ entità b’għan speċjali jkunu minimi u insinfikanti għal din l-entità, l-awtorità kompetenti tista’ tirrinunzja l-kundizzjoni speċifikata fil-punt (d).

2. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kunċetti ta’ minimu u insinifikanti msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 1.

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2013.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 79 Interessi minoritarji inklużi fil-kapital konsolidat ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni

L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta’ interessi minoritarji ta’ sussidjarja li jiġi inkluż fil-kapital konsolidat ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni billi jnaqqsu mill-interessi minoritarji ta’ dik l-impriża r-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-ammont imsemmi fil-punt (a) bil-perċentwal imsemmi fil-punt (b):

(a) il-kapital ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni tas-sussidjarja minus l-iċken minn dawn li ġejjin:

(i)      l-ammont tal-kapital ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni ta’ dik is-sussidjarja li jkun meħtieġ biex jilħaq is-somma tar-rekwiżit stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 87(1) u l-bafer kombinat imsemmi fl-Artikolu 122(2) tad-Direttiva [inserit minn OP];

(ii)     l-ammont tal-kapital konsolidat ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni li jirrigwarda lil dik is-sussidjarja li jkun meħtieġ fuq bażi konsolidata biex jilħaq is-somma tar-rekwiżit stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 87(1) u l-bafer kombinat imsemmi fl-Artikolu 122(2) tad-Direttiva [inserit minn OP];

(b) l-interessi minoritarji tas-sussidjarja mfissra bħala perċentwal tal-istrumenti ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni ta’ dik l-impriża flimkien mal-qligħ miżmum u l-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati.

Artikolu 80 Strumenti kwalifikattivi ta’ Grad 1 inklużi fil-kapital konsolidat ta’ Grad 1

L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta’ kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 ta’ sussidjarja li jiġi inkluż fil-kapital konsolidat ta’ Grad 1 billi jnaqqsu mill-kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 ta’ dik l-impriża r-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-ammont imsemmi fil-punt (a) bil-perċentwal imsemmi fil-punt (b).

(a) l-iċken minn dawn li ġejjin:

(i)      l-ammont ta’ kapital ta’ Grad 1 tas-sussidjarja li jkun meħtieġ biex tintlaħaq is-somma tar-rekwiżit stipulat fil-punt (b) tal-Artikolu 87(1) u l-bafer kombinat imsemmi fl-Artikolu 122(2) tad-Direttiva [inserit minn OP];

(ii)     l-ammont tal-kapital konsolidat ta’ Grad 1 li jirrigwarda s-sussidjarja li jkun meħtieġ fuq bażi konsolidata biex tintlaħaq is-somma tar-rekwiżit stipulat fil-punt (b) tal-Artikolu 87(1) u l-bafer kombinat imsemmi fl-Artikolu 122(2) tad-Direttiva [inserit minn OP];

(b) il-kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 tas-sussidjarja mfisser bħala perċentwal tal-istrumenti kollha ta’ Grad 1 ta’ dik l-impriża flimkien mal-qligħ miżmum u l-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati

Artikolu 81 Kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 inkluż fil-kapital konsolidat ta’ Grad 1 Addizzjonali

L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta’ kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 ta’ sussidjarja li jiġi inkluż fil-kapital konsolidat ta’ Grad 1 Addizzjonali billi jnaqqsu mill-kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 ta’ dik l-impriża inkluża fil-kapital konsolidat ta’ Grad 1 l-interessi minoritarji ta’ dik l-impriża li jkunu inklużi fil-kapital konsolidat ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni. 

Artikolu 82 Fondi proprji kwalifikattivi inklużi f’fondi proprji konsolidati

L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta’ fondi proprji kwalifikattivi ta’ sussidjarja li jiġu inklużi fil-fondi proprji konsolidati billi jnaqqsu mill-fondi proprji kwalifikattivi ta’ dik l-impriża r-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-ammont imsemmi fil-punt (a) bil-perċentwal imsemmi fil-punt (b):

(a) l-iċken minn dawn li ġejjin:

(i)      l-ammont tal-fondi proprji tas-sussidjarja li jkun meħtieġ biex tintlaħaq is-somma tar-rekwiżit stipulat fil-punt (c) tal-Artikolu 87(1) u l-bafer kombinat imsemmi fl-Artikolu 122(2) tad-Direttiva [inserit minn OP];

(ii)     l-ammont tal-fondi proprji li jirrigwardaw is-sussidjarja li jkun meħtieġ fuq bażi konsolidata biex tintlaħaq is-somma tar-rekwiżit stipulat fil-punt (c) tal-Artikolu 87(1) u l-bafer kombinat imsemmi fl-Artikolu 122(2) tad-Direttiva [inserit minn OP];

(b) il-fondi proprji kwalifikattivi tal-impriża, imfissra bħala perċentwal tal-istrumenti kollha tal-fondi proprji tas-sussidjarja li jkunu inklużi fl-entrati ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, ta’ Grad 1 Addizzjonali u ta’ Grad 2 u l-qligħ miżmum u l-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati

Artikolu 83 Strumenti tal-fondi proprji kwalifikattivi inklużi fil-kapital konsolidat ta’ Grad 2

L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta’ fondi proprji kwalifikattivi ta’ sussidjarja li jiġi inkluż fil-kapital konsolidat ta’ Grad 2 billi jnaqqsu mill-fondi proprji kwalifikattivi ta’ dik l-impriża li tkun inkluża fil-fondi proprji konsolidati, il-kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 ta’ dik l-impriża inkluż fil-kapital konsolidat ta’ Grad 1.

Titolu IV Parteċipazzjonijiet kwalifikattivi barra mis-settur finanzjarju

Artikolu 84 L-ippeżar tar-riskju u l-projbizzjoni ta’ parteċipazzjonijiet kwalifikattivi barra mis-settur finanzjarju

1. Parteċipazzjoni kwalifikattiva, li l-ammont tagħha jaqbeż l-15 % tal-kapital eliġibbli tal-istituzzjoni, f’impriża li ma tkunx waħda minn dawn li ġejjin għandu jkun soġġett għad-dispożizzjonijiet stabiliti fil-paragrafu 3:

(a) entità rilevanti;

(b) impriża, li ma tkunx entità rilevanti, li twettaq attivitajiet li l-awtorità kompetenti tikkunsidra li jkunu li ġejjin:

(i)      estensjoni diretta tal-ibbankar; jew

(ii)      anċillari għall-ibbankar,

(iii)     kiri, fatturament, l-immaniġjar ta’ fiduċjarji ta’ unitajiet, l-immaniġjar ta’ servizzi tal-ipproċessar ta’ dejta jew xi attività simili oħra.

2. L-ammont totali tal-parteċipazzjonijiet kwalifikattivi ta’ istituzzjoni f’impriżi minbarra dawk imsemmija f’(a) u (b) tal-paragrafu 1 li jaqbeż s-60 % tal-kapital eliġibbli tagħhom għandu jkun soġġett għad-dispożizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3.

3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stipulati fil-punt (a) jew (b) għall-parteċipazzjonijiet kwalifikattivi tal-istituzzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2:

(a)  l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw piż tar-riskju ta’ 1 250 % għal dawn li ġejjin:

(i)      l-ammont ta’ parteċipazzjonijiet kwalifikattivi msemmija fil-paragrafu 1 li jaqbeż l-15 % tal-kapital eliġibbli;

(ii)      l-ammont totali ta’ parteċipazzjonijiet kwalifikattivi msemmija fil-paragrafu 2 li jaqbeż s-60 % tal-kapital eliġibbli tal-istituzzjoni;

(b) l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprojbixxu lill-istituzzjonijiet milli jkollhom parteċipazzjonijiet kwalifikattivi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 li l-ammont tagħhom jaqbeż l-perċentwali ta’ kapital eliġibbli stabilit f’dawk il-paragrafi.

4. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a) l-attivitajiet li jkunu estensjoni diretta tal-bankar;

(b) l-attivitajiet li jirrigwardaw servizzi anċillari għall-ibbankar;

(c) attivitajiet simili għall-finijiet tal-punt (b)(iii) tal-paragrafu 1.

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2013.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 85 Alternattivi għall-piż tar-riskju ta’ 1 250 % -

Bħala alternattiva għall-applikazzjoni ta’ piż tar-riskju ta’ 1 250 % għall-ammonti li jeċċedu l-limiti speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 84, l-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu dawk l-ammonti mill-entrati ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni skont il-punt (k) tal-Artikolu 33(1).

Artikolu 86 Eċċezzjonijiet

1. Azzjonijiet ta’ impriżi li ma jkunux imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ma għandhomx jiġu inklużi fil-kalkolu tal-limiti eliġibbli ta’ kapital speċifikati fl-Artikolu 84 meta xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin tiġi ssodisfata:

(a)     dawk l-azzjonijiet ikunu miżmuma temporanjament matul rikostruzzjoni jew operazzjoni ta’ salvataġġ finanzjarju,

(b)     il-parteċipazzjoni azzjonarja tkun pożizzjoni sottoskritta miżmuma għal 5 ijiem tax-xogħol jew inqas;

(c)     dawk l-azzjonijiet ikunu miżmuma f’isem l-istituzzjoni u għan-nom ta’ oħrajn.

2. L-azzjonijiet li ma jkunux assi fissi finanzjarji kif iddefiniti fl-Artikolu 35(2) tad-Direttiva 86/635/KEE ma għandhomx jiġu inklużi fil-kalkolu speċifikat fl-Artikolu 84.

IT-TIELET PARTI REKWIŻITI KAPITALI

Titolu I Rekwiżiti ġenerali, valwazzjoni u rapportar

Kapitolu 1 Livell meħtieġ ta’ fondi proprji

Taqsima 1 Rekwiżiti ta’ fondi proprji għall-istituzzjonijiet

Artikolu 87 Rekwiżiti ta’ fondi proprji

1. Bla ħsara għall-Artikoli 88 u 89, l-istituzzjonijiet għandhom dejjem jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji li ġejjin:

(a) proporzjon tal-kapital ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni ta’ 4.5 %; 8

(b) proporzjon tal-kapital ta’ Grad 1 ta’ 6 %;

(c) proporzjon totali tal-kapital ta’ 8 %.

2. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-proporzjon tal-kapital tagħhom kif ġej:

(a) il-proporzjon tal-kapital ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni jkun il-kapital ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni tal-istituzzjoni mfisser bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju;

(b) il-proporzjon tal-kapital ta’ Grad 1 ikun il-kapital ta’ Grad 1 tal-istituzzjoni mfisser bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju;

(c) il-proporzjon totali tal-kapital ikun il-fondi proprji tal-istituzzjoni mfisser bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju.

3. L-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma tal-punti (a) sa (f) li ġejjin wara li jitqiesu d-dispożizzjonijiet stabiliti fil-paragrafu 4:

(a) l-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju għal riskju ta’ kreditu u għal riskju ta’ dilwizzjoni, ikkalkulati skont it-Titolu II tal-Parti Tlieta, fir-rigward tal-attivitajiet tan-negozju kollha ta’ istituzzjoni, eskluż l-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju min-negozju fil-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni;

(b) ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji, iddeterminati skont it-Titolu IV tal-Parti Tlieta jew tal-Parti Erbgħa, kif applikabbli, għan-negozju fil-portafoll tan-negozjar ta’ istituzzjoni, għal li ġejjin:

(i)      riskji ta’ pożizzjoni;

(ii)      riskji kbar li jeċċedu l-limiti speċifikati fl-Artikoli 384 sa 390, sal-limitu li istituzzjoni titħalla taqbeż dawk il-limiti;

(c) ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji stabiliti skont it-Titolu IV tal-Parti Tlieta jew skont it-Titolu V tal-Parti Tlieta, kif applikabbli, għal li ġejjin:

(i)      ir-riskju tal-kambju;

(ii)      ir-riskju ta’ saldu;

(iii)     ir-riskju tal-komoditajiet;

(d) ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji kkalkulati skont it-Titolu VI għar-riskju ta’ aġġustament ta’ valwazzjoni tal-kreditu ta’ strumenti derivattivi Barra l-Borża minbarra derivattivi ta’ kreditu rikonoxxuti li jnaqqsu l-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju għal riskju ta’ kreditu;

(e) ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji ddeterminati skont it-Titolu III tal-Parti Tlieta għal riskju operazzjonali; 

(f) l-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju stabiliti skont it-Titolu II tal-Parti Tlieta għal riskju tal-kontroparti bħala riżultat tan-negozju fil-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni għat-tipi ta’ tranżazzjonijiet u l-ftehim li ġejjin:

(i)      strumenti derivattivi Barra l-Borża u derivattivi ta’ kreditu;

(ii)      tranżazzjonijiet ta’ riakkwist, għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew ta’ komoditajiet abbażi ta’ titoli jew ta’ komoditajiet;

(iii)     tranżazzjonijiet ta’ self b’marġini abbażi ta’ titoli jew ta’ komoditajiet; 

(iv)     tranżazzjonijiet ta’ saldu fit-tul.

4. Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-kalkolu tal-ammont totali tal-iskopertura msemmi fil-paragrafu 3:

(a)     ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji msemmija fil-punti (c) sa (e) ta’ dak il-paragrafu għandhom jinkludu dawk li ġejjin mill-attivitajiet kummerċjali ta’ istituzzjoni;  

(b)     l-istituzzjonijiet għandhom jimmultiplikaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji stipulati fil-punti (b) sa (e) ta’ dak il-paragrafu bi 12.5.

Artikolu 88 Rekwiżit ta’ kapital inizjali fuq avvjament

1. Il-fondi proprji ta’ istituzzjoni ma jistax ikun li jaqgħu taħt l-ammont ta’ kapital inizjali meħtieġ meta ġiet awtorizzata.

2. L-istituzzjonijiet li kienu diġà jeżistu fl-1 ta’ Jannar 1993, li l-fondi proprji li ma jilħqux l-ammont ta’ kapital inizjali meħtieġ, jistgħu jkomplu bl-attivitajiet tagħhom. F’dak il-każ, il-fondi proprji ta’ dawk l-istituzzjonijiet ma jistax ikun jaqgħu taħt l-ogħla livell li ntlaħaq b’effett mit-22 ta’ Diċembru 1989.

3. Fejn il-kontroll ta’ istituzzjoni li taqa’ fil-kategorija msemmija fil-paragrafu 2 jittieħed minn persuna fiżika jew ġuridika minbarra mill-persuna li preċedentement kienet tikkontrolla l-istituzzjoni, il-fondi proprji ta’ dik l-istituzzjoni għandhom jilħqu l-ammont ta’ kapital inizjali meħtieġ.

4. Fejn ikun hemm fużjoni ta’ żewġ istituzzjonijiet jew aktar li jaqgħu fil-kategorija msemmija fil-paragrafu 2, il-fondi proprji tal-istituzzjoni bħala riżultat tal-fużjoni ma għandhomx jaqgħu taħt it-total tal-fondi proprji tal-istituzzjonijiet fużi meta tkun saret il-fużjoni, sakemm l-ammont ta’ kapital inizjali meħtieġ ma jkunx intlaħaq.

5. Fejn l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw li jkun meħtieġ li biex jiżguraw is-solvenza ta’ istituzzjoni għandu jiġi ssodisfat ir-rekwiżit stabilit fil-paragrafu 1, id-dispożizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2 sa 4 ma għandhomx japplikaw.

Artikolu 89 Deroga għal negozji żgħar tal-portafoll tan-negozjar

1. L-istituzzjonijiet jistgħu jissostitwixxu r-rekwiżit kapitali msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 87 b’rekwiżit kapitali kkalkulat skont il-punt (a) ta’ dak il-paragrafu fir-rigward tan-negozju fil-portafoll tan-negozjar tagħhom, sakemm id-daqs tan-negozju fil-portafoll tan-negozjar kemm li jidher u dak li ma jidhirx fuq il-karta bilanċjali tagħhom jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) ikun normalment ta’ inqas minn 5 % tal-assi totali u inqas minn €15-il miljun;

(b) qatt ma jaqbeż 6 % tal-assi totali u l-€20 miljun.

2. Waqt il-kalkolu tad-daqs ta’ negozju fuq il-karta bilanċjali u negozju li ma jidhirx fuq il-karta bilanċjali, l-istrumenti ta’ dejn għandhom jiġu valwati skont il-prezz tas-suq jew il-valuri nominali tagħhom, l-ekwitajiet skont il-prezz tas-suq tagħhom u d-derivattivi skont il-valuri nominali jew tas-suq tal-istrumenti sottoskritti. Pożizzjonijiet twal u pożizzjonijiet bin-nieqes għandhom jingħaddu irrispettivament mis-sinjali tagħhom.

3. Fejn tonqos milli tissodisfa l-kundizzjoni fil-punt (b) tal-paragrafu 1 istituzzjoni għandha tinnotifika minnufih l-awtorità kompetenti. Jekk, wara valutazzjoni mill-awtorità kompetenti, l-awtorità kompetenti tistabilixxi u tinnotifika lill-istituzzjoni li r-rekwiżit fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ma ġiex ssodisfat, l-istituzzjoni għandha tieqaf tuża l-paragrafu 1 mid-data tar-rapport li jmiss.

TAQSIMA 2 Rekwiżiti ta’ fondi proprji għal ditti tal-investiment li jkollhom awtorizzazzjoni limitata biex jipprovdu servizzi ta’ investiment

Artikolu 90 Rekwiżiti ta’ fondi proprji għal ditti tal-investiment li jkollhom awtorizzazzjoni limitata biex jipprovdu servizzi ta’ investiment

1. Għall-finijiet tal-Artikolu 87(3), ditti tal-investiment li ma jkunux awtorizzati biex jipprovdu s-servizzi ta’ investiment elenkati fil-punti 3 u 6 tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE għandhom jużaw il-kalkolu tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju speċifikat fil-paragrafu 2.

2. Id-ditti tal-investiment imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkalkulaw l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju fl-ogħla wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) is-somma tal-entrati msemmija fil-punti (a) sa (d) u (f) tal-Artikolu 87(3) wara li jiġi applikat il-paragrafu 87(4); 

(b) 12.5 immultiplikat bl-ammont speċifikat fl-Artikolu 92.

3. Id-ditti tal-investiment imsemmija fil-paragrafu 1 ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet l-oħra kollha fir-rigward ta’ riskju operazzjonali stabilit fit-Titolu VII, il-Kapitolu 3, it-Taqsima II, Subtaqsima 1 tad-Direttiva [inserit minn OP].

Artikolu 91 Rekwiżiti ta’ fondi proprji għal ditti tal-investiment li jżommu kapital inizjali kif stipulat fl-Artikolu 29 tad-Direttiva [inserit minn OP]

1. Għall-finijiet tal-Artikolu 87(3), il-kategoriji li ġejjin ta’ ditti tal-investiment li jżommu kapital inizjali skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva [inserit minn OP] għandhom jużaw il-kalkolu tat-total tal-ammont tal-iskopertura għar-riskju speċifikat fil-paragrafu 2:

(a) ditti tal-investiment li jinnegozjaw f’isimhom stess biss għal raġunijiet ta’ twettiq jew għall-eżekuzzjoni ta’ ordni ta’ klijent jew bil-għan li jiksbu aċċess għal sistemi tal-ikklerjar u saldu jew għal skambju rikonoxxuti meta jaġixxu f’kapaċità ta’ aġenzija jew jeżegwixxu ordni ta’ klijent;  

(b) ditti tal-investiment li ma jżommux flus jew titoli tal-klijenti;

(c) ditti tal-investiment li jwettqu biss kummerċ f’isimhom stess;

(d) ditti tal-investiment li ma jkollhomx klijenti esterni;

(e) ditti tal-investiment fejn it-tranżazzjonijiet tagħhom ta’ eżekuzzjoni u s-saldu jseħħu taħt ir-responsabbiltà ta’ istituzzjoni tal-ikklerjar u jkunu ggarantiti minn dik l-istituzzjoni ta’ ikklerjar.

2. Fil-każ ta’ ditti tal-investiment imsemmija fil-paragrafu 1, l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju għandu jiġi kkalkolat bħala s-somma ta’ li ġejjin:

(a) il-punti (a) sa (d) u (f) tal-Artikolu 87(3) wara li jiġi applikat il-paragrafu 87(4); 

(b) l-ammont imsemmi fl-Artikolu 92 immultiplikat bi 12.5.

3. Id-ditti tal-investiment imsemmija fil-paragrafu 1 ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet l-oħra kollha fir-rigward tar-riskju operazzjonali kif stipulat fit-Titolu VII, il-Kapitolu 3, it-Taqsima 2, is-Subtaqsima 1 tad-Direttiva [inserit minn OP].

Artikolu 92 Fondi proprji abbażi tal-Ispejjeż Ġenerali Fissi

1. Skont l-Artikolu 90 u 91, ditta tal-investiment għandha żżomm kapital eliġibbli ta’ mill-inqas kwart tal-ispejjeż ġenerali fissi tad-ditta tal-investiment tas-sena preċedenti.

2. Fejn jkun hemm tibdil fin-negozju ta’ ditta tal-investiment mis-sena preċedenti li l-awtorità kompetenti tikkunsidrah bħala materjali, l-awtorità kompetenti tista’ taġġusta r-rekwiżiti stipulat fil-paragrafu 1.

3. Fejn ditta tal-investiment ma tkunx wettqet in-negozju tagħha għal sena, li tibda mill-ġurnata li fiha jkun infetaħ in-negozju, ditta tal-investiment għandha żżomm kapital eliġibbli ta’ mill-inqas kwart tal-ispejjeż ġenerali fissi proġettati fil-pjan tan-negozju, ħlief meta l-awtorità kompetenti teħtieġ li l-pjan tan-negozju jiġi aġġustat.

4. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika f’aktar dettall dawn li ġejjin:

(a) il-kalkolu tar-rekwiżiti biex jinżamm kapital eliġibbli ta’ mill-inqas kwart tal-ispejjeż ġenerali fissi tas-sena preċedenti;

(b) il-kundizzjonijiet għall-aġġustament mill-awtorità kompetenti tar-rekwiżiti biex jinżamm kapital eliġibbli ta’ mill-inqas kwart tal-ispejjeż ġenerali fissi tas-sena preċedenti; 

(c) il-kalkolu tal-ispejjeż ġenerali fissi proġettati fil-każ ta’ ditta tal-investiment li ma tkunx temmet negozju għal sena.

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2013.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 93 Fondi proprji għal ditti tal-investiment fuq bażi konsolidata

1. Fil-każ tad-ditti tal-investiment imsemmija fl-Artikolu 90(1) fi grupp, meta dak il-grupp ma jinkludix istituzzjonijiet ta’ kreditu, ditta tal-investiment prinċipali fi Stat Membru għandha tapplika l-Artikolu 87 fuq livell konsolidat kif ġej:

(a) billi tuża l-kalkolu tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju speċifikat fl-Artikolu 90(2);  

(b) fondi proprji kkalkulati abbażi tas-sitwazzjoni finanzjarja konsolidata tad-ditta prinċipali tal-investiment.

2. Fil-każ ta’ ditti tal-investiment imsemmija fl-Artikolu 91(1) fi grupp, fejn dak il-grupp ma jinkludix istituzzjonijiet ta’ kredtu, ditta tal-investiment ikkontrollata minn kumpanija azzjonarja finanzjarja għandha tapplika l-Artikolu 87 fuq livell konsolidat kif ġej:

(a) għandha tuża l-kalkolu tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju speċifikat fl-Artikolu 91(2); 

(b) fondi proprji kkalkulati abbażi tas-sitwazzjoni finanzjarja konsolidata tad-ditta prinċipali tal-investiment.

Kapitolu 2 Rekwiżiti ta’ kalkolu u ta’ rappurtar

Artikolu 94 Valwazzjoni

Il-valwazzjoni ta’ assi u ta’ entrati li ma jidhrux fuq il-karta bilanċjali għandha ssir skont il-qafas kontabilistiku li għalih l-istituzzjoni tkun soġġetta skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 u d-Direttiva 86/635/KEE.

Artikolu 95 Rappurtar dwar ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji

1. L-istituzzjonijiet li jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għal riskji ta’ pożizzjoni għandhom jirrappurtaw dawn ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji mill-inqas kull 3 xhur.

Dan ir-rappurtar għandu jinkludi informazzjoni finanzjarja mfassla skont il-qafas kontabilistiku li għalih l-istituzzjoni tkun soġġetta skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 u d-Direttiva 86/635/KEE sal-limitu meħtieġ biex sabiex tinkiseb stampa komprensiva tal-profil tar-riskju tal-attivitajiet ta’ istituzzjoni.

Ir-rappurtar mill-istituzzjonijiet dwar l-obbligi stabiliti f’87 għandu jsir mill-inqas darbtejn fis-sena.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkomunikaw ir-riżultati u kull komponent ta’ data meħtieġa lill-awtoritajiet kompetenti.

2. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika l-formati uniformi, il-frekwenzi u d-dati ta’ rappurtar u s-soluzzjonijiet tal-informatika li għandhom jiġu applikati fl-Unjoni għal dan ir-rappurtar. Il-formati ta’ rappurtar għandhom ikunu proporzjonati man-natura, mal-iskala u mal-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet.

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2013.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 96 Obbligi speċifiċi ta’ rappurtar

1. L-istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw id-data li ġejjin lill-awtoritajiet kompetenti:

(a) telf li ġej minn għoti ta’ self kollateralizzat, sa 80% tal-valur tas-suq jew ta’ 80% tal-valur tas-self ipotekarju f’sena partikolari sakemm ma jiġix deċiż b’mod ieħor skont l-Artikolu 119(2), minn proprjetà residenzjali;

(b) telf ġenerali li ġej minn għoti ta’ self kollateralizzat minn proprjetà residenzjali f’sena partikolari;

(c) telf li ġej minn għoti ta' self kollateralizzat, sa 50% tal-valur tas-suq jew ta’ 60% tal-valur tas-self ipotekarju f’sena partikolari sakemm ma jiġix deċiż b’mod ieħor skont l-Artikolu 119(2), minn proprjetà immobbli kummerċjali;

(d) telf ġenerali li ġej minn self kollateralizzat minn proprjetà immobbli kummerċjali f’sena partikolari.

2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw fuq bażi annwali d-dejta speċifikata fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 1 fuq bażi aggregata, flimkien ma’ dejta storika, meta tkun disponibbli. Awtorità kompetenti għandha, fuq talba ta’ awtorità kompetenti oħra fi Stat Membru jew mill-ABE tipprovdi lil dik l-awtorità kompetenti jew lill-ABE informazzjoni aktar dettaljata dwar il-kundizzjoni tas-swieq residenzjali jew tal-proprjetà immobbli kummerċjali f’dak l-Istat Membru.

3. L-ABE għandha tiżviluppa l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika li ġejjin:

(a) il-formati uniformi, il-frekwenzi u d-dati ta’ rappurtar uniformi tal-entrati msemmija fil-paragrafu 1;

(b) il-formati uniformi, il-frekwenzi u d-dati tal-pubblikazzjoni tad-dejta aggregata msemmija fil-paragrafu 2.

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2013.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Kapitolu 3 Il-portafoll tan-negozjar

Artikolu 97 Rekwiżiti għall-portafoll tan-negozjar

1. Il-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar għandhom jew ikunu mingħajr restrizzjonijiet fir-rigward tan-negozjabbiltà tagħhom jew għandhom ikunu jistgħu jiġu ħħeġġjati.

2. L-intenzjoni ta’ negozjar għandha tintwera fuq bażi tal-istrateġiji, il-politiki u l-proċeduri stabiliti mill-istituzzjoni biex timmaniġja l-pożizzjoni jew il-portafoll skont l-Artikolu 98.

3. L-istituzzjonijiet għandhom jistabilixxu u jżommu sistemi u kontrolli biex jimmaniġjaw il-portafoll tan-negozjar tagħhom skont l-Artikoli 99 u 100.

4. L-istituzzjonijiet jistgħu jinkludu ħeġġijiet interni għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali għal riskji ta’ pożizzjoni sakemm dawn jinżammu b’intenzjoni ta’ negozjar u li r-rekwiżiti tal-Artikoli 98 sa 101 jiġu ssodisfati.

Artikolu 98 Immaniġjar tal-portafoll tan-negozjar

Fl-immaniġjar tal-pożizzjonijiet jew tas-settijiet ta’ pożizzjonijiet tagħha fil-portafoll tan-negozjar, l-istituzzjoni għandha tkun konformi mar-rekwiżit li ġejjin kollha:

(a) l-istituzzjoni għandu jkollha fis-seħħ strateġija tan-negozjar dokumentata sew għall-pożizzjoni/strument jew portafolji, approvata mill-maniġment superjuri, li għandha tinkludi l-perjodu ta’ parteċipazzjoni mistenni;

(b) l-istituzzjoni għandu jkollha fis-seħħ politiki u proċeduri ddefiniti sew għall-immaniġjar attiv ta’ pożizzjonijiet inklużi fil-post tan-negozjar. Dawk il-politiki u proċeduri għandhom jinkludu li ġejjin:

(i)      liema pożizzjonijiet jistgħu jiddaħħlu mil-liema post tan-negozjar;

(ii)     il-limiti tal-pożizzjoni jkunu stabiliti u mmonitorjati għall-adegwatezza;

(iii)     in-negozjanti għandhom l-awtonomija biex jidħlu fi u jimmaniġjaw il-pożizzjoni fil-limiti miftiehma u skont l-istrateġija approvata;

(iv)    il-pożizzjonijiet jiġu rrapportati lill-maniġment superjuri bħala parti integrali mill-proċess għall-immaniġjar tar-riskju tal-istituzzjoni;

(v)     il-pożizzjonijiet ikunu mmonitorjati b’mod attiv b’referenza għal sorsi ta’ informazzjoni tas-suq u ssir valutazzjoni tal-kummerċjabilità jew tal-abbiltà ta’ ħħeġġjar tal-pożizzjoni jew tar-riskji komponenti tagħha, inkluż il-valutazzjoni, il-kwalità u d-disponibiltà tal-input tas-suq għall-proċess ta’ valwazzjoni, il-livell tal-fatturat tas-suq, id-daqs tal-pożizzjonijiet nnegozjati fis-suq;

(c) l-istituzzjoni għandu jkollha fis-seħħ politiki u proċeduri ddefiniti b’mod ċar għall-monitoraġġ tal-pożizzjonijiet kontra l-istrateġija tan-negozjar tal-istituzzjoni inkluż il-monitoraġġ tal-fatturat u pożizzjonijiet li għalihom il-perjodu ta’ parteċipazzjoni li kien oriġinarjament intiż ikun inqabeż.

Artikolu 99 Inklużjoni fil-Portafoll tan-negozjar

1. L-istituzzjonijiet għandu jkollhom fis-seħħ politiki u proċeduri ddefiniti b’mod ċar biex jiddeterminaw liema pożizzjonijiet jinkludu fil-portafoll tan-negozjar għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti kapital tagħhom, skont ir-rekwiżiti stabiliti fl-Artikolu T1 u d-definizzjoni ta’ portafoll tan-negozjar skont l-Artikolu 4, billi jqisu l-kapaċitajiet u l-prattiċi għall-immaniġjar tar-riskju tal-istituzzjoni. L-istituzzjoni għandha tiddokumenta sew il-konformità tagħha ma’ dawn il-politiki u l-proċeduri u għandha tissottomettihom għal awditjar intern perjodiku.

2. L-istituzzjonijiet għandu jkollhom fis-seħħ politiki u proċeduri ddefiniti b’mod ċar għall-immaniġjar ġenerali tal-portafoll tan-negozjar. Dawn il-politiki u proċeduri għandhom mill-inqas jindirizzaw:

(a) l-attivitajiet li l-istituzzjoni tikkunsidra li jkunu negozjar u li jagħmlu parti mill-portafoll tan-negozjar għall-finijiet ta’ rekwiżiti ta’ fondi proprji;

(b) l-estent sa fejn pożizzjoni tista’ tiġi valwata skont il-valur tas-suq ta’ kuljum b’referenza għal suq bidirezzjonali, likwidu attiv;

(c) fil-każ ta’ pożizzjonijiet li jiġu valwati skont mudell, il-limitu sa fejn l-istituzzjoni tista’:

(i)      tidentifika r-riskji materjali kollha tal-pożizzjoni;

(ii)      tiħħeġġja r-riskji materjali kollha tal-pożizzjoni bi strumenti li għalihom jeżisti suq likwidu, bidirezzjonali attiv; 

(iii)     tikseb estimi affidabbli għas-suppożizzjonijiet u l-parametri ewlenin użati fil-mudell;

(d) l-estent sa fejn l-istituzzjoni tista’, u tkun meħtieġa li, tiġġenera valwazzjonijiet għall-pożizzjoni li jistgħu jiġu vvalidati esternament b’mod konsistenti;

(e) l-estent safejn ir-restrizzjonijiet legali jew ir-rekwiżiti operazzjonali l-oħra jimpedixxu l-abilità tal-istituzzjoni li teffettwa likwidazzjoni jew iħħeġġjar tal-pożizzjoni fuq terminu qasir;

(f) l-estent safejn l-istituzzjoni tista’, u tkun meħtieġa li, timmaniġja b’mod attiv ir-riskji ta’ pożizzjonijiet fl-operat tan-negozjar tagħha; 

(g) l-estent safejn l-istituzzjoni tista’ titrasferixxi riskji jew pożizzjonijiet bejn il-portafolji mhux ta' negozjar u l-portafolji tan-negozjar u l-kriterji għal dawn it-trasferimenti.

Artikolu 100 Rekwiżiti għal Valwazzjoni Prudenti

1. Il-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll tan-negozjar għandhom ikunu soġġetti għall-istandards għal valwazzjoni prudenti speċifikati f’dan l-Artikolu. L-istituzzjonijiet għandhom b’mod partikolari jiżguraw li l-valwazzjoni prudenti tal-pożizzjonijiet tagħhom fil-portafoll tan-negozjar jiksbu grad xieraq ta’ ċertezza wara li jikkunsidraw in-natura dinamika tal-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar, id-domanda għal solidità prudenzjali u l-mod ta’ operat u l-iskop tar-rekwiżiti kapital fir-rigward tal-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar.

2. L-istituzzjonijiet għandhom jistabilixxu u jżommu sistemi u kontrolli suffiċjenti sabiex jipprovdu estimi ta’ valwazzjoni prudenti u affidabbli. Dawk is-sistemi u kontrolli għandhom jinkludu mill-inqas l-elementi li ġejjin:

(a) politiki u proċeduri ddokumentati għall-proċess ta’ valwazzjoni, inkluż ir-responsabbiltajiet iddefiniti b'mod ċar tal-oqsma varji involuti fid-determinazzjoni tal-valwazzjoni, is-sorsi tal-informazzjoni tas-suq u rieżami tal-adegwatezza tagħhom, linji gwida għall-użu ta’ parametri li ma jistgħux jiġu osservati li jirriflettu s-suppożizzjonijiet tal-istituzzjoni dwar dak li l-parteċipanti tas-suq sejrin jużaw fl-ipprezzar tal-pożizzjoni, il-frekwenza ta’ valwazzjoni indipendenti, l-għażla tal-ħin għall-prezzijiet tal-għeluq, il-proċeduri għall-aġġustament tal-valwazzjonijiet, il-proċeduri ta’ verifika tal-għeluq tax-xahar u dawk ad-hoc;

(b) linji ta’ rappurtar għad-dipartiment responsabbli għall-proċess ta’ valwazzjoni li jkunu ċari u indipendenti mill-uffiċċju tan-negozjar.

Il-linja ta’ rappurtar għandha finalment tkun membru tal-korp maniġerjali.

3. L-istituzzjonijiet għandhom jirrivalwaw il-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar mill-inqas darba kuljum.

4. Kull meta jkun possibbli l-istituzzjonijiet għandhom jivvalwaw il-pożizzjonijiet tagħhom skont il-valur tas-suq, inkluż meta japplikaw it-trattament tal-kapital fil-portafoll tan-negozjar.

5. Meta twettaq valwazzjoni skont il-valur tas-suq, istituzzjoni għandha tuża l-lat l-aktar prudenti ta’ offerta sakemm l-istituzzjoni ma tkunx ġeneratur sinifikanti tas-suq fit-tip partikolari ta’ strument finanzjarji jew ta’ komodità inkwistjoni u tista’ tagħlaq f’nofs is-suq.

6. Fejn il-valwazzjoni skont il-valur tas-suq ma tkunx possibbli, l-istituzzjonijiet għandhom iwettqu l-valwazzjoni tal-pożizzjonijiet u l-portafolji tagħhom b’mod konservattiv skont mudelli, inkluż meta jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għal pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar.

7. L-istituzzjonijiet għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin meta jwettqu valwazzjoni skont il-valur tas-suq:

(a) il-maniġment superjuri għandu jkun konxju tal-elementi tal-portafoll tan-negozjar jew ta’ pożizzjonijiet oħra b’valur ġust li jkunu soġġetti għal valwazzjoni skont mudell u għandhom jifhmu l-materjalità tal-inċertezza li b’hekk tinħoloq fl-irrappurtar tar-riskju/prestazzjoni tan-negozju;

(b) istituzzjonijiet għandhom jipprovdu inputs tas-suq, fejn possibbli, skont il-prezzijiet tas-suq, u għandhom jivvalutaw l-adegwatezza tal-inputs tas-suq tal-pożizzjoni partikolari li tkun qiegħda tiġi vvalwata u l-parametri tal-mudell fuq bażi frekwenti;

(c) fejn disponibbli, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw metodoloġiji ta’ valwazzjoni li jkunu prattiki aċċettati tas-suq għal strumenti finanzjarji partikolari jew għal komoditajiet;

(d) fejn il-mudell jiġi żviluppat mill-istituzzjoni innifisha, għandu jiġi bbażat fuq suppożizzjonijiet xierqa, li jkunu ġew ivvalutati u kkontestati minn partijiet adegwatament ikkwalifikati b’mod indipendenti mill-proċess ta’ żvilupp;

(e) l-istituzzjonijiet għandu jkollhom fis-seħħ proċeduri formali għall-kontroll tat-tibdil u għandhom iżommu kopja sigura tal-mudell u jużawha perjodikament biex jiċċekkjaw il-valwazzjonijiet;

(f) l-immaniġjar tar-riskju għandha tqis in-nuqqasijiet tal-mudelli użati u l-aħjar mod kif dawk jiġu riflessi fir-riżultat tal-valwazzjoni; u

(g) l-istituzzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għal rieżami perjodiku biex tiġi ddeterminata l-akkuratezza tal-prestazzjoni tagħhom, li għandha tinkludi valutazzjoni tal-adegwatezza kontinwa tas-suppożizzjonijiet, l-analiżi tal-profitt u t-telf kontra l-fatturi tar-riskji, u t-tqabbil ta’ valuri reali tal-għeluq skont l-eżiti tal-mudelli.

Għall-finijiet tal-punt (d), il-mudell għandu jiġi żviluppat jew approvat indipendentement mill-post tan-negozjar u għandu jiġi ttestjat indipendentement, inkluż il-validazzjoni tal- matematika, is-suppożizzjonijiet u l-implimentazzjoni tas-softwer.

8. L-istituzzjonijiet għandhom iwettqu verifiki indipendenti tal-prezz flimkien mal-valwazzjoni skont il-valur tas-suq jew valwazzjoni skont skont mudell ta’ kuljum. Il-verifika tal-prezzijiet tas-suq u tal-inputs tal-mudelli għandha ssir minn persuna jew minn unità indipendenti minn persuni jew minn unitajiet li jibbenefikaw mill-portafoll tan-negozjar, mill-inqas darba fix-xahar, jew aktar frekwenti skont in-natura tas-suq jew tal-attività tan-negozjar. Meta ma jkunx hemm disponibbli sorsi indipendenti tal-ipprezzar jew is-sorsi tal-ipprezzar ikunu aktar suġġettivi, jistgħu jkunu xierqa miżuri prudenti bħal aġġustamenti fil-valwazzjoni.

9. L-istituzzjonijiet għandhom jistabilixxu u jżommu proċeduri għall-kunsiderazzjoni tal-aġġustamenti fil-valwazzjoni.

10. L-istituzzjonijiet għandhom formalment jikkunsidraw l-aġġustamenti fil-valwazzjoni ta’ firxiet tal-krediti mhux iggwadanjati, il-kostijiet ta’ egħluq, ir-riskji operazzjonali, it-terminazzjoni bikrija, il-kostijiet ta’ investiment u finanzjament, il-kostijiet amministrattivi futuri u, fejn rilevanti, ir-riskju tal-mudell li ġejjin.

11. L-istituzzjonijiet għandhom jistabilixxu u jżommu proċeduri għall-kalkolu ta’ aġġustament għall-valwazzjoni kurrenti ta’ xi pożizzjonijiet anqas likwidi, li partikolarment jistgħu jirriżultaw minn avvenimenti tas-suq jew minn sitwazzjonijiet relatati mal-istituzzjoni bħal pożizzjonijiet konċentrati u/jew pożizzjonijiet li għalihom il-perjodu oriġinali ta’ parteċipazzjoni jkun inqabeż. L-istituzzjonijiet għandhom, fejn neċessarju, jagħmlu dawn l-aġġustamenti minbarra xi tibdil meħtieġ għall-valur tal-pożizzjoni għall-finijiet ta’ rappurtar finanzjarju u għandhom ifasslu dawn l-aġġustamenti biex jirriflettu l-likwidità tal-pożizzjoni. Skont dawk il-proċeduri, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw bosta fatturi waqt li jkunu qegħdin jiddeterminaw jekk ikunx hemm il-ħtieġa ta’ aġġustament tal-valwazzjoni għal pożizzjonijiet inqas likwidi. Dawk il-fatturi jinkludu li ġejjin:

(a) l-ammont ta’ żmien li l-pożizzjonijiet jew ir-riskji fil-pożizzjoni jieħdu biex jiġu ħħeġġjati;

(b) il-volatilità u l-medja tal-firxiet ta’ talba/offerta;

(c) id-disponibbiltà ta’ kwotazzjonijiet tas-suq (in-numru u l-identità ta’ ġeneraturi tas-suq) u l-volatilità u l-medja ta’ volumi ta’ negozjar inkluż volumi ta’ negozjar matul perjodi ta’ stress tas-suq;

(d) il-konċentrazzjonijiet tas-suq;

(e) il-maturazzjoni tal-pożizzjonijiet;

(f) l-estent ta’ kemm il-valwazzjoni tiddependi fuq valwazzjoni skont il-valur tas-suq; 

(g) l-impatt ta’ riskji oħra tal-mudell.

12. Meta jużaw valwazzjonijiet minn partijiet terzi jew iprezzar skont il-valur tas-suq, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw jekk għandhomx japplikaw aġġustament tal-valwazzjoni. Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw il-ħtieġa li jiġu stabiliti aġġustamenti fil-każ ta’ pożizzjonijiet inqas likwidi u jirrevedu fuq bażi kontinwa l-adegwatezza tagħhom.

13. Fir-rigward ta’ prodotti kumplessi, inkluż skoperturi ta’ titolizzazzjoni u derivattivi tal-kreditu skont l-ordni kronoloġika ta’ inadempjenza, l-istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw b’mod espliċitu l-ħtieġa għal aġġustamenti fil-valwazzjoni biex jirriflettu r-riskju tal-mudell assoċjat mal-użu ta’ metodoloġija possibbilment inkorretta ta’ valwazzjoni u r-riskju tal-mudell assoċjat mal-użu ta’ parametri ta’ kalibrazzjoni inosservabbli (u possibbilment skorretti) tal-mudell ta’ valwazzjoni.

Artikolu 101 Ħeġġijiet interni

1. Ħeġġ intern għandu b’mod partikolari jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a) ma għandux ikun primarjament intiż biex jevita jew inaqqas ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji;

(b) għandu jiġi ddokumentat sew u jkun soġġett għal proċeduri partikolari tal-approvazzjoni interna u ta’ awditjar;

(c) għandu jiġi ttrattat f’kundizzjonijiet tas-suq;

(d) ir-riskju tas-suq iġġenerat mill-ħeġġ intern għandu jiġi mmaniġjat b’mod dinamiku fil-portafoll tan-negozjar skont il-limiti awtorizzati; 

(e) għandu jiġi mmonitorjat sew.

Il-monitoraġġ għandu jiġi żgurat permezz ta’ proċeduri xierqa.

2. Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1 japplikaw mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti applikabbli għall-pożizzjoni ħħeġġjata mhux tal-portafoll tan-negozjar.

3. Permezz ta’ deroga mill-paragrafi 1 u 2, fejn istituzzjoni tiħħeġġja skopertura ta’ riskju fuq il-kreditu mhux tal-portafoll tan-negożjar jew skopertura għar-riskju ta’ kontroparti billi tuża derivat ta’ kreditu mdaħħal fil-portafoll tan-negozjar tagħha permezz ta’ ħeġġ intern, l-iskopertura għar-riskju mhux tal-protafoll tan-negozjar jew tal-kontroparti ma għandhomx jitqiesu bħala iħħeġġjati għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju sakemm l-istituzzjoni ma tixtrix mingħand parti terza eliġibbli bħala fornitriċi tal-protezzjoni, derivat ta’ kreditu korrispondenti li jkun jissodisfa r-rekwiżiti għall-protezzjoni mhux iffinanzjata ta’ kreditu mhux tal-portafoll tan-negozjar. Mingħajr ħsara għall-punt (i) tal-Artikolu 293, meta din il-protezzjoni minn terza parti tinxtara u tiġi rikonoxxuta bħala ħeġġ ta’ skopertura mhux tal-portafoll tan-negozjar għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti kapital, la l-ħeġġ tad-derivat ta’ kreditu intern u lanqas ta’ dak estern ma għandu jiġu inkluż fil-portafoll tan-negozjar għall-finijiet tal-kalkolu ta’ rekwiżiti kapitali.

Titolu II Rekwiżiti kapitali għal riskju ta’ kreditu

Kapitolu 1 Prinċipji ġenerali

Artikolu 102 Approċċi għal riskju ta’ kreditu

L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw jew l-Approċċ Standardizzat previst fil-Kapitolu 2 jew, jekk permess mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 138, l-Approċċ Ibbażat fuq il-Klassifikazzjonijiet Interni previst fil-Kapitolu 3 biex jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju tagħhom għall-finijiet tal-punti (a) u (f) tal-Artikolu 87(3).

Artikolu 103 L-użu ta’ tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu skont l-Approċċ Standardizzat u l-Approċċ IRB

1. Fir-rigward ta’ skopertura li għaliha istituzzjoni tapplika l-Approċċ Standardizzat skont il-Kapitolu 2 jew tapplika l-Approċċ IRB skont il-Kapitolu 3 iżda mingħajr ma tuża l-estimi tagħha tal-LGD u tal-fatturi ta’ konverżjoni skont l-Artikolu 146, l-istituzzjoni tista’ tuża l-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu skont il-Kapitolu 4 għall-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju għall-finijiet tal-punti (a) u (f) tal-Artikolu 87(3) jew, kif xieraq, l-ammonti ta’ telf mistenni għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 33(1) u l-punt (c) tal-Artikolu 59.

2. Fir-rigward ta’ skopertura li għaliha istituzzjoni tapplika l-Approċċ IRB billi tuża l-estimi tagħha tal-LGD u tal-fatturi ta’ konverżjoni skont l-Artikoli 146, l-istituzzjoni tista’ tuża l-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu skont il-Kapitolu 3.

Artikolu 104 Trattament ta’ skoperturi titolizzati skont l-Approċċ Standardizzat u l-Approċċ IRB

1. Fejn istituzzjoni tuża l-Approċċ Standardizzat skont il-Kapitolu 2 għall-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju għall-klassi tal-iskoperturi li għaliha r-riskji titolizzati sejrin ikunu assenjati skont l-Artikolu 107, hija għandha tikkalkula l-ammont tal-iskopertura peżat għar-riskju għal pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni skont l-Artikoli 240, 241 u 246 sa 253. L-istituzzjonijiet li jużaw l-Approċċ Standardizzat jistgħu jużaw ukoll l-approċċ ibbażat fuq klassifikazzjonijiet interni meta dan ikun ġie permess skont l-Artikolu 254(3).

2. Fejn istituzzjoni tuża l-Approċċ IRB skont il-Kapitolu 3 għall-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju għall-klassi ta’ riskji li għaliha r-riskju titolizzat ikun assenjat skont l-Artikolu 142 hija għandha tikkalkula l-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju skont l-Artikoli 240, 241 u 254 sa 261.

Ħlief fil-każ tal-approċċ ibbażat fuq klassifikazzjoni interna, fejn l-Approċċ IRB jintuża biss għal parti tal-iskoperturi titolizzati sottostanti għal titolizzazzjoni, l-istituzzjoni għandha tuża l-approċċ li jikkorrispondi mas-sehem predominanti ta’ skoperturi titolizzati sottostanti għal din it-titolizzazzjoni.

Artikolu 105 Trattament ta’ aġġustament għar-riskju ta’ kreditu

1. L-istituzzjonijiet li japplikaw l-Approċċ Standardizzat għandhom jittrattaw l-aġġustamenti ġenerali għar-riskju ta’ kreditu skont l-Artikolu 59 (c).

2. L-istituzzjonijiet li japplikaw l-Approċċ IRB għandhom jittrattaw l-aġġustamenti ġenerali għar-riskju ta’ kreditu skont l-Artikolu 155.

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu u tal-Kapitoli 2 u 3, l-aġġustamenti ġenerali u speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu għandhom jeskludu l-fondi għal riskji bankarji ġenerali.

3. L-istituzzjonijiet li jużaw l-Approċċ IRB li japplikaw l-Approċċ Standardizzat għal parti tal-iskoperturi tagħhom fuq bażi konsolidata jew individwali, skont l-Artikolu 143 u 145 għandhom jiddeterminaw il-parti tal-aġġustament ġenerali għar-riskju ta’ kreditu li tkun sejra tiġi assenjata għat-trattament tal-aġġustament ġenerali għar-riskju ta’ kreditu skont l-Approċċ Standardizzat u għat-trattament tal-aġġustamenti ġenerali għar-riskju ta’ kreditu skont l-Approċċ IRB kif ġej:

(a) fejn applikabbli meta istituzzjoni inkluża fil-konsolidazzjoni tapplika b’mod esklussiv l-Approċċ IRB, l-aġġustamenti ġenerali għar-riskju ta’ kreditu ta’ din l-istituzzjoni għandhom jiġu assenjati għat-trattament stabiliti f’dan il-paragrafu 2;

(b) fejn applikabbli, meta istituzzjoni inkluża fil-konsolidazzjoni tapplika b’mod esklussiv l-Approċċ Standardizzat, l-aġġustament ġenerali għar-riskju ta’ kreditu ta’ din l-istituzzjoni għandu jiġi assenjat lit-trattament stabilit fil-paragrafu 1(a);

(c) il-bqija tal-aġġustament għar-riskju ta’ kreditu għandu jiġi assenjat fuq bażi prorata skont il-proporzjon tal-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju soġġett għall-Approċċ Standardizzat u soġġett għall-Approċċ IRB.

4. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kalkolu tal-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu u l-aġġustamenti ġenerali għar-riskju ta’ kreditu skont il-qafas kontabilistiku rilevanti għal li ġejjin:

(a) il-valur tal-iskopertura skont l-Approċċ Standardizzat imsemmi fl-Artikoli 106 u 122;

(b) il-valur tal-iskopertura skont l-Approċċ IRB imsemmi fl-Artikoli 162 sa 164;

(c) it-trattament tal-ammonti ta’ telf mistennija msemmi fl-Artikolu 155;

(d) il-valur tal-iskopertura għall-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju għall-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 241 u 261;

(e) id-determinazzjoni ta’ inadempjenza skont l-Artikolu 174;

(f) informazzjoni dwar aġġustamenti speċifiċi u ġenerali għar-riskju ta’ kreditu msemmija fl-Artikolu 428.

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2013.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabilita fl-Artikolu 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Kapitolu 2 Approċċ Standardizzat

Taqsima 1 Prinċipji ġenerali

Artikolu 106 Valur tal-iskopertura

1. Il-valur tal-iskopertura ta’ assi għandu jkun il-valur kontabilistiku tagħha li tibqa’ wara li jkunu ġew applikati l-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu. Il-valur tal-iskopertura ta’ entrata li ma tidhirx fil-karta bilanċjali elenkata fl-Anness I għandu jkun il-perċentwal tal-valur nominali tiegħu wara t-tnaqqis ta’ aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu kif ġej:

(a) 100 % jekk tkun entrata b’riskju sħiħ;

(b) 50 % jekk tkun entrata b’riskju medju;

(c) 20 % jekk tkun entrata b’riskju medju/baxx;

(d) 0 % jekk tkun entrata b’riskju baxx.

Entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali msemmija fit-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu għandhom jiġu assenjati lill-kategoriji ta’ riskju kif indikat fl-Anness I.

Meta istituzzjoni tkun qiegħda tuża l-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju skont l-Artikolu 218, il-valur tal-iskopertura ta’ titoli jew ta’ komoditajiet mibjugħa, stazzjonati jew mislufa skont tranżazzjoni ta’ riakkwist jew skont tranżazzjoni ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew ta’ komoditajiet, u tranżazzjonijiet ta’ self ta’ marġini għandu jiżdied bl-aġġustament tal-volatilità xieraq għal tali titoli jew komoditajiet kif preskritt fl-Artikoli 218 sa 220.

2. Il-valur tal-iskopertura ta’ strument derivattiv elenkat fl-Anness II għandu jiġi ddeterminat skont il-Kapitolu 6 u għandu jitqies l-effetti ta’ kuntratti ta’ novazzjoni u arranġamenti oħra tal-kalkolazzjoni tal-valur nett għall-finijiet ta’ dawk il-metodi skont il-Kapitolu 6. Il-valur tal-iskopertura ta’ tranżazzjonijiet ta’ riakkwist, tranżazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew ta’ komoditajiet, tranżazzjonijiet ta’ saldi fit-tul u tranżazzjonijiet ta’ self ta’ marġini jista’ jiġi ddeterminat jew skont il-Kapitolu 6 jew skont il-Kapitolu 4.

3. Meta skopertura tkun soġġetta għal protezzjoni tal-kreditu iffinanzjata, il-valur tal-iskopertura applikabbli għal dik l-entrata jista’ jiġi mmodifikat skont il-Kapitolu 4.

Artikolu 107 Klassijiet ta’ skopertura

Kull skopertura għandha tiġi assenjata f’waħda mill-klassijiet differenti ta’ skoperturi:

(a) pretensjonijiet jew pretensjonijiet kontinġenti fuq gvernijiet ċentrali jew fuq banek ċentrali;

(b) pretensjonijiet jew pretensjonijiet kontinġenti fuq gvernijiet reġjonali jew fuq awtoritajiet lokali;

(c) pretensjonijiet jew pretensjonijiet kontinġenti fuq entitajiet tas-settur pubbliku;

(d) pretensjonijiet jew pretensjonijiet kontinġenti fuq banek multilaterali tal-iżvilupp;

(e) pretensjonijiet jew pretensjonijiet kontinġenti fuq organizzazzjonijiet internazzjonali;

(f) pretensjonijiet jew pretensjonijiet kontinġenti fuq istituzzjonijiet;

(g) pretensjonijiet jew pretensjonijiet kontinġenti fuq korporattivi;

(h) pretensjonijiet fil-livell tal-konsumatur jew pretensjonijiet kontinġenti fil-livell tal-konsumatur;

(i) pretensjonijiet jew pretensjonijiet kontinġenti koperti b’ipoteki fuq proprjetà immobbli;

(j) skoperturi inadempjenti;

(k) pretensjonijiet fil-forma ta’ bonds koperti ;

(l) pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni;

(m) pretensjonijiet fuq istituzzjonijiet u fuq korporazzjonijiet li jkollhom valutazzjoni tal-kreditu ta’ terminu qasir;

(n) pretensjonijiet fil-forma ta’ unitajiet jew azzjonijiet f’impriżi ta’ investiment kollettiv (‘CIUs’);

(o) pretensjonijiet ta’ ekwità;

(p) entrati oħra.

Artikolu 108 Il-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju

1. Biex jiġu kkalkulati l-ammonti ta’ skoperturi peżati għar-riskju, il-piżijiet tar-riskju għandhom jiġu applikati għall-iskoperturi kollha, sakemm dawn ma jkunux tnaqqsu mill-fondi proprji, skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 2. L-applikazzjoni tal-piż tar-riskju għandha tkun ibbażata fuq il-klassi ta’ skopertura li fiha tkun assenjata l-iskopertura u, sal-limitu speċifikat fit-Taqsima 2, il-kwalità kreditizja tagħha. Il-kwalità kreditizja tista’ tiġi stabilita b’referenza għall-valutazzjonijiet tal-kreditu ta’ L-Istituzzjonijiet Esterni għall-Valutazzjoni tal-Kreditu (minn hawn ’il quddiem ‘ECAIs’ - External Credit Assessment Institutions) kif iddefinit fl-Artikolu 130 jew għall-valutazzjonijiet tal-kreditu ta’ Aġenziji dwar Krediti għall-Esportazzjoni skont it-Taqsima 3.

2. Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ piż tar-riskju, kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-valur tal-iskopertura għandu jiġi mmultiplikat bil-piż tar-riskju speċifikat jew stabilit skont it-Taqsima 2.

3. Fejn skopertura tkun soġġetta għall-protezzjoni tal-kreditu, il-piż tar-riskju applikabbli għal dik l-entrata jista’ jiġi mmodifikat skont il-Kapitolu 4.

4. L-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju għal skoperturi titolizzati għandhom jiġu kkalkolati skont il-Kapitolu 5.

5. Skoperturi li għalihom ma jkun hemm l-ebda kalkolu previst fit-Taqsima 2 għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 100 %.

6. Bl-eċċezzjoni ta’ skoperuri li jagħtu lok għal obbligazzjonijiet fil-forma ta’ entrati ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, ta’ Grad 1 Addizzjonali jew ta’ Grad 2, istituzzjoni tista’, soġġetta għall-permess mill-awtoritajiet kompetenti, tiddeċiedi li ma tapplikax ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għall-iskoperturi ta’ dik l-istituzzjoni għal kontroparti li tkun l-impriża prinċipali tagħha, is-sussidjarja tagħha, sussidjarja tal-impriża prinċipali tagħha jew impriża marbuta b’relazzjoni skont l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE. L-awtoritajiet kompetenti huma mogħtija s-setgħa li jawtorizzaw dan il-metodu alternattiv jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a) il-kontroparti tkun istituzzjoni, kumpanija azzjonarja finanzjarja jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta, istituzzjoni finanzjarja, kumpanija maniġerjali tal-assi jew impriża tas-servizzi anċillari soġġetta għal rekwiżiti prudenzjali xierqa;

(b) il-kontroparti tkun inkluża fl-istess konsolidazzjoni bħall-istituzzjoni fuq bażi totali;

(c) il-kontroparti tkun soġġetta għall-istess proċeduri għall-valutazzjoni tar-riskju, ta’ kejl u ta’ kontrolli bħall-istituzzjoni;

(d) il-kontroparti tkun stabilita fl-istess Stat Membru bħall-istituzzjoni; 

(e) ma jkun hemm l-ebda impediment ġuridiku, materjali jew prattiku kurrenti jew previst għat-trasferiment immedjat tal-fondi proprji jew għar-ripagament ta’ obbligazzjonijiet mill-kontroparti għall-istituzzjoni.

Meta l-istituzzjoni, skont dan il-paragrafu, tiddeċiedi li ma tapplikax ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1, hija għandha tassenja piż tar-riskju ta’ 0 %.

7. Bl-eċċezzjoni ta’ skoperturi li jagħtu lok għal obbligazzjonijiet fil-forma ta’ entrati ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, ta’ Grad 1 Addizzjonali u ta’ Grad 2, l-istituzzjonijiet jistgħu, soġġetti għall-permess mill-awtoritajiet kompetenti, ma japplikawx ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għal skoperturi għal kontropartijiet li magħhom l-istituzzjoni tkun daħlet fi skema ta’ protezzjoni istituzzjonali li jkun arranġament kuntrattwali jew obbligu statutorju li jipproteġi lil dawk l-istituzzjonijiet u partikolarment jiżgura l-likwidità u s-solvenza tagħhom biex jiġi evitat il-falliment fil-każ li dan ikun meħtieġ. L-awtoritajiet kompetenti huma mogħtija s-setgħa li jawtorizzaw dan il-metodu alternattiv jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a) ir-rekwiżiti stabiliti fil-punti (a), (d) u (e) tal-paragrafu 6 jiġu ssodisfati;

(b) l-arranġamenti jiżguraw li l-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali tkun kapaċi tagħti l-appoġġ neċessarju mill-impenn tagħha permezz ta’ fondi li jkunu diġà għad-dispożizzjoni tagħha;

(c) l-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali tiddisponi minn sistemi adegwati u stipulati b’mod uniformi għall-monitoraġġ u l-klassifikazzjoni ta’ riskju, li tagħti stampa sħiħa tas-sitwazzjonijiet ta’ riskju tal-membri individwali kollha u tal-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali kollha kemm hi, b’possibiltajiet korrispondenti biex teżerċita influwenza; dawk is-sistemi għandhom jimmonitorjaw b’mod xieraq skoperturi ta’ inadempjenza skont l-Artikolu 174(1);

(d) l-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali twettaq analiżi tar-riskju tagħha stess li tiġi kkomunikata lill-membri individwi;

(e) l-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali tfassal u tippubblika fuq bażi annwali, rapport konsolidat li jinkludi l-karta bilanċjali, ir-rapport tal-introjtu, ir-rapport tas-sitwazzjoni u r-rapport tar-riskju, li jittratta l-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali kollha kemm hi, jew rapport li jinkludi l-karta bilanċjali aggregata, ir-rapport tal-introjtu aggregat, ir-rapport tas-sitwazzjoni u r-rapport tar-riskju, fir-rigward tal-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali kollha kemm hi;

(f) il-membri fl-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali jkunu obbligati li jagħtu avviż bil-quddiem ta’ mill-inqas 24 xahar jekk ikunu jixtiequ jtemmu l-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali;

(g) l-użu ta’ elementi diversi eliġibbli għall-kalkolu tal-fondi proprji (minn hawn ’il quddiem ‘ingranaġġ multiplu’) kif ukoll kull ħolqien mhux xieraq ta’ fondi proprji bejn il-membri fl-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali għandu jiġi eliminat;

(h) l-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali għandha tkun ibbażata fuq sħubija wiesgħa tal-istituzzjonijiet tal-kreditu li jkollhom profil tan-negozju prinċipalment omoġenju; 

(i) l-adegwatezza tas-sistemi msemmija fil-punt (d) tkun approvata u tiġi mmonitorjata f’intervalli regolari mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

Meta l-istituzzjoni, skont dan il-paragrafu, tiddeċiedi li ma tapplikax ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1, hija għandha tassenja piż tar-riskju ta’ 0 %.

8. L-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju għal skoperturi li ġejjin minn kontribuzzjoni ffinanzjata minn qabel ta’ istituzzjoni lill-fond tal-inadempjenza ta’ CCP u skoperturi tan-negozjar b’CCP għandhom jiġu stabiliti skont l-Artikoli 296 sa 300 kif applikabbli.

Taqsima 2 Piżijiet tar-riskju

Artikolu 109 L-iskoperturi għal gvernijiet ċentrali jew għal banek ċentrali

1. L-iskoperturi għal gvernijiet ċentrali u għal banek ċentrali għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 100 %, sakemm ma japplikawx it-trattamenti stabiliti fil-paragrafi 2 sa 5.

2. L-iskoperturi għal gvernijiet ċentrali u għal banek ċentrali li għalihom tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju skont it-Tabella 1 li tikkorrispondi għall-valutazzjoni tal-kreditu tal-ECAI eliġibbli skont l-Artikolu 131.

Tabella 1

Skala tal-kwalità kreditizja || 1 || 2 || 3 || 4 || 5 || 6

Piż tar-riskju || 0 % || 20 % || 50 % || 100 % || 100 % || 150 %

3. L-iskoperturi għall-Bank Ċentrali Ewropew għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 0 %.

4. L-iskoperturi għal gvernijiet ċentrali tal-Istati Membri u għall-banek ċentrali ddenominati u ffinanzjati fil-munita domestika ta’ dak il-gvern ċentrali u tal-bank ċentrali għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 0 %.

5. Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiż terz li japplika arranġamenti superviżorji u regolatorji li jkunu tal-anqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni jassenjaw piż tar-riskju li jkun anqas minn dak indikat fil-paragrafi 1 sa 2 għal skoperturi għall-gvern ċentrali u għall-bank ċentrali tagħhom ddenonimati u ffinanzjati fil-munita domestika, l-istituzzjonijiet jistgħu jippeżaw dawn l-iskoperturi bl-istess mod.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, u soġġetta għall-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 447(2), deċiżjoni dwar jekk pajjiż terz japplikax arranġamenti superviżorji u regolatorji li tal-anqas ikunu ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni. Fin-nuqqas ta’ din id-deċiżjoni, sal-1 ta’ Jannar 2014, l-istituzzjonijiet jistgħu jkomplu japplikaw it-trattament stabilit f’dan il-paragrafu għal pajjiż terz meta l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kienu approvaw il-pajjiż terz bħala eliġibbli għal dan it-trattament qabel l-1 ta’ Jannar 2013.

Artikolu 110 L-iskoperturi għal gvernijiet reġjonali jew għal awtoritajiet lokali

1. L-iskoperturi għal gvernijiet reġjonali jew għal awtoritajiet lokali għandhom jiġu ppeżati għar-riskju bħala skoperturi għall-istituzzjonijiet sakemm ma jiġux trattati bħala skoperturi għal gvernijiet ċentrali skont il-paragrafi 2 jew 4. It-trattament preferenzjali għal skoperturi ta’ terminu qasir speċifikat fl-Artikoli 115(2), u 114(2) ma għandux jiġi applikat.

2. L-iskoperturi għal gvernijiet reġjonali jew għal awtoritajiet lokali għandhom jiġu ttrattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali fil-ġuriżdizzjoni li fiha jkunu stabiliti meta ma jkunx hemm differenza fir-riskju bejn dawn l-iskopertri minħabba l-kapaċità speċifika ta’ dak tal-ewwel li jżid il-kapital, u l-eżistenza ta’ arranġamenti istituzzjonali speċifiċi li l-effett tagħhom ikun li jnaqqas ir-riskju ta’ inadempjenza tagħhom.

L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika l-iskoperturi għall-gvernijiet reġjonali u għall-awtoritajiet lokali li għandhom jiġu trattati bħala skoperturi għall-gvernijiet ċentrali abbażi tal-kriterji stabiliti fis-subparagrafu preċedenti.

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi tal-istandards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Il-Kummissjoni hija kkonferita s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu skont il-proċedura stabilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Qabel id-dħul fis-seħħ tal-istandards tekniċi msemmija fis-subparagrafu preċedenti, l-istituzzjonijiet jistgħu jkomplu japplikaw it-trattament stabilit fl-ewwel subparagrafu, fejn l-awtoritajiet kompetenti jkunu applikaw dak it-trattament qabel l-1 ta’ Jannar 2013.

3. L-iskoperturi għal knejjes jew għal komunitajiet reliġjużi kostitwiti fil-forma ta’ persuna ġuridika skont il-liġi pubblika għandhom, sakemm jiġbru t-taxxi skont il-leġiżlazzjoni li tikkonferixxi lilhom id-dritt li jagħmlu dan, jiġu trattati bħala skoperturi għal gvernijiet reġjonali u għal awtoritajiet lokali. Madankollu dak il-paragrafu 2 ma għandux japplika. F’dan il-każ għall-finijiet tal-Artikolu 145(1)(a), ma għandux jiġi eskluż permess biex jiġi applikat l-Approċċ Standardizzat.

4. Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ ġuriżdizzjoni ta’ pajjiż terz li japplika arranġamenti superviżorji u regolatorji li mill-inqas ikunu ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni jittrattaw l-iskoperturi għall-gvernijiet reġjonali jew għall-awtoritajiet lokali bħala skoperturi għall-gvern ċentrali tagħhom u ma jkunx hemmx differenza fir-riskju bejn dawn l-iskoperturi minħabba li l-gvern reġjonali jew l-awtoritajiet lokali jkollhom setgħat speċifiċi biex jiġġeneraw dħul u arranġamenti istituzzjonali speċifiċi biex inaqqsu r-riskju ta’ inadempjenza, l-istituzzjonijiet jistgħu jippeżaw ir-riskju ta’ skoperturi għal dawn il-gvernijiet reġjonali u l-awtoritajiet lokali bl-istess mod.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, u soġġetta għall-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 447(2), deċiżjoni dwar jekk pajjiż terz japplikax arranġamenti superviżorji u regolatorji li tal-anqas ikunu ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni. Fin-nuqqas ta’ din id-deċiżjoni, sal-1 ta’ Jannar 2014, l-istituzzjonijiet jistgħu jkomplu japplikaw it-trattament stabilit f’dan il-paragrafu għal pajjiż terz meta l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kienu approvaw il-pajjiż terz bħala eliġibbli għal dan it-trattament qabel l-1 ta’ Jannar 2013.

5. L-iskoperturi għal gvernijiet reġjonali jew għal awtoritajiet lokali ta’ Stati Membri li mhumiex imsemmija fil-paragrafi 2 sa 4 u jkunu ddenominati u ffinanzjati fil-munita domestika ta’ dak il-gvern reġjonali u tal-awtorità lokali għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 20 %.

Artikolu 111 L-iskoperturi għal entitajiet tas-settur pubbliku

1. L-iskoperturi għal entitajiet tas-settur pubbliku li għalihom ma tkunx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju skont l-iskala ta’ kwalità kreditizja li għaliha jkunu assenjati l-iskoperturi għall-gvern ċentrali tal-ġuriżdizzjoni fejn tkun inkorporata l-Entità tas-Settur Pubbliku skont it-Tabella 2 li ġejjin:

Tabella 2

Skala tal-kwalità kreditizja li għaliha l-gvern ċentrali jkun assenjat || 1 || 2 || 3 || 4 || 5 || 6

Piż tar-riskju || 20 % || 50 % || 100 % || 100 % || 100 % || 150 %

Fir-rigward ta’ riskji għall-entitajiet tas-settur pubbliku inkorporati f’pajjiżi fejn il-gvern ċentrali mhuwiex ikklassifikat, il-piż tar-riskju għandu jkun ta’ 100%.

2. L-iskoperturi għal entitajiet tas-settur pubbliku li għalihom tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu ttrattati skont l-Artikolu 115. It-trattament preferenzjali għal skoperturi ta' terminu qasir speċifikat fl-Artikoli 114(2) u 115(2), ma għandux jiġi applikat għal dawk l-entitajiet.

3. Fir-rigward ta’ skoperturi għal entitajiet tas-settur pubbliku b’maturità oriġinali ta’ inqas minn 3 xhur, il-piż tar-riskju għandu jkun ta’ 20 %.

4. L-iskoperturi għal entitajiet tas-settur pubbliku jistgħu jiġu ttrattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali li fil-ġuriżdizzjoni tagħhom ikunu stabiliti meta ma jkun hemm l-ebda differenza fir-riskju bejn dawn l-iskoperturi minħabba l-eżistenza ta’ garanzija xierqa mill-gvern ċentrali.

5. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, u soġġetta għall-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 447(2), deċiżjoni dwar jekk pajjiż terz japplikax arranġamenti superviżorji u regolatorji li tal-anqas ikunu ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni. Fin-nuqqas ta’ din id-deċiżjoni, sal-1 ta’ Jannar 2014, l-istituzzjonijiet jistgħu jkomplu japplikaw it-trattament stabilit f’dan il-paragrafu għal pajjiż terz meta l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kienu approvaw il-pajjiż terz bħala eliġibbli għal dan it-trattament qabel l-1 ta’ Jannar 2013.

6. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika l-entitajiet tas-settur pubbliku li jistgħu jiġu ttrattati skont il-paragrafi 1 u 2.

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi tal-istandards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Il-Kummissjoni hija kkonferita s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Qabel id-dħul fis-seħħ tal-istandards tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet jistgħu jkomplu japplikaw it-trattament stabilit fil-paragrafu 1 li l-awtoritajiet kompetenti jkunu applikaw qabel l-1 ta’ Jannar 2013.

Artikolu 112 L-iskoperturi għal banek multilaterali tal-iżvilupp

1. L-iskoperturi għal banek multilaterali tal-iżvilupp li mhumiex imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħal skoperturi għall-istituzzjonijiet. It-trattament preferenzjali għal skoperturi ta' terminu qasir kif speċifikati fl-Artikoli 115(2), 115(4) ma għandux jiġi applikat.

Il-Korporazzjoni Inter-Amerikana għall-Investiment, il-Bank tal-Kummerċ u l-Iżvilupp tal-Baħar l-Iswed u l-Bank tal-Amerika Ċentrali għall-Integrazzjoni Ekonomika għandhom jiġu kkunsidrati bħala Banek Multilaterali tal-Iżvilupp (MDB).

2. L-iskoperturi għal banek multilaterali tal-iżvilupp li ġejjin għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 0 % :

(a) il-Bank Internazzjonali għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (International Bank for Reconstruction and Development);

(b) il-Korporazzjoni Finanzjarja Internazzjonali (International Finance Corporation);

(c) il-Bank Inter-Amerikan tal-Iżvilupp (Inter-American Development Bank);

(d) il-Bank Ażjatiku tal-Iżvilupp (Asian Development Bank);

(e) il-Bank Afrikan tal-Iżvilupp (African Development Bank);

(f) il-Bank ta’ Żvilupp tal-Kunsill tal-Ewropa;

(g) il-Bank Nordiku tal-Investiment (Nordic Investment Bank);

(h) il-Bank Karibew tal-Iżvilupp (Caribbean Development Bank);

(i) il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp;

(j) il-Bank Ewropew tal-Investiment;

(k) il-Fond Ewropew tal-Investiment;

(l) l-Aġenzija Multilaterali tal-Garanzija tal-Investiment;

(m) il-Faċilità Internazzjonali ta’ Finanzjament għall-Immunizzazzjoni (International Finance Facility for Immunisation); 

(n) il-Bank Islamiku tal-Iżvilupp (Islamic Development Bank).

3. Għandu jiġi assenjat piż tar-riskju ta’ 20 % lill-porzjoni ta’ kapital mhux imħallas sottoskritt għall-Fond Ewropew tal-Investiment.

Artikolu 113 L-iskoperturi għal organizzazzjonijiet internazzjonali

L-iskoperturi għall-organizzazzjonijiet internazzjonali li ġejjin għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 0 %:

(a) l-Unjoni Ewropea;

(b) il-Fond Monetarju Internazzjonali;

(c) il-Bank għas-Saldu Internazzjonali (Bank for International Settlements);

(d) il-Faċilità Ewropea ta’ Stabilita Finanzjarja

(e) istituzzjoni finanzjarja internazzjonali stabilita minn żewġ Stati Membri jew aktar, li bl-għan li timmobilizza l-finanzjament u li tipprovdi assistenza finanzjarja għall-benefiċċju tal-membri tagħha li jkunu qegħdin jesperjenzaw jew li jkunu mhedda minn problemi finanzjarji serji.

Artikolu 114 L-iskoperturi għall-istituzzjonijiet

1. L-iskoperturi għall-istituzzjonijiet li għalihom tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu ppeżati għar-riskju skont l-Artikolu 115. L-iskoperturi għall-istituzzjonijiet li għalihom ma tkunx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu ppeżati għar-riskju skont l-Artikolu 116.

2. L-iskoperturi għall-istituzzjonijiet b’maturità residwa ta’ inqas minn 3 xhur li jkunu ddenominati u ffinanzjati fil-munita nazzjonali għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju li jkun kategorija waħda inqas favorevoli mill-piż tar-riskju preferenzjali, kif deskritt fl-Artikoli 109(4) u 109(5), assenjat lil skoperturi tal-gvern ċentrali tagħha.

3. L-ebda skopertura b’maturità residwa ta’ inqas minn 3 xhur iddenominata u ffinanzjata fil-munita nazzjonali tal-mutwatarju ma għandha tiġi assenjata piż tar-riskju ta’ inqas minn 20 %.

4. Skopertura għal istituzzjoni fil-forma ta’ riżervi minimi meħtieġa mill-BĊE jew mill-bank ċentrali ta’ Stat Membru li għandu jinżamm minn istituzzjoni jista’ jiġi ppeżat għar-riskju bħala skoperturi għall-bank ċentrali tal-Istat Membru inkwistjoni sakemm:

(a) ir-riżervi jkunu miżmuma skont ir-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta’ Settembru tal-2003 dwar l-applikazzjoni ta’ riżervi minimi jew skont regolament sussegwenti ta’ sostituzzjoni jew skont rekwiżiti nazzjonali fl-aspetti materjali kollha ekwivalenti għal dak ir-Regolament;

(b) fil-każ ta’ falliment jew insolvenza tal-istituzzjoni fejn ir-riżervi jkunu miżmuma, ir-riżervi jitħallsu lura kompletament lill-istituzzjoni propizjożament u ma jkunux disponibbli biex jissodisfaw obbligazzjonijiet oħra tal-istituzzjoni.

5. L-iskoperturi għall-istituzzjonijiet finanzjarji awtorizzati u taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti u soġġetti għal rekwiżiti prudenzjali ekwivalenti għal dawk applikati għall-istituzzjonijiet għandhom jiġu ttrattati bħala skoperturi għall-istituzzjonijiet.

Artikolu 115 L-iskoperturi għall-istituzzjonijiet ikklassifikati

1. L-iskoperturi għall-istituzzjonijiet b’maturità residwa ta’ aktar minn tliet xhur li għalihom tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju skont it-Tabella 3 li jikkorrispondi mal-valutazzjoni tal-kreditu tal-ECAI eliġibbli skont l-Artikolu 131.

Tabella 3

Skala tal-kwalità kreditizja || 1 || 2 || 3 || 4 || 5 || 6

Piż tar-riskju || 20 % || 50 % || 50 % || 100 % || 100 % || 150 %

2. L-iskoperturi għal istituzzjoni li jkollha sa tliet xhur ta’ maturità residwa li għaliha tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju skont it-Tabella 4 li jikkorrispondi mal-valutazzjoni tal-kreditu tal-ECAI eliġibbli skont l-Artikolu 131:

Tabella 4

Skala tal-kwalità kreditizja || 1 || 2 || 3 || 4 || 5 || 6

Piż tar-riskju || 20 % || 20 % || 20 % || 50 % || 50 % || 150 %

3. L-interazzjoni bejn it-trattament tal-valutazzjoni tal-kreditu ta' terminu qasir skont l-Artikolu 126 u t-trattament preferenzjali ġenerali għal skoperturi ta' terminu qasir stipulati fil-paragrafu 2 għandu jkun kif ġej:

(a) Jekk ma jkunx hemm valutazzjoni tal-iskopertura ta' terminu qasir, it-trattament preferenzjali ġenerali għal skoperturi ta' terminu qasir kif speċifikat fil-paragrafu 2 għandu japplika għall-iskoperturi kollha għall-istituzzjonijiet b’mhux aktar minn tliet xhur ta’ maturità residwa;

(b) Jekk ikun hemm valutazzjoni ta' terminu qasir u din il-valutazzjoni tistabilixxi l-applikazzjoni ta’ piż tar-riskju li jkun aktar favorevoli jew identiku għall-użu ta’ trattament preferenzjali ġenerali għal skoperturi ta' terminu qasir, kif speċifikat fil-paragrafu 2, għal dik l-iskopertura speċifika biss għandha tintuża l-valutazzjoni ta' terminu qasir. Skoperturi oħra ta' terminu qasir għandhom isegwu t-trattament preferenzjali ġenerali għal skoperturi ta' terminu qasir, kif speċifikat fil-paragrafu 2;

(c) Jekk ikun hemm valutazzjoni ta' terminu qasir u din il-valutazzjoni tistabilixxi piż tar-riskju li jkun inqas favorevoli mill-użu tat-trattament preferenzjali ġenerali għal skoperturi ta' terminu qasir, kif speċifikat fil-paragrafu 2, ma għandux jintuża t-trattament preferenzjali ġenerali għal skoperturi ta' terminu qasir u l-pretensjonijiet kollha ta' terminu qasir mhux ikklassifikati għandhom jiġu assenjati l-istess piż tar-riskju bħal dak applikat mill-valutazzjoni speċifika ta' terminu qasir.

Artikolu 116 Skoperturi għall-istituzzjonijiet mhux klassifikati

1. L-iskoperturi għall-istituzzjonijiet li għalihom ma tkunx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju skont l-iskala tal-kwalità kreditizja li għaliha jkunu assenjati l-iskoperturi għall-gvern ċentrali tal-ġuriżdizzjoni fejn tkun inkorporata l-istituzzjoni skont it-Tabella 5.

Tabella 5

Skala tal-kwalità kreditizja li għaliha l-gvern ċentrali jkun assenjat || 1 || 2 || 3 || 4 || 5 || 6

Piż tar-riskju tal-iskopertura || 20 % || 50 % || 100 % || 100 % || 100 % || 150 %

2. Għal skoperturi fir-rigward ta’ istituzzjonijiet mhux klassifikati li jkunu inkorporati f’pajjiżi fejn il-gvern ċentrali ma jkunx klassifikat, il-piż tar-riskju għandu jkun ta’ 100 %.

3. Għal skoperturi fir-rigward ta’ istituzzjonijiet mhux klassifikati li jkollhom maturità oriġinali effettiva ta’ inqas minn tliet xhur, il-piż tar-riskju għandu jkun ta’ 20 %.

Artikolu 117 L-iskoperturi għal korporattivi

1. L-iskoperturi li għalihom ikun hemm disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju skont it-Tabella 6 li jikkorrispondi mal-valutazzjoni tal-kreditu tal-ECAI eliġibbli skont l-Artikolu 131.

Tabella 6

Skala tal-kwalità kreditizja || 1 || 2 || 3 || 4 || 5 || 6

Piż tar-riskju || 20 % || 50 % || 100 % || 100 % || 150 % || 150 %

2. L-iskoperturi li għalihom ma tkunx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 100 % jew il-piż tar-riskju tal-gvern ċentrali tagħhom, skont liema minnhom ikun l-ogħla.

Artikolu 118 L-iskoperturi fil-livell tal-konsumaturi

L-iskoperturi li jkunu konformi mal-kriterji li ġejjin għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 75 %:

(a)          l-iskopertura għandha tkun jew għal persuna jew għal persuni fiżiċi, jew għal impriża żgħira jew medja;

(b)          l-iskopertura għandha tkun waħda b’ammont sinifikanti ta’ skoperturi b’karatteristiċi simili b’tali modi li riskji assoċjati ma’ dan l-għoti ta’ self jiġu sostanzjalment imnaqqsa;

(c)          l-ammont totali dovut lill-istituzzjoni u lill-impriżi prinċipali u lis-sussidjarji tagħha, inkluż kwalunkwe skopertura f'inadempjenza, mill-klijent obbligant jew minn grupp ta’ klijenti debituri konnessi flimkien, iżda eskluż il-pretensjonijiet jew pretensjonijiet kontinġenti ggarantiti fuq proprjetà residenzjali bħala kollateral, ma għandux, safejn l-istituzzjoni tkun innotifikata, jaqbeż l-EUR 1 miljun. L-istituzzjoni għandha tieħu passi raġonevoli sabiex tikseb dan l-għarfien.

It-titoli ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-klassi ta’ skoperturi fil-livell tal-konsumatur.

Il-valur attwali ta’ pagamenti ta’ kera minimi fil-livell tal-konsumatur ikunu eliġibbli għall-klassi ta’ skoperturi fil-livell tal-konsumatur.

Artikolu 119 Skoperturi garantiti permezz ta’ ipoteki fuq proprjetà immobbli

1. Skopertura jew parti minn skopertura totalment iggarantita permezz ta’ ipoteka fuq proprjetà immobbli għandha tiġi assenjata piż tar-riskju ta’ 100 %, fejn il-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 120 u l-Artikolu 121 ma jkunux ġew issodisfati, ħlief għal xi parti tal-iskopertura li tkun assenjata lil klassi ta’ skoperturi oħra.

Il-parti minn skopertura ttrattata bħala totalment u kompletament iggarantita permezz ta’ proprjetà immobbli ma għandhiex tkun ogħla mill-ammont mirhun tal-valur tas-suq jew f’dawk l-Istati Membri li jkunu stabilixxew kriterji rigorużi għall-valutazzjoni tal-valur tas-self ipotekarju f’dispożizzjonijiet statutorji jew regolatorji, il-valur tas-self ipotekarju tal-proprjetà inkwistjoni.

2. Abbażi tad-dejta miġbura skont l-Artikolu 96, u kwalunkwe indikaturi rilevanti oħra, l-awtoritajiet kompetenti għandhom perjodikament, u mill-inqas darba fis-sena, jivvalutaw jekk il-piż tar-riskju ta’ 35% fir-rigward ta’ skoperturi koperti permezz ta’ ipoteki fuq proprjetà residenzjali msemmija fl-Artikolu 120 u l-piż tar-riskju ta’ 50% fir-rigward ta’ skoperturi koperti fuq proprjetà immobbli kummerċjali msemmija fl-Artikolu 121 li jinstabu fit-territorju tagħhom ikunux ibbażati b’mod xieraq fuq l-esperjenza tal-inadempjenza ta’ skoperturi ggarantiti permezz ta’ proprjetà immobbli u jqisu l-iżviluppi tas-suq li jħarsu ’l quddiem fir-rigward ta’ proprjetà immobbli, u jistgħu jistabilixxu piż tar-riskju ogħla jew kriterji aktar stretti minn dawk stabiliti fl-Artikolu 120(2) u 121(2), fejn xieraq, abbażi ta’ kunsiderazzjonijiet ta’ stabbiltà finanzjarja. L-ABE għandha tikkoordina l-valutazzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw lill-ABE dwar l-aġġustamenti fil-piżijiet tar-riskju u l-kriterji applikati. L-ABE għandha tippubblika l-piżijiet tar-riskju u l-kriterji li l-awtoritajiet kompetenti stabilixxew għall-iskoperturi msemmija fl-Artikoli 120, 121 u 195.

L-ABE għandha tiżviluppa standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kundizzjonijiet li l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw waqt li jkunu qegħdin jiddeterminaw piżijiet aktar stretti tar-riskju jew kriterji aktar stretti.

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi tal-istandards tekniċi lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

3. L-istituzzjonijiet ta’ Stat Membru wieħed għandhom japplikaw il-piżijiet tar-riskji u l-kriterji li ġew stabiliti mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor għal skoperturi koperti b'ipoteki fuq proprjetà immobbli kummerċjali u residenzjali li jinstabu f’dak l-Istat Membru.

Artikolu 120 Skoperturi totalment u kompletament koperti bi proprjetà residenzjali

1. Sakemm ma jiġix deċiż b’mod ieħor mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 119(2), skoperturi li jkunu totalment u kompletament koperti b'ipoteki fuq proprjetà residenzjali għandhom jiġu ttrattati kif ġej:

(a) skoperturi jew kwalunkwe parti minn skopertura totalment u kompletament garantita permezz ta’ ipoteki fuq proprjetà residenzjali li tkun jew li sejra tkun okkupata jew mikrija mis-sid, jew mis-sid benefiċċjali fil-każ ta’ ditti tal-investiment personali, għandhom jiġi assenjati piż tar-riskju ta’ 35%;

(b) skoperturi totalment u kompletament garantiti permezz ta’ azzjonijiet f'kumpaniji Finlandiżi ta’ abitazzjonijiet residenzjali, li joperaw skont l-Att tal-Kumpaniji Finlandiżi tal-Abitazzjonijiet tal-1991 jew skont leġiżlazzjoni sussegwenti ekwivalenti, fir-rigward ta’ proprjetà residenzjali li tkun jew li sejra tkun okkupata jew mikrija mis-sid għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 35 %;

(c) skoperturi għal kerrej fil-qafas ta’ tranżazzjoni ta’ kiri ta’ proprjetà li tirrigwarda proprjetà residenzjali li taħtha l-istituzzjoni tkun sid il-kera u l-kerrej ikollu għażla li jixtri, għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 35 % sakemm l-iskopertura għall-istituzzjoni tkun totalment u kompletament garantita permezz tas-sjieda tagħha tal-proprjetà.

2. L-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw skopertura jew kwalunkwe parti minn skopertura bħala totalment u kompletament garantita għall-finijiet tal-paragrafu 1 biss jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a) il-valur tal-proprjetà ma jiddependix materjalment fuq il-kwalità kreditizja tal-mutwatarju. L-istituzzjonijiet jistgħu jeskludu sitwazzjonijiet fejn fatturi purament makroekonomiċi jaffettwaw kemm il-valur tal-proprjetà kif ukoll il-prestazzjoni tal-mutwatarju mid-determinazzjoni tagħhom tal-materjalità ta’ din id-dipendenza;

(b) ir-riskju tal-mutwatarju ma jiddependix materjalment fuq il-prestazzjoni tal-proprjetà jew tal-proġett sottostanti, iżda fuq il-kapaċità sottostanti tal-mutwatarju li jħallas lura d-dejn minn sorsi oħra, u bħala konsegwenza, il-ħlas lura tal-faċilità ma jiddependix b’mod materjalment fuq xi fluss ta’ flus iġġenerat mill-proprjetà sottostanti li qiegħda sservi ta’ kollateral. Għal dawk is-sorsi l-oħra, l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-proporzjon massimu tas-self mad-dħul bħala parti mill-politika ta’ self tagħhom u jiksbu evidenza xierqa tad-dħul rilevanti meta jagħtu s-self.

(c) ir-rekwiżiti stabiliti fl-Artikolu 203 u fir-regoli tal-valutazzjoni stabiliti fl-Artikolu 224(1) jkunu ssodisfati;

(d) il-parti tas-self li għaliha huwa assenjat piż tar-riskju ta’ 35% sakemm ma jiġix stabilit b’mod ieħor skont l-Artikolu 119(2) ma taqbiżx it-80% sakemm ma jiġix stabilit b’mod ieħor skont l-Artikolu 119(2) tal-valur tas-suq tal-proprjetà inkwistjoni jew ta’ 80% tal-valur tas-self ipotekarju sakemm ma jiġix stabilit b’mod ieħor skont l-Artikolu 119(2) tal-proprjetà inkwistjoni f’dawk l-Istati Membri li jkunux stabilixxew kriterji rigorużi għall-valutazzjoni tal-valur tas-self ipotekarju f’dispożizzjonijiet statutorji jew regolatorji.

3. L-istituzzjonijiet jistgħu jidderogaw mill-punt (b) fil-paragrafu 2 fil-każ ta’ skoperturi totalment u kompletament iggarantiti permezz ta’ ipoteki fuq proprjetà residenzjali li tkun tinstab fit-territorju ta’ Stat Membru, meta l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru tkun ippubblikat evidenza li turi li f’dak it-territorju jkun hemm suq immobiljarji residenzjali żviluppat u stabilit b’rati ta’ telf li ma jaqbżux il-limiti li ġejjin:

(a) telf li ġej minn self kollateralizzat permezz ta’ proprjetà residenzjali sa 80% tal-valur tas-suq jew ta’ 80% tal-valur tas-self ipotekarju sakemm ma jiġix deċiż b’mod ieħor skont l-Artikolu 119(2) ma jaqbiżx iż-0,3% tas-selfiet pendenti kollateralizzati permezz ta’ proprjetà residenzjali f’sena partikolari;

(b) telf globali li ġej minn self kollateralizzat permezz ta’ proprjetà residenzjali ma jaqbiżx 0,5% tas-selfiet pendenti kollateralizzati permezz ta’ proprjetà residenzjali f’sena partikolari.

4. Jekk xi wieħed mil-limiti msemmija fil-paragrafu 3 ma jiġix issodisfat f’sena partikolari, l-eliġibbiltà għall-użu tal-paragrafu 3 għandha tieqaf u għandha tiġi applikata l-kundizzjoni li tinstab fil-paragrafu 2(b) sakemm il-kundizzjonijiet fil-paragrafu 3 jiġu ssodisfati f’sena sussegwenti.

Artikolu 121 Skoperturi totalment u kompletament iggarantiti b'ipoteki fuq proprjetà immobbli kummerċjali

1. Sakemm ma jiġix deċiż b’mod ieħor mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 119(2), skoperturi totalment u kompletament iggarantiti b'ipoteki fuq proprjetà immobbli kummerċjali għandhom jiġu trattati kif ġej:

(a) skoperturi jew xi parti minn skopertura totalment u kompletament iggarantiti b'ipoteki fuq uffiċini jew fuq binjiet kummerċjali oħra jistgħu jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 50%;

(b) skoperturi totalment u kompletament iggarantiti, permezz ta’ azzjonijiet f'kumpaniji Finlandiżi ta’ abitazzjonijiet residenzjali, li joperaw skont l-Att tal-Kumpaniji Finlandiżi tal-Abitazzjonijiet tal-1991 jew skont leġiżlazzjoni sussegwenti ekwivalenti, fir-rigward ta’ uffiċini jew binjiet kummerċjali oħra jistgħu jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 50 %;.

(c) skoperturi relatati ma tranżazzjonijiet ta’ kiri ta’ proprjetà li jirrigwardaw uffiċini jew binjiet kummerċjali oħra fejn l-istituzzjoni tkun s-sid u l-kerrej ikollu l-għażla li jixtri jistgħu jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 50 % sakemm l-iskopertura tal-istituzzjoni tkun totalment u kompletament iggarantita mis-sjieda tagħha tal-proprjetà.

2. L-applikazzjoni tal-paragrafu 1 tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-valur tal-proprjetà ma għandux jiddependi materjalment fuq il-kwalità kreditizja tal-mutwatarju. L-istituzzjonijiet jistgħu jeskludu sitwazzjonijiet fejn fatturi purament makroekonomiċi jaffettwaw kemm il-valur tal-proprjetà kif ukoll il-prestazzjoni tal-mutwatarju mid-determinazzjoni tagħhom tal-materjalità ta’ din id-dipendenza;

(b) ir-riskju tal-mutwatarju ma għandux jiddependi materjalment fuq il-prestazzjoni tal-proprjetà jew tal-proġett sottostanti, iżda pjuttost fuq il-kapaċità sottostanti tal-mutwatarju li jirrimborża d-dejn minn sorsi oħra, u bħala konsegwenza, ir-ripagament tal-faċilità ma għandux jiddependi materjalment fuq xi fluss ta’ flus iġġenerat mill-proprjetà sottostanti li tkun qiegħda sservi ta’ kollateral; 

(c) ir-rekwiżiti stabiliti fl-Artikolu 203 u r-regoli ta’ valwazzjoni stabiliti fl-Artikolu 224(1) huma ssodisfati;

(d) il-piż tar-riskju ta’ 50 % sakemm ma jiġix dispost xorta oħra skont l-Artikolu 119(2) għandu jiġi assenjat lill-parti tas-selfa li ma taqbiżx il-50 % tal-valur tas-suq tal-proprjetà jew ta’ 60 % tal-valur tas-self ipotekarju sakemm ma jiġix previst b’mod ieħor skont l-Artikolu 119(2) tal-proprjetà inkwistjoni f’dawk l-Istati Membri li jkunu stabilixxew kriterji rigorużi għall-valutazzjoni tas-self ipotekarju f’dispożizzjonijiet statutorji jew regolatorji.

3. L-istituzzjonijiet jistgħu jidderogaw mill-punt (b) fil-paragrafu 2 għal skoperturi totalment u kompletament garantiti permezz ta’ ipoteki fuq proprjetà kummerċjali li tinstab fit-territorju ta’ Stat Membru, fejn l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru tkun ippubblikat evidenza li turi li f’dak it-territorju ikun hemm suq tal-proprjetà immobbli kummerċjali żviluppat u stabilit b’rati ta’ telf li ma jaqbżux il-limiti li ġejjin:

(a) it-telf li ġej minn self kollateralizzat permezz ta’ proprjetà immobbli kummerċjali sa 50 % tal-valur tas-suq jew ta’ 60 % tal-valur tas-self ipotekarju (sakemm ma jiġix iddeterminat b’mod ieħor skont l-Artikolu 119(2)) ma jaqbiżx iż-0,3 % tas-selfiet pendenti kkollateralizzati bi proprjetà immobbli kummerċjali f’sena partikolari; 

(b) it-telf globali li ġej minn self kollateralizzat permezz ta’ proprjetà immobbli kummerċjali ma jaqbiżx iż-0,5 % tas-selfiet pendenti kkollateralizzati bi proprjetà immobbli kummerċjali f’sena partikolari.

4. Fejnxi wieħed mil-limiti msemmija fil-paragrafu 3 ma jiġix issodisfat f’sena partikulari, l- eliġibbiltà għall-użu tal-paragrafu 3 għandha tieqaf u għandha tapplika l-kundizzjoni li tinstab fil-paragrafu 2(b) sakemm il-kundizzjonijiet fil-paragrafu 3 jiġu ssodisfati f’sena sussegwenti.

Artikolu 122 Skoperturif' inadempjenza

1. Il-parti skoperta ta’ xi element inadempjenti skont l-Artikolu 174 għandha tiġi assenjata piż tar-riskju ta’:

(a) 150 %, fejn l-aġġustamenti speċifiċi tar-riskju ta’ kreditu jkun ta’ inqas minn 20 % tal-parti skoperta tal-valur tal-iskopertura kieku dawn l-aġġustamenti speċifiċi tar-riskju ta’ kreditu ma jkunux ġew applikati;

(b) 100 %, fejn l-aġġustamenti speċifiċi tar-riskju ta’ kreditu ma jkunux inqas minn 20 % tal-parti skoperta tal-valur tal-iskopertura kieku dawn l-aġġustamenti speċifiċi tar-riskju ta’ kreditu ma jkunux ġew applikati.

2. Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-parti iggarantita tal-entrata dovuta li qabżet l-iskadenza, il-kollateral u l-garanziji eliġibbli għandhom ikunu dawk eliġibbli għall-finijiet ta’ mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu skont il-Kapitolu 4.

3. Skoperturi totalment u kompletament iggarantiti permezz ta’ ipoteki fuq proprjetà residenzjali skont l-Artikolu 120 għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 100 % tal-valur nett tal-aġġustamenti tal-valur fil-każ ta’ inadempjenza skont l-Artikolu 174

4. Skoperturi totalment u kompletament iggarantiti permezz ta’ ipoteki fuq proprjetà immobbli kummerċjali skont l-Artikolu 121 għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 100 % fil-każ ta’ inadempjenza skont l-Artikolu 174

Artikolu 123 Entrati assoċjati ma’ riskju partikolarment għoli

1. L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw piż tar-riskju ta’ 150% għal skoperturi, inkluż skoperturi fil-forma ta’ azzjonijiet jew unitajiet f’Impriża ta’ Investiment Kollettiv, li jkunu assoċjati ma’ riskji partikolarment għoljin, fejn xieraq.

2. Skoperturi b’riskji partikolarment għoljin għandhom jinkludu kwalunkwe wieħed mill-investimenti li ġejjin:

(a)     investimenti f’ditti tal-kapital ta’ riskju (venture capital);

(b)     fondi ta’ investiment alternattivi kif iddefinit mill-Artikolu 4(1)(1) tad-Direttiva [inserit minn OP - Direttiva dwar Maniġers ta’ Fondi tal-Investiment Alternattiv];

(c)     finanzjament spekulattiv ta’ proprjetà immobbli.

3. Meta jiġi vvalutat jekk skopertura minbarra l-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 2 tkunx assoċjata ma’ riskji partikolarment għoljin, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-karatteristiċi tar-riskju li ġejjin:

(a) ikun hemm riskju għoli ta’ telf bħala riżultat ta’ inadempjenza tal-obbligant; 

(b) ikun impossibbli biex jiġi adegwatament ivvalutat jekk l-iskopertura taqax taħt il-punt (a).

L-ABE għandha toħroġ linji gwida li jispeċifikaw liema tipi ta’ riskji jkunu assoċjati ma’ riskju partikolarment għoli u taħt liema ċirkostanzi.

Il-linji gwida għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 124 Skoperturi fil-forma ta’ bonds koperti

1. Biex ikunu eliġibbli għat-trattament preferenzjali stabilit fil-paragrafu 3, ‘bonds koperti’ għandhom ifissru bonds kif iddefiniti fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS)[23] u kollateralizzati permezz ta’ xi wieħed mill-assi eliġibbli li ġejjin:

(a) skoperturi għal jew garantiti minn gvernijiet ċentrali, minn banek ċentrali, minn entitajiet tas-settur pubbliku, minn gvernijiet reġjonali u minn awtoritajiet lokali fl-Unjoni;

(b) skoperturi għal jew garantiti minn gvernijiet ċentrali ta’ pajjiż terz, minn banek ċentrali li ma jkunux tal-UE, minn banek multilaterali tal-iżvilupp, minn organizzazzjonijiet internazzjonali li jikkwalifikaw għall-iskala 1 tal-kwalità kreditizja kif stabilit f’dan il-Kapitolu, u skoperturi għal jew garantiti minn entitajiet tas-settur pubbliku li ma jkunux tal-UE, minn gvernijiet reġjonali li ma jkunux tal-UE u minn awtoritajiet lokali li ma jkunux tal-UE li ġew ippeżati għar-riskju bħala skoperturi għall-istituzzjonijiet jew għall-gvernijiet ċentrali u għall-banek ċentrali skont l-Artikoli 110(1), 110(2), 111(1), 111(2) jew 111(4) rispettivament u li jikkwalifikaw għall-iskala 1 tal-kwalità kreditizja kif stabilit f’dan il-Kapitolu, u skoperturi skont dan il-punt li jikkwalifikaw bħala minimu għall-iskala 2 tal-kwalità kreditizja kif stabilit f’dan il-Kapitolu, sakemm ma jaqbżux l-20 % tal-ammont nominali tal-bonds koperti pendenti tal-istituzzjonijiet emittenti;

(c) skoperturi għall-istituzzjonijiet li jikkwalifikaw għall-iskala 1 tal-kwalità kreditizja kif stabilit f’dan il-Kapitolu. L-iskopertura totali ta’ dan it-tip ma għandhiex taqbeż il-15 % tal-ammont nominali ta’ bonds koperti pendenti tal-istituzzjoni emittenti. L-iskopertura totali ta’ dan it-tip ma għandhiex taqbeż il-15 % tal-ammont nominali ta’ bonds koperti pendenti tal-istituzzjoni emittenti. Skoperturi kkawżati mit-trażmissjoni u l-immaniġjar tal-pagamenti tal-obbliganti ta’, jew rikavati minn likwidazzjoni fir-rigward ta’, selfiet iggarantit bi proprjetajiet immobbli għad-detenturi ta' bonds koperti ma għandhomx jiġu inklużi fil-limitu ta’ 15 %; Skoperturi għall-istituzzjonijiet fl-UE li jkollhom maturità li ma taqbiżx il-100 jum ma għandhomx jiġu kompromessi mir-rekwiżit tal-iskala 1 iżda dawk l-istituzzjonijiet għandhom bħala minimu jikkwalifikaw għall-iskala 2 tal-kwalità kreditizja kif stabilit f’dan il-Kapitolu;

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, wara li jkunu kkonsultaw mal-ABE, parzjalment jirrinunzjaw l-applikazzjoni ta’ (c) u jippermettu l-iskala 2 tal-kwalità kreditizja sa 10 % tal-iskopertura totali tal-ammont nominali ta’ bonds koperti pendenti tal-istituzzjoni emittenti, sakemm il-problemi potenzjali sinifikanti tal-konċentrazzjoni fl-Istati Membri konċernati jistgħu jiġu ddokumentati minħabba l-applikazzjoni tar-rekwiżit tal-iskala 1 tal-kwalità kreditizja msemmi f’(c);

(d) selfiet iggarantit permezz ta’ proprjetà residenzjali jew b’ishma f'kumpaniji Finlandiżi ta' abitazzjonijiet residenzjali msemmija fl-Artikolu 120(1)(b) li ma jaqbżux l-inqas ammont tal-ammont tal-prinċipal tal-ipoteki kkombinati ma’ ipoteki preċedenti u 80 % tal-valur tal-proprjetajiet mirhuna jew permezz ta’ unitajiet superjuri maħruġa mill-Fonds Communs de Créances Franċiż jew permezz ta’ entitajiet ekwivalenti ta’ titolizzazzjoni rregolati mil-liġijiet ta’ Stat Membru li jittitolizzaw skoperturi fuq proprjetà residenzjali. Fil-każ li dawn l-unitajiet superjuri jintużaw bħala kollateral, is-superviżjoni pubblika speċjali biex tipproteġi d-detenturi tal-bonds kif dispost fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) għandha tiżgura li l-assi sottostanti għal tali unitajiet għandhom, fi kwalunkwe ħin waqt li jkunu inklużi fil-pula tal-kopertura, ikunu mill-inqas 90 % minnhom komposti minn ipoteki residenzjali li jkunu kkombinati ma’ xi ipoteki preċedenti li ma jaqbżux l-inqas ammont tas-somma kapitali dovuta mill-unitajiet, l-ammonti tal-prinċipal tal-ipoteki, u 80 % tal-valur tal-proprjetajiet mirhuna, li l-unitajiet jikkwalifikaw għall-iskala 1 tal-kwalità kreditizja kif stipulat f’dan il-Kapitolu u li dawn l-unitajiet ma jaqbżux l-10 % tal-ammont nominali tal-ħruġ pendenti;

Skoperturi kkawżati mit-trażmissjoni u l-ġestjoni tal-pagamenti tal-obbliganti ta’, jew rikavati minn likwidazzjoni fir-rigward ta’, selfiet iggarantit permezz ta’ proprjetajiet mirhuna tal-unitajiet superjuri jew titoli ta’ dejn ma għandhomx jiġu inklużi fil-kalkolu tal-limitu ta’ 90 %;

(e) selfiet iggarantit permezz ta’ proprjetà immobbli kummerċjali jew b'azzjonijiet f’kumpaniji Finlandiżi ta’ abitazzjoni residenzjali kif imsemmi fl-Artikolu 121(1)(b) li ma jaqbżux l-inqas tal-ammont tal-prinċipal tal-ipoteki li jkunu kkombinati ma’ xi ipoteki preċedenti u 60 % tal-valur ta’ proprjetajiet mirhuna jew minn unitajiet superjuri maħruġa mill- Fonds Communs de Créances Franċiż jew permezz ta’ entitajiet ekwivalenti ta’ titolizzazzjoni regolati mil-liġijiet ta’ Stat Membru li jittolizzaw skoperturi fuq proprjetà immobbli kummerċjali. Fil-każ li dawn l-unitajiet superjuri jintużaw bħala kollateral, is-superviżjoni pubblika speċjali biex tipproteġi d-detenturi tal-bonds kif dispost fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE għandha tiżgura li l-assi sottostanti għal dawn l-unitajiet għandhom, fi kwalunkwe ħin waqt li jkunu inklużi fil-pula koperta, mill-inqas 90 % minnhom ikunu magħmulin minn ipoteki kummerċjali li jkunu kkombinati ma’ xi ipoteki preċedenti li ma jaqbżux l-inqas tal-ammonti tal-prinċipal dovuti taħt l-unitajiet, l-ammonti tal-prinċipal tal-ipoteki, u 60 % tal-valur ta’ proprjetajiet mirhuna, li l-unitajiet jikkwalifikaw għall-iskala 1 tal-kwalità kreditizja kif stabilit f’dan il-Kapitolu u li dawn l-unitajiet ma jaqbżux l-10 % tal-ammont nominali tal-ħruġ pendenti. Selfiet iggarantit permezz ta’ proprjetà immobbli kummerċjali jkunu eliġibbli meta l-proporzjon tas-Selfa għall-Valur ta’ 60 % jinqabeż sa livell massimu ta’ 70 % jekk il-valur tal-assi totali mirhuna għall-bonds koperti jaqbeż l-ammont nominali pendenti fuq il-bonds koperti b’mill-inqas 10 %, u l-pretensjoni tad-detentur tal-bonds tilħaq ir-rekwiżiti ta’ ċertezza legali stabiliti fil-Kapitolu 4. Il-pretensjoni tad-detentur tal-bonds għandha tieħu preċedenza fuq il-pretensjonijiet l-oħra kollha fuq il-kollateral. Skoperturi kkawżati mit-trażmissjoni u l-ġestjoni tal-pagamenti tal-obbliganti ta’, jew rikavati minn likwidazzjoni fir-rigward ta’, selfiet iggarantit permezz ta’ proprjetajiet mirhuna tal-unitajiet superjuri jew titoli ta’ dejn ma għandhomx jiġu inklużi fil-kalkolu tal-limitu ta’ 90 %;

(f) selfiet iggarantit permezz ta’ vapuri fejn ipoteki biss li jkunu kkombinati ma’ xi ipoteki preċedenti sa 60 % tal-valur tal-vapuri mirhuna.

is-sitwazzjonijiet fil-punti (a) sa (f) jinkludu wkoll kollateral li jkun esklussivament ristrett mil-leġiżlazzjoni għall-protezzjoni tad-detenturi tal-bonds kontra t-telf.

2. Fil-każ ta’ proprjetà immobbli li tikkollateralizza bonds koperti l-istituzzjonijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 203 u r-regoli ta’ valutazzjoni stipulati fl-Artikolu 224(1).

3. Bonds koperti li għalihom tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju skont it-Tabella 6a li tikkorrispondi mal-valutazzjoni tal-kreditu tal-ECAI eliġibbli skont l-Artikolu 131.

Tabella 6a

Skala tal-kwalità kreditizja || 1 || 2 || 3 || 4 || 5 || 6

Piż tar-riskju || 10 % || 20 % || 20 % || 50 % || 50 % || 100 %

4. Bonds koperti li għalihom ma tkunx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju abbażi tal-piż tar-riskju assenjat lil skoperturi superjuri skoperti tal-istituzzjoni li toħroġhom. Għandha tapplika l-korrispondenza li ġejja bejn il-piżijiet tar-riskju:

(a) jekk l-iskoperturi għall-istituzzjoni jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 20 %, il-bond kopert għandu jiġu assenjat piż tar-riskju ta’ 10 %;

(b) jekk l-iskoperturi għall-istituzzjoni jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 50 %, il-bond kopert għandu jiġu assenjat piż tar-riskju ta’ 20 %;

(c) jekk l-iskoperturi għall-istituzzjoni jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 100 %, il-bond kopert għandu jiġu assenjat piż tar-riskju ta’ 50 %;

(d) jekk l-iskoperturi għall-istituzzjoni jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 150 %, il-bond kopert għandu jiġu assenjat piż tar-riskju ta’ 100 %.

5. Bonds koperti maħruġa qabel il-31 ta’ Diċembru 2007 ma jkunux soġġetti għar-rekwiżiti tal-paragrafu 1 u 2. Huma jkunu eliġibbli għat-trattament preferenzjali skont il-paragrafu 3 sal-maturità tagħhom.

Artikolu 125 Entrati li jirrappreżentaw pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni

L-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju għal pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni għandhom jiġu ddeterminati skont il-Kapitolu 5.

Artikolu 126 Skoperturi għall-istituzzjonijiet u għal korporattivi b’valutazzjoni tal-kreditu ta' terminu qasir

Skoperturi għall-istituzzjonijiet u skoperturi għal korporattivi li għalihom tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu ta' terminu qasir minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju skont it-Tabella 7 li tikkorrispondi mal-valutazzjoni tal-kreditu tal-ECAI eliġibbli skont l-Artikolu 131.

Tabella 7

L-iskala tal-kwalità kreditizja || 1 || 2 || 3 || 4 || 5 || 6

Piż tar-riskju || 20 % || 50 % || 100 % || 150 % || 150 % || 150 %

Artikolu 127 Skoperturi fil-forma ta’ azzjonijiet f’impriżi ta’ investiment kollettiv (CIUS)

1. Skoperturi fil-forma ta’ unitajiet jew azzjonijiet f’impriżi ta’ investiment kollettiv (minn hawn ’il quddiem 'CIUs') għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 100 %, sakemm l-istituzzjoni ma tapplikax il-metodu ta’ valutazzjoni tar-riskju ta’ kreditu skont il-paragrafu 2, jew l-approċċ ta’ trasparenza fil-paragrafu 4 jew l-approċċ tal-piż medju tar-riskju skont il-paragrafu 5 meta l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 3 jiġu ssodisfati.

2. Skoperturi fil-forma ta’ ishma fis-CIUs li għalihom tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju skont it-Tabella li tikkorrispondi mal-valutazzjoni tal-kreditu tal-ECAI eliġibbli skont l-Artikolu 131.

Tabella 8

Skala tal-kwalità kreditizja || 1 || 2 || 3 || 4 || 5 || 6

Piż tar-riskju || 20 % || 50 % || 100 % || 100 % || 150 % || 150 %

3. L-istituzzjonijiet jistgħu jiddeterminaw il-piż tar-riskju għal CIU, jekk il-kriterji ta’ eliġibbiltà jiġu ssodisfati:

(a) is-CIU tkun immaniġjata minn kumpanija li tkun soġġetta għas-superviżjoni fi Stat Membru jew, fil-każ ta’ CIU ta’ pajjiż terz, fejn il-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:

(i)      is-CIU tkun immaniġjata minn kumpanija li tkun soġġetta għal- superviżjoni li tkun ikkunsidrata ekwivalenti għal dik stipulata fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni; 

(ii)      il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tkun żgurata adegwatament;

(b) il-prospett tas-CIU jew dokument ekwivalenti jinkludi li ġejjin:

(i)      il-kategorija ta’ assi li fiha s-CIU tkun awtorizzata tinvesti;

(ii)      jekk ikun hemm xi limiti applikabbli fuq l-investiment, il-limiti relattivi u l-metodoloġiji sabiex dawn jiġu kkalkolati; 

(c) l-operat tas-CIU jiġi rrappurtat lill-awtorità kompetenti fuq mill-inqas bażi annwali biex tkun tista’ ssir valutazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet, tal-introjtu u l-operazzjonijiet matul il-perjodu ta’ rappurtar.

Għall-finijiet tal-punt (a), il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, u soġġett għall-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 447(2), deċiżjoni dwar jekk pajjiż terz japplikax arranġamenti superviżorji u regolatorji li jkunu tal-anqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni Ewropea. Fin-nuqqas ta’ din id-deċiżjoni, sal-1 ta’ Jannar 2014, l-istituzzjonijiet jistgħu jkomplu japplikaw it-trattament stabilit f’dan il-paragrafu għal pajjiż terz meta l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kienu approvaw il-pajjiż terz bħala eliġibbli għal dan it-trattament qabel l-1 ta’ Jannar 2013.

4. Fejn l-istituzzjoni tkun konxja mill-iskoperturi sottostanti ta’ CIU, tista’ tinvestiga dawk l-iskoperturi sottostanti sabiex tikkalkula l-piż medju tar-riskju għall-iskoperturi tagħha fil-forma ta’ azzjonijiet fis-CIUs skont il-metodi stabiliti f’dan il-Kapitolu. Meta skopertura sottostanti tas-CIU tkun fiha nnifisha skopertura fil-forma ta’ ishma f’CIU oħra li jissodisfaw il-kriterji tal-paragrafu 3, l-istituzzjoni tista’ tinvestiga l-iskoperturi sottostanti ta’ dik is-CIU l-oħra.

5. Fejn l-istituzzjoni ma tkunx konxja mill-iskoperturi sottostanti ta’ CIU, tista’ tikkalkula piż medju tar-riskju għall-iskoperturi tagħha fil-forma ta’ unità jew sehem fis-CIU skont il-metodi stabiliti f’dan il-Kapitolu soġġett għas-suppożizzjoni li s-CIU l-ewwel tinvesti, sal-limitu massimu permess taħt il-mandat tagħha, fil-klassijiet ta’ skoperturi li jiġbdu l-ogħla rekwiżit kapitali, u mbagħad tkompli tinvesti f’ordni dixxendenti sakemm jintlaħaq il-limitu massimu tal-investiment totali.

L-istituzzjonijiet jistgħu jiddependu fuq il-partijiet terzi li ġejjin biex jikkalkulaw u jirrappurtaw, skont il-metodi stabiliti fil-paragrafi 4 u 5, piż tar-riskju għas-CIU:

(a) l-istituzzjoni depożitorja jew l-istituzzjoni finanzjarja depożitorja tas-CIU diment li s-CIU tinvesti b’mod esklussiv f’titoli u tiddepożita t-titoli kollha f’dik l-istituzzjoni depożitorja jew fl-istituzzjoni finanzjarja;

(b) fil-każ ta’ CIUs li ma jkunux koperti mill-punt (a), il-kumpanija maniġerjali tas-CIU, sakemm il-kumpanija maniġerjali tas-CIU tissodisfa l-kriterji stabiliti fil-paragrafu 3(a).

Il-korrettezza tal-kalkolu msemmi fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi kkonfermata minn awditur estern.

Artikolu 128 Skoperturi ta’ ekwità

1.           L-iskoperturi li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati bħala skoperturi ta’ ekwità:

(a)     skoperturi mhux ta’ dejn li jwasslu għal pretensjoni residwa u subordinata fuq l-assi jew fuq l-introjtu tal-emittent;

(b)     skoperturi ta’ dejn u titoli oħra, sħubiji, derivattivi, jew strumenti oħra, li s-sustanza ekonomika tagħhom tkun simili għall-iskoperturi speċifikati fil-punt (a).

2.           Skoperturi ta’ ekwità għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 100 %, sakemm ma jkunux meħtieġa li jitnaqqsu skont il-Parti Tnejn, għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 250% skont l-Artikolu 45(2), jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 1 250% skont l-Artikolu 84(3) jew jiġu ttrattati bħala skoperturi b’riskju għoli skont l-Artikolu 123.

3.           Investimenti f’ekwità jew fi strumenti kapitali regolatorji maħruġa mill-istituzzjonijiet għandhom jiġu kklassifikati bħala pretensjonijiet ta’ ekwità, sakemm ma jiġux imnaqqsa mill-fondi proprji jew jattiraw piż tar-riskju ta’ 250% skont l-Artikolu 33 1(c) jew jiġu ttrattati bħala entrati b’riskju għoli skont l-Artikolu 123.

Artikolu 129 Entrati oħra

1. Assi tanġibbli skont l-Artikolu 4(10) tad-Direttiva 86/635/KEE għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 100 %.

2. Prepagamenti u introjtu dovut li istituzzjoni ma tkunx kapaċi tistabilixxi l-kontroparti tagħhom skont id-Direttiva 86/635/KEE, għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 100 %.

3. Entrati fi flus li qegħdin fil-proċess li jinġabru għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 20 %. Flus fl-idejn u entrati ekwivalenti fi flus għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 0 %.

4. Ingotti tad-deheb miżmuma fl-imħażen tas-sigurtà proprji jew fuq bażi allokata sal-limitu sostnut mill-obbligazzjonijiet tal-ingotti tad-deheb għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 0 %.

5. Fil-każ ta’ bejgħ ta’ assi u ta’ ftehimiet ta’ riakkwist u ta’ xirjiet forward diretti, il-piż tar-riskju għandu jkun dak assenjat lill-assi inkwistjoni u mhux lill-kontropartijiet tat-tranżazzjonijiet.

6. Fejn istituzzjoni tipprovdi protezzjoni tal-kreditu għal għadd ta’ skoperturi skont pattijiet li dak f'ordni kronoloġika ta’ inadempjenza fost l-iskoperturi għandu jixkatta pagament u li dan l-avveniment ta’ kreditu għandu jittermina l-kuntratt, u fejn il-prodott ikollu valutazzjoni tal-kreditu esterna minn ECAI eliġibbli, għandhom jiġu assenjati l-piżijiet tar-riskju preskritti fil-Kapitolu 5. Jekk il-prodott ma jkunx ikklassifikat minn ECAI eliġibbli, il-piżijiet tar-riskju tal-iskoperturi inklużi fil-baskett sejrin jiġu aggregati, esklużi l-iskoperturi n-1, sa massimu ta’ 1250 % u mmultiplikat bl-ammont nominali tal-protezzjoni pprovdut mid-derivattiv ta’ kreditu sabiex jinkiseb l-ammont ta’ assi ppeżat għar-riskju. L-iskoperturi n-1 li jkollhom jiġu esklużi mill-aggregat għandhom jiġu stabiliti abbażi li dawn għandhom jinkludu dawk l-iskoperturi li kull waħda minnhom jipproduċu ammont tal-iskopertura b’inqas piż tar-riskju mill-ammont tal-iskopertura peżata għar-riskju ta’ kwalunkwe skopertura inkluża fl-aggregat.

7. Il-valur tal-iskopertura fir-rigward ta’ kuntratti ta’ keri għandu jkun il-pagament minimi skontati tal-kera. Pagamenti minimi tal-kera huma l-pagamenti matul it-terminu tal-kiri li l-kerrej jagħmel jew jista’ jintalab jagħmel u kwalunkwe opzjoni bi prezz innegozjat li l-eżerċizzju tiegħu jkun reġonevolment ċert. Kull parti li ma tkunx sid il-kera tista’ teħtieġ li tagħmel pagament relatat mal-valur residwu ta’ proprjetà mikrija u li l-obbligu ta’ ħlas jissodisfa s-sett ta’ kundizzjonijiet fl-Artikolu 197 fir-rigward tal-eliġibbiltà tal-fornituri tal-protezzjoni kif ukoll ir-rekwiżiti għar-rikonoxximent tat-tipi oħra ta’ garanziji previsti fl-Artikoli 208 sa 210, dak l-obbligu ta’ ħlas jista’ jitqies bħala protezzjoni mhux finanzjata tal-kreditu skont il-Kapitolu 4. Dawn l-iskoperturi għandhom jiġu assenjati lill-klassi rilevanti ta’ skopertura skont l-Artikolu 107. Meta l-iskopertura tkun valur residwu ta’ assi mikrija, l-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju għandhom jiġu kkalkulati kif ġej: 1/t * 100 % * valur tal-iskopertura, fejn t huwa l-akbar wieħed ta’ 1 u l-eqreb numru ta’ snin sħaħ li fadal tal-kirja.

Taqsima 3 Ir-rikonoxximent u l-immappjar tal-valutazzjoni tar-riskju ta’ kreditu

Subtaqsima 1 Ir-rikonoxximent tal-ECAIs

Artikolu 130 ECAIs

1. Valutazzjoni tal-kreditu esterna tista’ tintuża biex tistabilixxi l-piż tar-riskju ta’ skopertura skont dan il-Kapitolu biss jekk tkun inħarġet minn ECAI eliġibbli jew tkun ġiet approvata minn ECAI eliġibbli skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009.

2. ECAI eliġibbli huma l-aġenziji kollha ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu li jkunu ġew irreġistrati jew iċċertifikati skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 u l-banek ċentrali li joħorġu klassifikazzjonijiet ta’ kreditu li jkunu eżenti mir-Regolament (KE) Nru 1060/2009.

3. L-ABE għandha tippubblika lista tal-ECAIs eliġibbli.

Subtaqsima 2 L-immappjar tal-valutazzjonijiet tal-kreditu tal-ECAI

Artikolu 131 L-immappjar tal-valutazzjonijiet tal-kreditu tal-ECAI

1. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika għall-ECAI eliġibbli kollha, ma’ liema mill-iskala tal-kwalità kreditizja stabiliti fit-Taqsima 2 jikkorrispondu il-valutazzjonijiet rilevanti tal-kreditu tal-ECAI eliġibbli ('immappjar'). Dawk id-determinazzjonijiet għandhom ikunu oġġettivi u konsistenti.

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014 u għandha tissottometti abozzi ta’ standards tekniċi riveduti fejn ikun meħtieġ.

Il-Kummissjoni hija kkonferita s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

2. Meta tkun qiegħda tiddetermina l-immappjar tal-valutazzjonijiet tal-kreditu, l-ABE għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) sabiex tiddifferenzja bejn il-gradi relattivi ta’ riskju espressi minn kull valutazzjoni tal-kreditu, l-ABE għandha tikkunsidra fatturi kwantitattivi bħar-rata ta’ inadempjenza ta’ terminu twil assoċjata mal-oġġetti kollha li jkunu assenjati l-istess valutazzjoni tal-kreditu. Fil-każ ta’ ECAI stabiliti riċentement u għal dawk li għandhom biss rekord qasir ta’ informazzjoni ta’ inadempjenzi, l-ABE għandha titlob lill-ECAI x’taħseb li tkun r-rata ta’ inadempjenza ta' terminu twil assoċjata mal-entrati kollha assenjati l-istess valutazzjoni tal-kreditu ;

(b) sabiex tiddifferenzja bejn il-gradi relattivi ta’ riskju espressi minn kull valutazzjoni tal-kreditu, l-ABE għandha tikkunsidra l-fatturi kwalitattivi bħall-pula ta’ emittenti li l-ECAI tkopri, il-firxa ta’ valutazzjonijiet tal-kreditu li l-ECAI tassenja, kull tifsira ta’ valutazzjoni tal-kreditu u d-definizzjoni ta’ inadempjenza għall-ECAI;

(c) l-ABE għandha tqabbel ir-rati ta’ inadempjenza esperjenzati għal kull valutazzjoni tal-kreditu ta’ ECAI partikolari u tqabbilhom ma’ parametru referenzjarju mibni abbażi tar-rati ta’ inadempjenza esperjenzati minn ECAI oħra fuq popolazzjoni ta’ emittenti li jippreżentaw livell ekwivalenti tar-riskju ta’ kreditu;

(d) fejn ir-rati ta’ inadempjenza esperjenzati għall-valutazzjoni tal-kreditu ta’ ECAI partikolari jkunu materjalment u sistematikament ogħla mill-punt ta’ riferiment, l-ABE għandha tassenja skala ogħla tal-kwalità kreditizja fuq l-iskala ta’ valutazzjoni tal-kwalità kreditizja għall-valutazzjoni tal-kreditu tal-ECAI;

(e) fejn l-ABE tkun żiedet il-piż assoċjat tar-riskju għal valutazzjoni speċifika tal-kreditu ta’ ECAI partikolari, u meta r-rati ta’ inadempjenza esperjenzati għall-valutazzjoni tal-kreditu ta’ dik l-ECAI ma jkunux għadhom materjalment u sistematikament ogħla mill-parametru referenzjarju, l-ABE għandha tiddeċiedi li tirrestawra l-iskala oriġinali tal-kwalità kreditizja fl-iskala tal-valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu għall-valutazzjoni tal-kreditu tal--ECAI.

3. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika l-fatturi kwantitattivi msemmija fil-punt (a), u l-fatturi kwalitattivi msemmija fil-punt (b) u l-punt ta’ riferiment imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 2.

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Il-Kummissjoni hija kkonferita s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Subtaqsima 3 L-użu tal-valutazzjonijiet tal-kreditu minn Aġenziji tal-Krediti għall-Esportazzjoni

Artikolu 132 L-użu tal-valutazzjonijiet tal-kreditu minn Aġenziji tal-Krediti għall-Esportazzjoni

1. Għall-fini tal-Artikolu 109, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw valutazzjonijiet tal-kreditu ta’ Aġenziji tal-Krediti għall-Esportazzjoni, jekk waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin tkun ġiet ssodisfata:

(a) tkun eżitu ta’ konsensus dwar ir-riskju mqabbel minn Aġenziji tal-Krediti għall-Esportazzjoni li jkunu qegħdin jipparteċipaw fl-‘Arranġament dwar il-Linji Gwida għall-Krediti tal-Esportazzjoni’ tal-OECD; 

(b) l-Aġenzija tal-Krediti għall-Esportazzjoni tippubblika l-valutazzjonijiet tal-kreditu tagħha, u l-Aġenzija tal-Krediti għall-Esportazzjoni tissottoskrivi għall-metodoloġija miftiehma tal-OECD, u l-valutazzjoni tal-kreditu tiġi assoċjata ma’ wieħed mit-tmien primjums minimi tal-assigurazzjoni fuq l-esportazzjoni li l-metodoloġija miftiehma tal-OECD tistabilixxi.

2. Skoperturi li għalihom, għal finijiet ta’ peżar tar-riskju, ikun hemm rikonoxxuta valutazzjoni tal-kreditu minn Aġenzija tal-Krediti għall-Esportazzjoni, għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju skont it-Tabella 9.

Tabella 9

MEIP || 0 || 1 || 2 || 3 || 4 || 5 || 6 || 7

Piż tar-riskju || 0 % || 0 % || 20 % || 50 % || 100 % || 100 % || 100 % || 150 %

3.           L-ABE għandha toħroġ linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament 1093/2010 sal-1 ta’ Jannar 2014 dwar l-Aġenziji tal-Krediti għall-Esportazzjoni li jistgħu jintużaw mill-istituzzjonijiet skont il-paragrafu 1.

Taqsima 4 L-użu tal-valutazzjonijiet tal-kreditu tal-ECAI għad-determinazzjoni tal-piżijiet tar-riskju

Artikolu 133 Rekwiżiti ġenerali

Istituzzjoni tista’ tinnomina ECAI waħda eliġibbli jew aktar biex jintużaw biex jiġu stabiliti l-piżijiet tar-riskju li jkollhom jiġu assenjati għall-assi u għall-oġġetti li ma jidhrux fil-karta bilanċjali. Il-valutazzjonijiet tal-kreditu ma għandhomx jintużaw b’mod selettiv. Huma u jużaw il-valutazzjoni tal-kreditu, l-istituzzjonijiet għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)          istituzzjoni li tiddeċiedi li tuża l-valutazzjonijiet tal-kreditu prodotti minn ECAI eliġibbli għal ċerta klassi ta’ entrati għandha tuża dawk il-valutazzjonijiet tal-kreditu konsistentement għar-riskji kollha li jappartjenu għal dik il-klassi;

(b)          istituzzjoni li tiddeċiedi li tuża l-valutazzjonijiet tal-kreditu prodotti minn ECAI eliġibbli għandha tużahom b’mod kontinwu u konsistenti tul iż-żmien;

(c)          istituzzjoni għandha tuża biss valutazzjonijiet tal-kreditu minn ECAI li jqisu l-ammonti kollha dovuti lilha kemm f’kapital kif ukoll f’imgħax;

(d)          fejn għal entrata klassifikat tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu waħda biss minn ECAI nominata, għandha tintuża dik il-valutazzjoni tal-kreditu biex tiddetermina l-piż tar-riskju għal dak l-oġġett;

(e)          fejn ikunu disponibbli żewġ valutazzjonijiet tal-kreditu minn ECAI nominati u t-tnejn jikkorrispondu ma’ piżijiet differenti tar-riskju għal entrata klassifikata, għandu jiġi assenjat l-ogħla piż tar-riskju;

(f)           fejn għal entrata klassifikata jkunu disponibbli aktar minn żewġ valutazzjonijiet tal-kreditu minn ECAI nominati, għandhom jintużaw iż-żewġ valutazzjonijiet li jiġġeneraw l-aktar żewġ piżijiet baxxi tar-riskju. Jekk l-iċken żewġ piżijiet tar-riskju jkunu differenti, għandu jiġi assenjat l-ogħla piż tar-riskju. Jekk l-iċken żewġ piżijiet ikunu l-istess, għandu jiġi assenjat dak il-piż tar-riskju.

Artikolu 134 Valutazzjoni tal-kreditu tal-emittent u tal-emissjoni

1. Fejn teżisti valutazzjoni tal-kreditu għal programm jew faċilità emittenti speċifika li għalih tappartjeni l-entrata li tikkostitwixxi l-iskopertura, għandha tintuża din il-valutazzjoni tal-kreditu biex jiġi ddeterminat il-piż tar-riskju li għandu jiġi assenjat lil dik l-entrata.

2. Fejn ma teżistix valutazzjoni tal-kreditu direttament applikabbli għal ċertu entrati, iżda teżisti valutazzjoni tal-kreditu għal programm jew faċilità emittenti speċifika li l-entrata li tikkostitwixxi l-iskopertura ma tappartjenix għalih jew teżisti valutazzjoni ġenerali tal-kreditu għall-emittent, allura dik il-valutazzjoni tal-kreditu għandha tintuża f’waħda mill-każijiet li ġejjin:

(a) tipproduċi piż tar-riskju akbar minn dak li kieku jkun il-każ u l-iskopertura inkwistjoni tikklassifika pari passu jew subordinarju fl-aspetti kollha tal-programm jew tal-faċilità emittenti speċifika jew għal skoperturi superjuri skoperti ta’ dak l-emittent, kif rilevanti; 

(b) tipproduċi piż tar-riskju iċken u l-iskopertura inkwistjoni tikklassifika pari passu jew superjuri fl-aspetti kollha tal-programm jew tal-faċilità speċifika emittenti jew għal skoperturi superjuri skoperti ta’ dak l-emittent, kif rilevanti.

Fil-każijiet l-oħra kollha, l-iskopertura għandha tiġi trattata bħala mhux klassifikata.

3. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx iwaqqfu l-applikazzjoni tal-Artikolu 124.

4. Il-valutazzjonijiet tal-kreditu għal emittenti fi grupp korporattiv ma jistgħux jintużaw bħala valutazzjoni tal-kreditu ta’ emittent ieħor fl-istess grupp korporattiv.

Artikolu 135 Valutazzjonijiet tal-kreditu ta' terminu twil u ta' terminu qasir

1. Valutazzjonijiet tal-kreditu ta' terminu qasir jistgħu jintużaw biss għal assi u entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali ta' terminu qasir li jikkostitwixxu skoperturi għall-istituzzjonijiet u korporattivi.

2. Kwalunkwe valutazzjoni tal-kreditu ta' terminu qasir għandha tapplika biss għall-entrata li għaliha tirreferi l-valutazzjoni tal-kreditu ta' terminu qasir, u ma għandhiex tintuża biex jiġu dderivati l-piżijiet tar-riskju ta’ xi entrata oħra, ħlief fil-każijiet li ġejjin:

(a) jekk faċilità klassifikata ta' terminu qasir tiġi assenjata piż tar-riskju ta’ 150 %, allura l-iskoperturi kollha skoperti mhux klassifikati fuq dak l-obbligant sew jekk ta' terminu qasir kif ukoll ta' terminu twil għandhom ukoll jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 150 %;

(b) jekk faċilità klassifikata ta' terminu qasir tiġi assenjata piż tar-riskju ta’ 50 %, ma għandu jiġi assenjat l-ebda piż tar-riskju għal skopertura mhux klassifikata ta' terminu qasir ta’ inqas minn 100 %.

Artikolu 136 Entrati f’muniti domestiċi u f’muniti barranin

Valutazzjoni tal-kreditu li tirreferi għal entrata ddenominata fil-munita domestika tal-obbligant ma tistax tintuża biex jiġi dderivat il-piż tar-riskju għal skopertura oħra ta’ dak l-istess obbligant li tkun iddenominata f’munita barranija.

Meta skopertura li tkun ġejja mill-parteċipazzjoni ta’ istituzzjoni f’selfa li tkun ġiet estiża minn Bank Multilaterali tal-Iżvilupp li l-istatus tiegħu bħala kreditur ippreferut ikun rikonoxxut fis-suq, il-valutazzjoni tal-kreditu fuq il-munita domestika tal-obbligant tista’ tintuża għall-finijiet tal-ippeżar tar-riskju.

Kapitolu 3 Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Interni (IRB)

Taqsima 1 Permess mill-awtoritajiet kompetenti sabiex jintuża l-Approċċ IRB

Artikolu 137 IRB 0 Definizzjonijiet

1. Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)     ‘sistema ta’ klassifikazzjoni’ tfisser il-metodi, il-proċessi, il-kontrolli, il-ġbir ta’ dejta u s-sistemi informatiċi kollha li jappoġġjaw il-valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu, l-assenjazzjoni tal-iskoperturi għall-gradi jew għall-pulijiet ta’ klassifikazzjoni, u l-kwantifikazzjoni tal-estimi tal-inadempjenza u tat-telf li ġiet żviluppata għal ċertu tip ta’ skoperturi;

(2)     ‘tip ta’ skoperturi’ tfisser skoperturi mmaniġjati b’mod omoġenju li ġew iffurmati permezz ta’ ċertu tip ta’ faċilitajiet u li jistgħu jiġu limitati għal entità unika jew għal subsett uniku ta’ entitajiet fi grupp sakemm l-istess tip ta’ riskji jiġu mmaniġjati b’mod differenti f’entitajiet oħra tal-grupp;

(3)     ‘unità operatorja’ tfisser kull entità organizzazzjonali jew ġuridika, linji ta’ negozju, postijiet ġeografiċi separati;

(4)     ‘entità finanzjarja regolata’ tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)     l-entitajiet li ġejjin, inklużi entitajiet ta’ pajjiż terz, li jwettqu attivitajiet simili, li jkunu soġġetti għal superviżjoni prudenzjali skont il-leġiżlazzjoni tal-UE jew għal leġiżlazzjoni ta’ pajjiż terz li japplikaw rekwiżiti superviżorji u regolatorji prudenzjali li jkunu tal-anqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni:

(i)      istituzzjoni ta’ kreditu;

(ii)      ditta tal-investiment;

(iii)     impriża tal-assigurazzjoni;

(iv)     kumpanija azzjonarja finanzjarja;

(v)     kumpanija azzjonarja ta' attività mħallta.

(b)     kull entità oħra li tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin kollha:

(i)      twettaq attività waħda jew aktar elenkati fl-Anness I tad-Direttiva [inserit minn OP] jew fl-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE;

(ii)      tkun sussidjarja ta’ entità finanzjarja regolata;

(iii)     tkun inkluża fis-superviżjoni prudenzjali fuq livell konsolidat tal-grupp;

(c)     kwalunkwe entità msemmija fil-punt (a)(i) sa (v) jew fil-punt (b) li ma tkunx soġġetta għal rekwiżiti superviżorji u regolatorji prudenzjali li jkunu tal-anqas ekwivalenti għal dawk fl-Unjoni imma li tifforma parti minn grupp li tkun soġġetta għal dawk l-arranġamenti fuq bażi konsolidata;

(5)     ‘entità finanzjarja regolata kbira' tfisser kull entità finanzjarja regolata li l-assi totali tagħha, fuq il-livell ta’ dik id-ditta individwali jew fuq il-livell konsolidat tal-grupp, ikunu akbar jew ekwivalenti għal-livell limitu ta’ EUR 70 biljun, fejn l-aktar rapporti finanzjarji riċentement awditjati tal-kumpanija prinċipali u tas-sussidjarji konsolidati għandhom jintużaw biex jiġi ddeterminat id-daqs tal-assi;

(6)     ‘entità finanzjarja mhux regolata’ tfisser kull entità oħra li ma tkunx entità regolata iżda li twettaq attività waħda jew aktar elenkata fl-Anness I tad-Direttiva [inserit minn OP] jew elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE;

(7)     ‘grad tal-obbligant’ tfisser kategorija ta’ riskju fuq skala ta’ klassifikazzjoni tal-obbliganti f’sistema ta’ klassifikazzjoni, li l-obbliganti jiġu assenjati fiha abbażi ta’ sett speċifikat u distint ta’ kriterji ta’ klassifikazzjoni, li minnha jiġu dderivati l-istimi tal-PD;

(8)     ‘grad tal-faċilità’ tfisser kategorija ta’ riskju fuq skala ta' klassifikazzjoni tal-faċilità tas-sistema, li fiha l-iskoperturi jiġu assenjati abbażi ta’ kriterji speċifikati u distinti ta’ klassifikazzjoni li minnha jiġu dderivati l-estimi proprji ta’ Telf fil-Każ ta’ Inadempjenza;

(9)     ‘servicer’ tfisser entità li li timmaniġja pula ta’ riċevibbli mixtrija jew l-iskoperturi ta’ kreditu sottostanti ta’ kuljum.

2. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kundizzjonijiet skont liema l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l-ekwivalenza ta’ rekwiżiti superviżorji u regolatorji prudenzjali stabiliti fil-leġiżlazzjoni tal-pajjiżi terzi.

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 138 Permess biex jintuża l-Approċċ IRB

1. Meta l-kundizzjonijiet stabiliti f’dan il-Kapitolu jiġu ssodisfati, l-awtorità kompetenti għandha tippermetti li l-istituzzjonijiet jikkalkulaw l-ammonti tal-iskoperturi tagħhom peżati għar-riskju billi jużaw l-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjoni Interna (minn hawn ’il quddiem l-‘Approċċ IRB’).

2. Il-permess biex jintuża l-Approċċ IRB, inkluż l-estimi proprji ta’ Telf fil-Każ ta’ Inadempjenza (minn hawn ’il quddiem ‘LGD’) u l-fatturi ta’ konverżjoni, huwa meħtieġa għal kull wieħed minnhom u għal kull sistema ta’ klassifikazzjoni u approċċi bbażati fuq mudelli interni fir-rigward ta’ skoperturi ta’ ekwità u l-approċċ għall-istima tal-LGDs u tal-fatturi ta’ konverżjoni użati.

3. L-istituzzjonijiet għandhom jiksbu l-permess tal-awtoritajiet kompetenti għal li ġejjin:

(a) bidliet għall-medda ta’ applikazzjoni ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni jew fl-approċċ ibbażati fuq mudelli interni għal skoperturi ta’ ekwità li l-istituzzjoni tkun irċeviet permess biex tuża;

(b) bidliet materjali għal sistema ta’ klassifikazzjoni jew fl-approċċ ibbażati fuq mudelli interni għal skoperturi ta’ ekwità li l-istituzzjoni tkun irċeviet permess biex tuża.

Il-medda ta’ applikazzjoni ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni għandha tinkludi l-iskoperturi kollha tat-tip ta’ skopertura rilevanti li għalihom tkun ġiet żviluppata s-sistema ta’ klassifikazzjoni.

4. L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti bit-tibdil kollu fis-sistemi ta’ klassifikazzjoni u fl-approċċi bbażati fuq mudelli interni għal skoperturi ta’ ekwità.

5. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kundizzjonijiet skont liema l-istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw il-materjalità tal-bidliet għas-sistemi ta’ klassifikazzjoni jew fl-approċċi bbażati fuq mudelli interni fir-rigward ta’ skoperturi ta’ ekwità skont l-Approċċ IRB imsemmi fil-paragrafu 1 li jeħtieġu permess addizzjonali jew li jeħtieġu notifika.

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 139 Valutazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti dwar applikazzjoni biex jintuża l-Approċċ IRB

1. L-awtorità kompetenti għandha tagħti permess skont l-Artikolu 138 biex istituzzjoni tuża l-Approċċ IRB, inkluż sabiex tuża l-estimi proprji tal-LGD u tal-fatturi ta’ konverżjoni, biss jekk l-awtorità kompetenti tkun issodisfata li r-rekwiżiti stabiliti f’dan il-Kapitolu jkunu ġew issodisfati, b’mod partikolari dawk stabiliti fit-Taqsima 6, u li s-sistemi tal-istituzzjoni għall-immaniġjar u l-klassifikazzjoni tal-iskopertura ta’ riskji ta’ kreditu jkunu tajba u jiġu implimentati b’integrità u, b’mod partikolari, li l-istituzzjoni wriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-istandards li ġejjin ikunu ġew issodisfati:

(a) is-sistemi ta’ klassifikazzjoni tal-istituzzjoni jiddisponu għal valutazzjoni sinifikanti tal-karatteristiċi tal-obbligant u tat-tranżazzjonijiet, id-differenzjar sinifikanti tar-riskju u estimi kwantitattivi tar-riskju li jkunu akkurati u konsistenti;

(b) il-klassifikazzjonijiet interni u l-estimi ta’ inadempjenza u ta’ telf użati fil-kalkolu tar-rekwiżiti tal-fondi proprji u fis-sistemi u l-proċessi assoċjati għandhom rwol essenzjali fil-proċess tal-immaniġjar tar-riskju u tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, u fil-funzjonijiet ta’ approvazzjoni tal-kreditu, fl-allokazzjoni interna tal-kapital u tal-governanza korporattiva tal-istituzzjoni;

(c) l-istituzzjoni għandha unità għall-kontroll tar-riskju ta’ kreditu responsabbli għas-sistemi ta’ klassifikazzjoni tagħha li tkun indipendenti u ħielsa kif xieraq minn influwenza bla bżonn;

(d) l-istituzzjoni tiġbor u taħżen id-dejta kollha rilevanti sabiex tipprovdi appoġġ effikaċi għall-proċess tal-kejl u l-immaniġjar tar-riskju ta’ kreditu tagħha;

(e) l-istituzzjoni tiddokumenta s-sistemi ta’ klassifikazzjoni tagħha u r-raġuni għat-tfassil tagħhom u tivvalida s-sistemi ta’ klassifikazzjoni tagħha;

(f) l-istituzzjoni tkun ivvalidat is-sistemi ta’ klassifikazzjoni tagħha matul perjodu ta’ żmien xieraq qabel il-permess sabiex tintuża din is-sistema ta’ klassifikazzjoni jew l-approċċ ibbażat fuq mudelli interni għall-iskoperturi ta’ ekwità, matul dan il-perjodu ta’ żmien tkun ivvalutat jekk dawn is-sistemi ta’ klassifikazzjoni u l-approċċi bbażati fuq mudelli interni għal skoperturi ta’ ekwità jkunux adatti għall-firxa tal-applikazzjoni tas-sistema ta’ klassifikazzjoni, u tkun għamlet il-bidliet neċessarji għal dawn is-sistemi ta’ klassifikazzjoni u għall-approċċi bbażati fuq mudelli interni għal skoperturi ta’ ekwità wara l-valutazzjoni tagħha;

(g) l-istituzzjoni tkun ikkalkulat skont l-Approċċ IRB ir-rekwiżiti tal-fondi proprji bħala riżultat tal-estimi tal-parametri tar-riskji u tkun kapaċi tissottometti r-rappurtar kif meħtieġ mill-Artikolu 95.

Ir-rekwiżiti sabiex jintuża l-Approċċ IRB, inkluż l-estimi proprji tal-LGD u tal-fatturi ta’ konverżjoni, japplikaw ukoll meta istituzzjoni tkun implimentat sistema ta’ klassifikazzjoni, jew mudell użat f’sistema ta’ klassifikazzjoni, li tkun xtrat minn venditur terza parti.

2. L-ABE għandha tiżviluppa standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-proċessi li l-awtoritajiet kompetenti għandhom isegwu waqt li jkunu qegħdin jivvalutaw il-konformità ta’ istituzzjoni mar-rekwiżiti sabiex tuża l-Approċċ IRB.

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31ta’ Diċembru 2014.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 140 Esperjenza preċedenti fl-użu tal-Approċċi IRB

1. Istituzzjoni li tkun qiegħda tapplika biex tuża l-Approċċ IRB għandha tkun ilha tuża sistemi ta’ klassifikazzjoni, fir-rigward tal-klassijiet ta’ skoperturi tal-IRB inkwistjoni, li kienu konformi mar-rekwiżiti stabiliti fit-Taqsima 6 għall-finijiet tal-kejl u għall-immaniġjar tar-riskji interni għal mill-inqas tliet snin qabel ma kkwalifikat biex tuża l-Approċċ IRB.

2. Istituzzjoni li tkun qiegħda tapplika biex tuża l-estimi proprji tal-LGDs u tal-fatturi ta’ konverżjoni għandha turi għas-sodisfazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti li kienet qiegħda tagħmel stima u tuża l-estimi tagħha tal-LGDs u tal-fatturi ta’ konverżjoni b’mod konsistenti mar-rekwiżiti għall-użu tal-estimi proprji ta’ dawk il-parametri stabiliti fit-Taqsima 6 għal mill-inqas tliet snin qabel ma tikkwalifika biex tuża l-estimi proprji tal-LGDs u tal-fatturi ta’ konverżjoni.

3. Meta istituzzjoni testendi l-użu tal-Approċċ IRB wara l-permess inizjali għalih, l-esperjenza tal-istituzzjoni għandha tkun suffiċjenti biex tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 4 u 5 fir-rigward tal-iskoperturi addizzjonali koperti. Jekk l-użu tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni jiġi estiż għal skoperturi li jkunu ferm differenti mill-ambitu tal-iskopetura eżistenti, tant li l-esperjenza eżistenti ma tistax tiġi raġonevolment issoponuta li tkun biżżejjed biex tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dawn id-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-iskoperturi addizzjonali, allura r-rekwiżiti tal-paragrafi 4 u 5 għandhom japplikaw separatament għall-iskoperturi addizzjonali .

Artikolu 141 Miżuri li jkollhom jittieħdu meta r-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu ma jibqgħux jiġu ssodisfati

Meta istituzzjoni ma tibqax tikkonforma mar-rekwiżiti stabiliti f’dan il-Kapitolu, għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti u tagħmel waħda minn dawn li ġejjin:

(a)          tippreżenta lill-awtorità kompetenti pjan għal ritorn propizju għall-konformità;

(b)          turi għas-sodisfazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti li l-effett tan-nonkonformità jkun immaterjali.

Artikolu 142 Metodoloġija biex skopertura tiġi assenjata fi klassijiet ta’ skoperturi

1. Il-metodoloġija użata mill-istituzzjoni sabiex tassenja skoperturi fi klassijiet differenti ta’ skoperturi għandha tkun xierqa u konsistenti maż-żmien.

2. Kull skopertura għandha tiġi assenjata f’waħda mill-klassijiet differenti ta’ skoperturi:

(a) pretensjonijiet jew pretensjonijiet kontinġenti fuq gvernijiet ċentrali u fuq banek ċentrali;

(b) pretensjonijiet jew pretensjonijiet kontinġenti fuq istituzzjonijiet;

(c) pretensjonijiet jew pretensjonijiet kontinġenti fuq korporattivi;

(d) pretensjonijiet fil-livell tal-konsumatur jew pretensjonijiet kontinġenti fil-livell tal-konsumatur;

(e) pretensjonijiet ta’ ekwità;

(f) pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni;

(g) assi oħra b’obbligi mhux ta’ kreditu.

3. L-iskoperturi li ġejjin għandhom jiġu assenjati lill-klassi stabilita fil-punt (a) tal-paragrafu 2:

(a) skoperturi għal gvernijiet reġjonali, għal awtoritajiet lokali jew għal entitajiet tas-settur pubbliku ttrattati bħala skoperturi għal gvernijiet ċentrali skont l-Artikolu 110 u 110; 

(b) skoperturi għal Banek Multilaterali tal-Iżvilupp li saret referenza għalihom fl-Artikolu 112, jew Organizzazzjonijiet Internazzjonali li jattiraw piż tar-riskju ta’ 0 % skont l-Artikolu 113.

4. L-iskoperturi li ġejjin għandhom jiġu assenjati fil-klassi stabilita fil-punt (b) tal-paragrafu 2:

(a) skoperturi għal gvernijiet reġjonali u għal awtoritajiet lokali li ma jkunux ittrattati bħala skoperturi għal gvernijiet ċentrali skont l-Artikolu 110;

(b) skoperturi għal Entitajiet tas-Settur pubbliku li jkunu ttrattati bħala skoperturi għall-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 110; u

(c) skoperturi għal Banek multilaterali tal-Iżvilupp li ma ġewx assenjati piż tar-riskju ta’ 0 % skont l-Artikolu 112.

5. Biex ikunu eliġibbli għall-klassi tal-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur stabilita fil-punt (d) tal-paragrafu 2, skoperturi għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

(a) għandhom ikunu jappartjenu għal waħda minn dawn li ġejjin:

(i)      persuna jew persuni fiżiċi;

(ii)      għal intrapriża żgħira jew medja, sakemm fil-każ tal-aħħar l-ammont totali dovut lill-istituzzjoni u lill-impriżi prinċipali u lis-sussidjarji tagħha, inkluż xi skoperturi wara d-data tal-għeluq, minn klijent obbligant jew minn grupp ta’ klijenti konnessi, iżda eskluż il-pretensjonijiet jew il-pretensjonijiet kontinġenti garantiti fuq proprjetà residenzjali kollaterali, ma għandux, sa fejn taf l-istituzzjoni, li għandha tkun ħadet passi raġonevoli biex tikkonferma s-sitwazzjoni, jaqbeż l-EUR 1 miljun;

(b) ikunu ttrattati mill-istituzzjoni fl-immaniġjar tar-riskju tagħha b’mod konsistenti maż-żmien u b’mod simili;

(c) ma jkunux immaniġjati sempliċement b’mod individwali bħal skoperturi fil-klassi tal-iskoperturi korporattivi; 

(d) kull waħda tirrappreżenta waħda minn għadd sinifikanti ta’ skoperturi mmaniġjati b’mod simili.

Minbarra l-iskoperturi elenkati fl-ewwel subparagrafu, il-valur preżenti tal-pagamenti tal-kiri minimi fil-livell tal-konsumatur għandu jiġi inkluż fil-klassi tal-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur.

6. L-iskoperturi li ġejjin għandhom jiġu assenjati lill-klassi tal-iskoperturi ta’ ekwità stabilita fil-punt (e) tal-paragrafu 2:

(a) skoperturi mhux ta’ dejn li jwasslu għal pretensjoni residwa u subordinata fuq l-assi jew fuq l-introjtu tal-emittent; 

(b) skoperturi ta’ dejn u titoli oħra, sħubiji, derivattivi, jew strumenti oħra, li s-sustanza ekonomika tagħhom tkun simili għall-iskoperturi speċifikati fil-punt (a).

7. Kwalunkwe obbligu ta’ kreditu mhux assenjat lill-klassijiet ta’ skoperturi stabiliti fil-punti (a), (b), (d), (e) u (f) tal-paragrafu 2 għandu jiġi assenjat lill-klassi tal-iskoperturi korporattiva msemmija fil-punt (c) ta’ dak il-paragrafu.

8. Fil-klassi tal-iskoperturi korporattiva stabilita fil-punt (c) tal-paragrafu 2, l-istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw separatament bħala skoperturi speċjalizzati ta’ għoti ta’ self, skoperturi li jkollhom il-karatteristiċi li ġejjin:

(a) l-iskopertura tkun għal entità li nħolqot speċifikament biex tiffinanzja jew topera assi fiżiċi;

(b) l-arranġamenti kuntrattwali jagħtu lill-mutwanti grad sostanzjali ta’ kontroll fuq l-assi u l-introjtu li jiġġeneraw; 

(c) is-sors primarju tar-ripagament tal-obbligu jkun l-introjtu ġġenerat mill-assi li qegħdin jiġu ffinanzjati, aktar milli l-kapaċità indipendenti ta’ intrapriża kummerċjali usa’.

9. Il-valur residwu ta’ proprjetajiet mikrija għandu jiġi assenjat lill-klassi ta’ skopertura stabilita fil-punt (g) tal-paragrafu 2, ħlief sal-limitu li l-valur residwu jkun diġà inkluż fl-iskopertura tal-kiri stabilita fl-Artikolu 162(4).

Artikolu 143 Il-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Approċċ IRB fi klassijiet differenti ta’ skoperturi u unitajiet operatorji

1. L-istituzzjonijiet u kwalunkwe impriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha għandhom jimplimentaw l-Approċċ IRB għall-iskoperturi kollha, sakemm ma jkunux irċevew il-permess tal-awtoritajiet kompetenti biex b’mod permanenti jużaw l-Approċċ Standardizzat skont l-Artikolu 145.

Soġġett għall-permess tal-awtoritajiet kompetenti, l-implimentazzjoni tista’ ssir b’mod sekwenzjali fil-klassijiet differenti ta’ skoperturi, imsemmija fl-Artikolu 142, fl-istess unità operatorja, f’unitajiet operatorji differenti fl-istess grupp jew għall-użu tal-estimi proprji tal-LGDs jew tal-fatturi ta’ konverżjoni għall-kalkolu tal-piżijiet tar-riskju għal skoperturi għal korporattivi, l-istituzzjonijiet, u gvernijiet ċentrali u banek ċentrali.

Fil-każ tal-klassi tal-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur imsemmija fl-Artikolu 142(5), l-implimentazzjoni tista’ ssir b’mod sekwenzjali fil-kategoriji ta’ skoperturi li magħhom jikkorrispondu l-korrelazzjonijiet differenti fl-Artikolu 149.

2. L-awtorità kompetenti għandha tistabilixxi l-perjodu ta’ żmien li matulu istituzzjoni, kwalunkwe impriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha għandhom ikunu meħtieġa li jimplimentaw l-Approċċ IRB għall-finijiet kollha. Dan il-perjodu ta’ żmien għandu jkun wieħed li l-awtorità kompetenti tikkunsidra li jkun xieraq abbażi tan-natura u l-iskala tal-istituzzjonijiet, kwalunkwe impriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha, u n-numru u n-natura ta’ sistemi ta’ klassifikazzjoni li jkollhom jiġu implimentati.

3. L-istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw l-Approċċ IRB skont il-kundizzjonijiet stabiliti mill-awtoritajiet kompetenti. L-awtorità kompetenti għandha tfassal dawk il-kundizzjonijiet sabiex jiġi żgurat li l-flessibilità skont il-paragrafu 1 ma tintużax b’mod selettiv għall-finijiet tal-kisba ta’ rekwiżiti tal-fondi proprji mnaqqsa fir-rigward ta’ dawk il-klassijiet ta’ skoperturi jew tal-unitajiet operatorji li jkunu għadhom iridu jiġu inklużi fl-Approċċ IRB jew fl-użu tal-estimi proprji tal-LGDs u tal-fatturi ta’ konverżjoni.

4. L-istituzzjonijiet li bdew jużaw l-Approċċ IRB biss wara l-1 ta’ Jannar 2013 għandhom iżommu l-kapaċità tagħhom li jikkalkulaw ir-rekwiżiti kapitali billi jużaw l-Approċċ Standardizzat għall-iskoperturi kollha tagħhom waqt il-perjodu ta’ implimentazzjoni sakemm l-awtoritajiet kompetenti jinnotifikawhom li jkunu ssodisfati li l-implimentazzjoni tal-Approċċ IRB sejra titlesta b’ċertezza raġonevoli.

5. Istituzzjoni li titħalla tuża l-Approċċ IRB għal xi klassi ta’ skopertura għandha titħalla tuża l-Approċċ IRB għall-klassi tal-iskoperturi ta’ ekwità, ħlief fejn l-istituzzjoni titħalla tapplika l-Approċċ Standardizzat għal skoperturi ta’ ekwità skont l-Artikolu 145.

6. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kundizzjonijiet skont liema l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il-kundizzjonijiet li permezz tagħhom għandhom jeħtieġu lill-istituzzjonijiet sabiex jimplimentaw l-Approċċ IRB skont dan l-Artikolu.

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31ta’ Diċembru 2014.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 144 Il-kundizzjonijiet biex terġa’ lura għall-użu ta’ approċċi inqas sofistikati

1. Istituzzjoni li tuża l-Approċċ IRB ma għandhiex tieqaf tuża dak l-approċċ u minflok għandha tuża l-Approċċ Standardizzat għall-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-użu tal-Approċċ Standardizzat ma jkunx propost sabiex inaqqas ir-rekwiżiti tal-fondi proprji tal-istituzzjoni, u li jkun meħtieġ abbażi tan-natura u l-kumplessità tal-istituzzjoni u ma jkunx sejjer ikollu impatt avvers materjali fuq is-solvenza tal-istituzzjoni jew fuq il-kapaċità tagħha li timmaniġja r-riskju effikaċement;

(b) l-istituzzjoni tkun irċeviet il-permess tal-awtorità kompetenti minn qabel.

2. L-istituzzjonijiet li kisbu permess skont l-Artikolu 146(9) biex jużaw l-estimi proprji tal-LGDs u tal-fatturi ta’ konverżjoni, ma għandhomx jerġgħu lura għall-użu tal-valuri tal-LGD u tal-fatturi ta’ konverżjoni msemmija fl-Artikolu 146(8) sakemm il-kundizzjonijiet li ġejjin ma jkunux issodisfati:

(a)     l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-użu tal-LGDs u tal-fatturi ta’ konverżjoni stabiliti fl-Artikolu 146(8) ma jkunx ġie propost sabiex inaqqas ir-rekwiżiti tal-fondi proprji tal-istituzzjoni, u li jkun neċessarju abbażi tan-natura u l-kumplessità tal-istituzzjoni u ma jkunx sejjer ikollu impatt avvers materjali fuq is-solvenza tal-istituzzjoni jew fuq il-kapaċità tagħha li timmaniġja r-riskju effikaċement;

(b)     l-istituzzjoni tkun irċeviet il-permess tal-awtorità kompetenti minn qabel.

3. L-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet biex jitħaddem l-Approċċ IRB stabiliti mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 143 u għall-permess għall-użu parzjali permanenti msemmi fl-Artikolu 145.

Artikolu 145 Il-kundizzjonijiet għall-użu parzjali permanenti

1. Meta l-istituzzjonijiet ikunu rċevew permess minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti, l-istituzzjonijiet li jitħallew jużaw l-Approċċ IRB fil-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju u għall-ammonti ta’ telf mistenni għal klassi ta’ skopertura waħda jew aktar, jistgħu jużaw l-Approċċ Standardizzat għall-iskoperturi li ġejjin :

(a) il-klassi tal-iskopertura stabilita fi 142(a), fejn in-numru ta’ kontropartijiet materjali jkun wieħed limitat u jkun ta’ oneruż bla bżonn għall-istituzzjoni biex timplimenta sistema ta’ klassifikazzjoni għal dawn il-kontropartijiet;

(b) il-klassi tal-iskopertura stabilita fl-Artikolu 142(b), fejn in-numru ta’ kontropartijiet materjali jkun wieħed limitat u jkun ta’ oneruż bla bżonn għall-istituzzjoni biex timplimenta sistema ta’ klassifikazzjoni għal dawn il-kontropartijiet;

(c) skoperturi f’unitajiet tan-neguzju li ma jkunux sinifikanti kif ukoll klassijiet ta’ skoperturi li jkunu immaterjali f’termini ta’ daqs u fil-profil tar-riskju pperċeput;

(d) skoperturi għal gvernijiet ċentrali tal-Istati Membri u l-gvernijiet reġjonali, l-awtoritajiet lokali u l-korpi amministrattivi tagħhom sakemm:

(i)      ma jkunx hemm differenza fir-riskju bejn l-iskoperturi għal dak il-gvern ċentrali u dawk l-iskoperturi l-oħra minħabba arranġamenti pubbliċi speċifiċi, u

(ii)      l-iskoperturi għall-gvern ċentrali jkunu assenjati piż tar-riskju ta’ 0 % skont l-Artikolu 109(4);

(e) skoperturi ta’ istituzzjoni għal kontroparti li tkun l-impriża prinċipali tagħha, is-sussidjarja tagħha jew sussidjarja tal-impriża prinċipali sakemm il-kontroparti tkun istituzzjoni jew kumpanija azzjonarja finanzjarja, kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta, istituzzjoni finanzjarja, kumpanija maniġerjali tal-assi jew impriża anċillari tas-servizzi soġġetti għal rekwiżiti prudenzjali xierqa jew impriża marbuta permezz ta’ relazzjonijiet skont l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE;

(f) u skoperturi bejn l-istituzzjonijiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabiliti fl-Artikolu 108(7);

(g) skoperturi ta’ ekwità għal entitajiet li l-obbligi ta’ krediti tagħhom ġew assenjati piż tar-riskju ta’ 0 % skont il-Kapitolu 2 inkluż dawk l-entitajiet pubblikament sponsorjati fejn jista’ jiġi assenjat piż tar-riskju ta’ 0 %;

(h) skoperturi ta’ ekwità taħt programmi leġiżlattivi biex jippromwovu setturi speċifiċi tal-ekonomija li jipprovdu sussidji sinifikanti għall-investiment lill-istituzzjoni u jinvolvu xi tip ta’ sorveljanza mill-gvern u restrizzjonijiet fir-rigward tal-investimenti ta’ ekwità fejn dawn l-iskoperturi jistgħu fl-aggregat tagħhom jiġu esklużi mill-Approċċ IRB biss sa limitu ta’ 10 % tal-fondi proprji;

(i) l-iskoperturi identifikati fl-Artikolu 115(9) li jissodisfaw il-kundizzjonijiet speċifikati fih; 

(j) garanziji mill-Istati u garanziji riassigurati mill-Istat imsemmija fl-Artikolu 210(2).

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippermettu l-applikazzjoni tal-Approċċ Standardizzat għall-iskoperturi ta’ ekwità msemmija fil-punti (g) u (h) li ġew permessi għal dan it-trattament fi Stati Membri oħra.

2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-klassi tal-iskopertura ta’ ekwità ta’ istituzzjoni għandha tkun materjali jekk il-valur aggregat tagħhom, esklużi l-iskoperturi ta’ ekwità mġarrba taħt programmi leġiżlattivi kif imsemmi fil-punt (g) tal-paragrafu 1, jaqbeż b’medja ta’ 10 % il-fondi proprji tal-istituzzjoni fuq is-sena preċedenti. Meta n-numru ta’ dawk l-iskoperturi ta’ ekwità jkun inqas minn 10 parteċipazzjonijiet individwali, dak il-livell limitu għandu jkun ta’ 5 % tal-fondi proprji tal-istituzzjoni.

3. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tistabilixxi l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-punti (a), (b) u (c).

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

4. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-klassi tal-iskoperturi ta’ ekwità ta’ istituzzjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala materjali jekk il-valur aggregat tagħhom, esklużi l-iskoperturi ta’ ekwità mġarrba skont il-programmi leġiżlattivi kif imsemmi fil-paragrafu 1, fil-punt (g), jaqbeż, b’medja ta’ 10 % il-fondi proprji tal-istituzzjoni fuq is-sena preċedenti. Jekk l-għadd ta’ dawk l-iskoperturi ta’ ekwità jkun inqas minn 10 parteċipazzjonijiet individwali, dak il-livell limitu għandu jkun ta’ 5 % tal-fondi proprji tal-istituzzjoni.

Taqsima 2 Il-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju

Subtaqsima 1 Trattament skont it-tip ta’ skopertura

Artikolu 146 Trattament skont il-klassi tal-iskopertura

1. L-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju għal riskju ta’ kreditu għal skoperturi li jappartjenu għal waħda mill-klassijiet ta’ skopertura msemmija fil-punti (a) sa (e) u (g) ta’ 142(2) għandhom, sakemm ma jiġux mnaqqsa mill-fondi proprji, jiġu kkalkulati skont is-Subtaqsima 2 ħlief fejn dawk l-iskoperturi jitnaqqsu mill-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, ta’ Grad 1 Addizzjonali jew ta’ Grad 2 .

2. L-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju għal riskji ta’ dilwizzjoni għal riċevibbli mixtrija għandhom jiġu kkalkulati skont l-Artikolu 153. Fejn istituzzjoni jkollha azzjoni sħiħa ta’ rivalsa għall-bejjiegħ ta’ riċevibbli mixtrija għal riskji ta’ inadempjenza u għal riskji ta’ dilwizzjoni, id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu u tal-Artikoli 147 u 154(1) sa (4) ma għandhomx japplikaw għall-bejjiegħ tar-riċevibbli mixtrija fir-rigward ta’ riċevibbli mixtrija u l-iskopertura għandha tiġi ttrattata bħala skopertura kollateralizzata.

3. Il-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju għal riskji ta’ kreditu u għal riskji ta’ dilwizzjoni għandu jkun ibbażat fuq il-parametri rilevanti assoċjati mal-iskopertura inkwistjoni. Dawn għandhom jinkludu l-probabbiltà ta’ inadempjenza (minn hawn ’il quddiem ‘PD’), l-LGD, il-maturità (minn hawn ’il quddiem ‘M’) u l-valur tal-iskopertura tal-iskopertura. Il-PD u l-LGD jistgħu jiġu kkunsidrati separatament jew flimkien, skont it-Taqsima 4.

4. L-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju għal riskji ta’ kreditu għall-iskoperturi kollha li jappartjenu għall-klassi tal-iskopertura ta’ ‘ekwità’ msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 142(2) skont l-Artikolu 142(2) meta jkunu rċevew il-permess minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu permess biex istituzzjoni tuża l-approċċ ibbażat fuq mudelli interni stabiliti fl-Artikolu 150(4) sakemm l-istituzzjoni tissodisfa r-rekwiżiti stabiliti fis-Subtaqsima 4 tat-Taqsima 6.

5. Il-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju għal riskji ta’ kreditu għal skoperturi fuq għoti ta’ self speċjalizzat jista’ jiġi kkalkulat skont l-Artikolu 148(4).

6. Għal skoperturi li jappartjenu għall-klassijiet tal-iskoperturi msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 142(2), l-istituzzjonijiet għandhom jipprovdu l-estimi proprji tal-PDs skont l-Artikolu 138 u t-Taqsima 6.

7. Għal skoperturi li jappartjenu għall-klassi tal-iskoperturi msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 142(2), l-istituzzjonijiet għandhom jipprovdu l-estimi proprji tal-LGDs u tal-fatturi ta’ konverżjoni skont l-Artikolu 138 u t-Taqsima 6.

8. Għal skoperturi li jappartjenu għall-klassijiet tal-iskoperturi msemmija fil-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 142(2), l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-valuri tal-LGD stabiliti fl-Artikolu 157(1), u l-fatturi ta’ konverżjoni stabiliti fl-Artikolu 162(8) (a) sa (d), sakemm ikunu tħallew jużaw l-estimi proprji tal-LGDs u tal-fatturi ta’ konverżjoni għal dawk il-klassijiet tal-iskoperturi skont il-paragrafu 9.

9. Għall-iskoperturi kollha li jappartjenu għall-klassijiet tal-iskoperturi msemmija fil-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 142(2), l-awtorità kompetenti għandha tippermetti lill-istituzzjonijiet sabiex jużaw l-estimi proprji tal-LGDs u tal-fatturi ta’ konverżjoni biss skont l-Artikolu 138.

10. L-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju għal skoperturi titolizzati u għal skoperturi li jappartjenu għall-klassi tal-iskoperturi msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 142(2) għandhom jiġu kkalkulati skont il-Kapitolu 5.

Artikolu 147 Trattament ta’ skoperturi fil-forma ta’ azzjonijiet f’impriżi ta’ investiment kollettiv (CIUs)

1. Meta skoperturi fil-forma ta’ azzjonijiet f’impriżi ta’ investiment kollettiv (CIUs) jissodisfaw il-kriterji stabiliti fl-Artikolu 127(3) u l-istituzzjoni tkun konxja mill-iskoperturi kollha jew minn partijiet tal-iskoperturi sottostanti tas-CIU, l-istituzzjoni għandha tinvestiga dawk l-iskoperturi sottostanti sabiex tikkalkula l-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju u l-ammont ta’ telf mistenni skont il-metodi stabiliti f’dan il-Kapitolu.

Meta riskju sottostanti tas-CIU jkun huwa stess skopertura oħra fil-forma ta’ unitajiet jew ishma f’CIU oħra, l-ewwel istituzzjoni għandha tinvestiga wkoll l-iskoperturi sottostanti tas-CIU l-oħra.

2. Meta l-istituzzjoni ma tissodisfax il-kundizzjonijiet biex tuża l-metodi stabiliti f’dan il-Kapitolu għall-iskoperturi kollha jew għal partijiet mill-iskoperturi sottostanti tas-CIU, l-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju u l-ammont ta’ telf mistenni għandhom jiġu kkalkulati skont l-approċċi li ġejjin:

(a) għal skoperturi li jappartjenu għall-klassi tal-iskoperturi ta’ ‘ekwità’ msemmija fl-Artikolu 142(2)(e), l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-approċċ sempliċi tal-piż tar-riskju stabilit fl-Artikolu 150(2);

(b) għall-iskoperturi kollha sottostanti msemmija fil-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-Approċċ Standardizzat stabiliti fil-Kapitolu 2, soġġett għal li ġejjin:

(i)      għal skoperturi soġġetti għal piż tar-riskju speċifiku għal skoperturi mhux klassifikati jew soġġetti għall-klassi tal-kwalità kreditizja li tagħti l-akbar piż tar-riskju għal klassi partikolari ta’ skoperturi, il-piż tar-riskju għandu jiġi mmultiplikat b’fattur ta’ tnejn iżda ma għandux ikun aktar minn 1250 %;

(ii)      għall-iskoperturi l-oħrajn kollha sottostanti, il-piż tar-riskju għandu jiġi mmultiplikat b’fattur ta’ 1,1 u għandu jkun soġġett għal minimu ta’ 5 %.

Fejn, għall-finijiet tal-punt (a), l-istituzzjoni ma tkunx kapaċi tiddistingwi bejn ekwità privata, skoperturi nnegozjati f'kambju u skoperturi oħra ta’ ekwità, għandha titratta l-iskoperturi konċernati bħala skoperturi oħra ta’ ekwità. Fejn dawk l-iskoperturi, meħudin flimkien mal-iskoperturi diretti tal-istituzzjoni f’dik il-klassi ta’ skoperturi, ma jkunux materjali skont l-Artikolu 145(2), jista’ jiġi applikat l-Artikolu 145(1) soġġett għall-permess tal-awtoritajiet kompetenti.

3. Fejn skoperturi fil-forma ta’ unitajiet jew azzjonijiet f’CIU ma jissodisfawx il-kriterji stabiliti fl-Artikolu 127(3), jew l-istituzzjoni ma tkunx konxja mill-iskoperturi sottostanti kollha tas-CIU jew mill-iskopertura sottostanti tagħha li hija nnifisha tkun skopertura fil-forma ta’ unitajiet jew ishma f’CIU, l-istituzzjoni għandha tinvestiga dawk l-iskoperturi sottostanti u għandha tikkalkula l-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju u l-ammont ta’ telf mistenni skont l-approċċ sempliċi tal-piż tar-riskju stabilit fl-Artikolu 150(2).

Fejn l-istituzzjoni ma tkunx kapaċi tiddifferenzja bejn ekwità privata, skoperturi nnegozjati bi skambju u skoperturi oħra ta’ ekwità, għandha titratta l-iskoperturi konċernati bħala skoperturi oħra ta’ ekwità. Hija għandha tassenja lill-iskoperturi li ma jkunux ta’ ekwità lill-klassi l-oħra ta’ ekwità.

4. B’mod alternattiv għall-metodu deskritt fil-paragrafu 4, l-istituzzjonijiet jistgħu huma nfushom jikkalkulaw jew jistgħu jiddependu fuq il-partijiet terzi li ġejjin biex jikkalkulaw u jirrappurtaw l-ammonti medji tal-iskoperturi peżati għar-riskju abbażi tal-iskoperturi sottostanti tas-CIU skont l-approċċi msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 għal li ġejjin:

(a) l-istituzzjoni depożitorja jew l-istituzzjoni finanzjarja tas-CIU sakemm is-CIU tinvesti b’mod esklussiv f’titoli u tiddepożita t-titoli kollha f’din l-istituzzjoni depożitorja jew l-istituzzjoni finanzjarja;

(b) għas-CIUs l-oħra, il-kumpanija maniġerjali tas-CIU, sakemm il-kumpanija maniġerjali tas-CIU tissodisfa l-kriterji stabiliti fl-Artikolu 127(3)(a).

Il-korrettezza tal-kalkolu għandha tiġi kkonfermata minn awditur estern.

5. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kundizzjonijiet skont liema l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li l-istituzzjonijiet jużaw l-Artikolu 145(1) skont il-punt (b) tal-paragrafu 2. 

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Subtaqsima 2 Il-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju għal riskji ta’ kreditu

Artikolu 148 L-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju għal skoperturi għal korporattivi, istituzzjonijiet u gvernijiet ċentrali u banek ċentrali.

1. Soġġett għall-applikazzjoni tat-trattamenti speċifiċi stabiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4, u l-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju għal skoperturi għal korporattivi, istituzzjonijiet u gvernijiet ċentrali u banek ċentrali għandhom jiġu kkalkulati skont il-formuli li ġejjin:

            [Ammont ta’ skopertura peżat għar-riskju = RW • valur ta’ skopertura]

fejn il-piż tar-riskju RW huwa definit bħala

(i)      jekk PD = 0, RW għandu jkun 0;

(ii)     jekk PD = 1, jiġifieri, għal skoperturi inadempjenti:

– fejn l-istituzzjonijiet japplikaw il-valuri LGD stabiliti fl-Artikolu 157(1), RW għandu jkun 0;

– fejn l-istituzzjonijiet jużaw l-estimi proprji tal-LGDs, RW għandu jkun ;

fejn l-Aħjar Stima ta’ Telf Mistenni (minn hawn ’il quddiem ‘ELBE’- Expected Loss Best Estimate) għandha tkun l-aħjar stima tal-istituzzjoni ta’ telf mistenni għall-iskopertura inadempjenti skont l-Artikolu 177(1)(h);

(iii)     jekk   jiġifieri, għal kull valur minbarra dak skont (i) jew (ii)

fejn

N(x) =  il-funzjoni kumulattiva ta’ distribuzzjoni għal varjabbli aleotorju normali standard (jiġifieri l-probabbiltà li varjabbli aleotorju normali b’medja ta’ zero u b’varjanza ta’ wieħed ikun inqas minn jew ekwivalenti għal x);

G (Z) = jirrappreżenta l-funzjoni ta’ distribuzzjoni kumulattiva inversa għal varjabbli aleotorju normali standard (jiġifieri l-valur x biex N(x) z)

R =       jirrappreżenta l-koeffiċjent ta’ korrelazzjoni, huwa definit bħala

b =       il-fattur ta’ aġġustament tal-maturità, iddefinit bħala

2. Għall-iskoperturi kollha għal entitajiet finanzjarji kbar regolati u għal entitajiet finanzjarji li ma jkunux regolati, il-koeffiċjent tal-paragrafu 1(iii) jiġi mmultiplikat b’1.25 kif ġej:

3. L-ammont tal-iskopertura ppeżata għar-riskju għal kull skopertura li tissodisfa r-rekwiżiti stabiliti fl-Artikolu 198 u 212 jista’ jiġi aġġustat skont il-formula li ġejja:

          [Ammont ta’ skopertura peżat għar-riskju = RW • valur ta’ skopertura (0.15 + 160 • PD pp)]

fejn:

PDpp = PD ta’ tal-fornitur tal-protezzjoni.

RW għandu jiġi kkalkulat permezz tal-użu rilevanti tal-formula tal-piż tar-riskju stabilita fil-punt 3 għall-iskopertura, il-PD tal-obbligant u l-LGD ta’ skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni. Il-fattur ta’ maturità (b) għandu jiġi kkalkulat permezz tal-iċken PD tal-fornitur tal-protezzjoni u l-PD tal-obbligant.

4. Għal skoperturi għal kumpaniji fejn il-bejgħ annwali totali għall-grupp konsolidat li tagħmel parti minnu d-ditta huwa inqas minn EUR 50 miljun, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-formula ta’ korrelazzjoni li ġejjin fil-paragrafu 1 (iii) għall-kalkolu tal-piżijiet tar-riskju għal skoperturi korporattivi. F’din il-formula S huwa mfisser bħala l-bejgħ annwali totali f’miljuni ta’ Euros fejn EUR 5 miljuni ≤ S ≤ EUR 50 miljun. Bejgħ irrapportat ta’ inqas minn EUR 5 miljuni għandu jiġi trattat daqs li kieku kien ekwivalenti għal EUR 5 miljuni. Għal riċevibbli mixtrija l-bejgħ annwali totali għandu jkun il-medja pprezzata bl-iskoperturi individwali tal-pula.

L-istituzzjonijiet għandhom jissostitwixxu l-assi totali tal-grupp konsolidat għall-bejgħ annwali totali meta l-bejgħ annwali totali ma jkunx indikatur sinifikanti tad-daqs tad-ditta u l-assi totali jkunu indikatur aktar sinifikanti milli l-bejgħ annwali totali.

5. Għal skoperturi fuq self speċjalizzat li fir-rigward tagħhom istituzzjoni ma tkunx kapaċi tagħmel stima tal-PDs jew l-estimi tal-istituzzjonijiet tal-PD ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stabiliti fit-Taqsima 6, l-istituzzjoni għandha tassenja piżijiet tar-riskju lil dawn l-iskoperturi skont it-Tabella 1, kif ġej:

Tabella 1

Maturità li fadal || Kategorija 1 || Kategorija 2 || Kategorija 3 || Kategorija 4 || Kategorija 5

Inqas minn sentejn u nofs (2.5) || 50 % || 70 % || 115 % || 250 % || 0 %

Sentejn u nofs (2.5) jew aktar || 70 % || 90 % || 115 % || 250 % || 0 %

Huma u jassenjaw il-piżijiet tar-riskju lil skoperturi fuq għoti ta’ self speċjalizzat, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-fatturi li ġejjin: is-saħħa finanzjarja, l-ambjent politiku u ġuridiku, il-karatteristiċi tat-tranżazzjoni u/jew l-assi, is-saħħa tal-isponsor u l-iżviluppatur, inkluż kull fluss ta’ introjtu minn soċjetà bejn il-gvern u l-privat, u l-pakkett ta’ garanzija.

6. Fil-każ tar-riċevibbli korporattivi mixtrija tagħhom, l-istituzzjonijiet għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabiliti fl-Artikolu 180. Għal riċevibbli korporattivi mixtrija li jkunu konformi wkoll mal-kundizzjonijiet stabiliti fl-Artikolu 149(5), u fejn ikun ta’ oneruż bla bżonn għal istituzzjoni biex tuża l-istandards ta’ kwantifikazzjoni tar-riskji għal skoperturi korporattivi kif stabilit fit-Taqsima 6 għal dawn ir-riċevibbli, jistgħu jintużaw l-istandards ta’ kwantifikazzjoni tar-riskji għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur kif stabilit fit-Taqsima 6.

7. Għal riċevibbli korporattivi mixtrija, skontijiet ta’ xiri rimborżabbli, kollateral jew garanziji parzjali li jipprovdu protezzjoni kontra l-ewwel telf għal telf minħabba inadempjenza, telf ta’ dilwizzjoni, jew it-tnejn, dawn jistgħu jiġu ttrattati bħala pożizzjonijiet tal-ewwel telf skont il-qafas ta’ titolizzazzjoni tal-IRB.

8. Meta istituzzjoni tipprovdi protezzjoni tal-kreditu għal għadd ta’ skoperturi skont pattijiet li dak f'ordni kronoloġika ta’ inadempjenza fost l-iskoperturi għandu jixkatta pagament u li dan l-avveniment ta’ kreditu għandu jtemm il-kuntratt, jekk il-prodott għandu valutazzjoni tal-kreditu esterna minn ECAI eliġibbli, għandhom jiġu applikati l-piżijiet tar-riskju stabiliti fil-Kapitolu 5. Jekk il-prodott ma jkunx ikklassifikat minn ECAI eliġibbli, il-piżijiet tar-riskju tal-iskoperturi inklużi fil-baskett jiġu aggregati, ħlief għall-iskoperturi n-1 fejn it-total tal-ammont ta’ telf mistenni mmultiplikat bi 12,5 u l-ammont tal-iskopertura peżata għar-riskju ma għandhomx jaqbżu l-ammont nominali tal-protezzjoni pprovduta mid-derivat tal-kreditu mmultiplikat bi 12,5. L-iskoperturi n-1 li jkollhom jiġu esklużi mill-aggregat għandhom jiġu stabiliti abbażi li dawn għandhom jinkludu dawk l-iskoperturi li kull waħda minnhom jipproduċu ammont tal-iskopertura b’inqas piż tar-riskju mill-ammont tal-iskopertura peżata għar-riskju ta’ kwalunkwe skopertura inkluża fl-aggregat. Għandu japplika piż tar-riskju ta’ 1250% għal pożizzjonijiet f’baskett li għalihom istituzzjoni ma tistax tistabilixxi l-piż tar-riskju skont l-Approċċ IRB.

9. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kundizzjonijiet skont liema l-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-fatturi msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5 meta jassenjaw il-piżijiet tar-riskju għal skoperturi fuq self speċjalizzat.

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31ta’ Diċembru 2014.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 149 L-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur

1. L-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju għall-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur għandhom jiġu kkalkulati skont il-formuli li ġejjin:

            [Ammont ta’ skopertura peżat għar-riskju = RW • valur ta’ skopertura]

Fejn il-piż tar-riskju RW huwa definit kif ġej:

(i)      jekk PD = 0, RW għandu jkun 0;

(ii)     jekk PD = 1, jiġifieri, għal skoperturi fl-inadempjenza, RW għandu jkun

;

fejn ELBE għandu jkun l-aħjar stima ta’ telf mistenni tal-istituzzjoni għal iskopertura fl-inadempjenza skont l-Artikolu 177(1)(h);

(iii)     jekk   jiġifieri, għal kull valur minbarra dak skont (i) jew (ii)

fejn

N(x) =  il-funzjoni kumulattiva ta’ distribuzzjoni għal varjabbli aleotorju normali standard (jiġifieri l-probabbiltà li varjabbli aleotorju normali b’medja ta’ zero u b’varjanza ta’ wieħed ikun inqas minn jew ekwivalenti għal x);

G (Z) = il-funzjoni ta’ distribuzzjoni kumulattiva inversa għal varjabbli aleotorju normali standard (jiġifieri l-valur x biex N(x) z);

R =       il-koeffiċjent ta’ korrelazzjoni ddefinit bħala

2. L-ammont tal-iskopertura peżata għar-riskju għal kull skopertura għal intrapriżi żgħar u medji kif iddefinit fl-Artikolu 142(5) li jissodisfa r-rekwiżiti stabiliti fl-Artikoli 198 u 212 jista’ jiġi kkalkulat skont l-Artikolu 148(3).

3. Għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur garantiti permezz ta’ proprjetà immobbli bħala kollateral il-koeffiċjent ta’ korrelazzjoni ta’ R ta’ 0.15 għandu jissostitwixxi l-figura li toħroġ mill-formula ta’ korrelazzjoni fil-paragrafu 1.

4. Għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur kwalifikattivi rotattivi kif iddefiniti fil-punti (a) sa (e), koeffiċjent ta’ korrelazzjoni ta’ R ta’ 0.04 għandu jissostitwixxi l-figura li toħroġ mill-formula ta’ korrelazzjoni fil-paragrafu 1.

L-iskoperturi għandhom jikkwalifikaw bħala skoperturi fil-livell tal-konsumatur kwalifikattivi ċirkolanti jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-iskoperturi jkunu għal individwi;

(b) l-iskoperturi jkunu ċirkolanti, skoperti, u sakemm dawn ma jintużawx immedjatament u mingħajr kundizzjonijiet, revokabbli mill-istituzzjoni. F’dan il-kuntest skoperturi ċirkolanti jkunu ddefiniti bħala dawk fejn il-bilanċi pendenti tal-klijenti jitħallew ivarjaw abbażi tad-deċiżjoni tagħhom li jissellfu u jħallsu lura, sa limitu stabilit mill-istituzzjoni. Impenji mhux prelevati jistgħu jitqiesu bħala kanċellabbli inkondizzjonalment jekk it-termini jippermettu lill-istituzzjoni li tikkanċellahom sa fejn ikun permess skont il-leġiżlazzjoni dwar il-ħarsien tal-konsumatur u leġiżlazzjoni relatata;

(c) l-iskopertura massima għal individwu uniku fis-subportafoll hija ta’ EUR 100000 jew inqas;

(d) l-użu tal-korrelazzjoni ta’ dan il-paragrafu huwa limitat għal portafolji li urew volatilità baxxa tar-rati ta’ telf, meta mqabbla mal-livell medju tar-rati ta’ telf tagħhom, speċjalment fil-faxex baxxi ta’ PD; 

(e) it-trattament bħala skopertura ċirkolanti fil-livell tal-konsumatur kwalifikattiva għandu jkun konsistenti mal-karatteristiċi ta’ riskju sottostanti tas-subportafoll.

Permezz ta’ deroga mill-punt (b), il-ħtieġa ta’ skopertura ma tapplikax fir-rigward ta’ faċilitajiet kollateralizzati ta’ kreditu marbuta ma’ kont tal-paga. F’dan il-każ l-ammonti rkuprati mill-kollateral ma għandhomx jitqiesu fl-istima tal-LGD.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu l-volatilità relattiva tar-rati ta’ telf fis-subportafolji fil-livell tal-konsumatur kwalifikattivi ċirkolanti, kif ukoll il-portafoll fil-livell tal-konsumatur aggregat kwalifikattiv ċirkolanti, u għandhom jaqsmu informazzjoni dwar il-karatteristiċi tipiċi tar-rati ta’ telf kwalifikattivi ċirkolanti madwar l-Istati Membri.

5. Sabiex ikunu eliġibbli għat-trattament fil-livell tal-konsumatur, riċevibbli mixtrija għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabiliti fl-Artikolu 180 u mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) L-istituzzjoni tkun xtrat ir-riċevibbli minn bejjiegħa terzi mhux relatati, u l-iskopertura tagħha għall-obbligant tar-riċevibbli ma tkun tinkludi l-ebda skopertura li direttament jew indirettament oriġinat mill-istituzzjoni nfisha;

(b) Ir-riċevibbli mixtrija għandhom ikunu ġġenerati fuq bażi distakkata bejn il-bejjiegħ u l-obbligant. Għaldaqstant, riċevibbli ta’ kontijiet interkorporattivi u riċevibbli soġġetti għal kontrokontijiet bejn ditti li jbiegħu u jixtru mingħand xulxin ma jkunux eliġibbli;

(c) L-istituzzjoni li tixtri jkollha pretensjoni fuq ir-rikavati kollha mir-riċevibbli mixtrija jew imgħax prorata fuq ir-rikavati; u

(d) Il-portafoll ta’ riċevibbli mixtrija jkun diversifikat biżżejjed.

6. Għal riċevibbli mixtrija, skontijiet ta’ xiri rimborżabbli, kollateral jew garanziji parzjali li jipprovdu protezzjoni kontra l-ewwel telf għal telf minħabba inadempjenza, telf minħabba dilwizzjoni, jew it-tnejn, jistgħu jiġu ttrattati bħala pożizzjonijiet tal-ewwel telf skont il-qafas ta’ titolizzazzjoni tal-IRB.

7. Għal pulijiet ibridi ta’ riċevibbli fil-livell tal-konsumatur mixtrija fejn l-istituzzjonijiet li jixtru ma jkunux jistgħu jisseparaw skoperturi garantiti permezz ta’ proprjetà immobbli bħala kollateral u skoperturi fil-livell tal-konsumatur kwalifikattivi ċirkolanti minn skoperturi fil-livell tal-konsumatur oħra, għandha tapplika l-funzjoni tal-piż tar-riskju fil-livell tal-konsumatur li tipproduċi l-ogħla rekwiżiti kapitali għal dawk l-iskoperturi.

Artikolu 150 L-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju għal skoperturi ta’ ekwità

1. L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammonti tal-iskopertura tagħhom peżati għar-riskju għal skoperturi ta’ ekwità, ħlief dawk imnaqqsa skont il-Parti Tnejn jew soġġetti għal piż tar-riskju ta’ 250 % skont l-Artikolu 45, skont l-approċċi differenti stabiliti fil-paragrafi (2), (3) u (4) u japplikawhom għall-portafolji differenti fejn l-istituzzjoni nnifisha internament tuża approċċi differenti. Meta istituzzjoni tuża approċċi differenti, l-għażla għandha ssir b’mod konsistenti u ma għandhiex tiġi ddeterminata minn kunsiderazzjonijiet ta’ arbitraġġ regolatorju.

L-istituzzjonijiet jistgħu jittrattaw skoperturi ta’ ekwità għal impriżi li joffru servizzi anċillari skont it-trattament ta’ assi oħra mingħajr obbligu ta’ kreditu.

2. Skont l-approċċ Sempliċi tal-piż tar-riskju, l-ammont tal-iskopertura peżata għar-riskju għandu jkun ikkalkulat skont il-formuli li ġejjin:

Piż tar-riskju (RW) = 190 % għal skoperturi ta’ ekwità privata f’portafolji suffiċjentement iddiversifikati.

Piż tar-riskju (RW) = 290 % għal skoperturi ta’ ekwità nnegozjati fil-borża.

Piż tar-riskju (RW) = 370 % għall-iskoperturi l-oħra kollha ta’ ekwità.

Ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju = RW * valur tal-iskopertura.

Pożizzjonijiet bin-nieqes ta’ flus u strumenti derivattivi miżmuma fil-portafoll mhux ta' negozjar jistgħu jpaċu pożizzjonijiet twal fl-istess stokks individwali sakemm dawn l-istrumenti jkunu ġew espliċitament imfassla bħala ħeġġijiet ta’ skoperturi speċifiċi ta’ ekwità u li jkunu jipprovdu ħeġġ għal mill-inqas sena oħra. Pożizzjonijiet bin-nieqes oħra għandhom jiġu ttrattati daqs li kieku kienu pożizzjonijiet twal bil-piż tar-riskju rilevanti assenjat lill-valur assolut ta’ kull pożizzjoni. Fil-kuntest ta’ pożizzjonijiet b’maturità differenti, il-metodu jkun dak għal skoperturi korporattivi kif stabilit fl-Artikolu 158(5).

L-istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu protezzjoni ta’ kreditu mhux finanzjata miksuba fuq skopertura ta’ ekwità skont il-metodi stabiliti fil-Kapitolu IV.

3. Skont l-approċċ PD/LGD, l-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju għandhom jiġu kkalkulati skont il-formuli fl-Artikolu 148(1). Jekk l-istituzzjonijiet ma jkollhomx informazzjoni biżżejjed biex jużaw id-definizzjoni ta’ inadempjenza stabilita fl-Artikolu 174, għandu jiġi assenjat fattur ta’ skala ta’ 1,5 għall-piżijiet tar-riskju.

Fuq il-livell ta’ skopertura individwali, is-somma tal-ammont ta’ telf mistenni mmultiplikata bi 12,5 u l-ammont tal-iskopertura peżata għar-riskju ma għandhomx jaqbżu l-valur tal-iskopertura mmultiplikat bi 12,5.

L-istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu protezzjoni ta’ kreditu mhux finanzjata miksuba fuq skopertura ta’ ekwità skont il-metodi stabiliti fil-Kapitolu IV. Dan għandu jkun soġġett għal LGD ta’ 90 % fuq l-iskopertura għal min jipprovdi l-ħeġġ. Għal skoperturi ta’ ekwità privata f’portafolji suffiċjentement iddiversifikati jista’ jintuża LGD ta’ 65 %. Għal dawn il-finijiet M għandha tkun ta’ 5 snin.

4. Skont l-approċċ ibbażat fuq mudelli interni, l-ammont tal-iskopertura peżata għar-riskju għandu jkun it-telf potenzjali fuq l-iskoperturi ta’ ekwità tal-istituzzjoni kif derivat bl-użu ta’ mudelli interni ta’ valur fir-riskju soġġetti għall-intervall ta’ kunfidenza fuq naħa waħda fil-perċentil 99 tad-differenza bejn ir-redditi trimestrali u rata xierqa mingħajr riskju kkalkulata fuq perjodu ta’ kampjun ta’ terminu twil, immultiplikat bi 12.5. L-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju fuq livell ta’ portafoll ta’ ekwità ma għandhomx ikunu inqas mit-total tas-somma ta’ dawn li ġejjin:

(a) l-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju meħtieġa skont l-approċċ PD/LGD; u

(b) l-ammont korrispondenti ta’ telf mistenni mmultiplikat bi 12.5.

L-ammonti msemmija fil-punt (a) u (b) għandhom jiġu kkalkulati abbażi tal-valuri tal-PD stabiliti fl-Artikolu 161(1) u l-valuri korrispondenti tal-LGD stabiliti fl-Artikolu 161(2).

L-istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu protezzjoni ta’ kreditu mhux finanzjata fuq pożizzjoni ta’ ekwità.

Artikolu 151 L-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju għal skoperturi ta’ ekwità

L-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju għal skoperturi li ġejjin mill-kontribut prefinanzjat tal-istituzzjoni lill-fond ta’ inadempjenza ta’ CCP u skoperturi ta’ negozju b’CCP għandhom jiġu stabiliti skont l-Artikoli 296 sa 300 kif applikabbli.

Artikolu 152 L-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju għal assi oħra mingħajr obbligu ta’ kreditu

L-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju għal assi oħra mingħajr obbligu ta’ kreditu għandhom jiġu kkalkulati skont il-formula li ġejja:

,   [Ammont ta’ skopertura peżat għar-riskju = 100 % • valur ta’ skopertura],

ħlief għal:

(a)          flus fl-idejn u l-ekwivalenti f’entrati fi flus kif ukoll ingotti ta’ deheb miżmuma f’maħżen tas-sigurtà proprja jew fuq bażi allokata sal-limitu sostnut mill-obbligazzjonijiet ta’ ingotti, li f’dak il-każ għandu jiġi assenjat piż tar-riskju ta’ 0%;

(b)          meta l-iskopertura tkun valur residwu ta’ assi mikrija f’dak il-każ għandha tiġi kkalkulata kif ġej:

 [valur tal-iskopertura],

fejn t jkun l-akbar wieħed fost 1 u l-eqreb numru ta’ snin sħaħ li jkun fadal tal-kirja.

Subtaqsima 3 Il-kalkolu tal-Ammonti tal-iskopertura Peżati għar-Riskju għal Riskji ta’ Dilwizzjoni ta’ Riċevibbli Mixtrija

Artikolu 153 L-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju għal riskji ta’ dilwizzjoni ta’ riċevibbli mixtrija

1. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju għal riskji ta’ dilwizzjoni fuq riċevibbli korporattivi u fil-livell tal-konsumatur mixtrija skont il-formula stabilita fl-Artikolu 148(1).

2. L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-parametri PD u LGD skont it-Taqsima 4. 

3. L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura skont it-Taqsima 5.

4. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, il-valur ta’ M huwa ta’ sena.

5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżentaw istituzzjoni mir-rekwiżiti għall-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju għal riskji ta’ dilwizzjoni ta’ riċevibbli korporattivi u fil-livell tal-konsumatur mixtrija meta l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li r-riskju ta’ dilwizzjoni jkun immaterjali għal dik l-istituzzjoni.

[1] Il-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja jipprovdi forum għal koperazzjoni regolari dwar affarijiet ta' superviżjoni bankarja. Huwa jfittex li jippromwovi u jsaħħaħ il-prattiki superviżorji u tal-immaniġjar tar-riskji fuq livell globali. Il-Kumitat jinkludi fih rappreżentanti mill-Afrika t’Isfel, l-Arabja Sawdija, l-Arġentina, l-Awstralja, il-Brażil, iċ-Ċina, il-Ġappun, Ħong Kong SAR, l-Indja, l-Indoneżja, l-Istati Uniti, il-Kanada, il-Korea, il-Messiku, ir-Russja, Singapor, l-Isvizzera, it-Turkija u disa’ Stati Membri tal-UE: il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi, Spanja, l-Isvezja u r-Renju Unit.

[2]               C(2011)4977

[3] Għal diskussjoni dettaljata tal-alternattivi ta’ politika kollha jekk jogħġbok irreferi għall-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja

[4] Tkejjel kemm l-alternattivi jilħqu l-objettivi relevanti

[5] Tkejjel l-estent ta’ kemm l-objettivi jistgħu jintlaħqu fid-dawl tal-livell partikolari ta’ riżorsi. 

[6]               COM(2009) 501, COM(2009) 502, COM(2009) 503.

[7]               ĠU C , , p.

[8]               http://www.g20.org/Documents/Fin_Deps_Fin_Reg_Annex_020409_-_1615_final.pdf.

[9]               ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.

[10]             ĠU L 177, 30.6.2006, pġ. 201.

[11]             ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.

[12]             ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1

[13]             ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1.

[14]             ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

[15]             COM/2010/0484 finali.

[16]             ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

[17]             ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

[18]             ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1.

[19]             ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11.

[20]             ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

[21]             ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1.

[22]             Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1).

[23]  ĠU L 02, 17.11.2009, p. 2.

Taqsima 3 Ammonti ta’ telf mistennija

Artikolu 154 Trattament skont it-tip ta’ skopertura

1. Il-kalkolu tal-ammonti ta’ telf mistennija għandu jkun ibbażat fuq l-istess ċifri tal-PD, l-LGD u l-valur tal-iskopertura għal kull skopertura użati għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont l-Artikolu 146. Għal skoperturi inadempjenti, fejn l-istituzzjonijiet jużaw l-istimi proprji tal-LGDs, it-telf mistenni (‘EL’) għandu jkun l-aħjar stima tal-EL (‘ELBE,’) mill-istituzzjoni għall-iskopertura inadempjenti, skont l-Artikolu 177(1)(h).

2. L-ammonti ta’ telf mistennija għall-iskoperturi titolizzati għandhom jiġu kkalkulati skont il-Kapitolu 5.

3. L-ammont ta’ telf mistenni għall-iskoperturi li jappartjenu għall-klassi tal-iskopertura ta’ 'assi oħrajn li mhumiex obbligi ta’ kreditu' imsemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 142(2) għandu jkun żero.

4. L-ammonti ta’ telf mistennija għall-iskoperturi fil-forma ta’ impriża għal investiment kollettiv imsemmija fl-Artikolu 147 għandhom jiġu kkalkolati skont il-metodi stabbiliti f’dan l-Artikolu.

5. L-ammonti ta’ telf mistennija għall-iskoperturi għal korporattivi, istituzzjonijiet, gvernijiet ċentrali u banek ċentrali u skoperturi għall-bejgħ fil-livell ta' konsumatur għandhom jiġu kkalkolati skont il-formuli li ġejjin:

Għall-iskoperturi inadempjenti (PD =1) fejn l-istituzzjonijiet jużaw l-istimi proprji tal-LGDs, l-EL għandu jkun ELBE, l-aħjar stima mill-istituzzjoni tal-telf mistenni għall-iskopertura inadempjenti skont l-Artikolu 177(1)(h).

Għall-iskoperturi soġġetti għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 148(3), l-EL għandu jkun 0.

6. Meta l-istituzzjonijiet jużaw il-metodi stabbiliti fl-Artikolu 148(6) sabiex jassenjaw il-piżijiet tar-riskju, il-valuri tal-EL għal skoperturi tal-għoti ta’ self speċjalizzati għandhom jiġu assenjati skont it-Tabella 2.

Tabella 2

Maturità li Jifdal || Kategorija 1 || Kategorija 2 || Kategorija 3 || Kategorija 4 || Kategorija 5

Inqas minn sentejn u nofs (2,5) || 0 % || 0,4 % || 2,8 % || 8 % || 50 %

Daqs jew aktar minn sentejn u nofs (2,5) || 0,4 % || 0,8 % || 2,8 % || 8 % || 50 %

7. Meta l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju huma kkalkolati skont l-approċċ sempliċi ta’ ppeżar tar-riskji, l-ammonti ta’ telf mistennija għall-iskoperturi tal-ekwitijiet għandhom jiġu kkalkolati skont il-formula li ġejja:

Il-vuluri tal-EL għandhom ikunu dawn li ġejjin:

Telf mistenni (EL) = 0,8 % għal skoperturi tal-ekwitijiet privata f’portafolli diversifikati biżżejjed

Telf mistenni (EL) = 0,8 % għal skoperturi tal-ekwitijiet innegozjata fil-boroż

Telf mistenni (EL) = 2,4 % għall-iskoperturi l-oħra kollha tal-ekwitijiet.

8. L-ammonti ta’ telf mistennija għall-iskoperturi tal-ekwitajiet, fejn l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju huma kkalkolati skont l-approċċ PD/LGD, għandhom jiġu kkalkolati skont il-formuli li ġejjin:

9. L-ammonti ta’ telf mistennija għall-iskoperturi tal-ekwitajiet, fejn l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju huma kkalkolati skont l-approċċ tal-mudelli interni, għandhom ikunu ta’ 0 %.

10. L-ammonti ta’ telf mistennija għar-riskju ta’ dilwizzjoni ta’ reċivibbli mixtrija għandhom jiġu kkalkolati skont il-formula li ġejja:

11. Għall-iskoperturi li jirriżultaw minn derivati OTC, l-istituzzjoni li tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont dan il-Kapitolu tista’ tnaqqas l-ammonti ta’ telf mistennija għal sett ta’ netting partikolari bl-ammont tal-aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu għal dak is-sett ta’ netting, li diġà ġie rikonoxxut mill-istituzzjoni bħala tnaqqis fil-valur imġarrab. L-ammont ta’ telf mistenni li jirriżulta ma għandux ikun inqas minn żero.

Artikolu 155 Trattament tal-ammonti ta’ telf mistennija

L-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu l-ammonti ta’ telf mistennija kkalkolati skont l-Artikolu 154(2)(3) u (7) mill-aġġustamenti tar-riskju ta’ kreditu ġenerali u speċifiku relatati ma’ dawn l-iskoperturi. Skonti fuq skoperturi li jidhru fuq il-karta tal-bilanċ mixtrija meta kienu inadempjenti skont l-Artikolu 162(1) għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħall-aġġustamenti tar-riskju ta’ kreditu speċifiku. L-aġġustamenti tar-riskju ta’ kreditu speċifiku fi skoperturi inadempjenti ma għandhomx jintużaw sabiex ikopru t-telf mistenni fuq skoperturi oħra. L-ammonti ta’ telf mistennija għall-iskoperturi titolizzati u l-aġġustamenti tar-riskju ta’ kreditu ġenerali u speċifiku relatati ma’ dawn l-iskoperturi ma għandhomx jiġu inklużi f’dan il-kalkolu.

Taqsima 4 PD, LGD u maturità

Subtaqsima 1 Skoperturi għal korporattivi, istituzzjonijiet u gvernijiet ċentrali u banek ċentrali

Artikolu 156 Probabbiltà ta’ inadempjenza (PD)

1. Il-PD ta’ skopertura għal koporattiva jew istituzzjoni għandha tkun tal-inqas 0,03 %.

2. Għal reċivibbli korporattivi mixtrija li fir-rigward tagħhom istituzzjoni ma tistax tagħmel stima tal-PDs jew jekk l-istimi tal-PD ta' istituzzjoni ma jilħqux ir-rekwiżiti speċifikati fit-Taqsima 6, il-PDs għal dawn l-iskoperturi għandhom jiġu ddeterminati skont il-metodi li ġejjin:

(a) għal pretensjonijiet prijoritarji fuq reċivibbli korporattivi mixtrija, il-PD għandha tkun l-istima tal-EL mill-istituzzjonijiet diviża mill-LGD għal dawn ir-reċivibbli;

(b) għal pretensjonijiet subordinati fuq reċivibbli korporattivi mixtrija, il-PD għandha tkun l-istima tal-EL mill-istituzzjoni;

(c) istituzzjoni li rċeviet il-permess tal-awtorità kompetenti sabiex tuża l-istimi proprji tal-LGD għal skoperturi korporattivi skont l-Artikolu 138 u li tista’ tiddekomponi l-istimi tal-EL tagħha għal reċivibbli korporattivi mixtrija f’PDs u LGDs b’mod li l-awtorità kompetenti tikkunsidra bħala affidabbli, tista’ tuża l-istima tal-PD li tirriżulta minn dik id-dekompożizzjoni.

3. Il-PD ta’ obbligant f’inadempjenza għandha tkun ta’ 100 %.

4. L-istituzzjonijiet jistgħu jqisu l-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata fil-PD skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 4. Għar-riskju ta’ dilwizzjoni, minbarra l-fornituri tal-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 197(1)(g), il-bejjiegħ tar-reċivibbli mixtrija huwa eliġibbli jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)     l-entità korporattiva għandha valutazzjoni ta’ kreditu minn ECAI rikonoxxuta li ġiet iddeterminata mill-ABE li hija assoċjata mal-livell 3 tal-kwalità ta’ kreditu jew ogħla, skont ir-regoli għall-ippeżar ta’ riskju ta’ skoperturi għal korporattivi skont il-Kapitolu 2;

(b)     l-entità korporattiva, fil-każ tal-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u l-ammonti ta’ telf mistennija bl-Approċċ IRB, ma għandhiex valutazzjoni ta’ kreditu minn ECAI rikonoxxuta u huma kklassifikati internament bħala li għandhom PD ekwivalenti għal dik assoċjata mal-valutazzjonijiet ta’ kreditu tal-ECAIs li ġiet iddeterminat mill-ABE li hija assoċjata mal-livell 3 tal-kwalità ta’ kreditu jew ogħla, skont ir-regoli għall-ippeżar ta’ riskju ta’ skoperturi għal korporattivi skont il-Kapitolu 2.

5. L-istituzzjonijiet li jużaw l-istimi proprji tal-LGD jistgħu jirrikonoxxu l-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata billi jaġġustaw il-PDs soġġetti għall-Artikolu 157(3).

6. Għar-riskju ta’ dilwizzjoni ta’ reċivibbli korporattivi mixtrija, il-PD għandha tiġi ffissata daqs l-istima tal-EL għar-riskju ta’ dilwizzjoni mill-istituzzjoni. Istituzzjoni li tkun irċeviet permess mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 138 sabiex tuża l-istimi proprji tal-LGD għal skoperturi korporattivi u li tista’ tiddekomponi l-istimi tal-EL tagħha għar-riskju ta’ dilwizzjoni ta’ reċivibbli korporattivi mixtrija f’PDs u LGDs b’mod ikkunsidrat affidabbli mill-awtorità kompetenti, tista’ tuża l-istima tal-PD li tirriżulta minn din id-dekompożizzjoni. L-istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu l-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata fil-PD skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 4. Għar-riskju ta’ dilwizzjoni, minbarra l-fornituri tal-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 197(1)(g), il-bejjiegħ tar-reċivibbli mixtrija huwa eliġibbli jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4.

7. B’deroga mill-Artikolu 197(1)(g), huma eliġibbli l-entitajiet korporattivi li jilħqu l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4.

Istituzzjoni li tkun irċeviet il-permess tal-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 138 sabiex tuża l-istimi proprji tal-LGD għar-riskju ta’ dilwizzjoni ta’ reċivibbli korporattivi mixtrija, tista’ tirrikonoxxi l-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata billi taġġusta l-PDs mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 157(3).

Artikolu 157 Telf fil-każ ta’ inadempjenza (LGD)

1. L-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-valuri tal-LGD li ġejjin skont l-Artikolu 146(8):

(a)     skoperturi prijoritarji mingħajr kollateral eliġibbli: 45 %;

(b)     skoperturi subordinati mingħajr kollateral eliġibbli: 75 %;

(c)     l-istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu l-protezzjoni ta' kreditu ffinanzjata u mhux iffinanzjata fl-LGD skont il-Kapitolu 4;

(d)     bonds koperti kif speċifikat fl-Artikolu 124 jistgħu jiġu assenjati il-valur ta' LGD ta’ 11,25 %;

(e)     għal skoperturi prijoritarji ta' reċivibbli korporattivi mixtrija fejn l-istimi tal-PD mill-istituzzjoni ma jilħqux ir-rekwiżiti speċifikati fit-Taqsima 6: 45 %;

(f)      għal skoperturi subordinati ta' reċivibbli korporattivi mixtrija fejn l-istituzzjoni ma tistax tistma l-PDs jew inkella l-istimi tal-PD mill-istituzzjoni ma jilħqux ir-rekwiżiti stipulati fit-Taqsima 6: 100 %;

(g)     Għar-riskju ta’ dilwizzjoni ta’ reċivibbli korporattivi mixtrija: 75 %.

2. Għal riskju ta’ dilwizzjoni u inadempjenza jekk istituzzjoni tkun irċeviet permess mill-awtorità kompetenti sabiex tuża l-istimi proprji tal-LGD għal skoperturi korporattivi skont l-Artikolu 138 u tista’ tiddekomponi l-istimi tal-EL tagħha għal reċivibbli korporattivi mixtrija f’PDs u LGDs b’mod ikkunsidrat affidabbli mill-awtorità kompetenti, tista’ tintuża l-istima tal-LGD għar-reċivibbli korporattivi mixtrija.

3. Jekk istituzzjoni tkun irċeviet il-permess tal-awtorità kompetenti sabiex tuża l-istimi proprji tal-LGD għall-iskoperturi għall-korporattivi, l-istituzzjonijiet, il-gvernijiet ċentrali u l-banek ċentrali skont l-Artikolu 138, il-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata tista’ tiġi rikonoxxuta billi tiġi aġġustata l-PD jew l-LGD, soġġetta għar-rekwiżiti kif speċifikat fit-Taqsima 6 u għall-permess tal-awtoritajiet kompetenti. Istituzzjoni ma għandhiex tassenja lil skoperturi titolizzati PD jew LGD aġġustat b'mod li l-piż ta’ riskju aġġustat ikun aktar baxx minn dak ta’ skopertura komparabbli u diretta għall-garanti.

4. Għall-finijiet tal-impriżi msemmija fl-Artikolu 148(3), l-LGD ta’ skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni għandu jkun jew l-LGD assoċjat ma’ faċilità mhux iħħeġġjata għall-garanti jew inkella ma’ faċilità mhux iħħeġġjata tal-obbligant skont, jekk fil-każ ta’ inadempjenza tal-garanti kif ukoll tal-obbligant matul il-ħajja tat-tranżazzjoni ħħeġġjata, il-provi disponibbli u l-istruttura tal-garanzija, jindikawx jekk l-ammont irkuprat ikunx jiddependi fuq il-kundizzjoni finanzjarja tal-garanti jew tal-obbligant, rispettivament.

Artikolu 158 Maturità

1. Istituzzjonijiet li ma rċevewx permess jużaw l-LGDs proprji u l-fattur ta’ konverzjoni għall-iskoperturi għall-korporattivi, l-istituzzjonijiet jew il-gvernijiet ċentrali u l-banek ċentrali għandhom jassenjaw valur tal-maturità (M) ta’ nofs sena (0.5) għal skoperturi li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta’ riakkwist jew minn tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid ta' self ta' titoli jew komoditajiet u M ta’ sentejn u nofs (2,5) għall-iskoperturi l-oħra kollha.

Inkella, bħala parti mill-permess imsemmi fl-Artikolu 138, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeċiedu dwar jekk l-istituzzjoni għandhiex tuża maturità (M) għal kull skopertura kif stabbilit fil-paragrafu 2.

2. Istituzzjonijiet li rċevew il-permess tal-awtorità kompetenti sabiex jużaw l-LGDs proprji u l-fatturi ta’ konverżjoni proprji għall-iskoperturi għall-korporattivi, l-istituzzjonijiet jew il-gvernijiet ċentrali u l-banek ċentrali skont l-Artikolu 138 għandhom jikkalkulaw M għal kull waħda minn dawn l-iskoperturi kif stabbilit fil-punti (a) sa (e) u soġġetti għall-paragrafi 3 sa 5. Fil-każijiet kollha, M ma għandhiex tkun akbar minn 5 snin:

(a)     għal strument soġġett għal skeda ta’ fluss tal-flus, M għandha tiġi kkalkolata skont il-formula li ġejja:

fejn CFt tirrappreżenta l-flussi tal-flus (kapital, pagamenti ta' mgħaxijiet u tariffi) pagabbli kuntrattwalment mill-obbligant fil-perjodu t;

(b)     għal derivati soġġetti għal ftehim ewlieni ta’ netting, M għandha tkun il-medja ppeżata tal-maturità li jifdal tal-iskopertura, fejn M għandha tkun tal-inqas sena (1), u l-ammont nozzjonali ta’ kull skopertura għandu jintuża għall-ippeżar tal-maturità;

(c)     għall-iskoperturi li jirriżultaw minn strumenti derivati kollateralizzati kompletament jew kważi kompletament (elenkati fl-Anness II), tranżazzjonijiet u tranżazzjonijiet ta’ għoti ta' self tal-marġni kollateralizzati kompletament jew kważi li huma soġġetti għal ftehim ewlieni ta’ netting, M għandha tkun l-maturità medja ppeżata li jifdal tat-tranżazzjonijiet fejn M għandha tkun tal-inqas għaxart (10) ijiem;

(d)     għal tranżazzjonijiet ta’ riakkwist jew tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid ta’ self ta' titoli jew komoditajiet li huma soġġetti għal ftehim ewlieni ta’ netting, M għandha tkun il-maturità medja ppeżata li jifdal tat-tranżazzjonijiet fejn M għandha tkun tal-inqas ħamest (5) ijiem. L-ammont nozzjonali ta’ kull tranżazzjoni għandu jintuża għall-ippeżar tal-maturità;

(e)     istituzzjoni li tkun irċeviet il-permess tal-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 138 sabiex tuża l-istimi proprji tal-PD għal reċivibbli korporattivi mixtrija, għal ammonti miġbuda, M għandha tkun daqs il-maturità medja ppeżata ta’ skopertura tar-reċivibbli mixtrija, fejn M għandha tkun tal-inqas 90 ġurnata. Dan l-istess valur tal-M għandu jintuża wkoll għall-ammonti mhux miġbuda f’faċilità ta’ xiri impenjata jekk il-faċilità jkun fiha ftehimiet effettivi, skattaturi ta’ ammortizzazzjoni bikrija, jew karatterisiċi oħrajn li jipproteġu lill-istituzzjoni li tixtri kontra deterjorament sinifikanti fil-kwalità tar-reċivibbli futuri li hija meħtieġa tixtri fil-perjodu tal-faċilità. Fin-nuqqas ta’ protezzjonijiet effettivi simili, M għall-ammonti mhux miġbuda għandha tkun ikkalkolata bħala s-somma tar-reċivibbli bil-potenzjal tal-itwal data skont il-ftehim ta’ akkwist u tal-maturità li jifdal tal-faċilità ta’ akkwist, fejn M għandha tkun tal-inqas 90 ġurnata;

(f)      għal kull strument ieħor għajr dawk imsemmija f’dan il-punt jew fejn istituzzjoni ma tkunx f'pożizzjoni tikkalkula M kif stabbilit fil-punt (a), M għandha tkun iż-żmien massimu li jifdal (fi snin) permessi lill-obbligant biex iwettaq l-obbligi kuntrattwali tiegħu kollha, fejn M għandha tkun tal-inqas sena (1);

(g)     għall-istituzzjonijiet li jużaw il-Metodu tal-Mudell Intern stabbilit fit-Taqsima 6 tal-Kapitolu 6 sabiex jikkalkolaw il-valur tal-iskoperturi, M għandha tiġi kkalkolata għall-iskoperturi li l-istituzzjonijiet japplikaw dan il-metodu għalihom u li għalihom il-maturità tal-kuntratt bl-itwal data fis-sett tan-netting tkun aktar minn sena (1) skont il-formula li ġejja:

fejn:

 = varjabbli mhux reali (dummy variable) li l-valur tiegħu fil-perjodu futur tk huwa ta’ 0 jekk tk > sena (1) u għal 1 jekk tk ≤ 1

 = l-iskopertura mistennija fil-perjodu futur tk;

 = l-iskopertura effettiva mistennija fil-perjodu futur tk;

 = il-fattur ta’ skont mingħajr riskju għall-perjodu futur tk; tk

(h)     istituzzjoni li tuża mudell intern sabiex tikkalkula l-aġġustament tal-valutazzjoni ta’ kreditu (CVA) unilaterali tista’ tuża, soġġett għall-permess tal-awtoritajiet kompetenti, it-tul effettiv tal-kreditu stmat mill-mudell intern bħala M.

Soġġett għall-paragrafu 2, għandha tapplika l-formula fil-punt (a) għas-settijiet tan-netting li fihom il-kuntratti kollha għandhom maturità oriġinali ta’ inqas minn sena (1);

(i)      għall-istituzzjonijiet li jużaw il-Metodu tal-Mudell Intern stabbilit fit-Taqsima 6 tal-Kapitolu 6, sabiex jikkalkolaw il-valur tal-iskoperturi u li jkollhom permess sabiex jużaw il-mudell intern għar-riskju speċifiku assoċjat mal-pożizzjonijiet tad-dejn innegozjat skont il-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitolu 5, M għandha tiġi stipulata għal 1 fil-formula li tinsab fl-Artikolu 148(1), sakemm l-istituzzjoni tista’ turi lill-awtoritajiet kompetenti li l-mudell intern tagħha għar-riskju Speċifiku assoċjat mal-pożizzjonijiet tad-dejn innegozjat, li huwa applikat fl-Artikolu 373 fih effetti ta’ migrazzjonijiet tal-klassifikazzjoni;

(j)      għall-finijiet tal-Artikolu 148(3), M għandha tkun il-maturità effettiva tal-protezzjoni tal-kreditu iżda mhux inqas minn sena (1).

3. Fejn id-dokumentazzjoni teħtieġ rimarġinazzjoni ta’ kuljum u rivalwazzjoni ta’ kuljum u tinkludi dispożizzjonijiet li jippermettu likwidazzjoni immedjata jew tpaċija ta’ kollateral fil-każ ta’ inadempjenza jew nuqqas ta’ rimarġinazzjoni, M għandha tkun tal-inqas ta’ ġurnata għal:

(a)     strumenti derivati kollateralizzati kompletament jew kważi li huma elenkati fl-Anness II;

(b)     tranżazzjonijiet ta’ għoti ta' self marġinali kollateralizzati kompletament jew kważi;

(c)     tranżazzjonijiet ta’ riakkwist, tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b’self ta' titoli jew komoditajiet.

Barra minn hekk, għal skoperturi għal żmien qasir li jikkwalifikaw li mhumiex parti minn iffinanzjar fis-seħħ tall-obbligant mill-istituzzjoni, M għandha tkun tal-inqas ġurnata (1). Skoperturi għal żmien qasir li jikkwalifikaw għandhom jinkludu dawn li ġejjin:

(a)     skoperturi għal istituzzjonijiet li jirriżultaw minn saldu ta’ obbligi ta' kambju;

(b)     tranżazzjonijiet awtolikwidanti li jiffinanzjaw in-negozju għal qasir żmien, ittri ta’ kreditu tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u tranżazzjonijiet simili b’maturità reżidwa li tasal sa sena;

(c)     skoperturi li jirriżultaw mis-saldu ta’ xiri u bejgħ ta’ titoli bi żmien ta' konsenja tipiku jew ta’ jumejn ta’ xogħol;

(d)     skoperturi li jirriżultaw minn saldu bi flus permezz ta’ trasferiment elettroniku u saldu ta’ tranżazzjonijiet elettroniċi ta’ pagament u spejjeż prepagati, inkluż self kurrenti li ġej minn tranżazzjonijiet li fallew li ma jaqbżux għadd miftiehem, qasir u fiss ta’ ġranet ta’ xogħol.

4. Għall-iskoperturi għal korporattivi li jinsabu fl-Unjoni u li għandhom bejgħ konsolidat u assi konsolidati ta’ inqas minn EUR 500 miljun, l-istituzzjonijiet jistgħu jagħżlu li konsistentament jistipulaw M kif speċifikat fil-paragrafu 1 minflok ma japplikaw il-paragrafu 2. L-istituzzjonijiet jistgħu jibdlu l-assi totali ta’ EUR 500 miljun ma’ assi totali ta’ EUR 1000 miljun għal korporattivi li primarjament huma proprjetarji u jikru proprjetà residenzjali mhux spekulattiva.

5. Diskrepanzi fil-maturità għandhom jiġu ttrattati kif speċifikat fil-Kapitolu 4.

Subtaqsima 2 Skoperturi għall-bejgħ fil-livell ta' konsumatur

Artikolu 159 Probabbiltà ta’ inadempjenza

1. Il-PD ta’ skopertura għandha tkun tal-inqas 0.03 %.

2. Il-PD ta’ obbliganti jew fejn jintuża l-approċċ abbażi tal-obbligi, ta’ skoperturi waqt inadempjenza għandha tkun 100 %.

3. Għar-riskju ta’ dilwizzjoni ta’ reċivibbli mixtrija, il-PD għandha tiġi stipulata daqs l-istimi tal-EL għar-riskju ta’ dilwizzjoni. Jekk istituzzjoni tista’ tiddekomponi l-istimi tal-EL tagħha għar-riskju ta’ dilwizzjoni ta’ reċivibbli mixtrija f’PDs u LGDs b’mod li l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw bħala affidabbli, tista’ tintuża l-istima tal-PD.

4. Il-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata tista’ tiġi kkunsidrata billi jiġu aġġustati l-PDs soġġetti għall-Artikolu 160(2). Għar-riskju ta’ dilwizzjoni, minbarra l-fornituri tal-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 197(1)(g), huwa eliġibbli l-bejjiegħ tar-reċivibbli mixtrija jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 156(4).

Artikolu160 Telf fil-każ ta’ inadempjenza (LGD)

1. Istituzzjonijiet għandhom jipprovdu l-istimi proprji tal-LGDs soġġetti għar-rekwiżiti kif speċifikat fit-Taqsima 6 u l-permess tal-awtoritajiet kompetenti mogħti skont l-Artikolu 138. Għar-riskju ta’ dilwizzjoni ta’ reċivibbli mixtrija, għandu jintuża valur tal-LGD ta’ 75 %. Jekk istituzzjoni tista’ tiddekomponi l-istimi tal-EL tagħha għar-riskju ta’ dilwizzjoni ta’ reċivibbli mixtrija f’PDs u LGDs b’mod affidabbli, l-istituzzjoni tista’ tuża l-istimi proprji tal-LGD.

2. Il-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata tista’ tiġi rikonoxxuta bħala eliġibbli billi jiġu aġġustati l-istimi tal-PD jew tal-LGD soġġetti għar-rekwiżiti kif speċifikat fl-Artikolu 179(1)(2) u (3) u l-permess tal-awtoritajiet kompetenti b’appoġġ ta’ skopertura individwali jew b’appoġġ ta' pula ta’ skoperturi. Istituzzjoni ma għandhiex tassenja lil skoperturi titolizzati PD jew LGD aġġustat b'mod li l-piż ta’ riskju aġġustat ikun aktar baxx minn dak ta’ skopertura komparabbli u diretta għall-garanti.

3. Għall-finijiet tal-Artikolu 149(2), l-LGD ta’ skopertura diretta komparabbli għall-fornituri tal-protezzjoni għandu jkun jew l-LGD assoċjat ma’ faċilità mhux iħħeġġjata għall-garanti jew il-faċilità mhux iħħeġġjata tal-obbligant, skont jekk, fil-każ li kemm il-garanti kif ukoll id-debitur isiru inadempjenti matul il-ħajja tat-tranżazzjoni ħħeġġjata, il-provi disponibbli u l-istruttura tal-garanzija jindikawx jekk l-ammont irkuprat ikunx jiddependi mill-kundizzjoni finanzjarja tal-garanti jew id-debitur, rispettivament.

4. L-LGD medju ppeżat skont l-iskopertura għall-iskoperturi kollha fil-livell ta' konsumatur iggarantiti bi proprjetà residenzjali u li ma jibbenefikawx minn garanziji minn gvernijiet ċentrali ma għandux ikun inqas minn 10%

L-LGD medju ppeżat skont l-iskopertura għall-iskoperturi kollha fil-livell ta' konsumatur iggarantiti bi proprjetà kummerċjali immobbli u li ma jibbenefikawx minn garanziji minn gvernijiet ċentrali ma għandux ikun inqas minn 15%

Subtaqsima 3 Skoperturi tal-Ekwitajiet soġġetti għall-metodu tal-PD/LGD

Artikolu 161 Skoperturi tal-ekwitajiet soġġetti għall-metodu tal-PD/LGD

1. Il-PDs għandhom jiġu ddeterminati skont il-metodi għall-iskoperturi korporattivi.

Il-PDs minimi li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)     0.09 % għal skoperturi tal-ekwitajiet innegozjati fil-boroż fejn l-investiment huwa parti minn relazzjoni twila mal-klijenti;

(b)     0.09 % għal skoperturi tal-ekwitajiet mhux innegozjati fil-boroż fejn ir-rendiment fuq l-investiment huwa bbażat fuq flussi regolari u perjodiċi ta’ flus mhux derivati qligħ kapitali;

(c)     0.40 % għal skoperturi tal-ekwitajiet innegozjati fil-boroż inklużi pożizzjonijiet qosra oħra kif stabbilit fl-Artikolu 150(2);

(d)     1.25 % għall-iskoperturi kollha l-oħra tal-ekwitajiet inklużi pożizzjonijiet qosra oħra kif stabbilit fl-Artikolu 150(2).

2. Skoperturi tal-ekwitajiet privati f’portafolli diversifikati biżżejjed jistgħu jiġu assenjati LGD ta’ 65 %.

3. Kull skopertura simili oħra għandha tiġi assenjata LGD ta’ 90 %.

4. L-M assenjata għall-iskoperturi kollha għandha tkun ta’ 5 snin.

Taqsima 5 Valur tal-iskopertura

Artikolu162  Skoperturi għal korporattivi, istituzzjonijiet, gvernijiet ċentrali u banek ċentrali u skoperturi fil-livell tal-konsumatur

1. Sakemm ma jkunx avżat mod ieħor, il-valur tal-iskoperturi li jidhru fuq il-karta tal-bilanċ għandu jkun il-valur tal-kontabbiltà mkejjel mingħajr ma jiġi kkunsidrat l-ebda aġġustament li jkun sar fir-riskju ta’ kreditu.

Din ir-regola tapplika wkoll għal assi mixtrija bi prezz differenti mill-ammont dovut.

Għall-assi mixtrija, id-differenza bejn l-ammont dovut u l-valur tal-kontabbiltà li jifdal wara li jkunu ġew applikati l-aġġustamenti tar-riskju ta’ kreditu speċifiku li jkun ġie rreġistrat fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjonijiet meta nxtara l-assi hija denotata bħala skont jekk l-ammont dovut huwa akbar, u bħala primjum jekk huwa iżgħar.

2. Fejn l-istituzzjonijiet jużaw ftehimiet Ewlenin ta’ netting fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet ta’ riakkwist jew tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b’self ta' titoli jew komoditajiet, il-valur tal-iskopertura għandu jiġi kkalkolat skont il-Kapitolu 4.

3. Għan-netting fuq il-karta tal-bilanċ ta’ self u depożiti, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-metodi stabbiliti fil-Kapitolu 4 għall-kalkolu tal-valur tal-iskopertura.

4. Il-valur tal-iskopertura għal kirjiet għandu jkun il-pagamenti tal-kirja minimi skontati. Il-pagamenti minimi tal-kirja għandhom jinkludu l-pagamenti matul il-perjodu tal-kirja li l-kerrej jista’ jkun meħtieġ jagħmel u kwalunkwe opzjoni ta’ nnegozjar (jiġifieri, opzjoni li l-eżerċizzju tagħha huwa raġonevolment ċert). Jekk parti, għajr il-kerrej tista’ tkun meħtieġa tagħmel pagament relatat mal-valur reżidwu ta’ assi mikri u dan l-obbligu ta’ pagament jilħaq is-sett ta’ kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 197 dwar l-eliġibbiltà tal-fornituri tal-protezzjoni kif ukoll ir-rekwiżiti għar-rikonoxximent ta’ tipi oħra ta’ garanziji previsti fl-Artikolu 208, l-obbligu ta’ pagament jista’ jiġi kkunsidrat bħala l-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata skont il-Kapitolu 4.

5. Fil-każ ta’ kwalunkwe element elenkat fl-Anness II, il-valur tal-iskopertura għandu jiġi ddeterminat mill-metodi stabbiliti fil-Kapitolu 6 u ma għandu jqis l-ebda aġġustament li jkun sar fir-riskju ta’ kreditu.

6. Il-valur tal-iskopertura għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju ta’ reċivibbli mixtrija għandu jkun il-valur skont il-paragrafu 1 imnaqqas mir-rekwiziti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ dilwizzjoni qabel il-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu.

7. Fejn skopertura tieħu l-forma ta’ titoli jew komoditajiet mibjugħa, imdaħħla jew mislufa peremzz ta' tranżazzjonijiet ta’ riakkwist jew tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b’self ta' titoli jew komoditajiet, tranżazzjonijiet b’saldu fit-tul u tranżazzjonijiet ta’ għoti ta' self marġinali, il-valur tal-iskopertura għandu jkun il-valur tat-titoli jew il-komoditajiet determinat skont l-Artikolu 94. Fejn jintuża l-Metodu Komprensiv ta’ Kollateral Finanzjarju kif stabbilit fl-Artikolu 218, il-valur tal-iskopertura għandu jiżdied bl-aġġustament tal-voltatilità xieraq għal tali titoli jew komoditajiet, kif stabbilit hemm. Il-valur tal-iskopertura ta’ tranżazzjonijiet ta’ riakkwist, tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b’self ta' titoli jew komoditajiet, tranżazzjonijiet b’saldu fit-tul u tranżazzjonijiet ta’ għoti ta' self marġinali jista’ jiġi ddeterminat jew skont il-Kapitolu 6 jew l-Artikolu 215(2).

8. Il-valur tal-iskopertura għall-elementi li ġejjin jista’ jiġi kkalkolat bħala l-ammont impenjat iżda mhux miġbud multiplikat b’fattur ta’ konverżjoni. L-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-fatturi ta’ konverżjoni li ġejjin skont l-Artikolu 146(8):

(a)     għal linji ta’ kreditu li huma kanċellabbli mingħajr kundizzjoni fi kwalunkwe ħin mill-istituzzjoni mingħajr notifika minn qabel, jew li effettivament jipprovdu għal kanċellazzjoni awtomatika minħabba deterjorament fl-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju, għandu japplika fattur ta’ konverżjoni ta’ 0 %. Sabiex jiġi applikat fattur ta’ konverżjoni ta’ 0 %, l-istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw b’mod attiv il-kundizzjoni finanzjarja tal-obbligant, u s-sistemi ta’ kontroll interni tagħhom għandhom jippermettulhom sabiex minnufih jidentifikaw deterjorament fil-kwalità kreditizja tal-obbligant. Linji ta’ kreditu mhux miġbud jistgħu jiġu kkunsidrati bħala kanċellabbli mingħajr kundizzjoni jekk it-termini jippermettu lill-istituzzjoni tikkanċellahom kompletament sa fejn huwa permess skont il-leġiżlazzjoni tal-protezzjoni tal-konsumatur u l-oħrajn relatati;

(b)     għal ittri ta’ kreditu għal żmien qasir li jirriżultaw miċ-ċaqliq ta’ prodotti, għandu japplika fattur ta’ konverżjoni ta’ 20 % kemm għall-istituzzjonijiet emittenti kif ukoll għal dawk li jikkonfermaw;

(c)     għal impenji ta’ xiri mhux miġbuda għal reċivibbli rotanti mixtrija li jistgħu jiġu kkanċellati mingħajr kundizzjoni jew li effettivament jipprovdu għal kanċellazzjoni awtomatika fi kwalunkwe ħin mill-istituzzjoni mingħajr avviż minn qabel, għandu japplika fattur ta’ konverżjoni ta’ 0 %. Sabiex japplikaw fattur ta’ konverżjoni ta’ 0 %, l-istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw b’mod attiv il-kundizzjoni finanzjarja tal-obbligant u s-sistemi ta’ kontroll interni tagħhom għandhom jippermettulhom sabiex minnufih jidentifikaw deterjorament fil-kwalità kreditizja tal-obbligant;

(d)     għal linji ta’ kreditu oħrajn, faċilitajiet ta’ ħruġ ta’ notifiki (NIFs), u faċilitajiet ta’ sottoskrizzjoni rotanti (RUFs), għandu japplika fattur ta’ konverżjoni ta’ 75 %;

(e)     istituzzjonijiet li jilħqu r-rekwiżiti għall-użu tal-istimi proprji tal-fatturi ta’ konverżjoni kif speċifikat fit-Taqsima 6 jistgħu jużaw l-istimi proprji tagħhom tal-fatturi ta’ konverżjoni fuq it-tipi ta’ prodotti differenti kif imsemmi fil-punti (a) sa (d), soġġetti għall-permess tal-awtoritatjiet kompetenti.

9. Fejn impenn jirreferi għall-estensjoni ta’ impenn ieħor, għandu jintuża l-iżgħar miż-żewġ fatturi ta’ konverżjoni assoċjat mal-impenn individwali.

10. Għall-elementi kolla li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ għajr dawk imsemmija fil-punti 1 sa 8, il-valur tal-iskopertura għandu jkun il-perċentwali tal-valur tagħom li ġej:

(a)     100 % jekk huwa element ta’ riskju sħiħ;

(b)     50 % jekk huwa element ta’ riskju medju;

(c)     20 % jekk huwa element ta’ riskju medju/baxx;

(d)     0 % jekk huwa element ta’ riskju baxx.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu l-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ għandhom jiġu assenjati għal kategoriji tar-riskju kif indikat fl-Anness I.

Artikolu 163 Skoperturi tal-ekwitajiet

1. Il-valur tal-iskopertura tal-iskoperturi tal-ekwitajiet għandu jkun il-valur tal-kontabbiltà li jifdal wara li jiġi applikat l-aġġustament tal-kreditu tar-riskju speċifiku.

2. Il-valur tal-iskopertura ta’ skoperturi tal-ekwitajiet li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ għandu jkun il-valur nominali tagħha wara li jitnaqqas il-valur nominali tagħha bl-aġġustamenti tar-riskju ta’ kreditu speċifiku għal din l-iskopertura.

Artikolu 164 Assi oħra li mhumiex obbligi ta’ kreditu

Il-valur tal-iskopertura ta’ assi oħra li mhumiex obbligi ta’ kreditu għandu jkun il-valur tal-kontabbiltà li jifdal wara li jkun applikat l-aġġustament tar-riskju ta’ kreditu speċifiku

Taqsima 6 rekwiżiti għall-approċċ tal-IRB

Subtaqsima 1 Sistemi ta’ Klassifikazzjoni

Artikolu 165 Prinċipji ġenerali

1. fejn l-istituzzjoni tuża sistemi multipli ta’ klassifikazzjoni, ir-raġuni tal-assenjazzjoni ta’ obbligant jew tranżazzjoni f’sistema ta’ klassifikazzjoni għandu jiġu dokumentat u applikat b’mod li jirrefletti b’mod xieraq il-livell tar-riskju.

2. Il-kriterji u l-proċess tal-assenjazzjoni għandhom jiġu reveduti perjodikament sabiex jiġi ddeterminat jekk jibqgħux xierqa għall-portafoll u l-kundizzjonijiet esterni attwali.

3. Fejn l-istituzzjoni tuża l-istimi diretti ta’ parametri tar-riskju, dawn jistgħu jitqiesu bħala l-outputs ta’ livelli fuq skala ta’ klassifikazzjoni kontinwa.

Artikolu 166 Struttura tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni

1. L-istruttura tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni għall-iskoperturi għal korporattivi, istituzzjonijiet u gvernijiet ċentrali u banek ċentrali għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)     sistema ta’ klassifikazzjoni għandha tqis il-karatteristiċi tar-riskju tal-obbligant u tat-tranżazzjoni;

(b)     sistema ta’ klassifikazzjoni għandu jkollha skala ta’ klassifikazzjoni tal-obbliganti li tirrefletti b’mod esklussiv il-kwantifikazzjoni tar-riskju ta’ inadempjenza ta’ debitur. L-iskala ta’ klassifikazzjoni tal-obbliganti għandu jkollha minimu ta’ 7 gradi għal obbliganti mhux inadempjenti u grad wieħed għal obbliganti inadempjenti;

(c)     istituzzjoni għandha tiddokumenta r-relazzjoni bejn il-gradi tal-obbliganti f’termini tal-livell ta’ riskju ta’ inadempjenza li kull grad jimplika u l-kriterji użati li jiddistingwu dak il-livell ta’ riskju ta’ inadempjenza;

(d)     istituzzjonijiet b’portafolli konċentrati fuq segment tas-suq u firxa partikolari ta’ riskju ta’ inadempjenza għandu jkollhom biżżejjed gradi ta’ obbliganti f’dik il-firxa sabiex jevitaw konċentrazzjonijiet bla ħtieġa ta’ debituri fi grad partikolari. Konċentrazzjonijiet sinifkanti fi grad wieħed għandhom jiġu appoġġjati minn provi empiriċi konvinċenti li l-grad tal-obbliganti jkopri faxxa tal-PD raġonevolment dejqa u li r-riskju ta’ inadempjenza ta’ kull obbligant f’dak il-grad jaqa’ f’dik il-faxxa;

(e)     sabiex titħalla tintuża għall-kalkolu tar-rekwiżiti tal-fondi proprji tal-istimi proprji tal-LGDs, sistema ta’ klassifikazzjoni għandha tinkludi skala distinta ta’ klassifikazzjoni tal-faċilitajiet li tirrefletti b’mod esklussiv il-karatteristiċi ta’ tranżazzjoni relatati mal-LGD. Id-definizzjoni ta’ grad tal-faċilità għandha tinkludi kemm spjegazzjoni dwar kif l-iskoperturi huma assenjati għall-grad kif ukoll dwar il-kriterji użati sabiex jiddistingwu l-livell ta’ riskju fost il-gradi;

(f)      konċentrazzjonijiet sinifikanti fi grad ta’ faċilità wieħed għandhom ikunu appoġġjati minn provi empiriċi konvinċenti li l-grad tal-faċilità jkopri faxxa tal-LGD raġonevolment dejqa, rispettivament, u li r-riskju tal-iskoperturi kollha f’dak il-grad jaqa’ f’dik il-faxxa.

2. L-istituzzjonijiet li jużaw il-metodu stabbiliti fl-IRB6(5) għall-assenjazzjoni tal-piżijiet ta’ riskju għall-iskoperturi tal-għoti ta' self speċjalizzat huma eżenti mir-rekwiżit li jkollhom skala ta’ klassifikazzjoni tal-obbliganti li tirrefletti b’mod esklussiv il-kwantifikazzjoni tar-riskju ta’ inadempjenza tal-obbliganti għal dawn l-iskoperturi. Dawn l-istituzzjonijiet għandu jkollhom tal-inqas 4 gradi għal obbligant mhux inadempjenti u tal-inqas grad wieħed għal obbliganti inadempjenti għal dawn l-iskoperturi.

3. L-istruttura tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni għall-iskoperturi fil-livell tal-konsumaturi għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)     is-sistemi ta’ klassifikazzjoni għandhom jirreflettu kemm ir-riskju tal-obbligant kif ukoll tat-tranżazzjoni, u għandhom ikopru l-karatteristiċi relevanti kollha tal-obbligant u tat-tranżazzjoni;

(b)     il-livell ta’ differenzazzjoni tar-riskji għandu jiżgura li l-għadd ta’ skoperturi fi grad jew pula partikolari ta’ skoperturi huwa suffiċjenti sabiex jippermetti għal kwantifikazzjoni u validazzjoni sinifikattivi tal-karatteristiċi tat-telf fil-livell tal-grad jew tal-pula. Id-distribuzzjoni tal-iskoperturi u obbliganti fi gradi jew pulijiet għandu jsir b’tali mod li jiġu evitati konċentrazzjonijiet eċċessivi;

(c)     il-proċess ta’ assenjazzjoni ta’ skoperturi fi gradi jew pulijiet għandu jipprovdi għal differenzazzjoni sinifikattiva tar-riskju, għall-iggruppjar ta’ skoperturi omoġeni biżżejjed, u għandu jippermetti li ssir stima preċiża u konsistenti tal-karatteristiċi tat-telf fil-livell tal-grad u tal-pula. Għal reċivibbli mixtrija l-iggruppjar għandu jirrefletti l-prattiki ta’ sottoskrizzjoni tal-bejjiegħ u l-eteroġenità tal-klijenti tiegħu;

4. L-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw il-fatturi ta’ riskju li ġejjin meta jassenjaw l-iskoperturi fi gradi u pulijiet.

(a)     il-karatteristiċi tar-riskju tal-dobbligant;

(b)     il-karatteristiċi tar-riskju tat-tranżazzjoni, inklużi t-tipi ta’ prodotti jew kollaterali jew it-tnejn li huma. L-istituzzjonijiet għandhom jindirizzaw b’mod espliċitu l-każijiet fejn diversi skoperturi jibbenefikaw mill-istess kollateral;

(c)     delinkwenza, għajr f’każijiet fejn l-istituzzjoni turi għas-sodisfazzjoni tal-awtorità kompetenti tagħha li d-delinkwenza mhijiex fattur materjali ta’ riskju għall-iskopertura.

Artikolu 167 Assenjazzjoni fi gradi jew pulijiet

1. Istituzzjoni għandu jkollha definizzjonijiet, proċessi u kriterji speċifiċi għall-assenjazzjoni ta’ skoperturi fi gradi jew pulijiet fis-sistema ta’ klassifikazzjoni li jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)     id-definizzjonijiet tal-grad jew tal-pula u l-kriterji għandhom ikunu dettaljati biżżejjed sabiex jippermettu lil dawk inkarigati mill-assenjazzjoni tal-klassifikazzjoni sabiex konsistentement jassenjaw obbliganti u faċilitajiet li huma ta’ riskju simili fl-istess grad jew pula. Din il-konsistenza għandha teżisti fil-linji tan-negozju, id-dipartimenti u l-postijiet ġeografiċi kollha;

(b)     id-dokumentazzjoni tal-proċess ta’ klassifikazzjoni għandu jippermetti lil partijiet terzi jifhmu l-assenjazzjonijiet tal-iskoperturi fi gradi jew pulijiet, jirreplikaw l-assenjazzjonijiet fi gradi jew pulijiet u sabiex jevalwaw l-idonjetà tal-assenjazzjonijiet fil-grad jew fil-pula;

(c)     il-kriterji għandhom ikunu konsistenti wkoll mal-istandards interni tal-għoti ta' self tal-istituzzjoni u l-politiki tagħha għall-maniġġ ta’ obbliganti u faċilitajiet f’diffikultà.

2. Istituzzjoni għandha tqis l-informazzjoni kollha meta tassenja lill-obbliganti u l-faċilitajiet fi gradi jew pulijiet. L-informazzjoni għandha tkun attwali u għandha tippermetti lill-istituzzjoni tbassar il-prestazzjoni tal-iskopertura fil-ġejjieni. Inqas ma l-istituzzjoni jkollha informazzjoni, aktar għandha tkun konservattiva fl-assenjazzjonijiet tagħha tal-iskoperturi ta’ obbliganti jew faċilitajiet fi gradi jew pulijiet. Jekk istituzzjoni tuża klassifikazzjoni esterna bħala fattur primarju li jiddetermina l-assenjazzjoni ta’ klassifikazzjoni interna, l-istituzzjoni għandha tiżgura li tikkonsidra l-informazzjoni relevanti l-oħra.

Artikolu 168  Assenjazzjoni ta’ skoperturi

1. Għall-iskoperturi għal korporattivi, istituzzjonijiet u gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, l-assenjazzjoni ta’ skoperturi għandha ssir skont il-kriterji li ġejjin:

(a)     kull obbligant għandu jiġi assenjat fi grad ta’ obbligant bħala parti mill-proċess tal-approvazzjoni tal-kreditu;

(b)     għal dawk l-istituzzjonijiet li rċevew il-permess tal-awtorità kompetenti biex jużaw l-istimi proprji tal-LGDs u l-fatturi ta’ konverzjoni skont l-Artikolu 138, kull skopertura għandha tkun assenjata wkoll fi grad tal-faċilità bħala parti mill-proċess tal-approvazzjoni tal-kreditu;

(c)     l-istituzzjonijiet li jużaw il-metodi stabbiliti fl-Artikolu 148(5) għall-assenjazzjoni tal-piżijiet ta’ riskju għall-iskoperturi tal-għoti ta' self speċjalizzat għandhom jassenjaw kull waħda minn dawn l-iskoperturi fi grad skont l-Artikolu 166(2);

(d)     kull entità ġuridika separata li għaliha tkun esposta l-istituzzjoni għandha tkun klassifikata b’mod separat. L-istituzzjoni għandu jkollha politiki xierqa rigward it-trattament ta’ klijenti obbliganti individwali u gruppi ta’ klijenti konnessi;

(e)     skoperturi separati għall-istess obbligant għandhom jiġu assenjati fl-istess grad ta’ obbliganti, irrispettivament minn kwalunkwe differenza fin-natura ta’ kull tranżazzjoni speċifika. Madanakollu, fejn skoperturi separati jitħallew jirriżultaw fi gradi multipli għall-istess obbligant, għandu japplika dan li ġej:

(i)      riskju ta’ trasferiment tal-pajjiż, riskju li huwa dipendenti fuq jekk l-iskoperturi humiex denominati f’munita lokali jew barranija;

(ii)      fejn it-trattament ta’ garanziji assoċjati għal skopertura jistgħu jkunu riflessi f’assenjazzjoni aġġustata għal grad ta’ obbligant;

(iii)     fejn il-protezzjoni tal-konsumatur, is-segretezza bankarja jew leġiżlazzjoni oħra tipprojbixxi l-iskambju tad-dejta dwar il-klijenti.

2. Għal skoperturi fil-livell tal-konsumaturi, kull skopertura għandha tkun assenjata fi grad jew pula bħala parti mill-proċess tal-approvazzjoni tal-kreditu.

3. Għall-assenjazzjonijiet fi gradi jew pulijiet l-istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw is-sitwazzjonijiet li fihom il-ġudizzju uman jista’ jipprevala fuq l-inputs jew outputs tal-proċess tal-assenjazzjoni u l-persunal responsabbli mill-approvazzjoni ta’ dawn il-prevalazzjonijiet. L-istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw dawn il-prevalazzjonijiet u jinnutaw min kien il-persunal responsabbli. L-istituzzjonijiet għandhom janalizzaw il-prestazzjoni tal-iskoperturi li l-assenjazzjonijiet tagħhom saru skont prevalazzjoni. Din l-analiżi għandha tinkludi valutazzjoni tal-prestazzjoni ta’ skoperturi li l-klassifikazzjoni tagħhom ġiet pprevaluta minn persuna partikolari li hija responsabbli għall-persunal kollu.

Artikolu 169 Integrità tal-proċess tal-assenjazzjoni

1. Għall-iskoperturi għal korporattivi, istituzzjonijiet u gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, il-proċess ta’ assenjazzjoni għandu jilħaq ir-rekwiżiti li ġejjin dwar l-integrità:

(a)     Assenjazzjonijiet u analiżi perjodika tal-assenjazzjonijiet għandhom jitlestew jew jiġu approvati minn parti indipendenti li ma tibbenefikax b’mod dirett mid-deċiżjonijiet ta’ estensjoni tal-kreditu;

(b)     L-istituzzjonijiet għandhom jaġġornaw l-assenjazzjonijiet tal-inqas darba fis-sena. Obbliganti b’riskju għoli u skoperturi bi problemi għandhom ikunu soġġetti għal analiżi aktar spissa. L-istituzzjonijiet għandhom iwettqu assenjazzjoni ġdida jekk issir disponibbli informazzjoni materjali dwar l-obbligant jew l-iskopertura;

(c)     Istituzzjoni għandu jkollha proċess effettiv sabiex tikseb u taġġorna l-informazzjoni relevanti dwar il-karatteristiċi ta’ obbligant li jaffettwatwaw il-PDs, u dwar il-karatteristiċi tat-tranżazzjonijiet li jaffettwaw l-LGDs jew il-fatturi ta’ konverżjoni.

2. Għal skoperturi fil-livell tal-konsumaturi, tal-inqas darba fis-sena l-istituzzjoni għandha taġġorna l-assenjazzjonijiet tal-obbligant u tal-faċilitajiet jew tanalizza l-karatteristiċi tat-telf u l-istatus tad-delinkwenza ta’ kull pula ta’ riskji identifikata, skont liema applikabbli. Tal-inqas darba fis-sena, l-istituzzjoni għandha wkoll tanalizza f’kampjun rappreżentattiv l-istatus tal-iskoperturi individwali f’kull pula bħala mezz sabiex tiżgura li l-iskoperturi għadhom assenjati fil-pula korretta.

3.           L-ABE għandha tiżviluppa standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kundizzjonijiet li l-istituzzjonijiet għandhom jimxu magħhom sabiex jiżguraw l-integrità tal-proċess tal-assenjazzjoni u l-valutazzjoni regolari u indipendeti tar-riskji.

L-ABE għandha tissottometti l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.

Il-Kummissjoni tiġi ddelegata bis-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 170 Użu tal-mudelli

Jekk istituzzjoni tuża mudelli statistiċi u metodi mekkaniċi oħrajn sabiex tassenja l-iskoperturi ta’ obbliganti jew faċilitajiet fi gradi jew pulijiet, għandhom jintlaħqu r-rekwiżit li ġejjin:

(a)          il-mudell għandu jkollu potenza ta' tbassir tajba u r-rekwiżiti kapitali ma għandhomx jiġu distorti minħabba l-użu tiegħu. Il-varjabbli li jiddaħħlu għandhom jiffurmaw bażi raġonevoli u effettiva għat-tbassir li jirriżulta. Il-mudell ma għandux ikollu preġudizzji materjali;

(b)          l-istituzzjoni għandu jkollha implimentat proċess ta’ verifikazzjoni bir-reqqa tal-inputs fil-mudell, li jinkludi valutazzjoni tal-preċiżjoni, il-kompletezza u l-idonjetà tad-dejta;

(c)          id-dejta użata sabiex jinbena l-mudell għandha tkun rappreżentattiva tal-popolazzjoni tal-obbliganti jew l-iskoperturi attwali tal-istituzzjoni;

(d)          l-istituzzjoni għandu jkollha ċiklu regolari ta’ validazzjoni tal-mudelli li jinkludi l-monitoraġġ tal-prestazzjoni u l-istabbiltà tal-mudell; l-analiżi tal-ispeċifikazzjoni tal-mudell; u l-ittestjar tal-outputs mal-inputs;

(e)          l-istituzzjoni tikkumplimenta l-mudell statistiku permezz tal-ġudizzju uman u s-sorveljanza umana sabiex jiġu analizzati l-assenjazzjonijiet ibbażati fuq il-mudell u sabiex ikun żgurat li l-mudelli qed jintużaw kif xieraq. Il-proċeduri ta’ analiżi għandhom jimmiraw sabiex isibu u jillimitaw l-iżbalji assoċjati mad-dgħjufijiet tal-mudell. Il-ġudizzji umani għandhom iqisu l-informazzjoni relevanti kollha li mhijiex ikkunsidrata mill-mudell. L-istituzzjoni għandha tiddokumenta dwar kif għandhom jiġu kkombinati l-ġudizzju uman u r-riżultati tal-mudell.

Artikolu 171  Dokumentazzjoni tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni

1. L-istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw d-diżinn u d-dettalji operazzjonali tas-sistemi tal-klassifikazzjoni tagħhom. Id-dokumentazzjoni għandha tipprovdi provi dwar il-konformità mar-rekwiżiti f’din it-Taqsima, u tindirizza suġġetti inklużi d-differenzazzjoni tal-portafolli, il-kriterji ta’ klassifikazzjoni, ir-responsabbiltajiet tal-partijiet li jikklassifikaw l-obbliganti u l-iskoperturi, il-frekwenzi tal-analiżi tal-assenjazzjonijiet, u s-sorveljanza tal-immaniġjar tal-proċess tal-klassifikazzjoni.

2. L-istituzzjoni għandha tiddokumenta r-raġunament u l-analiżi li jsostnu l-għażla tagħha tal-kriterji ta’ klassifikazzjoni. L-istituzzjoni għandha tiddokumenta l-bidliet ewlenin kollha fil-proċess tal-klassifikazzjoni tar-riskju, u tali dokumentazzjoni għandha tappoġġja l-identifikazzjoni tal-bidliet li saru fil-proċess tal-klassifikazzjoni tar-riskju li saru wara l-aħħar analiżi mill-awtoritajiet kompetenti. L-organizzazzjoni tal-assenjazzjoni tal-klassifikazzjoni fosthom il-proċess ta’ assenjazzjoni ta’ klassifikazzjoni u l-istruttura ta’ kontroll intern għandhom ikunu dokumentati wkoll.

3. L-istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw id-definizzjonijiet speċifiċi ta’ inadempjenza u telf użati internalment u jiżguraw il-konsistenza mad-definizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.

4. Fejn l-istituzzjoni tkun tuża mudelli statistiċi fil-proċess ta’ klassifikazzjoni, l-istituzzjoni għandha tiddokumenta l-metodoloġiji tagħhom. Dan il-materjal għandu:

(a)     jipprovdi spjega dettaljat tat-teorija, is-suppożizzjonijiet u l-bażi matematika u empirika tal-assenjazzjoni tal-istimi lill-gradi, l-obbliganti individwali, l-iskoperturi jew il-pulijiet u s-sors(i) tad-dejta użati sabiex jiġi estimat il-mudell;

(b)     jistabbilixxi proċess statistiku rigoruż inklużi testijiet “out-of-time” u “out-of-sample” tal-prestazzjoni għall-validazzjoni tal-mudell;

(c)     jindika kwalunkwe ċirkostanza li fiha l-mudell ma jaħdimx b’mod effettiv.

5. L-istituzzjoni għandha turi, għas-sodisfazzjoni tal-awtorità kompetenti, li r-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu jkunu ntlaħqu, fejn l-istituzzjoni tkun kisbet sistema ta’ klassifikazzjoni jew mudell użat fi ħdan sistema ta’ klassifikazzjoni minn bejjiegħ terza parti u dak il-bejjiegħ jiċħad jew jillimita l-aċċess tal-istituzzjoni għall-informazzjoni rigward il-metodoloġija ta’ dik is-sistema jew il-mudell ta’ klassifikazzjoni, jew id-dejta sottostanti użata sabiex tiġi żviluppata dik il-metodoloġija jew il-mudell, fuq il-bażi li tali informazzjoni tkun proprjetarja.

Artikolu 172 Manutenzjoni tad-dejta

1. L-istituzzjonijiet għandhom jiġbru u jaħżnu d-dejta dwar l-aspetti tal-klassifikazzjonijiet interni tagħhom kif meħtieġ skont il-Parti Tmienja.

2. Għall-iskoperturi għal korporattivi, istituzzjonijiet u gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, l-istituzzjonijiet għandhom jiġbru u jaħżnu:

(a)     l-istejjer kompleti tal-klassifikazzjonijiet dwar obbliganti u garanti rikonoxxuti;

(b)     id-dati li fihom ġew assenjati l-klassifikazzjonijiet;

(c)      id-dejta ewlenija u l-metodoloġija użata sabiex tingħata l-klassifikazzjoni;

(d)     il-persuna responsabbli mill-assenjazzjoni tal-klassifikazzjoni;

(e)      l-identità tal-obbliganti u l-iskoperturi li saru inadempjenti;

(f)      id-data u ċ-ċirkostanzi ta’ tali inadempjenzi;

(g)      dejta dwar il-PDs u r-rati ta’ inadempjenzi realizzati assoċjati mal-gradi ta’ klassifikazzjonijiet u migrazzjoni ta’ klassifikazzjonijiet.

3. L-istituzzjonijiet li ma jużawx l-istimi tal-LGDs u l-fatturi ta’ konverzjoni proprji għandhom jiġbru u jaħżnu d-dejta dwar il-paraguni tal-LGDs realizzati mal-valuri kif stabbilit fl-Artikolu 157(1) u fatturi ta’ konverżjoni realizzati mal-valuri kif stabbilit fl-Artikolu 162(8).

4. L-istituzzjonijiet li jużaw l-istimi tal-LGDs u l-fatturi ta’ konverzjoni proprji għandhom jiġbru u jaħżnu:

(a)     l-istejjer kompleti ta’ dejta dwar il-klassifikazzjonijiet tal-faċilitajiet u l-istimi tal-LGD u tal-fattur ta’ konverzjoni assoċjati ma’ kull skala ta’ klassifikazzjoni;(b)          id-dati li fihom ġew assenjati l-klassifikazzjonijiet u meta saru l-istimi;

(c)     id-dejta ewlenija u l-metodoloġija użati sabiex tingħata l-klassifikazzjoni tal-faċilitajiet u l-istimi tal-LGD u tal-fattur ta’ konverzjoni;

(d)     il-persuna li assenjat il-klassifikazzjoni tal-faċilità u l-persuna li pprovdiet l-istimi tal-LGD u tal-fattur ta’ konverzjoni;

(e)     dejta dwar l-LGDs stmati u realizzati u l-fatturi ta’ konverzjoni assoċjati ma’ kull skopertura inadempjenti;

(f)      dejta dwar l-LGD tal-iskopertura qabel u wara l-evalwazzjoni tal-effetti ta' garanzija/jew derivat ta’ kreditu, għal dawk l-istituzzjonijiet li jirreflettu l-effetti tal-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu tal-garanziji jew tad-derivati ta’ kreditu permezz tal-LGD;

(g)     dejta dwar il-komponenti tat-telf għal kull skopertura inadempjenti.

5. Għal skoperturi fil-livell tal-konsumaturi, l-istituzzjonijiet għandhom jiġbru u jaħżnu:

(a)     dejta użata fil-proċess ta’ allokazzjoni tal-iskoperturi fi gradi jew pulijiet;

(b)     dejta dwar il-PDs, l-LGDs u l-fatturi ta’ konverzjoni stmati assoċjati ma’ gradi jew pulijiet ta’ skoperturi;

(c)     l-identità tal-obbliganti u l-iskoperturi li saru inadempjenti;

(d)     għal skoperturi inadempjenti, id-dejta dwar il-gradi jew il-pulijiet li fihom kienet assenjata l-iskopertura fis-sena qabel l-inadempjenza u r-riżultati realizzati fuq l-LGD u l-fattur ta’ konverzjoni;

(e)     dejta fuq ir-rati ta’ telf għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur rotanti li jikkwalifikaw.

Artikolu 173 Testijiet tal-istess użati fil-valutazzjoni tal-adegwatezza kapitali

1. L-istituzzjoni għandu jkollha fis-seħħ proċessi ta’ ttestjar tal-istess sodi għall-użu fil-valutazzjoni tal-adegwatezza kapitali tagħha. L-ittestjar tal-istess għandu jinvolvi l-identifikazzjoni ta’ avvenimenti possibbli jew avvenimenti futuri fil-kundizzjonijiet ekonomiċi li jista’ jkollhom effetti ħżiena fuq skoperturi ta’ kreditu tal-istituzzjoni u l-valutazzjoni tal-abbiltà tal-istituzzjoni sabiex tiflaħ għal tali bidliet.

2. L-istituzzjoni għandha twettaq b’mod regolari test tal-istess tar-riskju ta’ kreditu sabiex tivvaluta l-effett ta’ ċerti kundizzjonijiet speċifiċi fuq ir-rekwiżiti ta’ kapital totali għar-riskju ta’ kreditu. It-test għandu jkun wieħed magħżul mill-istituzzjoni, soġġett għall-analiżi superviżorja. It-test li jrid jintuża għandu jkun sinifikattiv u jikkunsidra l-effetti ta’ xenarji ta’ riċessjoni severa iżda plawżibbli. L-istituzzjoni għandha tivvaluta l-migrazzjoni fil-klassifikazzjonijiet tagħha f’xenjari tal-ittestjar għall-istress. Il-portafolli taħt stress għandu jkun fihom il-maġġoranza vasta tal-iskoperturi totali ta’ istituzzjoni.

3. L-istituzzjonijiet li jużaw it-trattament stabbilit fl-Artikolu 148(3) għandhom iqisu l-impatt tad-deterjorament fil-kwalità ta’ kreditu tal-fornituri tal-protezzjoni bħala parti mill-qafas tagħhom ta’ ttestjar tal-istress, b’mod partikolari l-impatt tal-fornituri tal-protezzjoni li jaqgħu barra l-kriterji tal-eliġibbiltà.

4. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi sabiex tispeċifika f’dettall akbar it-tifsira tax-xenarji ta’ riċessjoni severa iżda plawżibbli msemmija fil-paragrafu 2.

L-ABE għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2013.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Subtaqsima 2 Kwantifikazzjoni tar-riskju

Artikolu 174 Inadempjenza ta’ obbligant

1. Fil-kwantifikazzjoni tal-parametri tar-riskju li għandhom jiġu assoċjati mal-gradi u l-pulijiet ta’ klassifikazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-approċċ li ġej sabiex jiddeterminaw meta obbligant ikun sar inadempjenti. Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, inadempjenza għandha sseħħ fir-rigward ta’ obbligant partikolari meta sseħħ waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)     l-istituzzjoni tikkonsidra li l-obbligant aktarx li mhuwiex se jħallas bis-sħiħ l-obbligi ta’ kreditu tiegħu lill-istituzzjoni, lill-impriża prinċipali jew lil xi waħda mis-sussidjarji tagħha, mingħajr rikors mill-istituzzjoni għal azzjonijiet bħal realizzazzjoni tal-garanziji;

(b)     l-obbligant ikun qabeż id-data tal-maturità b’aktar minn 90 ġurnata fuq kwalunkwe obbligu ta’ kreditu materjali lill-istituzzjoni, lill-impriża prinċipali jew lil xi waħda mis-sussidjarji tagħha.

Għal self kurrenti, id-data meta tinqabeż il-maturità tibda meta l-obbligant ikun kiser il-limitu rakkomandat, meta jkun ġie rakkomandat limitu iżgħar mill-obbligi pendenti attwali, jew meta jkun ġibed kreditu mingħajr l-awtorizzazzjoni u l-ammont sottostanti jkun materjali.

Fil-każ ta’ skoperturi fil-livell tal-konsumaturi, inadempjenza fil-livell tal-faċilità għandu jiġi kkunsidrat ukoll għall-finijiet tal-paragrafu 2.

Limitu rakkomandat jinkludi kwalunkwe limitu ta’ kreditu determinat mill-istituzzjoni u li dwaru l-obbligant ikun ġie infurmat mill-istituzzjoni.

Id-data meta tinqabeż il-maturità għall-karti ta’ kreditu tibda mid-data tal-maturità tal-pagament minimu.

Fil-każijiet kollha, l-iskoperturi tal-maturità skaduta għandhom ikunu ogħla minn limitu, li jkun definit mill-awtoritajiet kompetenti. Dan il-limitu għandu jirrefletti livell ta’ riskju li l-awtorità kompetenti tikkunsidrah bħala raġonevoli.

L-istituzzjonijiet għandu jkollhom politiki dokumentati fir-rigward ta' kif jgħoddu l-ġranet tal-iskadenza tal-maturità, b’mod partikolari fir-rigward ta' rimaturazzjoni tal-faċilitajiet u l-għoti ta’ estensjonijiet, emendi jew diferimenti, rinnovamenti, u netting tal-kontijiet eżistenti. Dawn il-politiki għandhom jiġu applikati b’mod konsistenti, u għandhom ikunu konformi mal-immaniġjar intern tar-riskju u l-proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tal-istituzzjoni.

2. Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1, l-elementi li għandhom jittieħdu bħala indikaturi ta’ improbabbiltà ta’ ħlas għandhom jinkludu:

(a)     l-istituzzjoni tagħti lill-obbligu ta’ kreditu status mhux dovut;

(b)     l-istituzzjoni tirrikonoxxi aġġustament ta’ kreditu speċifiku li jirriżulta minn tnaqqis sinifikanti perċevut fil-kwalità ta’ kreditu wara li l-istituzzjoni tkun ħadet l-iskopertura;

(c)     l-istituzzjoni tbiegħ l-obbligu ta’ kreditu b’telf ekonomiku materjali relatat mal-kreditu;

(d)     l-istituzzjoni tagħti l-permess għal ristrutturar f’diffikultà tal-obbligu ta’ kreditu fejn dan x'aktarx ikun se jirriżulta f’obbligu finanzjarju mnaqqas ikkawżat minn maħfra materjali, jew posponiment, ta’ kapital, imgħax jew fejn xieraq, tariffi. Dan jinkludi ristrutturar f’diffikultà tal-ekwità stess fil-każ tal-iskoperturi tal-ekwitajiet valutati skont l-Approċċ tal-PD/LGD;

(e)     l-istituzzjoni fetħet proċedura għall-falliment tal-obbligant jew xi proċedura simili fir-rigward tal-obbligu ta’ kreditu ta’ obbligant lill-istituzzjoni, l-impriża prinċipali jew xi waħda mis-sussidjarji tagħha;

(f)      l-obbligant fittex jew tqiegħed f’falliment jew fi protezzjoni simili fejn dan jevita jew idewwem ir-ripagament ta’ obbligazzjoni ta' kreditu lill-istituzzjoni, l-impriża prinċipali jew xi waħda mis-sussidjarji tagħha.

3. Istituzzjonijiet li jużaw dejta esterna li hija stess mhijiex konsistenti mad-determinazzjoni tal-inadempjenza stabbilita fil-paragrafu 1, għandhom jagħmlu l-aġġustamenti xierqa sabiex jiksbu ekwivalenza wiesgħa mad-definizzjoni ta’ inadempjenza.

4. Jekk l-istituzzjoni tikkonsidra li skopertura li diġà saret inadempjenti hija b’tali mod li l-ebda skattatur tal-inadempjenza ma jibqa’ japplika, l-istituzzjoni għandha tikklassifika lill-obbligant jew lill-faċilità bħallikieku kienu skopertura mhux inadempjenti. Jekk sussegwentement id-definizzjoni ta’ inadempjenza tiġi skattata, jiġi meqjus li seħħet inadempjenza oħra.

5. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kundizzjonijiet li awtorità kompetenti għandha timxi magħhom biex tistipula l-limitu msemmi fil-paragrafu 1 li skopertura għandha tikkwalifika bħala maturità skaduta.

L-ABE għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.

Il-Kummissjoni tiġi ddelegata bis-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

6. L-ABE għandha toħroġ linji gwida dwar l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu. Dawn il-linji gwida għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 175 Rekwiżiti kumplessivi għall-istima

1. Fil-kwantifikazzjoni tal-parametri tar-riskju li għandu jiġi assoċjat mal-gradi jew l-pulijiet ta’ klassifikazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)     l-istimi proprji tal-parametri tar-riskju, tal-PD, tal-LGD, tal-fattur tal-konverżjoni u tal-EL tal-istituzzjoni għandhom jinkludu d-dejta, l-informazzjoni u l-metodi relevanti kollha. L-istimi għandhom jiġi dderevati billi jintużaw kemm l-esperjenza storika kif ukoll il-provi empiriċi, u mhux ibbażati purament fuq konsiderazzjonijet ta’ ġudizzju. L-istimi għandhom ikunu plawżibbli u intwittivi u għandhom ikunu bbażati fuq fatturi materjali tal-parametri tar-riskju rispettivi. Inqas ma l-istituzzjoni jkollha dejta, aktar trid tkun konservattivi fl-istima tagħha;

(b)     istituzzjoni għandha tkun tista’ tipprovdi analiżi sistematika tal-esperjenza ta’ telf tagħha f’termini ta’ frekwenza ta' inadempjenzi, l-LGD, il-fattur ta’ konverżjoni, jew it-telf fejn jintużaw l-istimi tal-EL, bil-fatturi li hija tqis bħala l-motivaturi tal-parametri tar-riskji rispettivi. L-istimi tal-istituzzjoni għandhom jirrappreżentaw esperjenza twila;

(c)     għandha tiġi kkunsidrata kull bidla fil-prattika tal-għoti ta' self jew fil-proċess biex jinġabru l-irkupri matul il-perjodi tal-osservazzjoni msemmija fl-Artikoli 176(1)(h), IRB 34(2)(e), IRB 35(2) u IRB 35(3). L-istimi tal-istituzzjoni għandhom jirreflettu l-implikazzjonijiet tal-iżviluppi tekniċi u dejta ġdida u informazzjoni oħra, hekk kif dawn isiru disponibbli. L-istituzzjonijiet għandhom jirrevedu l-istimi tagħhom meta jkun hemm informazzjoni ġdida iżda tal-inqas fuq bażi annwali;

(d)     il-popolazzjoni tal-iskoperturi rappreżentati fid-dejta użata għall-istima, l-istandards tal-għoti tas-self użati meta d-dejta kienet iġġenerata u karatteristiċi relevanti oħrajn għandhom ikunu komparabbli ma’ dawk tal-iskoperturi u l-istandards tal-istituzzjoni. Il-kundizzjonijiet ekonomiċi jew tas-suq li huma sottostanti d-dejta għandhom ikunu relevanti għall-kundizzjonijiet attwali u dawk prevedibbli. In-numru ta’ skoperturi fil-kampjun u l-perjodu tad-dejta użat għall-kwantifikazzjoni għandu jkun biżżejjed sabiex jipprovdi lill-istituzzjoni bil-kunfidenza fil-preċiżjoni u r-robustezza tal-istimi tagħha;

(e)     għal reċivibbli mixtrija, l-istimi għandhom jirreflettu l-informazzjoni relevanti kollha disponibbli għall-istituzzjoni li tixtri rigward il-kwalità tar-reċivibbli sottostanti, inkluża d-dejta għal pulijiet simili forniti mill-bejjiegħ, mill-istituzzjoni li tixtri, jew minn sorsi esterni. L-istituzzjoni li tixtri għandha tevalwa kwalunkwe dejta li tkun afdat fiha u li tkun fornita mill-bejjiegħ;

(f)      istituzzjoni għandha żżid mal-istimi tagħha marġni ta’ konservattiviżmu li huwa relatat mal-medda mistennija ta’ żbalji fl-istima. Fejn il-metodi u d-dejta huma kkunsidrati li jkunu inqas sodisfaċenti mill-istituzzjoni jew mill-awtorità kompetenti, il-medda mistennija ta’ żbalji tkun akbar, il-marġni ta’ konservattiviżmu għandu jkun akbar.

Fejn l-istituzzjonijiet jużaw stimi differenti għall-kalkolu tal-piżijiet ta’ riskju u għall-għanijiet interni, dawn għandhom ikunu dokumentati u raġonevoli. Jekk l-istituzzjonijiet jistgħu juru lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom li għad-dejta miġbura qabel l-1 ta’ Jannar 2007 saru aġġustamenti xierqa sabiex tinkiseb ekwivalenza wiesgħa mad-determinazzjoni tal-inadempjenza stabbilita fl-Artikolu 174 jew mat-telf, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjoni ftit flessibbiltà fl-applikazzjoni tal-istandards meħtieġa għad-dejta.

2. Fejn l-istituzzjoni tuża dejta f'pula miġbura minn fost istituzzjonijiet, l-istituzzjoni għandha tilħaq ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)     is-sistemi ta’ klassifikazzjoni u l-kriterji tal-istituzzjonijiet oħra fil-pula huma simili għal tagħha;

(b)     il-pula hija rappreżentattiva tal-portafoll li għalih tintuża d-dejta fil-pula;

(c)     id-dejta fil-pula tintuża b’mod konsistenti tul iż-żmien mill-istituzzjoni għall-istimi tagħha;

(d)     l-istituzzjoni għandha tibqa’ responsabbli għall-integrità tas-sistemi tal-klassifikazzjoni tagħha;

(e)     l-istituzzjoni għandha żżomm fost il-kapaċitajiet tagħha fehim biżżejjed tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni tagħha, inkluża l-abbiltà li timmonitorja b'mod effettiv u tawditja l-proċess ta’ klassifikazzjoni.

Artikolu 176 Rekwiżiti speċifiċi għall-istima tal-PD

1. Fil-kwantifikazzjoni tal-parametri tar-riskju li għandhom jiġu assoċjati mal-gradi jew mal-pulijiet tal-klassifikazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin speċifiċi għall-istima tal-PD għal skoperturi għal korporattivi, istituzzjonijiet u gvernijiet ċentrali u banek ċentrali:

(a)     istituzzjonijiet għandhom jistmaw il-PDs skont il-grad tal-obbligant minn medji fuq tul ta’ żmien ta’ rati ta’ inadempjenza ta’ sena. L-istimi tal-PD għal obbliganti li huma igranaġġati sew jew għal obbliganti li l-assi tagħhom huwa prinċipalment assi negozjati għandhom jirreflettu l-prestazzjoni tal-assi sottostanti abbażi ta' perjodi ta’ volatilitajiet taħt stress;

(b)     għal reċivibbli korporattivi mixtrija, l-istituzzjonijiet jistgħu jistmaw it-Telf Mistenni (minn hawn 'il quddiem EL) skont il-grad tal-obbligant minn medji fuq tul ta’ żmien ta’ rati ta’ inadempjenza ta’ sena;

(c)     jekk l-istituzzjoni tidderivi stimi medji fuq tul ta’ żmien tal-PDs u l-LGDs għal reċivibbli korporattivi mixtrija minn stima tal-EL, u stima xierqa tal-PD jew l-LGD, il-proċess ta’ stima tat-telf totali għandu jilħaq l-istandards kumplessivi għall-istima tal-PD u tal-LGD stabbiliti f’din il-parti, u r-riżultat għandu jkun konsistenti mal-kunċett ta’ LGD kif stabbilit fl-Artikolu 177(1)(a);

(d)     l-istituzzjonijiet għandhom jużaw it-tekniki tal-istimar tal-PD dejjem flimkien ma’ analiżi ta' sostenn. L-istituzzjonijiet għandhom jirrikonxxu l-importanza tal-konsiderazzjonijiet ta’ ġudizzju meta jgħaqqdu r-riżultati tat-tekniki u meta jagħmlu aġġustamenti għal-limitazzjonijiet tat-tekniki u l-informazzjoni;

(e)     sakemm l-istituzzjoni tuża dejta fuq esperjenza interna ta’ inadempjenza għall-istima tal-PDs, l-istimi għandhom jirreflettu l-istandards ta’ sottoskrizzjoni u ta’ kwalunkwe differenza fis-sistema ta’ klassifikazzjoni li ġġeneraw id-dejta u s-sistema ta’ klassifikazzjoni kurrenti. Fejn l-istandards ta’ sottoskrizzjoni jew is-sistemi ta’ klassifikazzjoni jkunu nbidlu, l-istituzzjoni għandha żżid marġni akbar ta’ konservattiviżmu fl-istima tagħha tal-PD;

(f)      sakemm l-istituzzjoni tassoċja jew timmappja l-gradi interni tagħha skont l-iskala użata minn ECAI jew organizzazzjonijiet simili u mbagħad tattribwixxi r-rata ta’ inadempjenza osservata għall-gradi tal-organizzazzjoni esterna għall-gradi tal-istituzzjoni, l-immappjar għandu jkun ibbażat fuq il-paragun tal-kriterji tal-klassifikazzjoni interni mal-kriterji użati mill-organizzazzjoni esterna u fuq il-paragun mal-klassifikazzjonijiet interni jew esterni ta’ kwalunkwe obbligant komuni. Għandhom jiġu evitati l-preġudizzji jew l-inkonsistenzi fl-approċċ tal-immappjar jew fid-dejta sottostanti. Il-kriterji tal-organizzazzjoni esterna sottostanti għad-dejta użata għall-kwantifikazzjoni għandhom jiġu orjentati għar-riskju ta’ inadempjenza biss u mhux jirreflettu l-karatteristiċi tat-tranżazzjoni. L-analiżi mwettqa mill-istituzzjoni għandha tinkludi paragun tad-definizzjonijiet ta’ inadempjenzi użati, soġġett għar-rekwiżiti fl-Artikolu 174. L-istituzzjoni għandha tiddokumenta l-bażi tal-immappjar;

(g)     sakemm dik l-istituzzjoni tuża l-mudelli statistiċi ta’ tbassir tal-inadempjenza, titħalla tistma l-PDs bħala l-medja sempliċi tal-istimi tal-probabbiltà ta’ inadempjenza għal obbliganti individwali fi grad partikolari. L-użu li l-istituzzjoni tagħmel mill-mudelli ta’ probabbiltà ta’ inadempjenza għal dan il-għan għandu jilħaq l-istandards speċifikati fl-Artikolu 28;

(h)     irrilevantement minn jekk l-istituzzjoni hiex tuża sorsi ta’ dejta esterni, interni jew f’pula jew inkella kombinazzjoni ta’ dawn it-tlieta għall-istima tagħha tal-PD, it-tul tal-perjodu tal-osservazzjoni storika sottostanti użat għandu jkun tal-inqas ħames snin għal sors wieħed mill-anqas. Jekk il-perjodu ta’ osservazzjoni disponibbli jieħu perjodu itwal għal xi sors, u din id-dejta tkun relevanti, għandu jintuża dan il-perjodu itwal. Dan il-punt japplika wkoll għall-Approċċ tal-PD/LGD għal ekwità. Soġġetti għall-permess tal-awtoritajiet kompetenti, l-istituzzjonijiet li ma jkunux rċivew il-permess tal-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 138 sabiex jużaw l-istimi proprji tal-LGDs jew il-fatturi ta’ konverżjoni jistgħu jużaw, meta jimplimentaw l-Approċċ IRB, id-dejta relevanti li tkopri perjodu ta’ sentejn. Il-perjodu li jrid ikun kopert għandu jiżdied b’sena kull sena sakemm id-dejta relevanti tkopri perjodu ta’ ħames snin.

2. għal skoperturi fil-livell tal-konsumaturi, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)     l-istituzzjonijiet għandhom jistmaw il-PDs skont il-grad tal-obbligant jew tal-pula minn medji fuq tul ta’ żmien ta’ rati ta’ inadempjenza ta’ sena;

(b)     l-istimi tal-PD jistgħu jiġi derivati wkoll minn telf realizzat u minn stimi xierqa tal-LGDs;

(c)     l-istituzzjonijiet għandhom iqisu d-dejta interna għall-assenjazzjoni tal-iskoperturi fi gradi jew pulijiet bħala s-sors primarju ta’ informazzjoni sabiex jistmaw il-karatteristiċi tat-telf. L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw dejta esterna (inkluża dejta f’pula) jew mudelli statistiċi għall-kwantifikazzjoni jekk ikun hemm rabta mill-viċin bejn dawn li ġejjin:

(i)      il-proċess tal-istituzzjoni ta’ assenjazzjoni ta’ skoperturi fi gradi jew pulijiet u l-proċess użat mis-sors tad-dejta esterna;

(ii)      il-profil ta’ riskju intern tal-istituzzjoni u l-kompożizzjoni tad-dejta esterna;

(d)     jekk l-istituzzjoni dderivi l-istimi medji għal zmien twil tal-PD u l-LGD għall-konsumaturi minn stima ta’ telf totali u stima xierqa tal-PD jew LGD, il-proċess tal-istimar tat-telf totali għandu jilħaq l-istandards kumplessivi għall-istima tal-PD u l-LGD stabbiliti f’din il-parti, u r-riżultat għandu jkun konsistenti mal-kunċett tal-LGD kif stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 177(1);

(e)     irrispettivament minn jekk l-istituzzjoni tkunx qed tuża sorsi ta’ dejta esterni, interni jew f’pula jew kombinazzjoni ta’ dawn it-tlieta, għall-istima tagħha tal-karatteristiċi tat-telf, it-tul tal-perjodu ta’ osservazzjoni storika sottostanti użat għandu jkun tal-inqas ħames snin għal mill-inqas sors wieħed. Jekk il-perjodu ta’ osservazzjoni disponibbli jieħu perjodu itwal għal xi sors, u din id-dejta tkun relevanti, għandu jintuża dan il-perjodu itwal. L-istituzzjoni ma għandhiex bżonn tagħti l-istess importanza lil dejta storika jekk dejta aktar reċenti tagħti previżjoni aktar preċiża tar-rati ta’ telf. Soġġetti għall-permess tal-awtoritajiet kompetenti, meta jimplimentaw l-Approċċ IRB, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw id-dejta relevanti li tkopri perjodu ta’ sentejn. Il-perjodu koperti għandu jiżdied b’sena kull sena sakemm id-dejta relevanti tkopri perjodu ta’ ħames snin;

(f)      l-istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw u janalizzaw il-bidliet mistennija tal-parametri tar-riskju matul il-ħajja ta’ skoperturi ta’ kreditu (effetti staġjonali).

Għal reċivibbli mixtrija fil-livell tal-konsumaturi, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw dejta ta’ referenza interna u esterna. L-istituzzjonijiet għandhom jużaw is-sorsi ta’ dejta relevanti kollha bħala l-punti ta' paragun.

3. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:

(a)     il-kundizzjonijiet skont liema l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu l-permessi msemmija fil-punt (h) tal-paragrafu 1 u l-punt (e) tal-paragrafu 2;

(b)     il-kundizzjonijiet skont liema l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il-metodoloġija tal-istituzzjoni għall-istimar tal-PD skont l-Artikolu 138.

L-ABE għandha tissottometti l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.

Il-Kummissjoni tiġi ddelegata bis-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 177 Rekwiżiti speċifiċi għall-istimi proprji tal-LGD

1. Fil-kwantifikazzjoni tal-parametri tar-riskju li jridu jkunu assoċjati mal-gradi jew il-pulijiet ta’ klassifikazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin speċifiċi għal stimi proprji tal-LGD:

(a)     l-istituzzjonijiet għandhom jistmaw l-LGDs skont il-grad jew il-pula tal-faċilità fuq il-bażi tal-medja ta’ LGDs realizzati skont il-grad jew il-pula tal-faċilità billi jużaw l-inadempjenzi ossevati kollha fis-sorsi tad-dejta (medja ppeżata tal-inadempjenzi);

(b)     l-istituzzjonijiet għandhom jużaw l-istimi tal-LGD li huma xierqa fi żmien tnaqqis fir-ritmu ekonomiku jekk dawn ikunu aktar konservattivi mill-medja ta' perjodu twil. Sakemm sistema ta’ klassifikazzjoni tkun mistennija li tipproduċi LGDs realizzati b’konsistenza skont il-grad jew il-pula, l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu aġġustamenti fl-istimi tagħhom tal-parametri tar-riskju skont il-grad jew is-sett sabiex jillimitaw l-impatt kapitali ta’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku;

(c)     l-istituzzjoni għandha tikkunsidra d-daqs ta' kull dipendenza bejn ir-riskju tal-obbligant ma’ dak tal-kollateral jew tal-fornitur tal-kollateral. Każijiet fejn ikun hemm dipendenza sinifikanti għandhom jiġu indirizzati b’mod konservattiv;

(d)     diskrepanzi fil-muniti bejn l-obbligu sottostanti u l-kollateral għandhom jiġu ttrattati b'mod konservattiv fil-valutazzjoni tal-istituzzjoni tal-LGD;

(e)     safejn l-istimi tal-LGD iqisu l-eżistenza tal-kollateral, dawn l-istimi ma għandhomx ikunu bbażati unikament fuq il-valur tas-suq stmat tal-kollateral. L-istimi tal-LGD għandhom jikkunsidraw l-effett tal-inabbiltà potenzjali tal-istituzzjonijiet sabiex minnufih jieħdu l-kontroll tal-kollateral tagħhom u jillikkwidawh;

(f)      safejn l-istimi tal-LGD jikkunsidraw l-eżistenza ta’ kollateral, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu rekwiżiti interni għall-immaniġjar tal-kollateral, iċ-ċertezza legali u l-immaniġjar tar-riskju li huma ġeneralment konsistenti ma’ dawk stabbiliti fil-Kapitolu 4, it-Taqsima 3;

(g)     safejn l-istituzzjoni tirrikonoxxi kollateral għad-determinazzjoni tal-valur tal-iskopertura għar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti skont il-Kapitolu 6, it-Taqsima 5 jew 6, kull ammont mistenni li jiġi rkuprat minn kollateral ma għandux jitqies fl-istimi tal-LGD;

(h)     għall-każ speċifiku ta’ skoperturi diġà f’inadempjenza, l-istituzzjoni għandha tuża s-somma tal-aqwa stima tagħha ta’ telf mistenni għal kull skopertura fiċ-ċirkostanzi ekonomiċi attwali u l-istat tal-iskopertura u l-possibbiltà ta’ telf addizzjonali mhux mistenni matul il-perjodu ta’ rkupru;

(i)      safejn dawk it-tariffi tard mhux imħallsa ikunu ġew kapitalizzati fid-dikjarazzjoni tad-dħul ta’ istituzzjoni, dawn għandhom jiżdiedu fil-kejl tal-istituzzjoni ta’ skopertura u telf;

(j)      għall-iskoperturi għal korporattivi, istituzzjonijiet u gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, l-istimi tal-LGD għandhom ikunu bbażati fuq dejta fuq perjodu minimu ta’ ħames snin, b’żieda ta’ sena kull sena wara l-implimentazzjoni sakemm jintlaħaq minimu ta’ seba’ snin, għal sors ta' dejta wieħed mill-inqas. Jekk il-perjodu ta’ osservazzjoni disponibbli jieħu perjodu itwal għal xi sors, u din id-dejta tkun relevanti, għandu jintuża dan il-perjodu itwal.

2. Għal skoperturi fil-livell tal-konsumaturi, l-istituzzjonijiet jistgħu jagħmlu dan li ġej:

(a)     jidderivaw l-istimi tal-LGD minn telf realizzat u l-istimi xierqa tal-PDs;

(b)     jirreflettu ġbid futur jew fil-fatturi ta’ konverżjoni tagħhom jew fl-istimi tagħhom tal-LGD;

(c)     Għal reċivibbli mixtrija fil-livell tal-konsumaturi jużaw dejta ta’ referenza esterna u interna sabiex jistmaw l-LGDs.

Għal skoperturi fil-livell tal-konsumaturi, l-istimi tal-LGD għandhom ikunu bbażati fuq dejta li tkopri minimu ta’ ħames snin. L-istituzzjoni ma għandhiex bżonn tagħti l-istess importanza lil dejta storika jekk dejta aktar reċenti tagħti previżjoni aktar preċiża tar-rati ta’ telf. Soġġetti għall-permess tal-awtoritajiet kompetenti, meta jimplimentaw l-Approċċ IRB, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw id-dejta relevanti li tkopri perjodu ta’ sentejn. Il-perjodu li jrid ikun kopert għandu jiżdied b’sena kull sena sakemm id-dejta relevanti tkopri perjodu ta’ ħames snin.

3. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:

(a)     in-natura, is-severità u t-tul ta' tnaqqis fir-ritmu ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1;

(b)     il-kundizzjonijiet skont liema l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjoni skont il-paragrafu 3 tuża dejta relevanti li tkopri perjodu ta’ sentejn fejn l-istituzzjoni timplimenta l-Approċċ IRB.

L-ABE għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 178 Rekwiżiti speċifiċi għal stimi proprji tal-fattur ta’ konverżjoni

1. Fil-kwantifikazzjoni tal-parametri tar-riskju li jridu jkunu assoċjati ma’ gradi jew pulijiet ta’ klassifikazzjoni, l-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin speċifiċi għal stimi proprji tal-fattur ta’ konverżjoni:

(a)     l-istituzzjonijiet għandhom jistmaw il-fatturi ta’ konverżjoni skont il-grad jew il-pula tal-faċilità fuq il-bażi tal-medja ta’ fatturi ta’ konverżjoni realizzati skont il-grad jew is-sett tal-faċilità billi jużaw il-medja ppeżata tal-inadempjenzi li tirriżulta mill-inadempjenzi osservati kollha fis-sorsi tad-dejta;

(b)     l-istituzzjonijiet għandhom jużaw l-istimi tal-fattur ta’ konverżjoni li huma xierqa fi żmien ta’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku jekk dawn ikunu aktar konservattivi mill-medja fit-tul. Safejn sistema ta’ klassifikazzjoni tkun mistennija tipproduċi fatturi ta’ konverżjoni realizzati b’konsistenza skont il-grad jew il-pula, l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu aġġustamenti fl-istimi tagħhom tal-parametri tar-riskju skont il-grad jew is-sett sabiex jillimitaw l-impatt kapitali ta’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku;

(c)     l-istimi tal-istituzzjonijiet tal-fatturi ta’ konverżjoni għandhom jirreflettu l-possibbiltà ta’ ġbid addizzjonali mid-debitur sa u wara d-data li fiha tiskatta inadempjenza. L-istima tal-fattur ta’ konverżjoni għandha tinkludi marġni akbar ta’ konservattiviżmu fejn korrelazzjoni pożittiva aktar b’saħħitha tista’ tkun raġonevolment mistennija bejn il-frekwenza tal-inadempjenza u l-manjitudni tal-fattur ta’ konverżjoni;

(d)     sabiex jaslu għall-istimi tal-fatturi ta’ konverżjoni, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw il-politiki u l-istrateġiji speċifiċi tagħhom fir-rigwrad tal-monitoraġġ tal-kontijiet u l-ipproċessar tal-pagamenti. L-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw ukoll l-abbiltà u r-rieda tagħhom li jipprevjenu ġbid ulterjuri f’ċirkostanzi ta’ kważi inadempjenza ta' pagament, bħal vjolazzjonijiet tal-ftehimiet jew avvenimenti oħrajn ta’ inadempjenza teknika;

(e)     l-istituzzjonijiet għandu jkollhom sistemi adegwati u proċeduri fis-seħħ sabiex jimmonitorjaw l-ammonti tal-faċilità, l-obbligi pendenti attwali fil-linji impenjati u l-bidliet fl-obbligi pendenti skont id-debitur u skont il-grad. L-istituzzjoni għandha tkun tista’ timmonitorja l-bilanċi pendenti ta’ kuljum;

(f)      jekk l-istituzzjonijiet jużaw stimi differenti tal-fatturi ta’ konverżjoni għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u l-għanijiet interni dawn għandhom jiġu dokumentati u jkunu raġonevoli.

2. Għall-iskoperturi għal korporattivi, istituzzjonijiet u gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, l-istimi tal-fatturi ta’ konverżjoni għandhom ikunu bbażati fuq dejta li tkopri perjodu minimu ta’ ħames snin, li tiżdied b’sena kull sena wara l-implimentazzjoni sakemm jintlaħaq il-minimu ta’ seba’ snin, għal sors wieħed ta’ dejta mill-anqas. Jekk il-perjodu ta’ osservazzjoni disponibbli jieħu perjodu itwal għal xi sors, u din id-dejta tkun relevanti, għandu jintuża dan il-perjodu itwal.

3. Għall-iskoperturi fil-livell tal-konsumaturi, l-istituzzjonijiet jistgħu jirreflettu l-ġbid futur jew fil-fatturi ta’ konverżjoni tagħhom jew fl-istimi tagħhom tal-LGD.

Għal skoperturi fil-livell tal-konsumaturi, l-istimi tal-fatturi ta’ konverżjoni għandhom ikunu bbażati fuq dejta fuq perjodu minimu ta’ ħames snin. L-istituzzjoni ma għandhiex bżonn tagħti l-istess importanza lir-rekwiżiti tad-dejta storika msemmija fil-paragrafu 1(a) jekk dejta aktar reċenti tipprevedi l-ġbid bi preċiżjoni akbar. Soġġetti għall-permess tal-awtoritajiet kompetenti, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw, meta jimplimentaw l-Approċċ IRB, id-dejta relevanti li tkopri perjodu ta’ sentejn. Il-perjodu li jrid ikun kopert għandu jiżdied b’sena kull sena sakemm id-dejta relevanti tkopri perjodu ta’ ħames snin.

4. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:

(a)     in-natura, is-severità u t-tul ta' tnaqqis fir-ritmu ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1;

(b)     il-kundizzjonijiet skont liema l-awtorità kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjoni tuża dejta relevanti li tkopri perjodu ta’ sentejn meta l-istituzzjoni timplimenta l-Approċċ IRB għall-ewwel darba.

L-ABE għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.

Il-Kummissjoni tiġi ddelegata bis-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 179 Rekwiżiti għall-valutazzjoni tal-effett tal-garanziji u d-derivati ta’ kreditu għall-iskoperturi għal korporattivi, istituzzjonijiet u gvernijiet ċentrali u banek ċentrali fejn jintużaw l-istimi proprji tal-LGD u l-iskoperturi fil-livell tal-konsumaturi

1. Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin fir-rigward tal-garanti u l-garanziji eliġibbli:

(a)     l-istituzzjonijiet għandu jkollhom kriterji speċifikati b’mod ċar għat-tipi ta’ garanti li jirrikonoxxu għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju;

(b)     għall-garanti rikonoxxuti għandhom japplikaw l-istess regoli bħal għad-debituri kif stabbilit fl-Artikoli 167, 168 u 169;

(c)     il-garanzija għandha tkun evidenzjata bil-miktub, mhux kanċellabbli min-naħa tal-garanti, fis-seħħ sakemm l-obbligu jkun sodisfatt bis-sħiħ (sal-ammont u n-natura tal-garanzija) u legalment infurzabbli kontra l-garanti fil-ġuriżdizzjoni fejn il-garanti jkollu assi relatati u tiġi infurzata sentenza. Garanziji kundizzjonali li jippreskrivu kundizzjonijiet li skonthom il-garanti ma jistax ikun obbligat jistgħu jiġu rikonoxxuti soġġetti għall-permess tal-awtoritajiet kompetenti. Il-kriterji ta’ assenjazzjoni għandhom jindirizzaw b’mod adegwat kull tnaqqis potenzjali fl-effett ta’ mitigazzjoni tar-riskju.

2. L-istituzzjoni għandu jkollha kriterji speċifikati b’mod ċar għall-aġġustament tal-istimi ta’ gradi, pulijiet jew LGD u, fil-każ ta’ reċivibbli mixtrija fil-livell tal-konsumaturi u eliġibbli, il-proċess ta’ allokazzjoni ta’ skoperturi fi gradi jew pulijiet, sabiex jiġi rifless l-impatt tal-garanziji għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju. Dawn il-kriterji għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 167 sa 169.

Il-kriterji għandhom ikunu plawżibbli u intwittivi. Għandhom jindirizzaw l-abbiltà u r-rieda tal-garanti li josserva l-garanzija, iż-żmien probabbli ta' kwalunkwe pagament mill-garanti, il-grad li l-abbiltà tal-garanti sabiex josserva l-garanzija huwa korrelatat mal-abbiltà tad-debitur li jirripaga, u l-punt sa fejn jibqa’ r-riskju reżidwu għad-debitur.

3. Ir-rekwiżiti għall-garanziji f’dan l-Artikolu għandhom japplikaw ukoll għad-derivati ta’ kreditu b’isem wieħed. Fir-rigward ta’ diskrepanza bejn l-obbligu sottostanti u l-obbligu ta’ referenza ta’ derivat ta’ kreditu jew l-obbligu użat għad-determinazzjoni ta’ jekk seħħx avveniment ta’ kreditu, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 211(2). Għall-iskoperturi fil-livell tal-konsumaturi u reċivibbli mixtrija eliġibbli, dan il-paragrafu japplika għall-proċess ta’ allokazzjoni tal-iskoperturi fi gradi u pulijiet.

Il-kriterji għandhom jindirizzaw l-istruttura ta’ ħlas tad-derivat ta’ kreditu u jivvalutaw b’mod konservattiv l-impatt li din ikollha fuq il-livell u fuq meta jsir l-irkupri. L-istituzzjoni għandha tikkunsidra safejn jibqgħu forom oħra ta' riskji reżidwali.

4. Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 3 ma għandhomx japplikaw għal garanziji forniti minn istituzzjonijiet, gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, u l-entitajiet korporattivi li jilħqu r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 197(1)(g) jekk l-istituzzjoni tkun irċeviet permess sabiex tapplika l-Approċċ Standardizzat għall-iskoperturi għal tali entitajiet skont l-Artikolu 145. F’dan il-każ għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Kapitolu 4.

5. Għal garanziji fil-livell tal-konsumaturi, ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 3 japplikaw ukoll għall-assenjazzjoni ta’ skoperturi fi gradi jew pulijiet, u l-istimat tal-PD.

6. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kundizzjonijiet skont liema l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li jiġu rikonoxxuti garanziji kundizzjonali.

L-ABE għandha tissottometti l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.

Il-Kummissjoni tiġi ddelegata bis-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 180 Rekwiżiti għal reċivibbli mixtrija

1. Fil-kwalifikazzjoni tal-parametri tar-riskju li jridu jiġu assoċjati ma’ gradi jew pulijiet ta’ klassifikazzjoni għal reċivibbli mixtrija, l-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 6.

2. L-istruttura tal-faċilità għandha tiżgura li fiċ-ċirkostanza prevedibbli kollha, l-istituzzjoni għandha sjieda u kontroll tar-rimessi kollha ta' flus mir-reċivibbli. Meta debitur jagħmel pagamenti direttament lil bejjiegħ jew lil servicer, l-istituzzjoni għandha tivverifika b’mod regolari li l-pagamenti jsiru kompletament u skont it-termini miftehma fil-kuntratt. L-istituzzjonijiet għandu jkollhom proċeduri sabiex jiżguraw li s-sjieda fuq ir-reċivibbli u l-flus irċevuti hija protetta kontra twaqqifiet f'falliment jew rikors legali li jistgħu idewmu materjalment l-abbiltà tal-mutwatarju li jillikwida jew jassenja r-reċivibbli jew iżomm il-kontroll fuq l-flus irċevuti.

3. L-istituzzjoni għandha timmonitorja kemm il-kwalità tar-reċivibbli mixtrija kif ukoll il-kundizzjoni finanzjarja tal-bejjiegħ u s-servicer. Dan li ġej għandu japplika:

(a)     l-istituzzjoni għandha tivvaluta l-korrelazzjoni bejn il-kwalità tar-reċivibbli mixtrija u l-kundizzjoni finanzjarja kemm tal-bejjiegħ kif ukoll tas-servicer, u timplimenta politiki u proċeduri interni li jipprovdu salvagwardji adegwati sabiex jipproteġu kontra kull kontinġenza, inkluża l-assenjazzjoni ta’ klassifikazzjoni interna tar-riskju għal kull bejjiegħ u servicer;

(b)     l-istituzzjoni għandu jkollha politiki u proċeduri ċari u effettivi għad-determinazzjoni tal-eliġibbiltà tal-bejjiegħ u tas-servicer. L-istituzzjoni jew l-aġent tagħha għandhom iwettqu analiżijiet perjodiċi tal-bejjiegħa u s-servicers sabiex jivverifikaw il-preċiżjoni tar-rapporti mill-bejjiegħ jew mis-servicer, jiskopru frodi jew dgħjufijiet operazzjonali, u jivverifikaw il-kwalità tal-politiki ta’ kreditu tal-bejjiegħ u l-politiki u l-proċeduri tal-ġbir tas-servicer. Is-sejbiet ta’ dawn l-analiżijiet għandhom jiġu dokumentati;

(c)     l-istituzzjoni għandha tivvaluta l-karatteristiċi tal-pulijiet ta’ reċivibbli mixtrija, inkluż is-sovravvanzi; l-istorja tal-arretrati tal-bejjiegħ, djun mhux imħallsa, u aġevolazzjonijiet għad-djun mhux imħallsa; termini tal-pagament, u l-kontrakontijiet potenzjali;

(d)     l-istituzzjoni għandu jkollha politiki u proċeduri effettivi għall-monitoraġġ ta’ konċentrazzjonijiet ta’ obbligant wieħed fuq bażi aggregata kemm fi ħdan kif ukoll fost il-pulijiet ta’ reċivibbli mixtrija;

(e)     l-istituzzjoni għandha tiżgura li tirċievi mingħand is-servicer rapporti f'waqthom u dettaljati tal-iskadenzi u dilwizzjonijiet tar-reċivibbli sabiex tiżgura l-konformità mal-kriterji ta’ eliġibbiltà tal-istituzzjoni u l-politiki tal-avvanzi li jirregolaw ir-reċivibbli mixtrija, u jipprovdu mod effettiv li bih jimmonitorjaw u jikkonfermaw it-termini tal-bejgħ u d-dilwizzjoni tal-bejjiegħ.

1. L-istituzzjoni għandu jkollhom sistemi u proċeduri għad-detezzjoni ta’ deterjoramenti fil-kundizzjoni finanzjarja tal-bejjiegħ u l-kwalità tar-reċivibbli mixtrija fi stadju bikri, u biex jindirizzaw proattivament il-problemi emerġenti. B’mod partikolari, l-istituzzjoni għandu jkollha politiki, proċeduri u sistemi ta’ informazzjoni ċari u effettivi sabiex timmonitorja l-vjolazzjonijiet tal-ftehimiet, u politiki u proċeduri ċari u effettivi biex tagħti bidu għal azzjonijiet legali u tindirizza reċivibbli mixtrija bi problemi.

2. L-istituzzjoni għandu jkollha politiki u proċeduri ċari u effettivi li jigvernaw il-kontroll tar-reċivibbli mixtrija, il-kreditu, u l-flus. B’mod partikolari, politiki interni miktuba għandhom jispeċifikaw l-elementi materjali kollha tal-programm ta’ xiri ta’ reċivibbli, inklużi r-rati tal-avvanzi, il-kollateral eliġibbli, id-dokumentazzjoni neċessarja, il-limiti ta’ konċentrazzjoni, u l-mod kif għandhom jiġu maniġġati l-flus irċevuti. Dawn l-elementi għandhom iqisu l-fatturi relevanti u materjali kollha, inklużi l-kundizzjoni finanzjarja tal-bejjiegħ u tas-servicer, il-konċentrazzjonijiet tar-riskju, u x-xejriet fil-kwalità tar-reċivibbli mixtrija u l-klijentela tal-bejjiegħ, u s-sistemi interni għandhom jiżguraw li l-fondi jiġu avvanzati biss kontra kollateral u dokumentazzjoni ta’ appoġġ speċifikati.

3. L-istituzzjoni għandu jkollha proċess intern effettiv għall-valutazzjoni tal-konformità mal-politiki u l-proċeduri interni kollha. Il-proċess għandu jinkludi aditjar regolari tal-fażijiet kritiċi kollha tal-programm ta’ xiri tar-reċivibbli ta’ istituzzjoni, verifika tas-separazzjoni tal-inkarigi, l-ewwel bejn il-valutazzjoni tal-bejjiegħ u tas-servicer u l-valutazzjoni tal-obbligant u t-tieni bejn il-valutazzjoni tal-bejjiegħ u tas-servicer u l-awdit fuq il-post tal-bejjiegħ u tas-servicer, u evalwazzjonijiet tal-operazzjonijiet tal-back office, b’enfasi partikolari fuq il-kwalifiki, l-esperjenza, il-livell tal-persunal, u s-sistemi ta’ awtomatizzati ta’ appoġġ.

Subtaqsima 3 Validazzjoni tal-istimi interni

Artikolu 181 Validazzjoni tal-istimi interni

L-istituzzjonijiet għandhom jivvalidaw l-istimi interni tagħhom soġġetti għar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)          l-istituzzjonijiet għandu jkollhom fis-seħħ sistemi robusti biex jivvalidaw il-preċiżjoni u l-konsistenza tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni, il-proċess, u l-istimi kollha tal-parametri tar-riskju relevanti. Il-proċess ta’ validazzjoni interna għandu jippermetti lill-istituzzjoni tivvaluta l-prestazzjoni tas-sistemi interni ta’ klassifikazzjoni u ta’ stima tar-riskju b’mod konsistenti u sinifikattiv;

(b)          l-istituzzjonijiet għandhom iqabblu b’mod regolari r-rati ta’ inadempjenzi realizzati mal-PDs stmati għal kull grad u, fejn ir-rati ta’ inadempjenza realizzati jkunu barra l-medda mistennija għal dak il-grad, l-istituzzjonijiet għandhom speċifikament janalizzaw ir-raġunijiet għad-devjazzjoni. L-istituzzjonijiet li jużaw l-istimi proprji tal-LGDs u l-fatturi ta’ konverzjoni għandhom iwettqu wkoll analiżi analoga ta’ dawn l-istimi. Dawn il-paraguni għandhom jagħmlu użu mid-dejta storika li tkopri perjodu twil kemm jista’ jkun. L-istituzzjoni għandha tiddokumenta l-metodi u d-dejta użati f’dawn il-paraguni. Din l-analiżi u d-dokumentazzjoni għandhom jiġu aġġornati tal-inqas fuq bażi annwali;

(c)          l-istituzzjonijiet għandhom jużaw għodod ta’ validazzjoni kwantitattiva oħrajn u paraguni ma’ sorsi ta’ dejta esterni relevanti. L-analiżi għandha tkun ibbażata fuq dejta li tkun adattata għall-portafoll, aġġornata regolarment, u tkopri perjodu ta’ osservazzjoni relevanti. Il-valutazzjonijiet interni tal-istituzzjonijiet tal-prestazzjoni tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni tagħhom għandhom ikunu bbażati fuq perjodu twil kemm jista’ jkun;

(d)          il-metodi u d-dejta użati għall-validazzjoni kwantitattiva għandhom ikunu konsistenti tul iż-żmien. Bidliet fil-metodi tal-istimi u l-validazzjoni u d-dejta (kemm is-sorsi tad-dejta u l-perjodi koperti) għandhom jiġu ddokumentati;

(e)          l-istituzzjonijiet għandu jkollhom standards interni sodi għal sitwazzjonijiet fejn derivazzjonijiet f’PDs, LGDs, fatturi ta’ konverżjoni u telf totali realizzati, fejn jintuża l-EL, minn stennijiet, isiru sinifikattivi biżżejjed sabiex jixħtu dubju fuq il-validità tal-istimi. Dawn l-istandards għandhom jikkunsidraw iċ-ċikli tan-negozju u l-varjabbiltà sistematika simili fl-esperjenzi tal-inadempjenzi. Fejn il-valuri realizzati jibqgħu ogħla mill-valuri mistennija, l-istituzzjonijiet għandhom jirrevedu l-istimi billi jagħmluhom ogħla sabiex jirreflettu l-esperjenzi tagħhom ta’ inadempjenzi u ta’ telf;

Subtaqsima 4 Rekwiżiti għall-iskoperturi tal-ekwitajiet taħt l-approċċ tal-mudelli interni

Artikolu 182 Rekwiżit għall-fondi proprji u l-kwantifikazzjoni tar-riskju

Għall-finijiet ta’ kalkolu tar-rekwiżiti tal-fondi proprji, l-istituzzjonijiet għandhom jilħqu l-istandards li ġejjin:

(a) l-istima ta’ telf potenzjali għandha tkun robusta għaċ-ċaqliq avvers tas-suq relevanti għall-profil ta’ riskju fit-tul tal-parteċipazzjonijiet speċifiċi ta’ istituzzjoni. Id-dejta użata sabiex tirrappreżenta d-distribuzzjonijiet tar-rendiment għandha tirrefletti l-kampjun bl-itwal perjodu li għalih hija disponibbli u sinifikattiva d-dejta fir-rappreżentazzjoni tal-profil tar-riskju tal-iskoperturi tal-ekwitajiet speċifiċi ta’ istituzzjoni. Id-dejta użata għandha tkun biżżejjed sabiex tipprovdi stimi ta’ telf konservattivi, statistikament affidabbli u robusti li mhumiex ibbażati biss fuq konsiderazzjonijiet soġġettivi u ta’ ġudizzju. Ix-xokk użat għandu jipprovdu stima konservattiva ta’ telf potenzjali fuq ċiklu tas-suq jew tan-negozju fit-tul. L-istituzzjoni għandha tgħaqqad l-analiżi empirika tad-dejta disponibbli ma’ aġġustamenti bbażati fuq varjetà ta’ fatturi sabiex tikseb mudelli ta' outputs li jilħqu r-realiżmu u l-konservattiviżmu xieraq. Fil-bini ta’ mudelli tal-Valur fir-Riskju (VaR) li jistmaw it-telf potenzjali ta' kull tliet xhur, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw dejta trimestrali jew jikkonvertu dejta fuq perjodika orizzontali iqsar għal ekwivalenti trimestrali billi jużaw metodu analitikament xieraq appoġġjat minn provi empiriċi u permezz ta’ proċess ta' ħsieb u analiżi żviluppati u dokumentati kif xieraq. Approċċ bħal dan għandu jiġi applikat b’mod konservattiv u konsistenti tul iż-żmien. Fejn dejta limitata relevanti biss tkun disponibbli, l-istituzzjoni għandha żżid marġni xierqa ta’ konservattiviżmu;

(b) il-mudelli użati għandhom ikopru b’mod adegwat ir-riskji materjali kollha li jinsabu fir-rendiment mill-ekwitajiet inkluż kemm ir-riskju ġenerali tas-suq u l-iskopertura tar-riskju speċifiku tal-portafoll tal-ekwitajiet tal-istituzzjoni. Il-mudelli interni għandhom jispjegaw b’mod adegwat il-varjazzjoni storika tal-prezz, ikopru kemm il-manjitudni kif ukoll il-bidliet fil-kompożizzjoni tal-konċentrazzjonijiet potenzjali, u jkunu robusti f’qagħdiet avversi tas-suq. Il-popolazzjoni tal-iskoperturi tar-riskju rappreżentata fid-dejta użata għall-istima għandha tkun tixbaħ sew jew tal-inqas tkun komparabbli ma’ dik tal-iskoperturi tal-ekwitajiet tal-istituzzjoni;

(c) il-mudell intern għandu jkun xieraq għall-profil ta’ riskju u l-kumplessità ta’ portafoll tal-ekwitajiet ta’ istituzzjoni. Fejn istituzzjoni jkollha parteċipazzjonijiet materjali b’valuri li huma ferm nonlineari fin-natura tagħhom, il-mudelli interni għandhom ikunu mfassla sabiex ikopru kif xieraq ir-riskji assoċjati ma’ tali strumenti;

(d) l-immappjar ta’ pożizzjonijiet individwali għal prokuri, indiċi tas-swieq, u fatturi tar-riskju għandu jkun plawżibbli, intwittiv, u validu fil-kunċett;

(e) l-istituzzjonijiet għandhom juru l-adegwatezza tal-fatturi ta’ riskju, inkluża l-abbiltà tagħhom li jkopru kemm ir-riskju ġenerali kif ukoll dak speċifiku permezz ta’ analiżi empirika;

(f) l-istimi tal-volatilità tar-rendiment tal-iskoperturi tal-ekwitajiet għandhom jinkludu d-dejta, l-informazzjoni, u l-metodi relevanti u disponibbli. Għandha tintuża dejta interna jew dejta minn sorsi esterni inkluża dejta f’pulijiet li tkun ġiet analiżżata b’mod indipendenti;

(g) għandu jiġi implimentat programm rigoruż u komprensiv ta’ ttestjar tal-istress.

Artikolu 183 Proċess u kontrolli tal-immaniġjar tar-riskju

Fir-rigward tal-iżvilupp u l-użu ta’ mudelli interni għall-għanijiet tar-rekwiżiti tal-fondi proprji, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu politiki, proċeduri, u kontrolli sabiex jiżguraw l-integrità tal-mudell u l-proċess tal-immudellar. Dawn il-politiki, il-proċeduri, u l-kontrolli għandhom jinkludu dan li ġej:

(a) integrazzjoni sħiħa tal-mudell intern fis-sistemi kumplessivi tal-informazzjoni tal-maniġment tal-istituzzjoni u fl-immaniġjar tal-portafoll tal-ekwitajiet tal-ktieb mhux tan-negozju. Il-mudelli interni għandhom jiġu integrati kompletament fl-infrastruttura tal-immaniġjar tar-riskju tal-istituzzjoni jekk huma partikolarment użati fit-tkejjil u l-ivvalutar tal-prestazzjoni tal-portafoll tal-ekwitajiet inklużi l-prestazzjoni tal-aġġustament tar-riskju, l-allokazzjoni ta' kapital ekonomiku għall-iskoperturi tal-ekwitajiet u l-evalwazzjoni tal-adegwatezza kapitali kumplessivi u l-proċess tal-immaniġjar tal-investiment;

(b) istemi tal-immaniġjar, proċeduri, u funzjonijiet tal-kontroll stabbiliti sabiex tiġi żgurata analiżi perjodika u indipendenti tal-elementi kollha tal-proċess tal-mudellar intern, inkluża l-approvazzjoni tal-analiżi tal-mudelli, il-verifikazzjoni bir-reqqa tal-inputs fil-mudell, u l-analiżi tar-riżultati tal-mudell, bħal per eżempju verifika diretta tal-komputazzjonijiet tar-riskju. Dawn ir-reviżjonijiet għandhom jivvalutaw il-preċiżjoni, il-kompletezza, u l-adegwatezza tal-inputs u r-riżultati tal-mudell u jiffukaw kemm fuq ir-riżultat kif ukoll fuq il-limitazzjoni tal-żbalji potenzjali assoċjati ma’ dgħjufijiet magħrufa u l-identifikazzjoni ta’ dgħjufijiet mhux magħrufa fil-mudell. Tali analiżijiet jistgħu jitwettqu minn unità interna indipendenti, jew minn terza parti esterna indipendenti;

(c) is-sistemi u l-proċeduri adegwati għall-monitoraġġ tal-limiti tal-investiment u l-iskoperturi tar-riskju tal-iskoperturi tal-ekwitajiet;

(d) l-unitajiet responsabbli mit-tfassil u l-applikazzjoni tal-mudelli għandhom ikunu funzjonalment indipendenti mill-unitajiet responsabbli mill-immaniġjar tal-investimenti individwali;

(e) il-partijiet responsabbli minn kwalunkwe aspett tal-proċess tal-mudellar għandhom ikunu kwalifikati adegwatament. Il-maniġment għandu jalloka biżżejjed riżorsi bil-ħiliet u l-kompetenza għall-funzjoni tal-immudellar.

Artikolu 184 Validazzjoni u dokumentazzjoni

L-istituzzjonijiet għandu jkollhom sistemi robusti fis-seħħ sabiex jivvalidaw il-preċiżjoni u l-konsistenza tal-mudelli interni u l-proċessi tal-immudellar tagħhom. L-elementi materjali kollha tal-mudelli interni u l-proċess u l-validazzjoni tal-immudellar għandhom jiġu dokumentati.

Il-validazzjoni u d-dokumentazzjoni tal-mudelli interni u l-proċessi tal-mudellar tal-istituzzjoni għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-proċess ta’ validazzjoni interna sabiex jivvalutaw il-prestazzjoni tal-mudelli u l-proċessi interni tagħhom b’mod konsistenti u sinifikattiv;

(b) il-metodi u d-dejta użati għall-validazzjoni kwantitattiva għandhom ikunu konsistenti tul iż-żmien. Bidliet fil-metodi u d-dejta tal-istima u l-validazzjoni kemm fis-sorsi tad-dejta kif ukoll fil-perjodi koperti għandhom ikunu dokumentati;

(c) l-istituzzjonijiet għandhom jipparagunaw b’mod regolari d-dħul reali mill-ekwitajiet kompjutat billi jużaw ir-rendiment u t-telf realizzati u mhux realizzati mal-istimi mudellati. Dawn il-paraguni għandhom jagħmlu użu mid-dejta storika li tkopri perjodu twil kemm jista’ jkun. L-istituzzjoni għandha tiddokumenta l-metodi u d-dejta użati f’dawn il-paraguni. Din l-analiżi u d-dokumentazzjoni għandhom jiġu aġġornati tal-inqas fuq bażi annwali;

(d) l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu użu minn għodod oħrajn tal-validazzjoni kwantitattiva u l-paraguni ma' sorsi ta’ dejta esterni. L-analiżi għandha tkun ibbażata fuq dejta li tkun adattata għall-portafoll, aġġornata regolarment, u tkopri perjodu ta’ osservazzjoni relevanti. L-istimi interni tal-istituzzjonijiet tal-prestazzjoni tal-mudelli tagħhom għandhom ikunu bbażati fuq l-aktar perjodu twil possibbli;

(e) l-istituzzjonijiet għandu jkollhom standards interni validi sabiex jindirizzaw sitwazzjonijiet fejn il-paraguni tar-rendiment reali mill-ekwitajiet mal-istimi tal-mudelli jixħet dubju dwar il-validità tat-tali stimi jew mudelli. Dawn l-istandards għandhom jikkunsidraw iċ-ċiklu tan-negozju u l-varjabbiltà sistematika simili fir-rendiment mill-ekwitajiet. L-aġġustamenti kollha li saru fil-mudelli interni bħala riżultat tal-analiżi tal-mudelli għandhom jiġu ddokumentati u jkunu konsistenti mal-istandards ta’ analiżi tal-mudelli tal-istituzzjoni;

(f) il-mudell intern u l-proċess ta’ mmudellar għandu jkun dokumentat, inklużi r-responsabbiltajiet ta’ partijiet involuti fl-immudellar, u l-proċessi tal-approvazzjoni tal-mudell u tal-analiżi tal-mudell.

Subtaqsima 5 Governanza u sorveljanza interna

Artikolu 185 Governanza Korporattiva

1. L-aspetti materjali kollha tal-proċessi tal-klassifikazzjoni u tal-istimar għandhom jiġu approvati mill-korp tal-maniġment tal-istituzzjoni jew kumitat maħtur minnu u mill-maniġment superjuri. Dawn il-partijiet għandu jkollhom fehim ġenerali tas-sistemi tal-klassifikazzjoni tal-istituzzjoni u fehim dettaljat tar-rapporti tal-maniġment assoċjat magħha.

2. Il-maniġment superjuri għandu jkun soġġett għar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)     għandhom jipprovdu notifika lill-korp tal-maniġment jew lill-kumitat maħtur minnu dwar bidliet materjali jew eċċezzjonijiet mill-politiki stabbiliti li se jkollhom effett materjali fuq l-operazzjonijiet tas-sistemi tal-klassifikazzjoni tal-istituzzjoni;

(b)     għandu jkollhom fehim tajjeb tad-diżinji u l-operazzjonijiet tas-sistemi tal-klassifikazzjoni;

(c)     għandhom jiżguraw, fuq bażi kontinwa li s-sistemi tal-klassifikazzjoni qed joperaw sew;

Il-maniġment superjuri għandu jkun informat regolarment mill-unitajiet tal-kontroll tar-riskju ta’ kreditu dwar il-prestazzjoni tal-proċess tal-klassifikazzjoni, l-oqsma li jeħtieġu titjib, u l-qagħda tal-isforzi sabiex jitjiebu n-nuqqasijiet identifikati qabel.

3. L-analiżi bbażata fuq il-klassifikazzjoni interna tal-profil ta’ riskju ta’ kreditu tal-istituzzjoni għandha tkun parti essenzjali mir-rappurtar tal-maniġment lil dawn il-partijiet. Ir-rappurtar għandu jinkludi tal-inqas profil tar-riskju skont il-grad, il-migrazzjoni fost il-gradi, l-istima tal-parametri relevanti skont il-grad, u l-paragun ta’ rati ta’ inadempjenza realizzati, u l-punt sa fejn jintużaw l-istimi proprji ta’ LGDs realizzati u l-fatturi ta’ konverżjoni realizzati kontra stennijiet u r-riżultati tat-testijiet tal-istress. Il-frekwenza tar-rappurtar għandha tiddependi fuq is-sinifikanza u t-tip tal-informazzjoni u l-livell tar-reċipjent.

4. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika f’dettall akbar ir-rekwiżiti fuq il-korp tal-maniġment, kumitat maħtur minnu u l-maniġment superjuri kif stipulat f’dan l-Artikolu.

L-ABE għandha tissottometti l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.

Il-Kummissjoni tiġi ddelegata bis-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 186 Kontroll tar-riskju ta’ kreditu

1. L-unità ta’ kontroll tar-riskju ta’ kreditu għandha tkun indipendenti mill-persunal u mill-funzjonijiet tal-immaniġjar responsabbli bix jagħtu bidu jew jirrinnovaw skoperturi u tirraporta direttament għand il-maniġment superjuri. L-unità għandha tkun responsabbli mit-tfassil jew l-għażla, l-implimentazzjoni, is-sorveljar u l-prestazzjoni tas-sistemi tal-klassifikazzjoni. Għandha tipproduċi b’mod regolari u tanalizza rapporti dwar l-outputs tas-sistemi tal-klassifikazzjoni.

2. L-oqsma tar-responsabbiltà għall-unità jew l-unitajiet ta’ kontroll tar-riskju ta’ kreditu għandhom jinkludu:

(a)     l-ittestjar u l-monitoraġġ tal-gradi u l-pulijiet;

(b)     il-produzzjoni u l-analiżi ta’ rapporti ta’ sinteżi mis-sistemi tal-klassifikazzjoni tal-istituzzjoni;

(c)     l-implimentazzjoni ta’ proċeduri sabiex jiġi vverifikat li d-definizzjonijiet tal-gradi u s-settijiet huma applikati b’konsistenza fost id-dipartimenti u ż-żoni ġeografiċi kollha;

(d)     l-analiżi u d-dokumentazzjoni ta’ kwalunkwe bidla fil-proċess tal-klassifikazzjoni, inklużi r-raġunijiet għall-bidliet;

(e)     l-analiżi tal-kriterji tal-klassifikazzjoni sabiex jiġi evalwat jekk għadhomx jipprevedu r-riskji. Il-bidliet fil-proċess tal-klassifiazzjoni, fil-kriterji jew fil-parametri ta’ klassifikazzjoni individwali għandhom jiġu ddokumentati u jinżammu;

(f)      parteċipazzjoni attiva fid-diżinjar jew fl-għażla, fl-implimentazzjoni u l-validazzjoni tal-mudelli użati fil-proċess tal-klassifikazzjoni;

(g)     sorveljanza u superviżjoni tal-mudelli użati fil-proċess tal-klassifikazzjoni;

(h)     analiżi u alterazzjonijiet kontinwi fil-mudelli użati fil-proċess tal-klassifikazzjoni.

3. L-istituzzjonijiet li jużaw dejta f’settijiet skont l-Artikoli 175(2) u 175(3) jistgħu jesternalizzaw l-inkarigi li ġejjin:

(a)     il-produzzjoni ta’ informazzjoni relevanti għall-ittestjar u l-monitoraġġ tal-gradi u l-pulijiet;

(b)     il-produzzjoni ta’ rapporti ta’ sinteżi mis-sistemi ta’ klassifikazzjoni tal-istituzzjoni;

(c)     il-produzzjoni ta’ informazzjoni relevanti għall-analiżi tal-kriterji tal-klassifikazzjoni sabiex jiġi evalwat jekk għadhomx jipprevedu r-riskji;

(d)     id-dokumentazzjoni tal-bidliet fil-proċess tal-klassifikazzjoni, il-kriterji jew il-parametri ta’ klassifikazzjoni individwali;

(e)     il-produzzjoni ta’ informazzjoni relevanti għall-analiżi u l-alterazzjonijiet kontinwi fil-mudelli użati fil-proċess ta’ klassifikazzjoni.

4. Istituzzjonijiet li jagħmlu użu mill-paragrafu 3 għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom aċċess għall-informazzjoni relevanti kollha mill-parti terza li hija neċessarja għall-eżaminazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti u li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jwettqu eżaminazzjonijiet fuq il-post, sal-istess punt bħal li kieku fl-istituzzjoni.

Artikolu 187 Awditjar Intern

L-awditjar intern jew unità komparabbli oħra tal-awditjar indipendenti għandu janalizza għal tal-inqas darba fis-sena is-sistemi tal-klassifikazzjoni tal-istituzzjoni u l-operazzjonijiet tagħha, inklużi l-operazzjonijiet tal-funzjoni ta’ kreditu u l-istimi tal-PDs, l-LGDs, l-ELs u l-fatturi ta’ konverzjoni. L-oqsma analizzati għandhom jinkludu l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli kollha.

Kapitolu 4 Mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu

Taqsima 1 Definizzjonijiet u rekwiżiti ġenerali

Artikolu 188 Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1. ‘istituzzjoni mutwanti’ tfisser l-istituzzjoni li għandha l-iskopertura konċernata;

2. ‘tranżazzjoni ta’ għoti ta' self garantit’ tfisser kwalunkwe tranżazzjoni li tirriżulta fi skopertura garantita minn kollateral li ma jinkludix dispożizzjoni li tagħti d-dritt lill-istituzzjoni sabiex tirċievi marġni tal-inqas ta’ kuljum;

3. ‘tranżazzjoni mmotivata mis-suq kapitali’ tfisser kwalunkwe tranżazzjoni li tirriżulta fi skopertura garantita minn kollateral li tinkludi dispożizzjoni li tagħti d-dritt lill-istituzzjoni sabiex tirċievi marġni tal-inqas ta’ kuljum;

4. 'impriża sottostanti ta’ investiment kollettiv' tfisser impriża ta’ investiment kollettiv fl-ishma jew fl-unitajiet li investiet fihom impriża ta’ investiment kollettiv oħra.

Artikolu 189 Prinċipji għar-rikonoxximent tal-effett tat-tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskji ta’ kreditu

1. L-ebda skopertura li fir-rigward tagħha l-istituzzjoni tikseb mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu ma għandha tipproduċi ammont ogħla ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju jew ammont ta’ telf mistenni minn skopertura identika fl-aspetti l-oħra kollha u li l-istituzzjoni ma għandha l-ebda mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu fir-rigward tagħha.

2. Fejn l-ammont ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju diġà jqis il-protezzjoni ta’ kreditu skont il-Kapitolu 2 jew tal-Kapitolu 3, skont liema jkun relevanti, l-istituzzjonijiet ma għandhomx iqisu dik il-protezzjoni ta’ kreditu fil-kalkoli skont dan il-Kapitolu.

3. Fejn jintlaħqu d-dispożizzjonijiet fit-Taqsimiet 2 u 3, l-istituzzjonijiet jistgħu jimmodifikaw il-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont l-Approċċ Standardizzat u l-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u l-ammonti ta’ telf mistennija skont l-Approċċ IRB skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsimiet 4, 5 u 6.

4. L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw il-flus, it-titoli jew il-komoditajiet mixtrija, mislufa jew dawk irċevuti permezz ta’ tranżazzjoni ta’ riakkwist jew ta' tranżazzjoni ta' għoti jew teħid b’self ta' titoli jew komoditajiet, bħala kollateral.

5. Fejn l-istituzzjoni li tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont l-Approċċ Standardizzat ikollha aktar minn forma waħda ta’ mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu li tkopri skopertura waħda, din għandha tagħmel dawn iż-żewġ affarijiet li ġejjin:

(a)     tagħmel suddiviżjoni tal-iskopertura f’partijiet koperti b’kull tip ta’ għodda ta’ mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu;

(b)     tikkalkula l-ammont ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju għal kull parti miksuba fil-punt (a) b’mod separat skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 2 u ta’ dan il-Kapitolu.

6. Fejn l-istituzzjoni li tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont l-Approċċ Standardizzat tkopri skopertura waħda bi protezzjoni ta’ kreditu pprovduta minn fornitur ta’ protezzjoni wieħed u dik il-protezzjoni għandha maturitajiet differenti, għandha tagħmel dawn iż-żewġ affarijiet li ġejjin:

(a)     tagħmel suddiviżjoni tal-iskopertura f’partijiet koperti minn kull għodda ta’ mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu;

(b)     tikkalkula l-ammont ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju għal kull parti miksuba fil-punt (a) b’mod separat skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 2 u ta’ dan il-Kapitolu.

Artikolu 190 Prinċipji li jikkontrollaw l-eliġibbiltà tat-tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu

1. It-teknika użata mill-istituzzjoni mutwanti biex tipprovdi l-protezzjoni ta’ kreditu flimkien mal-azzjonijiet u l-passi meħuda u l-proċeduri u l-politiki implimentati minn dik l-istituzzjoni mutwanti għandha tkun b’tali mod li tirriżulta f’arranġamenti ta’ protezzjoni ta’ kreditu li huma legalment effettivi u infurzabbli fil-ġuriżdizzjonijiet relevanti kollha.

2. L-istituzzjoni mutwanti għandha tieħu l-passi xierqa kollha sabiex tiżgura li l-arranġament tal-protezzjoni ta’ kreditu jkun effettiv u sabiex tindirizza r-riskji relatati ma’ dak l-arranġament.

3. Fil-każ ta’ protezzjoni ta' kreditu ffinanzjata, l-assi użati għall-protezzjoni għandhom jikkwalifikaw bħala assi eliġibbli għall-finijiet ta’ mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu fejn jilħqu ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)     huma inklużi fil-lista ta’ assi eliġibbli speċifikata fl-Artikoli 193 sa 196, kif applikabbli;

(b)     huma likwidi biżżejjed u l-valur tagħhom tul iż-żmien huwa stabbli biżżejjed sabiex jipprovdi ċ-ċertezza xierqa dwar il-protezzjoni ta’ kreditu miksuba filwaqt li jitqiesu l-approċċ użat għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u tal-grad ta’ rikonoxximent permess.

4. Fil-każ ta’ protezzjoni ta' kreditu ffinanzjata, l-istituzzjoni mutwanti għandu jkollha d-dritt sabiex tillikwida jew iżżomm, fil-ħin, l-assi li minnhom tidderivi l-protezzjoni f’każ ta’ inadempjenza, insolvenza jew falliment — jew avveniment ta’ kreditu ieħor stipulat fid-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni — tal-obbligant u, fejn applikabbli, tad-depożitarju li għandu l-kollateral. Il-grad ta’ korrelazzjoni bejn il-valur tal-assi użati għall-protezzjoni u l-kwalità ta’ kreditu tal-obbligant ma għandux ikun għoli wisq.

5. Fil-każ ta’ protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata, fornitur tal-protezzjoni għandu jikkwalifika bħala fornitur tal-protezzjoni eliġibbli biss meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)     il-fornitur tal-protezzjoni huwa inkluż fil-lista tal-fornitur tal-protezzjoni eliġibbli stipulata fit-Taqsima 2;

(b)     il-fornitur tal-protezzjoni huma affidabbli biżżejjed;

(c)     il-ftehim ta’ protezzjoni jilħaq il-kriterji kollha stabbiliti fil-paragrafu 6.

6. Fil-każ ta’ protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata, ftehim ta’ protezzjoni għandu jikkwalifika bħala ftehim ta’ protezzjoni eliġibbli biss meta jilħaq iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)     huwa inkluż fil-lista ta’ ftehimiet ta’ protezzjoni eliġibbli stabbilita fl-Artikoli 197 sa 199, kif applikabbli;

(b)     huwa legalment effettiv u infurzabbli fil-ġuriżdizzjonijiet relevanti, sabiex jipprovdi ċ-ċertezza xierqa dwar il-protezzjoni ta’ kreditu miksuba filwaqt li jitqiesu l-approċċ użat għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u tal-grad ta’ rikonoxximent permess.

7. Il-protezzjoni ta’ kreditu għandha tikkonforma mar-rekwiżiti speċifikati fit-Taqsima 3.

8. L-istituzzjoni għandha tkun tista’ turi lill-awtoritajiet kompetenti li għandha proċessi adegwati ta’ mmaniġjar tar-riskji sabiex tikkontrolla dawn ir-riskji li tista’ tkun esposta għalihom bħala konsegwenza tat-twettiq ta’ prattiki ta’ mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu.

9. Minkejja l-preżenza tal-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu kkunsidrata għall-finijiet ta’ kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u, fejn xieraq, l-ammonti ta’ telf mistennija, l-istituzzjonijiet għandhom ikomplu jwettqu valutazzjoni sħiħa tar-riskju ta’ kreditu tal-iskopertura sottostanti u jkunu f’pożizzjoni sabiex juru lill-awtoritajiet kompetenti li jissodisfaw dan ir-rekwiżit. Fil-każ ta’ tranżazzjonijiet ta’ riakkwist jew ta' tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b’self ta' titoli jew komoditajiet l-iskopertura sottostanti għandha, għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu biss, titqies bħala l-ammont nett tal-iskopertura.

10. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:

(a)     x’jikkostitwixxi assi likwidi biżżejjed u meta l-valuri tal-assi jistgħu jiġu kkunsidrati bħala stabbli biżżejjed għall-finijiet tal-paragrafu 3;

(b)     liema grad ta’ korrelazzjoni bejn il-valur tal-assi għall-protezzjoni u l-kwalità ta’ kreditu tal-obbligant huwa kkunsidrat għoli wisq għall-finijiet tal-paragrafu 4;

(c)     meta, fornitur tal-protezzjoni, jiġi kkunsidrat bħala affidabbli biżżejjed għall-finijiet tal-punt b tal-paragrafu 5.

L-ABE għandha tiżviluppa dawn l-istandards tekniċi regolatorji għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Taqsima 2 Forom eliġibbli ta’ mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu

Subtaqsima 1 Protezzjoni ta' kreditu ffinanzjata

Artikolu 191 Netting li jidher fuq il-karta tal-bilanċ

Istituzzjoni tista’ tuża n-netting fil-karta tal-bilanċ ta’ pretensjonijiet reċiproċi bejnha u l-kontroparti tagħha bħala forma eliġibbli ta’ mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu.

Mingħajr ħsara għall-Artikolu 192, l-eliġibbiltà hija limitata għall-bilanċi reċiproċi ta’ flus bejn l-istituzzjoni u l-kontroparti. L-istituzzjonijiet jistgħu jimmodifikaw l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u, kif ikun rilevanti, l-ammonti ta’ telf mistennija biss għal self u depożiti li jkunu rċevew huma stess u li huma soġġetti għall-ftehim ta’ netting fil-karta tal-bilanċ.

Artikolu 192 Ftehimiet ewlenin ta’ netting li jkopru tranżazzjonijiet ta’ riakkwist jew transazzjonijet ta' għoti jew teħid ta' self ta' titoli jew komoditajiet jew tranżazzjonijiet kapitali oħrajn immotivati mis-suq

L-istituzzjonijiet li jadottaw il-Metodu Komprensiv ta’ Kollateral Finanzjarju stabbilit fl-Artikolu 218 jistgħu jikkunsidraw l-effetti tal-kuntratti bilaterali ta’ netting li jkopru tranżazzjonijiet ta’ riakkwist, tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b’self ta' titoli jew komoditajiet, jew tranżazzjonijiet kapitali oħrajn immotivati mis-suq ma’ kontroparti. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 293, il-kollateral meħud u t-titoli jew il-komoditajiet li ttieħdu b’self f’tali ftehimiet jew tranżazzjonijiet għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-eliġibbiltà għall-kollateral stabbiliti fl-Artikoli 193 u 194.

Artikolu 193 Eliġibbiltà ta’ kollateral skont l-approċċi u l-metodi kollha

1. L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw l-elementi li ġejjin bħala kollateral eliġibbli skont l-approċċi u l-metodi kollha:

(a)     flus depożitati ma’, jew strumenti assimilati ta' flus miżmuma mill-istituzzjoni mutwanti;

(b)     titoli ta’ dejn maħruġa minn gvernijiet ċentrali jew banek ċentrali, li għandhom valutazzjoni ta’ kreditu minn ECAI jew aġenzija ta’ esportazzjoni ta’ kreditu rikonoxxuta bħala eliġibbli għall-finijiet tal-Kapitolu 2 li ġiet iddeterminata mill-ABE li hija assoċjata mal-livell 4 jew ogħla tal-kwalità ta’ kreditu skont ir-regoli għall-ippeżar ta’ riskju ta’ skoperturi għal gvernijiet ċentrali u banek ċentrali skont il-Kapitolu 2;

(c)     titoli ta’ dejn maħruġa minn istituzzjonijiet, li għandhom valutazzjoni ta’ kreditu minn ECAI eliġibbli li ġiet iddeterminata mill-ABE li hija assoċjata mal-livell 3 jew ogħla tal-kwalità ta’ kreditu skont ir-regoli għall-ippeżar ta’ riskju ta’ skoperturi għal istituzzjonijiet taħt il-Kapitolu 2;

(d)     titoli ta’ dejn maħruġa minn entitajiet oħra li għandhom valutazzjoni ta’ kreditu minn ECAI eliġibbli li ġiet iddeterminata mill-ABE li hija assoċjata mal-livell 3 jew ogħla tal-kwalità ta’ kreditu skont ir-regoli għall-ippeżar ta’ riskju ta’ skoperturi għal korporattivi skont il-Kapitolu 2;

(e)     titoli ta’ dejn b’valutazzjoni ta’ kreditu b’terminu qasir minn ECAI eliġibbli li ġiet iddeterminata mill-ABE li hija assoċjata mal-livell 3 jew ogħla tal-kwalità ta’ kreditu skont ir-regoli għall-ippeżar ta’ riskju ta’ skoperturi b’terminu qasir skont il-Kapitolu 2;

(f)      ekwitajiet jew bonds konvertibbli li huma inklużi f’indiċi ewlieni;

(g)     deheb;

(h)     pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li mhumiex pożizzjonijiet ta’ rititolizzazzjoni, li għandhom valutazzjoni ta’ kreditu esterna minn ECAI eliġibbli li ġiet iddeterminata mill-ABE li hija assoċjata mal-livell 3 jew ogħla tal-kwalità ta’ kreditu skont ir-regoli għall-ippeżar ta’ riskju ta’ skoperturi ta’ titolizzazzjoni skont l-approċċ speċifikat fil-Kapitolu 5, is-Taqsima 3, is-Subtaqsima 3.

2. Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1, ‘titoli ta’ dejn maħruġa minn gvernijiet ċentrali jew banek ċentrali’ għandhom jinkludu dawn kollha li ġejjin:

(a)     titoli ta’ dejn maħruġa minn gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali, li għalihom l-iskoperturi huma ttratati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali li fil-ġuriżdizzjoni tiegħu huma stabbiliti skont l-Artikolu 110(2);

(b)     titoli ta’ dejn maħruġa minn entitajiet fis-settur pubbliku li huma ttrattati bħala skoperturi għall-gvernijiet ċentrali skont l-Artikolu 111(4);

(c)     titoli ta’ dejn maħruġa minn banek multilaterali tal-iżvilupp li huma assenjati piż ta’ riskju ta’ 0 % skont l-Artikolu 112(2);

(d)     titoli ta’ dejn maħruġa minn organizzazzjonijiet internazzjonali li huma assenjati piż ta’ riskju 0 % skont l-Artikolu 113.

3. Għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 1, ‘titoli ta’ dejn maħruġa minn istituzzjonijiet’ għandhom jinkludu dawn kollha li ġejjin:

(a)     titoli ta’ dejn maħruġa minn gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali għajr dawk l-iskoperturi għalihom huma ttrattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali li fil-ġuriżdizzjoni tiegħu huma stabbiliti skont l-Artikolu 110;

(b)     titoli ta’ dejn maħruġa minn entitajiet fis-settur pubbliku, li għalihom l-iskoperturi huma ttrattati skont l-Artikolu 111(1) u 111(2);

(c)     titoli ta’ dejn maħruġa minn banek multilaterali tal-iżvilupp għajr dawk li huma assenjati piż ta’ riskju ta’ 0 % skont l-Artikolu 112(2).

4. Istituzzjoni tista’ tuża titoli ta’ dejn maħruġa minn istituzzjonijiet oħrajn u li ma għandhomx valutazzjoni ta’ kreditu minn ECAI eliġibbli bħala kollateral eliġibbli fejn dawn it-titoli ta’ dejn jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:

(a)     huma elenkati f'borża rikonoxxuta;

(b)     jikkwalifikaw bħala dejn prijoritarju;

(c)     il-kwistjonijiet kollha l-oħra klassifikati mill-istituzzjoni emittenti tal-istess prijorità għandhom valutazzjoni ta’ kreditu minn ECAI eliġibbli li ġiet iddeterminata mill-ABE li hija assoċjata mal-livell 3 jew ogħla tal-kwalità ta’ kreditu skont ir-regoli għall-ippeżar ta’ riskju ta’ skoperturi għal istituzzjonijiet jew skoperturi b’terminu qasir skont il-Kapitolu 2;

(d)     l-istituzzjoni mutwanti ma għandha l-ebda informazzjoni li tissuġġerixxi li l-ħruġ ikun jiġġustifika valutazzjoni ta’ kreditu aktar baxxa minn dik indikata fil-punt (c);

(e)     il-likwidità tas-suq tal-strument hija biżżejjed għal dawn il-finijiet.

5. L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw unitajiet jew ishma f’impriżi ta’ investiment kollettiv bħala kollateral eliġibbli fejn jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)     l-unitajiet jew l-ishma għandhom kwota pubblika tal-prezz kuljum;

(b)     l-impriżi ta’ investiment kollettiv (CIU) ikunu limitati li jinvestu fi strumenti li huma eliġibbli għar-rikonoxximent skont il-paragrafi 1 u 2.

Fejn CIU tinvesti f’ishma jew unitajiet ta’ CIU oħra, il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw bl-istess mod għal kwalunkwe tali CIU sottostanti.

L-użu ta’ strumenti derivati minn impriża ta’ investiment kollettiv għall-iħħeġġjar ta’ investimenti permessi ma għandux jipprevjeni unitajiet jew ishma f’dik l-impriża milli jkunu eliġibbli bħala kollateral.

6. Għall-finijiet tal-paragrafu 5, fejn impriża ta’ investiment kollettiv jew kwalunkwe waħda mill-impriżi ta’ investiment kollettiv sottostanti tagħha mhumiex limitati li jinvestu fi strumenti li huma eliġibbli skont il-paragrafi 1 u 4, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw unitajiet jew ishma f’dik is-CIU bħala kollateral għal ammont daqs il-valur tal-assi eliġibbli miżmuma minn dik is-CIU bis-suppożizzjoni li dik is-CIU jew kwalunkwe waħda mill-impriżi ta’ investiment kollettiv sottostanti tagħha jkunu investew f’assi mhux eliġibbli sal-massimu permess skont il-mandati rispettivi tagħhom.

Fejn assi mhux eliġibbli jista’ jkollhom valur negattiv minħabba obbligazzjonijiet jew obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw mis-sjieda, l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu dawn iż-żewġ affarijiet li ġejjin:

(a)     jikkalkolaw il-valur totali tal-assi mhux eliġibbli;

(b)     fejn l-ammont miksub skont il-punt (a) ikun negattiv, inaqqsu dak l-ammont mill-valur totali tal-assi eliġibbli.

7. Fir-rigward tal-punti (b) sa (e) tal-paragrafu 1, fejn titolu jkollu żewġ valutazzjonijiet ta’ kreditu minn ECAIs eliġibbli, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-valutazzjoni l-inqas favorevoli. Fejn titolu jkollu aktar minn żewġ valutazzjonijiet ta’ kreditu minn ECAIs eliġibbli, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-aktar żewġ valutazzjonijiet favorevoli. Fejn iż-żewġ valutazzjonijiet ta’ kreditu l-aktar favorevoli jkunu differenti, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-inqas favorevoli fost dawn it-tnejn.

8. L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kundizzjonijiet għall-identifikazzjoni tal-indiċi ewlieni msemmi fil-punt (f) tal-paragrafu 1, fil-punt (a) tal-Artikolu 194(1), fl-Artikolu 219(1) u (4), u fil-punt (e) tal-Artikolu 293(2).

L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Il-Kummissjoni tiġi ddelegata bis-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

9. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-metodoloġija għall-kalkolu tal-ammont ta’ unitajiet jew ishma f’CIU li l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw bħala l-kollateral imsemmi fil-paragrafu 6 and fl-Artikolu 194(2).

L-ABE għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Il-Kummissjoni tiġi ddelegata bis-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

10. L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi sabiex tispeċifika dan li ġej:

(a)     l-indiċi ewlenin identifikati b’konformità mal-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 8;

(b)     il-boroż rikonoxxuti msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 4 u tal-Artikolu 194(1), fl-Artikolu 219(1) u (4), fil-punt (e) tal-Artikolu 293(2), fil-punt (k) tal-Artikolu 389(2), fil-punt (d) tal-Artikolu 404(3), fil-punt (c) tal-Artikolu 415(1), u fil-punt 17 tal-Anness IV, il-Parti 3.

L-AETS għandha tissottometti dawn l-istandards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 194 Eliġibbiltà addizzjonali ta’ kollateral skont il-Metodu Komprensiv ta’ Kollateral Finanzjarju

(1) Minbarra l-kollateral speċifikat fl-Artikolu 193, meta l-istituzzjoni tuża l-Metodu Komprensiv ta’ Kollateral Finanzjarju speċifikat fl-Artikolu 218, dik l-istituzzjoni tista’ tuża l-elementi li ġejjin bħala kollateral eliġibbli:

(a)     ekwitajiet jew bonds konvertibbli mhux inklużi fl-indiċi ewlieni iżda negozjati f’borża rikonoxxuta;

(b)     unitajiet jew ishma f’impriż ta’ investiment kollettiv fejn jintlaħqu ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)      l-unitajiet jew l-ishma għandhom kwota pubblika tal-prezz kuljum;

(ii)      l-impriża ta’ investiment kollettiv hija limitata sabiex tinvesti fi strumenti li huma eliġibbli għar-rikonoxximent skont l-Artikolu 193(1) u (2) u l-elementi msemmija fil-punt (a) ta’ dan is-subparagrafu.

Fil-każ fejn CIU tinvesti f’unitajiet jew ishma ta’ CIU oħra, il-kundizzjonijiet (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu japplikaw bl-istess mod għal kull CIU sottostanti tali.

L-użu ta’ strumenti derivati minn impriża ta’ investiment kollettiv għall-iħħeġġjar ta’ investimenti permessi ma għandux jipprevjeni ishma f’dik l-impriża milli jkunu eliġibbli bħala kollateral.

(2) Fejn impriża ta’ investiment kollettiv jew kwalunkwe impriża ta’ investiment kollettiv sottostanti mhumiex limitati sabiex jinvestu fi strumenti li huma eliġibbli għar-rikonoxximent skont l-Artikolu 193(1) u (2) u l-elementi msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw unitajiet jew ishma f’dik is-CIU bħala kollateral għal ammont daqs il-valur tal-assi eliġibbli miżmuma minn dik is-CIU bis-suppożizzjoni li dik is-CIU jew kwalunkwe waħda mill-impriżi ta’ investiment kollettiv sottostanti tagħha investew f’assi mhux eliġibbli sal-massimu permess skont il-mandati rispettivi tagħhom.

Fejn assi mhux eliġibbli jista’ jkollhom valur negattiv minħabba obbligazzjonijiet jew obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw mis-sjieda, l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu dawn iż-żewġ affarijiet li ġejjin:

(a)     jikkalkolaw il-valur totali tal-assi mhux eliġibbli;

(b)     fejn l-ammont miksub skont il-punt (a) ikun negattiv, inaqqsu dak l-ammont mill-valur totali tal-assi eliġibbli.

Artikolu 195 Eliġibbiltà addizzjonali għal kollateral bl-Approċċ IRB

1. Minbarra l-kollateral speċifikat fl-Artikoli 193 u 194, l-istituzzjonijiet li jikkalkolaw l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u l-ammonti ta’ telf mistennija skont l-Approċċ IRB jistgħu jużaw ukoll il-forom ta’ kollateral li ġejjin:

(a)     kollateral ta’ proprjetà immobbli b’konfomità mal-paragrafi 2 sa 6;

(b)     reċivibbli b’konfomità mal-paragrafu 7;

(c)     kollateral fiżiku ieħor b’konfomità mal-paragrafi 8 u 10;

(d)     kiri b’konfomità mal-paragrafu 9.

2. Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor fl-Artikolu 119(2), bħala kollateral eliġibbli l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw proprjetà residenzjali li hija li jew se tkun okkupata jew mikrija mis-sid, jew is-sid benefiċjarju fil-każ ta’ kumpaniji ta’ investiment personali, u proprjetà kummerċjali immobbli, inklużi uffiċċji u bini kummerċjali ieħor, fejn jintlaħqu ż-żewġ l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)     il-valur tal-proprjetà ma jiddependix materjalment fuq il-kwalità ta’ kreditu tal-obbligant. L-istituzzjonijiet jistgħu jeskludu mid-determinazzjoni tagħhom tal-materjalità ta’ tali dipendenza dawk is-sitwazzjonijiet fejn fatturi purament makroekonomiċi jaffettwaw kemm il-valur tal-proprjetà kif ukoll il-prestazzjoni ta’ min mutwatarju;

(b)     ir-riskju tal-mutwatarju ma jiddependix materjlament fuq il-prestazzjoni tal-proprjetà jew tal-proġett sottostanti, iżda fuq il-kapaċità sottostanti tal-mutwatarju li jifdi d-dejn minn sorsi oħra, u bħala konsegwenza r-ripagament tal-faċilità ma jkunx jiddependi materjalment fuq l-fluss ta’ flus ġenerat mill-proprjetà sottostanti li sservi bħala kollateral.

3. L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw proprjetà residenzjali bħala kollateral eliġibbli ishma fil-kumpaniji Finlandiżi ta’ akkomodazzjoni residenzjali li joperaw skont l-Att tal-Kumpaniji tal-Akkomodazzjoni Finlandiż tal-1991 jew leġiżlazzjoni sussegwenti ekwivalenti fir-rigward ta’ proprjetà residenzjali li hi jew li se tkun okkupata jew mikrija mis-sid jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 2.

4. L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw proprjetà kummerċjali immobbli bħala kollateral eliġibbli ishma fil-kumpaniji Finlandiżi tal-akkomodazzjoni residenzjali li joperaw skont l-Att tal-Kumpaniji tal-Akkomodazzjoni Finlandiż tal-1991 jew leġiżlazzjoni sussegwenti ekwivalenti bħala kollateral li huwa proprjetà kummerċjali immobbli, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 2.

5. L-istituzzjonijiet jistgħu jidderogaw mill-punt (b) tal-paragrafu 2 għall-iskoperturi ggarantiti minn proprjetà residenzjali li jinsabu fit-territorju ta’ Stat Membru, fejn l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru ppubblikat provi li juru li hemm preżenti suq tal-proprjetà residenzjali żviluppat sew u li ilu stabbilit f’dak it-territorju b’rati ta’ telf li ma jaqbżu l-ebda minn dawn il-limiti li ġejjin:

(a)     telf li ġej minn selfiet kollateralizzati minn proprjetà residenzjali sa’ 80 % tal-valur tas-suq jew 80 % tal-valur tas-self ipotekarju, sakemm mhuwiex speċifikat mod ieħor fl-Artikolu 119(2), fl-ebda sena ma jaqbeż iż-0.3 % tas-selfiet pendenti kollateralizzati minn proprjetà residenzjali;

(b)     telf kumplessiv li ġej min selfiet kollateralizzati minn proprjetà residenzjali fl-ebda sena ma jaqbeż iż-0.5 % tas-selfiet pendenti kollateralizzati minn proprjetà residenzjali.

6. L-istituzzjonijiet jistgħu jidderogaw mill-punt (b) tal-paragrafu 2 għall-proprjetà kummerċjali immobbli li tinstab fit-territorju ta’ Stat Membru, fejn l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru ppubblikat provi li juru li jeżisti suq tal-proprjetà residenzjali żviluppat sew u li ilu stabbilit f’dak it-territorju b’rati ta’ telf li jilħqu ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

– telf li ġej minn self kolleteralizzat minn proprjetà kummerċjali immobbli sa 50 % tal-valur tas-suq jew 60 % tal-valur tas-self tal-ipotekarju fl-ebda sena ma jaqbeż iż-0.3 % tas-self pendenti kolleteralizzat minn proprjetà kummerċjali immobbli;

– telf kumplessiv li ġej min self kollateralizzat minn proprjetà kummerċjali immobbli fl-ebda sena ma jaqbeż iż-0.5 % tas-self pendenti kollateralizzat minn proprjetà kummerċjali immobbli.

Fejn ma tintlaħaqx xi waħda mill-kundizzjonijiet fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu f’sena partikolari, l-istituzzjonijiet ma għandhomx jużaw it-trattament speċifikat f’dak is-subparagrafu sakemm iż-żewġ kundizzjonijiet ma jiġux sodisfatti f’sena sussegwenti.

7. L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw bħala kollateral eliġibbli ammonti reċivibbli marbuta ma’ tranżazzjoni kummerċjali jew tranżazzjonijiet b’maturità oriġinali ta’ inqas minn jew daqs sena.

8. Reċivibbli eliġibbli ma jinkludux dawk assoċjati ma’ titolizzazzjonijiet, subparteċipazzjonijiet jew derivati ta’ kreditu jew ammonti li huma dovuti mingħand partijiet affiljati.

9. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippermettu lill-istituzzjoni tuża bħala kollateral fiżiku eleġibbli kollateral ta’ tip li mhuwiex bħal dawk indikati fil-paragrafi 2 sa 6 fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)     hemm swieq likwidi, evidenzjati minn tranżazzjonijiet frekwenti, għat-tneħħija ta’ kollateral b’mod veloċi u ekonomikament effiċjenti. L-istituzzjonijiet għandhom iwettqu valutazzjoni ta’ din il-kundizzjoni b’mod perjodiku u meta l-informazzjoni tindika bidliet materjali fis-suq;

(b)     hemm prezzijiet tas-suq stabbiliti sew u disponibbli pubblikament għall-kollateral. L-istituzzjonijiet jistgħu jikkunsidraw prezzijiet tas-suq bħala stabbiliti sew fejn dawn jiġu minn sorsi affidabbli ta’ informazzjoni bħal indiċi pubbliċi u jkunu jirreflettu l-prezz tat-tranżazzjonijiet taħt kundizzjonijiet normali. L-istituzzjonijiet jistgħu jikkunsidraw il-prezzijiet tas-suq bħala pubblikament disponibbli, meta dawn il-prezzijiet jiġu divulgati, ikunu faċilment aċċessibbli, u jistgħu jinkisbu b’mod regolari u mingħajr piż amministrattiv jew finanzjarju;

(c)     l-istituzzjoni tanalizza l-prezzijiet tas-suq, iż-żmien u l-ispejjeż meħtieġa sabiex tirrealizza l-kollateral u r-rikavat realizzat mill-kollateral;

(d)     l-istituzzjoni turi li r-rikavat realizzat mill-kollateral mhuwiex inqas minn 70 % tal-valur tal-kollateral f’aktar minn 10% tal-likwidazzjonijiet kollha għal tip partikolari ta’ kollateral. Fejn hemm volatilità materjali fil-prezzijiet tas-suq, l-istituzzjonijiet juru għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti li l-valwazzjoni tagħhom tal-kollateral hija konservattiva biżżejjed.

L-istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw il-fatt li ntlaħqu l-kundizzjonijiet speċifikati fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu u dawk speċifikati fl-Artikolu 205.

Wara d-dħul fis-seħħ tal-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fil-paragrafu 10, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippermettu lill-istituzzjonijiet jużaw biss dawk it-tipi ta’ kollaterali fiżiċi l-oħrajn li huma inklużi f’dawk l-istandards.

10. Soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 225(2), fejn jintlaħqu r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 206, l-iskoperturi li jirriżultaw mit-tranżazzjonijiet fejn l-istituzzjoni tikri proprjetà lil parti terza jistgħu jiġu ttrattati bl-istess mod bħal self kolleteralizzat mit-tip ta’ proprjetà mikrija.

11. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi sabiex tispeċifika t-tipi ta’ kollaterali fiżiċi li għalihom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 8, ibbażati fuq il-kriterji stabbiliti f’dawk il-punti.

L-ABE għandha tissottometti dawn l-istandards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 196 protezzjoni ta' kreditu ffinanzjata oħra

L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw bħala kollateral eliġibbli l-protezzjoni ta' kreditu ffinanzjata oħra li ġejjin:

(a)          flus depożitati ma’, jew strumenti assimilati ta' flus miżmuma minn, istituzzjoni li hija parti terza f’arranġement nondepożitarju u mirhun lill-istituzzjoni mutwanti;

(b)          poloz tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja mirhuna lill-istituzzjoni mutwanti;

(c)          strumenti maħruġa minn istituzzjonijiet li huma parti terza li se jiġi riakkwistati minn dik l-istituzzjoni fuq talba.

Subtaqsima 2 Protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata

Artikolu 197 Eliġibbiltà ta’ fornituri tal-protezzjoni skont l-approċċi kollha

1. L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-partijiet li ġejjin bħala fornituri eliġibbli tal-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata:

(a)     gvernijiet ċentrali u banek ċentrali;

(b)     gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali;

(c)     banek ta’ żvilupp multilaterali;

(d)     skoperturi ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali li huma assenjati piż ta’riskju ta’ 0% skont l-Artikolu 112;

(e)     entitajiet tas-settur pubbliku, li pretensjonijiet fuqhom huma ttrattati skont l-Artikolu 111;

(f)      istituzzjonijiet;

(g)     entitajiet korporattivi oħrajn, inklużi entitajiet korporattivi prinċipali, sussidjarji u affiljati tal-istituzzjoni, fejn tintlaħaq waħda mill-kundizzjonijiet li ġejja:

(i)      dawk l-entitajiet korporattivi l-oħra għandhom valutazzjoni ta’ kreditu minn ECAI rikonoxxuta li ġiet iddeterminata mill-ABE li hija assoċjata mal-livell 2 jew ogħla tal-kwalità ta’ kreditu skont ir-regoli għall-ippeżar ta’ riskju ta’ skoperturi għal korporattivi skont il-Kapitolu 2;

(ii)      fil-każ ta’ istituzzjonijiet li jikkalkolaw l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u l-ammonti ta’ telf mistennija skont l-Approċċ IRB, dawn l-entitajiet korporattivi l-oħra ma għandhomx valutazzjoni ta’ kreditu minn ECAI rikonoxxuta u huma klassifikati internament bħala li għandhom PD ekwivalenti għal dik assoċjata mal-valutazzjonijiet ta’ kreditu tal-ECAIs iddeterminati mill-ABE li huma assoċjati mal-livell 2 jew ogħla tal-kwalità ta’ kreditu skont ir-regoli għall-ippeżar tar-riskji ta’ skoperturi għal korporattivi skont il-Kapitolu 2.

2. Fejn l-istituzzjonijiet jikkalkolaw l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u l-ammonti ta’ telf mistennija skont l-Approċċ IRB, sabiex ikun eliġibbli bħala fornituri tal-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata, il-garanti għandu jkun ikklassifikat internament mill-istituzzjoni skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 6 tal-Kapitolu 3.

L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn bħala l-fornituri eliġibbli tal-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata li huma awtorizzati u superviżjonati mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet u soġġetti għar-rekwiżiti prudenzjali ekwivalenti għal dawk applikati għall-istituzzjonijiet.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw u jżommu l-lista ta’ dawk il-fornituri eliġibbli l-oħrajn tal-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata, jew il-kriterji-gwida għall-identifikazzjoni ta’ fornituri eliġibbli oħrajn tal-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata, flimkien ma’ deskrizzjoni tar-rekwiżiti prudenzjali applikabbli, u jaqsmu l-lista tagħhom mal-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn skont l-Artikolu 112 tad-Direttiva [tiddaħħal mill-OP].

Artikolu 198 Eliġibbiltà ta’ fornituri tal-protezzjoni skont l-Approċċ IRB li jikkwalifikaw għat-trattament stabbilit fl-Artikolu IRB 6(4)

Istituzzjoni tista’ tuża istituzzjonijiet, kumpaniji tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni u aġenziji ta’ esportazzjoni ta’ kreditu bħala fornituri eliġibbli tal-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata li jikkwalifikaw għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 148(4) fejn jilħqu l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)          għandhom kompetenza biżżejjed fil-forniment ta’ protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata;

(b)          huma regolati b’mod li huwa ekwivalenti għar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament, jew kellhom, fiż-żmien meta ġiet ipprovduta l-protezzjoni ta’ kreditu, valutazzjoni ta’ kreditu minn ECAI rikonoxxuta li kienet ġiet iddeterminata mill-ABE li hija assoċjata mal-livell 3 tal-kwalità ta’ kreditu, jew ogħla, skont ir-regoli għall-ippeżar ta’ riskju ta’ skoperturi għal korporattivi stabbiliti fil-Kapitolu 2;

(c)          kellhom, fiż-żmien meta ġiet ipprovduta l-protezzjoni ta’ kreditu, jew għal kwalunkwe perjodu minn wara dik id-data, klassifikazzjoni interna b’PD ekwivalenti għal jew inqas minn dik assoċjata mal-livell 2 jew ogħla tal-kwalità ta’ kreditu skont ir-regoli għall-ippeżar ta’ riskju ta’ skoperturi għal korporattivi stabbiliti fil-Kapitolu 2;

(d)          għandhom klassifikazzjoni interna b’PD ekwivalenti għal jew inqas minn dik assoċjata mal-livell 3 jew ogħla tal-kwalità ta’ kreditu skont ir-regoli għall-ippeżar ta’ riskju ta’ skoperturi għal korporattivi stabbiliti fil-Kapitolu 2.

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, il-protezzjoni ta’ kreditu pprovduta minn aġenziji ta’ esportazzjoni ta’ kreditu ma għandhiex tibbenefika mill-ebda kontragaranzija espliċita tal-gvern ċentrali.

Subtaqsima 3 Tipi ta’ derivati ta’ kreditu

Artikolu 199 Eliġibbiltà tad-derivati ta’ kreditu

1. L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw it-tipi ta’ derivati ta’ kreditu li ġejjin, u l-istrumenti li jistgħu jiġu komposti minn tali derivati ta’ kreditu jew li huma ekonomikamet effettivament simili, bħall-protezzjoni ta’ kreditu eliġibbli:

(a)     swaps ta’ inadempjenzi ta’ kreditu;

(b)     swaps totali tar-redditu;

(c)     noti marbuta mal-kreditu sal-limitu tal-finanzjament tagħhom bi flus.

Fejn l-istituzzjoni tixtri l-protezzjoni ta’ kreditu permezz ta’ swaps totali tar-redditu u tirreġistra l-pagamenti netti rċevuti fit-tpartita bħala dħul nett, iżda ma tirreġistrax id-deterjorament tat-tpaċija fil-valur tal-assi li huwa protett jew billi tnaqqas il-valur ġust jew permezz ta’ żieda fir-riżervi, dik il-protezzjoni ta’ kreditu ma tikkwalifikax bħala protezzjoni ta’ kreditu eliġibbli.

2. Fejn l-istituzzjoni twettaq hedge interna permezz ta’ derivat ta’ kreditu, sabiex il-protezzjoni ta’ kreditu tikkwalifika bħala protezzjoni ta’ kreditu eliġibbli għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, ir-riskju ta’ kreditu trasferit fil-portafoll tan-negozjar għandu jiġu ttrasferit lil parti jew partijiet terzi.

Fejn twettqet hedge interna skont l-ewwel subparagrafu u ntlaħqu r-rekwiżiti fit-Subtaqsima 2, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti fit-Taqsimiet 4 sa 6 għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u l-ammonti ta’ telf mistennija fejn dawn jixtru protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata.

Taqsima 3 rekwiżiti

Subtaqsima 1 PROTEZZJONI TA' KREDITU FFINANZJATA

Artikolu 200 Rekwiżiti għal ftehimiet ta’ netting fil-karta tal-bilanċ (għajr ftehimiet ewlenin ta’ netting li jkopru tranżazzjonijiet ta’riakkwist, tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b’self ta' titoli jew komoditajiet jew tranżazzjonijiet kapitali oħrajn immotivati mis-suq)

Il-ftehimiet tan-netting fil-karta tal-bilanċ, għajr il-ftehimiet ewlenin ta’ netting li jkopru tranżazzjonijiet ta’ riakkwist, tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b’self ta' titoli jew komoditajiet jew tranżazzjonijiet kapitali oħrajn immotivati mis-suq, għandhom jikkwalifikaw bħala forma eliġibbli ta’ mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu fejn jiġu sodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)          dawk il-ftehimiet huma legalment effettivi u infurzabbli fil-ġuriżdizzjonijiet relevanti kollha, inkluż fl-każ ta’ insolvenza jew falliment ta’ kontroparti;

(b)          fi kwalunkwe mument, l-istituzzjonijiet jistgħu jiddeterminaw l-assi u l-obbligazzjonijiet li huma soġġetti għal dawn il-ftehimiet;

(c)          l-istituzzjonijiet jimmonitojaw ir-riskji assoċjati mat-terminazzjoni tal-protezzjoni ta’ kreditu fuq bażi kontinwa;

(d)          l-istituzzjonijiet jimmonitorjaw u jikkontrollaw l-iskoperturi relevanti fuq bażi netta u jagħmlu dan fuq bażi kontinwa.

Artikolu 201 Rekwiżiti għall-ftehimiet ewlenin ta’ netting li jkopru tranżazzjonijiet ta’ riakkwist jew tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b’self ta' titoli jew komoditajiet jew tranżazzjonijiet kapitali oħrajn immotivati mis-suq

Ftehimiet ewlenin ta’ netting li jkopru tranżazzjonijiet ta’ riakkwist, tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b’self ta' titoli jew komoditajiet jew tranżazzjonijiet kapitali oħrajn immotivati mis-suq għandhom jikkwalifikaw bħala forma eliġibbli ta’ mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu fejn il-kollateral provdut skont dawn il-ftehimiet jilħaq ir-rekwiżiti kollha msemmija fl-Artikolu 202(1) u fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)          huma legalment effettivi u infurzabbli fil-ġuriżdizzjonijiet relevanti kollha, inkluż fil-każ ta’ falliment jew insolvenza tal-kontroparti;

(b)          jagħtu d-dritt lil parti mhux inadempjenti sabiex ittemm u tagħlaq fil-waqt it-tranżazzjonijiet kollha skont il-ftehim malli sseħħ inadempjenza, inkluż fil-każ ta’ falliment jew insolvenza tal-kontroparti;

(c)          jipprovdu għal netting ta’ qligħ u telf fi tranżazzjonijiet imwettqa skont ftehim sabiex ikun dovut ammont nett wieħed minn parti waħda lill-oħra.

Artikolu 202 Rekwiżiti għall-kollateral finanzjarju

1. Taħt l-approċċi u l-metodi kollha, kollateral finanzjarju u deheb għandhom jikkwalifikaw bħala kollateral eliġibbli fejn jintlaħqu r-rekwiżiti kollha stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 4.

2. Il-kwalità ta’ kreditu tal-obbligant u l-valur tal-kollateral ma għandux ikollu korrelazzjoni materjali pożittiva.

Titoli maħruġa mill-obbligant, jew kwalunkwe entità ta’ grupp relevanti, ma għandhomx jikkwalifikaw bħala kollateral eliġibbli. Dan minkejja li l-ħruġ min-naħa tal-obbligant stess ta’ bonds koperti li jaqgħu taħt it-termini tal-Artikolu 124 jikkwalifikaw bħala kollateral eliġibbli jiġu depożitati bħala kollaterali soġġett għal tranżazzjonijiet ta’ riakkwist, jekk jikkonformaw mal-kundizzjoni stabbilita fl-ewwel subparagrafu.

3. L-istituzzjonijiet għandhom jissodisfaw kwalunkwe rekwiżit kuntrattwali u statutorju fir-rigward ta’, u jieħdu l-passi neċessarji kollha sabiex jiżguraw, l-infurzabbiltà tal-arranġamenti tal-kollateral skont il-liġi applikabbli għall-interess tagħhom fil-kollateral.

L-istituzzjonijiet għandhom ikunu wettqu analiżi legali suffiċjenti li tikkonferma l-infurzabbiltà tal-arranġamenti tal-kollateral fil-ġuriżdizzjonijiet relevanti kollha. Għandhom jerġgħu jwettqu tali analiżi kif neċessarju sabiex tiġi żgurata l-infurzabbiltà kontinwa.

4. L-istituzzjonijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti operazzjonali li ġejjin kollha:

(a)     għandhom jiddokumentaw sew l-arranġamenti tal-kollateral u jkollhom implimentati proċeduri ċari u robusti għal-likwidazzjoni f'waqtha tal-kollateral;

(b)     għandhom jużaw proċeduri u proċessi robusti sabiex jikkontrollaw riskji li ġejjin mill-użu tal-kollateral, inklużi riskji ta’ protezzjoni ta’ kreditu imnaqqsa jew li ma rnexxietx, ir-riskji ta’ valwazzjoni, riskji assoċjati mat-terminazzjoni tal-protezzjoni ta’ kreditu, riskji ta’ konċentrazzjoni li ġejjin mill-użu ta’ kollateral u l-interazzjoni mal-profil ta’ riskju kumplessiv tal-istituzzjoni;

(c)     għandu jkollhom politiki u prattiki dokumentati fis-seħħ li jikkonċernaw it-tipi u l-ammonti ta’ kollateral aċċettat;

(d)     għandhom jikkalkolaw il-valur tas-suq tal-kollateral, u jerġgħu jivvalutawh kif xieraq, bi frekwenza minima ta’ darba kull sitt xhur u meta jkollhom raġuni għalfejn jaħsbu li seħħ tnaqqis sinifikanti fil-valur tas-suq tal-kollateral;

(e)     fejn il-kollateral ikun ta’ parti terza, għandhom jieħdu passi raġonevoli sabiex jiżguraw li l-parti terza tissegrega l-kollateral mill-assi proprji tagħha;

(f)      għandhom jiżguraw li jiddedikaw riżorsi biżżejjed għall-operat ordnat ta’ ftehimiet ta’ marġni ma' derivati OTC u l-kontropartijiet li jiffinanzjaw il-garanziji, kif imkejla mill-prontezza u l-preċiżjoni tas-sejħiet 'il barra tagħhom u l-ħin ta’ rispons għal sejħiet li jkunu deħlin;

(g)     għandu jkollhom fis-seħħ politiki tal-immaniġjar tal-kollateral biex jikkontrollaw, jimmonitorjaw u jirraportaw dan li ġej:

(i)      ir-riskji li jesponuhom għalihom il-ftehimiet ta’ marġni;

(ii)      ir-riskju ta’ konċentrazzjoni għal tipi partikolari ta’ assi kollaterali;

(iii)     l-użu mill-ġdid ta’ kollateral inklużi n-nuqqasijiet potenzjali ta’ likwidità li jirriżultaw mill-użu mill-ġdid ta’ kollateral irċevut minn kontropartijiet;

(iv)     ir-rinunzja tad-drittijiet għal kollateral mogħti lil kontropartijiet.

5. Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4, sabiex il-kollateral finanzjarju jikkwalifika bħala kollateral eliġibbli skont il-Metodu Sempliċi ta’ Kollateral Finanzjarju l-maturità reżidwa tal-protezzjoni għandha tkun tal-inqas twila daqs il-maturità reżidwa tal-iskopertura.

Artikolu 203 Rekwiżiti għal kollateral li huwa proprjetà immobbli

1. Il-proprjetà immobbli għandha tikkwalifika bħala kollateral eliġibbli biss meta jintlaħqu r-rekwiżiti kollha stbabiliti fil-paragrafi 2 sa 5.

2. Għandhom jintlaħqu r-rekwiżiti li ġejjin dwar iċ-ċertezza legali:

(a)     ipoteka jew tariffa hija infurzabbli fil-ġuriżdizzjonijiet kollha li huma relevanti fi żmien il-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu u għandhom jiġu ffajljati kif xieraq u fil-pront;

(b)     ġew issodisfati r-rekwiżiti legali kollha għall-istabbiliment tar-rahan;

(c)     il-ftehim ta’ protezzjoni u l-proċess legali sottostanti jippermettu lill-istituzzjoni sabiex tirrealizza l-valur tal-protezzjoni f’perjodu ta’ żmien raġonevoli.

3. Għandhom jintlaħqu r-rekwiżiti li ġejjin dwar il-monitoraġġ tal-valuri tal-proprjetà u l-valwazzjoni tal-proprjetà:

(a)     l-istituzzjonijiet jimmonitorjaw il-valur tal-proprjetà ta’ spiss u b’minimu ta’ darba fis-sena għal proprjetà kummerċjali immobbli u darba kull tliet snin għall-proprjetà residenzjali. L-istituzzjonijiet iwettqu monitorjar aktar spiss fejn is-suq huwa soġġett għal bidliet sinifikanti fil-kundizzjonijiet;

(b)     il-valwazzjoni tal-proprjetà hija reviżjonata meta l-informazzjoni disponibbli għall-istituzzjonijiet tindika li l-valur tal-proprjetà jista’ jkun li naqas materjlament fir-rigward tal-prezzijiet ġenerali tas-suq u dik ir-reviżjoni titwettaq minn valutatur li għandu l-kwalifiki, l-abbiltà u l-esperjenza neċessarji sabiex iwettaq valwazzjoni u li huwa indipendenti mill-proċess tad-deċiżjoni ta’ kreditu. Għal self li jaqbeż it-EUR 3 miljuni jew il-5% tal-fondi proprji ta’ istituzzjoni, il-valwazzjoni tal-proprjetà għandha tiġi reveduta minn tali valutatur tal-inqas kull tliet snin.

L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw metodi statistiċi sabiex jimmonitorjaw il-valur tal-proprjetà u jidentifikaw proprjetà li teħtieġ revalwazzjoni.

4. L-istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw biċ-ċar it-tipi ta’ proprjetà immobbli residenzjali u kummerċjali li jaċċettaw u l-politiki tal-għoti ta’ self tagħhom f’dan ir-rigward.

5. L-istituzzjonijet għandu jkollhom proċeduri implimentati sabiex jimmonitorjaw li l-proprjetà meħuda bħala protezzjoni ta’ kreditu hija assigurata b’mod adegwat kontra r-riskju ta’ danni.

Artikolu 204 Rekwiżiti għar-reċivibbli

1. Ir-reċivibbli għandhom jikkwalifikaw bħala kollateral eliġibbli fejn jintlaħqu r-rekwiżiti kollha stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3.

2. Għandhom jintlaħqu r-rekwiżiti li ġejjin dwar iċ-ċertezza legali:

(a)     il-mekkaniżmu legali li permezz tiegħu jiġi pprovdut il-kollateral lill-istituzzjoni mutwanti għandu jkun robust u effettiv sabiex jiżgura li l-istituzzjoni għandha drittijiet ċari fuq ir-rikavat;

(b)     l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-passi neċessarji kollha sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti lokali fir-rigward tal-infurzabbiltà tal-interessi ta' titoli. L-istituzzjonijiet mutwanti għandu jkollhom pretensjoni tal-ewwel prijorità fuq il-kollateral minkejja li tali pretensjonijiet jistgħu jiqbgħu jkunu soġġetti għall-pretensjonijiet ta’ kredituri preferenzjali kif ikun speċifikat f'dispożizzjonijiet leġiżlattivi;

(c)     l-istituzzjonijiet għandhom ikunu wettqu analiżi legali suffiċjenti li tikkonferma l-infurzabbilà tal-arranġamenti tal-kollateral fil-ġuriżdizzjonijiet relevanti kollha;

(d)     l-istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw kif xieraq l-arranġamenti tal-kollateral tagħhom u għandu jkollhom fis-seħħ proċeduri ċari u robusti għall-ġbir fil-pront tal-kollateral;

(e)     l-istituzzjonijiet għandu jkollhom proċeduri implimentati sabiex tiżgura li tiġu osservata kwalunkwe kundizzjoni legali meħtieġa għad-dikjarazzjoni ta’ inadempjenza ta’ mutwatarju u għall-ġbir fil-pront ta’ kollateral;

(f)      fil-każ ta’ diffikultà finanzjarja jew inadempjenza ta’ mutwatarju, l-istituzzjonijiet għandu jkollhom awtorità legali sabiex ibigħu jew jassenjaw ir-reċivibbli lil partijiet oħra mingħajr il-kunens tal-obbliganti tar-reċivibbli.

3. Għandhom jintlaħqu r-rekwiżiti li ġejjin dwar l-immaniġjar tar-riskju:

(a)     istituzzjoni għandu jkollha fis-seħħ proċess sod għad-determinazzjoni ta’ riskju ta’ kreditu assoċjat mar-reċivibbli. Tali proċess għandu jinkludi analiżi tan-negozju u l-industrija ta’ min jissellef u t-tipi ta’ klijenti li jinnegozja magħhom. Fejn l-istituzzjoni tiddependi fuq il-mutwatarju sabiex taċċerta  r-riskju ta’ kreditu tal-konsumaturi, l-istituzzjoni għandha tanalizza l-prattiki ta’ kreditu tal-mutwatarju sabiex tiżgura ruħha mis-sodizza u l-kredibbiltà tagħhom;

(b)     il-marġni bejn l-ammont tal-iskopertura u l-valur tar-reċivibbli għandu jirreflettu l-fatturi xierqa kollha, inklużi l-ispiża tal-ġbir, il-konċentrazzjoni fil-pula ta’ reċivibbli mirhuna minn mutwatarju individwali, u r-riskju ta’ konċentrazzjoni potenzjali fi ħdan l-iskoperturi totali tal-istituzzjoni lil hinn minn dak ikkontrollat mill-metodoloġija ġenerali tal-istituzzjoni. L-istituzzjonijiet għandhom iżommu proċess kontinwu ta’ monitoraġġ xieraq għar-reċivibbli. Għandhom janalizzaw ukoll, fuq bażi regolari, il-konformità tal-ftehimiet ta’ għoti ta' self, ir-restrizzjonijiet ambjentali, u rekwiżiti legali oħrajn;

(c)     reċivibbli mirhuna minn mutwataurju għandhom ikunu diversifikati u mhux korrelatati iżżejjed ma’ dak il-mutwatarju. Fejn ikun hemm korrelazzjoni materjali pożittiva, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu r-riskji li jiġu mill-iffissar ta’ marġni għal pula ta’ kollateral kollha;

(d)     l-istituzzjonijiet ma għandhomx jużaw reċivibbli minn affiljati ta’ mutwatarju, inklużi sussidjarji u impjegati, bħala protezzjoni ta’ kreditu eliġibbli;

(e)     l-istituzzjoni għandu jkollha proċess dokumentat għall-ġbir ta’ pagamenti ta’ reċivibbli f’sitwazzjonijiet ta’ diffikultà. L-istituzzjonijiet għandu jkollhom il-faċilitajiet meħtieġa għall-ġbir anki meta s-soltu jiddependu fuq il-mutwatarji għall-ġbir.

Artikolu 205 Rekwiżiti għal kollateral fiżiku ieħor

Kollateral fiżiku għajr kollateral li huwa proprjetà immobbli għandu jikkwalifika bħala kollateral eliġibbli skont l-Approċċ IRB meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)          l-arraġnament tal-kollateral li taħtu jiġi pprovdut il-kollateral fiżiku lill-istituzzjoni għandu jkun legalment effettiv u infurzabbli fil-ġuriżdizzjonijiet relevanti kollha u għandu jippermetti lill-istituzzjoni sabiex tirrealizza l-valur tal-kollateral fi żmien raġonevoli;

(b)          bl-eċċezzjoni unika għall-pretensjonijiet permissibbli minn qabel imsemmija fl-Artikolu 204(2)(b), l-ewwel rhuna, jew tariffi fuq, kollateral biss għandhom jikkwalifikaw bħala kollateral eliġibbli u l-istituzzjoni għandu jkollha prijorità fuq il-mutwanti l-oħra kollha għar-rikavat realizzat mill-kollateral;

(c)          l-istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw il-valur tal-kollateral ta’ spiss u b’minimu ta’ darba fis-sena. L-istituzzjonijiet għandhom iwettqu monitoraġġ aktar spiss fejn is-suq ikun soġġett għal bidliet sinifikanti fil-kundizzjonijiet;

(d)          il-ftehim ta’ self għandu jinkludu deskrizzjonijiet dettaljati dwar il-kollateral kif ukoll speċifikazzjonijiet dettaljati dwar il-mod u l-frekwenza tal-rivalwazzjoni;

(e)          l-istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw b’mod ċar fil-politiki u l-proċeduri ta’ kreditu interni tagħhom disponibbli għall-eżaminazzjoni tat-tipi ta’ kollateral fiżiku li jaċċettaw u l-politiki u l-prattiki li għandhom fis-seħħ fir-rigward tal-ammont xieraq ta’ kull tip ta’ kollateral relatat mal-ammont tal-iskopertura;

(f)           il-politiki ta’ kreditu tal-istituzzjonijiet fir-rigward tal-istruttura tat-tranżazzjoni għandhom jindirizzaw ir-rekwiżiti tal-kollateral xierqa relattivi għall-ammont tal-iskopertura, l-abbiltà ta’ likwidazzjoni ta’ kollateral fil-pront, l-abbiltà ta’ stabbiliment b’mod oġġettiv ta’ prezz jew valur tas-suq, il-frekwenza li biha l-valur jista’ jinkiseb immedjatament, inkluża evalwazzjoni jew valwazzjoni professjonali, u l-volatilità jew valur preżenti tal-volatilità tal-valur tal-kollateral;

(g)          kemm il-valwazzjoni inizjali kif ukoll ir-rivalwazzjoni għandhom jikkunsidraw kull deterjorament jew obsolenza tal-kollateral. Meta jitwettqu l-valwazzjoni u r-rivalwazzjoni l-istituzzjonijiet għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-effetti taż-żmien fuq kollateral sensittiv għall-moda jew iż-żmien;

(h)          l-istituzzjonijiet għandu jkollhom id-dritt li fiżikament jispezzjonaw il-kollateral. Għandu jkollhom ukoll politiki u proċeduri fis-seħħ sabiex jindirizzaw l-eżerċizzju tad-dritt tagħhom għal spezzjoni fiżika;

(i)           il-kollateral użat bħala protezzjoni għandu jkun adegwament assigurat kontra r-riskju ta’ dannu u l-istituzzjonijiet għandu jkollhom proċeduri fis-seħħ sabiex jimmonitorjaw dan.

Artikolu 206 Rekwiżiti għat-trattament ta’ skoperturi ta’ kiri bħala kollateralizzati

L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw skoperturi li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta’ kiri bħala kollateralizzati skont it-tip ta’ proprjetà mikrija, fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)          jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 203 jew 205, kif xieraq, għat-tip ta’ proprjetà mikrija sabiex tikkwalifika bħala kollateral eliġibbli;

(b)          is-sid għandu mmaniġjar tar-riskju robust fir-rigward tal-użu tal-assi mikrija, il-post tiegħu, l-età u t-tul ta' żmien ippjanat tal-użu tiegħu, inkluż monitoraġġ xieraq tal-valur tal-garanzija;

(c)          is-sid huwa l-proprjetarju legali tal-assi u jista’ jeżerċita d-drittijiet tiegħu bħala sid fil-ħin;

(d)          fejn din għadha ma ġietx aċċertata fil-kalkolu tal-livell ta’ LGD, id-differenza bejn il-valur tal-ammont mhux ammortizzat u l-valur tas-suq tal-garanzija mhijiex kbira wisq tant li tagħti tenfasizza wisq lill-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu attribwita lill-assi mikrijin.

Artikolu 207 Rekwiżiti għal protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata oħra

1. Sabiex tkun eliġibbli għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 227(1), flus iddepożitati ma’, jew strumenti ta' flus assimilati miżmuma minn, instituzzjoni terza, għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)     il-pretensjoni ta’ mutwatarju kontra l-istituzzjoni terza hija mirhuna bil-miftuħ jew assenjata lill-istituzzjoni mutwanti u t-tali rahan jew assenjazzjoni hija legalment effettiva u infurzabbli fil-ġuriżdizzjonijiet relevanti kollha;

(b)     l-istituzzjoni terza hija nnotifikata dwar ir-rahan jew l-assenjazzjoni;

(c)     bħala konsegwenza tan-notifika, l-istituzzjoni terza tista’ tagħmel pagamenti lill-istituzzjoni mutwanti biss jew lil partijiet oħra bil-kunsens minn qabel tal-istituzzjoni mutwanti;

(d)     ir-rahan jew l-assenjazzjoni hija inkundizzjonali u irrevokabbli.

2. Poloz tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja mirhuna lill-istituzzjoni mutwanti għandhom jikkwalifikaw bħala kollateral eliġibbli meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)     il-polza tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja hija mirhuna jew assenjata bil-miftuħ lill-istituzzjoni mutwanti;

(b)     il-kumpanija li tipprovdi l-assigurazzjoni fuq il-ħajja hija nnotifikata bir-rahan jew bl-assenjazzjoni u tista’ ma tħallasx l-ammonti pagabbli skont il-kuntratt mingħajr kunsens minn qabel tal-istituzzjoni mutwanti;

(c)     l-istituzzjoni mutwanti għandha d-dritt tikkanċella l-polza u tirċievi l-valur ta’ ċessjoni f’każ ta’ inadempjenza tal-mutwatarju;

(d)     l-istituzzjoni mutwanti hija infurmata b’kull nuqqas ta’ pagament skont il-polza mid-detentur tal-polza;

(e)     il-protezzjoni ta’ kreditu hija pprovduta għall-maturità tas-self. Fejn dan mhuwiex possibbli minħabba li r-relazzjoni tal-assigurazzjoni tintemm qabel ma tiskadi r-relazzjoni tas-self, l-istituzzjoni għandha tiżgura li l-ammont idderivat mill-kuntratt tal-assigurazzjoni jservi lill-istituzzjoni bħala garanzija sa tmiem it-tul taż-żmien tal-ftehim tal-kreditu;

(f)      ir-rahan jew l-assenjazzjoni huwa legalment effettiv u infurzabbli fil-ġuriżdizzjonijiet kollha li huma relevanti fi żmien il-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu;

(g)     il-valur taċ-ċessjoni huwa dikjarat mill-kumpanija li tipprovdi l-assigurazzjoni fuq il-ħajja u ma jistax jitnaqqas;

(h)     fuq talba, il-valur taċ-ċessjoni għandu jitħallas mill-kumpanija li tipprovdi l-assigurazzjoni fuq il-ħajja fil-pront;

(i)      il-valur taċ-ċessjoni ma għandux jintalab migħajr il-kunsens minn qabel tal-istituzzjoni;

(j)      il-kumpanija li tipprovdi l-assigurazzjoni fuq il-ħajja hija soġġetta għad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew hija soġġetta għas-superviżjoni minn awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz li japplika arranġamenti superviżorji u regolatorji tal-inqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni.

Subtaqsima 2 Il-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata u noti marbuta mal-kreditu

Artikolu 208 Rekwiżiti komuni għall-garanziji u d-derivati ta’ kreditu

1. Soġġetta għall-Artikolu 209(1), il-protezzjoni ta’ kreditu minn garanzija jew derivat ta’ kreditu għandha tikkwalifika bħala protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata eliġibbli fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)     il-protezzjoni ta’ kreditu hija diretta;

(b)     hemm definizzjoni ċara ta’ safejn tasal il-protezzjoni ta’ kreditu;

(c)     il-kuntratt tal-protezzjoni ta’ kreditu ma fih l-ebda klawżola, li s-sodisfazzjon tagħha ma taqax taħt il-kontroll dirett tal-mutwanti, li:

(i)      jippermettu lill-fornituri tal-protezzjoni jikkanċellaw il-protezzjoni b’mod unilaterali;

(ii)      iżid l-kost effettiv tal-protezzjoni bħala konsegwenza ta’ deterjorament fil-kwalità ta’ kreditu tal-iskopertura protetta;

(iii)     jista’ jipprevjeni lill-fornituri tal-protezzjoni milli jkunu obbligati jħallsu fil-ħin f’każ li l-obbligant oriġinali ma jirnexxilux iħallas xi pagamenti dovuti, jew meta l-kuntratt tal-kiri jkun skada għall-finijiet ta’ rikonoxximent tal-valur reżidwu garantit skont l-Artikoli 129(7) u 162(4);

(iv)     jista’ jippermetti li l-maturità tal-protezzjoni ta’ kreditu tiġi mnaqqsa mill-fornitur tal-protezzjoni;

(d)     hija legalment effettiva u infurzabbli fil-ġuriżdizzjonijiet kollha li huma relevanti fi żmien il-konklużjoni tal-ftehim tal-kreditu.

2. Istituzzjoni għandha turi lill-awtoritajiet kompententi li għandha sistemi fis-seħħ biex timmaniġja l-konċentrazzjoni potenzjali ta’ riskju li jiġi mill-użu ta’ garanziji u derivati ta’ kreditu. L-istituzzjoni għandha tkun tista’ turi għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti kif l-istrateġija tagħha fir-rigward tal-użu tad-derivati u l-garanziji ta’ kreditu jinteraġixxi mal-immaniġjar tagħha tal-profil ta’ riskju kumplessiv.

3. L-istituzzjonijiet għandhom jissodisfaw kull rekwiżit kuntrattwali u statutorju fir-rigward ta’, u jieħdu l-passi kollha neċessarji sabiex jiżguraw, l-infurzabbiltà tal-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata tagħha skont il-liġi applikabbli għall-interess tagħhom fil-protezzjoni ta’ kreditu.

L-istituzzjonijiet għandhom ikunu wettqu analiżi legali suffiċjenti li tikkonferma l-infurzabbiltà tal-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata fil-ġuriżdizzjonijiet relevanti kollha. Għandhom jirrepetu tali analiżi kif neċessarju sabiex jiżguraw infurzabbiltà kontinwata.

Artikolu 209 Kontrogaranziji sovrani u oħrajn tas-settur pubbliku

1. L-istituzzjonijiet jistgħu jittrattaw l-iskopertura elenkata fil-paragrafu 2 bħala protetta b'garanzija provduta mill-entitajiet elenkati f’dak il-paragrafu, jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)     il-kontrogaranzija tkopri l-elementi kollha tar-riskju ta’ kreditu tal-pretensjoni;

(b)     kemm il-garanzija oriġinali kif ukoll il-kontrogaranzija jilħqu r-rekwiżiti għall-garanziji stabbiliti fl-Artikoli 208 u 210(1), għajr il-fatt li l-kontrogaranzija mhux neċessarjament tkun diretta;

(c)     il-kopertura hija robusta u ma hemm xejn fl-evidenza storika li jissuġġerixxi li l-kopertura tal-kontrogaranzija hija inqas mill-ekwivalenti effettiv għal dik ta’ garanzija diretta mill-entità inkwistjoni.

2. It-trattament stabbilit fil-paragrafu 1 għandu japplika għal skoperturi protetti b'garanzija li hija kontrogarantita minn waħda minn dawn l-entitajiet li ġejjin:

(a)     gvern ċentrali jew bank ċentrali;

(b)     gvern reġjonali jew awtorità lokali;

(c)     entità tas-settur pubbliku, li l-pretensjonijiet fuqhom huma ttrattati bħala pretensjonijiet fuq l-gvern ċentrali skont l-Artikolu 111(4);

(d)     bank ta’ żvilupp multilaterali jew organizzazzjoni internazzjonali, li huma assenjati piż ta’ riskju ta’ 0 % skont jew permezz tal-Kapitolu 2;

(e)     entità tas-settur pubbliku, li pretensjonijiet fuqha huma ttrattati skont l-Artikolu 111(1) u 111(2).

3. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw it-trattament stabbilit fil-paragrafu 1 anki għal skopertura li mhijiex kontrogarantita minn entità elenkata fil-paragrafu 2 fejn il-kontrogaranzija ta’ dik l-entità hija direttament garantita minn waħda minn dawk l-entitajiet u huma ssodisfati l-kundizzjonijiet elenkati fil-paragrafu 1.

Artikolu 210 Rekwiżiti addizzjonali għall-garanziji

1. Il-garanziji għandhom jikkwalifikaw bħala protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata eliġibbli meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha tal-Artikolu 208 u l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)     f'inadempjenza kwalifikanti jew nuqqas ta’ pagament minn kontroparti, l-istituzzjoni mutwanti għandha d-dritt li titlob lill-garanti, fil-ħin, għal kwalunkwe flejjes dovuti skont il-pretensjoni li fir-rigward tagħha hija pprovduta l-protezzjoni u l-pagament mill-garanti ma għandux ikun soġġett għall-istituzzjoni mutwanti li l-ewwel kellha tfittex lill-obbligant;

Fil-każ ta’ il-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata li tkopri self ipotekarju residenzjali, ir-rekwiżiti fl-Artikolu 208(1)(c)(iii) u fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu ssodisfati biss fi żmien 24 xahar;

(b)     il-garanzija hija obbligu espliċitament dokumentat li jassumi l-garanti;

(c)     tintlaħaq waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)      il-garanzija tkopri t-tipi kollha ta’ pagamenti li l-obbligant huwa mistenni jagħmel fir-rigward tal-pretensjoni;

(ii)      fejn ċerti tipi ta’ pagamenti huma esklużi mill-garanzija, l-istituzzjoni mutwanti taġġusta l-valur tal-garanzija sabiex jirrefletti l-kopertura limitata.

2. Fil-każ ta’ garanziji pprovduti fil-kuntest ta’ skemi ta’ garanziji reċiproċi jew ipprovduti minn jew kontrogarantiti mill-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 209(1), ir-rekwiżiti fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandhom jiġu kkunsidrati bħala ssodisfati fejn tintlaħaq waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)     l-istituzzjoni mutwanti għandha d-dritt li tikseb fil-ħin pagament provviżorju mingħand il-garanti li jissodisfa ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)      jirrappreżenta stima robusta tal-ammont tat-telf, inkluż telf li jirriżulta min-nuqqas ta’ pagament tal-imgħax u tipi oħra ta’ pagament li l-mutwatarju huwa obbligat li jagħmel, li l-istituzzjoni mutwanti aktarx iġġarrab;

(ii)      huwa proporzjonat għall-kopertura tal-garanzija;

(b)     l-istituzzjoni mutwanti tista’ turi, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti li l-effetti tal-garanzija, li għandhom ikopru wkoll telf li jiġi min-nuqqas ta’ pagament tal-imgħax jew tipi oħra ta’ pagamenti li l-mutwatarju huwa obbligat li jagħmel, jiġġustifikaw tali trattament.

Artikolu 211 Rekwiżiti addizzjonali għad-derivati ta’ kreditu

1. Id-derivati ta’ kreditu għandhom jikkwalifikaw bħala protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata eliġibbli fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha fl-Artikolu 208 u l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)     l-avvenimenti ta’ kreditu speċifikati fil-kuntratt tad-derivat ta’ kreditu jinkludu:

(i)      in-nuqqas ta’ pagament tal-ammonti dovuti skont it-termini tal-obbligu sottostanti li huma fis-seħħ fi żmien it-tali nuqqas, b’perjodu ta’ konċessjoni li huwa kważi kompletament konformi ma’ jew iqsar mill-perjodu ta’ konċessjoni fl-obbligu sottostanti;

(ii)      il-falliment, l-insolvenza jew l-inabbiltà tal-obbligant li jħallas id-djun tiegħu, jew in-nuqqas jew l-ammissjoni tiegħu bil-miktub tal-inabbiltà ġeneralment għall-ħlas tad-djun tiegħu meta jsuru dovuti, u avvenimenti analogi;

(iii)     ir-ristrutturar tal-obbligi sottostanti li jinvolvu l-maħfra jew ir-rinviju tal-kapital, l-imgħax jew it-tariffi li jirriżultaw f’avveniment ta’ telf ta’ kreditu;

(b)     fejn id-derivati ta’ kreditu jippermettu għal saldu bi flus:

(i)      l-istituzzjonijiet ikollhom fis-seħħ proċess ta’ valwazzjoni robust sabiex jiġi stmat it-telf b’mod affidabbli;

(ii)      hemm perjodu speċifikat b’mod ċar biex isiru valwazzjonijiet ta’ avvenimenti li jseħħu wara l-kreditu tal-obbligu sottostanti;

(c)     fejn ikunu meħtieġa għas-saldu, d-dritt u l-abbiltà tax-xerrej tal-protezzjoni li jittrasferixxi l-obbligu sottostanti lill-fornituri tal-protezzjoni, it-termini tal-obbligu sottostanti jispeċifikaw li kull kunsens meħtieġ għal tali trasferiment ma għandux jiġi miċħud mingħajr raġuni valida;

(d)     l-identità tal-partijiet responsabbli biex jiddeterminaw jekk seħħx avveniment ta’ kreditu hija definita b’mod ċar;

(e)     id-determinazzjoni tal-avveniment ta’ kreditu mhijiex ir-responsabbiltà unika tal-fornitur tal-protezzjoni;

(f)      ix-xerrej tal-protezzjoni għandu d-dritt jew l-abbiltà li jinforma lill-fornituri tal-protezzjoni li jkun seħħ avveniment ta’ kreditu.

Fejn l-avvenimenti ta’ kreditu ma jinkludux ristrutturar tal-obbligu sottostanti kif spjegat fil-punt (a)(iii), il-protezzjoni ta’ kreditu tista’ xorta waħda tkun eliġibbli soġġetta għal tnaqqis fil-valur kif speċifikat fl-Artikolu 228(2);

2. Diskrepanza bejn l-obbligu sottostanti u l-obbligu ta’ referenza taħt id-derivat ta’ kreditu li hija l-obbligu użat għall-finijiet ta’ determinazzjoni tal-valur tas-saldu fi flus jew bejn l-obbligu sottostanti u l-obbligu użat biex jiġi ddeterminat jekk seħħx avveniment ta’ kreditu hija permissibbli biss fejn jintlaħqu ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)     l-obbligu ta’ referenza jew l-obbligu użat biex jiġi ddeterminat jekk seħħx avveniment ta’ kreditu, skont il-każ, huwa klassifikat bl-istess mod ma’ jew huwa subordinat għall-obbligu sottostanti;

(b)     l-obbligu sottostanti u l-obbligu ta’ referenza jew l-obbligu użat biex jiġi ddeterminat jekk seħħx avveniment ta’ kreditu, skont il-każ, ikollhom l-istess obbligant u hemm fis-seħħ klawżoli transversali ta’ inadempjenza u aċċelerazzjoni legalment infurzabbli.

Artikolu 212 Rekwiżiti għall-kwalifikazzjoni għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 148(4)

1. Sabiex tkun eleġibbli għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 148(4), il-protezzjoni ta’ kreditu derivata minn garanzija jew derivat ta’ kreditu għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)     l-obbligu sottostanti huwa għal waħda mill-iskoperturi li ġejjin:

(i)      skopertura korporattiva kif definita fl-Artikolu 142, għajr impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni;

(ii)      skopertura għal gvern reġjonali, awtorità lokali jew entità tas-settur pubbliku li mhijiex trattata bħala skopertura għal gvern ċentrali jew bank ċentrali skont l-Artikolu 142;

(iii)     skopertura għal intrapriża żgħira jew medja, klassifikata bħala skopertura fil-livell tal-konsumaturi skont l-Artikolu 142(5);

(b)     l-obbliganti sottostanti mhumiex membri tal-istess grupp bħall-fornituri tal-protezzjoni;

(c)     l-iskopertura hija ħħeġġjata minn wieħed mill-istrumenti li ġejjin:

(i)      derivati ta’ kreditu mhux iffinanzjati b’isem wieħed jew garanziji b’isem wieħed;

(ii)      prodotti f'baskett li jsiru inadempjenti l-ewwel;

(iii)     prodotti f'baskett bl-inadempjenza numru “n”;

(d)     il-protezzjoni ta’ kreditu tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 208, 210 u 211;

(e)     il-piż ta’ riskju li huwa assoċjat mal-iskopertura qabel l-applikazzjoni tat-trattament fl-Artikolu 148(4), mhux diġà kkunsidrat f'xi aspett tal-protezzjoni ta’ kreditu;

(f)      l-istituzzjoni għandha d-dritt u l-aspettattiva li tirċievi pagament mill-fornitur tal-protezzjoni mingħajr ma jkollha tieħu azzjoni legali sabiex tfittex il-kontroparti għall-pagament. Sa fejn huwa possibbli, l-istituzzjoni għandha tieħu l-passi sabiex tissodisfa ruħha li l-fornitur tal-protezzjoni lest li jħallas immedjatament jekk iseħħ avveniment ta’ kreditu;

(g)     il-protezzjoni ta’ kreditu mixtrija tassorbi t-telf ta’ kreditu kollu fuq porzjon iħħeġġjat ta’ skopertura li tirriżulta minħabba l-fatt li jseħħu avvenimenti ta’ kreditu elenkati fil-kuntratt;

(h)     fejn l-istruttura ta’ ħlas tal-protezzjoni ta’ kreditu tipprovdi għal saldu fiżiku, hemm ċertezza legali fir-rigward tal-konsenja tas-self, tal-bond, jew tal-obbligazzjoni kontinġenti;

(i)      fejn l-istituzzjoni bi ħsiebha tikkonsenja obbligu għajr mill-iskopertura sottostanti, għandha tiżgura li l-obbligu li għandu jiġi konsenjat huwa likwidu biżżejjed sabiex l-istituzzjoni tkun tista’ tixtrih għall-konsenja b’konformità mal-kuntratt;

(j)      it-termini u l-kundizzjonijiet tal-arranġamenti tal-protezzjoni ta’ kreditu huma legalment ikkonfermati bil-kitba kemm mill-fornituri tal-protezzjoni kif ukoll mill-istituzzjoni;

(k)     l-istituzzjonijiet għandhom fis-seħħ proċess biex jidentifikaw korrelazzjoni eċċessiva bejn l-affidabbiltà kreditizja ta’ fornitur tal-protezzjoni u l-obbligant tal-iskopertura sottostanti minħabba li l-prestazzjoni tagħhom tkun dipendenti fuq fatturi komuni lil hinn mill-fattur ta’ riskju sistematiku;

(l)      fil-każ ta’ protezzjoni kontra r-riskju ta’ dilwizzjoni, il-bejjiegħ tar-reċivibbli mixtrija mhuwiex membru tal-istess grupp bħall-fornitur tal-protezzjoni.

2. Għall-finijiet tal-punt (c)(ii) tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw it-trattament stabbilit fl-Artikolu 148(4) għall-assi fil-baskett bl-ammont l-aktar baxx ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju.

3. Għall-finijiet tal-punt (c)(iii) tal-paragrafu 1, il-protezzjoni miksuba hija eliġibbli biss għall-konsiderazzjoni taħt dan il-qafas fejn protezzjoni tal-inadempjenza nurmu (n-1) eliġibbli tkun inkisbet ukoll jew fejn (n-1) tal-assi fil-baskett diġà sar jew saru inadempjenti. Fejn dan huwa l-każ, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw it-trattament stabbilit fl-Artikolu 148(4) għall-assi fil-baskett bl-ammont l-aktar baxx ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju.

Taqsima 4 Kalkolu tal-effetti tal-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu

Subtaqsima 1 Protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata

Artikolu 213 Noti marbuta mal-kreditu

Investimenti f’noti marbuta mal-kreditu maħruġa mill-istituzzjoni mutwanti jistgħu jiġu ttrattati bħala kollateral fi flus għall-finijiet ta’ kalkolu tal-effett ta’ protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata skont din is-Subtaqsima, jekk l-iswap ta’ inadempjenza tal-kreditu inkorporat fin-nota marbuta mal-kreditu jikkwalifika bħala protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata eliġibbli.

Artikolu 214 Netting li jidher fil-karta tal-bilanċ

Selfiet u depożiti mal-istituzzjoni mutwanti soġġetti għal netting fil-karta tal-bilanċ għandhom jiġu ttrattati bħala kollateral fi flus għall-finijiet tal-kalkolu tal-effett ta’ protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata għal dawk is-selfiet u depożiti tal-istituzzjoni mutwanti soġġetti għal netting fil-karta tal-bilanċ li huma denominati fl-istess munita.

Artikolu 215 L-użu tal-Approċċ tal-Aġġustamenti fil-Volatilità Superviżorja jew l-Approċċ tal-Aġġustamenti fil-Volatilità tal-Istimi Proprji għall-ftehimiet ewlenin ta’ netting

1. Meta l-istituzzjonijiet jikkalkolaw il-‘valur tal-iskopertura aġġustat bis-sħiħ’ (E*) għall-iskoperturi soġġetti għal ftehim ewlieni ta’ netting eliġibbli li jkopri t-tranżazzjonijiet ta’ riakkwist jew tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b’self ta' titoli jew komoditajiet jew tranżazzjonijiet kapitali oħrajn immotivati mis-suq, għandhom jikkalkolaw l-aġġustamenti fil-volatilità li għandhom bżonn japplikaw jew permezz tal-Approċċ tal-Aġġustamenti fil-Volatilità Superviżorja jew permezz tal-Approċċ tal-Aġġustamenti fil-Volatilità tal-Istimi Proprji (‘Approċċ tal-Istimi Proprji’) kif stabbilit fl-Artikoli 218 sa 221 għall-Metodu Komprensiv ta’ Kollateral Finanzjarju.

L-użu tal-Approċċ tal-Istimi Proprji għandu jkun soġġett għall-istess kundizzjoniijet u rekwiżiti li japplikaw fil-Metodu Komprensiv ta’ Kollateral Finanzjarju.

2. Għall-finijiet tal-kalkolu ta’ E*, għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)     l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw il-pożizzjoni netta ta’ kull grupp ta’ titoli jew ta’ kull tip ta’ komodità billi jnaqqsu l-ammont fil-punt (i) mill-ammont fil-punt (ii):

(i)      il-valur totali ta’ grupp ta’ titoli jew ta’ komoditajiet tal-istess tip mikrija, mibjugħa jew ipprovduti skont il-ftehim ewlieni ta’ netting;

(ii)     il-valur totali ta’ grupp ta’ titoli jew komoditajiet bażiċi tal-istess tip meħuda b'self, mixtrija jew irċevuti skont il-ftehim;

(b)     l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw il-pożizzjoni netta f’kull munita, għajr il-munita tas-saldu tal-ftehim ewlieni ta’ netting, billi jnaqqsu l-ammont fil-punt (i) mill-ammont fil-punt (ii):

(i)      is-somma tal-valur totali ta’ titoli denominati f’dik il-munita mikrijin, mibjugħa jew provduti skont il-ftehim ewlieni ta’ netting u l-ammont ta’ flus f’dik il-munita mislufa jew trasferiti skont il-ftehim;

(ii)     is-somma tal-valur totali ta’ titoli denominati f’dik il-munita meħuda b'self, mixtrija jew irċevuti skont il-ftehim u l-ammont ta’ flus f’dik il-munita meħuda f'self jew irċevuti skont il-ftehim;

(c)     l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-aġġustament fil-volatilità xieraq għal grupp ta’ titoli partikolari jew pożizzjoni ta’ flus biex jassorbi l-valur tal-pożizzjoni pożittiva jew negattiva netta fit-titoli f’dak il-grupp;

(d)     l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-aġġustament fil-volatilità tar-riskju tal-kambju (fx) għall-pożizzjoni pożittiva jew negattiva netta f’kull munita għajr il-munita tas-saldu tal-ftehim ewlieni ta’ netting.

3. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw E* skont il-formula li ġejja:

fejn:

Ei =        il-valur tal-iskopertura għal kull skopertura separata i skont il-ftehim li tkun tapplika fin-nuqqas ta’ protezzjoni tal-kreditu, fejn l-istituzzjonijiet jikkalkolaw l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont l-Approċċ Standardizzat jew fejn jikkalkolaw l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u l-ammonti ta’ telf mistennija skont l-Approċċ IRB;

Ci =       il-valur tat-titoli f’kull grupp jew komoditajiet tal-istess tip meħuda b'self, mixtrija jew irċevuti jew il-flus meħuda b'self jew irċevuta fir-rigward ta’ kull skopertura I;

 =    il-pożizzjoni netta (pożittiva jew negattiva) fi grupp partikolari ta’ titoli j;

 =     il-pożizzjoni netta (pożittiva jew negattiva) f’munita partikolari k għajr il-munita tas-saldu tal-ftehim kif ikkalkolata fil-punt (b) tal-paragrafu 2;

 =   l-aġġustament xieraq fil-volatilità għal grupp partikolari ta’ titoli j;

 =    l-aġġustament fil-volatilità tal-kambju għall-munita k.

4. Għall-finijiet ta’ kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u l-ammonti ta’ telf mistennija għal tranżazzjonijiet ta’ riakkwist jew tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b’self ta' titoli jew komoditajiet jew tranżazzjonijiet kapitali oħrajn immotivati mis-suq koperti minn ftehimiet ewlenin ta’ netting, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw E* kif ikkalkolata fil-paragrafu 3 bħala l-valur tal-iskopertura tal-iskopertura għall-kontroparti li tinħoloq mit-tranżazzjonijiet soġġetti għall-ftehim ewlieni ta’ netting għall-finijiet tal-Artikolu 108 skont l-Approċċ Standardizzat jew il-Kapitolu 3 skont l-Approċċ IRB.

5. Għall-finijiet tal-paragrafi 2 u 3, 'grupp ta’ titoli’ tfisser titoli li jinħarġu mill-istess entità, jkollhom l-istess data ta’ ħruġ, l-istess maturità, huma soġġetti għall-istess termini u kundizzjonijiet, u huma soġġetti għall-istess perjodi ta’ likwidazzjoni kif indikat fl-Artikoli 219 and 220, kif applikabbli.

Artikolu 216 L-użu tal-Approċċ tal-Mudelli Interni għal ftehimiet Ewlenin ta’ netting

(1) Soġġetti għall-permess tal-awtoritajiet kompetenti, l-istituzzjonijiet jistgħu, bħala alternattiva għall-użu tal-Approċċ tal-Aġġustamenti fil-Volatilità Superviżorja jew l-Approċċ tal-Istimi Proprji fil-kalkolu tal-valur tal-iskopertura aġġustat bis-sħiħ (E*) li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ ftehim ewlieni ta’ netting eliġibbli li jkopri tranżazzjonijiet ta’ riakkwist, tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b’self ta' titoli jew komoditajiet, jew tranżazzjonijiet kapitali oħrajn immotivati mis-suq għajr tranżazzjonijiet derivati, jużaw l-approċċ tal-mudelli interni li jqis l-effetti ta’ korrelazzjoni bejn il-pożizzjonijiet ta’ titoli soġġetti għall-ftehim ewlieni ta’ netting kif ukoll il-likwidità tal-istrumenti konċernati.

(2) Soġġetti għal permess tal-awtoritajiet kompententi, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw ukoll il-mudelli interni tagħhom għal tranżazzjonijiet ta’ self marġinali, fejn it-tranżazzjonijiet huma koperti minn ftehim bilaterali ewlieni ta’ netting li jilħaq ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 6, it-Taqsima 7.

(3) Istituzzjoni tista’ tagħżel li tuża l-approċċ tal-mudelli interni indipendentement mill-għażla li għamlet bejn l-Approċċ Standardizzat u l-Approċċ IRB għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju. Madanakollu, fejn l-istituzzjoni tixtieq tuża approċċ tal-mudelli interni, għandha tagħmel dan għall-kontropartijiet u t-titoli kollha, għajr il-portafolli immaterjali fejn tista’ tuża l-Approċċ tal-Aġġustamenti fil-Volatilità Superviżorja jew l-Approċċ tal-Istimi Proprji kif stabbilit fl-Artikolu 215.

L-istituzzjonijiet li rċevew permes għal mudell intern tal-imminaġjar tar-riskju skont it-Titolu IV, il-Kapitolu 5 jistgħu jużaw l-approċċ tal-mudelli interni. Fejn l-istituzzjoni ma rċevietx tali permess, xorta tista’ tapplika għal permess mingħand l-awtoritajiet kompetenti sabiex tuża approċċ tal-mudelli interni għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu.

(4) L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippermettu lill-istituzzjoni tuża approċċ tal-mudelli interni biss fejn huma ssodisfati li s-sistema tal-istituzzjoni għall-immaniġjar tar-riskji li jinħolqu mit-tranżazzjonijiet koperti mill-ftehim ewlieni ta’ netting hija soda u implimentata b’integrità u fejn jintlaħqu l-istandards kwalitattivi li ġejjin:

(a)     il-mudell intern għall-kejl tar-riskju użat għall-kalkolu tal-volatilità potenzjali tal-prezz għat-tranżazzjonijiet huwa integrat mill-viċin fil-proċess ta’ kuljum ta’ mmaniġjar tar-riskju tal-istituzzjoni u jservi bħala l-bażi tar-rappurtar ta’ skoperturi tar-riskju lill-maniġment superjuri tal-istituzzjoni;

(b)     l-istituzzjoni għandha unità għall-kontroll tar-riskji li tilħaq ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(i)      hija indipendenti mill-unitajiet ta’ negozjar kummerċjali u tirraporta direttament lill-maniġment superjuri;

(ii)     hija responsabbli mit-tfassil u l-implimentazzjoni tas-sistema ta’ kejl tar-riskju tal-istituzzjoni;

(iii)    tipproduċi u tanalizza rapporti ta’ kuljum dwar l-outputs tal-mudell għall-kejl tar-riskji u dwar il-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu f’termini ta’ limiti tal-pożizzjoni;

(c)     ir-rapporti ta’ kuljum maħluqa mill-unità għall-kontroll tar-riskji huma analizzati minn livell ta’ maniġment li għandu biżżejjed awtorità sabiex jinforza tnaqqis fil-pożizzjonijiet meħuda u fl-iskopertura kumplessiva tar-riskju;

(d)     l-istituzzjoni għandha biżżejjed persunal b’ħiliet fl-użu ta’ mudelli sofistikati fl-unità ta’ kontroll tar-riskji;

(e)     l-istituzzjoni fasslet proċeduri għall-monitoraġġ u l-iżgurar tal-konformità ma’ sett dokumentat ta’ politiki u kontrolli interni li jikkonċernaw l-operazzjoni kumplessiva tas-sistema ta’ kejl tar-riskji;

(f)      il-mudelli tal-istituzzjoni għandhom evidenza tal-esperjenza tal-preċiżjoni raġonevoli fil-kejl ta’ riskji murija permezz ta’ ttestjar b’lura tal-outputs tagħha billi tuża mill-anqas dejta ta' sena sħiħa;

(g)     l-istituzzjoni spiss twettaq programm rigoruż ta’ testijiet ta’ stress u r-riżultati ta’ dawn it-testijiet huma analizzati minn maniġment superjuri u riflessi fil-politiki u l-limiti li jistabbilixxi;

(h)     l-istituzzjoni twettaq, bħala parti mill-proċess ta’ awditjar regolari interna tagħha, analiżi indipendenti tas-sistema ta’ kejl ta’ riskju tagħha. Din l-analiżi għandha tinkludi kemm l-attivitajiet tal-unitajiet tan-negozjar kummerċjali kif ukoll tal-unità indipendenti għall-kontroll tar-riskji;

(i)      tal-inqas darba fis-sena, l-istituzzjoni twettaq analiżi tas-sistema tagħha għall-immanġjar tar-riskji;

(j)      il-mudell intern jilħaq ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 286(8) u (9) u fl-Artikolu 288.

(5) Il-mudell intern għall-kejl tar-riskju għandu jkopri għadd suffiċjenti ta’ fatturi ta’ riskju sabiex ikopri r-riskji materjali kollha tal-prezz.

Istituzzjoni tista’ tuża korrelazzjonijiet empiriċi fi ħdan il-kategoriji ta’ riskji u fost il-kategoriji ta’ riskji fejn is-sistema tagħha għall-kejl tal-korrelazzjonijiet hija soda u implimentata b’integrità.

(6) L-istituzzjonijiet li jużaw l-approċċ tal-mudelli interni għandhom jikkalkolaw E* skont il-formula li ġejja:

fejn:

Ei =        il-valur tal-iskopertura għal kull skopertura separata i fil-ftehim li tapplika fin-nuqqas ta’ protezzjoni ta’ kreditu, fejn l-istituzzjonijiet jikkalkolaw l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont l-Approċċ Standardizzat jew fejn jikkalkolaw l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u l-ammonti ta’ telf mistennija skont l-Approċċ IRB;

Ci =       il-valur tat-titoli meħuda b'self, mixtrija jew irċevuti jew il-flus meħuda b'self jew irċevuti fir-rigward ta’ kull tali skopertura i.

Meta jikkalkolaw l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju permezz ta’ mudelli interni, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw l-output  tal-mudell tal-ġurnata ta’ xogħol ta’ qabel.

(7) Il-kalkolu tal-bidla potenzjali fil-valur imsemmi fil-paragrafu 6 għandha tkun soġġetta għall-istandards kollha li ġejjin:

(a)     tal-inqas għandha titwettaq kuljum;

(b)     għandha tkun ibbażata fuq id-99 perċentil, b'interval ta' kunfidenza fuq naħa waħda;

(c)     għandha tkun ibbażata fuq perjodu ta’ likwidazzjoni ekwivalenti ta’ ħamest (5) ijiem, għajr fil-każ ta’ tranżazzjonijiet li mhumiex tranżazzjonijiet ta’ riakkwist ta’ titoli jew tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b’self ta' titoli fejn għandu jintuża perjodu ta’ liwidazzjoni ekwivalenti għal għaxart (10) ijiem;

(d)     għandha tkun ibbażata fuq perjodu ta’ osservazzjoni storika effettiva ta’ mhux inqas min sena għajr fejn perjodu ta’ osservazzjoni iqsar huwa ġustifikat minn qabża 'l fuq sinifikanti fil-volatilità tal-prezz;

(e)     is-sett ta’ dejta użat fil-kalkolu għandu jiġi aġġornat kull tliet xhur.

Fejn l-istituzzjoni għandha tranżazzjoni ta’ riakkwist, tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b’self ta' titoli jew komoditajiet u self marġinali jew tranżazzjoni simili jew is-sett ta’ netting li jilħaq l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 279(2) u (3), il-perjodu minimu ta’ żamma għandu jinġieb konformi mal-perjodu marġinali tar-riskju li jkun japplika f’dawk il-punti, flimkien mal-Artikolu 279(4).

(8) Għall-finijiet ta’ kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u l-ammonti ta’ telf mistennija għal tranżazzjonijiet ta’ riakkwist jew tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b’self ta' titoli jew komoditajiet jew tranżazzjonijiet kapitali oħrajn immotivati mis-suq koperti minn ftehimiet ewlenin ta’ netting, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw E* kif ikkalkolata fil-paragrafu 6 bħala l-valur tal-iskopertura tal-iskopertura għall-kontroparti li tinħoloq mit-tranżazzjonijiet soġġetti għall-ftehim ewlieni ta’ netting għall-finijiet tal-Artikolu 108 skont l-Approċċ Standardizzat jew il-Kapitolu 3 skont l-Approċċ IRB.

(9) L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:

(a)     x’jirrappreżenta portafoll immaterjali għall-finijiet tal-paragrafu 3;

(b)     il-kriterji għad-determinazzjoni dwar jekk mudell intern huwiex sod u implimentat b’integrità għall-finijiet tal-paragrafi 4 u 5.

L-ABE għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.

Il-Kummissjoni tiġi ddelegata bis-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 217 Metodu Sempliċi ta’ Kollateral Finanzjarju

1. L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-Metodu Sempliċi ta’ Kollateral Finanzjarju biss fejn jikkalkolaw l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont l-Approċċ Standardizzat. L-istituzzjoni ma għandhiex tuża l-Metodu Sempliċi ta’ Kollateral Finanzjarju u l-Metodu Komprensiv ta’ Kollateral Finanzjarju flimkien, għajr għall-finijiet tal-Artikoli 143(1) u 145(1). L-istituzzjonijiet ma għandhomx jużaw din l-eċċezzjoni b’mod selettiv bil-għan li jinkisbu rekwiżiti mnaqqsa għall-fondi proprji jew bil-għan li jwettqu arbitraġġ regolatorju.

2. Bil-Metodu Sempliċi ta’ Kollateral Finanzjarju l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw lill- kollateral finanzjarju eliġibbli valur ugwali għall-valur tas-suq tiegħu kif iddeterminat skont il-punt (d) tal-Artikolu 202(4).

3. L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw lil dawk il-porzjonijiet tal-valur tal-iskoperturi li huma kollateralizzati mill-valur tas-suq tal-kollateral eliġibbli dak il-piż ta’ riskju li kieku jassenjaw skont il-Kapitolu 2 fejn l-istituzzjoni mutwanti kellha skopertura diretta għall-istrument tal-kollateral. Għal dan il-għan, il-valur tal-iskopertura ta’ element li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ elenkat fl-Anness I għandu jkun daqs 100 % tal-valur tal-element minflok il-valur tal-iskopertura indikat fl-Artikolu 106(1).

Il-piż ta’ riskju tal-porzjon kollateralizzata għandu jkun tal-inqas 20% għajr kif speċifikat fil-paragrafi 4 sa 6. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw lill-bqija tal-valur tal-iskopertura l-piż ta’ riskju li kieku kienu jassenjaw lil skopertura mhux garantita għall-kontroparti skont il-Kapitolu 2.

4. L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw piż ta’ riskju ta’ 0% lill-porzjon kollateralizzat tal-iskopertura li tinħoloq minn tranżazzjoni ta’ riakkwist u tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b’self ta' titoli li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 222. Fejn il-kontroparti għat-tranżazzjoni mhijiex parteċipanta ewlenija fis-suq, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw piż ta’ riskju ta’ 10%.

5. L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw piż ta’ riskju ta’ 0%, fir-rigward tal-kollateralizzazzjoni, lill-valur tal-iskoperturi determinat skont il-Kapitolu 6 għall-istrumenti derivati elenkati fl-Anness II u soġġetti għal ipprezzar skont il-valur fis-suq ta’ kuljum, kollateralizzati minn flus jew strumenti assimilati ta' flus fejn mhemmx diskrepanza fil-muniti.

L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw piż ta’ riskju ta’ 10%, fir-rigward tal-kollateralizzazzjoni, lill-valur tal-iskoperturi ta’ tali tranżazzjonijiet kollateralizzati minn titoli ta’ dejn maħruġa mill-gvernijiet ċentrali jew banek ċentrali li huma assenjati piż ta’ riskju ta’ 0% skont il-Kapitolu 2.

6. Għal tranżazzjonijiet għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 4 u 5, l-istituzzjonijiet jistgħu jassenjaw piż ta’ riskju ta’ 0% fejn l-iskopertura u l-kollateral huma denominati fl-istess munita, u tintlaħaq waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:

(a)     il-kollateral huwa flus f'depożitu jew strument assimilat ta' flus;

(b)     il-kollateral huwa f’forma ta’ titoli ta’ dejn maħruġa minn gvernijiet ċentrali jew banek ċentrali eliġibbli għal piż ta’ riskju ta’ 0% skont l-Artikolu 109, u l-valur tas-suq tiegħu ġie skontat b’20%.

7. Għall-finijiet tal-paragrafi 5 u 6 it-titoli ta’ dejn maħruġa mill-gvernijiet ċentrali jew mill-banek ċentrali għandhom jinkludu:

(a)     titoli ta’ dejn maħruġa minn gvernijiet reġjonali jew skoperturi ta’ awtoritajiet lokali li jiġu ttrattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali li fil-ġuriżdizzjoni tiegħu huma stabbiliti skont l-Artikolu 110;

(b)     titoli ta’ dejn maħruġa minn banek ta’ żvilupp multilaterali li huma assenjati piż ta’ riskju ta’ 0% skont jew permezz tal-Artikolu 112(2);

(c)     titoli ta’ dejn maħruġa minn organizzazzjonijiet internazzjonali li huma assenjati piż ta’ riskju ta' 0 % skont l-Artikolu 113.

Artikolu 218 Metodu Komprensiv ta’ Kollateral Finanzjarju

1. Sabiex titqies il-volatilità tal-prezz, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw aġġustamenti fil-volatilità għall-valur tas-suq ta’ kollateral, kif stabbilit fl-Artikoli 219 sa 222, meta jiġi valwat kollateral finanzjarju għall-finijiet tal-Metodu Komprensiv ta’ Kollateral Finanzjarju.

Fejn kollateral huwa denominat f’munita li hija differenti mill-munita li fiha hija denominata l-iskopertura sottostanti, l-istituzzjonijiet għandhom iżidu aġġustament li jirrefletti l-volatilità tal-munita għall-aġġustament fil-volatilità xieraq għall-kollateral kif stabbilit fl-Artikoli 219 sa 222.

Fil-każ ta’ tranżazzjonijiet ta’ derivati OTC koperti minn ftehimiet ta’ netting rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti taħt il-Kapitolu 6, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw aġġustament fil-volatilità li jirrifletti l-volatilità tal-munita meta jkun hemm diskrepanza bejn il-munita tal-kollateral u l-munita tas-saldu. Anki fejn diversi muniti jkunu involuti fit-tranżazzjonijiet koperti mill-ftehim ta’ netting, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw aġġustament wieħed fil-volatilità.

2. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw dak il-valur aġġustat skont il-volatilità tal-kollateral (CVA) li jridu jqisu kif ġej:

fejn:

C =        il-valur tal-kollateral;

HC =      l-aġġustament tal-volatilità xieraq għall-kollateral, kif ikkalkolat skont l-Artikoli 219 u 222;

Hfx =      l-aġġustament tal-volatilità xieraq għad-diskrepanza fil-muniti, kif ikkalkolat skont l-Artikoli 219 u 222.

L-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-formula f’dan il-paragrafu meta jikkalkolaw il-valur aġġustat skont il-volatilità tal-kollateral għat-tranżazzjonijiet kollha għajr għal dawk it-tranżazzjonijiet soġġetti għall-ftehimiet ewlenin ta’ netting rikonoxxuti li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 215 u 216.

3. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw il-valur aġġustat skont il-volatilità tal-iskopertura (EVA) li jridu jqisu kif ġej:

fejn:

E =        il-valur tal-iskopertura kif ikun determinat skont il-Kapitolu 2 jew il-Kapitolu 3 kif xieraq fejn l-iskopertura ma kinitx kollateralizzata;

HE =       l-aġġustament fil-volatilità xieraq għall-iskopertura, kif ikkalkolat fl-Artikoli 219 u 222.

Fil-każ ta’ tranżazzjonijiet ta’ derivati OTC l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw EVA kif ġej:

.

4. Għall-finijiet ta’ kalkolu ta’ E fil-paragrafu 3, għandu japplika dan li ġej:

(a)     għal istituzzjonijiet li jikkalkolaw l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont l-Approċċ Standardizzat, il-valur tal-iskopertura ta’ element li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ elenkat fl-Anness I għandu jkun ta’ 100% tal-valur ta’ dak l-element minflok il-valur tal-iskopertura indikat fl-Artikolu 106(1);

(b)     għall-istituzzjonijiet li jikkalkolaw l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont l-Approċċ IRB, għandhom jikkalkolaw il-valur tal-iskopertura tal-elementi elenkati fl-Artikolu 162(8) sa (10) billi jużaw fattur ta’ konverżjoni ta’ 100% minflok il-fatturi ta’ konverżjoni jew il-perċentwali indikati f’dawk il-paragrafi.

5. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw il-valur aġġustat bis-sħiħ tal-iskopertura, billi jqisu l-effetti kemm tal-volatilità kif ukoll tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kollateral kif ġej:

fejn:

CVAM =   CVA aġġustat ulterjorment għal kull diskrepanza fil-maturità b’konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 5;

E* =       huwa l-valur aġġustat bis-sħiħ tal-iskopertura.

6. L-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkolaw l-aġġustament fil-volatilità jew billi jużaw l-Approċċ tal-Aġġustamenti fil-Volatilità Superviżorja msemmi fl-Artikolu 219 jew l-Approċċ tal-Istimi Proprji msemmi fl-Artikolu 220.

Istituzzjoni tista’ tagħżel li tuża l-Approċċ tal-Aġġustamenti fil-Volatilità Superviżorja jew l-Approċċ tal-Istimi Proprji indipendentement mill-għażla li għamlet bejn l-Approċċ Standardizzat u l-Approċċ IRB għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju.

Madanakollu, meta istituzzjoni tuża l-Approċċ tal-Istimi Proprji, għandha tagħmel dan għall-medda sħiħa ta' tipi ta’ strumenti, għajr għall-portafolli immaterjali fejn tista’ tuża l-Approċċ tal-Aġġustamenti fil-Volatilità Superviżorja.

7. Meta l-kollateral ikun jikkonsisti f’għadd ta’ elementi eleġibbli, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw l-aġġustament fil-volatilità kif ġej:

fejn:

ai =        il-proporzjon ta’ valur ta’ element eleġibbli i fil-valur totali ta’ kollateral;

Hi =       il-volatilità tal-aġġustament applikabbli għall-element eliġibbli i.

Artikolu 219 Aġġustament fil-volatilità superviżorja skont il-Metodu Komprensiv ta’ Kollateral Finanzjarju

1. L-aġġustamenti fil-volatilità li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet skont l-Approċċ tal-Aġġustamenti fil-Volatilità Superviżorja, jekk ikun hemm rivalutazzjoni ta’ kuljum, għandhom ikunu dawk stabbiliti fit-Tabelli 1 sa 4 ta’ dan il-paragrafu.

AĠĠUSTAMENTI FIL-VOLATILITÀ

Tabella 1

Livell tal-kwalità ta’ kreditu li miegħu hija assoċjata l-valutazzjoni ta’ kreditu tat-titolu ta’ dejn || Maturità Reżidwa || Aġġustamenti fil-volatilità għal titoli ta’ dejn maħruġa minn entitajiet deskritti fil-Parti 1, punt 7(b) || Aġġustamenti fil-volatilità għal titoli ta’ dejn maħruġa minn entitajiet deskritti fil-Parti 1, punt 7(c) u (d) || Aġġustamenti fil-volatilità għal pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni u l-issodisfar tal-kriterji fil-Parti 1 punt 7(h)

|| || perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ 20 jum (%) || perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ 10 ijiem (%) || perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ 5 ġranet (%) || perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ 20 jum (%) || perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ 10 ijiem (%) || perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ 5 ijiem (%) || perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ 20 jum (%) || perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ 10 ijiem (%) || perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ 5 ijiem (%)

1 || ≤ 1 sena || 0.707 || 0.5 || 0.354 || 1.414 || 1 || 0.707 || 2.829 || 2 || 1.414

|| >1 ≤ 5 snin || 2.828 || 2 || 1.414 || 5.657 || 4 || 2.828 || 11.314 || 8 || 5.657

|| > 5 years || 5.657 || 4 || 2.828 || 11.314 || 8 || 5.657 || 22.628 || 16 || 11.313

2-3 || ≤ 1 sena || 1.414 || 1 || 0.707 || 2.828 || 2 || 1.414 || 5.657 || 4 || 2.828

|| >1 ≤ 5 snin || 4.243 || 3 || 2.121 || 8.485 || 6 || 4.243 || 16.971 || 12 || 8.485

|| > 5 years || 8.485 || 6 || 4.243 || 16.971 || 12 || 8.485 || 33.942 || 24 || 16.970

4 || ≤ 1 sena || 21.213 || 15 || 10.607 || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli

|| >1 ≤ 5 snin || 21.213 || 15 || 10.607 || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli

|| > 5 years || 21.213 || 15 || 10.607 || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli

Tabella 2

Livell tal-kwalità ta’ kreditu li miegħu hija assoċjata l-valutazzjoni ta’ kreditu ta’ titolu ta’ dejn b’terminu qasir || Aġġustamenti fil-volatilità għal titoli ta’ dejn maħruġa minn entitajiet deskritti fil-Parti 1, il-punt 7(b) b’valutazzjonijiet ta’ kreditu b’terminu qasir || Aġġustamenti fil-volatilità għal titoli ta’ dejn maħruġa minn entitajiet deskritti fil-Parti 1, il-punt 7(c) u (d) b’valutazzjonijiet ta’ kreditu b’terminu qasir

|| perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ 20 jum (%) || perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ 10 ijiem (%) || perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ 5 ijiem (%) || perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ 20 jum (%) || perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ 10 ijiem (%) || perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ 5 ijiem (%)

1 || 0.707 || 0.5 || 0.354 || 1.414 || 1 || 0.707

2-3 || 1.414 || 1 || 0.707 || 2.828 || 2 || 1.414

Tabella 3

Tipi oħra ta’ kollaterali jew skoperturi

|| perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ 20 jum (%) || perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ 10 ijiem (%) || perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ 5 ijiem (%)

Ekwitajiet tal-Indiċi Ewlieni, Bonds Konvertibbli tal-Indiċi Ewlieni || 21.213 || 15 || 10.607

Ewkitajiet jew Bonds Konvertibbli oħra elenkati f'borża rikonoxxuta || 35.355 || 25 || 17.678

Flus || 0 || 0 || 0

Deheb || 21.213 || 15 || 10.607

Tabella 4

Aġġustament fil-volatilità għal diskrepanza fil-muniti

perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ 20 jum(%) || perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ 10 ijiem(%) || perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ 5 ijiem(%)

11.314 || 8 || 5.657

2. Il-kalkolu ta’ aġġustamenti fil-volatilità skont il-paragrafu 1 għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)     għal tranżazzjonijiet ta’ self garantit il-perjodu ta’ likwidazzjoni għandu jkun ta’ 20 jum ta’ xogħol;

(b)     għal tranżazzjonijiet ta’ riakkwist, għajr fejn tranżazzjonijiet jinvolvu t-trasferimenti ta’ komoditajiet jew drittijiet titolizzati relatati mat-titolu għal komoditajiet, u tranżazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli, il-perjodu ta’ likwidazzjoni għandu jkun ta’ 5 ijiem ta’ xogħol;

(c)     għal tranżazzjonijiet kapitali oħrajn immotivati mis-suq, il-perjodu ta’ likwidazzjoni għandu jkun ta’ 10 ijiem ta’ xogħol.

Fejn l-istituzzjoni jkollha tranżazzjoni jew sett ta’ netting li jilħqu l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 279(2) u (3), il-perjodu minimu ta’ żamma għandu jinġieb konformi mal-perjodu marġinali ta’ riskju li jkun japplika skont dawk il-paragrafi.

3. Fit-Tabelli 1 sa 4 tal-paragrafu 1 u fil-paragrafi 4 sa 6, il-livell ta’ kwalità ta’ kreditu li miegħu tkun assoċjata il-valutazzjoni ta’ kreditu ta’ titolu ta’ dejn huwa l-livell ta’ kwalità ta’ kreditu li bih hija determinata l-valutazzjoni ta’ kreditu mill-ABE li għandha tkun assoċjata skont il-Kapitolu 2.

Għall-finijiet ta’ determinazzjoni tal-livell ta’ kwalità ta’ kreditu li miegħu hija assoċjata l-valutazzjoni ta’ kreditu tat-titolu ta’ dejn imsemmi fl-ewwel subparagrafu, japplika wkoll l-Artikolu 193(7).

4. Għal titoli mhux eliġibbli jew għal komoditajiet mikrija jew mibjugħa fi tranżazzjonijiet ta’ riakkwist jew tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b’self ta' titoli jew komoditajiet, l-aġġustament fil-volatilità huwa l-istess bħal dak għal ekwitajiet mhux tal-indiċi ewlieni elenkati f'borża rikonoxxut.

5. Għal unitajiet eliġibbli f’intrapriżi ta’ investiment kollettiv l-aġġustament fil-volatilità huwa l-aġġustamenti fil-volatilità medji ppeżati li jkunu japplikaw, fir-rigward tal-perjodu ta’ likwidazzjoni tat-tranżazzjoni kif speċifikat fil-paragrafu 2, għall-assi li fihom investa l-fond.

Fejn l-assi li fihom investa l-fond mhumiex magħrufa mill-istituzzjoni, l-aġġustament fil-volatilità huwa l-ogħla aġġustament fil-volatilità li jkun japplika għal kwalunkwe mill-assi li l-fond għandu dritt jinvesti fihom.

6. Għal titoli ta’ dejn mhux ikklassifikati maħruġa mill-istituzzjonijiet u li jilħqu l-kriterji ta’ eliġibbiltà tal-Artikolu 193(4) l-aġġustamenti fil-volatilità huma l-istess bħal għat-titoli maħruġa minn istituzzjonijiet jew korporattivi b’valutazzjoni ta’ kreditu esterna assoċjata mal-livelli 2 jew 3 ta’ kwalità ta’ kreditu.

Artikolu 220 L-istimi proprji tal-aġġustamenti fil-volatilità skont il-Metodu Komprensiv ta’ Kollateral Finanzjarju

1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippermettu lill-istituzzjonijiet jużaw l-istimi proprji tal-volatilità għall-kalkolu tal-aġġustamenti fil-volatilità li jridu jiġu applikati lill-kollateral u lill-iskoperturi fejn dawk l-istituzzjonijiet jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3. L-istituzzjonijiet li kisbu permess sabiex jużaw l-istimi proprji tal-volatilità ma għandhomx jirrikorru għall-użu ta’ metodi oħrajn għajr sabiex juru kawża ġusta u soġġett għall-permess tal-awtoritajiet kompetenti.

Għal titoli ta’ dejn li għandhom valutazzjoni ta’ kreditu minn ECAI rikonoxxuta ekwivalenti għal grad ta’ investiment jew aħjar, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkolaw stima tal-volatilità għal kull kategorija tat-titoli.

Għal titoli ta’ dejn li għandhom valutazzjoni ta’ kreditu minn ECAI rikonoxxuta ekwivalenti taħt il-grad ta’ investiment, u għal kollateral eliġibbli ieħor, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw l-aġġustamenti fil-volatilità għal kull element individwali.

L-istituzzjonijiet li jużaw l-Approċċ tal-Istimi Proprji għandhom jistmaw il-volatilità tad-diskrepanza tal-kollateral jew tal-kambju mingħajr ma jikkunsidraw l-ebda korrelazzjoni bejn l-iskopertura mhux iggarantita, il-kollateral jew ir-rati tal-kambju.

Fid-determinazzjoni tal-kategoriji relevanti, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw it-tip ta’ emittent tat-titolu, il-valutazzjoni ta’ kreditu esterna tat-titoli, il-maturità reżidwa tagħhom, u t-tul ta' żmien modifikat tagħhom. L-istimi tal-volatilità għandhom jirrappreżentaw it-titoli inklużi fil-kategorija mill-istituzzjoni.

2. Il-kalkolu tal-aġġustamenti fil-volatilità għandhom ikunu soġġetti għall-kriterji kollha li ġejjin:

(a)     istituzzjonijiet għandhom jibbażaw il-kalkolu fuq id-99 perċentil, b'interval ta' kunfudenza fuq naħa waħda;

(b)     l-istituzzjonijiet għandhom jibbażaw il-kalkolu fuq il-perjodi ta’ likwidazzjoni li ġejjin:

(i)      20 ġurnata ta’ xogħol għal tranżazzjonijiet ta’ għoti ta' self garantit;

(ii)     5 ġranet ta’ xogħol għal tranżazzjoni ta’ riakkwist, għajr fejn tali tranżazzjonijiet jinvolvu t-trasferiment ta’ komoditajiet jew drittijiet titolizzati relatati mat-titolu għal tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b’self ta' titoli jew komoditajiet;

(iii)    10 ġranet ta’ xogħol għal tranżazzjonijiet kapitali oħrajn immotivati mis-suq;

(c)     l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw in-numri tal-aġġustamenti fil-volatilità ikkalkolati skont il-perjodi ta’ likwidazzjoni iqsar jew itwal, billi jiżdiedu jew jitnaqqsu għall-perjodu ta’ likwidazzjoni stabbilit fil-punt (b) għat-tip ta’ tranżazzjoni inkwistjoni, permezz tal-għerq kwadrat tal-formula taż-żmien:

fejn:

TM =     il-perjodu ta’ likwidazzjoni relevanti;

HM =     l-aġġustament fil-volatilità bbażat fuq il-perjodu ta’ likwidazzjoni TM;

HN =     l-aġġustament fil-volatilità bbażat fuq il-perjodu ta’ likwidazzjoni TN.

(d)     l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw l-illikwidità ta’ assi ta’ livell aktar baxx. Għandhom jaġġustaw il-perjodu ta’ likwidazzjoni billi jżiduh f’każijiet fejn hemm dubju rigward il-likwdità tal-kollateral. Għandhom jidentifikaw ukoll fejn dejta storika tista’ tissovaluta l-volatilità potenzjali. Tali każijiet għandhom jiġu indirizzati permezz ta’ xenarju ta’ stress;

(e)     it-tul tal-perjodu ta’ osservazzjoni storika li l-istituzzjonijiet jużaw sabiex jikkalkolaw l-aġġustamenti fil-volatilità għandu jkun tal-inqas ta’ sena. Għall-istituzzjonijiet li jużaw skema ta’ ppeżar jew metodi oħrajn għall-perjodu ta’ osservazzjoni storika, it-tul tal-perjodu ta’ osservazzjoni effettiv għandu jkun tal-inqas ta’ sena. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu wkoll lill-istituzzjoni sabiex tikkalkula l-aġġustamenti fil-volatilità tagħha billi tuża perjodu ta’ osservazzjoni iqsar fejn, skont l-awtorità kompetenti, dan ikun ġustifikat minħabba qabża 'l fuq sinifikanti fil-volatilità tal-prezz;

(f)      l-istituzzjonijiet għandhom jaġġornaw is-settijiet ta’ dejta tagħhom u jikkalkolaw l-aġġustamenti fil-volatilità tal-inqas darba kull tliet xhur. Għandhom jivvalutaw mill-ġdid ukoll is-settijiet ta’ dejta tagħhom kull meta l-prezzijiet tas-suq ikunu soġġetti għal bidliet materjali.

3. L-istima tal-aġġustamenti fil-volatilità għandhom jilħqu l-kriterji kwalitattivi kollha li ġejjin:

(a)     istituzzjoni għandha tuża l-istimi tal-volatilità fil-proċess ta' kuljum tal-immaniġjar tar-riskji inklużi fir-relazzjoni mal-limiti interni ta’ skopertura tagħha;

(b)     fejn il-perjodu ta’ likwidazzjoni użat mill-istituzzjoni fil-proċess ta’ kuljum tal-immaniġjar tar-riskji jkun itwal minn dak stabbilit f’din il-Parti għat-tip ta’ tranżazzjoni inkwistjoni, dik l-istituzzjoni għandha żżid l-aġġustamenti fil-volatilità tagħha b’konformità mal-għerq kwadrat tal-formula taż-żmien stipulata fil-punt (c) tal-paragrafu 2;

(c)     l-istituzzjoni għandu jkollha fis-seħħ proċeduri stabbiliti sabiex timmonitorja u tiżgura l-konformità ma’ sett dokumentat ta’ politiki u kontrolli għat-tħaddim tas-sistema tagħha għall-istima tal-aġġustamenti fil-volatilità u għall-integrazzjoni ta’ tali stimi fil-proċess tal-immaniġjar tar-riskji tagħha;

(d)     għandha titwettaq analiżi indipendenti tas-sistema tal-istituzzjoni għall-istima tal-aġġustamenti fil-volatilità b’mod regolari bħala parti mill-proċess ta’ awditjar intera tal-istituzzjoni stess. Għandha titwettaq analiżi tas-sistema kumplessiva għall-istima tal-aġġustamenti fil-volatilità u għall-integrazzjoni ta’ dawn l-aġġustamenti fil-proċess tal-immaniġjar tar-riskju tal-istituzzjoni tal-inqas darba fis-sena. Is-suġġett ta’ dik l-analiżi tal-inqas għandu jinkludi dan li ġej:

(i)      l-integrazzjoni tal-aġġustamenti stmati fil-volatilità fl-immaniġjar ta' kuljum tar-riskji;

(ii)      il-validazzjoni ta’ kwalunkwe bidla sinifikanti fil-proċess għall-istima tal-aġġustamenti fil-volatilità;

(iii)     il-verifika tal-konsistenza, il-prontezza u l-affidabbiltà tas-sorsi tad-dejta użati sabiex titħaddem is-sistema għall-istima tal-aġġustamenti fil-volatilità, inkluża l-indipendenza ta’ tali sorsi ta’ dejta;

(iv)     il-preċiżjoni u l-adegwatezza tas-suppożizzjonijiet tal-volatilità.

Artikolu 221 Żieda fl-aġġustament tal-volatilità tal-Metodu Komprensiv ta’ Kollateral Finanzjarju

L-aġġustamenti fil-volatilità stabbiliti fl-Artikolu 219 huma l-aġġustamenti fil-volatilità li l-istituzzjoni għandha tapplika fejn ikun hemm rivalwazzjoni ta’ kuljum. B’mod simili, fejn l-istituzzjoni tuża l-istimi proprji tagħha tal-aġġustamenti fil-volatilità skont l-Artikolu 220, l-ewwel nett għandha tikkalkolahom fuq bażi ta' rivalwazzjoni kuljum. Fejn ir-rivalwazzjoni ma ssirx kuljum, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw aġġustamenti fil-volatilità akbar. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolawhom billi jżidu l-aġġustamenti fil-volatilità tar-rivalwazzjoni ta’ kuljum, billi jużaw l-għerq kwadrat tal-formula taż-żmien li ġejja:

fejn:

H =        l-aġġustament fil-volatilità li jrid jiġi applikat;

HM =      l-aġġustament fil-volatilità fejn hemm rivalwazzjoni ta’ kuljum;

NR =       l-għadd attwali ta’ ġranet ta’ xogħol bejn ir-rivalwazzjonijiet;

TM =     il-perjodu tal-likwidazzjoni għat-tip ta’ tranżazzjoni inkwistjoni.

Artikolu 222 Kundizzjonijiet sabiex jiġi applikat aġġustament fil-volatilità ta’ 0% skont il-Metodu Komprensiv ta’ Kollateral Finanzjarju

1. Fir-rigward tat-tranżazzjonijiet ta’ riakkwist u tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b’self ta' titoli, fejn l-istituzzjoni tuża l-Approċċ tal-Aġġustamenti fil-Volatilità Superviżorja tal-Artikolu 219 jew l-Approċċ tal-Istimi Proprji tal-Artikolu 220 u fejn huma ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (h) tal-paragrafu 2, l-istituzzjonijiet jistgħu, minflok japplikaw l-aġġustamenti fil-volatilità kkalkolati skont l-Artikoli 219 sa 221, japplikaw aġġustament fil-volatilità ta’ 0%. L-istituzzjonijiet li jużaw l-approċċ tal-mudelli interni stabbilit fl-Artikolu 216 ma għandhomx jużaw it-trattament stabbilit f’dan l-Artikolu.

2. L-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw aġġustament fil-volatilità ta’ 0% fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)     kemm l-iskopertura kif ukoll il-kollateral huma flus jew titoli ta’ dejn maħruġa mill-gvernijiet ċentrali jew banek ċentrali skont fis-sens tal-Artikolu 193(1)(b) u eliġibbli għal piż ta’ riskju ta’ 0% skont il-Kapitolu 2;

(b)     kemm l-iskopertura kif ukoll il-kollateral huma denominati fl-istess munita;

(c)     jew il-maturità tat-tranżazzjoni mhijiex ta’ aktar minn ġurnata jew kemm l-iskopertura kif ukoll il-kollateral huma soġġetti għal ipprezzar skont il-valur fis-suq ta’ kuljum jew rimarġinazzjoni ta’ kuljum;

(d)     iż-żmien bejn l-aħħar data tal-ipprezzar skont il-valur fis-suq qabel id-data fejn kontroparti ma rnexxilhiex tagħmel rimarġinazzjoni u l-likwidazzjoni tal-kollateral mhijiex aktar minn erbat ijiem ta’ xogħol;

(e)     it-tranżazzjoni hija saldata permezz ta' sistema tas-saldu pprovata għal dak it-tip ta’ tranżazzjoni;

(f)      id-dokumentazzjoni li tkopri l-ftehim jew it-tranżazzjoni hija dokumentazzjoni standard tas-suq għal tranżazzjonijiet ta’ riakkwist jew tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b’self ta' titoli fit-titoli konċernati;

(g)     it-tranżazzjoni hija rregolata minn dokumentazzjoni li tispeċifika li meta kontroparti tonqos milli tissodisfa obbligu li tikkonsenja flus jew titoli jew li tikkonsenja marġni jew ssir inadempjenti b'xi mod, it-tranżazzjoni ssir immedjatament terminabbli;

(h)     il-kontroparti hija kkunsidrata bħala parteċipanta ewlenija fis-suq mill-awtoritajiet kompetenti.

3. Il-parteċipanti ewlenin fis-suq imsemmija fil-punt (h) tal-paragrafu 2 għandhom jinkludu l-entitajiet li ġejjin:

(a)     l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 193(1)(b) li l-iskoperturi għalihom huma assenjati piż ta’ riskju ta’ 0% skont il-Kapitolu 2;

(b)     istituzzjonijiet;

(c)     impriżi finanzjarji oħrajn, inklużi impriżi tal-assigurazzjoni, li l-iskoperturi għalihom huma assenjati b’piż ta’ riskju ta’ 20% skont l-Approċċ Standardizzat jew li, fil-każ tal-istituzzjonijiet li jikkalkolaw l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u l-ammonti ta’ telf mistennija skont l-Approċċ IRB, ma għandhomx valutazzjoni ta’ kreditu minn ECAI rikonoxxuta u huma kklassifikati internament li għandhom PD ekwivalenti għal dik assoċjata mal-valutazzjonijiet ta’ kreditu ta’ ECAIs determinati mill-ABE li huma assoċjati mal-livell 2 jew ogħla tal-kwalità ta’ kreditu skont ir-regoli għall-ippeżar ta’ riskju ta’ skoperturi għal korporattivi skont il-Kapitolu 2;

(d)     impriżi ta’ investiment kollettiv regolati li huma soġġetti għal rekwiżiti kapitali jew ta’ ingranaġġ;

(e)     fondi tal-pensjonijiet regolati;

(f)      organizzazzjonijiet ta’ kklerjar rikonoxxuti.

Artikolu 223 Kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u l-ammonti ta’ telf mistennija skont il-Metodu Komprensiv ta’ Kollateral Finanzjarju

1. Skont l-Approċċ Standardizzat, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw E* kif ikkalkolat skont l-Artikolu 218(5) bħala l-valur tal-iskopertura għall-finijiet tal-Artikolu 108. Fil-każ ta’ elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ elenkati fl-Anness I, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw E* bħala l-valur li għalih għandhom japplikaw il-perċentwali indikati fl-Artikolu 106(1) sabiex jaslu għall-valur tal-iskopertura.

2. Skont l-Approċċ IRB, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw l-LGD effettiva (LGD*) bħala l-LGD għall-finijiet tal-Kapitolu 3. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw LGD* kif ġej:

fejn:

LGD =   l-LGD li tkun tapplika għall-iskopertura skont il-Kapitolu 3 fejn l-iskopertura ma kinitx kollateralizzata;

E =        il-valur tal-iskopertura kif deskrit fl-Artikolu 29(2);

E* =       il-valur tal-iskopertura aġġustat bis-sħiħ kif ikkalkolat fl-Artikolu 29(2).

Artikolu 224 Il-prinċipji ta’ valwazzjoni għal kollaterali eliġibbli oħrajn skont l-Approċċ IRB

1. Għal kollateral li huwa proprjetà immobbli, il-kollateral għandu jiġi valwat minn valutatur indipendenti daqs il-valur tas-suq jew inqas. L-istituzzjoni għandha teħtieġ li l-valutatur indipendenti jiddokumenta l-valur tas-suq b’mod trasparenti u ċar.

Minflok, f’dawk l-Istati Membri li stabbilixxew kriterji rigorużi għall-valutazzjoni tal-valur ta’ self ipotekarju f’dispożizzjonijiet statutorji jew regolatorji jistgħu jiġu valutati minn valutatur indipendenti daqs il-valur tas-self ipotekarju jew inqas. Il-valutatur indipendenti ma għandux iqis l-elementi spekulattivi fil-valutazzjoni tal-valur tas-self ipotekarju u għandu jiddokumenta dak il-valur b’mod trasparenti u ċar.

Il-valur tal-kollateral għandu jkun il-valur tas-suq jew il-valur tas-self ipotekarju mnaqqas kif xieraq sabiex jirrefletti r-riżultati tal-monitoraġġ meħtieġ fl-Artikolu 203(3) u sabiex ikkunsidra kwalunkwe pretensjoni preċedenti fuq il-proprjetà.

2. Għar-reċivibbli, il-valur tar-reċivibbli għandu jkun l-ammont reċivibbli.

3. L-istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw il-kollateral fiżiku għajr il-proprjetà immobbli daqs il-valur tas-suq tiegħu li għandhom jikkalkolawh bħala l-ammont stmat li għalih kieku tinbiegħ il-proprjetà fid-data tal-valwazzjoni minn xerrej u bejjiegħ fi tranżazzjoni distakkata.

Artikolu 225 Kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u l-ammonti ta’ telf mistennija għal kollateral eliġibbli ieħor skont l-Approċċ IRB

1. L-istituzzjonijiet għandhom jużaw LGD* ikkalkolata skont dan il-paragrafu u l-paragrafu 2 bħala l-LGD għall-finijiet tal-Kapitolu 3.

Fejn il-proporzjon tal-valur tal-kollateral għall-valur tal-iskopertura jkun inqas mil-livell minimu meħtieġ ta’ kollateralizzazzjoni tal-iskopertura (C*) kif stabbilit fit-Tabella 5, LGD* għandha tkun l-LGD stabbilita fil-Kapitolu 3 għall-iskoperturi mhux kollateralizzati għall-kontroparti. Għal dan il-għan, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw il-valur tal-iskopertura tal-elementi elenkati fl-Artikoli 162(8) sa (10) billi jużaw il-fattur ta’ konverżjoni jew il-perċentwal ta’ 100% minflok il-fatturi ta’ konverżjoni jew il-perċentwali indikati f’dawk il-punti.

Fejn il-proporzjon tal-valur tal-kollateral għall-valur tal-iskopertura jaqbeż it-tieni l-ogħla livell massimu ta’ C** kif stabbilit fit-Tabella 5, LGD* għandu jkun dak preskritt fit-Tabella 5.

Fejn il-livell meħtieġ ta’ kollateralizzazzjoni C** ma jinkisibx fir-rigward tal-iskopertura fis-sħuħija tagħha, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw l-iskopertura bħala żewġ skoperturi— waħda li tikkorrispondi għall-parti li fir-rigward tagħha nkiseb il-livell meħtieġ ta’ kollateralizzazzjoni C** u waħda li tikkorrispondi għall-bqija.

2. L-LGD* applikabbli u l-livelli meħtieġa ta’ kollateralizzazzjoni għall-partijiet titolizzati tal-iskoperturi huma stabbiliti fit-Tabella 5 ta’ dan il-paragrafu.

Tabella 5

LGD minima għal partijiet titolizzati tal-iskoperturi

|| LGD* għal pretensjonijiet prijoritarji jew pretensjonijiet kontinġenti || LGD* għal pretensjonijiet subordinati jew pretensjonijiet kontinġenti || Livell minimu meħtieġ ta’ kollateralizzazzjoni tal-iskopertura (C*) || Livell minimu meħtieġ ta’ kollateralizzazzjoni tal-iskopertura (C**)

Reċivibbli || 35 % || 65 % || 0 % || 125 %

Propjetà residenzjali/proprjetà kummerċjali || 35 % || 65 % || 30 % || 140 %

Kollateral ieħor || 40 % || 70 % || 30 % || 140 %

3. Bħala alternattiva għat-trattament fil-paragrafi 1 u 2, u soġġetti għall-Artikolu 119(2), l-istituzzjonijiet jistgħu jassenjaw piż ta’ riskju ta’ 50% lill-parti tal-iskopertura li hija, fil-limiti stabbiliti fl-Artikoli 120(2)(d) u 121(2)(d) rispettivament, kompletament kollateralizzata minn proprjetà residenzjali jew proprjetà kummerċjali immobbli li tinsab fit-territorju ta’ Stat Membru meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha fl-Artikolu 195(6).

Artikolu 226 Kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u l-ammonti ta’ telf mistennija fil-każ ta’ pulijiet ta’ kollateral mħallat

(1) Istituzzjoni għandha tikkalkula l-valur tal-LGD* li għandha tuża bħala l-LGD għall-finijiet tal-Kapitolu 3 skont il-paragrafi 2 u 3 fejn jintlaħqu ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)     l-istituzzjoni tuża l-Approċċ IRB biex tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u l-ammonti ta’ telf mistennija;

(b)     skopertura hija kollateralizzata kemm b'kollateral finanzjarju kif ukoll b'kollateral eliġibbli ieħor.

(2) L-istituzzjonijiet għandhom ikunu meħtieġa jagħmlu suddiviżjoni tal-valur aġġustat skont il-volatilità tal-iskopertura, miksub billi jiġi applikat l-aġġustament fil-volatilità kif stabbilit fl-Artikolu 218(5) għall-valur tal-iskopertura, f’partijiet sabiex tikseb parti koperti mill-kollateral finanzjarju eliġibbli, parti koperta mir-reċivibbli, parti koperta mill-kollateral li huwa proprjetà kummerċjali immobbli jew kollateral li huwa proprjetà residenzjali, parti koperta minn kollateral eliġibbli ieħor, u l-parti mhux garantita, kif relevanti.

(3) L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw LGD* għal kull parti tal-iskopertura miksuba fil-paragrafu 2 b’mod separat b’konformità mad-dispożizzjonijiet relevanti ta’ dan il-Kapitolu.

Artikolu 227 Protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata oħra

1. Fejn jintaħqu l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 207(1), depożiti ma' istituzzjonijiet terzi jistgħu jiġu ttrattati bħala garanzija mill-istituzzjoni terza.

2. Fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 207(2), l-istituzzjonijiet għandhom jissoġġettaw il-porzjon tal-iskopertura kollateralizzata mill-valur ta' ċessjoni attwali tal-poloz tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja mirhuna lill-istituzzjoni mutwanti għat-trattament li ġej:

(a)     fejn l-iskopertura hija soġġetta għall-Approċċ Standardizzat, għandha tkun ippeżata skont ir-riskju billi jintużaw il-piżijiet ta’ riskju speċifikati fil-paragrafu 3;

(b)     fejn l-iskopertura hija soġġetta għall-Approċċ IRB iżda mhux soġġetta għall-istimi proprji tal-LGD tal-istituzzjoni, għandha tiġi assenjata LGD ta’ 40%.

F’każ ta’ diskrepanza fil-muniti, l-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu l-valur ta' ċessjoni attwali skont l-Artikolu 228(3), il-valur tal-protezzjoni ta’ kreditu li jkun il-valur ta' ċessjoni attwali tal-polza tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja.

3. Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 2, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw il-piżijiet ta’ riskju li ġejjin fuq il-bażi ta’ piż ta’ riskju assenjat lil skopertura prijoritarja mhux garantita għall-impriża li tipprovdi l-assigurazzjoni fuq il-ħajja:

(a)     piż ta’ riskju ta’ 20 %, fejn l-iskopertura prijoritarja mhux garantita għall-kumpanija li tipprovdi l-assigurazzjoni fuq il-ħajja tkun assenjata piż ta’ riskju ta’ 20%;

(b)     piż ta’ riskju ta’ 35%, fejn l-iskopertura prijoritarja mhux garantita għall-kumpanija li tipprovdi l-assigurazzjoni fuq il-ħajja tkun assenjata piż ta’ riskju ta’ 50%;

(c)     piż ta’ riskju ta’ 70%, fejn l-iskopertura prijoritarja mhux garantita għall-kumpanija li tipprovdi l-assigurazzjoni fuq il-ħajja tkun assenjata piż ta’ riskju ta’ 100%;

(d)     piż ta’ riskju ta’ 150%, fejn l-iskopertura prijoritarja mhux garantita għall-kumpanija li tipprovdi l-assigurazzjoni fuq il-ħajja tkun assenjata piż ta’ riskju ta’ 150%.

4. L-istituzzjoni tista’ tittratta strumenti riakkwistati fuq talba li huma eliġibbli skont l-Artikolu 196(c) bħala garanzija mill-istituzzjoni emittenti. Il-valur tal-protezzjoni ta’ kreditu eliġibbli għandu jkun li ġej:

(a)     fejn l-strument se jiġi riakkwistat bil-valur nominali tiegħu, il-valur tal-protezzjoni għandu jkun dak l-ammont;

(b)     fejn l-strument se jiġi riakkwistat bil-prezz tas-suq, il-valur tal-protezzjoni għandu jkun il-valur tal-istrument valutat bl-istess mod bħat-titoli ta’ dejn speċifikati fl-Artikolu 193(4).

Subtaqsima 2 Protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata

Artikolu 228 Valwazzjoni

1. Għall-finijiet ta’ kalkolu tal-effetti tal-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata skont din is-Subtaqsima, il-valur tal-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata (G) għandu jkun l-ammont li l-fornitur tal-protezzjoni jkun impennja ruħu li jħallas f’każ ta’ inadempjenza jew nuqqas ta’ pagament mill-mutwatarju jew f’każ ta’ avvenimenti speċifikati oħrajn ta’ kreditu.

2. Fil-każ ta’ derivati ta’ kreditu li ma jinkludux bħala avveniment ta’ kreditu r-ristrutturar tal-obbligu sottostanti li jinvolvi maħfra jew rinviju tal-kapital, tal-imgħax jew tat-tariffi li jirriżultaw f’avveniment ta’ telf ta’ kreditu, għandu japplika dan li ġej:

(a)     fejn l-ammont li l-fornitur tal-protezzjoni jkun impennja ruħu li jħallas ma jkunx ogħla mill-valur tal-iskopertura, l-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu l-valur tal-protezzjoni ta’ kreditu kkalkolat skont l-paragrafu 1 b’40%;

(b)     fejn l-ammont li l-fornitur tal-protezzjoni jkun impennja ruħu li jħallas ikun ogħla mill-valur tal-iskopertura, il-valur tal-protezzjoni ta’ kreditu ma għandux ikun ogħla minn 60% tal-valur tal-iskopertura.

3. Fejn il-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata tkun denominata f’munita differenti minn dik li fiha tkun denominata l-iskopertura, l-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu l-valur tal-protezzjoni ta’ kreditu permezz tal-applikazzjoni ta’ aġġustament fil-volatilità kif ġej:

fejn:

G* =      l-ammont tal-protezzjoni ta’ kreditu aġġustat għar-riskju tal-kambju,

G =        l-ammont nominali tal-protezzjoni ta’ kreditu;

Hfx =      l-aġġustament fil-volatilità għal kull diskrepanza fil-muniti bejn il-protezzjoni ta’ kreditu u l-obbligu sottostanti determinat skont il-paragrafu 4.

Fejn ma hemm l-ebda diskrepanza fil-muniti  Hfx tkun żero.

4. L-istituzzjonijiet għandhom jibbażaw l-aġġustamenti fil-volatilità għal kwalunkwe diskrepanza fil-muniti fuq perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ 10 ġranet ta’ xogħol, bis-suppożizzjoni li ssir rivalwazzjoni kuljum, u jistgħu jikkalkolawhom abbażi tal-Approċċ tal-Aġġustamenti fil-Volatilità Superviżorja jew l-Approċċ tal-Istimi Proprji kif stabbilit fl-Artikoli 219 u 220 rispettivament. L-istituzzjonijiet għandhom iżidu l-aġġustamenti fil-volatilità skont l-Artikolu 221.

Artikolu 229 Kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u l-ammonti ta’ telf mistennija f’każ ta’ protezzjoni u segmentazzjoni parzjali

Meta l-istituzzjoni tittrasferixxi parti mir-riskju ta’ self f’segment wieħed jew aktar, għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti fil-Kapitolu 5. L-istituzzjonijiet jistgħu jikkunsidraw il-limiti ta’ materjalità fuq pagamenti li taħthom ma għandu jsir l-ebda pagament f’każ ta’ telf sabiex ikunu ekwivalenti għall-ewwel pożizzjonijiet ta’ telf miżmuma u sabiex jirriżultaw fi trasferiment segmentat tar-riskju.

Artikolu 230 Kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont l-Approċċ Standardizzat

1. Għall-finijiet tal-Artikolu 108(3) l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkoloaw l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont il-formula li ġejja:

fejn:

E =       il-valur tal-iskopertura skont l-Artikolu 106; għal dan il-għan, il-valur tal-iskopertura ta’ element li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ elenkat fl-Anness I għandu jkun ta’ 100% tal-valur tiegħu minflok il-valur tal-iskopertura indikat fl-Artikolu 106(1);

GA =     l-ammont ta’ protezzjoni tar-riskju ta’ kreditu kif ikkalkolat fl-Artikolu 228(3) (G*) aġġustat ulterjorment minħabba kwalunkwe diskrepanzi fil-maturità kif stabbilit fit-Taqsima 5;

r =        il-piż ta’ riskju tal-iskoperturi għall-obbligant kif speċifikat fil-Kapitolu 2;

g =        il-piż ta’ riskju tal-iskoperturi għall-fornituri tal-protezzjoni kif speċifikat fil-Kapitolu 2.

2. Fejn l-ammont protett (GA) huwa inqas mill-iskopertura (E), l-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw il-formula speċifikata fil-paragrafu 1 biss fejn il-partijiet protetti u mhux protetti tal-iskopertura għandhom prijorità ugwali.

3. L-istituzzjonijiet jistgħu jestendu t-trattament imsemmi fl-Artikolu 109(4) u (5) għall-iskoperturi jew partijiet ta’ skoperturi ggarantiti mill-gvern ċentrali jew il-bank ċentrali, fejn il-garanzija hija denominata fil-munita nazzjonali tal-mutwatarju u l-iskopertura hija ffinanzjata f’dik il-munita.

Artikolu 231 Kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u l-ammonti ta’ telf mistennija skont l-Approċċ IRB

1. Għall-porzjon kopert tal-valur tal-iskopertura (E), ibbażat fuq il-valur aġġustat tal-protezzjoni ta’ kreditu GA, il-PD għall-finijiet tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 3 tista’ tkun il-PD tal-fornitur tal-protezzjoni, jew PD bejn dik tal-mutwatarju u dik tal-garanti fejn sostituzzjoni sħiħa mhijiex meqjusa ġġustifikata. Fil-każ ta’ skoperturi subordinati u protezzjoni mhux iffinanzjata u mhux subordinata, l-LGD li trid tiġi applikata mill-istituzzjonijiet għall-finijiet tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 3 tista’ tkun dik assoċjata mal-pretensjonijiet prijoritarji.

2. Għal kwalunkwe porzjon mhux kopert tal-valur tal-iskopertura (E) il-PD għandha tkun dik tal-mutwatarju u l-LGD għandha tkun dik tal-iskopertura sottostanti.

3. GA huwa l-valur ta’ G* kif ikkalkolat skont l-Artikolu 228(3) aġġustat ulterjorment għal kwalunkwe diskrepanza fil-maturità kif stabbilit fit-Taqsima 5. E huwa l-valur tal-iskopertura skont it-Taqsima 4 tal-Kapitolu 3. Għal dan il-għan, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw il-valur tal-iskopertura tal-elementi elenkati fl-Artikolu 162(8) sa (10) billi jużaw il-fattur ta’ konverżjoni jew il-perċentwal ta’ 100% minflok il-fatturi ta’ konverżjoni jew il-perċentwali indikati f’dawk il-punti.

Taqsima 5 Diskrepanzi fil-maturità

Artikolu 232 Definizzjoni ta’ diskrepanza fil-maturità

Diskrepanza fil-maturità

1. Għall-finijiet ta’ kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju, diskrepanza fil-maturità sseħħ meta l-maturità reżidwa tal-protezzjoni ta’ kreditu tkun inqas minn dik tal-iskopertura protetta. Fejn il-protezzjoni jkollha maturità reżidwa ta’ inqas minn tliet xhur u l-maturità tal-protezzjoni tkun inqas mill-maturità tal-iskopertura sottostanti, dik il-protezzjoni ma tikkwalifikax bħala protezzjoni ta’ kreditu eliġibbli.

2. Fejn ikun hemm diskrepanza fil-maturità, il-protezzjoni ta’ kreditu ma għandhiex tikkwalifika bħala eliġibbli fejn tintlaħaq waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)     il-maturità oriġinali tal-protezzjoni hija inqas minn sena (1);

(b)     l-iskopertura hija skopertura b’terminu qasir speċifikata mill-awtoritajiet kompetenti li hija soġġetta għal bażi ta’ ġurnata minflok ta’ sena fir-rigward tal-valur tal-maturità (M) skont l-Artikolu 158(3).

Artikolu 233 Maturità tal-protezzjoni ta’ kreditu

1. Soġġetta għal massimu ta’ 5 snin, il-maturità effettiva tas-sottostanti għandha tkun l-itwal żmien li jifdal possibbli qabel ma l-obbligant ikun skedat li jwettaq l-obbligi tiegħu. Soġġetta għall-paragrafu 2, il-maturità tal-protezzjoni ta’ kreditu għandha tkun iż-żmien għall-eqreb data li fiha l-protezzjoni tista’ ttermina jew tiġi tterminata.

2. Fejn hemm l-għażla li tiġi tterminata l-protezzjoni u li hija fid-diskrezzjoni tal-bejjiegħ tal-protezzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-maturità tal-protezzjoni bħala ż-żmien għall-eqreb data li fiha tista’ tiġi eżerċitata l-għażla. Fejn hemm għażla sabiex tiġi tterminata l-protezzjoni u hija fid-diskrezzjoni tax-xerrej tal-protezzjoni u t-termini tal-arranġament fl-oriġinazzjoni tal-protezzjoni jkun fihom inċentiv pożittiv għall-istituzzjoni biex ittermina t-tranżazzjoni qabel il-maturità kuntrattwali, l-istituzzjoni għandha tieħu l-maturità tal-protezzjoni bħala l-eqreb data li fiha tista’ tiġi eżerċitata l-għażla; inkella l-istituzzjoni tista’ tikkunsidra li tali għażla ma taffettwax il-maturità tal-protezzjoni.

3. Fejn derivat ta’ kreditu mhuwiex projbit milli jiġi tterminat qabel l-iskadenza ta’ xi perjodu ta’ konċessjoni meħtieġ sabiex isseħħ inadempjenza fuq l-obbligu sottostanti bħala konsegwenza ta’ nuqqas ta’ ħlas, l-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu l-maturità tal-protezzjoni bit-tul taż-żmien tal-perjodu ta’ konċessjoni.

Artikolu 234 Valwazzjoni tal-protezzjoni

1. Għal tranżazzjonijiet soġġetti għall-protezzjoni ta' kreditu ffinanzjata skont il-Metodu Sempliċi ta’ Kollateral Finanzjarju, fejn hemm diskrepanza bejn il-maturità tal-iskopertura u l-maturità tal-protezzjoni, il-kollateral ma jikkwalifikax bħala protezzjoni ta' kreditu ffinanzjata eliġibbli.

2. Għal tranżazzjonijiet soġġetti għall-protezzjoni ta' kreditu ffinanzjata skont il-Metodu Komprensiv ta’ Kollateral Finanzjarju, l-istituzzjonijiet għandhom jirreflettu l-maturità tal-protezzjoni ta’ kreditu u tal-iskopertura fil-valur aġġustat tal-kollateral skont il-formula li ġejja:

fejn:

CVA =     il-valur aġġustat skont il-volatilità tal-kollateral kif speċifikat fl-Artikolu 218(2) jew l-amount tal-iskopertura, liema minnhom ikun l-inqas;

t =         l-għadd ta' snin li jifdal sad-data tal-maturità tal-protezzjoni ta’ kreditu ikkalkolat skont l-Artikolu 233, jew il-valur ta’ T, liema minnhom ikun l-inqas;

T =        l-għadd ta’ snin li jifdal sad-data tal-maturità tal-iskopertura ikkalkolat skont l-Artikolu 233, jew 5 snin, liema minnhom ikun l-inqas;

t* =        0.25.

L-istituzzjonijiet għandhom jużaw CVAM bħala CVVA aġġustat ulterjorment għal diskrepanza fil-maturità fil-formula għall-kalkolu tal-valur tal-iskopertura aġġustat bis-sħiħ (E*) stabbilit fl-Artikolu 218(5).

3. Għal tranżazzjonijiet soġġetti għall-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata, l-istituzzjonijiet għandhom jirreflettu l-maturità tal-protezzjoni ta’ kreditu u tal-iskopertura fil-valur aġġustat tal-protezzjoni ta’ kreditu skont il-formula li ġejja:

fejn:

G* =      l-ammont tal-protezzjoni aġġustat għal kwalunkwe diskrepanza fil-muniti;

GA =      G* aġġustat għal kwalunkwe diskrepanza fil-maturità;

t =         huwa l-għadd ta’ snin li jifdal sad-data tal-maturità tal-protezzjoni ta’ kreditu kkalkolat skont l-Artikolu 233, jew il-valur ta’ T, liema minnhom ikun l-inqas;

T =        huwa l-għadd ta’ snin li jifdal sad-data tal-maturità tal-iskopertura kkalkolat skont l-Artikolu 233, jew 5 snin, liema minnhom ikun l-inqas;

t* =       0.25.

L-istituzzjonijiet għandhom jużaw GA bħala l-valur tal-protezzjoni għall-finijiet tal-Artikoli 228 sa 231.

Taqsima 6 Tekniki ta’ CRM tal-baskett

Artikolu 235 Derivati ta’ kreditu bl-ewwel inadempjenza

Fejn l-istituzzjoni tikseb il-protezzjoni ta’ kreditu għal għadd ta’ skoperturi bil-kundizzjoni li l-ewwel inadempjenza fost l-iskoperturi għandha tiskatta pagament u li dan l-avveniment ta’ kreditu għandu jittermina l-kuntratt, l-istituzzjoni tista’ timmodifika l-kalkolu tal-ammont ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u, kif relevanti, l-ammonti ta’ telf mistennija tal-iskopertura li kieku, fl-assenza tal-protezzjoni ta’ kreditu, tkun tipproduċi l-inqas miż-żewġ ammonti li ġejjin skont dan il-Kapitolu, iżda biss fejn il-valur tal-iskopertura ikun inqas minn jew daqs il-valur tal-protezzjoni ta’ kreditu:

(a)          l-ammont ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont l-Approċċ Standardizzat;

(b)          l-ammont ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont l-Approċċ IRB miżjud bi 12.5 darbiet l-ammont tat-telf mistenni.

Artikolu 236 Derivati ta’ kreditu tal-inadempjenza nru N

Fejn l-inadempjenza nru N fost l-iskoperturi tiskatta pagament taħt il-protezzjoni ta’ kreditu, l-istituzzjoni li tixtri l-protezzjoni tista’ biss tirrikonoxxi l-protezzjoni għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u, kif relevanti, l-ammonti ta’ telf mistennija fejn il-protezzjoni tkun inkisbet ukoll għall-inadempjenzi nru 1 sa nru n-1 jew meta jkunu diġà seħħew inadempjenzi ‘n-1’. F’tali każijiet, l-istituzzjoni jistgħu jimmodifikaw il-kalkolu tal-ammont ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u, kif relevanti, l-ammonti ta’ telf mistennija tal-iskopertura, li fin-nuqqas tal-protezzjoni ta’ kreditu kieku kienu jipproduċu l-aktar nru n baxx taż-żewġ ammonti msemmija fil-punti (a) u (b) fl-Artikolu 235.

L-iskoperturi kollha fil-baskett għandhom jilħqu r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu CRM 199(2) u CRM 211(1)(d).

Kapitolu 5 Titolizzazzjoni

Taqsima 1 Definizzjonijiet

Artikolu 237 Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1. ‘firxa żejda’ tfisser ġbir ta’ imposti finanzjarji jew dħul minn tariffi oħrajn irċevuti fir-rigward tal-iskoperturi titolizzati netti tal-ispejjeż u l-infiq;

2. ‘opzjoni ta’ eżerċitar eżawrjenti’ tfisser għażla kuntrattwali għall-oriġinatur sabiex jirriakk jew itemm il-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni qabel ma l-iskoperturi sottostanti kollha jkunu ripagati, fejn l-ammont ta’ skoperturi pendenti jaqa' taħt livell speċifikat;

3. ‘faċilità ta’ likwidità’ tfisser il-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li tirriżulta minn ftehim kuntrattwali sabiex jiġi pprovdut finanzjament biex tiġi żgurata l-prontezza tal-flussi tal-flus lill-investituri;

4. ‘KIRB’ tfisser 8% tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju li jkunu kkalkolati fil-Kapitolu 3 fir-rigward tal-iskoperturi titolizzati, kieku ma ġewx titolizzati, miżjuda bl-ammont tat-telf mistenni assoċjat ma’ dawk l-iskoperturi kkalkolati skont dawk l-Artikoli;

5. ‘metodu bbażat fuq il-klassifikazzjonijiet’ tfisser il-metodu ta’ kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju għal pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni skont l-Artikolu 256;

6. ‘metodu tal-formula superviżorja’ tfisser il-metodu ta’ kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju għal pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni skont l-Artikolu 257;

7. ‘pożizzjoni mhux klassifikata’ tfisser pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li ma għandhiex valutazzjoni ta’ kreditu eliġibbli minn ECAI eliġibbli kif iddefinit fit-Taqsima 4;

8. ‘pożizzjoni klassifikata’ tfisser pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li għandha valutazzjoni ta’ kreditu eliġibbli minn ECAI eliġibbli kif definit fit-Taqsima 4;

9. ‘programm ta’ karta kummerċjali garantita b’assi (ABCP - asset-backed commercial paper programme)’ tfisser programm ta’ titolizzazzjonijiet, li garanziji maħruġa minnu predominantalment jieħdu l-forma ta’ karta kummerċjali b’maturità oriġinali ta’ sena jew inqas;

10. ‘titolizzazzjoni tradizzjonali’ tfisser titolizzazzjoni li tinvolvi t-trasferiment ekonomiku tal-iskoperturi li jkunu titolizzati. Dan għandu jseħħ permezz tat-trasferiment tas-sjieda tal-iskoperturi titolizzati mill-istituzzjoni oriġinatriċi jew permezz ta’ subparteċipazzjoni. It-titoli maħruġa ma jirrappreżentawx obbligi ta’ pagament tal-istituzzjoni oriġinatriċi;

11. ‘titolizzazzjoni sintetika’ tfisser titolizzazzjoni fejn it-trasferiment ta’ riskju jinkiseb permezz tad-derivati ta’ kreditu jew garanziji, u l-iskoperturi titolizzati jibqgħu skoperturi tal-istituzzjoni oriġinatriċi;

12. ‘skopertura rotanti’ tfisser skopertura fejn il-bilanċi pendenti tal-konsumaturi jitħallew ivarjaw skont id-deċiżjonijiet tagħhom ta’ teħid u ripagament, sa limitu miftiehem;

13. 'dispożizzjoni ta’ ammortizzazzjoni bikrija' tfisser klawżola kuntrattwali f’titolizzazzjoni ta’ skoperturi rotanti li teħtieġ, meta jseħħu avvenimenti definiti, li l-pożizzjonijiet tal-investituri jissarrfu qabel il-maturità miftiehma oriġinalment tat-titoli maħruġa;

14. ‘segment tal-ewwel telf’ tfisser is-segment l-aktar subordinat f’titolizzazzjoni li jġorr l-ewwel telf imġarrab fuq l-iskoperturi titolizzati u li b’hekk jipprovdi protezzjoni għat-tieni telf u, fejn relevanti, segment kklassifikati ogħla.

Taqsima 2 Rikonoxximent ta’ trasferiment ta’ riskju sinifikanti

Artikolu 238 Titolizzazzjoni tradizzjonali

1. L-istituzzjoni oriġinatriċi ta’ titolizzazzjoni tradizzjonali tista’ teskludi skoperturi titolizzati mill-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u ammonti ta’ telf mistennija jekk tintlaħaq waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)     riskju ta’ kreditu sinifikanti assoċjat mal-iskoperturi titolizzati ikun ikkunsidrat li ġie trasferit lil partijiet terzi;

(b)     l-istituzzjoni oriġinatriċi tapplika piż ta’ riskju ta’ 1250% għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni kollha li għandha f’din it-titolizzazzjoni jew tnaqqas dawn il-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni mill-elementi tal-Grad nru 1 tal-Ekwità Komuni skont l-Artikolu 33(1)(k).

2. Għandu jiġi kkunsidrat li riskju ta’ kreditu sinifikanti ġie trasferit fil-każijiet li ġejjin:

(a)     l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni intermedji miżmuma mill-istituzzjoni oriġinatriċi f’din it-titolizzazzjoni ma jaqbżux il-50% tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni intermedji kollha f’din it-titolizzazzjoni;

(b)     fejn mhemmx pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni intermedji f’titolizzazzjoni partikolari u l-oriġinatriċi tista’ turi li l-valur tal-iskopertura tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li jkunu soġġetti għal tnaqqis mill-fondi proprji jew piż ta’ riskju ta’ 1250% jaqbeż l-istima raġunata tat-telf mistenni fuq l-iskoperturi titolizzati b’marġni sostanzjali, l-istituzzjoni oriġinatriċi ma żżommx aktar minn 20% tal-valur tal-iskoperturi tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li jkunu soġġetti għal tnaqqis mill-fondi proprji jew piż ta’ riskju ta’ 1250%.

Fejn it-tnaqqis possibbli fl-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju, li l-istituzzjoni oriġinatriċi tikseb permezz ta’ din it-titolizzazzjoni ma jkunx ġustifikat minn trasferiment proporzjonat ta’ riskju ta’ kreditu lil partijiet terzi, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi skont il-każ li r-riskju ta’ kreditu sinifikanti ma għandux jiġi kkunsidrat li ġie trasferit lil partijiet terzi.

3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni intermedji tfisser pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li japplika għalihom piż ta’ riskji aktar baxx minn 1250% u li huma aktar subordinati mill-maġġoranza tal-pożizzjonijiet prijoritarji f’din it-titolizzazzjoni u aktar subordinati minn kull pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni f’din it-titolizzazzjoni li hija assenjata lilha waħda minn dawn li ġejjin skont din it-Taqsima 4:

(a)     fil-każ ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni soġġetta għat-Taqsima 3, is-Subtaqsima 3 livell 1 tal-kwalità ta’ kreditu;

(b)     fil-każ ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni soġġetta għat-Taqsima 3, is-Subtaqsima 4 livell 1 jew 2 tal-kwalità ta’ kreditu.

4. Bħala alternattiva għall-paragrafi 2 u 3, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu permess lill-istituzzjonijiet oriġinaturi sabiex jikkunsidraw li riskju ta’ kreditu sinifikanti ġie trasferit fejn l-istituzzjoni oriġinatriċi tkun tista’ turi, f’kull każ ta’ titolizzazzjoni, li t-tnaqqis fir-rekwiżiti ta’ fondi proprji li tikseb l-oriġinatriċi permezz tat-titolizzazzjoni huwa ġustifikat minn trasferiment proporzjonat ta’ riskju ta’ kreditu lil partijiet terzi.

Il-permess għandu jingħata biss fejn l-istituzzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)     l-istituzzjoni għandha politiki u metodoloġiji sensittivi għar-riskju adegwati biex jivvalutaw it-trasferiment tar-riskju;

(b)     l-istituzzjoni rrikonoxxiet ukoll li t-trasferiment tar-riskju ta’ kreditu lil partijiet terzi f’kull każ għall-finijiet tal-immaniġjar tar-riskju intern tal-istituzzjoni u l-allokazzjoni intern tal-kapital tagħha.

5. Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4, kif applikabbli, għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)     id-dokumentazzjoni tat-titolizzazzjoni tirrefletti s-sustanza ekonomika tat-tranżazzjoni;

(b)     l-iskoperturi titolizzati jkunu inaċċessibbli għall-istituzzjoni oriġinatriċi u l-kredituri tagħha, inklużi fil-każijiet ta’ falliment u riċevibbiltà. Dan għandu jkun sostnut bl-opinjoni ta’ konsulenza legali kkwalifikat;

(c)     it-titoli maħruġa ma jirrappreżentawx l-obbligi ta’ pagament tal-istituzzjoni oriġinatriċi;

(d)     l-istituzzjoni oriġinatriċi ma għandhiex kontroll effettiv jew indirett fuq l-iskoperturi trasferiti. Oriġinatriċi għandha titqies li żammet kontroll effettiv fuq l-iskoperturi trasferiti jekk għandha d-dritt li tirriakkwista mingħand id-destinatarju tat-trasferiment l-iskoperturi trasferiti qabel sabiex tirrealizza l-benefiċċji tagħhom jew jekk hija obbligata terġa’ tassumi r-riskju ttrasferit. Iż-żamma tad-drittijiet jew l-obbligi taż-żamma tal-istituzzjoni oriġinatriċi fir-rigward tal-iskoperturi ma għandhiex tikkostitwixxi minnha nfisha kontroll indirett tal-iskoperturi;

(e)     id-dokumentazzjoni tat-titolizzazzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)      ma fihiex klawżoli li għajr fil-każ ta’ dispożizzjonjiet ta’ ammortizzazzjoni bikrija, jeħtieġu pożizzjonijiet fit-titolizzazzjoni sabiex jittejbu mill-istituzzjoni oriġinatriċi inkluża iżda mhux limitati għall-modifikazzjoni tal-iskoperturi ta’ kreditu sottostanti jew iż-żieda tar-rendiment pagabbli lill-investituri bħala riżultat ta’ deterjorament fil-kwalità ta’ kreditu tal-iskoperturi titolizzati;

(ii)      ma fihiex klawżoli li jżidu r-rendiment pagabbli lid-detenturi tal-pożizzjonijiet f’titolizzazzjoni bħala riżultat ta’ deterjorament fil-kwalità ta’ kreditu tal-pula sottostanti;

(iii)     tagħmilha ċara, fejn applikabbli, li kwalunkwe xiri jew riakkwist ta’ pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni mill-oriġinatriċi jew l-isponsor li jmorru lil hinn mill-obbligi kuntrattwali tagħha jistgħu jsiru biss f’kundizzjonijiet ta’ distakkament;

(f)      fejn hemm opzjoni ta’ eżerċitar eżawrjenti, dik l-opzjoni għandha tissodisfa wkoll il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)      hija eżerċitabbli bid-diskrezzjoni tal-istituzzjoni oriġinatriċi;

(ii)      tista’ tiġi eżerċitata biss meta jibqa’ mhux ammortizzat 10% jew inqas tal-valur oriġinali tal-iskoperturi titolizzati;

(iii)     mhijiex strutturata sabiex tevita l-allokazzjoni ta’ telf lil pożizzjonijiet ta’ titjib fil-kreditu jew pożizzjonijiet oħra tal-investituri u lanqas mhija strutturata sabiex tipprovdi titjib fil-kreditu.

6. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu lill-ABE infurmata dwar każijiet speċifiċi, imsemmija fil-paragrafu 2, fejn it-tnaqqis possibbli fl-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju mhuwiex ġustifikat permezz ta’ trasferiment proporzjonat tar-riskju ta’ kreditu lil partijiet terzi, u l-użu li l-istituzzjonijiet jagħmlu tal-paragrafu 4. L-ABE għandha timmonitorja l-medda ta’ prattiki f’dan il-qasam u, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, toħroġ linji gwida.

Artikolu 239 Titolizzazzjoni sintetika

1. Istituzzjoni oriġinatriċi ta’ titolizzazzjoni sintetika tista’ tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju, u, kif relevanti, l-ammonti ta’ telf mistennija, għall-iskoperturi titolizzati skont l-Artikolu 244, jekk waħda milli ġejjin tkun issodisfata:

(a)     ir-riskju ta’ kreditu sinifikanti huwa kkunsidrat li ġie ttrasferit lil parti terza jew permezz ta’ protezzjoni ta’ kreditu iffinanzjata jew inkella mhux iffinanzjata;

(b)     l-istituzzjoni oriġinatriċi tapplika piż ta’ riskju ta’ 1250% għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni kollha li għandha f’din it-titolizzazzjoni jew tnaqqas dawn il-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni mill-elementi tas-Saff 1 tal-Ekwità Komuni skont l-Artikolu 33(1)(k).

2. Ir-riskju ta’ kreditu sinifikanti għandu jiġi kkunsidrat li ġie ttrasferit jekk tintlaħaq waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)     l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni intermedji miżmuma mill-istituzzjoni oriġinatriċi f’din it-titolizzazzjoni ma jaqbżux il-50% tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni intermedji kollha li jinsabu fit-titolizzazzjoni;

(b)     fejn mhemmx pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni intermedji f’titolizzazzjoni partikolari u l-oriġinatriċi tista’ turi li l-valur tal-iskopertura tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li jkunu soġġetti għal tnaqqis mill-fondi proprji jew piż ta’ riskju ta’ 1250% jaqbeż l-istima raġunata tat-telf mistenni fuq l-iskoperturi titolizzati b’marġni sostanzjali, l-istituzzjoni oriġinatriċi ma żżomx aktar minn 20% tal-valur tal-iskoperturi tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li jkunu soġġetti għal tnaqqis mill-fondi proprji jew piż ta’ riskju ta’ 1250%;

(c)     fejn it-tnaqqis possibbli fl-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju, li l-istituzzjoni oriġinatriċi tkun tikseb permezz ta’ din it-titolizzazzjoni, ma jkunx ġustifikat minn trasferiment proporzjonali tar-riskju ta’ kreditu għal partijiet terzi, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi skont il-każ li r-riskju ta’ kreditu sinifikanti ma għandux jiġi kkunsidrat li ġie ttrasferit lil partijiet terzi.

3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni intermedji tfisser pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li għalihom japplika piż ta’ riskju inqas minn 1250% u li jkunu aktar subordinati mill-aktar pożizzjoni prijoritarja f’din it-titolizzazzjoni u aktar subordinati minn kwalunkwe pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni f’din it-titolizzazzjoni li għaliha hija assenjata waħda milli ġejjin b’konformità mat-Taqsima 4:

(a)     fil-każ ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni soġġetta għat-Taqsima 3, is-Subtaqsima 3 livell 1 tal-kwalità ta’ kreditu;

(b)     fil-każ ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni suġġetta għat-Taqsima 3, is-Subtaqsima 4 livell 1 jew 2 tal-kwalità ta’ kreditu.

4. Bħala alternattiva għall-paragrafi 2 u 3, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu permess lill-istituzzjonijiet oriġinaturi sabiex jikkunsidraw li riskju ta’ kreditu sinifikanti ġie trasferit fejn l-istituzzjoni oriġinatriċi tkun tista’ turi, f’kull każ ta’ titolizzazzjoni, li t-tnaqqis fir-rekwiżiti ta’ fondi proprji li tikseb l-oriġinatriċi permezz tat-titolizzazzjoni huwa ġustifikat minn trasferiment proporzjonat ta’ riskju ta’ kreditu lil partijiet terzi.

Il-permess għandu jingħata biss fejn l-istituzzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)     l-istituzzjoni għandha politiki u metodoloġiji sensittivi għar-riskju adegwati biex jivvalutaw it-trasferiment tar-riskju;

(b)     l-istituzzjoni rrikonoxxiet ukoll li t-trasferiment tar-riskju ta’ kreditu lil partijiet terzi f’kull każ għall-finijiet tal-immaniġjar tar-riskju intern tal-istituzzjoni u l-allokazzjoni intern tal-kapital tagħha.

5. Barra r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4, kif applikabbli, it-trasferiment għandu jikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)     id-dokumentazzjoni tat-titolizzazzjoni tirrefletti s-sustanza ekonomika tat-tranżazzjoni;

(b)     il-protezzjoni ta’ kreditu li biha huwa ttrasferit ir-riskju ta’ kreditu jikkonforma mal-Artikolu 242(2);

(c)     l-istrumenti użati għat-trasferiment tar-riskju ta’ kreditu ma fihomx termini jew kundizzjonijiet li:

(i)      jimponu limiti massimi ta’ materjalità sinifikanti li taħthom il-protezzjoni ta’ kreditu ma tiġix skattata jekk iseħħ avveniment ta’ kreditu;

(ii)      jippermettu t-terminazzjoni tal-protezzjoni minħabba deterjorament fil-kwalità ta’ kreditu tal-iskoperturi sottostanti;

(iii)     għajr fil-każ ta’ dispożizzjonjiet ta’ ammortizzazzjoni bikrija, jeħtieġu li l-istituzzjoni oriġinatriċi ttejjeb il-pożizzjonijiet fit-titolizzazzjoni;

(iv)     iżidu l-ispejjeż tal-protezzjoni ta’ kreditu tal-istituzzjoni jew ir-rendiment pagabbli lid-detenturi ta’ pożizzjonijiet fit-titolizzazzjoni bħala konsegwenza ta’ deterjorament fil-kwalità ta’ kreditu tal-pula sottostanti;

(d)     opinjoni tinkiseb minn konsulent legali kkwalifikat li jikkonferma l-infurzabbiltà tal-protezzjoni ta’ kreditu fil-ġuriżdizzjonijiet relevanti kollha;

(e)     id-dokumentazzjoni tat-titolizzazzjoni għandha tiċċara, fejn ikun applikabbli, li kull akkwist jew riakkwist ta’ pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni mill-oriġinatriċi jew mill-isponsor lil hinn mill-obbligi kuntrattwali tagħha jistgħu jsiru biss f’kundizzjonijiet distakkati;

(f)      fejn hemm opzjoni ta’ eżerċitar eżawrjenti, dik l-opzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)      hija eżerċitabbli fid-diskrezzjoni tal-istituzzjoni oriġinatriċi;

(ii)      tista’ tiġi eżerċitata biss meta jibqa’ mhux ammortizzat 10% jew inqas tal-valur oriġinali tal-iskoperturi titolizzati;

(iii)     mhijiex strutturata sabiex tevita l-allokazzjoni ta’ telf lil pożizzjonijiet ta’ titjib fil-kreditu jew pożizzjonijiet oħra tal-investituri u lanqas mhija strutturata sabiex tipprovdi titjib fil-kreditu.

6. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu lill-ABE infurmata dwar każijiet speċifiċi, imsemmija fil-paragrafu 2, fejn it-tnaqqis possibbli fl-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju mhuwiex ġustifikat permezz ta’ trasferiment proporzjonat tar-riskju ta’ kreditu lil partijiet terzi, u l-użu li l-istituzzjonijiet jagħmlu tal-paragrafu 4. L-Awtorità Bankarja Ewropea għandha timmonitorja l-medda ta’ prattiki f’dan il-qasam u għandha, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, toħroġ linji gwida.

Taqsima 3 Kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju

Subtaqsima 1 Prinċipji

Artikolu 240 Kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju

1. Fejn l-istituzzjoni oriġinatriċi tkun ittrasferiet ir-riskju ta’ kreditu sinifikanti assoċjat mal- skoperturi titolizzati skont it-Taqsima 2, dik l-istituzzjoni tista’:

(a)     fil-każ ta’ titolizzazzjoni tradizzjonali, teskludi mill-kalkoli tagħha tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju, u, kif relevanti, l-ammonti ta’ telf mistennija, l-iskoperturi li hija ttitolizzat;

(b)     fil-każ ta’ titolizzazzjoni sintetika, tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju, u, kif relevanti, l-ammonti ta’ telf mistennija, fir-rigward tal-iskoperturi titolizzati skont l-Artikoli 244 u 245.

2. Fejn l-istituzzjoni oriġinatriċi tkun iddeċidiet li tapplika l-paragrafu 1, għandha tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju preskritti f’dan il-Kapitolu għall-pożizzjonijiet li jista’ jkollha fit-titolizzazzjoni.

Fejn l-istituzzjoni oriġinatriċi ma ttrasferietx riskju ta’ kreditu sinifikanti jew iddeċidiet li ma tapplikax il-paragrafu 1, ma għandhiex għalfejn tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju għall-ebda pożizzjoni li jista’ jkollha fit-titolizzazzjoni inkwistjoni iżda għandha tkompli tinkludi l-iskoperturi titolizzati fil-kalkoli tagħha tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju daqs li kieku ma ġewx titolizzati.

3. Fejn hemm skopertura għal segmenti differenti f’titolizzazzjoni, l-iskopertura għal kull segment għandha tiġi kkunsidrata bħala pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni separata. Il-fornituri tal-protezzjoni ta’ kreditu għal pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni għandhom jiġu kkunsidrati li għandhom pożizzjonijiet fit-titolizzazzjoni. Il-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni għandhom jinkludu skoperturi għal titolizzazzjoni li ġejjin mir-rata tal-imgħax jew mill-kuntratti derivati mill-muniti.

4. Sakemm pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni ma tkunx imnaqqsa mill-elementi tas-Saff 1 tal-Ekwità Komuni skont l-Artikolu 33(1)(k), l-ammont ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju għandu jiġi inkluż fl-ammonti totali ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju tal-istituzzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 87(3).

5. L-ammont ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni għandu jiġi kkalkolat billi jiġi applikat għall-valur tal-iskopertura tal-pożizzjoni, ikkalkolat kif stabbilit fl-Artikolu 241, dak il-piż ta’ riskju relevanti totali.

6. Il-piż ta’ riskju totali għandu jiġi ddeterminat bħala s-somma tal-piż ta’ riskju stabbilit f’dan il- Kapitolu u kwalunkwe piż ta’ riskju addizzjonali skont l-Artikolu 396.

Artikolu 241 Valur tal-iskopertura

1. Il-valur tal-iskopertura għandu jiġi kkalkolat kif ġej:

(a)     fejn l-istituzzjoni tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju taħt is-Subtaqsima 3, il-valur tal-iskopertura ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li ma tidhirx fil-karta tal-bilanċ għandu jkun il-valur tal-kontabbiltà tagħha li jifdal wara li jiġu applikati l-aġġustamenti tar-riskju ta’ kreditu speċifiku;

(b)     fejn l-istituzzjoni tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont it-Taqsima 4, il-valur tal-iskopertura ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li tidher fil-karta tal-bilanċ għandha tkun il-valur tal-kontabbiltà mkejjel mingħajr ma jitqies l-ebda aġġustament li sar fir-riskju ta’ kreditu;

(c)     fejn l-istituzzjoni tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont is-Subtaqsima 3, il-valur tal-iskopertura ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li ma tidhirx fil-karta tal-bilanċ għandu jkun il-valur nominali tagħha, imnaqqas minn kwalunkwe aġġustament tar-riskju ta’ kreditu speċifiku ta' dik il-pożizzjoni titolizzata, multiplikat bil-fattur ta’ konverżjoni kif preskritt f’dan il-Kapitolu. Il-fattur ta’ konverżjoni għandu jkun ta’ 100 % sakemm mhux speċifikat mod ieħor;

(d)     fejn l-istituzzjoni tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont is-Subtaqsima 4, il-valur tal-iskopertura ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li ma tidhirx fil-karta tal-bilanċ għandu jkun il-valur nominali tagħha mmultiplikat b’fattur ta’ konverżjoni kif preskritt f’dan il-Kapitolu. Il-fattur ta’ konverżjoni għandu jkun ta’ 100 % sakemm mhux speċifikat mod ieħor;

(e)     Il-valur tal-iskopertura għar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti ta’ strument derivat elenkat fl-Anness II, għandu jiġi determinat skont il-Kapitolu 6.

2. Fejn istituzzjoni jkollha żewġ pożizzjonijiet jew aktar sovrapposti f’titolizzazzjoni, hija għandha, sal-punt li jkun hemm sovrappożizzjoni bejniethom, tinkludi biss fil-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju l-pożizzjoni jew il-porzjon ta’ pożizzjoni li jipproduċi l-ogħla ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju. L-istituzzjoni tista’ tirrikonoxxi wkoll tali sovrappożizzjoni bejn rekwiżiti ta’ fondi proprji tar-riskju speċifiku għal pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar u rekwiżiti ta’ fondi proprji għal pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni fil-ktieb mhux tan-negozju, jekk l-istituzzjoni tista’ tikkalkula u tqabbel ir-rekwiżiti tal-fondi proprji tal-pożizzjonijiet relevanti. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, sovrappożizzjoni sseħħ meta l-pożizzjonijiet, totalment jew parzjalment, jirrappreżentaw skopertura għall-istess riskju b’mod li, sal-punt tas-sovrappożizzjoni, ikun hemm skopertura waħda.

3. Fejn japplika l-Artikolu 263(c) għal pożizzjonijiet fl-ABCP, l-istituzzjoni tista’ tuża l-piż ta’ riskju assenjat għal faċilità ta’ likwidità sabiex tikkalkula l-ammont ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju għall-ABCP jekk 100 % tal-ABCP maħruġa mill-programm ikunu koperti minn din jew faċilitajiet ta’ likwidità oħrajn u dawn il-faċilitajiet kollha ta’ likwidità jikklassifikaw pari passu mal-ABCP biex jiffurmaw pożizzjonijiet ta’ sovrapożizzjoni.

L-istituzzjoni għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti bl-użu li tagħmel minn dan it-trattament.

Artikolu 242 Rikonoxximent tal-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu għal pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni

1. Istituzzjoni tista’ tirrikonxxi protezzjoni ta’ kreditu iffinanzjata jew mhux iffinanzjata miksuba fir-rigward tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni skont il-Kapitolu 4 u soġġetta għar-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-Kapitolu u fil-Kapitolu 4.

Protezzjoni ta’ kreditu eliġibbli ffinanzjata hija limitata għal kollateral finanzjarju li huwa eliġibbli għall-kalkolu ta’ ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju taħt il-Kapitolu 2 kif stabbilit fil-Kapitolu 4 u r-rikonoxximent huwa soġġett għall-konformità mar-rekwiżiti relevanti kif stabbilit fil-Kapitolu 4.

2. Protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata eliġibbli u l-fornituri tal-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata huma limitati għal dawk li huma eliġibbli fil-Kapitolu 4 u r-rikonoxximent huwa soġġett għall-konformità mar-rekwiżiti relevanti stabbiliti f’dak il-Kapitolu 4.

3. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2, il-fornituri eliġibbli għall-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata elenkata fl-Artikolu 197 għandu jkollhom valutazzjoni ta’ kreditu minn ECAI rikonoxxuta li ġiet determinata li hija assoċjata mal-livell 3 jew ogħla tal-kwalità ta’ kreditu skont l-Artikolu 131 u kellhom jiġu assoċjati mal-livell 2 jew ogħla tal-kwalità ta’ kreditu meta ġiet rikonoxxuta għall-ewwel darba il-protezzjoni ta’ kreditu. L-istituzzjonijiet li għandhom permess japplikaw l-Approċċ IRB għal skopertura diretta għall-fornituri tal-protezzjoni jistgħu jivvalutaw l-eliġibbiltà skont l-ewwel sentenza bbażati fuq l-ekwivalenza tal-PD għall-fornituri tal-protezzjoni għall-PD assoċjata mal-livelli tal-kwalità ta’ kreditu msemmija f’dak il-punt.

4. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2, SSPEs huma fornituri tal-protezzjoni eliġibbli fejn huma sidien ta' assi li jikkwalifikaw bħala kollateral finanzjarju eliġibbli u li għalihom mhemmx drittijiet jew drittijiet kontinġenti li jippreċedu jew li jikklassifikaw pari passu mad-drittijiet kontinġenti tal-istituzzjoni li tirċievi l-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata u jintlaħqu r-rekwiżiti kollha għar-rikonoxximent tal-kollateral finanzjarju fil-Kapitolu 4. F’dawn il-każijiet, GA (l-ammont tal-protezzjoni aġġustat għal kwalunkwe diskrepanza fil-muniti u diskrepanza fil-maturità skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 4) għandu jiġi limitat għall-valur tas-suq aġġustat skont il-volatilità ta’ dawk l-assi u g (il-piż ta’ riskju ta’ skoperturi għall-fornituri tal-protezzjoni kif speċifikat skont l-Approċċ Standardizzat) għandu jiġi determinat bħala l-piż ta’ riskju medju ppeżat li jkun japplika għal dawk l-assi bħala kollateral finanzjarju skont l-Approċċ Standardizzat.

Artikolu 243 Appoġġ impliċitu

1. Istituzzjoni sponsor, jew l-istituzzjoni oriġinatriċi li fir-rigward tat-titolizzazzjoni għamlet użu mill-Artikolu 240(1) u (2) fil-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju jew biegħat strumenti mill-portafoll tan-negozjar tagħha bil-konsegwenza li ma għadhiex aktar meħtieġa jkollha fondi proprji għar-riskji ta’ dawk l-istrumenti u ma għandhiex, bil-għan li tnaqqas il-potenzjal jew it-telf reali għall-investituri, tipprovdi appoġġ lit-titolizzazzjoni lil hinn mill-obbligi kuntrattwali tagħha. Tranżazzjoni ma għandhiex tiġi kkunsidrata li tipprovdi appoġġ jekk hija eżegwita b’kundizzjonijiet ta’ distakk u jekk titqies fil-valutazzjoni tat-trasferiment ta’ riskju sinifikanti. Kull tali tranżazzjoni għandha tkun, irrelevanti jekk tagħtix appoġġ, notifikata lill-awtoritajiet kompetenti u soġġetta għall-analiżi tal-kreditu u l-proċess ta’ approvazzjoni tal-istituzzjoni. L-istituzzjoni għandha, meta tivvaluta jekk it-tranżazzjoni hijiex strutturata sabiex tipprovdi appoġġ, tikkonsidra b’mod adegwat tal-inqas dawn kollha li ġejjin:

(a)     il-prezz tar-riakkwist;

(b)     il-pożizzjoni tal-kapital u l-likwidità tal-istituzzjonijiet qabel u wara r-riakkwist;

(c)     il-prestazzjoni tal-iskoperturi titolizzati;

(d)     il-prestazzjoni tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni;

2. L-ABE għandha toħroġ, skont l-Artikolu 16 jew ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010, linji gwida dwar x’jikkostitwixxi kundizzjonijiet distakkati u meta tranżazzjoni mhijiex strutturata sabiex tipprovdi appoġġ.

3. Jekk l-istituzzjoni oriġinatriċi jew l-istituzzjoni sponsor tonqos milli tikkonforma mal-paragrafu 1 fir-rigward ta’ titolizzazzjoni, bħala minimu din l-istituzzjoni għandu jkollha fondi proprji kontra l-iskoperturi titolizzati kollha daqs li kieku ma ġewx titolizzati.

Subtaqsima 2 Il-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju titolizzati f’titolizzazzjoni sintetika tal-istituzzjonijiet oriġinaturi

Artikolu 244 Trattament ġenerali

Fil-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju għall-iskoperturi titolizzati, fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 239, l-istituzzjoni oriġinatriċi ta’ titolizzazzjoni sintetika għandha, soġġetta għall-Artikolu 245, tuża l-metodoloġiji ta’ kalkolu relevanti stabbiliti f’din it-Taqsima u mhux dawk stabbiliti fil-Kapitolu 2. Għall-istituzzjonijiet li jikkalkolaw l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u l-ammonti ta’ telf mistennija skont il-Kapitolu 3, l-ammonti ta’ telf mistennija fir-rigward ta’ tali skoperturi għandhom ikunu żero.

Ir-rekwiżiti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu japplikaw għall-pula sħiħa ta’ skoperturi inklużi fit-titolizzazzjoni. Soġġetta għall-Artikolu 245, l-istituzzjoni oriġinatriċi għandha tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju fir-rigward tas-segmenti kollha fit-titolizzazzjoni skont id-dispożizzjonijiet ta’ din it-Taqsima inklużi dawk li għalihom l-istituzzjoni tirrikonoxxi mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu skont l-Artikolu 242, f'liema każ il-piż ta’ riskju li jrid jiġi applika għal dik il-pożizzjoni jista’ jiġi modifikat skont il-Kapitolu 4, soġġett għar-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-Kapitolu.

Artikolu 245 Trattament tad-diskrepanzi fil-maturitajiet f’titolizzazzjonjiet sintetiċi

Għall-finijiet ta’ kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont l-Artikolu 244, kwalunkwe diskrepanza fil-maturità bejn il-protezzjoni ta’ kreditu li permezz tagħha tinkiseb is-segmentazzjoni u l-iskoperturi titolizzati għandhom jiġu kkunsidrati kif ġej:

(a)          bħala maturità tal-iskoperturi titolizzati għandha tittieħed b'mod li tkun l-itwal maturità fost kull skopertura soġġetta għal massimu ta’ ħames snin. Il-maturità tal-protezzjoni ta’ kreditu għandha tiġi determinata skont il-Kapitolu 4;

(b)          istituzzjoni oriġinatriċi għandha tinjora kull diskrepanza fil-maturità fil-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju għal segmenti li jidhru skont din it-Taqsima b’piż ta’ riskju ta’ 1250%. Għas-segmenti l-oħra kollha, għandu jiġi applikat it-trattament tad-diskrepanza fil-maturità stabbilit fil-Kapitolu 4 skont il-formula li ġejja:

fejn:

RW* =  l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju għall-finijiet tal-Artikolu 87(a);

RWAss =         l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju għall-iskoperturi jekk ma ġewx titolizzati, ikkalkolati fuq bażi prorata;

RWSP= l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju kkalkolati fl-Artikolu 244 jekk ma kienx hemm diskrepanza fil-maturità;

T =       il-maturità tal-iskoperturi sottostanti espressa fi snin;

t =         il-maturità tal-protezzjoni ta’ kreditu espressa fi snin;

t* =       0.25.

Subtaqsima 3 Kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont l-Approċċ Standardizzat

Artikolu 246 Piżijiet ta’ riskju

Soġġetta għall-Artikolu 247, l-istituzzjoni għandha tikkalkula l-ammont ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni jew rititolizzazzjoni klassifikata billi tapplika l-piż ta’ riskju relevanti għall-valur tal-iskopertura.

Il-piż ta’ riskju relevanti għandu jkun il-piż ta’ riskju stabbilit fit-Tabella 1, li miegħu hija assoċjata l-valutazzjoni ta’ kreditu tal-pożizzjoni skont it-Taqsima 4.

Tabella 1

Livell tal-Kwalità ta’ Kreditu || 1 || 2 || 3 || 4 (għal valutazzjonijiet ta’ kreditu biss li mhumiex valutazzjonijet ta’ kreditu b’terminu qasir) || il-livelli kollha l-oħra tal-kwalità ta’ kreditu

Pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni || 20% || 50% || 100% || 350% || 1250%

Pożizzjonijiet ta’ rititolizzazzjoni || 40% || 100% || 225% || 650% || 1250%

Soġġett għall-Artikoli 247 sa 250, l-ammont ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju ta’ pożizzjoni titolizzata mhux klassifikata għandu jiġi kkalkolat billi jiġi applikat piż ta’ riskju ta’ 1250%.

Artikolu 247 Istituzzjonijiet oriġinaturi u li huma sponsor

Għall-istituzzjoni oriġinatriċi jew l-istituzzjoni sponsor, l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju kkalkolati fir-rigward tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni tagħha f’kwalunkwe titolizzazzjoni jistgħu jkunu limitati għall-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju li attwalment jiġu kkalkolati għall-iskoperturi titolizzati li kieku ma ġewx titolizzati soġġetti għall-applikazzjoni preżunta ta’ piż ta’ riskju ta’ 150% għal dawn li ġejjin:

(a)          l-elementi kollha attwalment inadempjenti;

(b)          l-elementi kollha assoċjati ma’ riskju partikolarment għoli skont l-Artikolu 123 fost l-iskoperturi titolizzati.

Artikolu 248 Trattament ta’ pożizzjonijiet mhux klassifikati

1. Għall-finijet tal-kalkolu tal-ammont ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju ta’ pożizzjoni titolizzata mhux ikklassifikata istituzzjoni tista’ tapplika l-piż ta’ riskju medju ppeżat li jkun applikat għall-iskoperturi titolizzati fil-Kapitolu 2 mill-istituzzjoni li għandha l-iskoperturi, multiplikat bil-proporzjon tal-konċentrazzjoni msemmi fil-paragrafu 2. Għal dan il-għan, l-istituzzjoni għandha tkun taf il-kompożizzjoni tal-pula ta’ skoperturi titolizzati li huma dejjem titolizzati.

2. Il-proporzjon tal-konċentrazzjoni għandu jkun daqs is-somma tal-ammonti nominali tas-segmenti kollha diviż bis-somma tal-ammonti nominali tas-segmenti subordinati għal jew pari passu mas-segment li fih il-pożizzjoni tinżamm inkluż dak is-segment stess. Il-piż ta’ riskju li jirriżulta ma għandux ikun ogħla minn 1250% jew inqas minn kwalunkwe piż ta’ riskju applikabbli għal segment klassifikat aktar prijoritarju. Fejn l-istituzzjoni ma tistax tiddetermina l-piżijiet ta’ riskju li jkunu applikati għall-iskoperturi titolizzati fil-Kapitolu 2, għandha tapplika piż ta’ riskju ta’ 1250 % għall-pożizzjoni.

Artikolu 249 Trattament tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni fis-segment tat-tieni telf jew aħjar fi programm ABCP

Soġġetta għad-disponibbiltà ta’ trattament aktar favorevoli għal faċilitajiet ta’ likwidità mhux klassifikati skont l-Artikolu 250 l-istituzzjoni tista’ tapplika għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li jilħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin piż ta’ riskju li huwa l-ikbar minn 100% jew l-ogħla mill-piżijiet ta’ riskju li jkunu applikati għal kull waħda mill-iskoperturi titolizzati skont Kapitolu 2 minn istituzzjoni li għandha l-iskoperturi:

(a)          il-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni għandha tkun f’segment li huwa ekonomikament f’pożizzjoni tat-tieni segment ta' telf jew aħjar fit-titolizzazzjoni u fl-ewwel segment ta' telf għandu jipprovdi titjib fil-kreditu sinifikanti għat-tieni segment ta' telf;

(b)          il-kwalità tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni għandha tkun ekwivalenti għall-grad tal-investiment jew aħjar;

(c)          il-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni għandha tinżamm minn l-istituzzjoni li ma għandhiex pożizzjoni fis-segment tal-ewwel telf.

Artikolu 250 Trattament ta’ faċilitajiet ta’ likwidità mhux klassifikati

1. L-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw fattur ta’ konverżjoni ta’ 50% għall-ammont nominali tal-faċilità ta’ likwidità mhux klassifikata sabiex tiddetermina l-valur tal-iskopertura tagħha meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)     id-dokumentazzjoni tal-faċilità ta’ likwidità għandha tidentifika biċ-ċar u tillimita ċ-ċirkostanzi skont liema l-faċilità tista’ tinġibed;

(b)     ma għandux ikun possibbli għall-faċilità li tinġibed biex tipprovdi appoġġ ta’ kreditu billi tkopri t-telf diġà mġarrab fi żmien il-ġbid u b’mod partikolari sabiex ma tipprovdix likwidità fir-rigward ta’ skoperturi inadempjenti fi żmien il-ġbid jew sabiex jinkisbu assi f’valur ogħla minn dak ġust;

(c)     il-faċilità ma għandhiex tintuża sabiex tipprovdi finanzjament permanenti jew regolarli għat-titolizzazzjoni;

(d)     ripagament ta' ġbid fuq il-faċilità ma għandux ikun subordinat għall-pretensjonijiet tal-investituri għajr għal pretensjonijiet li jiġu fir-rigward tar-rata tal-imgħax jew il-kuntratti derivati mill-muniti, tariffi jew pagamenti simili oħrajn, u lanqas ma jkun soġġett għal rinunzja jew diferiment;

(e)     ma għandux ikun possibbli għall-faċilità li tinġibed wara li t-titjib ta’ kreditu applikabbi kollu li tkun tibbenefika minnu l-faċilità ta’ likwidità jiġi eżewrit;

(f)      il-faċilità għandha tinkludi dispożizzjoni li tirriżulta fi tnaqqis awtomatiku fl-ammont li jista’ jinġibed mill-ammont ta’ skoperturi li huma f’inadempjenza, fejn ‘inadempjenza’ għandha t-tifsira mogħti lilha fil-Kapitolu 3, jew fejn il-pula ta’ skoperturi titolizzati tikkonsisti fi strumenti klassifikati, li tittermina l-faċilità jekk il-kwalità medja tal-pula taqa’ taħt il-grad tal-investiment.

Il-piż ta’ riskju li għandu jkun applikat għandu jkun l-ogħla piż ta’ riskju li jkun applikat lil kwalunkwe waħda mill-iskoperturi titolizzati skont il-Kapitolu 2 mill-istituzzjoni li għandha l-iskoperturi.

2. Sabiex jiġi determinat il-valur tal-iskopertura ta’ faċilitajiet ta’ avvanz ta' flus, fattur ta’ konverżjoni ta’ 0% jista’ jiġi applikat għall-ammont nominali ta’ faċilità ta’ likwidità li hija kanċellabbli mingħajr kundizzjoni jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 jiġu ssodisfati u r-ripagament tal-ġibdiet fuq il-faċilità huma prijoritarji fuq kull pretensjoni oħra fuq il-flussi tal-flus li ġejjin mill-iskoperturi titolizzati.

Artikolu 251 Rekwiżiti addizzjonali tal-fondi proprji għal titolizzazzjonijiet ta’ skoperturi rotanti b’dispożizzjonjiet ta’ ammortizzazzjoni bikrija

1. Fejn hemm titolizzazzjoni ta’ skoperturi rotanti soġġetti għal dispożizzjoni ta’ ammortizzazzjoni bikrija, l-istituzzjoni oriġinatriċi għandha tikkalkula ammont ta’ skoperturi addizzjonali ppeżati skont ir-riskju fir-rigward tar-riskji li l-livelli ta’ riskju ta’ kreditu li hija esposta għalihom jistgħu jiżdiedu wara t-tħaddim tad-dispożizzjoni ta’ ammortizzazzjoni bikrija, skont dan l-Artikolu.

2. L-istituzzjoni għandha tikkalkula ammont ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju fir-rigward tas-somma tal-valur tal-iskopertura tal-imgħax tal-oriġinatriċi u tal-imgħax tal-investitur.

Għal strutturi ta’ titolizzazzjoni fejn l-iskoperturi titolizzati jikkonsisti fi skoperturi rotanti u mhux rotanti, l-istituzzjoni oriġinatriċi għandha tapplika t-trattament stabbilit fil-paragrafi 3 sa 6 għal dak il-porzjon tal-pula sottostanti li fih skoperturi rotanti.

Il-valur tal-iskopertura tal-imgħax tal-oriġinatriċi għandu jkun il-valur tal-iskopertura tal-parti nozzjonali ta’ pula ta’ ammonti miġbuda mibjugħa f’titolizzazzjoni, li l-proporzjon tiegħu relatat mal-ammont tal-pula totali mibjugħ fl-istruttura jiddetermina l-proporzjon tal-flussi ta’ flus ġenerati mill-kapital u l-ġbir tal-imgħax u ammonti assoċjati oħrajn li mhumiex disponibbli sabiex jagħmlu pagamenti lil dawk li għandhom pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni fit-titolizzazzjoni. L-imgħax tal-oriġinatriċi ma għandux ikun subordinat għall-imgħax tal-investituri. Il-valur tal-iskopertura tal-imgħax tal-investituri għandu jkun il-valur tal-iskopertura tal-parti nozzjonali li jifdal mill-pula ta’ ammonti miġbuda.

L-ammont ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju fir-rigward tal-valur tal-iskopertura tal-imgħax tal-oriġinatriċi għandu jiġi kkalkolat bħal dak għal skopertura prorata lill-iskoperturi titolizzati daqs li kieku ma ġewx titolizzati.

3. Oriġinaturi tat-tipi ta’ titolizzazzjoni li ġejjin huma eżenti mill-kalkolu ta’ ammont ta’ skoperturi addizzjonali ppeżati skont ir-riskju fil-paragrafu 1:

(a)     titolizzazzjonijiet ta’ skoperturi rotanti fejn l-investituri jibqgħu esposti kompletament għall-ġbid futur kollu mill-mutwatarji sabiex ir-riskju fuq il-faċilijitajiet sottostanti ma jmurx lura lejn l-istituzzjoni oriġinatriċi anki wara li jkun seħħ avveniment ta’ ammortazzjoni bikrija;

(b)     titolizzazzjonijiet fejn kwalunkwe dispożizzjoni ta’ ammortizzazzjoni bikrija hija skattata biss minn avvenimenti mhux relatati mal-prestazzjoni tal-assi titolizzati jew l-istituzzjoni oriġinatriċi, bħal bidliet materjali fil-liġijiet jew regolamenti tat-taxxa.

4. Għall-istituzzjoni oriġinatriċi soġġetta għall-kalkolu ta’ ammont ta’ skoperturi addizzjonali ppeżati skont ir-riskju skont il-paragrafu 1 l-ammonti totali ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju fir-rigward tal-pożizzjonijiet tagħha fl-imgħax tal-investituri u l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju kkalkolati skon il-paragrafu 1 ma għandux ikun aktar mill-ikbar ta':

(a)     l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju kkalkolati fir-rigward tal-pożizzjonijiet tagħha fl-imgħax tal-investituri;

(b)     l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju li jiġu kkalkolati fir-rigward tal-iskoperturi titolizzati minn istituzzjoni li għandha l-iskoperturi daqs li kieku ma ġewx titolizzati f’ammont daqs l-imgħax tal-investituri.

Tnaqqis ta’ qligħ nett, jekk ikun hemm, li jkun ġej mill-kapitalizzazzjoni ta’ dħul futur meħtieġ skont l-Artikolu 29(1), għandu jiġi ttrattat barra l-ammont indikat fis-subparagrafu preċedenti.

5. L-ammont ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju li għandu jiġi kkalkolat skont il-paragrafu 1 għandu jiġi ddeterminat billi jiġi multiplikat il-valur tal-iskopertura tal-imgħax tal-investituri bil-prodott tal-fattur ta’ konverżjoni xieraq kif inhu indikat fil-paragrafi 6 sa 9 u l-piż ta’ riskju medju ppeżat li jkun japplika għall-iskoperturi titolizzati kieku l-iskoperturi ma ġewx titolizzati.

Dispożizzjoni ta’ ammortizzazzjoni bikrija għandha tiġi kkunsidrata bħala kkontrollata jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)     l-istituzzjoni oriġinatriċi għandha pjan ta’ likwidità/fondi proprji xieraq fis-seħħ sabiex tiżgura li għandha biżżejjed fondi proprji u likwidità disponibbli f’każ ta’ ammortizzazzjoni bikrija;

(b)     matul it-tul ta-żmien tat-tranżazzjoni hemm qsim pro rata bejn l-imgħax tal-oriġinatriċi u l-imgħax tal-investitur tal-pagamenti tal-imgħax u l-kapital, l-infiq, it-telf u l-irkupri bbażati fuq il-bilanċ tar-reċivibbli pendenti f’punti ta’ referenza wieħed jew aktar matul kull xahar;

(c)     il-perjodu ta’ ammortizzazzjoni huwa kkunsidrat suffiċjenti għal 90% tad-dejn totali (imgħax tal-oriġinatriċi u tal-investitur) pendenti fil-bidu tal-perjodu ta’ ammortizzazzjoni bikrija li jkun ġie ripagat jew rikonoxxut inadempjenti;

(d)     il-veloċità tal-ripagament mhijiex aktar veloċi minn dik li tinkiseb minn ammortizzazzjoni fl-linja dritta fil-perjodu stabbilit fil-punt (c).

6. Fil-każ ta’ titolizzazzjonijiet soġġetti għal dispożizzjoni ta’ ammortizzazzjoni bikrija tal-iskoperturi fil-livell tal-konsumaturi li mhumiex impenjati u kanċellabbli mingħajr kundizzjoni mingħajr notifika minn qabel, fejn l-ammortizzazzjoni bikrija hija skattata mil-livell tal-firxa żejda li taqa’ f’livell speċifiku, l-istituzzjonijiet għandhom iqabblu l-livell medju ta’ firxa żejda fuq tliet xhur mal-livelli ta’ firxa żejda li fihom il-firxa żejda teħtieġ tiġi mblukkata.

Fejn it-titolizzazzjoni ma teħtieġx l-imblukkar tal-firxa żejda, il-punt ta’ mblukkar huwa meqjus bħala 4.5 punti perċentwali akbar mil-livell ta’ firxa żejda li fih tiġi skattata ammortizzazzjoni bikrija.

Il-fattur ta’ konverżjoni li jrid jiġi applikat għandu jiġi determinat mil-livell tal-firxa żejda medja attwali fuq tliet xhur skont it-Tabella 2.

Tabella 2

|| Titolizzazzjonijiet soġġetti għal dispożizzjoni ta’ ammortizzazzjoni bikrija kontrollata || Titolizzazzjonijiet soġġetti għal dispożizzjoni ta’ ammortizzazzjoni bikrija mhux kontrollata

firxa żejda medja fuq 3 xhur || Fattur ta’ konverżjoni || Fattur ta’ konverżjoni

Fuq il-livell A || 0 % || 0 %

Level A || 1 % || 5 %

Livell B || 2 % || 15 %

Livell C || 10 % || 50 %

Livell D || 20 % || 100 %

Livell E || 40 % || 100 %

fejn:

(a)     ‘Livell A’ jirreferi għal livelli ta’ firxa żejda inqas minn 133.33% tal-livell ta’ mblukkar tal-firxa żejda iżda mhux inqas minn 100% ta’ dak il-livell ta’ mblukkar;

(b)     ‘Livell B’ jirreferi għal livelli ta’ firxa żejda inqas minn 100% tal-livell ta’ mblukkar tal-firxa żejda iżda mhux inqas minn 75% ta’ dak il-livell ta’ mblukkar;

(c)     ‘Livell C’ jirreferi għal livelli ta’ firxa żejda inqas minn 75% tal-livell ta’ mblukkar tal-firxa żejda iżda mhux inqas minn 50% ta’ dak il-livell ta’ mblukkar;

(d)     ‘Livell D’ jirreferi għal livelli ta’ firxa żejda inqas minn 50% tal-livell ta’ mblukkar tal-firxa żejda iżda mhux inqas minn 25% ta’ dak il-livell ta’ mblukkar;

(e)     ‘Livell E’ jirreferi għal livelli ta’ firxa żejda inqas minn 25% tal-livell ta’ mblukkar tal-firxa żejda.

7. Fil-każ ta’ titolizzazzjonijiet soġġetti għal dispożizzjoni ta’ amortizzazzjoni bikri tal-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur li mhumiex impenjati u kanċellabbli mingħajr kundizjonijiet u mingħajr avviż minn qabel, u fejn l-ammortizzazzjoni bikri tiġi skattat b’valur kwantitattiv fir-rigward ta’ xi ħaġa oħra apparti mill-firxa żejda medja ta’ tliet xhur, soġġett għal permess mill-awtoritajiet kompetenti, l-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw trattament li japprossima mill-qrib dak preskritt fil-paragrafu 6 sabiex jiġi ddeterminat il-fattur ta’ konverżjoni indikat. L-awtorità kompetenti għandha tagħti permess, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)     dan it-trattament huwa aktar xieraq għax id-ditta tista’ tistabbilixxi miżura kwantitattiva ekwivalenti, fir-rigward tal-valur kwantitattiv li jiskatta ammortizzazzjoni bikrija, għal-livell ta’ mblukkar ta’ firxa żejda;

(b)     dan it-trattament iwassal għal miżura tar-riskju li r-riskju ta’ kreditu li għalih hija esposta l-istituzzjoni jista’ jiżdied wara t-tħaddim tad-dispożizzjoni ta’ ammortizzazzjoni bikrija li hija prudenti bħal dik ikkalkolata skont il-paragrafu 6.

8. It-titolizzazzjonijiet l-oħra kollha soġġetti għal dispożizzjoni ta’ ammortizzazzjoni bikrija kontrollata tal-iskoperturi rotanti għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta’ konverżjoni ta’ 90%.

9. It-titolizzazzjonijiet l-oħra kollha soġġetti għal dispożizzjoni ta’ ammortizzazzjoni bikrija mhux kontrollata tal-iskoperturi rotanti għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta’ konverżjoni ta’ 100%.

Artikolu 252 Mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu għal pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni soġġetti għall-Approċċ Standardizzat

Fejn il-protezzjoni ta’ kreditu tinkiseb fuq pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni, il-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju jistgħu jiġu modifikati skont il-Kapitolu 4.

Artikolu 253 Tnaqqis fl-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju

Fejn pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni tkun assenjata piż ta’ riskju ta’ 1250%, b’konformità mal-Artikolu 33(1)(k) l-istituzzjonijiet jistgħu, bħala alternattiva għall-inklużjoni tal-pożizzjoni fil-kalkolu tagħhom tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju, inaqqsu l-valur tal-iskopertura tal-pożizzjoni mill-fondi proprji. Għal dan il-għan, il-kalkolu tal-valur tal-iskopertura jista’ jirrefletti l-protezzjoni ta' kreditu ffinanzjata eliġibbli b’mod konsistenti mal-Artikolu 252.

Fejn l-istituzzjoni oriġinatriċi tagħmel użu minn din l-alternattiva, tista’ tnaqqas 12.5 darbiet l-ammont imnaqqas skont l-Artikolu 33(1)(k) mill-ammont speċifikat fl-Artikolu 247 bħala l-ammont ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju li attwalment ikunu kkalkolati għall-iskoperturi titolizzati li kieku ma ġewx titolizzati.

Subtaqsima 4 Kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont l-Approċċ IRB

Artikolu 254 Ġerarkija tal-metodi

1. L-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-metodi skont il-ġerarkija li ġejja:

(a)     għal pożizzjoni klassifikata jew pożizzjoni li fir-rigward tagħha tista’ tintuża klassifikazzjoni inferita, għandu jintuża l-Metodu Bbażat fuq il-Klassifikazzjonijiet stabbilit fl-Artikolu 256 sabiex jiġi kkalkolat l-ammont ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju;

(b)     għal pożizzjoni mhux klassifikata l-istituzzjoni tista’ tuża l-Metodu tal-Formula Superviżorja stabbilit fl-Artikolu 257 fejn tista’ tipproduċi stimi tal-PD, u fejn applikabbli l-EAD u l-LGD bħala inputs fil-Metodu tal-Formula Superviżorja skont ir-rekwiżiti għall-istima ta’ dawk il-parametri skont l-approċċ Ibbażat fuq il-Klassifikazzjoni Interna skont it-Taqsima 3. L-istituzzjoni għajr l-istituzzjoni oriġinatriċi tista’ tuża biss il-Metodu tal-Formula Superviżorja soġġetta għall-permess tal-awtoritajiet kompetenti, li għandu jingħata fejn l-istituzzjoni tissodisfa l-kundizzjoni mogħtija fis-sentenza preċedenti;

(c)     bħala alternattiva għall-punt (b) u għal pożizzjonijiet mhux klassifikati fil-programm ABCP biss, l-istituzzjoni tista’ tuża l-Approċċ ta’ Valutazzjoni Interna kif stabbilit fil-paragrafu 3 jekk l-awtoritajiet kompetenti ppermettewlha tagħmel dan;

(d)     fil-każijiet kollha l-oħra għandu jiġi assenjat piż ta’ riskju ta’ 1250% lill-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li mhumiex klassifikati.

2. Għall-finijiet tal-użu tal-klassifikazzjonijiet inferiti, l-istituzzjoni għandha tattribwixxi lil pożizzjoni mhux klassifikata valutazzjoni ta’ kreditu inferita ekwivalenti għall-valutazzjoni ta’ kreditu ta’ pożizzjoni ta’ referenza klassifikata li hija l-aktar pożizzjoni prijoritarja li fl-aspetti kollha hija subordinata għall-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni mhux klassifikata inkwistjoni u tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)     il-pożizzjonijiet ta’ referenza jridu jkunu subordinati fl-aspetti kollha għall-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni mhux klassifikata;

(b)     il-maturità tal-pożizzjoni ta’ referenza għandha tkun ugwali jew itwal minn dik tal-pożizzjoni mhux klassifikata inkwistjoni;

(c)     fuq bażi kontinwa, kwalunkwe klassifikazzjoni inferita għandha tiġi aġġornata sabiex tirrefletti kull bidla fil-valutazzjoni ta’ kreditu tal-pożizzjonijiet ta’ referenza.

3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu permess lill-istituzzjonijet ta’ kreditu sabiex jużaw l-‘Approċċ ta’ Valutazzjoni Interna’ kif stabbilit fil-paragrafu 4 fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)     pożizzjonijiet fil-karta kummerċjali maħruġa mill-programm ABCP għandhom ikunu pożizzjonijiet klassifikati;

(b)     il-valutazzjoni interna tal-kwalità ta’ kreditu tal-pożizzjoni għandha tirrefletti l-metodoloġija tal-valutazzjoni disponibbli pubblikament ta’ ECAI waħda jew aktar eliġibbli, għall-klassifikazzjoni ta’ titoli sostnuti minn skoperturi tat-tip titolizzati;

(c)     l-ECAIs, li l-metodoloġija tagħhom għandha tkun riflessa kif meħtieġ mill-punt (b), għandhom jinkludi dawk l-ECAIs li pprovdew klassifikazzjoni esterna għall-karta kummerċjali maħruġa mill-prgramm ABCP. Elementi kwantitattivi, bħal fatturi ta’ stress, użati fil-valutazzjoni tal-pożizzjoni għal kwalità ta’ kreditu partikolari għandhom ikunu konservattivi tal-inqas daqs dawk użati fil-metodoloġija ta’ stima relevanti tal-ECAIs inkwistjoni;

(d)     waqt li tiżviluppa l-metodoloġija tal-valutazzjoni interna tagħha l-istituzzjoni għandha tikkunsidra l-metodoloġiji ta’ klassifikazzjoni pubblikati relevanti tal-ECAIs eliġibbli li jikklassifikaw il-karta kummerċjali tal-programm ABCP. Din il-kunsiderazzjoni għandha tiġi dokumentata mill-istituzzjoni u aġġornata regolarment, kif spjegat fil-punt (g);

(e)     il-metodoloġija tal-valutazzjoni interna tal-istituzzjoni għandha tinkludi gradi tal-klassifikazzjonijiet. Għandu jkun hemm korrispondenza bejn tali gradi tal-klassifikazzjoni u l-valutazzjonijiet ta’ kreditu tal-ECAIs eliġibbli. Din il-korrispondenza għandha tiġi dokumentata b’mod espliċitu;

(f)      il-metodoloġija tal-valutazzjoni interna għandha tintuża fil-proċessi interni tal-immaniġjar tar-riskji tal-istituzzjoni, inklużi t-teħid ta’ deċiżjonijiet, l-informazzjoni tal-maniġment u l-proċessi ta’ allokazzjoni tal-kapital intern;

(g)     awdituri interni jew esterni, ECAI, jew l-analiżi tal-kreditu intern jew il-funzjoni tal-immaniġjar tar-riskji tall-istituzzjoni għandhom iwettqu analiżijiet regolari tal-proċess ta’ valutazzjoni intern u l-kwalità tal-valutazzjonijiet interni tal-kwalità ta’ kreditu tal-iskoperturi tal-istituzzjoni għal programm ABCP. Jekk il-awditjar intern tal-istituzzjoni, l-analiżi tal-kreditu, jew il-funzjonijiet tal-immaniġjar tar-riskju jwettqu l-analiżi, dawn il-funzjonijiet għandhom ikunu indipendenti mil-linja tan-negozju tal-programm ABCP, kif ukoll mir-relazzjoni mal-klijenti;

(h)     l-istituzzjoni għandha tosserva l-prestazzjoni tal-klassifikazzjonijiet interni tagħha maż-żmien sabiex tevalwa l-prestazzjoni tal-metodoloġiji tagħha ta’ valutazzjoni interna u għandha tagħmel aġġustamenti, kif ikun neċessarju, f’dik il-metodloġija meta l-prestazzjoni tal-iskoperturi tiddevja sikwit minn dik indikata mill-klassifikazzjonijiet interni;

(i)      il-programm ABCP għandu jinkludi l-istandards ta’ sottoskrizzjoni fil-forma ta’ linji gwida għall-kreditu u l-investiment. Sabiex jiddeċiedi fuq xiri ta’ assi, l-amministratur tal-programm ABCP għandu jikkonsidra t-tip ta’ assi li jkunu se jinxtraw, it-tip u l-valur monetarju tal-iskoperturi li jirriżultaw mid-dispożizzjoni ta’ faċilitajiet ta’ likwidità u titjib fil-kreditu, id-distribuzzjoni tat-telf, u l-iżolament legali u ekonomiku tal-assi trasferiti mill-entità li tbigħ l-assi. Analiżi ta’ kreditu tal-profil tar-riskju ta’ bejjiegħ tal-assi għandha titwettaq u għandha tinkludu analiżi tal-prestazzjoni finanzjarja fil-passat u dik mistennija fil-ġejjieni, il-pożizzjoni attwali fis-suq, il-kompetittività mistennija fil-ġejjieni, l-ingranaġġ, il-fluss tal-flus, il-kopertura tal-imgħax u l-klassifikazzjoni tad-dejn. Barra minn hekk, għandha titwettaq analiżi tal-istandards tas-sottoskrizzjoni, il-kapaċitajiet ta’ servicing, il-proċessi ta’ ġbir tal-bejjiegħ;

(j)      l-istandards ta’ sottoskrizzjoni tal-programm ABCP għandhom jistabbilixxu kriterji ta’ eliġibbiltà minimi li, b’mod partikolari:

(i)      jeskludu x-xiri ta’ assi li huma skaduti jew inadempjenti b’mod sinifikanti;

(ii)      jillimitaw konċentrazzjoni żejda għal obbligant individwali jew żona ġeografika;

(iii)     jillimitaw in-natura tal-assi li se jinxtraw;

(k)     il-programm ABCP għandu jkollu politiki u proċessi ta’ ġbir li jqisu l-kapaċità operazzjonali u l-kwalità ta’ kreditu tas-servicer. Il-programm ABCP għandha jimmitiga r-riskju relatat mal-prestazzjoni tal-bejjiegħ u s-servicer permezz ta’ diversi metodi, bħal skattaturi bbażati fuq il-kwalità ta’ kreditu kurrenti li tipprekludi t-taħlit ta’ fondi;

(l)      l-istima aggregata ta’ telf fuq pula ta’ assi li l-programm ABCP qed jikkonsidra jixtri għandha tqis is-sorsi kollha ta’ riskju potenzjali, bħar-riskju ta’ kreditu u ta’ dilwizzjoni. Jekk id-daqs tat-titjib fil-kreditu pprovdut mill-bejjiegħ huwa bbażat biss tat-telf relatat mal-kreditu, għandha tiġi stabbilita riżerva separata għar-riskju ta’ dilwizzjoni, jekk ir-riskju ta’ dilwizzjoni huwa materjali għall-pula ta’ skoperturi partikolari. Barra minn hekk, meta jdaqqas il-livell ta’ titjib meħtieġ, il-programm għandu janalizza diversi snin ta’ informazzjoni storika, inkluż it-telf, id-delinkwenzi, id-dilwizzjonijiet, u r-rata ta’ qligħ tar-reċivibbli;

(m)    il-programm ABCP għandu jinkorpora karatteristiċi strutturali, bħal skattaturi ta’ stralċ, fix-xiri ta’ skoperturi sabiex jimmitigaw id-deterjorament tal-kreditu potenzjali tal-portafoll sottostanti.

4. Skont l-Approċċ ta’ Valutazzjoni Interna, il-pożizzjoni mhux klassifikata għandha tiġi assenjata mill-istituzzjoni lil wieħed mill-gradi ta’ klassifikazzjoni stabbiliti fil-punt (e) tal-paragrafu 3. Il-pożizzjoni għandha tiġi attribwita klassifikazzjoni derivata identika bħal tal-valutazzjonijiet ta’ kreditu li jikkorrispondu għal dak il-grad ta’ klassifikazzjoni kif stabbilit fil-punt (e) tal-paragrafu 3. Fejn din il-klassifikazzjoni derivata hija, fil-bidu ta’ titolizzazzjoni, fil-livell tal-grad tal-investiment jew aħjar, għandha titqies identika bħal valutazzjoni ta’ kreditu eliġibbli minn ECAI eliġibbli għall-finijiet ta’ kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju.

5. L-istituzzjonijiet li kisbu permess sabiex jużaw l-Approċċ ta’ Valutazzjoni Interna ma għandhomx jirrikorru għall-użu ta’ metodi oħra sakemm ma jintlaħqux il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)     l-istituzzjoni wriet għas-sodisfazzjoni tal-awtorità kompetenti li l-istituzzjoni għandha raġuni tajba għalfejn tagħmel dan;

(b)     l-istituzzjoni rċeviet il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti.

Artikolu 255 Ammonti massimi ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju

Għall-istituzzjoni oriġinatriċi, l-istituzzjoni sponsor, jew istituzzjonijiet oħrajn li jistgħu jikkalkolaw KIRB, l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju kkalkolati fir-rigward tal-pożizzjonijiet tagħha f’titolizzazzjoni jistgħu jkunu limitati għal dak illi li kieku jipproduċi rekwiżit ta’ fondi proprji skont l-Artikolu 87(3) daqs is-somma ta’ 8% tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju li jkunu prodotti kieku l-assi titolizzati ma ġewx titolizzati u kienu fuq il-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni miżjuda bl-ammonti ta’ telf mistennija ta’ dawk l-iskoperturi.

Artikolu 256 Metodu bbażat fuq il-klassifikazzjonijiet

1. Skont il-Metodu Bbażat fuq il-Klassifikazzjonijiet, l-istituzzjoni għandha tikkalkula l-ammont ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju ta’ titolizzazzjoni jew rititolizzazzjoni klassifikata billi tapplika l-piż ta’ riskju relevanti għall-valur tal-iskopertura u timmoltiplika r-riżultat b’ 1.06.

Il-piż ta’ riskju relevanti għandu jkun il-piż ta’ riskju stabbilit fit-Tabella 4, li miegħu hija assoċjata l-valutazzjoni ta’ kreditu tal-pożizzjoni skont it-Taqsima 4.

Tabella 4

Livell tal-Kwalità ta’ Kreditu || Pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni || Pożizzjonijiet ta’ rititolizzazzjoni

Valutazzjonijiet ta’ kreditu għajr dawk f’terminu qasir || Valutazzjonijiet ta’ kreditu b’terminu qasir || A || B || C || D || E

1 || 1 || 7% || 12% || 20% || 20% || 30%

2 || || 8% || 15% || 25% || 25% || 40%

3 || || 10% || 18% || 35% || 35% || 50%

4 || 2 || 12% || 20% || || 40% || 65%

5 || || 20% || 35% || || 60% || 100%

6 || || 35% || 50% || 100% || 150%

7 || 3 || 60% || 75% || 150% || 225%

8 || || 100% || 200% || 350%

9 || || 250% || 300% || 500%

10 || || 425% || 500% || 650%

11 || || 650% || 750% || 850%

l-oħrajn kollha u dawk mhux klassifikati || 1250%

Il-piżijiet fil-kolonna C tat-Tabella 4 għandhom jiġu applikati fejn il-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni mhijiex pożizzjoni ta’ rititolizzazzjoni u fejn l-għadd effettiv ta’ skoperturi titolizzati huwa inqas minn sitta.

Għall-bqija tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li mhumiex pożizzjonijiet ta’ rititolizzazzjoni, għandhom jiġu applikati il-piżijiet fil-kolonna B sakemm il-pożizzjoni mhijiex l-aktar segment prijoritarju f’titolizzazzjoni, fejn f’dan il-każ għandhom jiġu applikati l-piżijiet fil-kolonna A.

Għall-pożizzjonijiet ta’ rititolizzazzjoni għandhom jiġu applikati l-piżijiet fil-kolonna E sakemm il-pożizzjoni ta’ rititolizzazzjoni mhijiex is-segment l-aktar prijoritarju tar-rititolizzazzjoni u l-ebda skopertura sottostanti ma kienu skoperturi ta’ rititolizzazzjoni huma stess, fejn f’dan il-każ għandhom jiġu applikati l-piżijiet fil-kolonna D.

Sabiex jiġi determinat jekk valur ta’ segment huwiex l-aktar prijoritarju, mhuwiex meħtieġ li jitqiesu l-ammonti dovuti skont ir-rata tal-imgħax jew il-kuntratti derivati fil-muniti, it-tariffi dovuti, jew pagamenti simili oħrajn.

Fil-kalkolu tal-għadd effettiv ta’ skoperturi, skoperturi multipli titolizzati għal obbligant wieħed għandhom jiġu ttrattati bħala skopertura waħda. L-għadd effettiv ta’ skoperturi huwa kkalkulat bħala:

fejn EADi tirrappreżenta s-somma tal-valur tal-iskoperturi tal-iskoperturi kollha għall-obbligant nru i. Jekk is-sehem tal-portafoll assoċjat mal-akbar skopertura, C1, huwa disponibbli, l-istituzzjoni tista’ tikkalkula N bħala 1/C1.

2. Il-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu fuq pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni tista’ tiġi rikonoxxuta skont l-Artikoli 23(1) u (4), soġġetta għall-kundizzjonijiet fl-Artikolu 242.

Artikolu 257 Metodu tal-formula superviżorja

1. Skont il-Metodu tal-Formula Superviżorja, il-piż ta’ riskju għall-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni għandu jiġi kkalkolat kif ġej soġġett għal livell minimu ta’ 20% għal pożizzjonijiet ta’ rititolizzazzjoni u 7% għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni kollha l-oħra:

fejn:

fejn:

;

;

;

;

;

;

;

;

;

τ =        1000;

ω = 20;

Beta [x; a, b] =           id-distribuzzjoni beta kumulattiva b’parametri a u b evalwati b’x;

T =       il-ħxuna tas-segment li fih tinsab il-pożizzjoni, imkejla bħala l-proporzjon ta’ (a) l-ammont nominali tas-segment għal (b) is-somma tal-ammonti nominali tal-iskoperturi li ġew titolizzati. Għal strumenti derivati elenkati fl-Anness II, għandha tintuża s-somma tas-sostitut attwali u l-iskopertura ta’ kreditu futura potenzjali kkalkolata skont il-Kapitolu 6 minflok l-ammont nominali;

KIRBR = il-proporjon ta’ (a) KIRB għal (b) is-somma tal-valur tal-iskoperturi tal-iskoperturi li ġew titolizzati, u huwa espress f’forma deċimali;

L =       il-livell ta’ titjib fil-kreditu, imkejjel bħala l-proporzjon tal-ammont nominali tas-segmenti kollha subordinati għal segment li fih tinsab il-pożizzjoni għas-somma tal-ammonti nominali tal-iskoperturi li ġew titolizzati. Dħul futur kapitalizzat ma għandux ikun inkluż fl-L imkejjel. L-ammonti dovuti mill-kontropartijiet għal strumenti derivati elenkati fl-Anness II li jirrappreżentaw segmenti aktar subordinati mis-segment inkwistjoni jistgħu jitkejlu bl-ispiża attwali tas-sostituzzjoni tagħhom, mingħajr l-iskoperturi ta’ kreditu futuri potenzjali, fil-kalkolu tal-livell ta’ titjib;

N =       l-għadd effettiv ta’ skoperturi ikkalkolati skont l-Artikolu 256. Fil-każ ta’ rititolizzazzjonijiet, l-istituzzjoni għandha tħares lejn l-għadd ta’ skoperturi ta’ titolizzazzjoni fil-pula u mhux lejn l-għadd ta’ skoperturi sottostanti fil-pulijiet oriġinali li minnhom jirriżultaw l-iskoperturi ta’ titolizzazzjoni sottostanti;

ELGD =         telf fil-każ ta’ inadempjenza medju ppeżat skont l-iskopertura, ikkalkolata kif ġej:

fejn:

LGDi = l-LGD medju assoċjat mal-iskoperturi kollha għall-obbligant nru i, fejn LGD huwa determinat skont il-Kapitolu 3. Fil-każ ta’ rititolizzazzjoni, għandu jiġi applikat LGD ta’ 100% għall-pożizzjonijiet titolizzati. Fejn ir-riskji ta’ inadempjenza u ta’ dilwizzjoni għal reċivibbli mixtrija huma ttrattai b’manjier aggregata fi ħdan titolizzazzjoni, l-input tal-LGDi għandu jiġu kkunsidrat bħala medju ppeżata tal-LGD għar-riskju ta’ kreditu u l-LGD ta’ 75% għar-riskju ta’ dilwizzjoni. Il-piżijiet għandhom ikunu t-tariffi awtononi tal-fondi proprji għar-riskji ta’ kreditu u ta’ dilwizzjoni rispettivament.

2. Fejn l-ammont nominali tal-ikbar skopertura titolizzata, C1, mhuwiex aktar minn 3% tas-somma tal-ammont nominali tal-iskoperturi titolizzati, milli, għall-finijiet tal-Metodu tal-Formula Superviżorja, l-istituzzjoni tista’ tiffisssa l-LGD= 50% u N daqs waħda milli ġejjin:

fejn:

Cm =     il-proporzjon tas-somma tal-ammonti nominali tal-ikbar skoperturi ‘m’ għas-somma tal-ammonti nozzjonali tal-iskoperturi titolizzati. Il-livell ta’ ‘m’ jista’ jiġi ffissat mill-istituzzjoni.

Għal titolizzazzjonijiet fejn materjalment l-iskoperturi titolizzati kollha huma skoperturi fil-livell tal-konsumaturi, l-istituzzjonijiet jistgħu, soġġetti għal permess mill-awtorità kompetenti, jużaw l-Metodu tal-Formula Superviżorja permezz tas-simplifikazzjonijiet h=0 u v=0, jekk in-numru effettiv ta’ skoperturi mhuwiex baxx u l-iskoperturi ma għandhomx konċentrazzjoni għolja.

3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu lill-ABE infurmata dwar l-użu li l-istituzzjonijiet jagħmlu mis-subparagrafu preċedenti. L-ABE għandha timmonitorja l-medda ta’ prattiki f’dan il-qasam u, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, toħroġ linji gwida.

4. Mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu fuq pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni jistgħu jiġu rikonoxxuti skont il-paragrafi 2 sa 4 tal-Artikolu 259, soġġetti għall-kundizzjonijiet fl-Artikolu 242.

Artikolu 258 Faċilitajiet ta’ Likwidità

1. Għall-finijiet ta’ determinazzjoni tal-valur tal-iskopertura ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni mhux klassifikata fil-forma ta’ faċilitajiet ta’ avvanz ta' flus, jista’ jiġi applikat fattur ta’ konverżjoni ta’ 0% għall-ammont nominali ta’ faċilità ta’ likwidità li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 250(2).

2. Fejn ma jkunx prattiku għall-istituzzjoni sabiex tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju għall-iskoperturi titolizzati bħallikieku ma ġewx titolizzati, l-istituzzjoni tista’, fuq bażi eċċezzjonali, tapplika tempranjament il-metodu stabbilit fil-paragrafu 3 għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju għal pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni mhux klassifikata fil-forma ta’ faċilità ta’ likwidità li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 250(1). L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar l-użu li jagħmlu tal-ewwel sentenza, flimkien mar-raġunijiet għall-użu u l-perjodu maħsub għall-użu.

3. L-ogħla piż ta’ riskju li jkun japplika taħt il-Kapitolu 2 għal kwalunkwe waħda mill-iskoperturi titolizzati, li kieku ma ġewx titolizzati, jista’ jiġi applikat għall-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni rappreżentata minn faċilità ta’ likwidità li tissodisfa l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 250(1). Sabiex jiġi determinat il-valur tal-iskopertura tal-pożizzjoni għandu jiġi applikat fattur ta’ konverżjoni ta’ 100 %.

Artikolu 259 Mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu għal pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni soġġetti għall-Approċċ IRB

1. Fejn l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju huma kkalkolati permezz tal-Metodu Bbażat fuq il-Klassifikazzjonijiet, il-valur tal-iskopertura jew il-piż ta’ riskju għall-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li fir-rigward tagħha nkisbet il-protezzjoni ta’ kreditu jista’ jiġi modifikat skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 4 kif japplikaw għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju fil-Kapitolu 2.

2. Fil-każ ta’ protezzjoni ta’ kreditu sħiħa, fejn l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju huma kkalkolati permezz tal-Metodu tal-Formula Superviżorja, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)     l-istituzzjoni għandha tiddetermina l-‘piż tar-riskju effettiv’ tal-pożizzjoni. Għandha tagħmel dan billi taqsam l-ammont ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju tal-pożizzjoni bil-valur tal-iskopertura tal-pożizzjoni u timmoltiplika r-riżultat b’100;

(b)     fil-każ ta’ protezzjoni ta' kreditu ffinanzjata, l-ammont ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni għandu jiġi kkalkolat billi jiġi multiplikat l-ammont ta’ skopertura ffinanzjata aġġustata skont il-protezzjoni tal-pożizzjoni (E*), kif ikkalkolat skont il-Kapitolu 4 għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont il-Kapitolu 2 billi għall-ammont ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni tittieħed l-E, bil-piż ta’ riskju effettiv;

(c)     fil-każ ta’ protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata, l-ammont ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni għandu jiġi kkalkolat billi jiġi multiplikat l-ammont ta’ protezzjoni aġġustat għal kwalunkwe diskrepanza fil-muniti u diskrepanza fil-maturità (GA) skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 4 bil-piż ta’ riskju tal-fornitur tal-protezzjoni; u billi dan jiżdied mal-ammont li jirriżulta billi jiġi multiplikat l-ammont tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni bil-GA imnaqqsa bil-piż ta’ riskju effettiv.

3. Fil-każ ta’ protezzjoni parzjali, fejn l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju huma kkalkolati permezz tal-Metodu tal-Formula Superviżorja, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)     jekk il-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu tkopri l-ewwel telf jew telfiet fuq bażi proporzjonali fuq il-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni, l-istituzzjoni tista’ tapplika l-paragrafu 2;

(b)     f’każijiet oħrajn, l-istituzzjoni għandha tittratta l-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni bħala żewġ pożizzjonijiet jew aktar bil-porzjon mhux koperta kkunsidata bħala l-pożizzjoni bl-inqas kwalità ta’ kreditu. Għall-finijiet ta’ kalkolu tal-ammont ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju għal din il-pożizzjoni, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 257 soġġetti għall-modifiki li T għandha tiġi aġġustata għal e* fil-każ ta’ protezzjoni ta' kreditu ffinanzjata; u għal T-g fil-każ ta’ protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata, fejn e* tiddenota l-porzjon ta’ E* għall-ammont nozzjonali totali tal-pula sottostanti, fejn E* huwa l-ammont ta’ skoperturi aġġustati tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni kkalkolata skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 4 kif japplikaw għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont il-Kapitolu 2 billi għall-ammont ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni tittieħed E; u g hija l-proporzjon tal-ammont nominali ta’ protezzjoni ta’ kreditu, aġġustata għal kull munita jew diskrepanza fil-maturità skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 4, għas-somma tal-ammonti ta’ skoperturi tal-iskoperturi titolizzati. Fil-każ tal-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata għandu jiġi applikat il-piż ta’ riskju tal-fornituri tal-protezzjoni għal dak il-porzjon tal-pożizzjoni li ma taqax fil-medda tal-valur aġġustat ta’ T.

4. Fejn, fil-każ ta’ protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata, l-awtoritajiet kompetenti taw permess lill-istituzzjoni sabiex tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju għal skoperturi diretti komparabbli għall-fornituri tal-protezzjoni skont il-Kapitolu 3, il-piż ta’ riskju g tal-iskoperturi għall-fornituri tal-protezzjoni skont l-Artikolu 230 għandu jiġi determinat kif speċifikat fil-Kapitolu 3.

Artikolu 260 Rekwiżiti addizzjonali tal-fondi proprji għal titolizzazzjonijiet ta’ skoperturi rotanti b’dispożizzjonjiet ta’ ammortizzazzjoni bikrija

1. Minbarra l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju kkalkolati fir-rigward tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni tagħhom, l-istituzzjoni oriġinatriċi għandha tikkalkula l-ammont ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont il-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 251 meta tbigħ skoperturi rotanti f’titolizzazzjoni li fiha dispożizzjoni ta’ ammortizzazzjoni bikrija.

2. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 251, il-valur tal-iskopertura tal-imgħax tal-oriġinaturi għandu jkun is-somma tal-elementi li ġejjin:

(a)     il-valur tal-iskopertura ta’ dik il-parti nozzjonali ta’ pula ta’ ammonti miġbuda mibjugħa f’titolizzazzjoni, li l-proporzjon tagħha relatata mal-ammont totali tal-pula mibjugħ fl-istruttura tiddetermina l-proporzjon tal-flussi tal-flus ġenerati mill-ġbir tal-kapital u tal-imgħax u ammonti assoċjati oħrajn li mhumiex disponibbli sabiex isiru pagamenti lil dawk li għandhom pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni fit-titolizzazzjoni;

(b)     il-valur tal-iskopertura ta’ dik il-parti tal-pula ta’ ammonti mhux miġbuda tal-linji ta’ kreditu, li l-ammonti miġbuda tagħhom inbiegħu fit-titolizzazzjoni, li l-proporzjon tagħhom għall-ammont totali ta’ dawn l-ammonti mhux miġbuda hija l-istess bħall-proporzjon tal-valur tal-iskopertura deskrit fil-punt (a) għall-valur tal-iskopertura tal-pula ta’ ammonti miġbuda mibjugħa fit-titolizzazzjoni.

L-imgħax tal-oriġinatriċi ma għandux ikun subordinat għall-imgħax tal-investituri.

Il-valur tal-iskopertura tal-imgħax tal-Investituri għandu jkun il-valur tal-iskopertura tal-parti nozzjonali tal-pula ta’ ammonti miġbuda li ma jaqgħux taħt il-punt (a) miżjuda bil-valur tal-iskopertura ta’ dik il-parti tal-pula ta’ ammonti mhux miġbuda tal-linji ta’ kreditu, li l-ammonti miġbuda tagħhom inbiegħu fit-titolizzazzjoni, li ma jaqgħux taħt il-punt (b).

3. L-ammont ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju fir-rigward tal-valur tal-iskopertura tal-imgħax tal-oriġinatriċi skont il-punt (a) tal-paragrafu 2 għandu jiġi kkalkolat bħal dak tal-iskopertura prorata għall-iskoperturi tal-ammonti miġbuda titolizzati daqs li kieku ma ġewx titolizzati u bħal dak tal-iskopertura prorata għall-ammonti mhux miġbuda tal-linji ta’ kreditu, li l-ammonti miġbuda tagħhom inbiegħu fit-titolizzazzjoni.

Artikolu 261 Tnaqqis fl-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju

1. L-ammont ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li hija assenjata piż ta’ riskju 1250 % jista’ jitnaqqas bi 12.5 darbiet l-ammont ta’ kwalunkwe aġġustamenti tal-kreditu speċifiku magħmula mill-istituzzjoni fir-rigward tal-iskoperturi titolizzati. Meta dawk l-aġġustamenti tal-kreditu speċifiku jitqiesu għal dan il-għan ma għandhomx jitqiesu għall-għan tal-kalkolu stabbilit fl-Artikolu 155.

2. L-ammont ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni jista’ jitnaqqas bi 12.5 darbiet l-ammont ta’ kwalunkwe aġġustament fil-kreditu speċifiku li jsiru mill-istituzzjoni fir-rigward tal-pożizzjoni.

3. Kif ipprovdut fl-Artikolu 33(1)(k) fir-rigward tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li għaliha japplika piż ta’ riskju ta’ 1250 %, l-istituzzjonijiet jistgħu, bħala alternattiva għall-inklużjoni tal-pożizzjoni fil-kalkolu tagħhom tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju, inaqqsu l-valur tal-iskopertura tal-pożizzjoni mill-fondi proprji filwaqt li jkunu soġġetti għal dan li ġej:

(a)     il-valur tal-iskopertura tal-pożizzjoni jista’ jittieħed mill-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju billi jiġi kkunsidrat kwalunkwe tnaqqis li jsir skont il-paragrafi 1 u 2;

(b)     il-kalkolu tal-valur tal-iskopertura jista’ jirrefletti l-protezzjoni eliġibbli ffinanzjata b’mod konsistenti mal-metodoloġija preskritta fl-Artikoli 242 u 259;

(c)     fejn jintuża l-Metodu tal-Formula Superviżorja sabiex jiġu kkalkolati l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u L < KIRBR u [L+T] > KIRBR il-pożizzjoni tista’ tiġi ttrattata bħala ż-żewġ pożizzjonijiet li għandhom L daqs KIRBR għall-pożizzjonijiet l-aktar prijoritarji.

4. Fejn l-istituzzjoni tuża l-opzjoni tal-paragrafu 3 tista’ tnaqqas għal 12.5 darbiet l-amount imnaqqas skont dak il-paragrafu mill-ammont speċifikat fl-Artikolu 255 bħala l-ammont li għalih jista’ jiġi limitat l-ammont ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju fir-rigward tal-pożizzjonijiet tiegħu f’titolizzazzjoni.

Taqsima 4 Valutazzjonijiet tal-Kreditu Esterni

Artikolu 262 Rikonoxximent tal-ECAIs

1. L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-valutazzjonijiet ta’ kreditu ta’ ECAI sabiex jiddeterminaw il-piż ta’ riskju ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni biss meta l-valutazzjoni ta’ kreditu tkun inħarġet minn ECAI jew ġiet approvata minn ECAI eliġibbli skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009.

2. L-ECAIs eliġibbli huma kollha aġenziji ta’ klassifikazzjoni ta’ kreditu li ġew reġistrati jew ċertifikati skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 u l-banek ċentrali li joħorġu klassifikazzjonijiet ta’ kreditu li huma eżenti mir-Regolament (KE) Nru 1060/2009.

3. L-ABE għandha tippubblika lista ta’ ECAIs eliġibbli.

Artikolu 263 Rekwiżiti li għandhom jintlaħqu mill-valutazzjonijiet ta’ kreditu tal-ECAIs

Għall-finijiet ta’ kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont it-Taqsima 3, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw valutazzjoni ta’ kreditu ta’ ECAI eliġibbli fil-każ biss li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)          ma għandu jkun hemm l-ebda diskrepanza bejn it-tipi ta’ pagamenti riflessi fil-valutazzjoni ta’ kreditu u t-tipi ta’ pagamenti li għalihom hija intitolata l-istituzzjoni skont il-kuntratt li jirriżulta fil-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni inkwistjoni;

(b)          il-valutazzjoni ta’ kreditu, il-proċeduri, is-suppożizzjonijiet tal-metodoloġiji u l-elementi ewlenin li huma l-bażi tal-valutazzjonijiet għandhom ikunu ġew ippubblikati mill-ECAI. Barra minn hekk, l-analiżi tat-telf u l-fluss tal-flus kif ukoll is-sensittività tal-klassifikazzjonijiet għal bidliet fis-suppożizzjonijiet ta’ klassifikazzjoni sottostanti, inkluża l-prestazzjoni tal-assi tal-pula, għandhom jiġu ppubblikati mill-ECAI. L-informazzjoni li tqiegħed għad-dispożizzjoni ta' għadd limitat ta’ entitajiet biss ma għandhiex tiġi kkunsidrata li ġiet ippubblikata. Il-valutazzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiġu inklużi fil-matriċi ta’ transizzjoni tal-ECAI;

(c)          il-valutazzjoni ta’ kreditu ma għandhiex tkun ibbażata jew parzjalment ibbażata fuq appoġġ mhux iffinanzjat provdut mill-istituzzjoni nnifisha. F’każ bħal dan, l-istituzzjoni għandha tikkunsidra l-pożizzjoni relevanti għall-finijiet ta’ kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju għal din il-pożizzjoni skont it-Taqsima 3 daqs li kieku ma kinitx klassifikata.

L-ECAI għandha timpenja ruħha sabiex tippubblika spjegazzjonijiet dwar kif il-prestazzjoni tal-assi tal-pula taffettwa din l-istima tal-kreditu.

Artikolu 264 Użu tal-valutazzjonijiet ta’ kreditu

1. L-istituzzjoni tista’ tinnomina ECAI eliġibbli jew aktar li l-valutazzjonijiet ta’ kreditu tagħhom għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi tagħha ppeżati skont ir-riskju skont il-Kapitolu (‘ECAI nominata’).

2. L-istituzzjoni għandha tuża l-valutazzjonijiet ta’ kreditu b’mod konsistenti u mhux b'mod selettiv fir-rigward tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni tagħha, skont il-prinċipji li ġejjin:

(a)     l-istituzzjoni ma tistax tuża l-valutazzjonijiet ta’ kreditu ta’ ECAI għall-pożizzjonijiet tagħha f’uħud mis-segmenti u l-valutazzjonijiet ta’ kreditu ta’ ECAI oħra għall-pożizzjonijiet tagħha f’segmenti oħra fi ħdan l-istess titolizzazzjoni li tista’ tkun jew ma tkunx ikklassifikata mill-ewwel ECAI;

(b)     fejn pożizzjoni għandha żewġ valutazzjonijiet ta’ kreditu minn ECAIs nominati, l-istituzzjoni għandha tuża dik il-valutazzjoni ta’ kreditu li hija l-inqas favorevoli;

(c)     fejn pożizzjoni għandha aktar minn żewġ valutazzjonijiet ta’ kreditu minn ECAIs nominati, għandhom jintużaw l-aktar żewġ valutazzjonijiet ta’ kreditu favorevoli. Jekk l-aktar żewġ valutazzjonijiet favorevoli huma differenti, għandha tintuża l-inqas favorevoli fosthom.

3. Fejn il-protezzjoni ta’ kreditu eliġibbli taħt il-Kapitolu 4 tkun provduta direttament għal SSPE, u dik il-protezzjoni tkun riflessa fil-valutazzjoni ta’ kreditu ta’ pożizzjoni minn ECAI nominata, jista’ jintuża l-piż ta’ riskju assoċjat ma’ dik il-valutazzjoni ta’ kreditu. Fejn il-protezzjoni ma tkunx eliġibbli taħt il-Kapitolu 4, il-valutazzjoni ta’ kreditu ma għandhiex tiġi rikonoxxuta. Fejn il-protezzjoni ta’ kreditu mhijiex provduta għal SSPE iżda hija provduta direttament għal pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni, il-valutazzjoni ta’ kreditu ma għandhiex tiġi rikonoxxuta.

Artikolu 265 Immappjar

L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi sabiex tiddetermina, għall-ECAIs kollha li huma eliġibbli, liema mil-livelli tal-kwalità ta’ kreditu stabbiliti f’dan il-Kapitolu huma assoċjati mal-valutazzjonijiet ta’ kreditu relevanti ta’ ECAI eliġibbli. Dawn id-determinazzjonijiet għandhom ikunu oġġettivi u konsistenti, u mwettqa skont il-prinċipji li ġejjin:

(a)          L-ABE għandha tiddestingwi bejn il-gradi relattivi tar-riskju espress minn kull valutazzjoni;

(b)          L-ABE għandha tikkonsidra l-fatturi kwantitattivi, bħall-inadempjenza u/jew ir-rati ta’ telf u l-prestazzjoni storika tal-valutazzjonijiet ta’ kreditu ta’ kull ECAI fost klassijiet ta’ assi differenti;

(c)          L-ABE għandha tikkonsidra l-fatturi kwaltitattivi bħall-medda ta’ tranżazzjonijiet valutati mill-ECAI, il-metodoloġija tagħha u s-sinifikat tal-valutazzjonijiet ta’ kreditu tagħha, b’mod partikolari jekk hux ibbażata fuq it-telf mistenni jew l-ewwel telf tal-Euro;

(d)          L-ABE għandha tipprova tiżgura li l-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li għalihom huwa applikat l-istess piż ta’ riskju fuq il-bażi tal-valutazzjonijiet ta’ kreditu tal-ECAIs eliġibbli jkunu soġġetti għal gradi ekwivalenti tar-riskji ta’ kreditu. L-ABE għandha tikkunsidra timmodifika d-determinazzjoni tagħha dwar il-livell tal-kwalità ta' kreditu li miegħu valutazzjoni ta' kreditu partikolari għandha tiġi assoċjata, kif xieraq.

L-ABE għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Kapitolu 6 Riskju ta’ kreditu tal-kontroparti

Taqsima 1 definizzjonijiet

Artikolu 266 Determinazzjoni tal-valur tal-iskopertura

1. L-istituzzjoni għandha tiddetermina l-valur tal-iskopertura tal-istrumenti derivati elenkati fl-Anness II skont dan il-Kapitolu.

2. L-istituzzjoni tista’ tiddetermina l-valur tal-iskopertura tat-tranżazzjonijiet ta’ riakkwist, tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b’self ta' titoli jew komoditajiet, tranżazzjonijiet b’saldu fit-tul u tranżazzjonijiet ta’ self marġinali skont dan il-Kapitolu minflok ma tuża dawk tal-Kapitolu 4.

Artikolu 267 Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu u t-Titolu VI, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

Termini ġenerali

1. ‘riskju ta’ kreditu tal-kontroparti’ (minn hawn ’il quddiem ‘CCR’) tfisser ir-riskju li l-kontraparti fi tranżazzjoni tista’ ssir inadempjenti qabel is-saldu finali tal-flussi tal-flus tat-tranżazzjoni;

Tipi ta’ tranżazzjoni

2. ‘tranżazzjonijiet b’saldu twil’ tfisser tranżazzjonijiet fejn kontraparti timpenja ruħha li tikkonsenja titolu, komodità jew ammont ta’ kambju għal flus, strumenti finanzjarji oħra, jew komoditajiet, jew viċe versa, f’data ta’ saldu jew konsenja speċifikata fil-kuntratt li hija aktar tard mill-istandard tas-suq għal din it-tip partikolari ta’ tranżazzjoni jew ħames ijiem ta' xogħol wara d-data li fiha l-istituzzjoni tidħol fit-tranżazzjoni, liema minnhom tkun l-ewwel;

3. ‘tranżazzjonijiet ta’ self ta’ marġinali’ tfisser tranżazzjonijiet li fihom l-istituzzjoni testendi kreditu b’konnessjoni mal-akkwist, il-bejgħ, iż-żamma f'portafoll jew in-negozjar tat-titoli. It-tranżazzjonijiet ta’ self marġinali ma jinkludux self ieħor li huwa ggarantit minn kollateral f’forma ta’ titoli;

Is-sett ta’ netting, is-setts ta’ ħħeġġjar, u termini relatati

4. ‘is-sett ta’ netting’ tfisser grupp ta’ tranżazzjonijiet bejn l-istituzzjoni u kontroparti waħda li hija soġġetta għal arranġament ta’ netting bilaterali li huwa legalment infurzabbli li huwa rikonoxxut skont it-Taqsima 7 u l-Kapitolu 4;

Kull tranżazzjoni li mhijiex soġġetta għal arranġament bilaterali ta’ netting legalement infurzabbli li huwa rikonoxxut fit-Taqsima 7 għandha tiġi ttrattata bħala s-sett ta’ netting proprju għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu;

Skont il-Metodu tal-Mudell Intern stabbilit fit-Taqsima 6, is-settijiet tan-netting b’kontroparti waħda jistgħu jiġu ttrattati bħala sett wieħed ta’ netting jekk il-valuri simulati negattivi tas-suq tas-settijiet ta’ netting individwali huma stabbiliti għal 0 fl-istima tal-iskopertura mistennija (minn hawn ’il quddiem ‘EE’);

5. ‘pożizzjoni ta’ riskju’ tfisser numru ta’ riskju li huwa assenjat lil tranżazzjoni skont il-Metodu Standardizzat stabbilit fit-Taqsima 5 wara algoritmika predeterminata;

6. ‘sett ta’ ħħeġġjar’ tfisser grupp ta’ pożizzjonijiet ta’ riskju li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet fi ħdan sett wieħed ta’ netting, fejn jintuża biss il-bilanċ ta’ dawk il-pożizzjonijiet ta’ riskju sabiex jiġi determinat il-valur tal-iskopertura skont il-Metodu Standardizzat stabbilit fit-Taqsima 5;

7. ‘ftehim marġinali’ tfisser ftehim jew dispożizzjonijiet ta’ ftehim li taħtu kontroparti trid tforni kollateral lit-tieni kontroparti meta skopertura ta’ dik it-tieni kontroparti taqbeż livell speċifikat għall-ewwel kontroparti;

8. ‘limitu massimu marġinali’ tfisser l-akbar ammont ta’ skopertura li jifdal pendenti qabel ma parti waħda jkollha d-dritt issejjaħ għal kollateral;

9. ‘perjodu marġinali ta’ riskju’ tfisser il-perjodu mill-iskambju l-aktar reċenti tal-kollateral li jkopri sett ta’ netting ta’ tranżazzjonijiet ma' kontroparti inadempjenti sakemm it-tranżazzjonijiet jingħalqu u r-riskju tas-suq li jirriżulta jerġa’ jiġi ħħeġġjat;

10. ‘il-maturtà effettiva skont il-Metodu tal-Mudell Intern għal sett ta’ netting b’maturità akbar minn sena’ tfisser il-proporzjon tas-somma tal-iskopertura mistennija tul il-ħajja tat-tranżazzjonijiet fis-sett ta’ netting skontati għar-rata ta’ mingħajr riskju tar-rendiment, maqsuma mis-somma tal-iskopertura mistennija fuq sena f’sett ta’ netting skontat għar-rata ta’ mingħajr riskju;

Il-maturità effettiva tista’ tiġi aġġustata sabiex tirrefletti r-riskju rollover billi tiġi sostitwita l-iskopertura mistennija b’skopertura mistennija effettiva għall-previżjoni tal-perjodi iqsar minn sena;

11. ‘netting bejn prodott u ieħor (cross-product netting)’ tfisser l-inklużjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ kategoriji differenti ta’ prodotti fi ħdan l-istess sett ta’ netting skont ir-regoli tan-Netting Bejn Prodott u ieħor stabbiliti f’dan il-Kapitolu;

12. ‘il-Valur Attwali tas-Suq’ (minn hawn ’il quddiem ‘CMV’) għall-finijiet tat-Taqsima 5 jirreferi għall-valur tas-suq nett tal-portafoll ta’ tranżazzjonijiet fis-sett ta’ netting, fejn kemm il-valuri tas-suq pożittivi kif ukoll dawk negattivi jintuża fil-kalkolu tas-CMV;

Distribuzzjonijiet

13. ‘distribuzzjoni tal-valuri tas-suq’ tfisser it-tbassir tad-distribuzzjoni tal-probabbiltà tal-valuri netti tas-suq tat-tranżazzjonijiet fi ħdan sett ta’ netting għal data fil-ġejjieni (il-perjodu tat-tbassir), skont il-valur tas-suq realizzat ta’ dawn it-tranżazzjonijiet fid-data tat-tbassir;

14. ‘distribuzzjoni tal-iskoperturi’ tfisser it-tbassir tad-distribuzzjoni tal-probabbiltà tal-valuri tas-suq li tiġi ġenerata billi waqt it-tbassir il-valuri negattivi netti tas-suq jiġu stipulati bħala żero;

15. ‘distribuzzjoni newtrali għar-riskji’ tfisser distribuzzjoni tal-valuri tas-suq jew skoperturi f’perjodu fil-ġejjieni fejn id-distribuzzjoni hija kkalkolata permezz ta’ valuri implikati tas-suq bħall-volatilitajiet implikati;

16. ‘distribuzzjoni attwali’ tfisser distribuzzjoni tal-valuri tas-suq jew skoperturi f’perjodu fil-ġejjieni fejn id-distribuzzjoni hija kkalkolata permezz ta’ valuri storiċi jew realizzati bħall-volatilitajiet kkalkolati permezz ta’ bidliet fil-prezz jew fir-rata fil-passat;

Miżuri u aġġustamenti tal-iskopertura

17. ‘skopertura attwali’ tfisser il-valur akbar minn żero u tas-suq ta’ tranżazzjoni jew portafoll ta’ tranżazzjonijiet fi ħdan sett ta’ netting ma’ kontroparti li kieku tintilef wara l-inadempjenza tal-kontroparti, bis-suppożizzjoni li ma jkun hemm l-ebda rkpuru fuq il-valur ta’ dawk it-tranżazzjonijiet fl-insolvenza jew fil-likwidazzjoni;

18. ‘skopertura massima’ tfisser perċentil għoli tad-distribuzzjoni tal-iskoperturi f’data partikolari fil-ġejjieni qabel id-data tal-maturità tal-itwal tranżazzjoni fis-sett ta’ netting;

19. ‘skopertura mistennija’ (minn hawnn ’il quddiem ‘EE’) tfisser il-medja tad-distribuzzjoni tal-iskoperturi f’data partikolari fil-ġejjieni qabel it-tranżazzjonil bl-itwal maturità fost il-maturitajiet fis-sett ta’ netting;

20. ‘skopertura effettiva mistennija f’data speċifika’ (minn hawn ’il quddiem ‘EE Effettiva’) tfisser l-akbar fost l-iskopertura mistennija f’dik id-data speċifika jew l-iskopertura effettiva mistennija fid-data minn qabel;

21. ‘skopertura pożittiva mistennija’ (minn hawn ’il quddiem ‘EPE’) tfisser il-medja ppeżata tul iż-żmien tal-iskoperturi mistennija, fejn il-piżijiet ikunu l-proporzjon tal-perjodu kollu li tirrappreżenta l-iskopertura mistennija individwali;

Meta jikkalkolaw ir-rekwiżit ta’ fondi proprji, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-medja fuq l-ewwel sena jew, jekk il-kuntratti kollha fis-sett ta’ netting jimmaturaw f’inqas minn sena, matul il-perjodu tal-kuntratt bl-itwal maturità fis-sett ta’ netting.

22. ‘skopertura pożittiva effettiva mistennija’ (minn hawn ’il quddiem ‘EPE effettiva’) tfisser il-medja ppeżata tal-iskopertura effettiva mistennija matul l-ewwel sena ta’ sett ta’ netting jew, jekk il-kuntratti kollha fis-sett ta’ netting jimmaturaw f’inqas minn sena, matul l-itwal perjodu tal-kuntratt bl-itwal maturità fis-sett ta’ netting, fejn il-piżijiet huma l-proporzjon tal-perjodu sħiħ li tirrappreżenta l-iskopertura mistennija individwali;

Riskji relatati mas-CCR

23. ‘riskju rollover’ tfisser l-ammont li bih l-EPE tiġi sottostimata meta tranżazzjonijiet futuri ma’ kontroparti jkunu mistennija li jitwettqu fuq bażi kontinwa;

L-iskopertura addizzjonali ġenerata minn dawn it-tranżazzjonijiet futuri mhijiex inkluża fil-kalkolu tal-EPE;

24. ‘kontroparti’ għall-finijiet tat-Taqsima 7 tfisser kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika li tidħol fi ftehim ta’ netting, u li għandha l-kapaċità kuntrattwali sabiex tagħmel dan;

25. ‘ftehim kuntrattwali ta’ netting bejn prodott u ieħor’ tfisser ftehim kuntrattwali bilaterali bejn l-istituzzjoni u kontroparti li joħloq obbligu legali wieħed (ibbażat fuq in-netting ta’ tranżazzjonijiet koperti) li jkopri l-ftehimiet ewlenin bilaterali kollha u tranżazzjonijiet li jappartjenu għal kategoriji differenti ta’ prodotti li huma inklużi fil-ftehim;

Għall-finijiet ta’ din id-definizzjoni, ‘kategoriji differenti ta’ prodotti’ tfisser:

(a)     tranżazzjonijiet ta’ riakkwist, tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b’self ta' titoli jew komoditajiet;

(b)     tranżazzjonijiet ta’ self marġinali;

(c)     il-kuntratti elenkati fl-Anness II;

26. ‘komponent ta’ pagament’ tfisser il-pagament miftiehem fi tranżazzjoni derivata ta’ OTC bi profil ta’ riskju linearli li jistipula l-iskambju ta’ strument finanzjarju għal pagament.

Fil-każ ta’ tranżazzjonijiet li jistipulaw l-iskambju ta’ pagament kontra pagament, dawk iż-żewġ komponenti ta’ pagament għandhom jikkonsistu f’pagamenti gross miftiehema kountrattwalment, inkluż l-ammont nozzjonali tat-tranżazzjoni.

Taqsima 2 Metodi għall-kalkolu tal-valur tal-iskopertura

Artikolu 268 Metodi għall-kalkolu tal-valur tal-iskopertura

1. L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura għall-kuntratti elenkati fl-Anness II fuq il-bażi ta’ wieħed mill-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3 sa 6 skont dan l-Artikolu.

Istituzzjoni li mhijiex eliġibbli għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 89 ma għandhiex tuża l-Metodu tal-Iskopertura Oriġinali. Sabiex tiddetermina l-valur tal-iskopertura għall-kuntratti elenkati fil-punt 3 tal-Anness II, l-istituzzjoni ma għandhiex tuża l-Metodu tal-Iskopertura Oriġinali.

Grupp tal-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3 sa 6 f’kombinazzjoni fuq bażi permanenti. Istituzzjoni waħda ma għandhiex tuża l-Metodu ta’ Pprezzar Skont il-Valur fis-Suq u l-Metodu tal-Iskopertura Oriġinali f’kombinazzjoni sakemm wieħed mill-metodi ma jintużax għall-każijiet stabbiliti fl-Artikolu 276(6).

2. Meta titħallew mill-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 277, l-istituzzjoni tista’ tiddetermina l-valur tal-iskopertura għall-elementi li ġejjin permezz tal-Metodu tal-Mudell Intern stabbilit fit-Taqsima 6:

(a)     il-kuntratti elenkati fl-Anness II;

(b)     tranżazzjonijiet ta’ riakkwist;

(c)     tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b’self ta' titoli jew komoditajiet;

(d)     tranżazzjonijiet ta’ self marġinali;

(e)     tranżazzjonijiet b’saldu twil.

3. Fejn l-istituzzjoni tixtri protezzjoni permezz ta’ derivat ta’ kreditu kontra skopertura tal-ktieb mhux tan-negozju jew kontra skopertura ta’ riskju ta’ kontraparti, tista’ tikkalkula r-rekwiżit tal-fondi proprji tagħha għall-iskopertura ħħeġġjata skont wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)     l-Artikolu 228 sa 231;

(b)     skont l-Artikolu 148(3), jew l-Artikolu 179, fejn il-permess ikun ingħata skont l-Artikolu 138.

Il-valur tal-iskopertura għandu jkun żero għas-CCR għal dawk id-derivati ta’ kreditu, sakemm l-istituzzjoni ma tapplikax l-approċċ (ii) fil-punt (h) tal-Artikolu 293(2).

4. Minkejja l-paragrafu 3, l-istituzzjoni tista’ tagħżel b’mod konsistenti li għall-finijiet ta’ kalkolu tar-rekwiżi tal-fondi proprji għar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti tinkludi d-derivati ta’ kreditu kollha mhux inklużi fil-portafoll tan-negozjar u mixtrija bħala protezzjoni kontra skopertura fil-ktieb mhux tan-negozju jew kontra skopertura ta’ riskju ta' kontraparti fejn il-protezzjoni ta’ kreditu hija rikonoxxuta skont dan ir-Regolament.

5. Fejn swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu mibjugħa mill-istituzzjoni huma ttrattati mill-istituzzjoni bħala l-protezzjoni ta’ kreditu provduta minn dik l-istituzzjoni u huma soġġetti għal rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ kreditu tas-sottostanti għall-ammont nozzjonali sħiħ, il-valur tal-iskopertura tagħhom għandu jkun żero għall-finijiet tas-CCR fil-ktieb mhux tan-negozju.

6. Skont il-metodi kollha stabbiliti fit-Taqsimiet 3 sa 6, il-valur tal-iskopertura għal kontroparti partikolari għandu jkun daqs is-somma tal-valuri tal-iskoperturi ikkalkolat għal kull sett ta’ netting ma’ dik il-kontraparti.

Fejn l-istituzzjoni tikkalkoli l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju li ġejjin minn derivati OTC skont il-Kapitolu 2, il-valur tal-iskopertura għal sett ta’ netting partikolari ta’ strumenti derivati OTC elenkati fl-Anness II ikkalkolat skont dan il-Kapitolu għandu jkun akbar minn żero u d-differenza bejn is-somma tal-valur tal-iskoperturi fis-settijiet kollha ta’ netting mal-kontroparti u s-somma tas-CVA għal dik il-kontoparti rikonoxxuti mill-istituzzjoni bħala tniżżil fil-valur imġarrab.

7. L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura għall-iskoperturi li ġejjin mit-tranżazzjonijiet b’saldu fit-tul permezz ta’ kwalunkwe wieħed mill-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3 sa 6, irrispettivament liema metodu tkun għażlet l-istituzzjoni sabiex tittratta d-derivati OTC u t-tranżazzjonijiet ta’ riakkwist, tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b’self ta' titoli jew komoditajiet, u tranżazzjonijiet ta’ self marġinal. Waqt li tkun qed tikkalkula r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għal tranżazzjonijiet b’saldu twil, l-istituzzjoni li tuża l-approċċ stabbilit fil-Kapitolu 3 tista’ tassenja l-piżijiet ta’ riskju skont l-approċċ stabbilit fil-Kapitolu 2 fuq bażi permanenti u irrispettivament mill-materjalità ta’ tali pożizzjonijiet.

8. Għall-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3 u 4, l-istituzzjoni għandha tadotta metodoloġija konsistenti għad-determinazzjoni tal-ammont nozzjonali, u għandha tiżgura li l-ammont nozzjonali li għandu jittieħed f’kunsiderazzjoni jipprovdi kejl xierqa tar-riskju inerenti fil-kuntratt. Fejn il-kuntratt jipprovdi għal multiplikazzjoni tal-flussi ta’ flus, l-ammont nozzjonali għandu jkun aġġustat mill-istituzzjoni sabiex jikkunsidra l-effetti tal-multiplikazzjoni fuq l-istruttura tar-riskju ta’ dak il-kuntratt.

Taqsima 3 Il-Metodu ta’ ppeżar skont il-valur fis-suq

Artikolu 269 Il-Metodu ta’ ppeżar skont il-valur fis-suq

1. Sabiex jiddeterminaw l-ispiża attwali tas-sostitutuzzjoni tal-kuntratti kollha b’valuri pożittivi, l-istituzzjonijiet għandhom jehmżu l-valuri attwali tas-suq mal-kuntratti.

2. Sabiex jiddeterminaw l-iskopertura ta’ kreditu futura potenzjali, l-istituzzjonijiet għandhom jimmultiplikaw l-ammonti nozzjonali jew il-valuri sottostanti, kif applikabbli, bil-perċentwali fit-Tabella 1 u skont il-prinċipji li ġejjin:

(a)     kuntratti li ma jaqgħux taħt waħda mill-ħames kategoriji indikati fit-Tabella 1 għandhom jiġu ttrattati bħala kuntratti li jikkonċernaw komoditajiet li mhumiex metalli prezzjużi;

(b)     għal kuntratti bi skambji multipli ta’ kapital, il-perċentwali għandhom jiġu multiplikati bin-numru tal-pagamenti li jifdal li għad iridu jsiru skont il-kuntratt;

(c)     għal kuntratti li huma strutturati sabiex jissaldaw skopertura pendenti wara dati ta’ pagament speċifikati u fejn it-termini jiġu reveduti sabiex il-valur tas-suq tal-kuntratt ikun żero f’dawk id-dati speċifikati, il-maturità reżidwa għandha tkun daqs iż-żmien sad-data ta’ reviżjoni li jmiss. Fil-każ ta’ kuntratti tar-rata tal-imgħax li jilħqu dawk il-kriterji u li jibqgħalhom maturità ta’ aktar minn sena, il-perċentwal ma għandux ikun inqas minn 0.5%.

Tabella 1

Maturità reżidwa || Kuntratti tar-rata tal-imgħax || Kuntratti li jikkonċernaw ir-rati tal-kambju u d-deheb || Kuntratti li jikkonċernaw l-ekwitajiet || Kuntratti li jikkonċernaw metalli prezzjużi għajr id-deheb || Kuntratti li jikkonċernaw komoditajiet għajr metalli prezzjużi

Sena jew inqas || 0 % || 1 % || 6 % || 7 % || 10 %

Aktar minn sena, iżda mhux aktar minn ħames snin || 0.5 % || 5 % || 8 % || 7 % || 12 %

Aktar minn ħames snin || 1.5 % || 7.5 % || 10 % || 8 % || 15 %

3. Għall-kuntratti relatati ma' komoditajiet għajr id-deheb, li huma msemmija fil-punt 3 tal-Anness II, l-istituzzjoni tista’, bħala alternattiva għall-applikazzjoni tal-perċentwali fit-Tabella 1, tapplika l-perċentwali fit-Tabella 2 jekk dik l-istituzzjoni ssegwi l-approċċ tal-iskala tal-maturità estiża stabbilit fl-Artikolu 350 għal dawk il-kuntratti.

Tabella 2

Maturità reżidwa || Metalli prezjużi (għajr id-deheb) || Metalli bażiċi || Prodotti agrikulturali (softs) || Oħrajn, inklużi prodotti enerġetiċi

Sena jew inqas || 2 % || 2,5 % || 3 % || 4 %

Aktar minn sena, iżda mhux aktar minn ħames snin || 5 % || 4 % || 5 % || 6 %

Aktar minn ħames snin || 7,5 % || 8 % || 9 % || 10 %

4. Is-somma tal-ispiża attwali fuq is-sostituzzjoni u l-iskopertura ta’ kreditu futura potenzjali hija l-valur tal-iskopertura.

Taqsima 4 metodu tal-iskopertura oriġinali

Artikolu 270 Metodu tal-iskopertura Oriġinali

1. Il-valur tal-iskopertura huwa l-ammont nozzjonali ta’ kull strument multiplikat bil-perċentwali stabbiliti fit-Tabella 3.

Tabella 3

Maturità oriġinali || Kuntratti tar-rata tal-imgħax || Kuntratti li jikkonċernaw ir-rati tal-kambju u d-deheb

Sena jew inqas || 0,5 % || 2 %

Aktar minn sena, mhux iktar minn sentejn || 1 % || 5 %

Konċessjonijiet addizzjonali għal kull sena addizzjonali || 1 % || 3 %

2. Għall-kalkolu tal-valur tal-iskopertura tal-kuntratti tar-rata tal-imgħax, l-istituzzjoni tista’ tagħżel li tuża jew il-maturità oriġinali jew dik reżidwa.

Taqsima 5 Metodu standardizzat

Artikolu 271 Metodu Standardizzat

1. L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-Metodu Standardizzat (minn hawn’il quddiem ‘SM’) biss għall-kalkolu tal-valur tal-iskopertura għal derivati OTC u tranżazzjonijiet b’saldu twil.

2. Meta japplikaw l-SM, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw il-valur tal-iskopertura b’mod separat għal kull sett ta’ netting, nett tal-kollateral, kif ġej:

fejn:

CMV = il-valur attwali fis-suq tal-portafoll tat-tranżazzjonijiet fi ħdan is-sett ta’ netting ma’ kontroparti gross bil-kollateral, fejn:

fejn:

CMVi = il-valur attwali tas-suq tat-tranżazzjoni i;

CMC = il-valur attwali tas-suq tal-kollateral assenjat għas-sett ta’ netting, fejn:

fejn

CMCl = il-valur attwali tas-suq ta’ kollateral l;

i =      indiċi li jiddiżinja t-tranżazzjoni;

l =      indiċi li jiddiżinja l-kollateral;

j =     indiċi li jiddiżinja il-kategorija tas-sett ta’ ħħeġġjar;

Is-settijiet ta’ ħħeġġjar għal dan il-għan jikkorrispondu għall-fatturi ta’ riskju li magħhom jistgħu jiġu paċuti l-pożizzjonijiet ta’ riskju tas-sinjal oppost sabiex irendu pożizzjoni ta’ riskju netta li fuqha l-kejl tal-iskopertura huwa mbagħad bbażat.

RPTij= pożizzjoni ta’ riskju mit-tranżazzjoni i fir-rigward tas-sett ta’ ħħeġġjar j;

RPClj = pożizzjoni ta’ riskju mill-kollateral l fir-rigward tas-sett ta’ ħħeġġjar j;

CCRMj  = Multiplikatur tas-CCR stabbilit fit-Tabella 5 fir-rigward tas-sett ta’ ħħeġġjar j;

β =     1.4.

3. Għall-finijiet tal-kalkolu fil-paragrafu 2:

(a)     kollateral eliġibbli rċevut minn kontraparti għandu jkollu sinjal pożittiv u kollateral imdaħħal għal kontroparti għandu jkollu sinjal negattiv;

(b)     għall-SM għandu jintuża l-kollateral li huwa eliġibbli skont l-Artikolu 193(2) u l-Artikolu 232 biss;

(c)     istituzzjoni tista’ tinjora r-riskju tar-rata tal-imgħax mill-komponenti ta’ pagament li jibqgħalhom maturità ta’ inqas minn sena;

(d)     istituzzjoni tista’ tittratta tranżazzjonijiet li jikkonsistu f’żewġ komponenti ta’ pagament li huma denominati fl-istess munita bħala tranżazzjoni aggregata waħda. It-trattament għall-komponenti ta’ pagament japplika għat-tranżazzjoni aggregata.

Artikolu 272 Tranżazzjonijiet bi profil ta’ riskju lineari

1. L-istituzzjonijiet għandhom jimmappjaw it-tranżazzjonijiet bi profil ta’ riskju lineari għall-pożizzjonijiet ta’ riskju skont id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)     tranżazzjonijiet bi profil ta’ riskju lineari b’ekwitajiet (inklużi indiċi ta’ ekwità), deheb, metalli prezzjużi oħra jew komoditajiet oħra bħala s-sottostanti għandhom jiġu mmappjati f’pożizzjoni ta’ riskju fl-ekwità rispettiva (jew indiċi tal-ekwità) jew komodità u pożizzjoni ta’ riskju tar-rata tal-imgħax għall-komponent ta’ pagament;

(b)     tranżazzjonijiet bi profil ta’ riskju lineari bi strument ta’ dejn bħall-istrument sottostanti għandhom jiġu mmappjati għal pożizzjoni ta’ riskju tar-rata tal-imgħax għall-istrument ta’ dejn u pożizzjoni ta’ riskju tar-rata tal-imgħax oħra għall-komponent ta’ pagament;

(c)     tranżazzjonijiet bi profil ta’ riskju lineari li jispeċifika l-iskambju tal-pagament kontra pagament, inklużi forwards tal-kambju, għandhom jiġu mmappjati għal pożizzjoni ta’ riskju tar-rata tal-imgħax għal kull wieħed mill-komponenti ta’ pagament.

Fejn, skont tranżazzjoni msemmija fil-punt (a), (b) jew (c), komponent ta’ pagament jew l-istrument ta’ dejn sottostanti jkun denominat f’munita barranija, dak il-komponent ta’ pagament jew l-istrument sottostanti għandu jiġi mmappjat ma’ pożizzjoni ta’ riskju f’dik il-munita.

2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, id-daqs ta’ pożizzjoni ta’ riskju minn tranżazzjoni bi profil ta’ riskju lineari għandu jkun il-valur nozzjonali effettiv (prezz tas-suq multiplikat bil-kwantità) tal-istrumenti finanzjarji sottostanti jew komoditajiet konvertiti għall-munita domestika tal-istituzzjoni permezz ta’ multiplikazzjoni bir-rata tal-kambju relevanti, għajr għal strumenti tad-dejn.

3. Għal strumenti tad-dejn u għal komponenti ta’ pagament, id-daqs tal-pożizzjoni ta’ riskju għandu jkun il-valur nozzjonali effettiv tal-pagamenti grossi pendenti (inkluż l-ammont nozzjonali) konvertiti fil-munita tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-istituzzjoni, multiplikat bit-tul taż-żmien modifikat tal-istrument tad-dejn jew bil-komponent ta’ pagament, skont xi jkun il-każ.

4. Id-daqs ta’ pożizzjoni ta’ riskju minn swap ta’ inadempjenza tal-kreditu għandu jkun il-valur nozzjonali tal-istrument ta’ referenza ta’ dejn multiplikat bil-maturità li jifdal tal-iswap ta’ inadempjenza tal-kreditu.

Artikolu 273 Tranżazzjonijiet bi profil ta’ riskju mhux lineari

(1) L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw id-daqs tal-pożizzjonijiet ta’ riskju għal tranżazzjonijiet bi profil ta’ riskju mhux lineari skont il-paragrafi li ġejjin.

(2) Id-daqs ta’ pożizzjoni ta’ riskju minn derivata OTC bi profil ta’ riskju mhux lineari, inklużi l-opzjonijiet u l-iswaptions, li s-sottostanti tagħhom mhuwiex strument tad-dejn, għandu jkun daqs il-valur delta nozzjonali effettiv ekwivalenti tal-istrument finanzjarju li huwa l-bażi tat-tranżazzjoni skont l-Artikolu 274(1).

(3) Id-daqs ta’ pożizzjoni ta’ riskju min derivat OTC bi profil ta’ riskju mhux lineari, inklużi l-opzjonijiet u l-iswaptions, li s-sottostanti tagħhom hija strument ta’ dejn jew komponent ta’ pagament, għandu jkun daqs il-valur delta nozzjonali effettiv ekwivalenti tal-istrument finanzjarju jew il-komponent ta’ pagament multiplikat bit-tul taż-żmien modifikat tal-istrument ta’ dejn jew tal-komponent ta’ pagament, skont xi jkun il-każ.

(4) Għad-determinazzjoni tal-pożizzjonijiet ta’ riskju, l-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw il-kollateral kif ġej:

(a)     kollateral irċevut minn kontroparti għandu jiġi ttrattat bħala pretensjoni fuq il-kontroparti taħt kuntratt derivat (pożizzjoni fit-tul) li hija dovuta fil-ġurnata li fiha ssir id-determinazzjoni;

(b)     kollateral li ddepożitat ma’ kontroparti għandu jiġi ttrattat bħala obbligu għall-kontroparti (pożizzjoni fil-qosor) li huwa dovut fil-ġurnata li fiha ssir id-determinazzjoni.

Artikolu 274 Kalkolu tal-pożizzjonijiet ta’ riskju

1. L-istituzzjoni għandha tiddetermina d-daqs u s-sinjal ta’ pożizzjoni ta’ riskju kif ġej:

(a)     għall-istrumenti kollha għajr għal strumenti tad-dejn:

(i)      bħala l-valur nozzjonali effettiv fil-każ ta’ tranżazzjoni bi profil ta’ riskju lineari;

(ii)      bħala l-valur delta nozzjonali ekwivalenti, , fil-każ ta’ tranżazzjoni bi profil ta’ riskju mhux lineari,

fejn:

Pref = il-prezz tal-istrument sottostanti, espress fil-munita ta’ referenza;

V = il-valur tal-istrument finanzjarju (fil-każ ta’ opzjoni, il-valur huwa l-prezz tal-opzjoni);

p = il-prezz tal-istrument sottostanti, espress fl-istess munita bħall-V;

(b)     għall-istrumenti ta’ dejn u l-komponenti ta’ pagament tat-tranżazzjonijiet kollha:

(i)      bħala l-valur nozzjonali effettiv multiplikat bit-tul taż-żmien modifikat fil-każ ta’ tranżazzjoni bi profil ta’ riskju lineari;

(ii)     

bħala l-ekwivalenti tad-delta fil-valur nozzjonali multiplikat bit-tul taż-żmien modifikat, , fil-każ ta’ tranżazzjoni bi profil ta’ riskju mhux lineari,

fejn:

V = il-valur tal-istrument finanzjarju (fil-każ ta’ opzjoni dan huwa l-prezz tal-opzjoni);

r = il-livell tar-rata tal-imgħax.

Jekk V huwa denominat f'munita għajr il-munita ta’ referenza, id-derivat għandu jiġi konvertit fil-munita ta’ referenza permezz ta’ multiplikazzjoni bir-rata tal-kambju relevanti.

2. Għall-finijiet tal-applikazzjoni il-formuli fil-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom jiggruppaw il-pożizzjonijiet ta’ riskju f’setts ta’ ħħeġġjar. L-ammont tal-valur assolut tas-somma tal-pożizzjonijiet ta’ riskju li jirriżulta għandu jiġi kkalkolat għal kull sett ta’ ħħeġġjar. Il-pożizzjoni ta’ riskju netta għandha tkun ir-riżultat ta’ dik il-kalkolu u għandha tiġi kkalkolata għall-finijiet tal-paragrafu 1 kif ġej:

.

Artikolu 275 Pożizzjonijiet ta’ riskju tar-rata tal-imgħax

1. Sabiex jikkalkolaw il-pożizzjonijiet tar-rata tal-imgħax, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin.

2. Għall-pożizzjonijiet ta’ riskju tar-rata tal-imgħax minn dawn li ġejjin:

(a)     depożiti ta’ flus irċevuti minn kontroparti bħala kollateral;

(b)     komponenti ta’ pagament;

(c)     strumenti ta’ dejn sottostanti,

li għalihom tapplika f’kull każ tariffa kapitali ta’ 1,60 % jew inqas skont it-Tabella 1 tal-Artikolu 325, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw dawk il-pożizzjonijiet f’waħda mis-sitt setts ta’ ħħeġġjar għal kull sett ta’ muniti stabbiliti fit-Tabella 4.

Tabella 4

|| Rati tal-imgħax referenzjati mill-gvern || Rati tal-imgħax mhux referenzjati mill-gvern

Maturità || < 1 sena >1 ≤ 5 snin > 5 snin || < 1 sena >1 ≤ 5 snin > 5 snin

3. Għal pożizzjonijiet ta’ riskju tar-rata tal-imgħax minn strumenti ta’ dejn sottostanti jew komponenti ta’ pagament li r-rata tal-imgħax tagħhom hija marbuta ma’ rata tal-imgħax ta’ referenza li tirrappreżenta livell ġenerali tal-imgħax tas-suq, il-maturità li jifdal għandha tkun it-tul tal-intervall sar-riaġġustament li jmiss tar-rata tal-imgħax. Fil-każijiet kollha l-oħra, għandha tkun il-ħajja li jifdal tal-istrument tad-dejn sottostanti jew, fil-każ ta’ komponent ta’ pagament, il-ħajja li jifdal tat-tranżazzjoni.

Artikolu 276 Setts ta’ ħħeġġjar

1. L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu setts ta’ ħħeġġjar skont il-paragrafi (2) sa (5).

2. Għandu jkun hemm sett ta’ ħħeġġjar wieħed għal kull emittent ta’ strument tad-dejn ta’ referenza li jkun il-bażi ta’ swap ta’ inadempjenza tal-kreditu.

Swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu tal-baskett inadempjenti nru N għandhom jiġi tratti jiġu ttrattati kif ġej:

(a)     id-daqs ta’ pożizzjoni ta’ riskju fi strument ta’ dejn ta’ referenza f'baskett sottostanti ta' swap tal-inadempjenza ta’ kreditu inadempjenti nru n għandu jkun il-valur nozzjonali effettiv tal-istrument ta’ dejn ta’ referenza, multiplikat bit-tul taż-żmien modifikat tad-derivat inadempjenti nru n fir-rigward ta’ bidla fil-firxa tal-kreditu tal-istrument ta’ dejn ta’ referenza;

(b)     għandu jkun hemm sett ta’ ħħeġġjar wieħed għal kull strument ta’ dejn ta’ referenza f'baskett sottostanti ta’ swap ta’ inadempjenza ta’ kreditu partikolari inadempjenti nru n. Pożizzjonijiet ta’ riskju minn swaps ta’ inadempjenza ta’ kreditu inadempjenti nru n differenti ma għandhomx jiġu inklużi fl-istess sett ta’ ħħeġġjar;

(c)     il-multiplikatur tas-CCR applikabbli għal kull sett ta’ ħħeġġjar maħluq għal wieħed mill-istrumenti ta’ dejn ta’ referenza ta’ derivat inadempjenti nru n għandu jkun kif ġej:

(i) 0.3% għall-istrumenti ta’ dejn ta’ referenza li għanhom valutazzjoni ta’ kreditu minn ECAI rikonoxxuta ekwivalenti għal kwalità ta’ kreditu livell 1 sa 3;

(ii) 0.6 % għal strumenti ta’ dejn oħrajn.

3. Għal pożizzjonijiet ta’ riskju tar-rata tal-imgħax minn:

(a)     depożiti ta’ flus li huma depożitati ma’ kontroparti bħala kollateral meta dik il-kontroparti ma għandhiex obbligi ta’ dejn b’riskju speċifiku baxx pendenti;

(b)     strumenti ta’ dejn sottostanti,

li għalihom, skont it-Tabella 1 tal-Artikolu 325, tapplika tariffa kapitali ta’ aktar minn 1.60%, għandu jkun hemm sett ta’ ħħeġġjar wieħed għal kull emittent.

Meta komponent ta’ pagament jimita tali strument ta’ dejn, għandu jkun hemm ukoll sett ta’ ħħeġġjar wieħed għal kull emittent tal-istrument ta’ dejn ta’ referenza.

L-istituzzjoni tista’ tassenja pożizzjonijiet ta’ riskju li jirriżultaw minn strumenti ta’ dejn ta’ emittent partikolari, jew minn strumenti ta’ dejn ta’ referenza tal-istess emittent li huma imitati minn komponenti ta’ pagament, jew li huma l-bażi ta’ swap ta’ inadempjenza tal-kreditu, għall-istess sett ta’ ħħeġġjar.

4. Strumenti finanzjarji sottostanti għajr l-istrumenti ta’ dejn għandhom jiġu assenjati għall-istess setts ta’ ħħeġġjar biss jekk huma strumenti identiċi jew simili. Fil-każijiet kollha l-oħra, għandhom jiġu assenjati għal setts ta’ ħħeġġjar separati.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw jekk l-istrumenti sottostanti humiex simili skont il-prinċipji li ġejjin:

(a)     għall-ekwitajiet, is-sottostanti hija simili jekk tinħareġ mill-istess emittent. Indiċi tal-ekwità għandu jiġi ttrattat bħala emittent differenti;

(b)     għall-metalli prezzjużi, is-sottostanti hija simili jekk hija l-istess metall. Indiċi tal-metalli prezzjużi għandu jiġi ttrattat bħala metall prezzjuż separat;

(c)     għall-enerġija elettrika, is-sottostanti hija simili jekk id-drittijiet u l-obbligi tal-konsenja jirreferu għall-istess intervall ta’ ħin peak jew off-peak fi żmien kwalunkwe intervall ta’ 24 siegħa;

(d)     għal komoditajiet, is-sottostanti hija simili jekk hija l-istess komodità. Indiċi tal-komoditajiet għandu jiġi ttrattat bħala komodità separat.

5. Il-multiplikaturi tas-CCR (minn hawn’il quddiem ‘CCRM’) għall-kategoriji ta’ settijiet ta’ ħħeġġjar differenti huma stabbiliti fit-tabella li ġejja:

Tabella 5

|| Kategoriji ta’ setts ta’ ħħeġġjar || CCRM

1. || Rati tal-imgħax || 0.2 %

2. || Rati tal-imgħax għall-pożizzjonijiet ta’ riskju minn strument ta’ dejn ta’ referenza sottostanti ta’ swap ta’ inadempjenza tal-kreditu u li għalih tapplika tariffa kapitali ta’ 1.60%, jew inqas, skont it-Tabella 1 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu IV. || 0.3 %

3. || Rati tal-imgħax għall-pożizzjonijiet ta’ riskju minn strument ta’ dejn jew strument ta’ dejn ta’ referenza li għalih tapplika tariffa kapitali ta’ aktar minn 1.60% skont it-Tabella 1 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu IV. || 0.6 %

4. || Rati tal-Kambju || 2.5 %

5. || Enerġija Elettrika || 4 %

6. || Deheb || 5 %

7. || Ekwità || 7 %

8. || Metalli Prezzjużi (għajr id-deheb) || 8.5 %

9. || Komoditajiet Oħra (għajr metalli prezzjużi u l-enerġija elettrika) || 10 %

10. || Strumenti sottostanti tad-derivati OTC li mhumiex fl-ebda mill-kategoriji ta’ hawn fuq || 10 %

L-Istrumenti sottostanti tad-derivati OTC, kif imsemmi fil-punt 10 tat-Tabella 5, għandhom jiġu assenjati għal setts ta’ ħħeġġjar individwali għal kull kategorija ta’ strumenti sottostanti.

6. Għal tranżazzjonijiet bi profil ta’ riskju mhux lineari jew għal komponenti ta’ pagament u tranżazzjonijiet bi strumenti ta’ dejn bħala s-sottostanti li għalihom l-istituzzjoni ma tistax tiddetermina d-delta jew it-tul ta' żmien modifikat, skont il-każ, b’mudell ta’ strument li l-awtorità kompetenti tkun approvat għall-finijiet ta’ determinazzjoni tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq, l-awtorità kompetenti għandha jew tiddetermina d-daqs tal-pożizzjonijiet ta’ riskju u s-CCRMjs applikabbli b’mod konservattiv, jew teħtieġ lill-istituzzjoni sabiex tuża l-metodu stabbilit fit-Taqsima 3. In-netting ma għandux ikun rikonoxxut (jiġifieri, il-valur tal-iskopertura għandu jiġi determinat daqs li kieku kien hemm sett ta’ netting li fih tranżazzjoni individwali biss).

7. Istituzzjoni għandu jkollha proċeduri interni sabiex tivverifika li, qabel ma tinkludi tranżazzjoni fis-sett ta’ ħħeġġjar, it-tranżazzjoni tkun koperta minn kuntratt ta’ netting infurzabbli legalment li jilħaq ir-rekwiżiti speċifikati fit-Taqsima 7.

8. Istituzzjoni li tagħmel użu mill-kollateral sabiex timmitiga s-CCR tagħha għandu jkollha proċeduri interni sabiex tivverifika li, qabel ma tirrikonxxi l-effett ta’ kollateral fil-kalkoli tagħha, il-kollateral jilħaq l-istandards ta’ ċertezza legali stabbiliti fil-Kapitolu 4.

Taqsima 6 Metodu tal-mudell intern

Artikolu 277 Metodu tal-mudell intern

1. Jekk l-awtoritajiet kompetenti huma sodisfatt li istituzzjoni laħqet rekwiżiti fil-paragrafu 2, għandhom jippermettu lil dik l-istituzzjoni tuża il-Metodu tal-Mudell Intern (IMM) sabiex tikkalkula l-valur tal-iskopertura għal kull waħda minn dawn it-tranżazzjonijiet:

(a)     tranżazzjonijiet fl-Artikolu 268(2)(a);

(b)     tranżazzjonijiet fl-Artikolu 268(2)(b), (c) u (d);

(c)     tranżazzjonijiet fl-Artikolu 268(2)(a) sa (d),

Fejn l-istituzzjoni titħalla tuża l-IMM sabiex tikkalkula l-valur tal-iskopertura għal kwalunkwe mit-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (c) tas-subparagrafu preċedenti, tista’ wkoll tuża l-IMM għat-tranżazzjonijiet fl-Artikolu 268(2)(e).

Minkejja l-Artikolu 268(1), it-tielet subparagrafu, istituzzjoni tista’ tagħżel li ma tapplikax dan il-metodu għal skoperturi li huma immaterjali fid-daqs u r-riskju. F’tali każ, l-istituzzjoni għandha tapplika wieħed mill-metodi stabbilit fit-Taqsimiet 3 sa 5 għal dawn l-iskoperturi.

2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippermettu lill-istituzzjonijiet jużaw l-IMM għall-kalkoli imsemmija fil-paragrafu 1 biss jekk l-istituzzjoni wriet li tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f’din it-Taqsima, u l-awtoritajiet kompetenti vverifikaw li s-sistemi għall-immaniġjar tas-CCR tal-istituzzjoni huma sodi u implimentati b’mod korrett.

3. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet biex għal perjodu limitat jimplimentaw l-IMM b’mod sekwenzjali fost tipi differenti ta’ tranżazzjonijiet. Matul dan il-perjodu ta’ implimentazzjoni sekwenzjali, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-metodi stabbiliti fit-Taqsima 3 jew fit-Taqsima 5 għat-tip ta’ tranżazzjoni li għaliha ma jużawx l-IMM.

4. Għat-tranżazzjonijiet derivati OTC kollha u għat-tranżazzjonijiet b’saldu fit-tul li għalihom l-istituzzjoni ma rċevietx permess skont il-paragrafu 1 sabiex tuża l-IMM, l-istituzzjoni għandha tuża l-metodi stabbiliti fit-Taqsima 3 jew fit-Taqsima 5.

Dawn il-metodi jistgħu jintużaw f'kombinazzjoni fuq bażi permanenti fi ħdan grupp. F'istituzzjoni dawn il-metodi jistgħu jintużaw f'kombinazzjoni biss meta wieħed mill-metodi jintuża għall-każijiet stabbiliti fl-Artikolu 276(6)

5. L-istituzzjoni li skont il-paragrafu 1 titħalla tuża l-IMM ma għandhiex tmur lura għall-użu tal-metodi stabbiliti fis-sezzjoni 3 jew fis-sezzjoni 5 sakemm ma tingħatax permess mill-awtorità kompetenti sabiex tagħmel dan. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu tali permess jekk l-istituzzjoni turi li għandha kawża ġusta.

6. Jekk l-istituzzjoni ma tibqax tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f’din it-Taqsima, għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti u tagħmel waħda minn dawn li ġejjin:

1.  tippreżenta pjan lill-awtorità kompetenti dwar kif ser terġa ssir konformi bla dewmien;

2. turi għas-sodisfazzjoni tal-awtorità kompetenti li l-effett tan-nuqqas ta’ konformità huwa immaterjali.

Artikolu 278 Valur tal-iskopertura

1. Fejn l-istituzzjoni titħalla, skont l-Artikolu 277(1), tuża l-IMM sabiex tikkalkula l-valur tal-iskopertura ta’ wħud jew tat-tranżazzjonijiet kollha msemmija f’dak il-paragrafu, għandha tkejjel il-valur tal-iskopertura ta’ dawk it-tranżazzjonijiet fuq il-livell tas-sett ta’ netting.

Il-mudell użat mill-istituzzjoni għal dak il-għan għandu:

(a)     jispeċifika d-distribuzzjoni ta’ previżjoni għal bidliet fil-valur tas-suq tas-sett ta’ netting attribwibbli għal bidliet konġunti fil-varjabbli relevanti tas-suq, bħar-rati tal-imgħax, u r-rati tal-kambju;

(b)     jikkalkola l-valur tal-iskopertura għas-sett ta’ netting f’kull data fil-ġejjieni fuq il-bażi tal-bidliet konġunti fil-varjabbli tas-suq.

2. Sabiex il-mudell ikopri l-effetti tal-marġinazzjoni, il-mudell tal-valur tal-kollateral għandu jilħaq ir-rekwiżiti kwantitattivi, kwalitattivi u tad-dejta għall-mudell IMM skont din it-Taqsima u l-istituzzjoni tista’ tinkludi kollateral finanzjarju eleġibbli biss fid-distribizzjonijiet ta’ previżjoni tagħha għal bidliet fil-valur tas-suq tas-sett ta’ netting kif definit fl-Artikolu 193(2) u Artikolu 232.

3. Ir-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti fir-rigward tal-iskoperturi tas-CCR li għalihom l-istituzzjoni tapplika l-IMM, għandu jkun l-ogħla minn dawn li ġejjin:

(a)     ir-rekwiżit ta’ fondi proprji għal dawk l-iskoperturi ikkalkolati fuq il-bażi ta’ EPE Effettiva permezz tad-dejta attwali tas-suq;

(b)     ir-rekwiżit tal-fondi proprji għal dawk l-iskoperturi ikkalkolati fuq il-bażi tal-EPE Effettiva permezz ta’ kalibrazzjoni waħda tal-istress għall-iskoperturi kollha tas-CCR li għalihom japplikaw l-IMM.

4. Għajr għall-kontropartijiet identifikati li għandhom Riskju Speċifiku ta' Korrelazzjoni Negattiva (Specific Wrong-Way Risk) li jaqa’ fl-ambitu tal-paragrafi 4 u 5 tal-Artikolu 285, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw il-valur tal-iskopertura bħala l-multiplikazzjoni tal-alpha (α) bl-EPE Effettiva, kif ġej:

fejn:

α =     1.4, sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jeħtiġux α ogħla jew jippermettu lill-istituzzjonijiet jużaw l-istimi tagħhom stess skont il-paragrafu 9;

L-EPE Effettiva għandha tiġi kkalkolata billi tiġi stmata l-iskopertura mistennija (EEt) bħala l-iskopertura medja fid-data furura t, fejn il-medja tittieħed fost valuri futuri possibbli tal-fatturi tar-riskju tas-suq relevanti.

Il-mudell għandu jistima l-EE f’serje ta’ dati futuri t1, t2, t3, eċċ.

5. L-EE effettiva għandha tiġi kkalkolata b’mod rikursiv bħala:

fejn:

id-data attwali hija denotata bħala t0;

EEt0 effettiva hija daqs l-iskopertura attwali.

6. L-EPE effettiva hija l-EE effettiva medja matul l-ewwel sena tal-iskopertura futura. Jekk il-kuntratti kollha fis-sett ta’ netting jimmaturaw fi żmien inqas minn sena, l-EPE għandha tkun il-medja tal-EE sakemm jimmaturaw il-kuntratti kollha fis-sett ta’ netting. L-EPE effettiva għandha tiġi kkalkolata bħala l-medja ppeżata tal-EE effettiva:

fejn il-piżjiet  jippermettu għall-każ meta l-iskopertura futura hija kkalkolata fid-dati li mhumiex imqassma fuq intervalli regolari ta’ żmien.

7. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw l-EE jew il-miżuri tal-iskopertura massima fuq il-bażi ta’ distribuzzjoni tal-iskoperturi li tkopri n-nuqqas ta’ normalità possibbli tad-distribuzzjoni tal-iskoperturi.

8. Istituzzjoni tista’ tuża miżura tad-distribuzzjoni kkalkolata permezz tal-mudell li huwa aktar konservattiv minn α multiplikata b’EPE effettiva kif ikkalkolat skont l-ekwazzjoni fil-paragrafu 4 għal kull kontroparti.

9. Minkejja l-paragrafu 4, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet jużaw l-istimi tagħhom stess għal alpha, fejn:

(a)     alpha tkun daqs il-proporzjon tal-kapital intern minn simulazzjoni sħiħa tal-iskopertura tas-CCR fost il-kontropartijiet (numeratur) u l-kapital intern ibbażat fuq l-EPE (denominatur);

(b)     fid-denominatur, l-EPE għandha tintuża daqs li kieku kienet ammont pendenti fiss.

Meta stmata skont dan il-paragrafu, alpha ma għandhiex tkun inqas minn 1.2.

10. Għall-finijiet ta’ stima ta' alpha fil-paragrafu 9, l-istituzzjoni għandha tiżgura li n-numeratur u d-denominatur huma kkalkolati b’mod konsistenti mal-metodoloġija tal-immudellar, l-ispeċifikazzjonijiet tal-parametri u l-kompożizzjoni tal-portafoll. L-approċċ użat għall-istima tal-α għandu jkun ibbażat fuq l-approċċ kapitali intern tal-istituzzjoni, jkun dokumentat sew u jkun soġġett għal validazzjoni indipendenti. Barra minn hekk, istituzzjoni għandha tanalizza l-istimi tagħha ta' alpha tal-inqas fuq bażi trimestrali, u aktar spiss meta l-kompożizzjoni tal-portafoll tvarja maż-żmien. Istituzzjoni għandha tivvaluta wkoll ir-riskju tal-mudell.

11. L-istituzzjoni għandha turi għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti li l-istimi interni tagħha ta' alpha jkopru fin-numeratur fis-sorsi materjali tad-dipendenza tad-distribuzzjoni tal-valuri tas-suq tat-tranżazzjonijiet jew tal-portafolli tat-tranżazzjonijiet fost il-kontropartijiet. L-istimi interni ta' alpha għandhom iqisu l-granularità tal-portafolli.

12. Meta jissorveljaw l-użu tal-istimi tal-paragrafu 9, l-awtoritajiet kompetenti għandhom josservaw il-varjazzjoni sinifikanti fl-istimi tal-alpha li toħroġ mill-potenzjal ta’ speċifikazzjoni ħażina fil-mudelli użati għan-numeratur, partikolarment meta jkun hemm konvexxità.

13. Fejn xieraq, il-volatilitajiet u l-korrelazzjonijiet tal-fatturi tar-riskju tas-suq użati fl-immudellar konġunt tar-riskju tas-suq u tal-kreditu għandhom ikunu kundizzjonati fuq il-fattur ta’ riskju ta’ kreditu sabiex jirreflettu ż-żidied potenzjali fil-volatilità u l-korrelazzjoni fi tnaqqis tar-ritmu ekonomiku.

Artikolu 279 Valur tal-iskopertura għas-setts tan-netting soġġetti għal ftehim marġinali

1. Jekk is-sett ta’ netting huwa soġġett għal ftheim marġinali u valwazzjoni ta’ pprezzar skont il-valur fis-suq ta’ kuljum, l-istituzzjoni tista’ tuża waħda mill-miżuri tal-EPE li ġejjin:

(a)     l-EPE effettiva, mingħajr ma tqis l-ebda kollateral li għandha jew li ddepożitat permezz ta’ marġni miżjuda bi kwalunkwe kollateral li kien depożitat għand il-kontroparti indipendentment tal-valwazzjoni u l-marġinazzjoni ta’ kuljum jew l-iskopertura attwali;

(b)     Żieda li tirrefletti ż-żieda potenzjali fl-iskopertura fil-perjodu marġinali ta’ riskju, miżjud bl-ikbar fost:

(i)      l-iskopertura attwali inkluż il-kollateral kollu miżmum jew depożitat attwalment, għajr kollateral msejħa jew li dwaru hemm tilwima;

(ii)      l-ikbar skopertura netta, inkluż kollateral taħt il-ftehim marġinali, li ma jiskattax sejħa ta’ kollateral. Dan l-ammont għandu jirrefletti l-limiti applikabbli kollha, l-ammonti ta’ trasferimenti minimi, l-ammonti indipendenti u l-marġni inizzjali taħt il-ftehim marġinali;

(c)     Jekk il-mudell ikopri l-effetti tal-marġinazzjoni meta tiġi stmata l-EE, l-istituzzjoni tista’, soġġetta għall-permess tal-awtorità kompetenti, tużaw il-kejl tal-EE tal-mudell direttament fl-ekwazzjoni fl-Artikolu 13(5). L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu tali permess biss jekk jivverifikaw li l-mudell ikopri b’mod xieraq l-effetti tal-marġinazzjoni meta tiġi stmata l-EE.

Għall-finijiet tal-punt (b), l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw l-add-on bħala l-bidla pożittiva mistennija tal-valur ipprezzat skont il-valur fis-suq tat-tranżazzjonijiet matul il-perjodu marġinali ta’ riskju. Bidliet fil-valur ta’ kollateral għandhom jiġu riflessi permezz tal-aġġustamenti superviżorji fil-volatilità skont it-Taqsima 3 tal-Kapitolu 4 jew l-istimi proprji tal-aġġustamenti fil-volatilità tal-Metodu Komprensiv ta’ Kollateral Finanzjarju, iżda l-ebda pagament ta’ kollateral ma għandu jiġi ssoponut matul il-perjodu marġinali ta’ riskju. Il-perjodu marġinali ta’ riskju huwa soġġett għall-perjodi minimi stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 4.

2. Għal tranżazzjonijiet soġġetti għal rimarġinazzjoni u valwazzjoni tal-ipprezzar skont il-valur fis-suq ta’ kuljum, il-perjodu marġinali ta’ riskju użat għall-iskop ta’ mmuddellar tal-valur tal-iskopertura bi ftehimiet marġinali ma għandux ikun inqas minn:

(a)     5 ġranet ta’ xogħol għas-setts ta’ netting li jikkonsistu biss fi tranżazzjonijiet ta’ riakkwist, tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b’self ta' titoli jew komoditajiet u tranżazzjonijiet ta’ għoti self marġinali;

(b)     10 ġranet ta’ xogħol għas-settijiet ta’ netting l-oħra kollha.

Il-punti (a) u (b) għandhom ikunu soġġetti għall-eċċezzjonijiet li ġejjin:

(i)      għas-setts ta’ netting kollha fejn l-għadd ta' negozju jaqbeż il-5 000 fi kwalunkwe punt matul trimestru, il-perjodu marġinali ta’ riskju għat-trimestru ta’ wara ma għandux ikun inqas minn 20 ġurnata ta’ xogħol. Din l-eċċezzjoni ma għandhiex tapplika għall-iskoperturi tan-negozju tal-istituzzjonijiet;

(ii)      għas-setts ta' netting li fihom negozju wieħed jew aktar li jinvolvu jew kollateral illikwidu, jew derivat OTC li ma jistax jiġi sostitwit faċilment, il-perjodu marġinali ta’ riskju ma għandux ikun inqas minn 20 ġurnata ta’ xogħol.

L-istituzzjoni għandha tiddetermina jekk kollateral huwiex illikwidu jew jekk id-derivati OTC jistgħux jiġu sostitwiti faċilment fil-kuntest ta’ kundizzjonijiet tas-suq taħt stress, karatterizzati mill-assenza tas-swieq kontinwament attivi fejn kontroparti, fi żmien jumejn jew inqas, tikseb diversi kwoti tal-prezz li ma jkunux iċaqlaqu s-suq jew jirrappreżentaw prezz li jirrefletti skont tas-suq (fil-każ ta’ kollateral) jew primjum (fil-każ ta’ derivat OTC).

Istituzzjoni għandha tikkonsidra jekk in-negozji jew it-titoli li għandha bħala kollateral humiex konċentrati f’kontroparti partikolari u f'każ li dik il-kontroparti toħroġ mis-suq b’mod preċipituż, jekk l-istituzzjoni tkunx tista’ tissotitwixxi dawk in-negozji jew titoli.

3. Jekk l-istituzzjoni kienet involuta f’aktar minn żewġ tilwimiet ta’ sejħa marġinali dwar sett ta’ netting partikolari jew kontroparti matul iż-żewġ trimestri preċedenti li damu aktar mill-perjodu marġinali ta’ riskju skont il-paragrafu 2, l-istituzzjoni għandha tuża perjodu marġinali ta’ riskju li huwa tal-inqas d-doppju tal-perjodu speċifikat fil-paragrafu 2 għal dak is-sett ta’ netting għaż-żewġ trimestri sussegwenti.

4. Għar-rimarġinazzjoni b’perjodiċità ta’ N ġurnata, il-perjodu marġinali ta’ riskju għandu jkun tal-inqas daqs il-perjodu speċifikat fil-paragrafu 2, F, miżjud b’N ġurnata mnaqqas b’ġurnata waħda. Jiġifieri:

Perjodu marġni ta’ riskju = F + N - 1

5. Jekk il-mudell intern jinkludi l-effett tal-marġinazzjoni f’bidliet fil-valur tas-suq tas-sett ta’ netting, l-istituzzjoni għandha timmudella l-kollateral, għajr il-flus tal-istess munita bħall-iskopertura stess, b’mod konġunt mal-iskopertura fil-kalkoli tagħha tal-valur tal-iskopertura għad-derivati OTC u t-tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli.

6. Jekk l-istituzzjoni ma tistax timmudella kollateral b’mod konġunt mal-iskopertura, ma għandhiex tirrikonoxxi fil-kalkoli tal-valur tal-iskopertura tagħha għad-derivati OTC u t-tranżazzjonijiet li jiffinanzjaw it-titoli l-effett tal-kollateral għajr il-flus tal-istess munita bħall-iskopertura stess, sakemm ma tużax jew l-aġġustamenti fil-volatilità li jilħqu l-istandards tal-metodu komprensiv ta’ kollateral finanzjarju bl-istimi tal-aġġustamenti proprji fil-volatilità jew l-aġġustamenti superviżorji standard fil-volatilità skont il-Kapitolu 4.

7. L-istituzzjoni li tkun qed tuża l-IMM għandha tinjora fil-mudelli tagħha l-effett ta’ tnaqqis tal-valur tal-iskopertura dovut għal kwalunkwe klawżola fi ftehim ta’ kollateral li jeħtieġ li jingħata kollateral meta l-kwalità ta’ kreditu ta’ kontroparti tiddeterjora.

Artikolu 280 Immaniġjar tas-CCR – Politiki, proċessi u sistemi

1. Istituzzjoni għandha tistabbilixxi u żżomm qafas ta’ mmaniġjar tas-CCR, li jikkonsisti fi:

(a)     politiki, proċessi u sistemi sabiex jiżguraw l-identifikazzjoni, il-kejl, l-immaniġjar, l-approvazzjoni u r-rappurtar intern tas-CCR;

(b)     proċeduri għall-iżgurar tal-konformità ma’ dawk il-politiki, il-proċessi u s-sistemi.

Dawk il-politiki, il-proċessi u s-sistemi għandhom ikunu sodi, implimentati b’integrità u dokumentati. Id-dokumentazzjoni għandha tinkludi spjegazzjoni tat-tekniki empiriċi użati għat-tkejjil tas-CCR.

2. Il-qafas tal-immaniġjar tar-riskju tas-CCR meħtieġ mill-paragrafu 1 għandu jqis ir-riskji tas-suq, tal-likwidità, legali u operazzjonali li huma assoċjati mas-CCR. B’mod partikolari, il-qafas għandu jiżgura li l-istituzzjoni tikkonforma mal-prinċipji li ġejjin:

(a)     ma twettaqx negozju ma’ kontroparti mingħajr ma tanalizza l-affidabbiltà kreditizja tagħha;

(b)     tikkonsidra kif xieraq ir-riskju ta’ kreditu tas-saldu u ta’ qabel is-saldu;

(c)     timmaniġġja tali riskji b’mod komprensiv daqs kemm hu prattikabbli fuq livell tal-kontroparti billi taggrega l-iskoperturi tas-CCR ma’ skoperturi ta’ kreditu oħrajn u fuq livell tad-ditta kollha.

3. Istituzzjoni li tuża l-IMM għandha tiżgura li l-qafas tal-immaniġjar tar-riskju tas-CCR tagħha iqis għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti ir-riskji tal-likwidità ta’ dawn kollha li ġejjin:

(a)     sejħiet marġinali potenzjali li jistgħu jaslu fil-kuntest ta’ skambji tal-marġni ta’ varjazzjoni jew tipi ta’ marġni oħrajn, bħall-marġni inizzjali jew indipendenti, f’xokkijiet tas-suq avversi;

(b)     sejħiet potenzjali li jistgħu jaslu għar-ritorn tal-kollateral eċċessiv depożitat minn kontropartijiet;

(c)     sejħiet li jirriżultaw minn tnaqqis potenzjali tal-valutazzjoni tal-kwalità ta’ kreditu estern tagħha stess.

Istituzzjoni għandha tiżgura li n-natura u l-perjodu tal-użu mill-ġdid tal-kollateral huma konsistenti mal-ħtiġijiet ta’ likwidità tagħha u ma jheddux l-abbiltà tagħha li tiddepożita jew tirritorna l-kollateral fil-ħin.

4. Il-korp tal-maniġment tal-istituzzjoni u l-maniġment superjuri għandhom ikunu involuti b’mod attiv fl-immaniġjar tas-CCR u jiżguraw li riżorsi adegwati huma allokati għal dan il-għan. Il-maniġment superjuri għandu jkun konxju mil-limitazzjonijiet u s-suppożizzjonijiet tal-mudell użat u l-impatt li dawk il-limitazzjonijiet u s-suppożizzjonijiet jista’ jkollhom fuq l-affidabbiltà tal-output permezz ta’ proċess formali. Il-maniġment superjuri għandu jkun konxju wkoll mill-inċertezzi tal-ambjent tas-suq u l-kwistjonijiet operazzjonali u dwar kif dawk huma riflessi fil-mudell.

5. Ir-rapporti ta’ kuljum imħejjija dwar skopertura tal-istituzzjoni għas-CCR skont l-Artikolu 281(2)(b) għandhom jiġu analizzati minn livell ta’ maniġment b'sinjorità u awtorità suffiċjenti sabiex jinfurza kemm tnaqqqis tal-pożizzjonijiet meħuda mill-maniġers jew negozjanti individwali ta’ kreditu kif ukoll tnaqqis fl-iskopertura tas-CCR kumplessiv tal-istituzzjoni.

6. Qafas ta’ mmaniġjar tas-CCR tal-istituzzjoni stabbilit skont il-paragrafu 1 għandu jintuża flimkien mal-limiti ta’ kreditu u ta’ negozjar intern. Limiti ta’ kreditu u ta’ negozjar għandhon ikunu relatati mal-mudell ta’ tkejjil tar-riskju tal-istituzzjoni b’mod li huwa konsistenti u mifhum sew mill-maniġers, min-negozjanti u mill-maniġment superjuri tal-kreditu. L-istituzzjoni għandu jkollha proċess formali sabiex tirraporta ksur fil-limiti ta’ riskju lil-livell xieraq tal-maniġment.

7. Il-kejl tas-CCR mill-istituzzjoni għandu jinkludi l-kejl ta’ kuljum u l-użu ta’ dakinhar stess tal-linji ta’ kreditu. L-istituzzjoni għandha tkejjel l-gross u n-nett attwali ta’ skopertura ta’ kollateral. Fuq livell tal-portafoll u tal-kontraparti, l-istituzzjoni għandha tikkalkula u timmonitorja l-iskopertura massima jew l-iskopertura futura potenzjali fl-intervall ta’ fiduċja magħżul mill-istituzzjoni. L-istituzzjoni għandha tikkunsidra pożizzjonijiet kbar jew konċentrati, anki skont il-gruppi ta’ kontropartijiet relatati, skont l-industrija u skont is-suq.

8. L-istituzzjoni għandha tistabbilixxi u żżomm programm ta’ rutina u rigoruż ta’ ttestjar tal-istress. Ir-riżultati tal-ittestjar tal-istress għandhom jiġu analizzati b’mod regolari u tal-inqas b’mod trimestrali mill-maniġment superjuri u għandhom jiġu riflessi fil-politiki u l-limiti tas-CCR stabbiliti mill-korp tal-maniġment jew mill-maniġment superjuri. Fejn it-testijiet tal-istress jespono vulnerabbiltà partikolari f’sett partikolari ta’ ċirkostanzi, l-istituzzjoni għandha tieħu passi immedjati sabiex timmaniġja dawk ir-riskji.

Artikolu 281 Strutturi tal-organizzazzjoni għall-immaniġjar tar-riskju tas-CCR

1. Istituzzjoni li tuża IMM għandha tistabbilixxi u żżomm:

(a)     unità ta’ kontroll tar-riskji li tikkonforma mal-paragrafu 2;

(b)     unità tal-immaniġjar tal-kollaterali li tikkonforma mal-paragrafu 3.

2. L-unità ta’ kontroll tar-riskji għandha tkun responsabbli għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-immaniġjar tas-CCR tagħha, inkluża l-validazzjoni inizzjali u kontinwa tal-mudell, u għandha twettaq il-funzjonijiet li ġejjin u tilħaq ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)     għandha tkun responsabbli mit-tfassil u l-implimentazzjoni tas-sistemi tal-immanġjar tas-CCR tal-istituzzjoni;

(b)     għandha tipproduċi rapporti ta’ kuljum dwar, kif ukoll tanalizza, l-output tal-mudell tal-kejl tar-riskji tal-istituzzjoni. Dik l-analiżi għandha tinkludi evalwazzjoni tar-relazzjoni bejn il-kejl għall-valur tal-iskoperturi tas-CCR u l-limiti ta’ negozjar;

(c)     għandha tikkontrolla l-integrità tad-dejta li tiddaħħal u tipproduċi u tanalizza rapporti dwar l-output tal-mudell tal-kejl tar-riskji tal-istituzzjoni, inkluża evalwazzjoni tar-relazzjoni bejn il-kejl tal-iskopertura tar-riskju u l-limiti tal-kreditu u tan-negozjar;

(d)     għandha tkun indipendenti mill-unitajiet responsabbli mill-oriġinazzjoni, mir-rinnovazzjoni u min-negozjar tal-iskoperturi u ħielsa minn influenza mhux dovuta;

(e)     għandu jkollha għadd adegwat ta’ persunal;

(f)      għandha tirraporta direttament lill-maniġment superjuri tal-istituzzjoni;

(g)     il-ħidma tagħha għandha tkun integrata mill-viċin fil-proċess tal-immanġjar tar-riskju ta’ kreditu ta’ kuljum tal-istituzzjoni;

(h)     l-output tagħha għandu jkun parti integrali mill-proċess ta’ ppjanar, ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll tal-profil ta’ riskju kumplessiv u ta’ kreditu tal-istituzzjoni.

3. L-unità tal-immanġjar tal-kollateral għandu jkollha dawn l-inkarigi u funzjonijiet li ġejjin:

(a)     il-kalkolu u t-twettiq ta’ sejħiet marġinali, l-immanġjar tat-tilwim dwar is-sejħiet marġinali u tirraporta l-livelli tal-ammonti indipendenti, l-marġni inizzjali u l-marġni ta’ varjazzjoni bi preċiżjoni ta’ kuljum;

(b)     tikkontrolla l-integrità tad-dejta użata sabiex twettaq sejħiet marġinali, u tiżgura li hija konsistenti u rikonċiljata b’mod regolari mas-sorsi tad-dejta relevanti kollha fi ħdan l-istituzzjoni;

(c)     tissorvelja l-użu mill-ġdid tal-kollateral fi kwalunkwe modifika tad-drittijiet tal-istituzzjonijiet jew f’konnessjoni mal-kollateral li tiddepożita;

(d)     tirraporta lil-livell xieraq tal-maniġment it-tipi ta’ assi kollaterali li jintużaw mill-ġdid, u t-termini ta’ tali użu mill-ġdid inkluż l-istrument, il-kwalità ta’ kreditu u l-maturità;

(e)     tissorvelja l-konċentrazzjoni għat-tipi individwali ta’ assi kollaterali aċċettati mill-istituzzjoni;

(f)      tirraporta l-informazzjoni dwar l-immanġjar tal-kollateral fuq bażi regolari, iżda tal-inqas fuq livell trimestrali, lill-maniġment superjuri, inkluża l-informazzjoni dwar it-tip ta’ kollateral irċevut u depożitat, id-daqs, iż-żmien u l-kawża għat-tilwim tas-sejħiet marġinali. That internal reporting shall also reflect trends in these figures.

4. Il-maniġment superjuri għandu jalloka biżżejjed riżorsi lill-unità tal-immaniġjar tal-kollateral meħtieġa taħt il-paragrafu 1(b) sabiex tiżgura li s-sistemi tagħha jiksbu l-livell xieraq ta’ prestazzjoni operazzjonali, kif imkejjel mill-prontezza u l-preċiżjoni tas-sejħiet marġinali mill-istituzzjoni u l-prontezza tar-reazzjoni tal-istituzzjoni għas-sejħiet marġinali mill-kontropartijiet tagħha. Il-maniġment superjuri għandu jiżgura li l-unità għandha numru adegwat ta’ persunal sabiex jiġu pproċessati s-sejħiet u l-kwistjonijiet fil-ħin anki matul kriżi severa tas-suq, u sabiex l-istituzzjoni tkun tista’ tillimita l-għadd tagħha ta’ tilwimiet kbar ikkawżati mill-volumi tan-negozju.

Artikolu 282 Analiżi tas-sistema tal-immaniġjar tar-riskju tas-CCR

L-istituzzjoni għandha twettaq analiżi indipendenti tas-sistema tal-immaniġjar tas-CCR tagħha b’mod regolari matul il-proċess ta’ awditjar intern tagħha. Dik l-analiżi għandha tinkludi kemm l-attivitajiet tal-unitajiet ta’ kontroll u tal-immaniġjar tal-kollateral meħtieġa mill-Artikolu 281 u bħala minimiu għandha tindirizza b’mod speċifiku:

(a) l-adegwadezza tad-dokumentazzjoni tas-sistema tal-immaniġjar tas-CCR u l-proċess meħtieġ mill-Artikolu 280;

(b) l-organizzazzjoni tal-unità ta’ kontroll tas-CCR meħtieġa mill-Artikolu 281(1)(a);

(c) l-organizzazzjoni tal-unità tal-immaniġjar tal-kollateral meħtieġa mill-Artikolu 281(1)(b);

(d) l-integrazzjoni tal-kejl tas-CCR fl-immaniġjar ta' kuljum tar-riskji;

(e) il-proċess ta’ approvazzjoni għall-mudelli ta’ pprezzar tar-riskju u s-sistemi ta’ valutazzjoni użati mill-persunal tal-uffiċċji prinċipali u tal-back office;

(f) il-validazzjoni ta’ kwalunkwe bidla sinifikanti fil-proċess tal-kejl tas-CCR;

(g) l-ambitu tas-CCR kopert mill-mudell tal-kejl tar-riskju;

(h) l-integrità tas-sistema ta’ informazzjoni tal-maniġment;

(i) il-preċiżjoni u l-kompletezza tad-dejta tas-CCR;

(j) ir-rifless preċiż tat-termini legali fil-ftehimiet tal-kollateral u tan-netting fil-kejl tal-valur tal-iskopertura;

(k) il-verifika tal-konsistenza, il-prontezza u l-affidabbiltà tas-sorsi tad-dejta użati sabiex jiġu operati l-mudelli, inkluża l-indipendenza ta’ tali sorsi tad-dejta;

(l) il-preċiżjoni u l-idonjetà tas-suppożizzjonijiet tal-volatilità u tal-korrelazzjoni;

(m) il-preċiżjoni tal-valwazzjoni u tal-kalkoli tat-transformazzjoni tar-riskji;

(n) il-verifika tal-preċiżjoni tal-mudell permezz ta’ ttestjar b’lura frekwenti kif stabbilit fil-punti (b) sa (e) tal-Artikolu 287(1);

(o) il-konformità tal-unità ta’ kontroll tas-CCR u l-unità tal-immaniġjar tal-kollateral bir-rekwiżiti regolatorji relevanti.

Artikolu 283 Test tal-użu

1. L-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li d-distribuzzjoni tal-iskoperturi ġġenerati mill-mudell użat għall-kalkolu tal-EPE effettiva tkun integrata mill-viċin fil-proċess tal-immaniġjar tas-CCR ta’ kuljum tal-istituzzjoni, u li l-output tal-mudell jitqies fil-proċess ta’ approvazzjoni tal-kreditu, fl-immanġjar tas-CCR u fl-allokazzjoni tal-kapital intern.

2. L-istituzzjoni għandha turi għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti li hi kienet qed tuża l-mudell sabiex tikkalkula d-distribuzzjoni tal-iskoperturi li fuqha huwa bbażat il-kalkolu tal-EPE u li dan jilħaq, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti f’din it-Taqsima għal tal-inqas sena qabel il-permess għall-użu tal-IMM tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 277.

3. Il-mudell użat għall-ġenerazzjoni ta’ distribuzzjoni tal-iskoperturi għas-CCR għandu jkun parti mill-qafas ta’ ġestjoni tas-CCR meħtieġ mill-Artikolu 280. Dan il-qafas għandu jinkludi l-kejl tal-użu tal-linji ta’ kreditu, billi jiġu aggregati l-iskoperturi tas-CCR ma’ skoperturi ta’ kreditu oħrajn u l-allokazzjoni tal-kapital intern.

4. Minbarra l-EPE, l-istituzzjoni għandha tkejjel u timmaniġja l-iskoperturi attwali. Fejn xieraq, l-istituzzjoni għandha tkejjel l-ammont gross u nett attwali tal-iskopertura tal-kollateral. It-test tal-użu huwa sodisfatt jekk l-istituzzjoni tuża kejl ieħor tas-CCR, bħall-iskopertura massima, ibbażat fuq id-distribuzzjoni tal-iskoperturi iġġenerati mill-istess mudell għall-kalkolu tal-EPE.

5. L-istituzzjoni għandu jkollha l-kapaċità teknoloġika sabiex tistma l-EE ta’ kuljum jekk dan ikun neċessarju, sakemm ma turix għas-sodisfazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tagħha li l-iskoperturi tagħha għas-CCR jeħtieġu kalkolu inqas spiss. L-istituzzjoni għandha tistma l-EE matul profil ta’ żmien ta’ perjodi ta’ tbassir li jirrefletti b’mod adegwat l-istruttura taż-żmien tal-flussi ta’ flus futuri u l-maturità tal-kuntratti u b’mod li huwa konsistenti mal-materjalità u l-kompożizzjoni tal-iskoperturi.

6. Skopertura għandha titkejjel, tiġi mmonitorjata u kkontrollata matul l-eżistenza tal-kuntratti kollha fis-sett ta’ netting u mhux biss matul il-perjodu ta’ sena. L-istituzzjoni għandu jkollha proċeduri implimentati sabiex jidentifikaw u jikkontrollaw ir-riskji għall-kontropartijiet fejn l-iskopertura tmur lil hinn mill-perjodu ta’ sena. It-tbassir ta' żieda fl-iskopertura għandu jkun input fil-mudell ta’ kapital intern tal-istituzzjoni.

Artikolu 284 Ittestjar tal-istress

1. Istituzzjoni għandu jkollha programm komprensiv ta’ ttestjar tal-istress għas-CCR, inkluż għall-użu fil-valutazzjoni tar-rekwiżit tal-fondi proprji għas-CCR, li jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 10.

2. Għandha tidentifika avvenimenti jew bidliet possibbli fil-ġejjieni fil-kundizzjonijiet eknomiċi li jista’ jkollha effetti mhux mixtieqa fuq skoperturi ta’ kreditu tal-istituzzjonijiet u tanalizza l-kapaċità tal-istituzzjoni li tiflaħ għal dawn il-bidliet.

3. Il-kejl tal-stress fil-programm għandhom jitqabblu mal-limiti ta’ riskju u kkunsidrati mill-istituzzjoni bħala parti mill-proċess stabbilit fl-Artikolu 79 tad-Direttiva [imdaħħla mill-OP].

4. Il-programm għandu jkopri n-negozjar u l-iskoperturi aggregati b’mod komprensiv fost il-forom kollha tar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti fuq il-livell ta’ kontropartijiet speċifiċi f’perjodu ta’ żmien biżżejjed li fih jista’ jitwettaq ittestjar tal-istress regolari.

5. Għal tal-inqas darba fix-xahar, għandha tipprovdi għal ittestjar tal-istress tal-iskopertura tal-fatturi ta’ riskju prinċipali tas-suq bħar-rati tal-imgħax, l-FX, l-ekwitajiet, il-firxiet ta’ kreditu, u l-prezzijiet tal-komoditajiet għall-kontropartijiet kollha tal-istituzzjoni, sabiex tidentifika, u meta neċessarju, tippermetti lill-istituzzjoni sabiex tnaqqas konċentrazzjonijiet kbar iż-żejjed fir-riskji direzzjonali speċifiċi. L-ittestjar tal-istress tal-iskoperturi –inkluż il-fattur uniku, il-multifattur u r-riskji materjali mhux direzzjonali - u stressjar konġunt tal-iskopertura u l-affidabbiltà kreditizja għandhom jitwettqu fuq il-livell speċifiku tal-kontroparti, tal-grupp tal-kontroparti u dak tas-CCR aggregat tal-istituzzjoni kollha.

6. Tal-inqas fuq livell trimestrali, għandha tapplika xenarji ta’ ttestjar tal-istress multifatturali u tivvaluta r-riskji materjali mhux direzzjonali inklużi r-riskji tal-iskopertura tal-kurva tar-rendiment u tal-bażi. Testijiet tal-istress b’fatturi multipli għandhom, bħala minimu, jindirizzaw ix-xenarji li ġejjin li fihom iseħħ dan li ġej:

(a)     avvenimenti ekonomiċi jew tas-suq gravi;

(b)     il-likwidità ġenerali fis-suq naqset b’mod sinifikanti;

(c)     intermedjarja finanzjarja kbira qed tillikwida l-pożizzjonijiet.

7. Il-gravità tax-xokkijiet tal-fatturi ta’ riskju sottostanti għandhom ikunu konsistenti mal-għan tat-test tal-istress. Meta tiġi evalwata s-solvenza taħt stress, ix-xokkijiet tal-fatturi ta’ riskju sottostanti għandhom ikunu gravi biżżejjed sabiex ikopru ambjenti storiċi estremi tas-suq u kundizzjonijiet estremi tas-suq taħt stress iżda plawżibbli. It-testijiet tal-istress għandhom jevalwaw l-impatt ta’ tali xokkijiet fuq il-fondi proprji, ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji u l-qligħ. Għall-għan tal-monitoraġġ tal-portafoll, l-iħħeġġjar u l-immaniġjar tal-konċentrazzjonijiet ta’ kuljum, il-programm ta’ ttestjar għandu jikkunsidra wkoll xenarji ta’ gravità inferjuri bi probabbiltà ogħla.

8. Fejn ikun xieraq, il-programm għandu jinkludi dispożizzjonijiet għat-testijiet tal-istress bir-rivers sabiex jiġu identifikati xenarji estremi, iżda plawżibbli, li jistgħu jirriżultaw f’eżiti avversi sinifikanti. L-ittestjar tal-istress bir-rivers għandu jqis l-impatt tan-nuqqas ta’ linearità materjali fil-portafoll.

9. Ir-riżultati tal-ittestjar tal-istress fil-programm għandhom jiġu raportati regolarment, tal-inqas fuq bażi trimestrali, lill-maniġment superjuri. Ir-rapporti u l-analiżi tar-riżultati għandhom ikopri l-akbar impatti fuq livell tal-kontroparti ġewwa l-portafoll, il-konċentrazzjonijiet materjali fi ħdan is-segmenti tal-portafoll (fi ħdan l-istess industrija jew reġjun), u t-tendenzi relevanti speċifiċi għall-portafoll u l-kontroparti.

10. Il-maniġment superjuri għandu jkollu rwol ewlieni fl-integrazzjoni tal-ittestjar tal-istress fil-qafas tal-immaniġjar tar-riskju u l-kultura tar-riskju tal-istituzzjoni u jiżgura li r-riżultati huma sinifikanti u użati fl-immaniġjar tas-CCR. Ir-riżultati tal-ittestjar tal-istress għall-iskoperturi sinifikanti għandhom ikunu analizzati fl-isfond tal-linji gwida li jindikaw l-attitudni tal-istituzzjoni lejn ir-riskji, u jiġu rreferuti lill-maniġment superjuri għad-diskussjoni u l-azzjoni meta jiġu indetifikati riskji eċċessivi jew konċentrati.

Artikolu 285 Riskju ta' Korrelazzjoni Negattiva (Wrong-Way)

1. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu:

(a)     ‘Riskju Wrong-Way jirriżulta meta l-probabbiltà ta’ inadempjenza mill-kontropartijiet tkun korrelatata b’mod pożittiv mal-fatturi ta’ riskju ġenerali tas-suq;

(b)     'Riskju Speċifiku Wrong-Way’ jirriżulta meta jkun hemm konnessjoni legali bejn il-kontroparti u l-emittent tas-sottostanti tad-derivat OTC jew it-titoli li jiffinanzjaw it-tranżazzjoni.

2. L-istituzzjoni għandha tikkonsidra b’mod xieraq l-iskoperturi li jwasslu għal grad sinifikanti fir-riskju Ġenerali u Speċifiku Wrong-Way.

3. Sabiex jiġi identifikat ir-riskju Ġenerali Wrong-Way, l-istituzzjoni għandha tfassal analiżi tax-xenarji u ttestjar tal-istress għall-fatturi ta’ riskju tal-istress li huma relatati b’mod avvers mal-affidabbiltà tal-kreditizja ta’ kontroparti. Tali ttestjar għandu jindirizza l-possibbiltà ta’ xokkijiet gravi li jseħħu meta jkunu jinbidlu r-relazzjonijiet bejn il-fatturi ta’ riskju. L-istituzzjoni għandha timmonitorja r-Riskju Ġenerali Wrong-Way skont il-prodott, ir-reġjun, l-industrija, jew skont kategoriji oħrajn li huma relevanti għan-negozju.

4. Istituzzjoni għandu jkollha proċeduri sabiex jidentifikaw, jimmonitorjaw u jikkontrollaw każijiet ta’ Riskju Speċifiku Wrong-Way għal kull entità ġuridika, mill-bidu ta’ tranżazzjoni u li jibqgħu matul il-ħajja tat-tranżazzjoni. Tranżazzjonijiet b’kontropartijiet fejn ġie identifikat ir-Riskju Speċifiku Wrong-Way għandhom jiġu ttrattati skont il-paragrafu 5.

5. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għas-CCR fir-rigward ta’ kontropartijiet fejn ġie identifikat Wrong-Way skont il-prinċipji li ġejjin:

(a)     l-istrumenti fejn jeżisti r-Riskju Speċifiku Wrong-Way ma għandhomx jiġu inklużi fl-istess sett ta’ netting bħal tranżazzjonijiet oħrajn mal-kontroparti, u kull wieħed għandu jiġi ttrattat bħala sett ta’ netting separat;

(b)     f’kull tali sett ta’ netting separat, għal swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu b’isem wieħed il-valur tal-iskopertura jkun daqs it-telf mistenni sħiħ fil-valur tal-valur ġust li jifdal tal-istrumenti sottostanti abbażi tas-suppożizzjoni li l-emittent sottostanti jkun f’likwidazzjoni;

(c)     l-LGD għall-istituzzjoni li tuża l-approċċ stabbilit fil-Kapitolu 3 għandha tkun ta’ 100% għal tali tranżazzjonijiet ta’ swap;

(d)     għall-istituzzjoni li tuża l-approċċ stabbilit fil-Kapitolu 2, il-piż ta’ riskju applikabbli għandu jkun dak ta’ tranżazzjoni mhux iggarantita;

(e)     għat-tranżazzjonijiet l-oħra kollha li jirreferenzjaw isem wieħed f’kull sett ta’ netting separat, il-valur tal-iskopertura jkun daqs il-valur tat-tranżazzjoni bis-suppożizzjoni ta’ qabża f’inadempjenza (jump-to-default) tal-obbligu sottostanti;

(f)      sa fejn din tuża l-kalkoli ta’ riskju tas-suq eżistenti għar-rekwiżiti tal-fondi proprji għall-inadempjenza inkrimentali u r-riskju ta’ migrazzjoni kif stabbilit fit-Titolu IV, il-Kapitolu 5, it-Taqsima 4 li diġà fihom suppożizzjoni tal-LGD, l-LGD fil-formula użata għandha tkun ta’ 100%.

6. L-istituzzjonijiet għandhom jipprovdu lill-maniġment superjuri u lill-kumitat xieraq tal-korp tal-maniġment b’rapporti regolari kemm dwar ir-Riskju Speċifiku Wrong-Way kif ukoll dwar ir-Riskju Ġenerali Wrong-Way u l-passi li qed jittieħdu sabiex jiġu mmaniġjati dawn ir-riskji.

Artikolu 286 Integrità tal-proċess ta’ mmudellar

1. L-istituzzjoni għandha tiżgura l-integrità tal-proċess ta’ mmudellar kif stabbilit fl-Artikolu 278 billi tal-inqas tadotta l-miżuri li ġejjin:

(a)     il-mudell għandu jirrefletti t-termini u l-ispeċifikazzjonijiet tat-tranżazzjoni b’mod konservattiv, f'waqtu u kompletament;

(b)     dawn it-termini għandhom jinkludu tal-inqas l-ammonti nozzjonali tal-kuntratt, il-maturità, l-assi ta’ referenza, l-arranġamenti tal-marġinazzjoni u l-arranġamenti tan-netting;

(c)     dawn it-termini u l-ispeċifikazzjonijiet għandhom jinżammu f’bażi ta’ dejta li hija soġġetta għal awditjar formali u perjodiku;

(d)     proċess għar-rikonoxximent tal-arranġamenti tan-netting li jeħtieġ persunal ġrudiku sabiex jivverifika li dak in-netting f’dawk l-arranġamenti huwa legalment infurzabbli;

(e)     il-verifika meħtieġa mill-punt (d) għandha tiddaħħal fil-bażi ta’ dejta msemmija fil-punt (c) minn unità indipendenti;

(f)      it-trasmissjoni tad-dejta tat-termini u l-ispeċifikazzjoni ta’ tranżazzjoni fil-mudell EPE għandha tkun soġġetta għal awditjar intern;

(g)     għandu jkun hemm proċessi għar-rikonċiljazzjoni formali bejn il-mudell u s-sitemi tas-sorsi tad-dejta sabiex jiġi verifikat b’mod kontinwu li t-termini u l-ispeċifikazzjonijiet tat-tranżazzjoni qed ikunu riflessi fl-EPE b’mod korrett jew tal-inqas b’mod konservattiv.

2. Id-dejta attwali tas-suq għandha tintuża għad-determinazzjoni l-iskoperturi attwali. L-istituzzjoni tista’ tikkalibra l-mudell EPE tagħha permezz ta’ dejta storika tas-suq jew ta' dejta implikata mis-suq sabiex tistabbilixxi parametri tal-proċessi stokastiċi sottostanti, bħad-drift, il-volatilità u l-korrelazzjoni. Jekk l-istituzzjoni tuża dejta storika, tal-inqas għandha tuża tliet snin ta’ tali dejta. Id-dejta għandha tiġi aġġornata tal-inqas fuq bażi trimestrali, u aktar sikwit jekk dan ikun neċessarju sabiex jiġi riflessi l-kundizzjonijiet tas-suq.

Sabiex tiġi kkalkolata l-EPE Effettiva permezz tal-kalibrazzjoni tal-istress, l-istituzzjoni għandha tikkalibra l-EPE Effettiva permezz ta’ dejta ta’ tliet snin li tinkludi perjodu ta’ stress għall-firxiet ta’ inadempjenzi ta’ kreditu tal-kontropartijiet tagħha jew permezz ta' dejta implikata mis-suq minn tali perjodu ta’ stress.

Ir-rekwiżiti fil-paragrafi 3, 4 u 5 għandhom jiġu applikati mill-istituzzjoni għal dan il-għan.

3. L-istituzzjoni għandha turi, għas-sodisfazzjoni tal-awtorità kompetenti, tal-inqas fuq livell trimestrali, li l-perjodu ta’ stress użat għall-kalkolu f’dan il-paragrafu jikkoinċidi ma’ perjodu ta’ swap ta’ inadempjenza tal-kreditu miżjuda jew firxiet oħra ta’ kreditu (bħal għoti ta' self jew bond korporattiva) għal selezzjoni rappreżentattiva tal-kontropartijiet tagħha b’firxiet ta’ kreditu negozjat. F’sitwazzjonijiet fejn l-istituzzjoni ma jkollhiex dejta adegwata ta’ firxa ta’ kreditu għal kontroparti, għandha timmapja dik il-kontroparti ma' dejta ta’ firxa ta’ kreditu speċifiku bbażata fuq ir-reġjun, il-klassifikazzjoni interna u t-tip ta’ negozju.

4. Il-mudell EPE għall-kontropartijiet kollha għandu juża d-dejta, jew storika jew implikata, li tinkludi d-dejta mill-perjodu ta’ kreditu taħt stress u għandha tuża tali dejta b’mod konsistenti mal-metodu użat għall-kalibrazzjoni tal-mudell EPE għad-dejta attwali.

5. Sabiex tevalwa l-effettività tal-kalibrazzjoni tal-istress tagħha għall-EEPE, l-istituzzjoni għandha toħloq diversi portafolli ta' referenza li huma vulnerabbli għall-fatturi ta’ riskju ewlenin li għalihom tkun esposta l-istituzzjoni. L-iskopertura għal dawn il-portafolli ta' referenza għandha tiġi kkalkolata billi tintuża (a) metodoloġija tal-istress, ibbażata fuq valuri tas-suq attwali u parametri tal-mudell kalibrati għall-kundizzjonijiet tas-suq taħt stress, u (b) l-iskopertura ġenerati matul il-perjodu ta’ stress, iżda billi jiġi applikat il-metodu stabbilit f’din it-Taqsima (il-valur tas-suq fi tmiem il-perjodu ta’ stress, il-volatilitajiet, u l-korrelazzjonijiet mill-perjodu ta’ stress ta’ 3 snin).

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu lill-istituzzjoni sabiex taġġusta l-kalibrazzjoni tal-istress jekk l-iskoperturi ta’ dawn il-portafolli ta' referenza jiddevjaw b’mod sostanzjali minn xulxin.

6. L-istituzzjoni għandha tissoġġetta l-mudell għal proċess ta’ validazzjoni li huwa artikolat b’mod ċar fil-politiki u l-proċeduri tal-istituzzjoni. Dan il-proċess ta’ validazzjoni għandu:

(a)     jispeċifika t-tip ta’ ttestjar meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-integrità tal-mudell u l-jiġu identifikati l-kundizzjonijiet li skonthom is-suppożizzjonijiet li huma l-bażi tal-mudell mhumiex xierqa u għaldaqstant, jistgħu jirriżultaw f’sottovalutazzjoni tal-EPE;

(b)     jinkludi analiżi tal-komprensività tal-mudell.

7. Istituzzjoni għandha timmonitorja r-riskji relevanti u jkollha proċessi implimentati sabiex taġġusta l-istimi tagħha tal-EEPE meta dawn ir-riskji jsiru sinifikanti. Sabiex tikkonforma ma’ dan il-paragrafu, l-istituzzjoni għandha:

(a)     tidentifika u timmaniġja l-iskoperturi tagħha għar-Riskju Speċifiku Wrong-Way li jirriżultaw kif speċifikat fl-Artikolu 285(1)(b) u skoperturi għar-Riskju Ġenerali Wrong-Way li jirriżultaw kif speċifikat fl-Artikolu 285(1)(a);

(b)     għall-iskoperturi bi profil ta’ riskju li jiżdied wara sena, fuq bażi regolari tqabbel l-istima tal-kejl relevanti tal-iskopertura fuq sena mal-istess kejl tal-iskopertura matul il-ħajja tal-iskopertura;

(c)     għall-iskoperturi b’maturità reżidwa taħt sena, fuq bażi regolari tqabbel in-nefqa tas-sostituzzjoni (l-iskopertura attwali) u l-profil tal-iskopertura realizzata, u taħżen dejta li tkun tippermetti tali tqabbil.

8. L-istituzzjoni għandu jkollha proċeduri interni sabiex tivverifika li, qabel ma tinkludi tranżazzjoni f’sett ta’ netting, it-tranżazzjoni tkun koperta minn kuntratt ta’ netting infurzabbli legalment li jilħaq ir-rekwiżiti speċifikati fit-Taqsima 7.

9. L-istituzzjoni li tuża kollateral sabiex timmitiga is-CCR tagħha għandu jkollha proċeduri interni sabiex tivverifika li, qabel ma tirrikonxxi l-effett ta’ kollateral fil-kalkoli tagħha, il-kollateral jilħaq l-istandards taċ-ċertezza legali speċifikati fil-Kapitolu 4 .

10. L-ABE għandha timmonitorja l-medda ta’ prattiki f’dan il-qasam u għandha, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, toħroġ linji gwida dwar l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 287 Rekwiżiti għas-sistema tal-immaniġjar tar-riskji

(1) L-istituzzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)     għandha tilħaq ir-rekwiżiti kwalitattivi stabbiliti fil-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitolu 5;

(b)     għandha twettaq programm regolari ta’ ttestjar b’lura, li jqabbel il-kejl tar-riskju ġenerat mill-mudell ma' kejl tar-riskju realizzat, u l-bidliet ipotetiki bbażati fuq pożizzjonijiet statiċi ma’kejl realizzat;

(c)     għandha twettaq validazzjoni inizzjali u analiżi perjodika kontinwa tal-mudell tal-iskopertura tas-CCR tagħha u l-kejl tar-riskju ġenerat minnu. Il-validazzjoni u l-analiżi għandhom ikunu indipendenti mill-iżvilupp tal-mudell;

(d)     il-korp maniġerjali u l-maniġment superjuri għandhom ikunu involuti fil-proċess tal-kontroll tar-riskji u għandhom jiżguraw li jiġu allokati riżorsi adegwati għall-kontrol tar-riskju ta’ kreditu u tar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti. Għal dan il-għan, ir-rapporti ta’ kuljum imħejjija mill-unità ta’ kontroll tar-riskji indipendenti stabbilita skont l-Artikolu 281(1)(a) għandhom jiġu analizzati minn livell ta' maniġment li huwa superjuri u awtoritarju biżżejjed sabiex jinforza kemm it-tnaqqis tal-pożizzjonijiet meħuda minn negojanti individwali kif ukoll tnaqqis fl-iskopertura tar-riskju kumplessiva tal-istituzzjoni;

(e)     il-mudell tal-iskopertura tal-kejl tar-riskju intern għandu jkun integrat fil-proċess ta’ mmaniġjar ta’ kuljum tal-istituzzjoni;

(f)      is-sistema ta’ kejl tar-riskji għandha tintuża flimkien ma’ limiti interni tan-negozjar u l-iskoperturi. F’dan ir-rigward, il-limiti tal-iskoperturi għandhom ikunu relatati mal-mudell tal-kejl tar-riskju tal-istituzzjoni b’mod li huwa konsistenti tul iż-żmien u li huwa mifhum sewwa min-negozjanti, mill-funzjoni ta’ kreditu u mill-maniġment superjuri;

(g)     l-istituzzjoni għandha tiżgura li s-sistema tal-immanġjar tar-riskji tagħha hija dokumentata sew. B’mod partikolari, għandu jżomm sett dokumentat ta’ politiki, kontrolli u proċeduri interni rigward l-operazzjoni tas-sistema tal-immaniġjar tar-riskji, u l-arranġamenti sabiex jiġi żgurat li jkun hemm konformità ma’ dawn il-politiki;

(h)     analiżi indipendenti tas-sitema tal-kejl tar-riskju għandha titwettaq b’mod regolari fil-proċess tal-awditjar intern tal-istituzzjoni stess. Din l-analiżi għandha tinkludi kemm l-attivitajiet tal-unitajiet ta’ negozjar kummerċjali kif ukoll tal-unità indipendenti tal-kontroll tar-riskji. Analiżi tal-proċess tal-immaniġjar tar-riskju kumplessiv għandha titwettaq kull ċertu żmien b’mod regolari (u mhux inqas minn darba fis-sena) u għandha tindirizza b’mod speċifiku, bħala minimu, l-elementi kollha msemmija fl-Artikolu 282;

(i)      il-validazzjoni kontinwa tal-mudelli tar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti, inkluż l-ittestjar b’lura, għandha tiġi analizzata b’mod perjodiku minn livell ta’ maniġment b’awtorità biżżejjed sabiex jiddeċiedi dwar l-azzjoni li se tittieħed sabiex jiġu indirizzati d-dgħjufijiet fil-mudelli.

(2) L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu sa fejn l-istituzzjoni tilħaq ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1 meta jiffissaw l-livell ta' alpha, kif stabbilit fl-Artikolu 278(4). Huma biss l-istituzzjonijiet li jikkonformaw b’mod sħiħ ma’ dawk ir-rekwiżiti li għandhom ikunu eliġibbli għall-applikazzjoni tal-fattur ta’ multiplikazzjoni minimu.

(3) L-istituzzjoni għandha tiddokumenta l-proċess għall-validazzjoni inizzjali u kontinwa tal-mudell tal-iskopertura tas-CCR tagħha u l-kalkolu tal-kejl tar-riskju ġenerat mill-mudelli f’livell ta’ dettall li jkun jippermetti lil parti terza sabiex toħloq mill-ġdid, rispettivament, l-analiżi u l-kejl tar-riskji. Dik id-dokumentazzjoni għandha tistabbilixxi l-frekwenza li fiha titwettaq l-analiżi tal-ittestjar b’lura u kwalunkwe validazzjoni kontinwa oħra, kif titwettaq il-validazzjoni fir-rigward tal-flussi tad-dejta u l-portafolli u l-analiżi li jintużaw.

(4) Istituzzjoni għandha tiddefinixxi kriterji li bihom tivvaluta l-mudelli tal-iskopertura tas-CCR tagħha u l-mudelli li jiddaħħlu fil-kalkolu tal-iskopertura u żżomm politika bil-miktub li tispjega l-proċess li bih tkun identifikata u rimedjata prestazzjoni li ma tkunx aċċettabbli.

(5) L-istituzzjoni għandha tiddefinixxi kif il-portafolli rappreżentattivi tal-kontroparti jinbnew għall-finijiet ta’ validazzjoni ta’ mudell tal-iskopertura tas-CCR u l-kejl tar-riskju tiegħu.

(6) Il-validazzjoni tal-mudelli tal-iskopertura tas-CCR u l-kejl tar-riskju tagħhom li jipproduċu tbassir ta' distribuzzjonijiet għandha tikkonsidra aktar minn statistika waħda tat-tbassir tat-distribuzzjoni.

Artikolu 288 Rekwiżiti ta’ validazzjoni għall-mudelli EPE

1. Bħala parti mill-validazzjoni inizzjali u kontinwa tal-mudell tal-iskopertura tas-CCR tagħha u l-kejl ta’ riskju tiegħu, l-istituzzjoni għandha tiżgura li jintlaħqu r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)     l-istituzzjoni għandha twettaq ittestjar b’lura permezz ta’ dejta storika dwar il-movimenti fil-fatturi ta’ riskju tas-suq qabel il-permess mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 277(1). Dak l-ittestjar b’lura għandu jikkonsidra numru ta’ perjodi ta’ tbassir distinti tal-inqas mifruxa fuq sena, fuq medda ta’ dati ta’ bidu varji u li jkopru medda wiesgħa ta’ kundizzjonijiet tas-suq;

(b)     l-istituzzjoni li tuża l-approċċ stabbilit fil-paragrafu 12(b) tal-Artikolu 278 għandha tivvalida b’mod regolari l-mudell tagħha sabiex tittestja jekk l-iskoperturi attwali realizzati humiex konsistenti mat-tbassir fil-perjodi marġinali kollha matul sena. Jekk uħud min-negozji fis-sett ta’ netting jkollhom maturità ta’ inqas minn sena, u s-sett ta’ netting ikollu sensittivitajiet ogħla tal-fattur ta’ riskju mingħajr dawn in-negozji, dawn għandhom jitqiesu fil-validazzjoni;

(c)     għandha tittestja b’lura l-prestazzjoni tal-mudell ta’ skopertura tas-CCR tagħha u l-kejl tar-riskju relevanti tal-mudell kif ukoll it-tbassir tal-fatturi ta’ riskju tas-suq. Għan-negozji kollateralizzati, il-perjodi tat-tbassir ikkunsidrati għandhom jinkludu dwak li jirreflettu l-perjodi marġinali tipiċi tar-riskju applikat f’negozjar kollateralizzat jew marġinat;

(d)     jekk il-validazzjoni tal-mudell tindika li l-EPE effettiva hija sottovalutata, l-istituzzjoni għandha tieħu l-passi neċessarji sabiex tindirizza l-impreċiżjoni tal-mudell;

(e)     għandha tittestja l-mudelli tal-ippreżar użati sabiex tiġi kkalkolata l-iskopertura tas-CCR għal xenarju partikolari ta’ xokkijiet futuri għall-fatturi tar-riskju tas-suq bħala parti mill-proċess ta’ validazzjoni inizzjali u kontinwa tal-mudell. Il-mudelli ta’ pprezzar għall-opzjonijiet għandhom jikkunsidraw in-nuqqas ta’ linearità tal-valur tal-opzjoni fir-rigward tal-fatturi ta’ riskju tas-suq;

(f)      il-mudell tal-iskopertura tas-CCR għandu jkopri l-informazzjoni speċifika għat-tranżazzjoni meħtieġa sabiex jiġu aggregati l-iskoperturi fuq il-livell tas-sett ta’ netting. Istituzzjoni għandha tivverifika li t-tranżazzjonijiet huma assenjati għas-sett ta’ netting xieraq fi ħdan il-mudell;

(g)     il-mudell tal-iskopertura tas-CCR għandu jinkludi l-informazzjoni speċifika għat-tranżazzjoni sabiex ikopri l-effetti tal-marġinazzjoni. Għandu jqis kemm l-ammont attwali tal-marġni u l-marġni li jkun jgħaddi minn kontroparti għall-oħra fil-ġejjieni. Tali mudell għandu jikkunsidra n-natura tal-ftehimiet marġinali huma unilaterali jew bilaterali, il-frekwenza tas-sejħiet tal-marġinali, il-perjodu marġinali ta’ riskju, il-limitu minimu tal-iskopertura mhux marġinata li l-istituzzjoni lesta taċċetta, u l-ammont ta’ trasferiment minimu. Tali mudell għandu jew jistima l-bidla fil-valur fl-ipprezzar skont il-valur fis-suq tal-kollateral depożitat jew japplika r-regoli stabbiliti fil-Kapitolu 4;

(h)     il-proċess ta’ validazzjoni tal-mudell għandu jinkludi ttestjar b’lura statiku u storiku dwar kontroparti rappreżentattiva. L-istituzzjoni għandha twettaq tali ttestjar b’lura fuq numru ta’ portafolli ta’ kontropartijiet rappreżentattivi li huma attwali jew ipotetiċi f'perjodi regolari. Dawn il-portafolli rappreżentattivi għandhom jintgħażlu fuq il-bażi tas-sensittività tagħhom għall-fatturi ta’ riskju materjali u l-kombinazzjonijiet tal-fatturi ta’ riskju li għalihom hija esposta l-istituzzjoni;

(i)      l-istituzzjoni għandha twettaq ittestjar b’lura li huwa ddiżinjat biex jittestja s-suppożizzjonijiet ewlenin tal-mudell tal-iskopertura tas-CCR u l-miżuri tar-riskju relevanti, inkluża r-relazzjoni mudellata bejn il-karatteristiċi tal-istess fattur ta’ riskju, u r-relazzjonijiet mudellati bejn il-fatturi ta’ riskju;

(j)      il-prestazzjoni tal-mudelli tal-iskopertura tas-CCR u l-kejl ta’ riskju tagħha għandhom ikunu soġġetti għal prattika xierqa ta’ ttestjar b’lura. Il-programm tal-ittestjar b’lura għandu jkun kapaċi jidentifika prestazzjoni ħażina fil-kejl tar-riskju ta’ mudell EPE;

(k)     l-istituzzjoni għandha tivvalida l-mudelli tal-iskopertura tas-CCR tagħha u l-miżuri tar-riskju kollha għall-perjodi li jikkorrispondu mal-maturità tan-negozji koperti mill-eżenzjoni tal-IMM skont l-Artikolu 277;

(l)      l-istituzzjoni għandha tittestja b’mod regolari l-mudelli tal-ipprezzar użati għall-kalkolu tal-iskopertura tal-kontroparti kontra punti ta' referiment indipendenti xierqa bħala parti mill-proċess ta’ validazzjoni kontinwa tal-mudell;

(m)    il-validazzjoni kontinwa ta’ mudell tal-iskopertura tas-CCR tal-istituzzjoni u l-kejl tar-riskju relevanti għandhom jinkludu valutazzjoni tal-adegwadezza tal-prestazzjoni reċenti;

(n)     il-frekwenza li biha jiġu aġġornati l-parametri ta’ mudell tal-iskopertura tas-CCR għandha tiġi vvalutata minn istituzzjoni bħala parti mill-proċess ta’ validazzjoni inizzjali u kontinwu;

(o)     il-validazzjoni inizzjali u kontinwa tal-mudelli tal-iskopertura tas-CCR għandha tivvaluta jekk il-livell tal-kontroparti u l-kalkoli tal-iskopertura tas-sett ta’ netting tal-iskopertura humiex xierqa.

2. Miżura li hija aktar konservattiva mill-metrika użata għall-kalkolu tal-valur regolatorju tal-iskopertura għal kull kontroparti tista’ tintuża minflok alpha multiplikata bl-EPE Effettiva bil-permess minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti. Il-grad tal-konservattiviżmu relattiv jiġi vvalutat wara l-approvazzjoni inizzjali mill-awtoritajiet kompetenti u l-analiżijiet superviżorji regolari tal-mudelli EPE. I-istituzzjoni għandha tivvalida l-konservattiviżmu b’mod regolari. L-analiżi kontinwa tal-prestazzjoni tal-mudell għandha tkopri l-kontropartijiet kollha li għalihom jintużaw il-mudelli.

3. Jekk l-ittestjar b’lura jindika li mudell mhuwiex preċiż biżżejjed, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevokaw il-permess tagħhom għall-mudell, jew jimponu l-miżuri xierqa sabiex jiżguraw li l-mudell jiġi mtejjeb minnufih.

Taqsima 7 Netting kuntrattwali

Artikolu 289 Rikonoxximent tan-netting kuntrattwali bħala tnaqqis tar-riskju

1. Istituzzjonijiet jistgħu jittrattaw bħala tnaqqis mir-riskju skont l-Artikolu 292 biss it-tipi ta’ ftehimiet kuntrattwali ta’ netting li ġejjin fejn il-ftehim ta’ netting ġie rikonoxxut mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 290 u fejn l-istituzzjoni tilħaq ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 291:

(a)     kuntratti bilaterali għal novazzjoni bejn istituzzjoni u l-kontroparti tagħha skont liema l-pretensjonijiet reċiproċi u l-obbligi huma awtomatikament amalgamati b’tali mod li n-novazzjoni tistabbilixxi ammont nett uniku wieħed kull darba li tapplika sabiex jinħoloq kuntratt wieħed ġdid li jieħu post il-kuntratti preċedenti kollha u l-obbligi kollha bejn il-partijiet skont dawk il-kuntratti u jkun vinkolanti fuq il-partijiet;

(b)     ftehimiet bilaterali oħrajn bejn istituzzjoni u l-kontroparti tagħha;

(c)     il-ftehimiet kuntrattwali ta’ netting bejn prodott u ieħor għal istituzzjonijiet li jużaw il-metodu stabbilit fit-Taqsima 6 għat-tranżazzjonijiet li jaqgħu fl-ambitu ta’ dak il-metodu.

In-netting tat-tranżazzjonijiet kollha li fihom daħlu entitajiet ġuridiċi differenti ta’ grupp ma għandhomx jiġu rikonoxxuti għall-finijiet ta’ kalkolu tar-rekwiżiti tal-fondi proprji.

Artikolu 290 Rikonoxximent tal-ftehimiet kuntrattwali ta’ netting

1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrikonoxxu ftehim ta’ netting kuntrattwali biss fejn jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 2 u, fejn xieraq, 3.

2. Il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom jintlaħqu mill-ftehimiet kuntrattwali ta’ netting kollha użati mill-istituzzjoni għall-finijiet ta’ determinazzjoni tal-valur tal-iskopertura f’din il-Parti:

(a)     l-istituzzjoni laħqet ftehim ta’ netting kuntrattwali mal-kontroparti tagħha li joħloq obbligu legali wieħed, li jkopri t-tranżazzjonijiet inklużi kollha, b’tali mod li, f’każ li sseħħ inadempjenza mill-kontroparti hi tkun intitolata tirċievi jew tkun obbligata tħallas biss is-somma netta tal-valuri pożittivi u negattivi tal-ipprezzar skont il-valur fis-suq tat-tranżazzjonijiet individwali inklużi;

(b)     l-istituzzjoni qiegħdet għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti opinjonijiet legali bil-miktub u raġunati sabiex, f’każ ta’ kontestazzjoni legali tal-ftehim ta’ netting, il-pretensjonijiet u l-obbligi tal-istituzzjoni ma jkunux jaqbżu dawk imsemmija fil-punt (a). L-opinjoni legali għandha tirreferi għal-liġi applikabbli:

(i)      il-ġuriżdizzjoni li fiha tkun inkorporata l-kontroparti;

(ii)      jekk tkun involuta fergħa ta’ impriża, li tinsab f’pajjiż ieħor li mhuwiex dak li fih l-impriża hija inkorporata, il-ġuriżdizzjoni li fiha tinsab il-fergħa;

(iii)     il-ġuriżdizzjoni li l-liġi tagħha tikkontrolla t-tranżazzjonijiet individwali inklużi fil-ftehim ta’ netting;

(iv)     il-ġuriżdizzjoni li l-liġi tagħha tikkontrolla kwalunkwe kuntratt jew ftehim neċessarju sabiex jiġi affettwat in-netting kuntrattwali;

(c)     ir-riskju ta’ kreditu għal kull kontroparti huwa aggregat sabiex jirriżulta fi skopertura legali waħda għat-tranżazzjonijiet kollha ma’ kull kontroparti. Din l-aggregazzjoni għandha tiġi fatturata għall-għanijiet tal-limitu ta’ kreditu u għall-għanijiet tal-kapital intern;

(d)     il-kuntratt ma għandu jkun fih l-ebda klawżola li, f’każ ta’ inadempjenza ta’ kontroparti, tippermetti lil kontroparti mhux inadempjenti sabiex tagħmel pagamenti limitati biss, jew l-ebda pagament, lill-proprjetà tal-parti inadempjenti, anki jekk il-parti inadempjenti hija kreditur nett.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu sodisfatti li n-netting kuntrattwali huwa legalment validu u infurzabbli skont il-liġi ta’ kull waħda mill-ġuriżdizzjonijiet imsemmija fil-punt (b). Jekk waħda mill-awtoritajiet kompetenti ma tkunx sodisfatta f’dan ir-rigward, il-ftehim ta’ netting kuntrattwali ma għandux jiġi rikonoxxut bħala wieħed li jnaqqas ir-riskju għal ebda mill-kontropartijiet. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar dan.

3. L-opinjonijiet legali msemmija fil-punt (b) jistgħu jinġiebu b’referenza għat-tipi ta’ netting kuntrattwali. Il-kundizzjonijet addizzjonali li ġejjin għandhom jiġu sodisfatti mill-ftehimiet kuntrattwali ta’ netting bejn prodott u ieħor:

(a)     is-somma netta msemmija fl-Artikolu 290(2)(a) hija s-somma netta tal-valuri pożittivi u negattivi tal-għeluq ta’ kull ftehim ewlieni individwali bilaterali inkluż u tal-valur pożittiv jew negattiv tal-ipprezzar skont il-valur tas-suq tat-tranżazzjonijiet individwali (l-‘Ammont Nett bejn Prodott u Ieħor’);

(b)     l-opinjonijiet legali msemmija fl-Artikolu 290(2)(b) għandhom jindirizzaw il-validità u l-infurzabbiltà tal-ftehim kuntrattwali sħiħ ta’ netting bejn prodott u ieħor skont it-termini tiegħu u l-impatt tal-arranġament tan-netting fuq id-dispożizzjonijiet materjali ta’ kull ftehim ewlieni individwali bilaterali inkluż.

Artikolu 291 Obbligi tal-istituzzjonijiet

1. Istituzzjoni għandha tistabbilixxi u żżomm proċeduri sabiex tiżgura li l-validità u l-infurzabbiltà legali tan-netting kuntrattwali tagħha huma analizzati fid-dawl tal-bidliet fil-liġi tal-ġuriżdizzjonijiet relevanti msemmija fl-Artikolu 290(2)(b).

2. L-istituzzjoni għandha żżomm id-dokumentazzjoni meħtieġa kollha relatata man-netting kuntrattwali tagħha fil-fajls tagħha.

3. L-istituzzjoni għandha tagħmel fatturazzjoni tal-effetti tan-netting fil-kejl tagħha ta’ kull skopertura ta’ riskju aggregat ta’ kull kontroparti u l-istituzzjoni għandha timmaniġġja s-CCR tagħha fuq il-bażi ta’ dawk l-effetti ta’ dak il-kejl.

4. Fil-każ tal-ftehimiet kuntrattwali ta’ netting bejn prodott u ieħor msemmija fl-Artikolu 289, l-istituzzjoni għandha żżomm il-proċeduri skont l-Artikolu 290(2)(c) sabiex tivverifika li kull tranżazzjoni li għandha tiġi inkluża f’sett ta’ netting tkun koperta minn opinjoni legali msemmija fl-Artikolu 290(2)(b).t

Billi jitqies il-ftehim ta’ netting kuntrattwali bejn prodott u ieħor, l-istituzzjoni għandha tibqa’ tikkonforma mar-rekwiżiti għar-rikonoxximent tan-netting bilaterali u r-rekwiżiti tal-Kapitolu 4 għar-rikonoxximent tal-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu, kif applikabbli, fir-rigward ta’ kull ftehim u tranżazzjoni bilaterali ewlenin individwali inklużi.

Artikolu 292 Effetti tar-rikonoxximent tan-netting bħala tnaqqis tar-riskju

1. It-trattament li ġej japplika għall-ftehimiet kuntrattwali ta’ netting:

(a)     in-netting għall-finijiet tat-Taqsimiet 5 u 6 għandu jiġi rikonoxxut kif stabbilit f’dawk it-Taqsimiet;

(b)     fil-każ ta’ kuntratti ta’ novazzjoni, l-ammonti netti waħedhom stabbiliti minn tali kuntratti minflok l-ammonti grossi involuti, jistgħu jiġu ppeżati.

Fl-applikazzjoni tat-Taqsima 3, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkunsidraw il-kuntratt għal novazzjoni meta jiġu biex jidderminaw:

(i)      in-nefqa kurrenti għas-sostituzzjoni msemmija fl-Artikolu 269(1);

(ii)      l-ammonti prinċipali nozzjonali jew il-valuri sottostanti msemmija fl-Artikolu 269(2).

Fl-applikazzjoni tat-Taqsima 4, meta jiddeterminaw l-ammont nozzjonali msemmi fl-Artikolu 270(1) l-istituzzjonijiet jistgħu jikkunsidraw il-kuntratt għal novazzjoni għall-finijiet ta’ kalkolu tal-ammont kapitali nozzjonali. F’tali każijiet, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-perċentwali tat-Tabella 3.

(c)     Fil-każ ta’ ftehimiet ta’ netting oħrajn, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw it-Taqsima 3 kif ġej:

(i)      l-ispiża attwali għas-sostituzzjoni msemmija fl-Artikolu 269(1) għall-kuntratti inklużi fi ftehim ta’ netting għandha tinkiseb billi tiġi kkunsidrata n-nefqa ipotetika għas-sostituzzjoni netta reali li tirriżulta mill-ftehim; fil-każ fejn in-netting iwassal għal obbligu nett għall-istituzzjoni li tikkalkula n-nefqa netta għas-sostiuzzjoni, l-ispiża attwali għas-sostituzzjoni hija kkalkolata bħala ‘0’;

(ii)      iċ-ċifra għall-iskopertura ta’ kreditu futura potenzjali msemmija fl-Artikolu 269(1) għall-kuntratti kollha inklużi fi ftehim ta’ netting għandha titnaqqas skont il-formula li ġejja:

fejn:

PCEred =     iċ-ċifra mnaqqsa għall-iskopertura ta’ kreditu futura potenzjali għall-kuntratti kollha ma’ kontroparti partikolari inkluża fi ftehim bilaterali ta’ netting legalment validu;

PCEgross = is-somma taċ-ċifri għall-iskopertura ta’ kreditu futura potenzjali għall-kuntratti kollha ma’ kontroparti partikolari li huwa inklużi fi ftehim bilaterali ta’ netting legalment validu u huma kkalkolati billi jiġu multiplikati l-ammonti kapitali nozzjonali tagħhom bil-perċentwali stabbiliti fit-Tabella 1;

NGR =       il-proporzjon tal-valur nett għall-valur gross ikkalkolata bħala l-kwozjent tal-ispiża netta għas-sostituzzjoni tal-kuntratti kollha inklużi fi ftehim bilaterali ta’ netting legalment validu ma’ kontroparti partikolari (in-numeratur) u l-ispiża grossa għas-sostituzzjoni tal-kuntratti kollha inklużi fi ftehim bilaterali ta’ netting legalment validu ma’ dik il-kontroparti (id-denominatur).

2. Meta jwettqu l-kalkolu tal-iskopertura ta’ kreditu futura potenzjali skont il-formula ta’ hawn fuq, l-istituzzjonijiet jistgħu jittrattaw kuntratti li jaqblu b’mod perfett inklużi fil-ftehim ta’ netting daqs li kieku kienu kuntratt wieħed b'kapital nozzjonali ekwivalenti għad-dħul nett.

Fl-applikazzjoni tal-Artikolu 270(1) l-istituzzjonijiet jistgħu jittrattaw kuntratti li jaqblu perfettament inklużi fil-ftehim tan-netting daqs li kieku kienu kuntratt wieħed b'kapital nozzjonali ekwivalenti għad-dħul nett, u l-ammonti kapitali nozzjonali għandhom jiġu multiplikati bil-perċentwali li jinsabu fit-Tabella 3.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, kuntratti li jaqblu b’mod perfett huma kuntratti forward tal-kambju jew kuntratti simili li fihom il-kapital nozzjonali huwa ekwivalenti għall-flussi ta’ flus jekk il-flussi ta’ flus ikunu dovuti fl-istess data tal-valur u huma kompletament fl-istess munita.

3. Għall-kuntratti kollha l-oħra inklużi fi ftehim ta’ netting, il-perċentwali applikabbli jistgħu jitnaqqsu kif indikat fit-Tabella 6:

            Tabella 6

Maturità oriġinali || Kuntratti tar-rata tal-imgħax || Kuntratti tal-kambju

Sena jew inqas || 0,35 % || 1,50 %

Aktar minn sena iżda mhux aktar minn sentejn || 0,75 % || 3,75 %

Konċessjonijiet addizzjonali għal kull sena addizzjonali || 0,75 % || 2,25 %

4. Fil-każ ta’ kuntratti tar-rata tal-imgħax, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu, soġġetti għall-kunsens tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom, jew jagħżlu l-maturità oriġinali jew dik reżidwa.

Taqsima 8 Elementi fil-portafoll tan-negozjar

Article 293 Elementi fil-portafoll tan-negozjar

1. Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-Anness II għandu jinkludi referenza għall-istrumenti derivati għat-trasferiment tar-riskju ta’ kreditu kif imsemmi fil-punt (8) tat-Taqsima C tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE.

2. Meta jikkalkolaw l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju għar-riskju tal-kontroparti tal-elementi fil-portafoll tan-negozjar, l-istituzzjonijiet għandhom jikkonformaw mal-prinċipji li ġejjin:

(a)     fil-każ ta’ derivati swap ta’ kreditu b'rendiment totali u d-derivati swap ta’ kreditu ta’ inadempjenza tal-kreditu, sabiex tinkiseb iċ-ċifra għall-iskopertura ta’ kreditu futura potenzjali bil-metodu stabbilit fis-sezzjoni 3, l-ammont nominali tal-istrument għandu jiġi multiplikat bil-perċentwali li ġejjin:

(i)      5%, fejn l-obbligu ta’ referenza huwa wieħed li, jekk iwassal għal skopertura diretta tal-istituzzjoni, ikun element li jikkwalifika għall-finijiet tal-Parti Tlieta, it-Titolu IV, li-Kapitolu 2;

(ii)     10%, fejn l-obbligu ta’ referenza huwa wieħed li, jekk iwassal għal skopertura diretta tal-istituzzjoni, ma jkunx elementi li jikkwalifika għall-finijiet tal-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitolu 2.

Fil-każ tal-istituzzjoni li l-iskopertura tagħha li tirriżulta minn swap ta’ inadempjenza tal-kreditu tirrappreżenta pożizzjoni fit-tul fis-sottostanti, il-perċentwal għall-iskopertura ta’ kreditu futura potenjali jista’ jkun ta’ 0%, sakemm l-iswap ta’ inadempjenza tal-kreditu ma tkunx soġġetta għal għeluq wara insolvenza tal-entità li l-iskopertura tagħha li tirriżulta minn swap tirrappreżenta pożizzjoni fil-qosor fis-sottostanti, minkejja l-fatt li s-sottostanti ma saritx inadempjenti.

Fejn id-derivat ta’ kreditu jipprovdi protezzjoni fir-rigward tal-"inadempjenza nru n" fost numru ta’ obbligi sottostanti, l-istituzzjoni għandha tiddetermina liema miċ-ċifri tal-perċentwali preskritti hawn fuq tapplika skont ir-referenza għall-obbligu bil-kwalità ta’ kreditu nru n l-aktar baxxa li, jekk tiġġarrab mill-istituzzjoni, tkun element li jikkwalifika għall-finijiet tal-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitolu 2;

(b)     l-istituzzjonijiet ma għandhomx jużaw il-Metodu Sempliċi ta’ Kollateral Finanzjarju sstabbilit fl-Artikolu 217 għar-rikonoxximent tal-effetti tal-kollateral finanzjarju;

(c)     fil-każ ta’ tranżazzjonijiet ta’ riakkwist u tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b’self ta' titoli jew komoditajiet imniżżla fil-portafoll tan-negozjar, l-istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu bħala kollateral eliġibbli l-istrumenti finanzjarji u l-komoditajiet kollha li huma eliġibbli sabiex jiġi inklużi fil-portafoll tan-negozjar;

(d)     għall-iskoperturi li jirriżultaw minn strumenti derivati OTC imniżżla fil-portafoll tan-negozjar, l-istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu komoditajiet li huma eliġibbli sabiex jiġu inklużi fil-portafoll tan-negozjar bħala kollateral eliġibbli;

(e)     għall-finijiet ta’ kalkolu tal-aġġustamenti fil-volatilità fejn tali strumenti finanzjarji jew komoditajiet li mhumiex eliġibbli skont il-Kapitolu 4 jiġu msellfa, jinbiegħu jew jiġu provduti, jew jittieħdu b'self, jinxtraw jew jiġu rċevuti permezz ta’ kollateral jew xi ħaġa oħra f’tali tranżazzjoni, u l-istituzzjoni tkun qed tuża l-approċċ tal-aġġustamenti fil-volatilità Superviżorju fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu 4, l-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw tali strumenti u komoditajiet bl-istess mod bħall-ekwitajiet tal-indiċi mhux ewlenin elenkati f'borża rikonoxxuta;

(f)      fejn l-istituzzjoni tkun qed tuża l-approċċ tal-aġġustamenti tal-Istimi Proprji fil-Volatilità tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 4 fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji jew komoditajiet li mhumiex eliġibbli skont il-Kapitolu 4, għandha tikkalkula l-aġġustamenti fil-volatilità għal kull element individwali. Fejn l-istituzzjoni tkun qed tuża l-Approċċ tal-Mudelli Interni speċifikat fil-Kapitolu 4, tista’ tapplika wkoll dak l-approċċ fil-portafoll tan-negozjar;

(g)     fir-rigward tar-rikonoxximent tal-ftehimiet ewlenin ta’ netting li jkopru tranżazzjonijiet ta’ riakkwist, tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b’self ta' titoli jew komoditajiet, jew tranżazzjonijiet kapitali oħrajn immotivati mis-suq, l-istituzzjonijiet għandhom jirrikonoxxu biss in-netting fost il-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar u fil-ktieb mhux tan-negozju meta t-tranżazzjonijiet innettjati jilħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)      it-tranżazzjonijiet kollha huma ppeżati skont il-valur fis-suq kuljum;

(ii)      kull element meħud b'self, mixtri jew irċevut fit-tranżazzjonijiet jista’ jiġi rikonoxxut bħala kollateral finanzjarju eliġibbli skont il-Kapitolu 4 mingħajr l-applikazzjoni tal-punti (c) sa (f) ta’ dan il-paragrafu;

(h)     fejn derivat ta’ kreditu inkluża fil-portafoll tan-negozjar jagħmel parti minn ħeġġ intern u l-protezzjoni ta’ kreditu hija rikonoxxuta skont dan ir-Regolament skont l-Artikolu 199, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw wieħed mill-approċċi li ġejjin:

(i)      jittrattawh bħallikieku mhemmx riskju tal-kontroparti li ġej mill-pożizzjoni f’dak id-derivat ta’ kreditu;

(ii)      konsistentement jinkludu għall-għanijiet ta’ kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti d-derivati ta’ kreditu kollha fil-portafoll tan-negozjar li jagħmlu parti mill-ħeġġis interni jew mixtrija bħala protezzjoni kontra skopertura CCR fejn il-protezzjoni ta’ kreditu hija rikonoxxuta bħala eliġibbli skont il-Kapitolu 4.

Taqsima 9 Rekwiżiti tal-fondi proprji għall-iskoperturi għal kontroparti ċentrali

Artikolu 294 Definizzjonijiet

Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-finijiet ta’ din it-Taqsima:

1. ‘falliment remot’, fir-rigward ta’ assi, tfisser li jeżistu arranġamenti effettivi li jiżguraw li l-assi ma jkunux disponibbli għall-kredituri ta’ CCP jew ta’ membru ta’ kklerjar f’każ ta’ insolvenza ta’ dik is-CCP jew il-membru ta’ kklerjar;

2. ‘tranżazzjoni relatata mas-CCP’ tfisser kuntratt jew tranżazzjoni elenkata fl-Artikolu 295(1) bejn klijent u membru ta’ kklerjar li huma direttament relatati ma’ kuntratt jew tranżazzjoni elenkata fl-Artikolu 295(1) bejn membru ta’ kklerjar u CCP;

3. ‘membru ta’ kklerjar’ tfisser impriża li tipparteċipa f’CCP u li hija responsabbli mir-rilaxx tal-obbligi finanzjarju li jirriżultaw minn dik il-parteċipazzjoni;

4. ‘klijent’ tfisser impriża b’relazzjoni kuntrattwali ma’ membru ta’ kklerjar li tippermetti lil dik l-impriża sabiex tikklerja t-tranżazzjonijiet tagħha ma’ dik is-CCP;

5. ‘kontribuzzjoni prefinanzjata’ tfisser il-kontribuzzjoni għal fond ta’ inadempjenza ta’ CCP li titħallas minn istituzzjoni.

Artikolu 295 Ambitu materjali

1. Din it-taqsima tapplika għall-kuntratti u t-tranżazzjonijiet li ġejjin sakemm ikunu pendenti ma’ CCP:

(a)     il-kuntratti elenkati fl-Anness II u d-derivati ta’ kreditu;

(b)     tranżazzjonijiet ta’ riakkwist;

(c)     tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b’self ta' titoli jew komoditajiet;

(d)     tranżazzjonijiet b’saldu twil;

(e)     tranżazzjonijiet ta’ self marġinali;

2. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw it-trattament speċifikat fl-Artikoli 297 u 298 għall-kuntratti u t-tranżazzjonijiet pendenti ma’ CCP elenkati fil-paragrafu 1, jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)     is-CCP inkwistjoni jew ġiet awtorizzata fl-Istat Membru tad-domiċilju sabiex tipprovdi servizzi ta’ kklerjar skont il-liġi nazzjonali jew, f’każ ta’ CCP ta’ pajjiż terz jew CCP li ipprovdi servizzi fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru tad-domiċilju, tkun ngħatat il-permess sabiex tipprovdi servizzi ta’ kklerjar f’dak l-Istat Membru skont il-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Memrbu;

(b)     l-awtorità kompetenti tas-CCP imsemmija fil-punt (a) ppubblikat dokument li jikkonferma li s-CCP tikkonforma mar-rakkomandazzjonijiet kollha għall-kontropartijiet ċentrali ppubblikati mill-Kumitat dwar is-Sistemi ta’ Pagament u Saldu u l-Kumitat Tekniku tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli;

(c)     il-kuntratti jew it-tranżazzjonijiet ma ġewx miċħuda mis-CCP.

3. Fejn ma ntlaħaqx kriterju wieħed jew aktar elenkati fil-paragrafu 2, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw it-trattament speċifikat fl-Artikolu 300.

Artikolu 296 Trattament tat-tranżazzjonijiet tal-membri tal-ikklerjar u tal-klijenti

1. L-istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw l-iskoperturi kollha tagħhom għas-CCPs u għandhom jirraportaw b’mod regolari l-informazzjoni dwar dawk l-iskoperturi lill-maniġment superjuri u l-kumitat jew kumitati xierqa tal-korp tal-maniġment.

2. Fejn l-istituzzjoni taġixxi bħala membru ta’ kklerjar, jew għaliha nnfisha jew bħala intermedjarju finanzjarju bejn klijent u CCP, għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għall-iskoperturi tagħha għal CCP skont l-Artikoli 297 sa 300.

3. Fejn l-istituzzjoni taġixxi bħala membru ta’ kklerjar u, f’dik l-awtorità, taġixxi bħala intermedjarju finanzjarju bejn klijent u CCP, għandha tikkalkula r-rekwiżiti tal-fondi proprji għat-tranżazzjonijiet relatati mas-CCP tagħha mal-klijent skont il-bqija tat-Taqsimiet ta’ dan il-Kapitolu, kif applikabbli.

4. Fejn l-istituzzjoni hija klijent ta’ membru ta’ kklerjar, għandha tikkalkula r-rekwiżiti tal-fondi proprji għat-tranżazzjonijiet relatati mas-CCP tagħha ma’ membru ta’ kklerjar skont il-bqija tat-Taqsimiet ta’ dan il-Kapitolu, kif applikabbli.

5. Bħala alternattiva għall-approċċ speċifikat fil-paragrafu 4, fejn l-istituzzjoni tkun klijent, tista’ tikkalkula r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għat-tranżazzjonijiet relatati mas-CCP tagħha mal-membru ta’ kklerjar skont l-Artikoli 297 sa 300 jekk jintlaħqu ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)     il-pożizzjonijiet u l-assi ta’ dik l-istituzzjoni relatati ma’ dawk it-tranżazzjonijiet huma distinti u segregati, kemm fuq il-livell tal-membru ta’ kklerjar kif ukoll tas-CCP, mill-pożizzjonijiet u l-assi kemm tal-membru ta’ kklerjar kif ukoll tal-klijenti l-oħra ta’ dak il-membru ta’ kklerjar u bħala konsegwenza ta’ dik is-segregazzjoni dawk il-pożizzjonijiet u l-assi jkun 'il bogħod minn falliment fil-każ ta’ inadempjenza jew insolvenza tal-membru ta’ kklerjar jew wieħed jew aktar mill-klijenti l-oħra tiegħu;

(b)     liġijiet, regolamenti, regoli u arranġamenti kontrattwali relevanti applikabbli jew vinkolanti għall-istituzzjoni jew is-CCP jiżguraw li f’każ ta’ inadempjenza jew insolvenza tal-membru ta’ kklerjar, it-trasferiment tal-pożizzjonijiet tal-istituzzjoni relatati ma’ dawk il-kuntratti u tranżazzjonijiet u tal-kollateral korrispondenti għal membru ta’ kklerjar ieħor fi żmien il-perjodu marġinali ta’ riskju relevanti.

6. Fejn l-istituzzjoni li taġixxi bħala membru ta’ kklerjar tidħol f’arranġament kuntrattwali ma’ klijent ta’ membru ta’ kklerjar ieħor sabiex tiżgura lill-klijent il-portabbiltà tal-assi msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 5, dik l-istituzzjoni tista’ tattribwixxi valur tal-iskopertura ta’ żero għall-obbligu kontinġenti li jinħoloq minħabba dak l-arranġament kuntrattwali.

Artikolu 297 Rekwiżiti ta’ fondi proprji għall-iskoperturi tan-negozju

1. L-istituzzjoni għandha tapplika piż ta’ riskju ta’ 2% għall-valur tal-iskoperturi tal-iskoperturi tan-negozju kollha tagħha mas-CCPs.

2. Minkejja l-paragrafu 1, fejn l-assi depożitati bħala kollateral għal CCP jew għal membru ta’ kklerjar ikun 'il bogħod minn falliment fil-każ li s-CCP, il-membru ta’ kklerjar jew wieħed jew aktar mill-klijenti tal-membru ta’ kklerjar isiru insolventi, l-istituzzjoni tista’ tattribwixxi valur tal-iskopertura ta’ żero għall-iskoperturi ta’ riskju ta’ kreditu tal-kontroparti għal dawk l-assi.

3. L-istituzzjoni għandha tikkalkula l-valur tal-iskoperturi tal-iskoperturi tan-negozju tagħha ma’ CCP skont il-bqija tat-Taqsimiet ta’ dan il-Kapitolu, kif applikabbli.

4. L-istituzzjoni għandha tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju għall-iskoperturi tan-negozju tagħha ma’ CCPs għall-finijiet tal-Artikoli 108(8) u 151 bħala s-somma tal-valur tal-iskoperturi tan-negozju tagħha ma’ CCPs, ikkalkolata skont il-paragrafi 2 u 3, immultiplikata bil-piż ta’ riskju determinat skont il-paragrafu 1.

5. Minkejja l-paragrafi 1 u 2, fejn l-istituzzjoni tiddepożita assi bħala kollateral għal CCP, għandha tapplika għal dawk l-assi piż ta’ riskju li li kieku japplika skont il-Kapitoli 2 sa 4 għall-valur tal-iskoperturi ikkalkolat skont il-paragrafu 3.

Artikolu 298 Rekwiżiti ta’ fondi proprji għall-kontribuzzjonijiet tal-fond tal-inadempjenzi

1. L-istituzzjonijiet li jaġixxu bħala membri ta’ kklerjar għandhom iżommu fondi proprji sabiex ikopru l-iskoperturi li jirriżultaw mill-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-fond tal-inadempjenzi ta’ CCP. Għandhom jikkalkolaw ir-rekwiżit ta’ fondi proprji għal dawk l-iskoperturi skont il-metodoloġija stabbilita f’dan l-Artikolu.

Fejn CCP ma għandhiex fondi ta’ inadempjenza separati għal tranżazzjonijiet fi prodotti b’riskji ta’ saldu biss kif stabbilit fit-Titoli V u għall-kuntratti u t-tranżazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 295(1), iżda minflok tuża l-istess fond ta’ inadempjenza biex tagħmel tajjeb għat-telf assoċjat ma’ dawk it-tranżazzjonijiet u l-kuntratti kollha, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-metodloġija stabbilita f’dan l-Artikolu għall-kontribuzzjonijiet kollha tagħhom għal dak il-fond tal-inadempjenzi.

2. L-istituzzjoni għandha tikkalkula r-rekwiżit ta’ fondi proprji (Ki)) sabiex tkopri l-iskopertura li tirriżulta mill-kontribuzzjoni tagħha prefinanzjata (DFi) kif ġej:

fejn:

β=         il-fattur ta’ konċentrazzjoni komunikat lill-istituzzjoni mis-CCP;

N=        in-numru tal-membri ta’ kklerjar komunikat lill-istituzzjoni mis-CCP;

DFCM=  is-somma tal-kontribuzzjonijiet prefinanzjati tal-membri ta’ kklerjar kollha tas-CCP () komunikata lill-istituzzjoni mis-CCP;

KCM=    is-somma tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji tal-membri ta’ kklerjar kollha tas-CCP ikkalkolata skont il-formula applikabbli speċifikata fil-paragrafu 3 ().

Fejn CCP għandha arranġament kuntrattwali vinkolanti mal-membri ta’ kklerjar tagħha li jippermettilha tuża l-marġni inizzjali kollu jew parti minnu mill-membri ta’ kklerjar tagħha daqs li kieku kienu kontribuzzjonijiet prefinanzjati, il-membru ta’ kklerjar għandu jikkunsidra dak il-marġni inizzjali bħala kontribuzzjonijiet prefinanzjati għall-finijiet tal-kalkolu f’dan il-paragrafu.

3. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw KCM kif ġej:

(a)     fejn KCCP ≤ DFCCP l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-formula li ġejja:

;

(b)     fejn DFCCP < KCCP ≤DF* l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-formula li ġejja:

;

(c)     fejn DF* < KCCP l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-formula li ġejja:

fejn:

DFCCP =           ir-riżorsi finanzjarji prefinanzjati tas-CCP komunikati lill-istituzzjoni mis-CCP;

KCCP=   il-kapital ipotetiku tas-CCP komunikat lill-istituzzjoni mis-CCP;

DF =    it-total ta’ kontribuzzjonijiet prefinanzjati komunikat lill-istituzzjoni mis-CCP;

DF*=    ;

=            ;

=   il-kontribuzzjoni prefinanzjata, , komunikata lill-istituzzjoni mis-CCP;

c1=       faqqur kapitali daqs ;

c2=       fattur tal-kapital daqs 100%;

μ=        1.2.

4. L-istituzzjonijiet li jaġixxu bħal membri ta’ kklerjar għandhom jikkalkolaw ir-rekwiżit ta’ fondi proprji () għall-iskopertura li tirriżulta mill-kontribuzzjonijiet impenjati permezz ta’ kuntratt () kif ġej:

(a)     fejn DF*≥KCCP, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-formula li ġejja:

fejn:

c1=       fattur tal-kapital daqs ;

=            is-somma tal-kontribuzzjonijiet impenjati permezz ta’ kuntratt (), komunikata lill-istituzzjoni mis-CCP;

(b)     fejn DF* < KCCP, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-formula li ġejja:

.

5. L-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju għall-iskoperturi li jirriżultaw minn kontribuzzjoni prefinanzjata tal-istituzzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 108(8) u l-Artikolu 151 għandhom jiġu kkalkolati bħala r-rekwiżit ta’ fondi proprji (Ki) determinati skont il-paragrafi 2 sa 4 multiplikati bi 12.5.

6. ‘Kontribuzzjoni impenjata permezz ta’ kuntratt’ tfisser kontribuzzjoni għall-fond ta’ inadempjenza ta’ CCP li istituzzjoni hija kuntrattwalment obbligata tħallas f’każ speċifikat, iżda li mhijiex kontribuzzjoni prefinanzjata.

7. Fejn CCP ma jkollhiex fond ta’ inadempjenza u ma għandhiex arranġament kuntrattwali vinkolanti mal-membri ta’ kklerjar tagħha li jippermettilha tuża l-marġni inizzjali kollu jew parti minnu rċevut mill-membri ta’ kklerjar tagħha daqs li kieku kienu kontribuzzjonijiet prefinanzjati, għandhom japplikaw dawn li ġejjin:

(a)     l-istituzzjonijiet għandhom jissotitwixxu l-formula għall-kalkolu tar-rekwiżit ta’ fondi proprji (Ki) fil-paragrafu 2 ma’ din li ġejja:

fejn:

IMi=     il-marġni inizzjali depożitat għas-CCP mill-membru ta’ kklerjar i;

IM=     is-somma tal-marġni inizzjali komunikata lill-istituzzjoni mis-CCP;

(b)     fejn DFCCP hija żero, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-valur ta’ 1.6% għal c1 għall-finijiet tal-kalkolu fil-paragrafu 3.

8. Fejn KCCP hija żero, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-valur ta’ 1.6% għal c1 għall-finijiet tal-kalkolu fil-paragrafi 3 u 4.

Artikolu 299 Kalkolu tal-kapital ipotetiku ta’ CCP

1. Għall-kuntratti u t-tranżazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 295(1), is-CCP għandha tikkalkula l-kapital ipotetiku meħtieġ mill-membri ta’ kklerjar tagħha għall-finijiet ta’ din it-Taqsima kif ġej:

fejn:

EBRMi=                             il-valur tal-iskopertura qabel il-mitigazzjoni tar-riskju li huwa daqs il-valur tal-iskopertura tas-CCP għall-membru ta’ kklerjar i li jirriżulta mill-kuntratti u t-tranżazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 295(1) kkalkolat mingħajr ma jiġi kkunsidrat il-kollateral depożitat minn dak il-membru ta’ kklerjar;

VMi=                                 il-marġni ta’ varjazzjoni assoċjat mal-membru ta’ kklerjar i;

IMi=                                  il-marġni inizzjali depożitat għas-CCP mill-membru ta’ kklerjar i;

DFi=                                 il-kontribuzzjoni prefinanzjata ta' membru ta’ kklerjar i;

RW =                                 piż ta’ riskju ta’ 20%;

capital ratio=                   8%.

2. Għall-finijiet tal-kalkolu meħtieġ mill-paragrafu 1, għandhom japplikaw dawn li ġejjin:

(a)     CCP għandha tikkalkula l-valur tal-iskoperturi li għandha għall-membri ta’ kklerjar tagħha skont il-Metodu ta’ Pprezzar Skont il-Valur fis-Suq speċifikat fl-Artikolu 269. Meta tikkalkula dawn il-valuri, is-CCP għandha tnaqqas mill-iskoperturi tagħha l-kollateral depożitat mill-membri ta’ kklerjar tagħha, imnaqqas kif xieraq mill-aġġustamenti superviżorji fil-volatilità b’konformità mal-Metodu Komprensiv ta’ Kollateral Finanzjarju speċifikat fl-Artikolu 219;

(b)     fejn il-membru ta’ kklerjar ikun intitolat li jirċievi – iżda li jkun għadu ma rċiviex – il-marġni ta’ varjazzjoni mis-CCP, is-CCP għandha ddaħħal l-ammont korrispondenti ta’ VMi fl-ekwazzjoni b’sinjal pożittiv. Min-naħa l-oħra, fejn is-CCP tkun intitolata li tirċievi – iżda li tkun għadha ma rċivietx - il-marġni ta’ varjazzjoni mill-membru ta’ kklerjar, is-CCP għandha ddaħħal l-ammont korrispondenti ta’ VMi fl-ekwazzjoni b’sinjal negattiv;

(c)     fejn CCP għandha skopertura għal CCP waħda jew aktar, għandha tittratta kull skopertura tali daqs li kieku kienet skopertura għall-membri ta’ kklerjar u tinkludi kull marġni jew kontribuzzjoni prefinanzjata rċevuta minn għand dawk is-CCPs fil-kalkolu tal- KCCP;

(d)     fejn ir-riżorsi finanzjarji ta’ CCP jintużaw b’mod parallel, u fuq bażi prorata, għall-kontribuzzjonijiet prefinanzjati tal-membri ta’ kklerjar tagħha, is-CCP għandha żżid l-ammont korrispondenti ta’ dawn ir-riżorsi mad-DFCM;

(e)     fejn CCP għandha arranġament kuntrattwali vinkolanti mal-membri ta’ kklerjar tagħha li jippermettilha tuża l-marġni inizjali kollu jew parti minnu, rċevut mill-membri ta’ kklerjar tagħha daqs li kieku kienu kontribuzzjonijiet prefinanzjati, is-CCP għandha tikkonsidra dak il-marġni inizjali bħala kontribuzzjonijiet prefinanzjati għall-finijiet tal-kalkolu fil-paragrafu 1 u għall-finijiet ta’ notifika fil-punt (b) tal-paragrafu 4;

(f)      CCP għandha tissotitwixxi l-formula fil-punt (c)(ii) tal-Artikolu 292(1) ma’ din li ġejja:

;

(g)     fejn CCP ma tistax tikkalkula l-valur tal-NGR kif definit fil-punt (c)(ii) tal-Artikolu 292(1), għandha tagħmel dan li ġej:

(i)      tinnotifika lil dawk li huma l-istituzzjonijiet fost il-membri ta’ kklerjar tagħha bl-inabbiltà tagħha biex tikkalkula l-NGR;

(ii)      għal perjodu ta’ 3 xhur, tista’ tuża valur tal-NGR ta’ 0.3 biex tagħmel il-kalkolu tal-PCEred speċifikata fil-punt (f);

(h)     fejn, fi tmiem il-perjodu speċifikat fil-punt (ii) tal-punt (g), is-CCP tibqa’ ma tistax tikkalkula l-valur tal-NGR, għandha tagħmel dan li ġej:

(i)      tieqaf tikkalkula l-KCCP;

(ii)      tinnotifika lil dawk li huma l-istituzzjonijiet fost il-membri ta’ kklerjar tagħha li waqfet tikkalkula l-KCCP;

(i)      għall-finijiet ta’ kalkolu tal-iskopertura futura potenzjali għal opzjonijiet u swaptions skont il-Metodu ta’ Pprezzar Skont il-Valur fis-Suq speċifikat fl-Artikolu 269, CCP għandha timmultiplika l-ammont nozzjonali tal-kuntratt bil-valur assolut tad-delta tal-opzjoni () kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 274(1);

(j)      fejn ir-regoli ta’ CCP jipprevedu li għandha tuża parti mir-riżorsi finanzjarji tagħha sabiex tkopri t-telf tagħha minħabba inadempjenza ta' membru ta’ kklerjar tagħha jew aktar wara li tkun użat il-fond ta’ inadempjenza kollu tagħha, iżda qabel ma tirrikorri għall-kontribuzzjonijiet impenjati permezz ta’ kuntratt tal-membri ta’ kklerjar tagħha, is-CCP għandha żżid l-ammont ta’ dawn ir-riżorsi finanzjarji addizzjonali () mal-ammont totali ta’ kontribuzzjonijiet prefinanzjati (DF):

.

3. CCP għandha twettaq il-kalkolu meħtieġa mill-paragrafu 1 tal-inqas fuq bażi trimestrali jew aktar spiss fejn dan ikun meħtieġ mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk il-membri ta’ kklerjar tagħha li huma istituzzjonijiet.

4. CCP għandha tinnotifika l-informazzjoni li ġejja lil dawk il-membri ta’ kklerjar tagħha li huma l-istituzzjonijiet u lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom:

(a)     il-kapital ipotetiku (KCCP);

(b)     jew is-somma tal-kontribuzzjonijiet prefinanzjati (DFCM) jew, fejn is-CCP ma għandhiex fond ta’ inadempjenza u ma għandhiex arranġament kuntrattwali vinkolanti implimentat mal-membri ta’ kklerjar tagħha li jippermettilha tuża l-marġni inizzjali kollu jew parti minnu rċevut mill-membri ta’ kklerjar tagħha daqs li kieku kienu kontribuzzjonijiet prefinanzjati, is-somma tal-marġni inizjali rċevuta mill-membri ta’ kklerjar tagħha ();

(c)     l-ammont tar-riżorsi finanzjarji prefinanzjati li hija meħtieġa tuża – bil-liġi jew minħabba ftehim kuntrattwali mal-membri ta’ kklerjar tagħha – sabiex tkopri t-telf tagħha wara inadempjenza ta’ wieħed mill-membri ta’ kklerjar tagħha jew aktar qabel ma tuża l-kontribuzzjonijiet tal-fond ta’ inadempjenza tal-membri ta’ kklerjar (DFCCP) li jifdal;

(d)     il-kontribuzzjoni prefinanzjata medja ();

(e)     in-numru totali ta’ membri ta’ kklerjar tagħha (N);

(f)      il-fattur ta’ konċentrazzjoni (β), kif definit fil-paragrafu 5;

(g)     is-somma tal-kontribuzzjonijiet kollha impenjati permezz ta’ kuntratt ().

Is-CCP għandha tinnotifika lil dawk li huma l-istituzzjonijiet fost il-membri ta’ kklerjar tagħha tal-inqas fuq bażi trimestrali jew aktar spiss fejn meħtieġ mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk il-membri ta’ kklerjar.

5. CCP għandha tikkalkula l-fattur ta’ konċentrazzjoni (β) skont il-formula li ġejja:

fejn:

PCEred,i=       iċ-ċifra mnaqqsa għall-iskopertura ta’ kreditu futura potenzjali għall-kuntratti u t-tranżazzjonijiet kollha ta’ CCP ma’ membru ta’ kklerjar i.

6. L-istituzzjonijiet għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom dwar il-fatt li rċevew in-notifiki msemmija fil-punt (i) tal-punti (g) u (h) tal-paragrafu 2 u fil-paragrafu 4.

7. L-ABE għandha tiżviluppa standards tekniċi implimentattivi sabiex tispeċifika dan li ġej:

(a)     il-frekwenza u d-dati tal-kalkoli speċifikati fil-paragrafu 1;

(b)     il-frekwenza, id-dati u l-format uniformi tan-notifika speċifikata fil-paragrafu 4;

(c)     is-sitwazzjonijiet li fihom l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni li taġixxi bħala membru ta’ kklerjar tista’ teħtieġ frekwenzi aktar spissi ta’ kalkolu u rappurtar minn dawk stabbiliti skont il-punti a u b.

L-ABE għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 300 Rekwiżiti ta’ fondi proprji għall-iskoperturi għas-CCPs li ma jikkonformawx u għall-iskoperturi minn tranżazzjonijiet li ma jikkonformawx

1. Fejn tintlaħaq il-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 295(3), l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu dan li ġej:

(a)     għandhom japplikaw l-Approċċ Standardizzat għar-riskju ta’ kreditu kif stabbilit fil-Kapitolu 2 sabiex jikkalkolaw il-valur tal-iskoperturi u l-ammonti ppeżati skont ir-riskju tal-iskoperturi tan-negozju għall-kuntratti u t-tranżazzjonijiet tagħhom ma’ CCP;

(b)     għandhom japplikaw il-formula li ġejja sabiex jikkalkolaw ir-rekwiżit ta’ fondi proprji għall-iskoperturi li jirriżultaw mill-kontribuzzjonijiet prefinanzjati tagħhom u mill-kontribuzzjonijiet impenjati permezz ta’ kuntratt:

.

Fejn ma tintlaħaqx il-kundizzjoni tal-punt (c) tal-Artikolu 295(2) biss, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-punt (a) fir-rigward tal-iskoperturi tan-negozju relatati mal-kuntratt jew mat-tranżazzjoni miċħuda mis-CCP, u t-trattament speċifikat fl-Artikolu 298 għall-iskoperturi li jirriżultaw kemm mill-kontribuzzjonijiet prefinanzjati kif ukoll mill-kontribuzzjonijiet impenjati permezz ta’ kuntratt.

2. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw ir-rekwiżit ta’ fondi proprji għall-iskoperturi tagħhom għal CCP skont il-paragrafu 3 fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)     rċevew notifika mis-CCP meħtieġa mill-punt (h)(ii) tal-Artikolu 299(2) li tgħid li s-CCP waqfet tikkalkula l-KCCP;

(b)     isir magħruf għall-istituzzjonijiet – wara avviż jew notifika pubblika mill-awtorità kompetenti ta’ dik is-CCP jew mis-CCP stess – li s-CCP inkwistjoni mhux se tibqa’ tikkonforma mal-kundizzjoni stabbilita fil-punt (a) tal-Artikolu 295(2);

(c)     ma tibqax tintlaħaq il-kundizzjoni stabbilita fil-punt (b) tal-Artikolu 295(2).

3. Fi żmien 3 xhur, jew inqas fejn l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni tkun teħtieġ dan, meta tirriżulta ċirkostanza stabbilita fil-punti (a) sa (c) tal-paragrafu 2, l-istituzzjoni għandha tieqaf tapplika l-Artikoli 297 u 298 għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għall-iskoperturi tan-negozju u l-kontribuzzjonijiet għall-fond ta’ inadempjenza, u minflok għandha tagħmel dan li ġej:

(a)     għandha tikkalkula r-rekwiżit ta’ fondi proprji għall-iskoperturaijet tan-negozju għal dik is-CCP skont il-punt (a) tal-paragrafu 1;

(b)     għandha tikkalkula r-rekwiżit ta’ fondi proprji għall-iskoperturi li jirriżultaw kemm minn kontribuzzjonijiet prefinanzjati tagħha kif ukoll mill-kontribuzzjonijiet impenjati permezz ta’ kuntratt għal dik is-CCP skont il-punt (b) tal-paragrafu 1.

Titolu III Rekwiżiti tal-fondi proprji għar-riskju operazzjonali

Kapitolu 1 Prinċipji ġenerali li jirregolaw l-użu tal-approċċi differenti

Artikolu 301 Permess u notifika

1. Sabiex jikkwalifikaw għall-użu tal-Approċċ Standardizzat, l-istituzzjonijiet għandhom jilħqu l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 309, kif ukoll jilħqu l-istandards ġenerali tal-immaniġjar tar-riskji stabbiliti fl-Artikoli 73 u 83 tad-Direttiva [imdaħħla mill-OP]. L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti qabel ma jużaw l-Approċċ Standardizzat.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippermettu lill-istituzzjonijiet jużaw indikatur alternattiv rilevanti għal-linji tan-negozju tas-"servizzi bankarji għall-konsumatur" u tas-"servizzi bankarji kummerċjali" fejn jintlaħqu l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 308(2) u 309.

2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippermettu lill-istituzzjonijiet jużaw Approċċi Avvanzati ta’ Kejl ibbażati fuq is-sistemi ta’ kejl tar-riskju operazzjonali tagħhom stess, fejn jintlaħqu l-istandards kwalitattivi u kwantitattivi kollha stabbiliti fl-Artikoli 310 u 311 rispettivament u fejn l-istituzzjonijiet jilħqu l-istandards ġenerali tal-immaniġjar tar-riskji stabbiliti fl-Artikoli 73 u 83 tad-Direttiva [imdaħħla mill-OP] u t-Taqsima II, il-Kapitolu 3, it-Titolu VII ta’ dik id-Direttiva.

L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ukoll għall-permess mill-awtoritajiet kompetenti meta jkunu jridu jimplimentaw estensjonijiet materjali u bidliet f’dawk l-Approċċi Avvanzati ta’ Kejl. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu permess biss jekk l-istituzzjonijiet ikomplu jilħqu l-istandards speċifikati fl-ewwel subparagrafu wara dawk l-estensjonijiet materjali u l-bidliet.

3. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:

(a) il-metodoloġija ta' valutazzjoni li biha l-awtoritajiet kompetenti jippermettu lill-istituzzjonijiet jużaw l-Approċċi Avvanzati ta’ Kejl;

(b) il-kundizzjonijiet għall-valutazzjoni tal-materjalità tal-estensjonijiet u l-bidliet fl-Approċċi Avvanzati ta’ Kejl.

L-ABE għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Tiġi delegat setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 302 Lura għall-użu ta’ approċċi inqas sofistikati

1. L-istituzzjonijiet li jużaw l-Approċċ Standardizzat ma għandhomx imorru lura għall-użu tal-Approċċ Bażiku tal-Indikatur sakemm ma jintlaħqux il-kundizzjonijiet fil-paragrafu 3.

2. L-istituzzjonijiet li jużaw l-Approċċi Avvanzati ta’ Kejl ma għandhomx imorru lura għall-użu tal-Approċċ Standardizzat jew l-Approċċ Bażiku tal-Indikatur sakemm ma jintlaħqux il-kundizzjonijiet fil-paragrafu 3.

3. Istituzzjoni tista’ tmur lura biss għall-użu ta’ approċċ inqas sofistikat għar-riskju operazzjonali meta jintlaħqu ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)     b’sodisfazzjon għall-awtorità kompetenti, l-istituzzjoni tkun uriet li l-użu ta' approċċ inqas sofistikat, li ma jkunx propost sabiex jitnaqqsu r-riskji operazzjonal marbuta mar-rekwiżiti ta’ fondi proprji tal-istituzzjoni, huwa meħtieġ fuq il-bażi tan-natura u l-kumplessità tal-istituzzjoni u dan ma jkollux impatt materjali avvers fuq is-solvenza tal-istituzzjoni jew fuq l-abbiltà tagħha li timmaniġja r-riskju operazzjonali b’mod effettiv;

(b)     l-istituzzjoni tkun irċeviet il-permess tal-awtorità kompetenti minn qabel.

Artikolu 303 Użu kombinat ta’ approċċi differenti

1. L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw taħlita ta’ approċċi bil-kundizzjoni jiksbu l-permess mingħand l-awtoritajiet kompetenti. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu dan il-permess meta jintlaħqu r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 4, kif applikabbli.

2. Istituzzjoni tista’ tuża l-Approċċ Avvanzat ta’ Kejl flimkien mal-Approċċ Bażiku tal-Indikatur jew flimkien mal-Approċċ Standardizzat, meta jintlaħqu ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-kombinazzjoni ta’ Approċċi użati mill-istituzzjoni tkopri r-riskji operazzjonali kollha tagħha u l-awtoritajiet kompetenti jkunu sodisfatti bil-metodoloġija użata mill-istituzzjoni biex tkopri l-attivitajiet differenti, il-postijiet ġeografiċi, l-istrutturi ġuridiċi jew diviżjonijiet oħra rilevanti determinati abbażi interna;

(b) il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 309 u l-istandards stabbiliti fl-Artikoli 310 u 311 jintlaħqu għall-parti tal-attivitajiet koperta mill-Approċċ Standardizzat u l-Approċċi Avvanzati ta’ Kejl rispettivament.

3. Għall-istituzzjonijiet li jixtiequ jużaw l-Approċċ Avvanzat ta’ Kejl flimkien mal-Approċċ Bażiku tal-Indikatur jew flimkien mal-Approċċ Standardizzat, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, skont il-każ, jimponu l-kundizzjonijiet addizzjonali li ġejjin għall-għoti tal-permess:

(a) fid-data tal-implimentazzjoni ta’ Approċċ Avvanzat ta’ Kejl, parti sinifikanti tar-riskji operazzjonali tal-istituzzjoni tkun koperta minn dak l-Approċċ;

(b) l-istituzzjoni timpenja ruħha li tapplika l-Approċċ Avvanzat ta’ Kejl f’parti materjali tal-operazzjonijiet tagħha skont skeda ta’ żmien li tkun ġiet sottomess lill-awtoritajiet kompetenti tagħha u approvat minnhom.

4. Istituzzjoni tista’ titlob permess minn awtorità kompetenti sabiex tuża kombinazzjoni tal-Approċċ Bażiku tal-Indikatur u l-Approċċ Standardizzat f’ċirkustanzi eċċezzjonali biss bħall-akkwiżizzjoni reċenti ta’ negozju ġdid li tista’ tkun teħtieġ perjodu ta’ tranżizzjoni għall-applikazzjoni tal-Approċċ Standardizzat.

L-awtorità kompetenti għandha tagħti tali permess biss meta l-istituzzjoni tkun impenjat ruħha li tapplika l-Approċċ Standardizzat skont skeda ta' żmien li tkun ġiet sottomessa lill-awtorità kompetenti u approvat minnha.

5. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:

(a) il-kundizzjonijiet li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw meta jevalwaw il-metodoloġija msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2;

(b)     il-kundizzjonijiet li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw meta jiddeċiedu dwar jekk jimponux il-kundizzjonijiet addizzjonali msemmija fil-paragrafu 3.

L-ABE għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2016.

Tiġi delegat setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Kapitolu 2 Approċċ Bażiku tal-Indikatur

Artikolu 304 Rekwiżit kapitali

Bl-Approċċ Bażiku tal-Indikatur, ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju operazzjonali huwa ugwali għal 15% tal-medja tal-indikatur rilevanti fuq tliet snin kif definit fl-Artikolu 305.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-medja tal-indikatur rilevanti fuq tliet snin fuq il-bażi tal-aħħar tliet osservazzjonijiet ta’ tnax-il xhar fi tmiem is-sena finanzjarja. Meta ċ-ċifri awditjati ma jkunux disponibbli, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw stimi tan-negozju.

Fejn għal kwalunkwe osservazzjoni partikolari, l-indikatur rilevanti jkun negattiv jew żero, l-istituzzjonijiet ma għandhomx jikkunsidraw din iċ-ċifra fil-kalkolu tal-medja fuq tliet snin. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-medja fuq tliet snin bħala s-somma taċ-ċifri pożittivi diviża bl-għadd ta’ ċifri pożittivi.

Artikolu 305 Indikatur rilevanti

1. Għall-istituzzjonijiet li japplikaw l-istandards tal-kontabbiltà stabbiliti mid-Direttiva 86/635/KEE, ibbażati fuq il-kategoriji tal-kontabbiltà għall-kont tal-profit u t-telf tal-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 27 ta’ dik id-Direttiva, l-indikatur rilevanti huwa s-somma tal-elementi elenkati fit-Tabella 1 ta’ dan il-paragrafu. L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu kull element fis-somma bis-sinjal pożittiv jew negattiv tiegħu.

Tabella 1

1 Imgħax riċevibbli u dħul simili

2 Imgħax pagabbli u imposti simili

3 Dħul minn ishma u titoli oħra b'rendita varjabbli/fiss

4 Kummissjonijiet/tariffi riċevibbli

5 Kummissjonijiet/tariffi pagabbli

6 Profit nett jew telf nett fuq operazzjonijiet finanzjarji

7 Dħul operattiv ieħor

L-istituzzjonijiet għandhom jaġġustaw dawn l-elementi biex jirriflettu l-kwalifikazzjonijiet li ġejjin:

(a) l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-indikatur rilevanti qabel it-tnaqqis ta’ kwalunkwe dispożizzjonijiet u nfiq operattiv. L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu fl-infiq operattiv dawk it-tariffi mħallsa għas-servizzi ta’ esternalizzazzjoni pprovduti minn partijiet terzi li ma jkunux kumpanija prinċipali jew sussidjarja tal-istituzzjoni jew sussidjarja ta’ kumpanija prinċipali li tkun ukoll il-kumpanija prinċipali tal-istituzzjoni. L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw in-nefqa fuq l-esternalizzazzjoni tas-servizzi mogħtija minn partijiet terzi sabiex jitnaqqas l-indikatur rilevanti meta n-nefqa tkun ġejja minn impriża soġġetta għal regoli skont, jew ekwivalenti għal, dan ir-Regolament;

(b) l-istituzzjonijiet ma għandhomx jużaw l-elementi li ġejjin fil-kalkoli tal-indikatur rilevanti:

(i)      profitti/telf mill-bejgħ ta’ oġġetti mhux fil-portafoll tan-negozjar;

(ii)      dħul minn oġġetti straordinarji jew irregolari;

(iii)     dħul mill-assigurazzjoni.

(c) meta r-rivalwazzjoni ta’ oġġetti tan-negozju tkun parti mir-rapport tal-profit u t-telf, l-istituzzjonijiet jistgħu jinkludu r-rivalwazzjoni. Meta l-istituzzjonijiet japplikaw l-Artikolu 36(2) tad-Direttiva 86/635/KEE, huma għandhom jinkludu r-rivalwazzjoni kkalkulata fil-kont ta’ profit u telf.

2. Meta l-istituzzjonijiet japplikaw standards tal-kontabilità differenti minn dawk stabbiliti mid-Direttiva 86/635/KEE, huma għandhom jikkalkulaw l-indikatur rilevanti fuq il-bażi tad-dejta li tirrefletti bl-aħjar mod id-definizzjoni mogħtija f’dan l-Artikolu.

3. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tiddetermina l-metodoloġija għall-kalkolu tal-indikatur rilevanti msemmi fil-paragrafu 2.

L-ABE għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2016.

Tiġi delegat setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Kapitolu 3 Approċċ standardizzat

Artikolu 306 Rekwiżit ta’ fondi proprji

1. Skont l-Approċċ Standardizzat, l-istituzzjonijiet għandhom jaqsmu l-attivitajiet tagħhom fil-linji tan-negozju stabbiliti fit-Tabella 2 tal-paragrafu 4 u skont il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 307.

2. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżi ta' fondi proprji għar-riskju operazzjonali bħala l-medja fuq tliet snin tas-somma tar-rekwiżiti annwali ta’ fondi proprji fil-linji kollha tan-negozju msemmija fit-Tabella 2 tal-paragrafu 4. Ir-rekwiżit annwali ta’ fondi proprji ta’ kull linja tan-negozju huwa daqs il-multiplikazzjoni tal-fattur beta korrispondenti msemmi f’dik it-Tabella bil-parti tal-indikatur rilevanti mmappjat mal-linja tan-negozju kurrenti.

3. Fi kwalunkwe sena partikolari, l-istituzzjonijiet jistgħu jpaċu r-rekwiżiti negattivi ta’ fondi proprji li jirriżultaw minn parti negattiva tal-indikatur rilevanti fi kwalunkwe linja tan-negozju b’rekwiżiti pożittivi ta’ fondi proprji f’linji oħra tan-negozju mingħajr limitu. Madankollu, meta r-rekwiżit ta’ fondi proprji aggregati fil-linji kollha tan-negozju f’sena partikolari jkun negattiv, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-valur żero bħala l-input għan-numeratur għal dik is-sena.

4. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-medja fuq tliet snin tas-somma msemmija fil-paragrafu 2 fuq il-bażi tal-aħħar tliet osservazzjonijiet ta’ tnax-il xhar fi tmien is-sena finanzjarja. Meta ċ-ċifri awditjati ma jkunux disponibbli, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw stimi tan-negozju.

Tabella 2

Linja tan-negozju || Lista ta’ attivitajiet || Perċentwal (fattur beta)

finanzi korporattivi || Is-sottoskrizzjoni ta’ strumenti finanzjarji jew it-tqegħid ta' strumenti finanzjarji fuq bażi soda ta' impenn Servizzi relatati mas-sottoskrizzjoni Pariri dwar l-investimenti Parir lill-impriżi dwar l-istruttura kapitali, l-istrateġija industrijali u kwistjonijiet relatati u parir u servizzi relatati mal-fużjonijiet u x-xiri ta’ impriżi Riċerka dwar l-investimenti u analiżi finanzjarja u forom oħra ta’ rakkomandazzjoni ġenerali relatati ma’ tranżazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji || 18 %

Negozjar u bejgħ || jinnegozjaw f'isimhom stess Senserija tal-flus Ir-riċeviment u t-trażmissjoni ta' ordnijiet b’rabta ma’ strument finanzjarju wieħed jew iktar L-eżekuzzjoni ta' ordnijiet f’isem il-klijenti It-tqegħid ta' strumenti finanzjarji mingħajr bażi soda ta’ impenn L-operat ta’ Faċilitajiet Multilaterali tan-Negozjar || 18 %

Senserija fil-livell tal-konsumaturi (Attivitajiet ma’ individwi fiżiċi jew impriżi ta’ daqs żgħir jew medju li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 79 għall-klassi ta' skopertura fil-livell tal-konsumaturi) || Ir-riċeviment u t-trażmissjoni ta' ordnijiet b’rabta ma’ strument finanzjarju wieħed jew iktar L-eżekuzzjoni ta' ordnijiet f’isem il-klijenti It-tqegħid ta' strumenti finanzjarji mingħajr bażi soda ta’ impenn || 12 %

Servizzi bankarji kummerċjali || Aċċettazzjoni ta’ depożiti u fondi oħra ripagabbli Għoti ta' self Kiri finanzjarju Garanziji u impenji || 15 %

Servizzi bankarji fil-livell tal-konsumatur (Attivitajiet ma’ individwi fiżiċi jew impriżi ta’ daqs żgħir jew medju li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 79 għall-klassi ta' skopertura fil-livell tal-konsumaturi) || Aċċettazzjoni ta’ depożiti u fondi oħra ripagabbli Għoti ta' self Kiri finanzjarju Garanziji u impenji || 12 %

Pagament u saldu || Servizzi ta’ trażmissjoni ta’ flus, Ħruġ u amministrazzjoni ta' mezzi ta’ pagament || 18 %

Servizzi tal-Aġenzija || Il-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ strumenti finanzjarji f'isem il-klijenti, inklużi l-kustodja u s-servizzi relatati bħalma huwa l-immaniġjar ta' flus/kollateral || 15 %

Immaniġjar ta' Assi || Immaniġjar tal-portafoll Immaniġjar ta’ UCITS Forom oħra ta’ immaniġjar tal-assi || 12 %

Artikolu 307 Prinċipji għall-immappjar  tal-linji tan-negozju

1. L-istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw u jiddokumentaw politiki u kriterji speċifiċi għall-immappjar tal-indikatur relevanti għal-linji tan-negozju u l-attivitajiet attwali fil-qafas standardizzat stabbilit fl-Artikolu 306. Huma għandhom jirrevedu u jaġġustaw dawn il-politiki u l-kriterji kif ikun xieraq għal attivitajiet u riskji tan-negozju ġodda jew li jkunu qed jinbidlu.

2. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-prinċipji li ġejjin għall-immappjar tal-linji tan-negozju:

(a) l-istituzzjonijiet għandhom jimmappjaw l-attivitajiet kollha fil-linji tan-negozju b'mod reċiprokament esklużiv u konġuntament eżawrjenti;

(b) l-istituzzjonijiet għandhom jallokaw kwalunkwe attività li ma tistax tiġi mmappjata mill-ewwel fil-qafas tal-linji ta' negozju, iżda li tkun tirrappreżenta attività anċillari għal attività inkluża fil-qafas, f’dik il-linja ta' negozju li ssostni. Fejn aktar minn linja ta’ negozju waħda tkun sostnuta permezz tal-attività anċillari, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw kriterju oġġettiv għall-immappjar;

(c) meta attività ma tkunx tista’ tiġi mmappjata f’linja ta’ negozju partikolari, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-linja ta’ negozju li trendi l-ogħla perċentwal. L-istess linja ta' negozju tapplika b'mod ugwali għal kwalunkwe attività anċillari assoċjata ma’ dik l-attività;

(d) l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw metodi interni ta’ pprezzar sabiex jallokaw l-indikatur rilevanti fost il-linji ta' negozju. Kostijiet iġġenerati f'linja ta' negozju partikolari li jkunu imputabbli għal linja ta' negozju differenti jistgħu jiġu riallokati fil-linja ta' negozju li jappartjenu għaliha;

(e) l-immappjar tal-attivitajiet f'linji ta' negozju għall-finijiet ta’ kapital operazzjonali ta' riskju għandu jkun konsistenti mal-kategoriji li l-istituzzjonijiet jużaw għar-riskji tal-kreditu u r-riskji tas-suq;

(f) il-maniġment superjuri għandu jkun responsabbli mill-politika tal-immappjar taħt il-kontroll tal-korp tal-maniġment tal-istituzzjoni;

(g) l-istituzzjonijiet għandhom jissoġġettaw il-proċess tal-immappjar tal-linji ta’ negozju għal analiżi indipendenti.

3. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi sabiex tiddetermina l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-prinċipji għall-immappjar tal-linji ta' negozju previsti f’dan l-Artikolu.

L-ABE għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2017.

Tingħata setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 308 Approċċ Standardizzat Alternattiv

1. Bl-Approċċ Standardizzat Alternattiv, għal-linji tan-negozju "servizzi bankarji fil-livell tal-konsumatur" u s-"servizzi bankarji kummerċjali", l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dan li ġej:

(a) l-indikatur rilevanti huwa indikatur normalizzat tad-dħul daqs l-ammont nominali ta’ self u avvanzi mmultiplikat b’0.035;

(b) is-self u l-avvanzi jikkonsistu fl-ammonti totali miġbuda fil-portafolli tal-kreditu korrispondenti. Għal-linja tan-negozju tas-"servizzi bankarji kummerċjali", l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu wkoll titoli miżmuma fil-portafoll mhux ta' negozjar fl-ammont nominali tas-self u l-avvanzi.

2. Sabiex titħalla tuża l-Approċċ Standardizzat Alternattiv, l-istituzzjoni għandha tilħaq il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) l-attivitajiet tagħha tas-servizzi bankarji fil-livell tal-konsumatur jew tas-servizzi bankarji kummerċjali għandhom jammontaw għal mill-anqas 90% tad-dħul tagħha;

(b) proporzjon sinifikanti mill-attivitajiet tagħha tas-servizzi bankarji fil-livell tal-konsumatur jew tas-servizzi bankarji kummerċjali għandhom jinkludu self assoċjat ma’ probabbiltà għolja ta’ inadempjenza;

(c) l-approċċ standardizzat alternattiv jipprovdi bażi xierqa għall-kalkolu tar-rekwiżit ta’ fondi proprji tagħha għar-riskju operazzjonali.

3. L-ABE għandha tiżviluppa standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika ulterjorment il-kundizzjonijiet għall-użu tal-Approċċ Standardizzat Alternattiv imsemmi fil-paragrafu 2.

L-ABE għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2016.

Tiġi delegat setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 309 Kriterji għall-Approċċ Standardizzat

Il-kriterji msemmija fis-subparagrafu 1 tal-Artikolu 301(1) huma dawn li ġejjin:

(a) l-istituzzjonijiet għandhom ikollhom fis-seħħ sistema dokumentata sewwa ta' valutazzjoni u mmaniġjar tar-riskju operazzjonali b’responsabbiltajiet ċari assenjati għal din is-sistema. Huma għandhom jidentifikaw l-iskopertura tagħhom għar-riskju operazzjonali u jittraċċaw dejta rilevanti dwar ir-riskju operazzjonali, inkluża dejta dwar telf materjali. Din is-sistema għandha tkun soġġetta għal reviżjoni indipendenti regolari;

(b) is-sistema ta’ valutazzjoni tar-riskju operazzjonali ta' istituzzjoni għandha tkun integrata sew fil-proċessi ta’ mmaniġjar tar-riskji tal-istituzzjoni. L-output għandu jkun parti integrali mill-proċess ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll tal-profil tar-riskju operazzjonali tal-istituzzjoni;

(c) l-istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw sistema ta’ rappurtar lill-maniġment superjuri li tipprovdi rapporti dwar ir-riskji operazzjonali għal funzjonijiet relevanti fi ħdan l-istituzzjonijiet. L-istituzzjonijiet għandu jkollhom fis-seħħ proċeduri sabiex jieħdu l-azzjoni xierqa skont l-informazzjoni fir-rapporti għall-maniġment.

Kapitolu 4 Approċċi Avvanzati ta’ Kejl

Taqsima 1 Kriterji ta’ kwalifika

Artikolu 310 Standards kwalitattivi

L-istandards kwalitattivi msemmija fl-Artikolu 301(2) huma dawn li ġejjin:

(a) is-sistema interna ta’ istituzzjoni għall-kejl tar-riskju operazzjonali għandha tkun integrata sew fil-proċessi ta’ kuljum ta’ mmaniġjar tar-riskji;

(b) l-istituzzjonijiet għandhom ikollhom funzjoni indipendenti ta’ mmaniġjar tar-riskji operazzjonali;

(c) l-istituzzjonijiet għandhom iwettqu rappurtar regolari tal-iskoperturi għar-riskju operazzjonali u tal-esperjenzi ta' telf u għandhom ikollhom fis-seħħ proċeduri sabiex jieħdu l-azzjoni korrettiva xierqa;

(d) is-sistema ta' mmaniġjar tar-riskji ta' istituzzjoni għandha tkun dokumentata b’mod xieraq. Istituzzjoni għandu jkollha fis-seħħ rutini sabiex tiżgura l-konformità u politiki sabiex tindirizza n-nuqqas ta’ konformità;

(e) istituzzjoni għandha tissoġġetta l-proċessi operazzjonali ta' mmaniġjar tar-riskji u s-sistemi ta’ kejl għal valutazzjonijiet regolari mwettqa minn awdituri interni jew esterni;

(f) il-proċessi interni ta’ validazzjoni ta’ istituzzjoni għandhom joperaw b’mod sod u effikaċi;

(g) il-flussi u l-proċessi ta’ dejta assoċjati mas-sistema tal-kejl tar-riskji ta' istituzzjoni għandhom ikunu trasparenti u aċċessibbli.

Artikolu 311 Standards Kwantitattivi

1. L-istandards kwantitattivi msemmija fl-Artikolu 301(2) jinkludu l-istandards relatati mal-proċess, id-dejta interna, id-dejta esterna, l-analiżi tax-xenarju, l-ambjent tan-negozju u mal-fatturi interni ta’ kontroll imsemmija fil-paragrafi 2 sa 6 rispettivament.

2. L-istandards relatati mal-proċess huma dawn li ġejjin:

(a) l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżit ta’ fondi proprji tagħhom sabiex ikun jinkludi kemm it-telf mistenni kif ukoll dak mhux mistenni, sakemm it-telf mistenni ma jkunx kopert adegwatament fil-prattiki interni tagħhom tan-negozju. Il-kejl tar-riskju operazzjonali għandu jkopri avvenimenti ta’ telf potenzjalment gravi u jilħqu standard ta' solidità komparabbli ma’ intervall ta’ kunfidenza ta’ 99.9% fuq perjodu ta’ sena;

(b) is-sistema ta’ kejl tar-riskju operazzjonali ta’ istituzzjoni għandha tinkludi l-użu ta’ dejta interna, dejta esterna, analiżi tax-xenarji u fatturi li jirriflettu l-ambjent tan-negozju u s-sistemi interni ta’ kontroll kif stabbilit fil-paragrafi 3 sa 6. Istituzzjoni għandu jkollha approċċ dokumentat sew sabiex tiżen l-użu ta’ dawn l-erba’ elementi fis-sistema ġenerali tagħha tal-kejl tar-riskju operazzjonali;

(c) is-sistema tal-kejl tar-riskju ta’ istituzzjoni għandha tkopri l-motivaturi ewlenin tar-riskju li jaffettwaw il-forma tat-tarf tad-distribuzzjoni stmata tat-telf;

(d) l-istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu korrelazzjonijiet fit-telf mir-riskji operazzjonali fl-istimi individwali tar-riskji operazzjonali biss meta s-sistemi tagħhom għall-kejl tal-korrelazzjonijiet ikunu sodi, implimentati b’integrità, u meta jqisu l-inċertezza madwar kwalunkwe stima simili minn korrelazzjonijiet, b’mod partikolari f’perjodi ta’ stress. L-istituzzjonijiet għandhom jivvalidaw is-suppożizzjonijiet ta’ korrelazzjoni tagħhom permezz ta' tekniki kwantitattivi u kwalitattivi xierqa;

(e) is-sistema ta’ kejl tar-riskju ta’ istituzzjoni għandha tkun konsistenti internament u għandha tevita li tgħodd aktar minn darba l-istimi kwalitattivi jew it-tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskji rikonoxxuti f’oqsma oħra ta’ dan ir-Regolament.

3. L-istandards relatati mad-dejta interna huma dawn li ġejjin:

(a) l-istituzzjonijiet għandhom jibbażaw il-kejl tagħhom ġġenerat internament tar-riskji operazzjonali fuq osservazzjoni storika minima ta’ ħames snin. Meta istituzzjoni tuża għall-ewwel darba l-Approċċ Avvanzat ta’ Kejl, hija tista' tuża osservazzjoni storika ta’ tliet snin;

(b)     l-istituzzjonijiet għandhom ikunu jistgħu jimmappjaw id-dejta storika tat-telf intern tagħhom fil-linji ta' negozju definiti fl-Artikolu 306 u fit-tipi ta’ avvenimenti definiti fl-Artikolu 313, u jipprovdu din id-dejta lill-awtoritajiet kompetenti meta jintalbu jagħmlu dan. F'ċirkustanzi eċċezzjonali, istituzzjoni tista' talloka avvenimenti ta' telf li jaffettwaw lill-istituzzjoni sħiħa f'linja ta' negozju addizzjonali "affarijiet korporattivi". L-istituzzjonijiet għandu jkollhom fis-seħħ kriterji oġġettivi dokumentati għall-allokazzjoni tat-telf fil-linji tan-negozju u t-tipi ta’ avvenimenti speċifikati. L-istituzzjonijiet għandhom iżommu rekord tat-telf mir-riskji operazzjonali li jkun marbut mar-riskju fuq il-kreditu u li l-istituzzjonijiet ikunu storikament inkludew fil-bażijiet tad-dejta interni tar-riskju fuq il-kreditu fil-bażijiet tad-dejta tar-riskju operazzjonali u għandhom jidentifikawhom b’mod separat. Dan it-telf m'għandux ikun soġġett għall-imposta għar-riskju operazzjonali, sakemm l-istituzzjonijiet jibqgħu jittrattawh bħala riskju fuq il-kreditu għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji. L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu t-telf mir-riskji operazzjonali li jkun marbut mar-riskji tas-suq fl-ambitu tar-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju operazzjonali:

(c)     id-dejta interna ta’ istituzzjoni dwar it-telf għandha tkun komprensiva billi tkopri l-attivitajiet materjali kollha u l-iskoperturi mis-subsistemi u l-postijiet ġeografiċi kollha xierqa. L-istituzzjonijiet għandhom jkunu jistgħu jiġġustifikaw li kwalunkwe attività jew skopertura eskluża, kemm b’mod individwali kif ukoll f’kombinazzjoni, ma kienx ikollhom impatt materjali fuq l-istimi ġenerali tar-riskju. L-istituzzjonijiet għandhom jiddefinixxu limiti xierqa ta’ telf minimu għall-ġbir tad-dejta interna dwar it-telf;

(d)     minbarra l-informazzjoni dwar l-ammont gross ta’ telf, l-istituzzjonijiet għandhom jiġbru informazzjoni dwar id-data tal-avveniment tat-telf, kwalunkwe irkupru tal-ammont gross tat-telf, kif ukoll informazzjoni deskrittiva dwar il-motivaturi jew il-kawżi li wasslu għall-avveniment ta' telf;

(e)     l-istituzzjonijiet għandhom ikollhom fis-seħħ kriterji speċifiċi sabiex jassenjaw dejta dwar it-telf li tkun ġejja minn avveniment ta’ telf f’funzjoni ċentralizzata jew attività li tkun mifruxa f'iżjed minn linja waħda ta' negozju, kif ukoll minn avvenimenti ta’ telf tul iż-żmien li jkunu relatati;

(f)      l-istituzzjonijiet għandhom ikollhom fis-seħħ proċeduri dokumentati għall-valutazzjoni tar-rilevanza kontinwa tad-dejta storika dwar it-telf, inklużi dawk is-sitwazzjonijiet li fihom jirbaħ il-ġudizzju, jistgħu jintużaw koeffiċjenti jew aġġustamenti oħra, safejn jistgħu jintużaw u min ikun awtorizzat biex jieħu tali deċiżjonijiet.

4. L-istandards ta’ kwalifika relatati mad-dejta esterna huma dawn li ġejjin:

(a) is-sistema ta’ kejl tar-riskju operazzjonali ta’ istituzzjoni għandha tuża dejta esterna rilevanti, speċjalment meta jkun hemm raġuni biex wieħed jaħseb li l-istituzzjoni hija esposta għal telf mhux frekwenti iżda potenzjalment gravi. Istituzzjoni għandu jkollha proċess sistematiku sabiex tiddetermina s-sitwazzjonijiet li għalihom għandha tintuża dejta esterna u l-metodoloġiji użati sabiex tiġi inkorporata d-dejta fis-sistema tal-kejl tagħha;

(b) l-istituzzjonijiet għandhom jirrevedu b’mod regolari l-kundizzjonijiet u l-prattiki għad-dejta esterna u għandhom jiddokumentawhom u jissoġġettawhom għal analiżi perjodika u indipendenti.

5. Istituzzjoni għandha tuża analiżi tax-xenarji ta’ opinjoni esperta flimkien ma' dejta esterna sabiex tevalwa l-iskopertura tagħha għal avvenimenti ta’ gravità kbira. Maż-żmien, l-istituzzjoni għandha tivvalida u tirrivaluta dawn il-valutazzjonijiet permezz ta’ paragun mal-esperjenza ta’ telf reali u tiżgura r-raġonevolezza tagħhom.

6. L-istandards ta' kwalifika relatati mal-ambjent tan-negozju u l-fatturi interni ta’ kontroll huma dawn li ġejjin:

(a) il-metodoloġija ta' valutazzjoni tar-riskji ta' istituzzjoni għad-ditta kollha għandha tkopri l-fatturi ewlenin tal-ambjent tan-negozju u tal-kontroll intern li jistgħu jbiddlu l-profil tar-riskju operazzjonali tal-istituzzjoni;

(b) l-istituzzjonijiet għandhom jiġġustifikaw l-għażla ta’ kull fattur bħala motivatur importanti għar-riskju, fuq il-bażi tal-esperjenza u bl-involviment ta’ ġudizzju espert tal-oqsma tan-negozju affettwati;

(c) l-istituzzjonijiet għandhom ikunu jistgħu jiġġustifikaw is-sensittività tal-istimi tar-riskji għall-bidliet fil-fatturi u l-ippeżar relattiv tad-diversi fatturi lill-awtoritajiet kompetenti. Minbarra li jaqbad il-bidliet fir-riskju minħabba t-titjib fil-kontrolli tar-riskji, qafas ta’ kejl tar-riskji ta’ istituzzjoni għandu jaqbad ukoll iż-żidiet potenzjali fir-riskju minħabba l-kumplessità akbar tal-attivitajiet jew iż-żidiet fil-volum tan-negozju;

(d) istituzzjoni għandha tiddokumenta l-qafas tagħha għall-kejl tar-riskji u għandha tissoġġettah għal valutazzjoni indipendenti fi ħdan l-istituzzjoni u minn awtoritajiet kompetenti. Maż-żmien, l-istituzzjonijiet għandhom jivvalidaw u jirivvalutaw il-proċess u r-riżultati permezz ta’ paragun mal-esperjenza reali interna ta’ telf u dejta esterna rilevanti.

7.         L-ABE għandha tiżviluppa standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:

(a) il-kundizzjonijiet għall-valutazzjoni dwar jekk sistema hijiex soda u implimentata b’integrità għall-finijiet tal-punt (d) tal-paragrafu 2;

(b) iċ-ċirkustanzi eċċezzjonali li fihom istituzzjoni tkun tista’ talloka avvenimenti ta’ telf lil-linja ta' negozju addizzjonali msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 3.

L-ABE għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2016.

Tiġi delegat setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 312 Impatt tal-assigurazzjoni u mekkaniżmi oħra ta’ trasferiment tar-riskji

1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippermettu lill-istituzzjonijiet jirrikonoxxu l-impatt tal-assigurazzjoni abbażi tal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2 sa 5 u mekkaniżmi oħra ta’ trasferiment tar-riskju fejn l-istituzzjoni tkun tista’ turi li nkiseb effett notevoli ta’ mitigazzjoni tar-riskju.

2. Il-fornitur tal-assigurazzjoni għandu jkun awtorizzat jipprovdi assigurazzjoni jew riassigirazzjoni u għandu jkollu klassifikazzjoni minima tal-kapaċità li jħallas il-pretensjonijiet minn ECAI eliġibbli li tkun ġiet determinata mill-ABE li hija assoċjata ma’ kwalità ta’ kreditu tal-livell 3 jew ogħla skont ir-regoli għall-ippeżar tar-riskji tal-iskoperturi għall-istituzzjonijiet skont il-Kapitolu 2.

3. L-assigurazzjoni u l-qafas tal-assigurazzjoni tal-istituzzjonijiet għandhom jilħqu l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) il-polza tal-assigurazzjoni jkollha perjodu inizjali ta’ mhux inqas minn sena. Fil-każ ta’ poloz b’terminu reżidwu ta’ inqas minn sena, l-istituzzjoni għandha tagħmel telf impost xieraq li jirrefletti t-terminu reżidwu tal-polza li qed jonqos, sa tat-telf impost sħiħ ta' 100% għal poloz b’terminu reżidwu ta’ 90 ġurnata jew inqas;

(b) il-polza tal-assigurazzjoni jkollha perjodu minimu ta’ notifika għall-kanċellazzjoni tal-kuntratt ta’ 90 ġurnata;

(c) il-polza tal-assigurazzjoni ma jkollha l-ebda esklużjoni jew limitazzjoni skattata minn azzjonijiet superviżorji jew, fil-każ ta’ istituzzjoni falluta, li jipprekludu lir-riċevitur jew lil-likwidatur tal-istituzzjoni milli jirkupra d-danni li jkun ġarrab jew l-infiq li tkun għamlet l-istituzzjoni, ħlief fir-rigward ta’ avvenimenti li jiġru wara l-bidu tal-proċedimenti ta’ riċeviment jew likwidazzjoni fir-rigward tal-istituzzjoni. Madankollu, il-polza tal-assigurazzjoni tista’ teskludi kwalunkwe multa, penali, jew dannu punittiv li jirriżultaw minn azzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti;

(d) il-kalkoli ta’ mitigazzjoni tar-riskju għandhom jirriflettu l-kopertura tal-assigurazzjoni b’manjiera li tkun trasparenti fir-relazzjoni tagħha ma', u konsistenti mal-probabbiltà reali u l-impatt tat-telf użat fid-determinazzjoni ġenerali tal-kapital ta’ riskju operazzjonali;

(e) l-assigurazzjoni tkun ipprovduta minn entità terza. Fil-każ ta’ assigurazzjoni permezz ta’ captives u affiljati, l-iskopertura trid tingħata lil entità indipendenti terza li tilħaq il-kriterji tal-eliġibbiltà speċifikati fil-paragrafu 2;

(f) il-qafas għar-rikonoxximent tal-assigurazzjoni jkun raġunat u dokumentat sewwa.

4. Il-metodoloġija għar-rikonoxximent ta' assigurazzjoni għandha tkopri l-elementi kollha li ġejjin permezz ta’ skonti jew telf impost fl-ammont ta’ rikonoxximent tal-assigurazzjoni:

(a) fejn il-perjodu reżidwu tal-polza tal-assigurazzjoni jkun ta’ inqas minn sena:

(i)      it-terminu reżidwu tal-polza tal-assigurazzjoni;

(ii)      it-termini ta’ kanċellazzjoni tal-polza;

(b) l-inċertezza dwar il-pagament kif ukoll diskrepanzi fil-kopertura tal-poloz tal-assigurazzjoni.

5. It-tnaqqis fir-rekwiżiti ta’ fondi proprji mir-rikonoxximent tal-assigurazzjonijiet u mekkaniżmi oħra ta’ trasferiment tar-riskju ma għandux jaqbeż l-20% tar-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju operazzjonali qabel ir-rikonoxximent tat-tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskji.

Artikolu 313 Klassifikazzjoni tat-tipi ta’ avvenimenti ta’ telf

It-tipi ta’ avvenimenti ta' telf imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 311(3) huma dawn li ġejjin:

Tabella 3

Kategorija tat-Tip ta’ Avveniment || Definizzjoni

Frodi intern || Telf minħabba atti ta' tip intiż għall-frodi, teħid ta’ proprjetà mingħajr jedd jew evażjoni tar-regoli, tal-liġi jew il-politika tal-kumpanija, minbarra avvenimenti ta’ diversità/diskriminazzjoni, li jinvolvu mill-anqas parti waħda interna

Frodi estern || Telf minħabba atti ta' tip intiż għall-frodi, teħid ta’ proprjetà mingħajr jedd jew evażjoni tal-liġi, minn parti terza

Prattiki tal-Impjegar u Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol || Telf li jirriżulta minn atti inkonsistenti mal-liġijiet jew il-ftehimiet dwar ix-xogħol, is-saħħa jew is-sigurtà, mill-ħlas ta’ pretensjonijiet għal korrimenti tal-personal, jew minn avvenimenti ta’ diversità/diskriminazzjoni

Klijenti, Prodotti u Prattiki tan-Negozju || Telf li jirriżulta minn nuqqas mhux intenzjonat jew negliġenti milli jintlaħaq obbligu professjonali għal klijenti speċifiċi (inklużi r-rekwiżiti fiduċjarji u ta’ adegwatezza), jew min-natura jew id-diżinn ta’ prodott

Ħsarat fuq Assi Fiżiċi || Telf li jirriżulta mit-telf jew ħsara fuq assi fiżiċi minħabba diżastri naturali jew avvenimenti oħra

Interruzzjoni tan-negozju u nuqqas ta’ funzjonament tas-sistemi || Telf li jirriżulta minn interruzzjoni tan-negozju jew nuqqas ta’ funzjonament tas-sistemi

Maniġment tal-Eżekuzzjoni, tal-Konsenja u tal-Proċess || Telf minn falliment fl-immaniġjar tal-ipproċessar ta’ tranżazzjoni jew ta’ proċess, minn relazzjonijiet ma’ kontropartijiet u bejjiegħa kummerċjali

Titolu IV Rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq

Kapitolu 1 Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 314 Provvediment għar-rekwiżiti konsolidati

1. Soġġett għall-paragrafu 2 u għall-iskop biss ta’ kalkolu tal-pożizzjonijiet netti u r-rekwiżiti ta’ fondi proprji skont dan it-Titolu fuq bażi konsolidata, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw pożizzjonijiet f’istituzzjoni jew impriża sabiex ipaċu pożizzjonijiet f’istituzzjoni jew impriża oħra.

2. L-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw il-paragrafu 1 biss soġġett għall-permess mill-awtoritajiet kompetenti, li għandhom jagħtu l-permess jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) ikun hemm allokazzjoni sodisfaċenti ta’ fondi proprji fi ħdan il-grupp;

(b) il-qafas regolatorju, legali jew kuntrattwali li joperaw fih l-istituzzjonijiet ikun wieħed li jiggarantixxi appoġġ finanzjarju reċiproku fi ħdan il-grupp.

3. Minbarra l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 2, iridu jintlaħqu wkoll il-kundizzjonijiet li ġejjin kollha meta jkun hemm impriżi li jinsabu f’pajjiżi terzi:

(c) tali impriżi jkunu ġew awtorizzati f’pajjiż terz u jew jissodisfaw id-definizzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jew ikunu rikonoxxuti bħala ditti tal-investiment ta’ pajjiż terz;

(d) tali impriżi jkunu konformi, fuq bażi individwali, ma' rekwiżiti ta’ fondi proprji ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament;

(e) ma jkun jeżisti l-ebda regolament fil-pajjiżi terzi inkwistjoni li jista’ jaffettwa b’mod sinifikanti t-trasferiment ta’ fondi fi ħdan il-grupp.

Kapitolu 2 Rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta' pożizzjoni

Taqsima 1 Dispożizzjonijiet ġenerali u strumenti speċifiċi

Artikolu 315 Rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta' pożizzjoni

Ir-rekwiżit ta’ fondi proprji tal-istituzzjoni għar-riskju ta' pożizzjoni għandu jkun is-somma tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ġenerali jew speċifiku tal-pożizzjonijiet tagħha fl-istrumenti tad-dejn u l-ekwità. Il-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni fil-portafoll tan-negozjar għandhom jiġu ttrattati bħala strumenti tad-dejn.

Artikolu 316 Netting

1. Il-valur assolut tal-eċċess tal-pożizzjonijiet fit-tul (fil-qosor) ta' istituzzjoni fuq il-pożizzjonijiet tagħha fil-qosor (fit-tul) fl-istess ekwità, dejn u ħruġ konvertibbli u futuri finanzjarji identiċi, opzjonijiet, warrants u warrants koperti, għandu jkun il-pożizzjoni netta tagħha f'kull waħda minn dawk l-istrumenti differenti. Fil-kalkolu tal-pożizzjoni netta, il-pożizzjonijiet fi strumenti derivati għandhom jiġu trattati kif stipulat fl-Artikoli 317 sa 319. Il-parteċipazzjoni tal-istituzzjonijiet fl-istrumenti tad-dejn tagħhom stess għandu jiġi injorati fil-kalkolu tar-rekwiżiti speċifiċi ta’ kapital tar-riskju skont l-Artikolu 325.

2. Ma għandu jkun permess l-ebda netting bejn pożizzjoni konvertibbli u pożizzjoni ta' tpaċija fl-istrument sottostanti, sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jadottawx approċċ li permezz tiegħu l-probabbiltà li konvertibbli partikolari jiġi konvertit tiġi kkunsidrata jew li jitlob rekwiżit ta’ fondi proprji sabiex ikopri  kwalunkwe telf li l-konverżjoni tista’ ġġib magħha. Tali approċċi jew rekwiżiti ta’ fondi proprji għandhom jiġu notifikati lill-ABE. L-ABE għandha timmonitorja l-firxa ta’ prattiki f’dan il-qasam u għandha toħroġ linji gwida, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

3. Irrispettivament mis-sinjali tagħhom, il-pożizzjonijiet netti kollha jridu jiġu konvertiti fuq bażi ta’ kuljum fil-munita tar-rapportar tal-istituzzjoni skont ir-rata tal-kambju spot qabel ma jiġu aggregati.

Artikolu 317 Futuri u forwards tar-rata tal-imgħax

1. Il-futuri tar-rata tal-imgħax, il-ftehimiet dwar rati tal-avvanzi (FRAs) u impenji ta' avvanzi għax-xiri jew bejgħ ta’ stumenti tad-dejn għandhom jiġu ttrattati bħala kombinamenti ta’ pożizzjonijiet fit-tul u fil-qosor. Għaldaqstant, pożizzjoni fit-tul ta’ futuri tar-rata tal-imgħax għandha tiġi trattata bħala kombinament ta’ teħid ta' self li jimmatura fid-data tal-konsenja tal-kuntratt tal-futuri u parteċipazzjoni ta’ assi b'data ta' maturità ugwali għal dik tal-istrument jew tal-pożizzjoni nozzjonali sottostanti l-kuntratt tal-futuri inkwistjoni. Bl-istess mod, FRA mibjugħ se jiġi ttrattat bħala pożizzjoni fit-tul b’data ta’ maturità ugwali għad-data tas-saldu flimkien mal-perjodu tal-kuntratt, u pożizzjoni fil-qosor b’maturità ugwali għad-data tas-saldu. Kemm it-teħid ta' self kif ukoll il-parteċipazzjoni fl-assi għandhom jiġu inklużi fl-ewwel kategorija stabbilita fit-Tabella 1 fl-Artikolu 325 sabiex jiġi kkalkulat ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju speċifiku għall-futuri tar-rati tal-imgħax u l-FRAs. Impenn forward għax-xiri ta’ strument tad-dejn għandu jiġi ttrattat bħala kombinament ta’ teħid ta' self li jimmatura fid-data tal-konsenja u pożizzjoni fit-tul (spot) fl-istrument tad-dejn innifsu. It-teħid ta' self għandu jiġi inkluż fl-ewwel kategorija stabbilita fit-Tabella 1 fl-Artikolu 325 għall-għanijiet ta’ riskju speċifiku, u l-istrument tad-dejn taħt kwalunkwe kolonna li tkun xierqa għalih fl-istess tabella.

2. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, ‘pożizzjoni fit-tul’ tfisser pożizzjoni li fiha istituzzjoni tkun iffissat ir-rata tal-imgħax li se tirċievi f’xi mument fil-ġejjieni, u ‘pożizzjoni fil-qosor” tfisser pożizzjoni li fiha l-istituzzjoni tkun iffissat r-rata tal-imgħax li se tħallas f’xi mument fil-ġejjieni.

Artikolu 318 Opzjonijiet u warrants

1. L-opzjonijiet u l-warrants fuq ir-rati tal-imgħax, l-istrumenti tad-dejn, l-ekwitajiet, l-indiċi tal-ekwità, il-futuri finanzjarji, l-iswaps u l-muniti barranin għandhom jiġu ttrattati daqs li kieku kienu pożizzjonijiet ugwali fil-valur għall-ammont tal-istrument sottostanti li għalih tirreferi l-opzjoni, immultiplikat bid-delta tiegħu għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu. Il-pożizzjonijiet ta’ din tal-aħħar jistgħu jiġu nnettjati ma' kwalunkwe pożizzjoni ta' tpaċija fit-titoli jew derivati sottostanti identiċi. Id-delta użata għandha, fejn ikun rilevanti, tkun dik tal-kambju kkonċernat, dik ikkalkulata mill-awtoritajiet kompetenti jew, soġġetta għall-permess mill-awtoritajiet kompetenti, fejn din ma tkunx disponibbli jew għall-opzjonijiet OTC, dik ikkalkulata mill-istituzzjoni nnifisha bl-użu ta’ mudell xieraq. Il-permess għandu jingħata jekk il-mudell jistma b’mod xieraq ir-rata ta’ bidla fil-valur tal-opzjoni jew tal-warrants fir-rigward ta’ bidliet żgħar fil-prezz tas-suq tas-sottostanti.

2. L-istituzzjonijiet għandhom jirriflettu adegwatament riskji oħra, minbarra r-riskju tad-delta, li jkunu assoċjati ma’ opzjonijiet fir-rekwiżiti ta’ fondi proprji.

3. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jiddefinixxu firxa ta’ metodi sabiex jirriflettu riskji oħra fir-rekwiżiti ta’ fondi proprji, minbarra r-riskju tad-delta, imsemmija fil-paragrafu 2 b’mod proporzjonali mal-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet fl-opzjonijiet u l-warrants.

L-ABE għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2013.

Il-Kummissjoni hija ddelegata bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 319 Swaps

Għall-finijiet tar-riskju tar-rata tal-imgħax, l-iswaps għandhom jiġu ttrattat fuq l-istess bażi bħall-istrumenti li jidhru fil-karta tal-bilanċ. Għaldaqstant, l-iswap ta’ rata tal-imgħax li biha istituzzjoni tirċievi mgħax b’rata varjabbli u tħallas imgħax b’rata fissa għandu jiġi ttrattat bħala ekwivalenti għal pożizzjoni fit-tul fi strument b’rata varjabbli b’maturità ekwivalenti għall-perjodu sal-iffissar li jmiss tal-imgħax u għal pożizzjoni fil-qosor fi strument b’rata fissa bl-istess maturità bħal-iswap innifsha.

Artikolu 320 Riskju tar-rata tal-imgħax fuq strumenti derivati

1. L-istituzzjonijiet li jippeżaw skont is-suq u jimmaniġġjaw ir-riskju tar-rata tal-imgħax fuq l-istrumenti derivati koperti fl-Artikoli 317 sa 319 fuq bażi ta’ fluss skontat ta’ flus jistgħu, wara li jiksbu permess mill-awtoritajiet kompetenti, jużaw mudelli ta’ sensittività sabiex jikkalkulaw il-pożizzjonijiet imsemmija f’dawk il-punti u jistgħu jużawhom għal kwalunkwe bond li jiġi amortizzat tul il-ħajja reżidwa tiegħu minflok permezz ta’ ripagament finali wieħed tal-kapitali. Il-permess għandu jingħata jekk dawn il-mudelli jiġġeneraw pożizzjonijiet li jkollhom l-istess sensittività għat-tibdil fir-rati tal-imgħax bħall-flussi tal-flus sottostanti. Din is-sensittività għandha tiġi valutata b’referenza għaċ-ċaqliq indipendenti fir-rati kampjun fuq il-kurva tar-rendita, b’tal-inqas punt wieħed ta’ sensittività f’kull faxxa ta’ maturità stabbilita fit-Tabella 2 fl-Artikolu 328. Il-pożizzjonijiet għandhom jiġu inklużi fil-kalkoli tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ġenerali tal-istrumenti tad-dejn.

2. L-istituzzjonijiet li ma jużawx mudelli skont il-paragrafu 1 jistgħu jittrattawhom bħal li jpaċu kompletament kwalunkwe pożizzjoni fl-istrumenti derivati koperti fl-Artikoli 317 sa 319 li tal-inqas ikunu jilħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(f) il-pożizzjonijiet ikunu tal-istess valur u denominati fl-istess munita;

(g) ir-rata ta’ referenza (għall-pożizzjonijiet ta’ rata varjabbli) jew il-kupun (għall-pożizzjonijiet ta’ rata fissa) jitqabblu mill-qrib;

(h) id-data li jmiss għall-iffissar tal-imgħax jew, għal pożizzjonijiet fissi tal-kupun, il-maturità reżidwa tikkorrispondi mal-limiti li ġejjin:

(i)      inqas minn xahar għalhekk: l-istess ġurnata;

(ii)      bejn xahar u sena għalhekk: fi żmien sebat ijiem;

(iii)     aktar minn sena għalhekk: fi żmien 30 ġurnata.

Artikolu 321 Derivati ta’ kreditu

1. Meta jiġi kkalkulat ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ġenerali u speċifiku tal-parti li tieħu r-riskju tal-kreditu (il-‘bejjiegħ tal-protezzjoni’), sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandu jintuża l-ammont nozzjonali tal-kuntratt ta' derivat ta’ kreditu. Minkejja l-ewwel sentenza, l-istituzzjoni tista’ tagħżel li tissostitwixxi l-valur nozzjonali bil-valur nozzjonali miżjud bil-bidla netta fil-valur tas-suq tad-derivat ta' kreditu mill-bidu tan-negozju, bidla netta ’l isfel mill-perspettiva tal-bejjiegħ tal-protezzjoni li jkollha sinjal negattiv. Sabiex tiġi kkalkulata l-imposta għar-riskju speċifiku, għajr għall-iswaps totali tar-redditu, għandha tapplika l-maturità tal-kuntratt ta' derivat ta' kreditu, minflok il-maturità tal-obbligu. Il-pożizzjonijiet jiġu determinati kif ġej:

(i) swap totali tar-redditu toħloq pożizzjoni fit-tul fir-riskju ġenerali tal-obbligu ta’ referenza u pożizzjoni fil-qosor fir-riskju ġenerali tal-bond tal-gvern b’maturità ekwivalenti għall-perjodu sal-iffissar li jmiss tal-imgħax u li huwa assenjat piż ta’ riskju ta’ 0% skont it-Titolu II, Kapitolu 2. Joħloq ukoll pożizzjoni fit-tul fir-riskju speċifiku tal-obbligu ta’ referenza;

(j) swap ta’ inadempjenza tal-kreditu ma toħloqx pożizzjoni għar-riskju ġenerali. Għall-iskop ta' riskju speċifiku, l-istituzzjoni trid tirreġistra pożizzjoni sintetika fit-tul f’obbligu tal-entità referenzjarja, sakemm id-derivat ma jkunx ikklassifikat esternament u jissodisfa l-kundizzjonijiet għal element ta' dejn kwalifikattiv, u f’dan il-każ jinżamm rekord tal-pożizzjoni fit-tul fid-derivat. Jekk primjum jew pagamenti tal-imgħax jkunu dovuti taħt il-prodott, dawn il-flussi ta’ flus iridu jiġu rappreżentati bħala pożizzjonijiet nozzjonali fil-bonds tal-gvern;

(k) nota marbuta ma' kreditu b'isem wieħed toħloq pożizzjoni fit-tul fir-riskju ġenerali tan-nota nnifisha, bħala prodott tar-rata tal-imgħax. Għall-iskop ta' riskju speċifiku, tinħoloq pożizzjoni sintetika fit-tul f’obbligu tal-entità referenzjarja. Pożizzjoni fit-tul addizzjonali tinħoloq fl-emittent tan-nota. Meta n-nota marbuta mal-kreditu jkollha klassifikazzjoni esterna u tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ element ta' dejn kwalifikattiv, pożizzjoni waħda fit-tul bir-riskju speċifiku tan-nota ikollha bżonn tiġi rreġistrata biss;

(l) minbarra pożizzjoni fit-tul fir-riskju speċifiku tal-emittent tan-nota, nota marbuta ma' kreditu b’ismijiet multipli li tipprovdi protezzjoni proporzjonali toħloq pożizzjoni f’kull entità referenzjarja, bl-ammont  nozzjonali totali tal-kuntratt assenjat fil-pożizzjonijiet skont il-proporzjon tal-ammont  nozzjonali totali li kull skopertura tirrappreżenta għal entità referenzjarja. Meta jkun jista' jintgħażel aktar minn obbligu wieħed ta’ entità referenzjarja, l-obbligu bl-ogħla ppeżar tar-riskju jiddetermina r-riskju speċifiku.

Meta nota marbuta ma' kreditu b’ismijiet multipli jkollha klassifikazzjoni esterna u tilħaq il-kundizzjonijiet għal element ta' dejn kwalifikattiv, pożizzjoni fit-tul bir-riskju speċifiku tan-nota trid biss tiġi rreġistrata;

(m) derivat ta’ kreditu tal-ewwel assi li jsir inadempjenti  joħloq pożizzjoni għall-ammont  nozzjonali f’obbligu ta’ kull entità referenzjarja. Jekk id-daqs tal-pagament massimu ta' avveniment ta’ kreditu jkun inqas mir-rekwiżit ta' fondi proprji skont il-metodu fl-ewwel sentenza ta’ dan il-punt, l-ammont massimu ta' ħlas jista' jittieħed bħala r-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju speċifiku.

Derivat ta’ kreditu tat-tieni assi li jsir inadempjenti joħloq pożizzjoni għall-ammont  nozzjonali f’obbligu ta’ kull entità referenzjarja minbarra wieħed (dak bl-inqas rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju speċifiku). Jekk id-daqs tal-pagament massimu ta’ avveniment ta’ kreditu jkun inqas mir-rekwiżit ta’ fondi proprji skont il-metodu fl-ewwel sentenza ta’ dan il-punt, dan l-ammont jista’ jittieħed bħala r-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju speċifiku.

Fejn derivat ta’ kreditu li jsir inadempjenti nru n ikun ikklassifikat esternament, il-bejjiegħ tal-protezzjoni għandu jikkalkula r-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju speċifiku billi juża l-klassifikazzjoni tad-derivat u japplika l-ippeżar tar-riskju tat-titolizzazzjoni rispettiv kif applikabbli;

2. Għall-parti li tittrasferixxi r-riskju tal-kreditu (ix-xerrej ta’ protezzjoni), il-pożizzjonijiet jiġu determinati bħala x-xbieha riflessa tal-kapital tal-bejjiegħ ta’ protezzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ nota marbuta ma’ kreditu (li ma tinvolvi l-ebda pożizzjoni fil-qosor fl-emittent). Meta jiġi kkalkulat ir-rekwiżit ta' fondi proprji għax-‘xerrej ta’ protezzjoni’, għandu jintuża l-ammont  nozzjonali tal-kuntratt ta' derivat ta' kreditu. Minkejja l-ewwel sentenza, l-istituzzjoni tista’ tagħżel li tissostitwixxi l-valur  nozzjonali bil-valur  nozzjonali mnaqqas il-valur nett ta’ kwalunkwe tibdil fil-valur tas-suq tad-derivat ta’ kreditu mill-bidu tan-negozju, bidla netta ’l isfel mill-perspettiva tax-xerrej ta’ protezzjoni li jkollha sinjal negattiv. Jekk f’xi mument partikolari jkun hemm opzjoni ta’ xiri flimkien ma’ step-up, tali mument jiġi ttrattat bħala l-maturità tal-protezzjoni.

Artikolu 322 Titoli mibjugħa skont ftehim ta’ riakkwist jew self

It-trasferitur ta' titoli jew drittijiet iggarantiti marbuta mas-sjieda tat-titoli fi ftehim ta’ riakkwist u l-mutwanti ta’ titoli f'għoti ta' self ta' titoli għandhom jinkludu dawk it-titoli fil-kalkolu tar-rekwiżit ta’ fondi proprji skont dan il-Kapitolu bil-kundizzjoni li dawn it-titoli jkunu pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar.

Taqsima 2 Strumenti tad-dejn

Artikolu 323 Pożizzjonijiet netti fl-istrumenti tad-dejn

Il-pożizzjonijiet netti għandhom jiġu kklassifikati skont il-munita li fiha jkunu denominati u għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ġenerali u speċifiku f’kull munita individwali b’mod separat.

Subtaqsima 1 Riskju speċifiku

Artikolu 324 Limitu massimu fuq ir-rekwiżit ta’ fondi proprji għal pożizzjoni netta

L-istituzzjoni tista’ tagħmel limitu massimu fuq ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju speċifiku ta’ pożizzjoni netta fi strument tad-dejn fit-telf massimu possibbli relatat ma' riskju ta’ inadempjenza. Għal pożizzjoni fil-qosor, il-limitu jista’ jiġi kkalkulat bħala bidla fil-valur minħabba l-istrument jew, fejn rilevanti, l-ismijiet sottostanti li minnufih isiru ħielsa mir-riskju ta' inadempjenza.

Artikolu 325 Rekwiżit ta’ fondi proprji għall-istrumenti tad-dejn mhux ta’ titolizzazzjoni

1. L-istituzzjoni għandha tassenja l-pożizzjonijiet netti tagħha fil-portafoll tan-negozjar fi strumenti li mhumiex pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni kif ikkalkulat skont l-Artikolu 316 lill-kategoriji xierqa tat-Tabella 1 fuq il-bażi tal-emittent jew l-obbligant, il-valutazzjoni esterna jew interna tal-kreditu, u l-maturità reżidwa tagħhom, u mbagħad timmultiplikahom bl-ippeżar muri f’dik it-tabella. Sabiex tikkalkula r-rekwiżit ta' fondi proprji kontra r-riskju speċifiku tagħha, hija għandha tgħodd il-pożizzjonijiet ippeżati li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ dan il-punt, irrispettivament minn jekk ikunux pożizzjonijiet fit-tul jew fil-qosor.

Tabella 1

Kategoriji || Rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju speċifiku

Titoli ta’ dejn li jirċievu piż ta’ riskju ta’ 0% bl-approċċ Standardizzat għar-riskju tal-kreditu. || 0 %

Titoli ta’ dejn li jirċievu piż ta’ riskju ta’ 20% jew 50% bl-approċċ Standardizzat għar-riskju tal-kreditu u għal elementi kwalifikattivi oħra kif definit fil-paragrafu 6. || 0,25 % (terminu reżidwu sal-maturità finali ta’ sitt xhur jew inqas) 1,00 % (terminu reżidwu sal-maturità finali ta' iżjed minn sitt xhur u sa 24 xahar, inklużi) 1,60 % (terminu reżidwu sal-maturità li jaqbeż l-24 xahar)

Titoli ta’ dejn li jirċievu piż ta’ riskju ta’ 100% bl-approċċ Standardizzat għar-riskju tal-kreditu. || 8,00 %

Dejn li jirċievi piż ta’ riskju ta’ 150% bl-approċċ Standardizzat għar-riskju tal-kreditu. || 12,00 %

2. Għall-istituzzjonijiet li japplikaw l-approċċ IRB għall-klassi ta' skopertura li minnha jagħmel parti l-emittent tal-istrument tad-dejn, sabiex jikkwalifikaw għal piż ta’ riskju skont l-approċċ Standardizzat għar-riskju tal-kreditu kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-emittent tal-iskopertura għandu jkollu klassifikazzjoni interna b’PD ekwivlenti jew inqas minn dik assoċjata mal-livell xieraq ta’ kwalità tal-kreditu skont l-approċċ Standardizzat.

3. L-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżiti tar-riskju speċifiku għal kwalunkwe bond li tikkwalifika għal piż ta’ riskju ta’ 10% skont it-trattament fl-Artikolu 124(3) bħala nofs ir-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju speċifiku applikabbli għat-tieni kategorija fit-Tabella 1.

4. Elementi kwalifikattivi oħra huma:

(n) pożizzjonijiet fit-tul u fil-qosor f’assi li jikkwalifikaw għal livell ta’ kwalità tal-kreditu li jikkorrispondi tal-anqas għal grad ta’ investiment fil-proċess ta’ mmappjar skont l-approċċ Standardizzat għar-riskju tal-kreditu;

(o) pożizzjonijiet fit-tul u fil-qosor f’assi li, minħabba s-solvenza tal-emittent, ikollhom PD skont l-approċċ IRB għar-riskju tal-kreditu, li ma tkunx ogħla minn dik tal-assi msemmija taħt (a);

(p) pożizzjonijiet fit-tul u fil-qosor f’assi li għalihom ma tkunx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn istituzzjoni nominata esterna ta’ valutazzjoni tal-kreditu u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)      ikunu kkunsidrati mill-istituzzjoni kkonċernata bħala likwidi biżżejjed;

(ii)      il-kwalità tal-investiment tagħhom tkun, skont id-diskrezzjoni tal-istituzzjoni nnifisha, tal-inqas ekwivalenti għal dik tal-assi msemmija fil-punt (a);

(iii)     ikunu elenkati f'mill-anqas suq irregolat wieħed fi Stat Membri jew f’borża f’pajjiż terz bil-kundizzjoni li l-borża tkun irrikonoxxuta mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru rilevanti;

(q) pożizzjonijiet fit-tul u fil-qosor f’assi maħruġa minn istituzzjonijiet soġġetti għar-rekwiżiti ta’ fondi proprji stabbiliti f’dan ir-Regolament li jkunu kkunsidrati mill-istituzzjoni kkonċernata bħala likwidi biżżejjed u li l-kwalità tal-investiment tagħhom tkun, skont id-diskrezzjoni tal-istituzzjoni nnifisha, tal-inqas ekwivalenti għal dik tal-assi msemmija fil-punt (a);

(r) titoli maħruġa minn istituzzjonijiet li jkunu kkunsidrati li għandhom kwalità ta’ kreditu ekwivalenti, jew ogħla, minn dawk assoċjati mal-livell 2 tal-kwalità ta’ kreditu fl-Approċċ Standardizzat għar-riskju tal-kreditu tal-iskoperturi għall-istituzzjonijiet u li jkunu soġġetti għal arranġamenti superviżorji u regolatorji komparabbli ma’ dawk f’din id-Direttiva.

L-istituzzjonijiet li jużaw il-punti (c) jew (d) għandu jkollhom fis-seħħ metodoloġija dokumentata sabiex jivvalutaw jekk l-assi jilħqux ir-rekwiżiti f’dawk il-punti u għandhom jinnotifikaw din il-metodoloġija lill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 326 Rekwiżit ta’ fondi proprji għall-istrumenti ta’ titolizzazzjoni

1. Għall-istrumenti fil-portafoll tan-negozjar li huma pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni, l-istituzzjoni għandha tagħti piż, b’dawn li ġejjin, lill-pożizzjonijiet netti tagħha kif ikkalkulati skont l-Artikolu 316(1):

(s) għal pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li jkunu soġġetti għall-Approċċ Standardizzat għar-riskju tal-kreditu fl-istess portafoll mhux ta' negozjar tal-istituzzjoni, 8 % tal-piż ta’ riskju skont l-Approċċ Standardizzat kif stabbilit fil-Kapitolu 5;

(t) għal pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li jkunu soġġetti għall-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjoni Interna fil-portafoll mhux ta' negozjar tal-istess istituzzjoni, 8% tal-piż tar-riskju skont l-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjoni Interna kif stabbilit fil-Kapitolu 5.

2. Il-Metodu ta’ Formula Superviżorja stabbilit fl-Artikolu 257 jista’ jintuża meta l-istituzzjoni tkun tista’ tipproduċi stimi tal-PD, u fejn applikabbli EAD u LGD bħala inputs fil-Metodu ta’ Formula Superviżorja skont ir-rekwiżiti għall-istima ta’ dawk il-parametri skont l-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjoni Interna skont il-Kapitolu 2, it-Taqsima 3.

Istituzzjoni għajr istituzzjoni oriġinatriċi li tista’ tapplikah għall-istess pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni fil-portafoll mhux ta' negozjar tagħha tista’ tuża dak il-metodu biss jekk tikseb permess mill-awtoritajiet kompetenti, liema permess għandu jingħata meta l-istituzzjoni tissodisfa l-kundizzjoni fis-sentenza preċedenti.

Bħala alternattivi, stimi tal-PD u LGD bħala inputs fil-Metodu ta’ Formula Superviżorja jistgħu jiġu determinati abbażi ta’ stimi li jkunu derivati minn approċċ IRC ta’ istituzzjoni li tkun ingħatat il-permess biex tuża mudell intern għar-riskju speċifiku tal-istrumenti tad-dejn. L-alternattiva tal-aħħar tista’ tintuża biss jekk jinkiseb permess mill-awtoritajiet kompetenti, liema permess għandu jingħata jekk dawk l-istimi jilħqu r-rekwiżiti kwantitattivi għall-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjoni Interna stabbilit fil-Kapitolu 2, it-Taqsima3.

Skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-ABE għandha toħroġ linji gwida dwar l-użu tal-istimi tal-PD u l-LGD bħala inputs meta dawk l-istimi jkunu bbażati fuq approċċ IRC.

3. Għal pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li huma soġġetti għal piż ta’ riskju addizzjonali skont l-Artikolu 396, għandu jiġi applikat 8% tal-piż totali tar-riskju.

4. L-istituzzjoni għandha tgħodd il-pożizzjonijiet ppeżati tagħha li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu (irrispettivament minn jekk ikunux fit-tul jew fil-qosor) sabiex tikkalkula r-rekwiżit ta’ fondi proprji tagħha kontra r-riskju speċifiku.

5. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 4, għal perjodu tranżizzjonali li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2013, l-istituzzjoni għandha tgħodd b’mod separat il-pożizzjonijiet fit-tul netti ppeżati tagħha u l-pożizzjonijiet fil-qosor netti ppeżati tagħha. The larger of those sums shall constitute the specific risk own funds requirement. Madanakollu, kull tliet xhur, l-istituzzjoni għandha tirrapporta s-somma totali tal-pożizzjonijiet fit-tul netti ppeżati u dawk fil-qosor netti ppeżati tagħha, maqsumin skont it-tipi ta' assi sottostanti, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju.

Artikolu 327 Rekwiżit ta’ fondi proprji għall-portafoll kummerċjali ta’ korrelazzjoni

1. Il-portafoll kummerċjali ta’ korrelazzjoni għandu jikkonsisti f’pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni u derivati ta’ kreditu nru n li jsiru inadempjenti li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:

(u) il-pożizzjonijiet la jkunu pożizzjonijiet ta’ rititolizzazzjoni, la opzjonijiet fuq segment ta’ titolizzazzjoni, u lanqas xi derivati oħra ta' skoperturi ta’ titolizzazzjoni li ma jipprovdux sehem prorata fir-rikavat ta’ segment ta’ titolizzazzjoni;

(v) l-istrumenti ta’ referenza kollha jkunu wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)      strumenti taħt isem wieħed, inklużi derivati ta’ kreditu b'isem wieħed, li għalihom ikun jeżisti suq likwidu bidirezzjonali;

(ii)      indiċi negozjati b’mod komuni bbażati fuq dawk l-entitajiet referenzjarji.

Suq bidirezzjonali jitqies li jeżisti meta jkun hemm offerti bona fide indipendenti għal xiri u bejgħ sabiex prezz relatat b’mod raġonevoli mal-aħħar prezz ta’ bejgħ jew offerta kompetittiva bona fide attwali u kwotazzjonijiet tal-offerti jkunu jistgħu jiġu determinati fi żmien ġurnata u saldati għal tali prezz fi żmien relattivament qasir b’konformità mal-prattika tan-negozju.

2. Pożizzjonijiet li jirreferu għal kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin m’għandhomx ikunu parti mill-portafoll kummerċjali ta’ korrelazzjoni:

(w) sottostanti li jista’ jiġi assenjat għall-klassi ta' skoperturi ‘pretensjonijiet fil-livell tal-konsumaturi jew pretensjonijiet kontinġenti fil-livell tal-konsumaturi’ jew għall-klassi ta’ skoperturi ta’ ‘pretensjonijiet jew pretensjonijiet kontinġenti garantiti minn ipoteka fuq proprjetà immobbli’ skont l-approċċ Standardizzat għar-riskju tal-kreditu fil-portafoll mhux ta' negozjar ta’ istituzzjoni;

(x) pretensjoni fuq entità b’għan speċjali.

3. Fil-portafoll kummerċjali ta’ korrelazzjoni, istituzzjoni tista’ tinkludi pożizzjonijiet li la huma pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni u lanqas derivati ta’ kreditu nru n li jsiru inadempjenti iżda li jiħħeġġjaw pożizzjonijiet oħra ta’ dak il-portafoll, bil-kundizzjoni li jkun jeżisti suq bidirezzjonali likwidu kif deskritt fl-aħħar subparagrafu tal-paragrafu 1 għall-istrument jew is-sottostanti tiegħu minflok ma jiġi determinat bħala s-somma ta’ dawk l-ammonti.

4. Istituzzjoni għandha tiddetermina l-akbar wieħed mill-ammonti li ġejjin bħala r-rekwiżit ta’ fondi proprji tar-riskju speċifiku għall-portafoll kummerċjali ta’ korrelazzjoni:

(y) ir-rekwiżit totali ta’ fondi proprji għar-riskju speċifiku li jkun japplika biss għall-pożizzjonijiet netti fit-tul tal-portafoll kummerċjali ta’ korrelazzjoni;

(z) ir-rekwiżit totali ta’ fondi proprji għar-riskju speċifiku li jkun japplika biss għall-pożizzjonijiet netti fil-qosor tal-portafoll kummerċjali ta’ korrelazzjoni.

Subtaqsima 2 Riskju ġenerali

Artikolu 328 Kalkolu tar-riskju ġenerali bbażat fuq il-maturità

1. Sabiex jiġu kkalkulati r-rekwiżiti ta’ fondi proprji kontra r-riskju ġenerali, il-pożizzjonijiet kollha għandhom jiġu peżati skont il-maturità kif spjegat fil-paragrafu 2 sabiex jiġi kkalkulat l-ammont ta’ fondi proprji meħtieġa kontrihom. Dan ir-rekwiżit għandu jitnaqqas meta pożizzjoni peżata tinżamm flimkien ma’ pożizzjoni opposta ppeżata fl-istess faxxa ta’ maturità. Tnaqqis fir-rekwiżit għandu jsir ukoll meta l-pożizzjonijiet peżati opposti jaqgħu f’faxex ta’ maturità differenti, bid-daqs ta’ dan it-tnaqqis ikun jiddependi kemm fuq jekk iż-żewġ pożizzjonijiet jaqgħux fl-istess żona jew le, kif ukoll fuq iż-żoni partikolari li jaqgħu fihom.

2. L-istituzzjoni għandha tassenja l-pożizzjonijiet netti tagħha fil-faxex ta’ maturità xierqa fil-kolonna 2 jew 3, kif xieraq, fit-Tabella 2 fil-paragrafu 4. Hija għandha tagħmel dan fuq il-bażi ta’ maturità reżidwa fil-każ ta’ strumenti b’rata fissa u fuq il-bażi tal-perjodu sakemm ir-rata tal-imgħax terġa' tiġi ffissata fil-każ ta’ strumenti li r-rata tal-imgħax fuqhom tkun varjabbli qabel il-maturità finali. Għandha tiddistingwi wkoll bejn strumenti tad-dejn b’kupun ta’ 3 % jew aktar u dawk b’kupun ta’ inqas minn 3 % u għaldaqstant, tallokahom fil-kolonna 2 jew kolonna 3 fit-Tabella 2. Imbagħad għandha timmultiplika kull wieħed minnhom bl-ippeżar għall-faxxa ta’ maturità inkwistjoni fil-kolonna 4 fit-Tabella 2.

3. L-istituzzjoni mbagħad għandha tikkalkula s-somma tal-pożizzjonijet fit-tul ippeżati u s-somma tal-pożizzjonijiet fil-qosor ippeżati f’kull faxxa ta’ maturità. L-ammont tal-ewwel li jitqabbel minn dan tal-aħħar f’faxxa ta’ maturità partikolari għandu jkun il-pożizzjoni ppeżata mqabbla f’dik il-faxxa, filwaqt li l-pożizzjoni fit-tul jew fil-qosor reżidwa għandha tkun il-pożizzjoni ppeżata mhux imqabbla għall-istess faxxa. Imbagħad għandu jiġi kkalkulat it-total tal-pożizzjonijiet ippeżati mqabbla fil-faxex kollha.

4. L-istituzzjoni għandha tikkalkula t-totali tal-pożizzjonijiet fit-tul ippeżati mhux imqabbla għall-faxex inklużi f’kull żona tat-Tabella 2 sabiex tinħareġ il-pożizzjoni fit-tul ippeżata mhux imqabbla għal kull żona. Bl-istess mod, is-somma tal-pożizzjonijiet fil-qosor ippeżati mhux imqabbla għal kull faxxa f’żona partikolari għandha tingħadd sabiex tiġi kkalkulata l-pożizzjoni fil-qosor ippeżata mhux imqabbla għal dik iż-żona. Dik il-parti tal-pożizzjoni fit-tul ippeżata mhux imqabbla għal żona partikolari li tkun imqabbla mill-pożizzjoni fil-qosor ippeżata mhux imqabbla għall-istess żona għandha tkun il-pożizzjoni ppeżata mqabbla għal dik iż-żona. Dik il-parti tal-pożizzjoni fit-tul ippeżata mhux imqabbla jew dik fil-qosor ippeżata mhux imqabbla għal żona li, għaldaqstant, ma tkunx tista’ titqabbel, għandha tkun il-pożiżżjoni ippeżata mhux imqabbla għal dik iż-żona.

Tabella 2

Żona || Faxxa ta’ maturità || ||

Kupun ta’ 3 % jew aktar || Kupun ta’ inqas minn 3 %

Wieħed || 0 ≤ 1 xahar || 0 ≤ 1 xahar || 0,00 || —

> 1 ≤ 3 xhur || > 1 ≤ 3 xhur || 0,20 || 1,00

> 3 ≤ 6 xhur || > 3 ≤ 6 xhur || 0,40 || 1,00

> 6 ≤ 12-il xahar || > 6 ≤ 12-il xahar || 0,70 || 1,00

Tnejn || > 1 ≤ 2 sentejn || > 1,0 ≤ 1,9 snin || 1,25 || 0,90

> 2 ≤ 3 snin || > 1,9 ≤ 2,8 snin || 1,75 || 0,80

> 3 ≤ 4 snin || > 2,8 ≤ 3,6 snin || 2,25 || 0,75

Tlieta || > 4 ≤ 5 snin || > 3,6 ≤ 4,3 snin || 2,75 || 0,75

> 5 ≤ 7 snin || > 4,3 ≤ 5,7 snin || 3,25 || 0,70

> 7 ≤ 10 snin || > 5,7 ≤ 7,3 snin || 3,75 || 0,65

> 10 ≤ 15-il sena || > 7,3 ≤ 9,3 snin || 4,50 || 0,60

> 15 ≤ 20 sena || > 9,3 ≤ 10,6 snin || 5,25 || 0,60

> 20 sena || > 10,6 ≤ 12,0-il sena || 6,00 || 0,60

|| > 12,0 ≤ 20,0 sena || 8,00 || 0,60

|| > 20 sena || 12,50 || 0,60

5. L-ammont ta’ pożizzjoni ppeżata mhux imqabbla fit-tul jew fil-qosor fl-ewwel żona li hija mqabbla mill-pożizzjoni fit-tul jew fil-qosor ippeżata mhux imqabbla fit-tieni żona mbagħad għandha tkun il-pożizzjoni ppeżata mqabbla bejn l-ewwel u t-tieni żona. L-istess kalkolu għandu jsir fir-rigward ta’ dik il-parti tal-pożizzjoni ppeżata mhux imqabbla fit-tieni żona li jkun fadal u l-pożizzjoni ppeżata mhux imqabbla fit-tielet żona sabiex tiġi kkalkolata l-pożizzjoni ppeżata mqabbla bejn it-tieni u t-tielet żona.

6. L-istituzzjoni tista' tirriversa l-ordni fil-paragrafu 5 sabiex tikkalkula l-pożizzjoni ppeżata mqabbla bejn it-tieni u t-tielet żona qabel ma tikkalkula dik il-pożizzjoni bejn l-ewwel u t-tieni żona.

7. Il-bqija tal-pożizzjoni ppeżata mhux imqabbla fl-ewwel żona għandha titqabbel ma’ x’jifdal minn dik tat-tielet żona wara t-tqabbil ta’ din tal-aħħar mat-tieni żona sabiex tinħareġ il-pożizzjoni ppeżata mqabbla bejn l-ewwel u t-tielet żona.

8. Imbagħad għandhom jingħaddu flimkien il-pożizzjonijiet reżidwi, wara t-tliet kalkoli separati ta’ tqabbil fil-paragrafi 5, 6 u 7.

9. Ir-rekwiżit ta’ fondi proprji tal-istituzzjoni għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma ta’:

(a) 10 % tas-somma tal-pożizzjonijiet ippeżati mqabbla fil-faxex kollha ta’ maturità;

(b) 40 % tal-pożizzjoni ppeżata mqabbla fl-ewwel żona;

(c) 30 % tal-pożizzjoni ppeżata mqabbla fit-tieni żona;

(d) 30 % tal-pożizzjoni ppeżata mqabbla fit-tielet żona;

(e) 40 % tal-pożizzjoni ppeżata mqabbla bejn l-ewwel u t-tieni żona u bejn it-tieni u t-tielet żona;

(f) 150 % tal-pożizzjoni ppeżata mqabbla bejn l-ewwel u t-tielet żona;

(g) 100 % tal-pożizzjonijiet ippeżati reżidwi mhux imqabbla.

Artikolu 329 Kalkolu tar-riskju ġenerali bbażat fuq it-tul taż-żmien

1. L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw approċċ għall-kalkolu tar-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ġenerali fuq l-istrumenti tad-dejn li jirrefletti d-dewmien, minflok l-approċċ stabbilit fl-Artikolu 328, bil-kundizzjoni li l-istituzzjoni tagħmel dan fuq bażi konsistenti.

2. Bl-approċċ ibbażat fuq it-tul taż-żmien imsemmi fil-paragrafu 1, l-istituzzjoni għandha tieħu l-valur tas-suq ta’ kull strument tad-dejn b’rata fissa u b’hekk tikkalkula r-rendiment tiegħu sal-maturità, li hija r-rata ta' skont implikata ta’ dak l-istrument. Fil-każ ta’ strumenti b’rati varjabbli, l-istituzzjoni għandha tieħu l-valur tas-suq ta’ kull strument u b’hekk tikkalkula r-rendiment tiegħu bis-suppożizzjoni li s-somma kapitali tkun dovuta fid-darba li jmiss meta r-rata tal-imgħax tkun tista’ tinbidel.

3. Imbagħad, l-istituzzjoni għandha tikkalkula t-tul taż-żmien modifikat ta’ kull strument tad-dejn fuq il-bażi tal-formula li ġejja:

fejn:

D =    it-tul ta' żmien ikkalkulat skont il-formula li ġejja:

fejn:

R = ir-rendiment mal-maturità msemmi fil-paragrafu 2;

Ct = ħlas fi flus f'ħin t;

M = il-maturità totali msemmija fil-paragrafu 2.

Għandha ssir korrezzjoni fil-kalkolu tat-tul taż-żmien modifikat għall-istrumenti tad-dejn li huma soġġetti għar-riskju ta' prepagament. L-ABE għandha, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, toħroġ linji gwida dwar kif għandhom jiġu applikati tali korrezzjonijiet.

4. Imbagħad, l-istituzzjoni għandha talloka kull strument tad-dejn fiż-żona xierqa fit-Tabella 3. Għandha tagħmel dan fuq il-bażi tat-tul taż-żmien modifikat ta’ kull strument.

Tabella 3

Żona || Tul taż-żmien modifikat (fi snin) || Imgħax previst (mibdul f’%)

L-Ewwel || > 0 ≤ 1,0 || 1,0

It-Tieni || > 1,0 ≤ 3,6 || 0,85

It-Tielet || > 3,6 || 0,7

5. Imbagħad, l-istituzzjoni għandha tikkalkula l-pożizzjoni ppeżata skont it-tul taż-żmien għal kull strument billi timmultiplika l-prezz tas-suq tiegħu bit-tul taż-żmien modifikat u bil-bidla ssoponuta fir-rata tal-imgħax għal strument b’dak it-tul taż-żmien modifikat partikolari (ara l-kolonna 3 fit-Tabella 3).

6. L-istituzzjoni għandha tikkalkula l-pożizzjonijiet twal tagħha ppeżati skont it-tul taż-żmien u dawk qosor ippeżati skont it-tul taż-żmien f’kull żona. L-ammont tal-ewwel li jitqabbel minn din tal-aħħar f’kull żona għandu jkun il-pożizzjoni ppeżata skont it-tul taż-żmien imqabbla għal dik iż-żona.

Imbagħad, l-istituzzjoni għandha tikkalkula l-pożizzjonijiet ippeżati skont it-tul taż-żmien mhux imqabbla għal kull żona. Hija mbagħad għandha ssegwi l-proċeduri tal-pożizzjonijiet ippeżati mhux imqabbla stabbiliti fil-paragrafi 5 sa 8.

7. Imbagħad, ir-rekwiżit ta’ fondi proprji tal-istituzzjoni għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma ta’ dawn li ġejjin:

(aa) 2 % tal-pożizzjoni ppeżata skont it-tul taż-żmien imqabbla għal kull żona;

(bb) 40 % tal-pożizzjonijiet ippeżati skont it-tul taż-żmien imqabblin bejn l-ewwel u t-tieni żona u bejn it-tieni u t-tielet żona;

(cc) 150 % tal-pożizzjoni ppeżata skont it-tul taż-żmien imqabbla bejn l-ewwel u t-tielet żona;

(dd) 100 % tal-pożizzjonijiet reżidwi ppeżati skont it-tul taż-żmien mhux imqabblin.

Taqsima 3 Ekwitajiet

Artikolu 330 Pożizzjonijiet netti fl-istrumenti azzjonarji

1. B’mod separat, l-istituzzjoni għandha tgħodd il-pożizzjonijiet netti fit-tul kollha tagħha u l-pożizzjonijiet netti fil-qosor kollha tagħha skont l-Artikolu 316. Is-somma tal-valur assolut taż-żewġ ċifri għandha tkun il-pożizzjoni grossa kumplessiva tagħha.

2. L-istituzzjoni għandha tikkalkula, b’mod separat għal kull suq, id-differenza bejn is-somma tal-pożizzjonijiet netti fit-tul u fil-qosor. Is-somma tal-valuri assoluti ta’ dawn id-differenzi għandha tkun il-pożizzjoni netta kumplessiva tagħha.

3. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jiddefinixxu t-terminu ‘suq’ imsemmi fil-paragrafu 2.

L-ABE għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2013.

Il-Kummissjoni tiġi ddelegata bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fis-subparagrafu preċedenti skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 331 Riskju speċifiku tal-istrumenti tal-ekwità

L-istituzzjoni għandha timmultiplika l-pożizzjoni grosssa kumplessiva tagħha bi 8 % sabiex tikkalkula r-rekwiżit ta’ fondi proprji kontra r-riskju speċifiku.

Artikolu 332 Riskju ġenerali tal-istrumenti tal-ekwità

Ir-rekwiżit ta' fondi proprji kontra r-riskju ġenerali għandu jkun il-pożizzjoni netta kumplessiva tagħha multiplikata bi 8 %.

Artikolu 333 Indiċi tal-kambju

1. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi li jelenkaw l-indiċi tal-kambju li għalihom jkunu disponibbli trattament wieħed jew aktar fil-paragrafi 3 u 4.

L-ABE għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Il-Kummisjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fit-tielet subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

2. Qabel id-dħul fis-seħħ tal-istandards tekniċi msemmija fil-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet jistgħu jkomplu japplikaw it-trattament stabbilit fil-paragrafi 3 u 4, fejn l-awtoritajiet kompetenti jkunu applikaw dak it-trattament qabel l-1 ta’ Jannar 2013.

3. Il-futuri tal-indiċi tal-kambju, l-ekwivalenti ppeżati skont delta tal-opzjonijiet fil-futuri tal-indiċi tal-borża u l-indiċijiet tal-borża li minn hawn ’il quddiem se ssir referenza għalihom b’mod kollettiv bħala ‘futuri tal-indiċi tal-borża’, jistgħu jinqasmu f’pożizzjonijiet f’kull waħda mill-ekwitajiet kostitwenti tagħhom. Dawn il-pożizzjonijiet jistgħu jiġu ttrattati bħala pożizzjonijiet sottostanti fl-ekwitajiet inkwistjoni, u jistgħu jiġu nnettjati kontra pożizzjonijiet opposti fl-ekwitajiet sottostanti nfushom. L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti dwar l-użu li jagħmlu minn dan it-trattament.

4. Meta futur tal-indiċi tal-kambju ma jinqasamx fil-pożizzjonijiet sottostanti tiegħu, dan għandu jiġi ttrattat daqs li kieku kien ekwità individwali. Madankollu, ir-riskju speċifiku fuq din l-ekwità individwali jista’ jiġi injorat jekk il-futur tal-indiċi tal-kambju inkwistjoni jiġi negozjat fil-borża u jirrappreżenta indiċi diversifikat b’mod xieraq.

Taqsima 4 Sottoskrizzjoni

Artikolu 334 Tnaqqis tal-pożizzjonijiet netti

1. Fil-każ tas-sottoskrizzjoni ta’ strumenti tad-dejn u l-ekwità, istituzzjoni tista’ tuża l-proċedura li ġejja sabiex tikkalkula r-rekwiżiti ta’ fondi proprji tagħha. L-istituzzjoni l-ewwel għandha tikkalkula l-pożizzjonijiet netti billi tnaqqas il-pożizzjonijiet sottoskritti li jkunu sottoskritti jew sottosottoskritti minn partijiet terzi fuq il-bażi ta’ ftehimiet formali. L-istituzzjoni mbagħad għandha tnaqqas il-pożizzjonijiet netti permezz tal-fatturi ta’ tnaqqis fit-Tabella 4 u tikkalkola r-rekwiżiti ta’ fondi proprji tagħha billi tuża l-pożizzjonijiet sottoskritti mnaqqsa.

Tabella 4

jum tax-xogħol nru 0: || 100 %

jum tax-xogħol nru 1: || 90 %

jiem tax-xogħol nri 2 sa 3: || 75 %

jum tax-xogħol nru 4: || 50 %

jum tax-xogħol nru 5: || 25 %

wara jum tax-xogħol nru 5: || 0 %.

‘Jum tax-xogħol nru żero’ għandu jkun il-jum ta’ ħidma li fih l-istituzzjoni tieħu l-impenn inkundizzjonat li taċċetta kwantità magħrufa ta’ titoli bi prezz miftiehem.

2. L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti bl-użu li jagħmlu mill-paragrafu 1.

Taqsima 5 Rekwiżiti ta’ fondi proprji tar-riskju speċifiku għal pożizzjonijiet iħħeġġjati minn derivati ta’ kreditu

Artikolu 335 Provvediment għal ħeġġijiet minn derivati ta’ kreditu

1. Għandu jingħata provvediment għal ħeġġijiet ipprovduti minn derivati ta’ kreditu, skont il-prinċipju stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 6.

2. L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw din il-pożizzjoni fid-derivat ta' kreditu bħala komponent wieħed u l-pożizzjoni ħħeġġjata li jkollha l-istess ammont nominali, jew, fejn applikabbli, ammont  nozzjonali, bħala l-'komponent' l-ieħor.

3. Għandu jingħata provvediment sħiħ meta l-valuri taż-żewġ partijiet jimxu dejjem fid-direzzjoni opposta u b'mod ġenerali ndaqs. Dan ikun il-każ fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(ee) iż-żewġ partijiet jikkonsistu fi strumenti kompletament identiċi;

(ff) pożizzjoni fit-tul ta' flus tkun iħħeġġjata b’rata totali ta' swap ta; ritorn (jew viċe versa) u jkun hemm qbil preċiż bejn l-obbligu ta’ referenza u l-iskopertura sottostanti (jiġifieri, il-pożizzjoni tal-flus). Il-maturità tal-iswap stess tista’ tkun differenti minn dik tal-iskopertura sottostanti.

F'dawn is-sitwazzjonijiet, ir-rekwiżit ta’ fondi proprji tar-riskju speċifiku ma għandu jiġi applikat għall-ebda naħa tal-pożizzjoni.

4. Se tiġi applikata tpaċija ta' 80 % meta l-valuri taż-żewġ partijiet jimxu dejjem fid-direzzjoni opposta u fejn ikun hemm qbil preċiż f’termini tal-obbligu ta’ referenza, il-maturità kemm tal-obbligu ta’ referenza kif ukoll tad-derivat ta’ kreditu, u l-munita tal-iskopertura sottostanti. Barra minn hekk, l-elementi ewlenin tal-kuntratt ta' derivat ta' kreditu m’għandhomx iwasslu biex iċ-ċaqliq fil-prezz tad-derivat ta’ kreditu jiddevjaw materjalment miċ-ċaqliq tal-pożizzjoni tal-flus. Meta t-tranżazzjoni tittrasferixxi riskju, se tiġi applikata tpaċija tar-riskju speċifiku ta’ 80 % fin-naħa tat-tranżazzjoni bl-ogħla rekwiżit ta’ fondi proprji, filwaqt li r-rekwiżiti tar-riskju speċifiku tan-naħa l-oħra għandhom ikunu żero.

5. Għandu jingħata provvediment parzjali, fin-nuqqas tas-sitwazzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4, fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(gg) il-pożizzjoni taqa’ taħt il-paragrafu 2(b) iżda hemm diskrepanza fl-assi bejn l-obbligu ta’ referenza u l-iskopertura sottostanti. Madanakollu, il-pożizzjonijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(i)      l-obbligu ta’ referenza huwa pari passu ma', jew subordinarju għall-obbligu sottostanti;

(ii)      l-obbligu sottostanti u l-obbligu ta’ referenza għandhom l-istess obbligant u għandhom klawżoli inadempjenza transversali u ta' aċċelerazzjoni transversali legalment infurzabbli;

(hh) il-pożizzjoni taqa’ taħt il-paragrafu 2(b) jew 3 iżda hemm nuqqas ta’ taqbil fil-munita jew fil-maturità bejn il-protezzjoni tal-kreditu u l-assi sottostanti. Tali nuqqas ta' taqbil fil-munita għandu jiġi inkluż fir-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju tal-kambju;

(ii) il-pożizzjoni taqa’ taħt il-paragrafu 3 iżda hemm nuqqas ta' taqbil fl-assi bejn il-pożizzjoni tal-flus u d-derivat ta’ kreditu. Madanakollu, l-assi sottostanti huwa inkluż fl-obbligi (kunsinnabbli) fid-dokumentazzjoni tad-derivat ta’ kreditu.

Sabiex jingħata provvediment parzjali, minflok ma jiżdiedu r-rekwiżiti ta’ fondi proprji tar-riskju speċifiku għal kull naħa tat-tranżazzjoni, għandu japplika biss l-ogħla wieħed miż-żewġ rekwiżiti ta’ fondi proprji.

6. Fis-sitwazzjonijiet kollha li ma jaqgħux taħt il-paragrafi 3 sa 5, rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju speċifiku għandu jiġi kkalkulat b’mod separat għaż-żewġ naħat tal-pożizzjonijiet.

Artikolu 336 Provvediment għal heġġijiet permezz ta’ derivati ta’ kreditu tal-ewwel inadempjenza u tal-enneżima nru n

Fil-każ ta’ derivati ta’ kreditu tal-ewwel inadempjenza u derivati ta’ kreditu tal-inadempjenza nru n, it-trattament li ġej japplika għall-provvediment li għandu jingħata skont l-Artikolu 335:

(b) fejn istituzzjoni tikseb protezzjoni tal-kreditu għal numru ta’ entitajiet referenzjarji li huma sottostanti għal derivat ta’ kreditu bil-kundizzjoni li l-ewwel inadempjenza fost l-assi għandha tiskatta pagament u li dan l-avveniment ta’ kreditu għandu jtemm il-kuntratt, l-istituzzjoni tista’ tpaċi r-riskju speċifiku għall-entità referenzjarja li għaliha japplika l-aktar perċentwal baxx ta' imposta għar-riskju speċifiku fost l-entitajiet referenzjarji sottostanti skont it-Tabella 1 fl-Artikolu 325;

(b) fejn l-inadempjenza nru n fost l-iskoperturi tiskatta pagament taħt il-protezzjoni tal-kreditu, ix-xerrej ta' protezzjoni jista' jpaċi r-riskju speċifiku biss jekk tkun inkisbet protezzjoni wkoll għall-inadempjenzi nru 1 sa n-1 jew meta jkunu diġà seħħew għadd n-1 ta' inadempjenzi. F’każijiet bħal dawn, il-metodoloġija stabbilita hawn fuq għad-derivati ta’ kreditu tal-ewwel inadempjenza għandha tiġi segwita modifikata kif jixraq għall-prodotti tal-inadempjenza nru n.

Taqsima 6 Rekwiżiti ta’ fondi proprji għas-CIUs

Artikolu 337 Rekwiżiti ta’ fondi proprji għas-CIUs

1. Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħra f’din it-taqsima, il-pożizzjonijiet fis-CIUs għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju tal-pożizzjoni, inklużi r-riskju speċifiku u r-riskju ġenerali, ta’ 32 %. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 342 jew l-Artikolu 356(6) flimkien mal-Artikolu 342 fejn jintuża t-trattament modifikat għad-deheb stipulat f’dawk il-punti, il-pożizzjonijiet fis-CIUs għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju tal-pożizzjoni, inklużi r-riskju speċifiku u r-riskju ġenerali, u r-riskju tal-kambju ta’ 40 %.

2. Sakemm ma jkunx stabbilit b’mod ieħor fl-Artikolu 339, ma huwa permess l-ebda netting bejn l-investimenti sottostanti ta' CIU u pożizzjonijiet l-oħra miżmuma mill-istituzzjoni.

Artikolu 338 Kriterji ġenerali għas-CIUs

Is-CIUs għandhom ikunu eliġibbli għall-approċċ stabbilit fl-Artikolu 339, meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(c) il-prospett tas-CIUs jew id-dokument ekwivalenti għandhom jinkludu dawn kollha:

(i)      il-kategoriji ta’ assi li s-CIU tkun awtorizzata li tinvesti fihom;

(ii)     fejn japplikaw limiti fuq l-investiment, il-limiti relattivi u l-metodoloġiji sabiex jiġu kkalkulati;

(iii)     fejn huwa permess l-ingranaġġ, il-livell massimu ta’ ingranaġġ;

(iv)    fejn huma permessi l-konklużjonijiet ta’ tranżazzjonijiet ta’ derivati finanzjarji OTC jew tranżazzjonijiet ta’ riakkwist jew ta’ teħid jew għoti b'self ta' titoli, il-politika li tillimita r-riskju għall-kontroparti b'riżultat ta' dawn it-tranżazzjonijiet;

(d) in-negozju tas-CIU għandu jiġi rrappurtat f’rapporti ta’ nofs is-sena u f’rapporti annwali sabiex tkun tista’ ssir valutazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet, tad-dħul u l-operazzjonijiet fil-perjodu tar-rapport;

(e) l-ishma jew l-unitajiet tas-CIU jinfdew fi flus, mill-assi tal-impriża, fuq bażi ta’ kuljum fuq talba tat-titolari tal-unitajiet;

(f) l-investimenti fis-CIU għandhom jiġu separati mill-assi tal-maniġer tas-CIU;

(g) għandu jkun hemm valutazzjoni adegwata tar-riskju tas-CIU, mill-istituzzjoni li tinvesti;

(h) is-CIUs għandhom jiġu mmaniġġjati minn persuni superviżjonati skont id-Direttiva (UCITS) jew leġiżlazzjoni ekwivalenti sabiex ikunu eliġibbli.

Artikolu 339 Medodi speċifiċi għas-CIUs

1. Meta l-istituzzjoni tkun konxja mill-investimenti sottostanti tas-CIU fuq bażi ta’ kuljum, l-istituzzjoni tista’ tara dawn l-investimenti sottostanti biex tikkalkula r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tal-pożizzjoni, inklużi r-riskju speċifiku u r-riskju ġenerali taħt dan l-approċċ, il-pożizzjonijiet fis-CIUs għandhom jiġu ttrattati bħala pożizzjonijiet fl-investimenti sottostanti tas-CIU. Għandu jkun permess netting bejn il-pożizzjonijiet fl-investimenti sottostanti tas-CIU u pożizzjonijiet oħra li jkollha l-istituzzjoni, sakemm l-istituzzjoni jkollha kwantità suffiċjenti ta’ ishma jew unitajiet li jippermettu il-fidi/ħolqien bi bdil mal-investimenti sottostanti.

2. L-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tal-pożizzjoni, inklużi r-riskju speċifiku u r-riskju ġenerali, għal pożizzjonijiet fis-CIUs billi jiġu ssoponuti pożizzjonijiet li jirrappreżentaw dawk neċessarji sabiex jirriproduċu l-kompożizzjoni u l-prestazzjoni tal-indiċi ġġenerat esternament jew baskett fiss ta’ ekwitajiet jew titoli ta’ dejn msemmija fil-punt (a), soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-għan tal-mandat tas-CIU's hu li jirriproduċi l-kompożizzjoni u l-prestazzjoni ta’ indiċi ġġenerat esternament jew baskett fiss ta’ ekwitajiet jew titoli ta’ dejn;

(b) korrelazzjoni minima ta’ 0.9 bejn iċ-ċaqliq ta’ kuljum fil-prezz tas-CIU u l-indiċi jew il-baskett ta’ ekwitajiet jew titoli ta’ dejn li ssegwi tista’ tiġi stabbilita b’mod ċar fuq perjodu minimu ta’ sitt xhur. F’dan il-kuntest, ‘korrelazzjoni’ tfisser il-koeffiċjent ta’ korrelazzjoni bejn ir-redditu ta’ kuljum tas-CIU u l-indiċi jew il-baskett ta’ ekwitajiet jew titoli ta’ dejn li jsegwu.

3. Fejn l-istituzzjoni ma tkunx konxja mill-investimenti sottostanti tas-CIU fuq bażi ta’ kuljum, l-istituzzjoni tista’ tikkalkula r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tal-pożizzjoni, inklużi r-riskju speċifiku u r-riskju ġenerali, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(c) jiġi preżunt li s-CIU l-ewwel tinvesti sal-massimu possibbli permess skont il-mandat tagħha fil-klassijiet ta’ assi li jattiraw l-ogħla rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju speċifiku u ġenerali b’mod separat, u mbagħad tkompli tagħmel investimenti f’ordni li dejjem tonqos sakemm jintlaħaq l-investimenti totali massimu. Il-pożizzjoni fis-CIU tiġi ttrattata bħala parteċipazzjoni diretta fil-pożizzjoni meħuda;

(d) l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw l-iskopertura massima indiretta li jistgħu jiksbu billi jieħdu pożizzjonijiet ta’ ingranaġġ permezz tas-CIU meta jikkalkulaw ir-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju speċifiku u ġenerali tagħhom b’mod separat, billi jżidu proporzjonalment il-pożizzjoni fis-CIU sal-iskopetura massima għall-elementi ta’ investiment sottostanti li jirriżultaw mill-mandat;

(e) jekk skont dan il-punt, ir-riskju speċifiku u ġenerali tar-rekwiżit ta' fondi proprji flimkien jaqbżu dak stabbilit fl-Artikolu 337(1) ir-rekwiżit ta' fondi proprji għandu jiġi limitat sa dak il-livell.

(2) L-istituzzjonijiet jistgħu joqogħdu fuq il-partijiet terzi li ġejjin sabiex jikkalkulaw u jirrappurtaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tal-pożizzjoni għall-pożizzjonijiet fis-CIUs li jaqgħu taħt il-paragrafi 1 sa 4, skont il-metodi stabbiliti f’dan il-Kapitolu:

(f) id-depożitarju tas-CIU bil-kundizzjoni li s-CIU jinvesti b’mod esklussiv f’titoli u jiddepożita t-titoli kollha ma' dak id-depożitarju;

(g) għal CIUs oħrajn, il-kumpanija tal-maniġment tas-CIU, jekk il-kumpanija tal-maniġment tas-CIU tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 3(a) tal-Artikolu 127.

Il-korrettezza tal-kalkolu għandha tiġi kkonfermata minn awditur estern.

Kapitolu 3 Rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tal-kambju

Artikolu 340 De minimis u ppeżar għar-riskju tal-kambju

Jekk is-somma tal-pożizzjoni netta kumplessiva tal-kambju ta’ istituzzjoni u l-pożizzjoni netta tad-deheb tagħha, ikkalkulati skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 341, inkluża għal kull pożizzjoni tal-kambju jew tad-deheb li għaliha r-rekwiżiti ta’ fondi proprji jiġu kkalkulati permezz ta’ mudell intern, taqbeż it-2 % tal-fondi proprji totali tagħha, l-istituzzjoni għandha tikkalkula rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju tal-kambju. Ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju tal-kambju għandu jkun is-somma tal-pożizzjoni tal-kambju kumplessiva netta tagħha u l-pożizzjoni netta tad-deheb tagħha fil-munita tar-rappurtar, multiplikata bi 8 %.

Artikolu 341 Kalkolu tar-riskju kumplessiv nett tal-pożizzjoni tal-kambju

(2) Il-pożizzjoni netta miftuħa tal-istituzzjoni f’kull munita (inkluża l-munita tar-rappurtar) u f’deheb għandha tiġi kkalkulata bħala s-somma tal-elementi li ġejjin (pożittivi jew negattivi):

(h) il-pożizzjoni netta spot (jiġifieri l-assi kollha mingħajr l-obbligazzjonijiet kollha, inkluż l-imgħax dovut, fil-munita inkwistjoni jew, għad-deheb, il-pożizzjoni netta spot fid-deheb);

(i) il-pożizzjoni futura netta, li hija l-ammonti kollha li għad iridu jiġu riċevuti mingħajr l-ammonti kollha li għad iridu jitħallsu taħt kambju futur u tranżazzjonijiet tad-deheb, inklużi l-futuri tal-muniti u tad-deheb u l-kapital fuq l-iswaps tal-muniti mhux inklużi fil-pożizzjoni spot;

(j) garanziji irrevokabbli u strumenti simili li huma żguri li se jissejħu u aktarx li se jkunu irrikoverabbli;

(k) l-ekwivalenti tad-delta netta, jew ibbażata fuq id-dejta, tal-ktieb totali tal-opzjonijiet tal-munita barranija u tad-deheb;

(l) il-valur tas-suq ta’ opzjonijiet oħra.

Id-delta użata għall-finijiet tal-punt (e) għandha tkun, fejn rilevanti, dik tal-borża inkwistjoni, soġġett għal permess mill-awtoritajiet kompetenti, fejn din ma tkunx disponibbli, jew għall-opzjonijiet OTC, dik ikkalkulata mill-istituzzjoni nnifisha permezz ta’ mudell xieraq. Il-permess għandu jingħata jekk il-mudell jistma b’mod xieraq ir-rata ta’ bidla fil-valur tal-opzjoni jew tal-warrants fir-rigward ta’ bidliet żgħar fil-prezz tas-suq tas-sottostanti.

L-istituzzjoni tista’ tinkludi dħul/infiq netti futuri li jkunu għadhom mhumiex dovuti iżda diġà ħħeġġjati b'mod sħiħ jekk tagħmel dan b’mod konsistenti.

L-istituzzjoni tista’ taqsam il-pożizzjonijiet netti f’muniti komposti fil-muniti komponenti skont il-kwoti fis-seħħ.

(3) Wara li jinkiseb permess mill-awtoritajiet kompetenti, kwalunkwe pożizzjoni li l-istituzzjoni tkun ħadet b’mod deliberat sabiex tiħħeġġja kontra l-effett avvers tar-rata tal-kambju fuq il-proporzjonijiet tagħha skont l-Artikolu 87(1) tista’ tiġi eskluża mill-kalkolu tal-pożizzjonijiet netti miftuħa tal-munita. Tali pożizzjonijiet għandhom ikunu ta’ natura mhux tan-negozju jew strutturali u kwalunkwe varjazzjoni fit-termini tal-esklużjoni tagħhom, soġġetti għal permess separat mill-awtoritajiet kompetenti. L-istess trattament soġġett għall-istess kundizzjonijiet bħal ta’ hawn fuq jista’ jiġi applikat għal pożizzjonijiet tal-istituzzjoni li jirrelataw ma' oġġetti li jkunu diġà tnaqqsu fil-kalkolu tal-fondi proprji.

(4) Istituzzjoni tista’ tuża l-valur nett preżenti meta tikkalkula l-pożizzjoni netta miftuħa f’kull munita u fid-deheb, bil-kundizzjoni li l-istituzzjoni tapplika dan l-approċċ b’mod konsistenti.

(5) Pożizzjonijiet netti fil-qosor u fit-tul f’kull munita għajr il-munita tar-rappurtar u l-pożizzjoni netta fit-tul jew fil-qosor fid-deheb għandhom jiġu konvertiti bir-rati spot fil-munita tar-rappurtar. Imbagħad għandhom jingħaddu separatament sabiex jiffurmaw it-total tal-pożizzjonijiet netti fil-qosor u t-total tal-pożizzjonijiet netti fit-tul rispettivament. L-ogħla minn dawn iż-żewġ totali għandha tkun il-pożizzjoni netta kumplessiva tal-kambju tal-istituzzjoni.

(6) L-istituzzjonijiet għandhom jirreflettu b'mod adegwat riskji oħra assoċjati mal-opzjonijiet, minbarra r-riskju tad-delta, fir-rekwiżiti ta’ fondi proprji.

(7) L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jiddefinixxu firxa ta’ metodi sabiex jirreflettu riskji oħra fir-rekwiżiti ta’ fondi proprji, minbarra r-riskju delta, b’mod proporzjonat mal-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet fl-opzjonijiet.

L-ABE għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2013.

Il-Kummissjoni tiġi ddelegata bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fis-subparagrafu preċedenti skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 342 Riskju tal-kambju tas-CIUs

(2) Għall-finijiet tal-Artikolu 341, fir-rigward tas-CIUs għandhom jiġu kkunsidrati l-pożizzjonijiet attwali tal-kambju tas-CIU.

(3) L-istituzzjonijiet jistgħu joqogħdu fuq ir-rappurtar dwar il-pożizzjonijiet tal-kambju fis-CIU tal-partijiet terzi li ġejjin:

(m) l-istituzzjoni depożitorja tas-CIU bil-kundizzjoni li s-CIU tinvesti b'mod esklussiv f’titoli u tiddepożita t-titoli kollha ma’din l-istituzzjoni depożitarja;

(n) għal CIUs oħra, il-kumpanija tal-maniġment tas-CIU, jekk il-kumpanija tal-maniġment tas-CIU tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-punt (a) tal-paragrafu 3.

Il-korrettezza tal-kalkolu għandha tiġi kkonfermata minn awditur estern.

(4) Meta istituzzjoni ma tkunx konxja mill-pożizzjonijiet tal-kambju f’CIU, għandu jiġi ssoponut li s-CIU hija investita sal-massimu permess skont il-mandat tas-CIU fil-kambju u l-istituzzjonijiet għandhom, għall-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar, jikkunsidraw l-iskopertura massima indiretta li jistgħu jiksbu billi jieħdu pożizzjonijiet ta’ ingranaġġ permezz tas-CIU meta jikkalkulaw ir-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju tal-kambju tagħhom. Dan għandu jsir billi tiżdied b’mod proporzjonali l-pożizzjoni fis-CIU sal-iskopertura massima għall-oġġetti sottostanti ta' investiment li jirriżultaw mill-mandat tal-investiment. Il-pożizzjoni meħuda tas-CIU fil-kambju għandha tiġi ttrattata bħala munita separata skont it-trattament tal-investimenti fid-deheb, soġġett għall-modifika li, fejn id-direzzjoni tal-investiment tas-CIU tkun disponibbli, il-pożizzjoni total fit-tul tista’ tiżdied mal-pożizzjoni miftuħa totali fit-tul tal-kambju u l-pożizzjoni fil-qosor totali tista’ tiżdied mat-total tal-pożizzjoni miftuħa totali fil-qosor tal-kambju. Ma għandu jkun permess l-ebda netting bejn tali pożizzjonijiet qabel il-kalkolu.

Artikolu 343 Muniti korrelatati mill-viċin

(2) L-istituzzjonijiet jistgħu jipprovdu rekwiżiti ta’ fondi proprji aktar baxxi kontra pożizzjoniijet f’muniti korrelatati mill-viċin. Par ta’ muniti huwa kkunsidrat bħala korrelatat mill-viċin biss jekk il-probabbiltà ta’ telf — ikkalkulata fuq il-bażi ta’ dejta ta’ kuljum dwar ir-rata tal-kambju għat-tliet jew ħames snin preċedenti — li sseħħ f’pożizzjonijiet ugwali u opposti f’tali muniti fuq l-10 ijiem tax-xogħol segwenti, jiġifieri 4% jew inqas tal-valur tal-pożizzjoni mqabbla inkwistjoni (valutata f’termini tal-munita tar-rappurtar) ikollha probabbiltà ta’ mill-anqas 99%, meta jintuża perjodu ta’ osservazzjoni ta’ tliet snin, jew 95%, meta jintuża perjodu ta’ osservazzjoni ta’ ħames snin. Ir-rekwiżit ta’ fondi proprji fuq il-pożizzjoni mqabbla f’żewġ muniti korrelatati mill-viċin għandu jkun 4 % multiplikat bil-valur tal-pożizzjoni mqabbla.

(3) Fil-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu, l-istituzzjonijiet jistgħu jinjoraw pożizzjonijiet fil-muniti, li jkunu soġġetti għal ftehim intergovernattiv legalment vinkolanti sabiex tiġi limitata l-varjazzjoni tagħha fir-rigward ta’ muniti oħra koperti mill-istess ftehim. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-pożizzjonijiet imqabbla tagħhom f’tali muniti u jissoġġettawhom għal rekwiżit ta’ fondi proprji ta' mhux inqas minn nofs il-varjazzjoni massima permissibbli stabbilita fil-ftehim intergovernattiv inkwistjoni fir-rigward tal-muniti kkonċernati.

(4) L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi li jelenka l-muniti li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1.

EBA shall submit those draft technical standards sa the Commission by 1 January 2014.

Il-Kummisjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fit-tielet subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

(5) Ir-rekwiżit ta' fondi proprji fuq il-pożizzjonijiet imqabbla f’muniti ta’ Stati Membri li jipparteċipaw fit-tieni stadju tal-unjoni ekonomika u monetarja jista’ jiġi kkalkulat bħala 1,6 % tal-valur ta' dawn il-pożizzjonijiet imqabblin.

(6) Il-pożizzjonijiet mhux imqabbla fil-muniti msemmija f’dan l-Artikolu biss għandhom jiġu inkorporati fil-pożizzjoni kumplessiva netta miftuħa skont l-Artikolu 341(4).

Kapitolu 4 Rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tal-komoditajiet

Artikolu 344 Għażla tal-metodu għar-riskji tal-komoditajiet

Soġġett għall-Artikoli 345 sa 347, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju tal-komoditajiet b’wieħed mill-metodi stabbiliti fl-Artikoli 348, 349 jew 350.

Artikolu 345 Negozju anċillari tal-komoditajiet

1. L-istituzzjonijiet b’negozju anċillari ta' komoditajiet agrikulturali jistgħu jiddeterminaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għall-istokk fiżiku tal-komodità tagħhom fit-tmiem ta’ kull sena għas-sena ta' wara meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

2.1.1.1. fi kwalunkwe żmien tas-sena hija jkollha fondi proprji għal dan ir-riskju li ma jkunux inqas mir-rekwiżit medju ta’ fondi proprji għal dak ir-riskju stmat fuq bażi konservattiva għas-sena li jkun imiss;

(o) hija tistma fuq bażi konservattiva l-volatilità mistennija għaċ-ċifra kkalkulata fil-punt (a);

(p) ir-rekwiżit medju ta’ fondi proprji tagħha għal dan ir-riskju ma jaqbiżx il-5% tal-fondi proprji tagħha jew EUR 1 miljun u, billi tiġi kkunsidrata l-volatilità stmata skont il-punt (b), bl-ogħla rekwiżiti ta’ fondi proprji mistennija li ma jaqbżux is-6.5% tal-fondi proprji tagħha;

(q) L-istituzzjoni timmonitorja fuq bażi kontinwa jekk l-istimi mwettqa skont il-punti (a) u (b) għadhomx jirreflettu r-realtà.

1. L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar l-użu li jagħmlu mill-opzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 346 Pożizzjonijiet fil-komoditajiet

(2) Kull pożizzjoni f'komoditajiet jew f’derivati ta' komodità għandha tiġi espressa f’termini ta’ unità standard ta’ kejl. Il-prezz spot f’kull komodità għandu jiġi espress fil-munita tar-rappurtar.

(3) Il-pożizzjonijiet f’deheb jew f’derivati tad-deheb għandhom jitqiesu bħala soġġetti għar-riskju tal-kambju u ttrattati skont il-Kapitolu 3 jew 5, kif xieraq, sabiex jiġi kkalkulat ir-riskju tal-komoditajiet.

(4) Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, jistgħu jiġu esklużi pożizzjonijiet li jkunu purament għall-finanzjament tal-istokk.

(5) Għall-iskop tal-Artikolu 349(1), l-eċċess ta’ pożizzjonijiet fit-tul ta’ istituzzjoni fuq il-pożizzjonijiet fil-qosor tagħha, jew viċe versa, fl-istess komodità u futuri identiċi ta' komoditajiet, l-opzjonijiet u l-warrants għandhom ikunu l-pożizzjoni netta tagħha f’kull komodità. L-istrumenti derivati għandhom jiġu ttrattati, kif stabbilit fl-Artikolu 347, bħala pożizzjonijiet fil-komodità sottostanti.

(6) Sabiex tiġi kkalkulata pożizzjoni f’komodità, il-pożizzjonijet li ġejjin għandhom jiġu ttrattati bħala pożizzjonijiet fl-istess komodità:

(a)     pożizzjonijiet f’subkategoriji differenti ta' komoditajiet f’każijiet fejn is-subkategoriji jkunu kunsinnabbli kontra xulxin;

(b)     pożizzjonijiet f’komoditajiet simili jekk ikunu sostituti mill-qrib u fejn tkun tista’ tiġi stabbilita b’mod ċar korrelazzjoni minima ta’ 0.9 bejn iċ-ċaqliq fil-prezzijiet fuq perjodu minimu ta’ sena.

Artikolu 347 Strumenti partikolari

(2) Il-futuri tal-komoditajiet u l-impenji forward għax-xiri jew bejgħ ta' komoditajiet individwali għandhom jiġu inkorporati fis-sistema ta’ kejl bħala ammonti  nozzjonali f’termini tal-unità standard tal-kejl u assenjati maturità b’referenza għal data ta' skadenza.

(3) L-iswaps ta' komoditajiet fejn naħa waħda tat-tranżazzjoni hija prezz fiss u l-oħra hija l-prezz attwali tas-suq għandhom jiġu ttrattati, bħala serje ta’ pożizzjonijiet ugwali għall-ammont  nozzjonali tal-kuntratt, b’pożizzjoni waħda, fejn rilevanti, li tikkorrispondi ma' kull pagament fl-iswap u mdaħħla fil-faxex ta’ maturità fl-Artikolu 348(1). Il-pożizzjonijiet għandhom ikunu pożizzjonijiet fit-tul jekk l-istituzzjoni tkun qed tħallas prezz fiss u tirċievi prezz varjabbli u pożizzjonijiet fil-qosor jekk l-istituzzjoni tkun qed tirċievi prezz fiss u tħallas prezz varjabbli. Swaps ta' komoditajiet fejn in-naħat tat-tranżazzjoni jkunu f'komoditajiet differenti għandu jiġi rrapurtat fl-iskala ta’ rappurtar rilevanti għall-approċċ tal-iskala tal-maturità.

(4) L-opzjonijiet u l-warrants fuq komoditajiet jew fuq derivati ta' komoditajiet għandhom jiġu ttrattati daqs li kieku kienu pożizzjonijiet ugwali fil-valur għall-ammont tas-sottostanti li għalih tirreferi l-opzjoni, immultiplikat bid-delta tiegħu għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu. Il-pożizzjonijiet tal-aħħar jistgħu nnettjati ma’ kwalunkwe pożizzjoni ta' tpaċija fl-istess komodità sottostanti jew derivatt tal-komodità. Id-delta użata għandha, fejn rilevanti, tkun dik tal-kambju kkonċernat, soġġett għal permess mill-awtoritajiet kompetenti, fejn dik ma tkunx disponibbli, jew għall-opzjonijiet OTC, dik ikkalkulata mill-istituzzjoni stess permezz ta’ metodu xieraq. Il-permess għandu jingħata jekk il-mudell jistma b’mod xieraq ir-rata ta’ bidla fil-valur tal-opzjoni jew tal-warrant fir-rigward ta’ bidliet żgħar fil-prezz tas-suq tas-sottostanti.

L-istituzzjonijiet għandhom jirreflettu b'mod adegwat riskji oħra assoċjati mal-opzjonijiet, minbarra r-riskju tad-delta, fir-rekwiżiti ta’ fondi proprji.

(5) L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jiddefinixxu firxa ta’ metodi sabiex jirreflettu riskji oħra fir-rekwiżiti ta’ fondi proprji, minbarra r-riskju delta, b’mod proporzjonat mal-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet fl-opzjonijiet.

L-ABE għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2013.

Il-Kummissjoni hija ddelegata bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

(6) Meta l-istituzzjoni tkun waħda minn dawn li ġejjin, hija għandha tinkludi l-komoditajiet konċernati fil-kalkolu tar-rekwiżit tagħha ta’ fondi proprji għar-riskju tal-komoditajiet:

(a)     it-trasferitur ta’ komoditajiet jew drittijiet garantiti relatati mat-titolu għal komoditajiet fi ftehim ta’ riakkwist;

(b)     il-mutwanti ta' komoditajiet fi ftehim dwar għoti self ta' komoditajiet.

Artikolu 348 Approċċ tal-iskala tal-maturità

(2) L-istituzzjoni għandha tuża skala tal-maturità separata f'konformità mat-Tabella 1 għal kull komodità. Il-pożizzjonijiet kollha f'dik il-komodità għandhom jiġu assenjati fil-faxex xierqa ta’ maturità. Stokks fiżiċi għandhom jiġu assenjati fl-ewwel faxxa ta’ maturità li tibda minn 0 u li tasal sa u tinkludi xahar (1).

Tabella 1

Faxxa ta’ maturità (1) || Rata tal-firxa (f’%) (2)

0 ≤ 1 xahar || 1,50

> 1 ≤ 3 xhur || 1,50

> 3 ≤ 6 xhur || 1,50

> 6 ≤ 12-il xahar || 1,50

> 1 ≤ 2 sentejn || 1,50

> 2 ≤ 3 snin || 1,50

> 3 snin || 1,50

(3) Pożizzjonijiet fl-istess komodità jistgħu jiġu paċuti u assenjati lill-faxex xierqa ta’ maturità fuq bażi netta għal dawn li ġejjin:

(a) pożizzjonijiet f’kuntratti li jimmaturaw fl-istess ġurnata;

(b) pożizzjonijiet f’kuntratti li jimmaturaw fi żmien għaxart (10) ijiem minn xulxin jekk il-kuntratti jkunu negozjati fi swieq li għandhom dati ta’ konsenja ta’ kuljum.

(4) L-istituzzjoni mbagħad għandha tikkalkula s-somma tal-pożizzjonijiet fit-tul u s-somma tal-pożizzjonijiet fil-qosor f’kull faxxa ta’ maturità. L-ammont tal-ewwel tip li jkun mqabbel minn dan tal-aħħar f’faxxa ta’ maturità partikolari għandu jkun il-pożizzjonijiet imqabbla f’dik il-faxxa, filwaqt li l-pożizzjoni fit-tul jew fil-qosor reżidwa għandha tkun il-pożizzjoni mhux imqabbla għall-istess faxxa.

(5) Dik il-parti tal-pożizzjoni fit-tul mhux imqabbla għal faxxa ta’ maturità partikolari li tkun mqabbla minn pożizzjoni fil-qosor mhux imqabbla, jew viċe versa, għal faxxa ta’ maturità aktar lil hinn għandha tkun il-pożizzjoni mqabbla bejn iż-żewġ faxex ta’ maturità. Dik il-parti tal-pożizzjoni fit-tul mhux imqabbla jew dik fil-qosor mhux imqabbla li ma tistax titqabbel għandha tkun il-pożizzjoni mhux imqabbla.

(6) Ir-rekwiżit ta’ fondi proprji tal-istituzzjoni għal kull komodità għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-iskala rilevanti tal-maturità bħala s-somma ta’ dan li ġej:

(a) is-somma tal-pożizzjonijiet fit-tul u fil-qosor imqabbla, immultiplikat bir-rata xierqa ta’ firxa kif indikat fit-tieni kolonna tat-Tabella 1 għal kull faxxa ta’ maturità u bil-prezz spot għall-komodità;

(b) il-pożizzjoni mqabbla bejn żewġ faxex ta’ maturità għal kull faxxa ta’ maturità li fiha tiġi riportata pożizzjoni mhux imqabbla, immultiplikata b’0,6 %, li hija r-rata tar-riport u bil-prezz spot għall-komodità;

(c) il-pożizzjonijiet reżidwi mhux imqabbla, immultiplikati bi 15 % li hija r-rata diretta u bil-prezz spot għall-komodità.

(7) Ir-rekwiżit kumplessiv ta’ fondi proprji tal-istituzzjoni għar-riskji tal-komoditajiet għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji kkalkolat għal kull komodità skont il-paragrafu 5.

Artikolu 349 Approċċ simplifikat

4. Ir-rekwiżit ta’ fondi proprji tal-istituzzjoni għal kull komodità għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma ta’ dawn li ġejjin:

(a) 15 % tal-pożizzjoni netta, fit-tul jew fil-qosor, immultiplikata bil-prezz spot għall-komodità;

(b) 3 % tal-pożizzjoni grossa, fit-tul kif ukoll fil-qosor, immultiplikata bil-prezz spot għall-komodità.

5. Ir-rekwiżit kumplessiv ta’ fondi proprji tal-istituzzjoni għar-riskji tal-komoditajiet għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji kkalkolat għal kull komodità skont il-paragrafu 1.

Artikolu 350 Approċċ estiż tal-skala tal-maturità

L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-firxa minima, ir-rata miżmuma u dik diretta stabbiliti fit-Tabella 2 segwenti minflok dawk indikati fl-Artikolu 348 bil-kundizzjoni li l-istituzzjonijiet:

(a) iwettqu negozju sinifikanti ta' komoditajiet;

(b) ikollhom portafoll ta' komoditajiet diversifikat kif xieraq;

(c) ikunu għadhom mhumiex f’pożizzjoni sabiex jużaw mudelli interni sabiex jikkalkulaw ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju tal-komoditajiet.

L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw l-użu li jagħmlu minn dan l-Artikolu lill-awtoritajiet kompetenti flimkien ma’ prova tal-isforzi tagħhom sabiex jimplimentaw mudell intern sabiex jikkalkulaw ir-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju tal-komoditajiet.

Tabella 2

|| Metalli prezzjużi (minbarra d-deheb) || Metalli bażi || Prodotti Agrikoli (softs) || Oħrajn, inklużi l-prodotti enerġetiċi

Rata ta’ firxa ( %) || 1,0 || 1,2 || 1,5 || 1,5

Rata miżmuma ( %) || 0,3 || 0,5 || 0,6 || 0,6

Rata diretta ( %) || 8 || 10 || 12 || 15

Kapitolu 5 Użu ta’ mudelli interni sabiex jiġu kkalkulati r-rekwiżiti ta’ fondi proprji

Taqsima 1 Permess u rekwiżiti ta’ fondi proprji

Artikolu 351 Riskji speċifiċi u ġenerali

Ir-riskju ta’ pożizzjoni fuq strument tad-dejn jew strument tal-ekwità negozjat jew derivat tagħhom jista’ jinqasam f’żewġ komponenti għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu. L-ewwel wieħed għandu jkun il-komponent tar-riskju speċifiku tiegħu u għandu jinkludi r-riskju tal-bidla fil-prezz fl-istrument konċernat minħabba fatturi relatati mal-emittent tiegħu jew, fil-każ ta’ derivat, l-emittent tal-istrument sottostanti. Il-komponent tar-riskju ġenerali għandu jinkludi r-riskju ta’ bidla fil-prezz fl-istrument fil-każ ta’ strument ta’ dejn negozjat jew derivat tad-dejn għal bidla fil-livell tar-rati tal-imgħax jew fil-każ ta’ ekwità jew derivat tal-ekwità għal moviment wiesa’ tas-suq tal-ekwità li ma jkun relatat mal-ebda attribut speċifiku ta' titoli individwali.

Artikolu 352 Permess għall-użu ta’ mudelli interni

2. Wara li tiġi verifikata l-konformità ta’ istituzzjoni mar-rekwiżiti tat-Taqsimiet 2, 3 u 4 kif rilevanti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu permess lill-istituzzjonijiet sabiex jikkalkulaw ir-rekwiżiti tagħhom ta’ fondi proprji għal waħda jew aktar mill-kategoriji ta’ riskju li ġejjin billi jużaw il-mudelli interni tagħhom minflok jew flimkien mal-metodi fil-Kapitoli 2 sa 4:

(a) riskju ġenerali tal-istrumenti tal-ekwità;

(b) riskju speċifiku tal-istrumenti tal-ekwità;

(c) riskju ġenerali tal-istrumenti tad-dejn;

(d) riskju speċifiku tal-istrumenti tad-dejn;

(e) riskju tal-kambju;

(f) riskju tal-komoditajiet.

2. Għall-kategoriji ta' riskju li għalihom l-istituzzjoni ma tkunx ingħatat il-permess imsemmi fil-paragrafu 1 sabiex tuża l-mudelli interni tagħha, dik l-istituzzjoni għandha tkompli tikkalkula r-rekwiżiti ta’ fondi proprji skont dawk il-Kapitoli 2, 3 u 4 kif rilevanti. Għal kull kategorija ta’ riskju, għandu jkun meħtieġ permess mill-awtoritajiet kompetenti għall-użu ta' mudelli interni. Bidliet materjali fl-użu ta' mudelli interni, l-estensjoni tal-użu ta' mudelli interni, b’mod partikolari fil-kategoriji ta’ riskju addizzjonali, u l-kalkolu inizjali tal-valur fir-riskju taħt stress skont l-Artikolu 354(2) jeħtieġu permess separat mill-awtorità kompetenti.

3. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:

(g) il-kundizzjonijiet għall-valutazzjoni tal-materjalità tal-estensjonijiet u l-bidliet fl-użu ta' mudelli interni;

(h) il-metodoloġija ta' valutazzjoni li biha l-awtoritajiet kompetenti jippermettu lill-istituzzjonijiet jużaw mudelli interni.

L-ABE għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2013.

Il-Kummissjoni tiġi delegata bis-setgħa tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 353 Rekwiżiti ta’ fondi proprji meta jintużaw mudelli interni

3. Kull istituzzjoni li tuża mudell intern għandha tissodisfa, minbarra r-rekwiżiti ta’ fondi proprji kkalkulati skont il-Kapitoli 2, 3 u 4 għal dawk il-kategoriji ta’ riskju li għalihom ma jkunx ingħata permess għall-użu ta' mudell intern, rekwiżit ta’ fondi proprji espress bħala somma tal-punti (a) u (b):

(a)     l-ogħla mill-valuri li ġejjin:

(i)      in-numru tagħha tal-valur fir-riskju tal-ġurnata ta’ qabel ikkalkulat skont l-Artikolu 354(1) (VaRt-1);

(ii)      medja tan-numri tal-valur fir-riskju ta' kuljum kkalkulata skont l-Artikolu 354(1) f’kull waħda mis-sittin ġurnata tax-xogħol preċedenti (VaRavg), immultiplikata bil-fattur ta’ multiplikazzjoni (mc) skont l-Artikolu 355;

(b)     l-ogħla mill-valuri li ġejjin:

(i)      l-aħħar numru ta’ valur fir-riskju taħt stress disponibbli kkalkulat skont l-Artikolu 354(2) (sVaRt-1); u

(ii)      medja tan-numri ta’ valur fir-riskju taħt stress kkalkulati bil-mod u l-frekwenza speċifikati fil-punt 10a matul is-sittin jum tax-xogħol preċedenti (sVaRavg), immultiplikata bil-fattur ta’ multiplikazzjoni (ms) skont l-Artikolu 355;

4. L-istituzzjonijiet li jużaw mudell intern sabiex jikkalkulaw ir-rekwiżit ta’ fondi proprji tagħhom għar-riskju speċifiku tal-istrumenti tad-dejn għandhom jissodisfaw rekwiżit addizzjonali ta’ fondi proprji espress bħala s-somma tal-punti (a) u (b) li ġejjin:

(a)     ir-rekwiżit ta' fondi proprji kkalkulat skont l-Artikolu 326 u 327 għar-riskju speċifiku ta’ pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni u derivati ta’ kreditu inadempjenti nru n fil-portafoll tan-negozjar għajr dawk inkorporati f’rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju speċifiku tal-portafoll ta’ negozju ta’ korrelazzjoni skont it-Taqsima 4 u, fejn applikabbli, ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju speċifiku skont il-Kapitolu 2, Taqsima 6, għal dawk il-pożizzjonijiet fis-CIUs li għalihom ma jiġu ssodisfati la l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 339(1) u lanqas l-Artikolu 339(2);

(b)     l-ogħla fost:

(i)      in-numru tar-riskju l-aktar reċenti għall-inadempjenza inkrimentali u r-riskju ta’ migrazzjoni kkalkulat skont it-Taqsima 3;

(ii)      il-medja ta’ dan in-numru fit-12-il-ġimgħa ta’ qabel.

5. L-istituzzjonijiet li għandhom portafoll ta’ negozju ta' korrelazzjoni, li jilħaq ir-rekwiżiti fl-Artikolu 327(1) sa (3), għandhom jissodisfaw rekwiżit addizzjonali ta’ fondi proprji kkalkulat bħala l-ogħla minn dawn li ġejjin:

(a)     in-numru tar-riskju l-aktar reċenti għall-portafoll ta’ negozju ta’ korrelazzjoni kkalkulat skont it-Taqsima 5;

(b)     il-medja ta’ dan in-numru fit-12-il-ġimgħa ta’ qabel;

(c)     8 % tar-rekwiżit ta' fondi proprji li, fil-mument tal-kalkolu tan-numru tar-riskju l-aktar reċenti msemmi fl-ewwel inċiż ta’ dan il-punt, jiġi kkalkulat skont l-Artikolu 327(4) għal dawk il-pożizzjonijiet kollha inkorporati fil-mudell intern għall-portafoll ta’ negozju ta’ korrelazzjoni.

Taqsima 2 Rekwiżiti ġenerali

Artikolu 354 Kalkolu tal-VaR u tal-VaR taħt stress

3. Il-kalkolu tan-numru tal-valur fir-riskju msemmi fl-Artikolu 353 għandu jkun soġġett għar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)     kalkolu ta’ kuljum tan-numru tal-valur fir-riskju;

(b)     id-99 perċentil, b'interval ta' kunfidenza fuq naħa waħda;

(c)     perjodu ta’ parteċipazzjoni ta’ 10 ijiem;

(d)     perjodu effettiv ta’ osservazzjoni storika ta' mill-anqas sena ħlief meta perjodu iqsar ta’ osservazzjoni jkun ġustifikat minn żieda sinifikanti fil-volatilità tal-prezz;

(e)     aġġornamenti tad-dejta mill-anqas kull xahar.

L-istituzzjoni tista’ tuża numri tal-valur fir-riskju kkalkulati skont perjodi ta’ parteċipazzjoni iqsar minn għaxart (10) ijiem li jittellgħu sa għaxart (10) ijiem permezz ta’ metodoloġija xierqa li tkun reveduta perjodikament.

4. Barra minn hekk, tal-inqas kull ġimgħa l-istituzzjoni għandha tikkalkula l-‘valur fir-riskju taħt stress' tal-portafoll attwali, skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-ewwel paragrafu, bl-inputs tal-mudell tal-valur fir-riskju kkalibrati għal dejta storika minn perjodu ta’ 12-il xahar kontinwu ta’ stress finanzjarju sinifikanti relevanti għall-portafoll tal-istituzzjoni. L-għażla ta’ din id-dejta storika għandha tkun soġġetta mill-anqas għal reviżjoni annwali mill-istituzzjoni, li għandha tinnotifika r-riżultat lill-awtoritajiet kompetenti. L-ABE għandha timmonitorja l-firxa ta’ prattiki għall-kalkolu tal-valur fir-riskju taħt stress u għandha, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, toħroġ linji gwida dwar tali prattiki.

Artikolu 355 Ittestjar b’lura regolatorju u fatturi ta’ multiplikazzjoni

(2) Ir-riżultati tal-kalkoli msemmija fl-Artikolu 354 għandhom jiżdiedu bil-fatturi ta’ multiplikazzjoni (mc) u (ms).

(3) Il-fatturi ta’ multiplikazzjoni (mc) u (ms) għandhom ikunu s-somma ta’ 3 u addend bejn 0 u 1 skont it-Tabella 1. Dak l-addend għandu jiddependi fuq in-numru ta’ qbiż tal-valur għall-250 jum tax-xogħol l-aktar reċenti kif evidenzjat mill-ittestjar b’lura tal-istituzzjoni tan-numru tal-valur fir-riskju kif stabbilit fl-Artikolu 354(1).

Tabella 1

Numru ta' qbiż tal-valur || addend

Inqas minn 5 || 0,00

5 || 0,40

6 || 0,50

7 || 0,65

8 || 0,75

9 || 0,85

10 jew aktar || 1,00

(4) L-istituzzjonijiet għandhom jgħoddu l-qbiż tal-valur ta’ kuljum fuq il-bażi ta' ttestjar b’lura fuq bidliet ipotetiċi u reali fil-valur tal-portafoll. Qabża fil-valur hija bidla f’ġurnata waħda fil-valur tal-portafoll li taqbeż in-numru tal-valur fir-riskju ta' ġurnata waħda relatat iġġenerat mill-mudell tal-istituzzjoni. Sabiex jiġi determinat l-addend, in-numru ta’ qbiż tal-valur għandu jiġi valutat mill-inqas kull tliet xhur u għandu jkun daqs l-ogħla min-numru ta’ qbiż tal-valur f’bidliet ipotetiċi u reali fil-valur tal-portafoll.

L-ittestjar b’lura fuq bidliet ipotetiċi fil-valur tal-portafoll għandu jkun ibbażat fuq tqabbil bejn il-valur tal-portafoll fi tmiem il-ġurnata u, bis-suppożizzjoni li l-pożizzjonijiet li ma jinbidlux, il-valur tiegħu fi tmiem il-ġurnata sussegwenti.

L-ittestjar b’lura fuq bidliet reali fil-valur tal-portafoll għandu jkun ibbażat fuq tqabbil bejn il-valur tal-portafoll fi tmiem il-ġurnata u l-valur reali tiegħu fi tmiem il-ġurnata sussegwenti bl-esklużjoni ta' tariffi, kummissjonijiet u d-dħul nett ta’ mgħax.

(5) F'każijiet individwali, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jillimitaw l-addend għal dak li jirriżulta mill-qbiż tal-valur f’bidliet ipotetiċi, fejn in-numru ta’ qbiż tal-valur fil-bidliet reali ma jirriżultax minn nuqqasijiet fil-mudell intern.

(6) Sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jimmonitorjaw l-adegwatezza tal-fatturi ta’ multiplikazzjoni fuq bażi kontinwa, l-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw minnufih, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol, lill-awtoritajiet kompetenti dwar il-qbiż tal-valur li jirriżulta mill-programm tagħhom ta’ ttestjar b’lura.

Artikolu 356 Rekwiżiti fuq il-kejl tar-riskju

(2) Kwalunkwe mudell intern użat sabiex jiġu kkalkulati r-rekwiżiti kapitali għar-riskju tal-pożizzjoni, ir-riskju tal-kambju, ir-riskju tal-komoditajiet u kwalunkwe mudell intern għan-negozju ta’ korrelazzjoni għandu jissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(i) il-mudell għandu jkopri bi preċiżjoni r-riskji kollha tal-prezzijiet materjali;

(j) il-mudell għandu jkopri numru suffiċjenti ta’ fatturi tar-riskju, skont il-livell ta' attività tal-istituzzjoni fis-swieq rispettivi. L-istituzzjoni għandha mill-anqas tinkorpora dawk il-fatturi tar-riskju fil-mudell tagħha li jkunu inkorporati fil-mudell tal-ipprezzar tagħha. Il-mudell għall-kejl tar-riskju għandu jkopri nonlinearitajiet għal opzjonijiet u prodotti oħra kif ukoll ir-riskju tal-korrelazzjoni u r-riskju tal-bażi. Fejn jintużaw valuri preżenti għall-fatturi tar-riskju, dawn għandhom jagħtu prova ta’ rekord tajjeb għall-pożizzjoni reali li jkollhom.

(3) Kwalunkwe mudell intern użat sabiex jiġu kkalkulati r-rekwiżiti kapitali għar-riskju tal-pożizzjoni, ir-riskju tal-kambju jew ir-riskju tal-komoditajiet għandu jissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(k) il-mudell għandu jinkludi sett ta’ fatturi tar-riskju li jikkorrispondu mar-rati tal-imgħax f’kull munita li fiha l-istituzzjoni jkollha pożizzjonijiet sensittivi għar-rata tal-imgħax fi u barra l-karta tal-bilanċ. L-istituzzjoni għandha timmudella l-kurvi tar-rendita permezz ta’ wieħed mill-approċċi ġeneralment aċċettati. Għal skoperturi materjali għar-riskju tar-rata tal-imgħax fil-muniti u s-swieq ewlenin, il-kurva tar-renditu għandha tinqasam f’minimu ta’ sitt segmenti ta’ maturità, sabiex tkopri l-varjazzjonijiet tal-volatilità tar-rati tul il-kurva tar-renditu. Il-mudell għandu jkopri wkoll ir-riskju ta’ movimenti korrelatati mhux b’perfezzjoni bejn il-kurvi tar-renditu differenti;

(l) il-mudell għandu jinkludi fatturi tar-riskju li jikkorrispondu għad-deheb u l-muniti barranin individwali li fihom ikunu denominati l-pożizzjonijiet tal-istituzzjoni. Għas-CIUs, għandhom jiġu kkunsidrati l-pożizzjonijiet reali tal-kambju tas-CIU. L-istituzzjonijiet jistgħu joqogħdu fuq rappurtar magħmul minn partijiet terzi dwar il-pożizzjoni tal-kambju tas-CIU, meta l-korrettezza tar-rapport tkun żgurata b’mod adegwat. Jekk istituzzjoni ma tkunx konxja dwar il-pożizzjonijiet tal-kambju ta’ CIU, din il-pożizzjoni għandha titneħħa u tiġi ttrattata skont l-Artikolu 342(3);

(m) il-mudell għandu juża fattur tar-riskju separat tal-inqas għal kull wieħed mis-swieq tal-ekwità li fihom l-istituzzjoni jkollha pożizzjonijiet sinifikanti;

(n) il-mudell għandu juża fattur tar-riskju separat tal-inqas għal kull komodità li fiha l-istituzzjoni jkollha pożizzjonijiet sinifikanti. Il-mudell għandu jkopri wkoll ir-riskju ta’ movimenti mhux perfettament korrelatati bejn komoditajiet simili, iżda mhux identiċi, u l-iskopertura għall-bidliet fil-prezzijiet forward li jirriżultaw minn diskrepanzi fil-maturità. Għandu jikkunsidra wkoll il-karatteristiċi tas-suq, l-aktar id-dati tal-konsenja u l-ambitu provdut lin-negozjanti sabiex jagħlqu l-pożizzjonijiet;

(o) b’mod konservattiv, il-mudell intern ta’ istituzzjoni għandu jivvaluta r-riskju li jinħoloq minn pożizzjonijiet inqas likwidi u pożizzjonijiet bi trasparenza limitata tal-prezzijiet f’xenarji realistiċi tas-suq. Barra minn hekk, il-mudell intern għandu jilħaq standards minimi tad-dejta. Il-valuri preżenti għandhom ikunu konservattivi b’mod xieraq u għandhom jintużw biss fejn id-dejta disponibbli ma tkunx biżżejjed jew ma tkunx tirrifletti l-volatilità reali ta’ pożizzjoni jew ta’ portafoll.

(4) L-istituzzjonijiet jistgħu, fi kwalunkwe mudell intern użat għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, jużaw korrelazzjonijiet empiriċi fi ħdan il-kategoriji tar-riskju u bejn kategoriji tar-riskju biss jekk l-approċċ tal-istituzzjoni għall-kejl tal-korrelazzjonijiet ikun korrett u implimentat b’integrità.

Artikolu 357 Rekwiżiti kwalitattivi

(8) Kwalunkwe mudell intern użat għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu għandu jkun konċettwalment sod u implimentat b’integrità u, b’mod partikolari, għandu jissodisfa r-rekwiżiti kwalitattivi kollha li ġejjin:

(a) kwalunkwe mudell intern użat għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali għar-riskju tal-pożizzjoni, ir-riskju tal-kambju jew tal-komoditajiet għandu jkun integrat mill-viċin fil-proċess tal-immaniġjar tar-riskji ta’ kuljum tal-istituzzjoni u jservi bħala bażi għar-rappurtar tal-iskoperturi għar-riskju lill-maniġment superjuri;

(b) l-istituzzjoni għandu jkollha unità għall-kontroll tar-riskji li tkun indipendenti mill-unitajiet tan-negozjar kummerċjali u tirrapporta direttament lill-maniġment superjuri. L-unità għandha tkun responsabbli mit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' kwalunkwe mudell intern użat għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu. L-unità għandha twettaq validazzjoni inizjali u kontinwa ta’ kwalunkwe mudell intern użat għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu.

(c)  L-unità għandha tipproduċi u tanalizza rapporti ta’ kuljum dwar l-output ta' kwalunkwe mudell intern użat għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali għar-riskju tal-pożizzjoni, ir-riskju tal-kambju u r-riskju tal-komoditajiet, u dwar il-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu rigward il-limiti tan-negozjar;

(d) il-korp tal-maniġment u l-maniġment superjuri tal-istituzzjoni għandhom ikunu involuti attivament fil-proċess ta’ kontroll tar-riskji u r-rapporti ta’ kuljum prodotti mill-unità għall-kontroll tar-riskji jiġu analizzati minn livell ta’ maniġment b’awtorità suffiċjenti sabiex jinforza kemm tnaqqis fil-pożizzjonijiet li jittieħdu minn negozjanti individwali kif ukoll fl-iskopertura għar-riskji kumplessivi tal-istituzzjoni;

(e) l-istituzzjoni għandu jkollha numru suffiċjenti ta' persunal imħarreġ fl-użu ta’ mudelli interni sofistikati, u inklużi dawk użati għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, fin-negozjar, fil-kontroll tar-riskji, l-awditjar u ż-żoni tal-back office;

(f) l-istituzzjoni għandha tkun waqqfet proċeduri għall-monitoraġġ u sabiex jiżguraw li jkun hemm konformità ma’ sett dokumentat ta’ politiki u kontrolli interni rigward l-operat kumplessiv tal-mudelli interni tagħha, u inklużi dawk użati għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu;

(g) kwalunkwe mudell intern użat għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu għandu jkollu rekord ippruvat ta' preċiżjoni raġonevoli fil-kejl tar-riskji;

(h) l-istituzzjoni għandha twettaq b'mod frekwenti programm rigoruż ta’ ttestjar tal-istress, inklużi testijiet tal-istress bir-rivers, li jinkludi kwalunkwe mudell intern użat għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu u r-riżultati ta’ dawn it-testijiet tal-istress għandhom jiġu reveduti mill-maniġment superjuri u riflessi fil-politiki u l-limiti li jistabbilixxi. Dan il-proċess għandu jindirizza b’mod partikolari l-illikwidità tas-swieq f’kundizzjonijiet ta’ stress tas-suq, ir-risjku ta’ konċentrazzjoni, is-swieq b’direzzjoni waħda, ir-riskji tal-avveniment u tal-inadempjenza immedjata, in-nonlinearità ta’ prodotti, il-pożizzjonijiet sfavorevoli ħafna (deep out-of-the-money positions), il-pożizzjonijet soġġetti għal-limiti fuq il-prezzijiet u riskji oħra li jistgħu ma jiġux koperti b'mod xieraq fil-mudelli interni. Ix-xokkijiet applikati għandhom jirriflettu n-natura tal-portafolli u ż-żmien li jista’ jkun neċessarju sabiex jiġu ħħeġġjati jew immaniġġjati riskji f’kundizzjonijiet severi tas-suq;

(i) l-istituzzjoni għandha twettaq, bħala parti mill-proċess ta’ awdittjar intern regolari tagħha, analiżi indipendenti tal-mudelli interni tagħha, u inklużi dawk użati għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu.

(9) L-analiżi msemmija fil-punt (h) tal-ewwel paragrafu għandha tinkludi kemm l-attivitajiet tal-unitajiet ta’ negozjar kummerċjali kif ukoll tal-unità indipendenti għall-kontroll tar-riskji. Mill-anqas darba fis-sena, l-istituzzjoni għandha twettaq analiżi tal-proċess kumplessiv tagħha ta’ mmaniġjar tar-riskji. L-analiżi għandha tikkunsidra dan li ġej :

(a) l-adegwadezza tad-dokumentazzjoni tas-sistema u l-proċess tal-immanġjar tar-riskji u l-organizzazzjoni tal-unità għall-kontroll tar-riskji;

(b) l-integrazzjoni tal-kejl tar-riskju fl-immaniġjar ta’ kuljum tar-riskji u l-integrità tas-sistema ta' informazzjoni tal-maniġment;

(c) il-proċess li tuża l-istituzzjoni sabiex tapprova l-mudelli ta' pprezzar tar-riskju u s-sistemi ta’ valwazzjoni li jintużaw mill-persunal tal-uffiċċji prinċipali u tal-back office;

(d) l-ambitu tar-riskji koperti mill-mudell ta’ kejl tar-riskju u l-validazzjoni ta’ kwalunkwe bidla sinifikanti fil-proċess ta’ kejl tar-riskju;

(e) il-preċiżjoni u l-kompletezza tad-dejta dwar il-pożizzjoni, il-preċiżjoni u l-adegwatezza tas-suppożizzjonijiet dwar il-volatilità u l-korrelazzjoni, u l-preċiżjoni tal-valwazzjoni u l-kalkoli tas-sensittività għar-riskji;

(f) il-proċess ta’ verifika li tuża l-istituzzjoni sabiex tevalwa l-konsistenaza, il-prontezza u l-affidabbiltà tas-sorsi tad-dejta użati sabiex joperaw il-mudelli interni, inkluża l-indipendenza ta' dawn is-sorsi tad-dejta;

(g) il-proċess ta’ verifika li tuża l-istituzzjoni sabiex tevalwa l-ittestjar b’lura li jitwettaq sabiex tiġi valutata l-preċiżjoni tal-mudelli.

(10) Hekk kif jevolvu t-tekniki u l-aħjar prattiki, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dawn it-tekniki u l-prattiki l-ġodda fi kwalunkwe mudell intern użat għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu.

Artikolu 358 Validazzjoni Interna

6. L-istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw proċessi li jiżguraw li l-mudelli interni kollha tagħhom użati għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu jkunu ġew validati adegwatament minn partijiet ikkwalifikati sewwa li jkunu indipendenti mill-proċess tal-iżvilupp sabiex jiżguraw li huma konċettwalment sodi u jkopru b’mod adegwat ir-riskji materjali kollha. Il-validazzjoni għandha titwettaq meta l-mudell intern jiġi żviluppat l-ewwel darba u meta ssir kwalunkwe bidla sinifikanti fil-mudell intern. Il-validazzjoni għandha ssir ukoll fuq bażi perjodika iżda speċjalment meta jkunu saru xi bidliet strutturali sinifikanti fis-suq jew xi bidliet fil-kompożizzjoni tal-portafoll li jistgħu jwasslu sabiex il-mudell intern ma jibqax adegwat. Hekk kif it-tekniki u l-aħjar prattiki għall-validazzjoni interna jevolvu, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dawn l-iżviluppi. Il-validazzjoni tal-mudelli interni m’għandhiex tkun limitata għall-ittestjar b’lura, iżda għandha, bħala minimu, tinkludi dan li ġej:

(a) testijiet sabiex jintwera li kwalunkwe suppożizzjoni li ssir fil-mudell intern tkun xierqa u ma tissottovalutax jew ma tissopravalutax ir-riskju;

(b) minbarra l-programmi regolatorji tal-ittestjar b’lura, l-istituzzjonijiet għandhom iwettqu t-testijiet ta’ validazzjoni tal-mudelli interni tagħhom, inkluż l-ittestjar b’lura, fir-rigward tar-riskji u l-istrutturi tal-portafolli tagħhom;

(c) l-użu ta’ portafolli ipotetiċi sabiex jiġi żgurat li l-mudell intern ikun kapaċi jqis karatteristiċi strutturali partikolari li jistgħu jinqalgħu, per eżempju riskji ta’ bażi materjali u riskji ta’ konċentrazzjoni.

7. L-istituzzjoni għandha twettaq ittestjar b’lura kemm fuq bidliet reali kif ukoll fuq bidliet ipotetiċi fil-valur tal-portafoll.

Taqsima 3 Rekwiżiti partikolari għall-immudellar tar-riskju speċifiku

Artikolu 359 Rekwiżiti għall-immudellar ta’ riskju speċifiku

Mudell intern użat sabiex jiġu kkalkulati r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għal riskju speċifiku u mudell intern għan-negozju ta’ korrelazzjoni għandu jissodisfa r-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin:

(a)          jispjega l-varjazzjoni storika fil-prezz fil-portafoll;

(b)          ikopri l-konċentrazzjoni f’termini tad-daqs u l-bidliet fil-kompożizzjoni tal-portafoll;

(c)          ikun robust f’ambjent avvers;

(d)          ikun validat permezz ta’ ttestjar b’lura mmirat sabiex jivvaluta jekk riskju speċifiku jkunx kopert bi preċiżjoni. Jekk l-istituzzjoni twettaq tali ttestjar b’lura fuq il-bażi ta' subportafolli rilevanti, dawn iridu jintgħażlu b’manjiera konsistenti;

(e)          ikopri riskju ta’ bażi relatat mal-isem u b’mod partikolari, għandu jkun sensittiv għal differenzi idjosinkratiċi materjali bejn pożizzjonijiet simili iżda mhux identiċi;

(f)           ikopri r-riskju ta' avvenimenti.

Artikolu 360 Esklużjonijiet mill-mudelli tar-riskju speċifiku

8. Istituzzjoni tista’ tagħżel li teskludi mill-kalkolu tar-rekwiżit ta' fondi proprji tagħha għar-riskju speċifiku billi tuża mudell intern, dawk il-pożizzjonijiet li għalihom hija tissodisfa r-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju speċifiku skont il-punt (c) tal-Artikolu 353.

9. Istituzzjoni tista’ tagħżel li ma tkoprix ir-riskji ta’ inadempjenza u ta’ migrazzjoni għal strumenti tad-dejn fil-mudell intern tagħha meta hija tkun qiegħda tkopri dawn ir-riskji permezz tar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 4.

Taqsima 4 Mudell intern għar-riskju inkrimentali ta’ inadempjenza u ta’ migrazzjoni

Artikolu 361 Rekwiżit sabiex ikun hemm mudell intern għall-IRC

Istituzzjoni li tuża mudell intern sabiex tikkalkula r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju speċifiku tal-istrumenti tad-dejn għandha jkollha fis-seħħ ukoll mudell intern tar-riskju inkrimentali ta’ inadempjenza u ta’ migrazzjoni (IRC) sabiex tkopri r-riskji ta’ inadempjenza u ta’ migrazzjoni tal-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar tagħha li jkunu inkrimentali għar-riskji koperti mill-kejl tal-valur fir-riskju kif speċifikat fl-Artikolu 354(1). Istituzzjoni għandha turi li l-mudell intern tagħha jilħaq standards ta’ sodizza komparabbli mal-approċċ tal-IRB għar-riskju tal-kreditu bis-suppożizzjoni ta’ livell kostanti ta’ riskju, u aġġustat fejn xieraq sabiex jirrifletti l-impatt tal-likwidità, il-konċentrazzjonijiet, l-iħħeġġjar u l-opzjonalità.

Artikolu 362 M48 Ambitu tal-mudell intern għall-IRC

Il-mudell intern għall-IRC għandu jkopri l-pożizzjonijiet kollha soġġetti għal rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju speċifiku tar-rata tal-imgħax, inklużi dawk soġġetti għal imposta kapitali għal riskju speċifiku ta’ 0% skont l-Artikolu 325, iżda m’għandux ikopri pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni u derivati ta’ kreditu li jsiru inadempjenti nru n.

L-istituzzjoni tista', soġġetta għal permess mill-awtoritajiet kompetenti, tagħżel li b’mod konsistenti tinkludi l-pożizzjonijiet ta' ewkità kollha elenkati u l-pożizzjonijiet tad-derivati bbażati fuq l-ekwitajiet elenkati. Il-permess għandu jingħata jekk tali inklużjoni tkun konsistenti mal-mod kif l-istituzzjoni tkejjel u timmaniġja internament ir-riskju.

Artikolu 363 Parametri tal-mudell intern għall-IRC

(11) L-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-mudell intern sabiex jikkalkulaw numru li jkejjel it-telf minħabba inadempjenza u migrazzjoni interna jew esterna tal-klassifikazzjonijiet fl-intervall ta’ kunfidenza ta’ 99,9 % fuq perjodu ta’ sena. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw dan in-numru mill-inqas darba fil-ġimgħa.

(12) Is-suppożizzjonijiet ta' korrelazzjoni għandhom jiġu sostnuti permezz ta’ analiżi ta' dejta oġġettiva f’qafas konċettwalment sod. Il-mudell intern għandu jirrefletti b’mod xieraq il-konċentrazzjonijiet tal-emittent. Għandhom jiġu riflessi wkoll il-konċentrazzjonijiet li jistgħu jinqalgħu fi ħdan u bejn klassijiet ta’ prodotti taħt kundizzjonijiet ta’ stress.

(13) Il-mudell intern għall-IRC għandu jirrifletti l-impatt tal-korrelazzjonijiet bejn avvenimenti ta' inadempjenza u ta’ migrazzjoni. M’għandhomx jiġu riflessi l-impatt tad-diversifikazzjoni bejn, fuq naħa, l-avvenimenti ta' inadempjenza u ta’ migrazzjoni u, fuq in-naħa l-oħra, fatturi oħra ta’ riskju.

(14) Il-mudell intern għandu jkun ibbażat fuq is-suppożizzjoni ta’ livell kostanti ta’ riskju fuq perjodu ta’ sena, li jimplika li pożizzjonijiet individwali partikolari fil-portafoll tan-negozjar jew settijiet ta’ pożizzjonijiet li jkunu esperjenzaw inadempjenza jew migrazzjoni tul il-perjodu ta’ likwidità tagħhom jiġu bbilanċjati mill-ġdid fi tmiem il-perjodu tagħhom tal-likwidità sabiex jiksbu l-livell inizjali tar-riskju. Inkella, istituzzjoni tista’ tagħżel li b’mod konsistenti tuża suppożizzjoni ta’ pożizzjoni kostanti għal sena.

(15) Il-perjodi tal-likwidità għandhom jiġu stabbiliti skont iż-żmien meħtieġ sabiex tinbiegħ il-pożizzjoni jew sabiex jiġu ħħeġġjati r-riskji materjali kollha tal-prezzijiet rilevanti f’suq taħt stress, b'konsiderazzjoni partikolari għad-daqs tal-pożizzjoni. Il-perjodi tal-likwidità għandhom jirriflettu l-prattika u l-esperjenza reali matul perjodi ta’ stress kemm sistematiku kif ukoll idjosinkratiku. Il-perjodu tal-likwidità għandu jitkejjel taħt suppożizzjonijiet konservattivi u għandu jkun twil biżżejjed sabiex l-att tal-bejgħ jew tal-iħħeġġjar minnu nnifsu ma jaffettwax materjalment il-prezz li bih isir il-bejgħ jew l-iħħeġġjar.

(16) Id-determinazzjoni tal-perjodu xieraq tal-likwidità għal pożizzjoni jew sett ta’ pożizzjonijiet hija soġġetta għal minimu ta’ tliet xhur.

(17) Id-determinazzjoni tal-perjodu xieraq tal-likwidità għal pożizzjoni jew sett ta’ pożizzjonijiet għandha tikkunsidra l-politiki interni ta’ istituzzjoni fir-rigward tal-aġġustamenti tal-valwazzjoni u l-immaniġġjar ta’ pożizzjonijiet reqdin. Meta istituzzjoni tiddetermina perjodi tal-likwidità għal settijiet ta’ pożizzjonijiet pjuttost milli għal pożizzjonijiet individwali, il-kriterji sabiex jiġu definiti settijiet ta’ pożizzjonijiet għandhom jiġu definiti b’mod jirrifletti b'mod sinifikanti d-differenzi fil-likwidità. Il-perjodi tal-likwidità għandhom ikunu akbar għal pożizzjonijiet li jkunu konċentrati, sabiex jirriflettu l-perjodu itwal neċessarju sabiex jiġu likwidati dawn il-pożizzjonijiet. Il-perjodu tal-likwidità għal depożitarju tat-titolizzazzjonijiet għandu jirrifletti ż-żmien sabiex jinbnew, jinbiegħu u jiġu titolizzati l-assi, jew sabiex jiġu ħħeġġjati l-fatturi tar-riskju materjali, f’kundizzjonijiet tas-suq taħt stress.

Artikolu 364 Rikonoxximent tal-ħeġġijiet fil-mudell intern għall-IRC

(18) Jistgħu jiġu inkorporati ħeġġijiet fil-mudell intern ta’ istituzzjoni sabiex ikunu koperti r-riskji inkrimentali ta’ inadempjenza u ta’ migrazzjoni. Positions may be netted when long u short positions refer sa the same financial instrument. L-effetti tal-iħħeġġjar jew tad-diversifikazzjoni assoċjati ma’ pożizzjonijiet fit-tul u fil-qosor li jinvolvu strumenti differenti jew titoli differenti tal-istess obbligant, kif ukoll pożizzjonijiet fit-tul u fil-qosor f’emittenti differenti, jistgħu jiġu rikonoxxuti biss bl-immudellar espliċitu tal-pożizzjonijiet twal u qosra totali fl-istrumenti differenti. L-istituzzjonijiet għandhom jirriflettu l-impatt tar-riskji materjali li jistgħu jseħħu matul l-intervall bejn il-maturità tal-ħeġġ u l-perjodu tal-likwidità kif ukoll il-potenzjal għal riskji ta’ bażi sinifikanti fl-istrateġiji tal-iħħeġġjar skont il-prodott, is-superjorità fl-istruttura kapitali, il-klassifikazzjoni interna jew esterna, il-maturità, il-kumulu (vintage) u differenzi oħrajn fl-istrumenti. Istituzzjoni għandha tirrifletti ħeġġ biss sakemm dan ikun jista’ jinżamm anki waqt li l-obbligant javviċina avveniment ta' kreditu jew avveniment ieħor.

(19) Għall-pożizzjonijiet li jkunu ħħeġġjati permezz tal-istrateġiji dinamiċi ta’ ħħeġġjar, jista’ jiġi rikonoxxut ibbilanċjar mill-ġdid tal-ħeġġ fi ħdan il-perjodu tal-likwidità tal-pożizzjoni ħħeġġjata bil-kundizzjoni li l-istituzzjoni:

(h) tagħżel li timmudella l-ibbilanċjar mill-ġdid tal-ħeġġ b’mod konsistenti fis-sett rilevanti ta’ pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar;

(a) turi li l-inklużjoni tal-ibbilanċjar mill-ġdid tirriżulta f’kejl aħjar tar-riskju;

(b) turi li s-swieq għall-istrumenti li jservu bħala ħeġġijiet huma likwidi biżżejjed sabiex jippermettu tali bbilanċjar mill-ġdid anki matul perjodi ta’ stress. Kwalunkwe riskju reżidwu li jirriżulta minn strateġiji dinamiċi ta’ ħħeġġjar irid jiġi rifless fir-rekwiżit ta’ fondi proprji.

Artikolu 365 Rekwiżiti partikolari għall-mudell intern għall-IRC

(20) Sabiex ikopri r-riskji inkrimentali ta’ inadempjenza jew ta’ migrazzjoni, il-mudell intern għandu jirrifletti l-impatt nonlineari tal-opzjonijiet, tad-derivati strutturati ta’ kreditu u ta’ pożizzjonijiet oħra b’imġiba materjali nonlineari fir-rigward tal-bidliet fil-prezzijiet. Barra minn hekk, l-istituzzjoni għandha tagħti konsiderazzjoni xierqa lill-ammont ta’ riskju tal-mudell inerenti fil-valwazzjoni u l-istima tar-riskji tal-prezzijiet assoċjati ma’ dawn il-prodotti.

(21) Il-mudell intern għandu jkun ibbażat fuq dejta li tkun oġġettiva u aġġornata.

(22) Bħala parti mill-analiżi u l-validazzjoni indipendenti tal-mudelli interni tagħha użati għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, istituzzjoni għandha, b’mod partikolari, tagħmel dan kollu li ġej:

(a) tivvalida li l-approċċ tal-immudellar tagħha għall-korrelazzjonijiet u l-bidliet fil-prezzijiet ikun xieraq għall-portafoll tagħha, inklużi l-għażla u l-piżijiet tal-fatturi sistematiċi tar-riskju tagħha;

(b) twettaq varjetà ta’ testijiet tal-istress, fosthom analiżi tas-sensittività u analiżi tax-xenarji, sabiex tiġi valutata r-raġonevolezza kwalitattiva u kwantitattiva tal-mudell intern, b'mod partikolari fir-rigward tat-trattament tal-konċentrazzjonijiet. Dawn it-testijiet ma għandhomx ikunu limitati għall-firxa ta’ avvenimenti esperjenzati storikament;

(c) tapplika validazzjoni kwantitattiva xierqa li tinkludi standards interni rilevanti ta’ mmudellar.

(23) Il-mudell intern għandu jkun konsistenti mal-metodoloġiji interni tal-immaniġjar tar-riskji tal-istituzzjoni għall-identifikazzjoni, il-kejl u l-immaniġjar tar-riskji tan-negozju.

(24) L-istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw il-mudelli interni tagħhom sabiex il-korrelazzjoni u suppożizzjonijiet oħra tal-immudellar ikunu trasparenti għall-awtoritajiet kompetenti.

(25) Il-mudell intern għandu jivvaluta b’mod konservattiv ir-riskju li jirriżulta minn pożizzjonijiet inqas likwidi u pożizzjonijiet bi trasparenza limitata tal-prezzijiet f’xenarji realistiċi tas-suq. Barra minn hekk, il-mudell intern għandu jilħaq standards minimi tad-dejta. Il-prokuri għandhom ikunu konservattivi biżżejjed u jistgħu jintużaw biss meta d-dejta disponibbli ma tkunx biżżejjed jew ma tkunx tirrifletti l-volatilità reali ta’ pożizzjoni jew portafoll.

Artikolu 366 Approċċi mhux kompletament konformi għall-IRC

Jekk istituzzjoni tuża mudell intern sabiex tkopri r-riskji inkrimentali ta’ inadempjenza u migrazzjoni li ma jikkonformax mar-rekwiżiti kollha tal-Artikoli 363, 364 u 365 iżda li jkun konsistenti mal-metodoloġiji interni tal-istituzzjoni għall-identifikazzjoni, il-kejl u l-immaniġjar tar-riskji inkrimentali ta’ inadempjenza u ta’ migrazzjoni, hija għandha tkun kapaċi turi li l-mudell intern tagħha jirriżulta f’rekwiżit ta’ fondi proprji li jkun mill-inqas għoli daqslikieku kien ibbażat fuq mudell li jikkonforma b'mod sħiħ mar-rekwiżiti ta’ dawn l-Artikoli. L-awtoritajiet kompetenti għandhom janalizzaw il-konformità mas-sentenza ta’ qabel din mill-inqas kull sena. L-ABE għandha timmonitorja l-firxa ta’ prattiki li jikkonċernaw il-mudelli interni li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti kollha tal-Artikoli 363, 364 u 365 u għandha, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, toħroġ linji gwida dwar dawn il-prattiki.

Taqsima 5 Mudell intern għan-negozjar ta' korrelazzjoni

Artikolu 367 Rekwiżiti għal mudell intern għan-negozjar ta’ korrelazzjoni

(2) L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu permess sabiex jintuża mudell intern għar-rekwiżit ta' fondi proprji tal-portafoll tan-negozju ta’ korrelazzjoni minflok ir-rekwiżit ta’ fondi proprji skont l-Artikolu 327 lil dawk l-istituzzjonijiet li jistgħu jużaw mudell intern għar-riskju speċifiku tal-istrumenti tad-dejn u li jissodisfaw ir-rekwiżiti fil-paragrafi 2 sa 6 u fl-Artikoli 356(1), 357, 358 u 359.

(3) L-istituzzjonijiet għandhom jużaw dan il-mudell intern sabiex jikkalkulaw numru li jkejjel b’mod adegwat ir-riskji kollha tal-prezzijiet b'intervall ta’ kunfidenza ta’ 99,9% fuq perjodu ta’ sena bis-suppożizzjoni ta’ riskju ta’ livell kostanti, u aġġustat fejn ikun xieraq sabiex jirrifletti l-impatt tal-likwidità, il-konċentrazzjoni, l-iħħeġġjar u l-opzjonalità. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw dan in-numru mill-inqas darba fil-ġimgħa.

(4) Ir-riskji li ġejjin għandhom jiġu koperti b’mod adegwat mill-mudell imsemmi fil-paragrafu 1:

(a) ir-riskju kumulattiv li jirriżulta minn inadempjenzi multipli, inkluż l-ordinar differenti tal-inadempjenzi, fi prodotti segmentati;

(b) ir-riskju ta’ firxiet ta’ kreditu, inklużi l-effetti gamma u transgamma;

(c) il-volatilità ta’ korrelazzjonijiet implikati, inkluż l-effett trasversali bejn il-firxiet u l-korrelazzjonijiet;

(d) ir-riskju ta' bażi, inklużi t-tnejn li ġejjin:

(i)      il-bażi bejn il-firxa ta’ indiċi u dawk tal-ismijiet uniċi kostitwenti tagħha;

(ii)      il-bażi bejn il-korrelazzjoni implikata ta’ indiċi u dik ta’ portafolli mfasslin apposta għall-klijent;

(e) il-volatilità tar-rata ta’ rkupru, kif din hija relatata mal-propensità tar-rati ta’ rkupru biex jaffettwaw il-prezzijiet tas-segmenti;

(f) safejn il-kejl tar-riskju komprensiv jinkorpora benefiċċji mill-iħħeġġjar dinamiku, ir-riskju ta’ telf minn ħeġġ u l-ispejjeż potenzjali tal-ibbilanċjar mill-ġdid ta’ tali ħeġġijiet;

(g) kwalunkwe riskju materjali ieħor tal-prezzijiet tal-pożizzjonijiet fil-portafoll ta’ negozju ta’ korrelazzjoni.

(5) Istituzzjoni għandha tuża biżżejjed dejta mis-suq fi ħdan il-mudell imsemmi fil-paragrafu 1 sabiex tiżgura li tkopri kompletament ir-riskji prinċipali ta’ dawk l-iskoperturi fl-approċċ intern tagħha skont ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu. Għandha tkun tista’ turi lill-awtoritajiet kompetenti, permezz ta’ ttestjar b'lura u mezzi oħra xierqa, li l-mudell tagħha jista’ jispjega kif xieraq il-varjazzjoni storika fil-prezzijiet ta’ dawk il-prodotti.

L-istituzzjoni għandu jkollha fis-seħħ politiki u proċeduri xierqa sabiex tissepara l-pożizzjonijiet li għalihom ikollha permess biex tinkorporahom fir-rekwiżit ta' fondi proprji skont dan l-Artikolu minn pożizzjonijiet oħra li għalihom ma jkollhiex tali permess.

(6) Fir-rigward tal-portafoll tal-pożizzjonijiet kollha inkorporati fil-mudell imsemmi fil-paragrafu 1, l-istituzzjoni għandha tapplika b’mod regolari sett ta’ xenarji speċifiċi ta’ stress, determinati minn qabel. Tali xenarji ta' stress għandhom jeżaminaw l-effetti tal-istess fuq ir-rati ta' inadempjenza, ir-rati ta’ rkupru, il-firxiet tal-kreditu, ir-riskji tal-bażi, il-korrelazzjonijiet u fatturi ta’ riskju oħra rilevanti fuq il-portafoll ta’ negozju ta’ korrelazzjoni. L-istituzzjoni għandha tapplika xenarji tal-istress mill-inqas darba fil-ġimgħa u tal-inqas darba kull tliet xhur tirrapporta r-riżultati lill-awtoritajiet kompetenti, inkluż it-tqabbil mar-rekwiżit ta’ fondi proprji tal-istituzzjoni skont dan il-punt. Kwalunkwe episodju fejn ir-riżultati tat-test tal-istress jaqbżu materjalment ir-rekwiżit ta' fondi proprji għall-portafoll ta’ negozju ta’ korrelazzjoni għandu jiġi rrappurtat lill-awtoritajiet kompetenti fil-ħin.

(7) Il-mudell intern għandu jivvaluta b’mod konservattiv ir-riskju li jirriżulta minn pożizzjonijiet inqas likwidi u pożizzjonijiet bi trasparenza limitata tal-prezzijiet f’xenarji realistiċi tas-suq. Barra minn hekk, il-mudell intern għandu jilħaq standards minimi tad-dejta. Il-prokuri għandhom ikunu konservattivi biżżejjed u jistgħu jintużaw biss meta d-dejta disponibbli ma tkunx biżżejjed jew ma tkunx tirrifletti l-volatilità reali ta’ pożizzjoni jew portafoll.

Titolu V Rekwiżiti ta’ Fondi Proprji għar-Riskju tas-Saldu

Artikolu 368 Riskju tas-saldu/tal-konsenja

Fil-każ ta' tranżazzjonijiet li fihom strumenti tad-dejn, ekwitajiet, muniti barranin u komoditajiet għajr tranżazzjonijiet ta’ riakkwist u għoti b’self ta' titoli jew komoditajiet u teħid b’self ta’ titoli jew komoditajiet ma jkunux saldati wara d-dati dovuti ta’ konsenja tagħhom, istituzzjoni tista’ tikkalkula d-differenza fil-prezz li għaliha tkun esposta.

Il-prezz huwa kkalkulat bħala d-differenza bejn l-prezz miftiehem tas-saldu għall-istrument tad-dejn, l-ekwità, il-munita barranija jew il-komodità inkwistjoni u l-valur tas-suq attwali, fejn id-differenza tista’ tinvolvi telf għall-istituzzjoni ta’ kreditu.

L-istituzzjoni għandha timmultiplika dik id-differenza fil-prezz bil-fattur xieraq fil-kolonna A tat-Tabella 1 segwenti sabiex tikkalkula r-rekwiżit ta’ fondi proprji tal-istituzzjoni għar-riskju tas-saldu.

Tabella 1

Numru ta’ jiem ta' xogħol wara d-data dovuta tas-saldu || ( %)

5 — 15 || 8

16 — 30 || 50

31 — 45 || 75

46 jew aktar || 100

Artikolu 369 Konsenji bla ħlas

(26) Istituzzjoni għandha tkun meħtieġa żżomm fondi proprji, kif stabbilit fit-Tabella 2, meta jseħħ dan li ġej:

(a) tkun ħallset għal titoli, muniti barranin jew komoditajiet qabel ma tkun irċeviethom jew tkun ikkonsenjat titoli, muniti barranin jew komoditajiet qabel ma tkun irċeviet il-ħlas għalihom;

(b) fil-każ ta’ tranżazzjonijiet transkonfinali, ikunu għaddew ġurnata jew aktar minn meta tkun għamlet dak il-pagament jew il-konsenja.

Tabella 2

Trattament kapitali għal konsenji b’xejn

Kolonna 1 || Kolonna 2 || Kolonna 3 || Kolonna 4

Tip ta’ Tranżazzjoni || Sal-ewwel pagament kuntrattwali jew komponent tal-konsenja || Mill-ewwel pagament kuntrattwali jew komponent tal-konsenja sa erbat ijiem wara t-tieni pagament kuntrattwali jew komponent tal-konsenja || Minn 5 jiem ta’ xogħol wara t-tieni pagament kuntrattwali jew komponent tal-konsenja sa ma tispiċċa t-tranżazzjoni

Konsenja bla ħlas || L-ebda imposta kapitali || Trattata bħala skopertura || Trattata bħala skopertura għar-riskju ppeżata b'1,250 %

(27) Meta tapplika piż ta’ riskju fuq skoperturi għal konsenji bla ħlas ittrattati skont il-Kolonna 3 tat-Tabella 2, istituzzjoni li tuża l-approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjoni Interna stabbilit fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 3 tista’ tassenja PDs lil kontropartijiet, li għalihom ma jkollha l-ebda skopertura oħra fil-portafoll mhux ta' negozjar, fuq il-bażi tal-klassifikazzjoni esterna tal-kontroparti. L-istituzzjonijiet li jużaw stimi tagħhom stess tal-‘LGDs’ jistgħu japplikaw l-LGD stabbilit fl-Artikolu 157(1) fuq skoperturi għal konsenji bla ħlas trattati skont il-Kolonna 3 tat-Tabella 2 bil-kundizzjoni li japplikawh għal dawn l-iskoperturi kollha. Inkella, istituzzjoni li tuża l-approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjoni Interna stabbilit fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 3 tista’ tapplika l-piżijiet ta' riskju tal-approċċ Standardizzat, kif stabbilit fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2 bil-kundizzjoni li tapplikahom għal kull skopertura simili jew tista’ tapplika piż ta’ riskju ta’ 100% għal kull dawn l-iskoperturi kollha.

Jekk l-ammont ta' skopertura pożittiva li jirriżulta minn tranżazzjonijiet ta’ konsenja bla ħlas ma jkunx materjali, l-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw piż ta’ riskju ta’ 100 % fuq dawn l-iskoperturi, għajr meta jkun meħtieġ piż ta’ riskju ta’ 1,250% skont il-Kolonna 4 tat-Tabella 2 fil-paragrafu 1.

(28) Bħala alternattiva għall-applikazzjoni ta’ piż ta’ riskju ta’ 1,250 % għall-iskoperturi ta’ konsenja bla ħlas skont il-Kolonna 4 tat-Tabella 2 fil-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-valur trasferit flimkien mal-iskopertura pożittiva attwali ta’ dawk l-iskoperturi minn elementi tal-Ewwel Grad tal-Ekwità Komuni skont il-punt (k) tal-Artikolu 33(1).

Artikolu 370 Waiver

Meta jseħħ falliment ta' saldu fis-sistema kollha jew fis-sistema ta’ kklerjar, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw mir-rekwiżiti ta’ fondi proprji kkalkulati kif stabbilit fl-Artikolu 368 u 369 sakemm is-sitwazzjoni tiġi rranġata. F’dan il-każ, il-falliment ta’ kontroparti sabiex tissalda negozju ma għandux jitqies bħala inadempjenza għall-finijiet tar-riskju tal-kreditu.

Titolu VI Rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu

Artikolu 371 Tifsira ta’ Aġġustament tal-Valur tal-Kreditu

Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu u l-Kapitolu 6 tat-Titolu III, ‘Aġġustament tal-Valwazzjoni tal-Kreditu’ jew 'CVA' tfisser aġġustament fil-valwazzjoni ta’ nofs is-suq tal-portafoll ta’ tranżazzjonijiet ma’ kontroparti. Dak l-aġġustament jirrifletti l-valur fis-suq kurrenti tar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti għall-istituzzjoni, iżda ma jirriflettix il-valur tas-suq attwali tar-riskju ta' kreditu tal-istituzzjoni għall-kontroparti.

Artikolu 372 Kamp ta' Applikazzjoni

(29) Istituzzjoni għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA skont dan it-Titolu għall-istrumenti derivati OTC kollha fir-rigward tal-attivitajiet tan-negozju kollha tagħha, minbarra d-derivati ta’ kreditu rikonoxxuti li jnaqqsu l-ammonti ta' skopertura ppeżati skont ir-riskji għar-riskju tal-kreditu.

(30) Istituzzjoni għandha tinkludi tranżazzjonijiet li jiffinanzjaw titoli fil-kalkolu tal-fondi proprji meħtieġa mill-paragrafu 1 jekk l-awtorità kompetenti tistabbilixxi li l-iskoperturi għar-riskju ta’ CVA tal-istituzzjoni b'riżultat ta’ dawk it-tranżazzjonijiet ikunu materjali.

(31) Tranżazzjonijiet b’kontroparti ċentrali huma esklużi mir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA.

Artikolu 373 Metodu avvanzat

1. Għat-tranżazzjonijiet kollha li għalihom ikollha permess li tuża l-IMM sabiex tistabbilixxi l-valur tal-iskopertura għall-iskopertura għar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti assoċjata skont l-Artikolu 277, istituzzjoni li jkollha l-permess tuża mudell intern għar-riskju speċifiku tal-istrumenti tad-dejn skont l-Artikolu 352 għandha tiddetermina r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA billi timmudella l-impatt tal-bidliet fil-firxiet ta’ kreditu tal-kontropartijiet fuq is-CVAs tal-kontropartijiet kollha ta’ dawn it-tranżazzjonijiet, billi tikkunsidra l-ħeġġijiet ta’ CVA li huma eliġibbli skont l-Artikolu 375.

Istituzzjoni għandha tuża l-mudell intern tagħha sabiex tiddetermina r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju speċifiku assoċjat ma' pożizzjonijiet ta’ dejn innegozjat u għandha tapplika intervall ta’ kunfidenza ta’ 99 fil-mija u perjodu ta' parteċipazzjoni ekwivalenti għal għaxart ijiem. Il-mudell intern għandu jintuża b’tali mod li jissimula l-bidliet fil-firxiet ta’ kreditu tal-kontropartijiet, iżda ma jimmudellax is-sensittività ta’ CVA għall-bidliet f’fatturi oħra tas-suq, inklużi l-bidliet fil-valur tal-assi ta’ referenza, il-komodità, il-munita jew ir-rata tal-imgħax ta’ derivat.

Ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA għal kull kontroparti għandu jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja:

fejn:

ti =                 il-ħin tar-rivalwazzjoni nru i, jibda minn t0=0;

tT =                l-itwal maturità kuntrattwali fost is-settijiet tan-netting mal-kontroparti;

si =                hija l-firxa ta' kreditu tal-kontroparti b'tenur ti, użata sabiex jiġi kkalkulat is-CVA tal-kontroparti. Fejn tkun disponibbli l-firxa ta' swap ta' inadempjenza tal-kreditu tal-kontroparti, l-istituzzjoni għandha tuża dik il-firxa. Fejn ma tkunx disponibbli tali firxa ta' swap ta' inadempjenza tal-kreditu, l-istituzzjoni għandha tuża l-firxa tal-indikatur indirettli tkun xierqa wara li tikkunsidra l-klassifikazzjoni, l-industrija u r-reġjun tal-kontroparti;

LGDMKT =     it-telf fil-każ ta' inadempjenza tal-kontroparti li għandu jkun ibbażat fuq il-firxa ta’ strument tas-suq tal-kontroparti jekk ikun disponibbli strument tal-kontroparti. Meta ma jkunx disponibbli strument tal-kontroparti, dan għandu jkun ibbażat fuq il-firxa tal-indikatur indirettli tkun xierqa wara li jitqiesu l-klassifikazzjoni, l-industrija u r-reġjun tal-kontroparti. L-ewwel fattur fil-formula jirrappreżenta approssimazzjoni tal-probabbiltà marġinali implikata tas-suq li sseħħ inadempjenza bejn il-ħinijiet ti-1 u ti;

EEi =             l-iskopertura mistennija għall-kontroparti f'-ħin tar-rivalwazzjoni ti, kif definit fil-punt 19 tal-Artikolu 267, fejn jiżdiedu l-iskoperturi ta' settijiet ta’ netting differenti għal tali kontroparti, u fejn l-itwal maturità ta’ kull sett ta’ netting tingħata permezz tal-itwal maturità kuntrattwali fis-sett ta’ netting; Istituzzjoni għandha tapplika t-trattament imsemmi fil-paragrafu 2 fil-każ ta’ negozjar marġinali, jekk l-istituzzjoni tuża l-kejl tal-EPE msemmi fil-punt (a) jew (b) tal-Artikolu 279(1) għan-negozjar marġinali;

Di =               il-fattur ta’ skont mingħajr riskju ta' inadempjenza fil-ħin ti, meta  D0=1.

2. Meta tikkalkula r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA għal kontroparti, istituzzjoni għandha tibbaża l-inputs kollha fil-mudell intern tagħha għar-riskju speċifiku tal-istrumenti tad-dejn fuq il-formuli li ġejjin (liema tkun xierqa):

(a) meta l-mudell ikun ibbażat fuq sensittivitajiet ta’ firxiet tal-kreditu għall-tenuri speċifiċi, l-istituzzjoni għandha tibbaża kull sensittività għall-firxa tal-kreditu ('CS01 Regolatorja') fuq il-formula li ġejja:

;

(b)     meta l-mudell juża s-sensittivitajiet għall-firxa tal-kreditu għal xifts paralleli fil-firxiet tal-kreditu, l-istituzzjoni għandha tuża l-formula li ġejja:

;

(c)     meta l-mudell juża sensittivitajiet tat-tieni ordni għal xifts fil-firxiet tal-kreditu (gamma mifruxa), il-gammas għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-formula fil-paragrafu 1.

3. Istituzzjoni li tuża l-kejl tal-EPE għad-derivati OTC kollateralizzati msemmija fil-punt (a) jew (b) tal-Artikolu 279(1) għandha, meta tiddetermina r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA skont il-paragrafu 1, tagħmel dawn iż-żewġ affarijiet li ġejjin:

(a) tissoponi profil EE kostanti;

(b) tissettja l-EE daqs l-iskopertura effettiva mistennija kif ikkalkulat skont l-Artikolu 279(1)(b) għal maturità daqs jew ikbar minn dawn li ġejjin:

1.1.1.1. nofs l-itwal maturità fis-sett ta’ netting;

1.1.1.2. il-maturità  nozzjonali medja ppeżata ta’ kull tranżazzjoni fis-sett netting.

4. Istituzzjoni li jkollha l-permess mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 277 biex tuża l-IMM biex tikkalkula l-valuri ta' skopertura fir-rigward tal-maġġoranza tan-negozju tagħha, iżda li tuża l-metodu stabbilit fit-Taqsima 3 jew fit-Taqsima 4 tat-Titolu II, il-Kapitolu 6 għal portafolli iżgħar, u li jkollha l-permess tuża l-approċċ tal-mudelli interni tar-riskju tas-suq għar-riskju speċifiku tal-istrumenti tad-dejn negozjati skont l-Artikolu 352 tista’, soġġett għal permess mill-awtoritajiet kompetenti, tikkalkola r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA skont il-paragrafu 1 għas-settijiet ta’ netting mhux IMM. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu dan il-permess biss jekk l-istituzzjoni tuża l-metodu stabbilit fit-Taqsima 3 jew fit-Taqsima 4 tat-Titolu II, il-Kapitolu 6 għal numru limitat ta’ portafolli iżgħar.

Għall-finijiet ta' kalkolu skont is-subparagrafu preċedenti u fejn il-mudell IMM ma jipproduċix profil mistenni ta' skopertura, l-istituzzjoni għandha tagħmel dawn iż-żewġ affarijiet li ġejjin:

1.1.1.1. tissoponi profil EE kostanti;

1.1.1.2. tissettja l-EE daqs il-valur ta' skopertura kif ikkalkulat skont il-metodi stabbiliti fit-Taqsima 3 jew fit-Taqsima 5 tat-Titolu II, il-Kapitolu 6, jew l-IMM għal maturità daqs l-akbar minn

(i)      nofs l-itwal maturità fis-sett ta’ netting;

(ii)      il-maturità  nozzjonali medja ppeżata ta’ kull tranżazzjoni fis-sett netting.

5. Istituzzjoni għandha tiddetermina r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA bħala s-somma tal-Valur fir-Riskju taħt stress u mhux taħt stress, li għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

(a) għall-Valur fir-Riskju mhux taħt stress, għandhom jintużaw il-kalibrazzjonijiet attwali tal-parametru għall-iskopertura mistennija;

(b) għall-Valur fir-Riskju taħt stress, għandhom jintużaw il-profili EE futuri tal-kontroparti billi tintuża kalibrazzjoni taħt stress kif stabbilit fl-Artikolu 286(2). Il-perjodu ta’ stress għall-parametri tal-firxa tal-kreditu għandu jkun l-aktar perjodu ta’ stress gravi ta’ sena li jinstab fil-perjodu ta’ stress ta’ tliet snin użat għall-parametri tal-iskopertura.

6. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika f'aktar dettall:

(a)     kif għandha tiġi determinata firxa tal-indikatur indirettbiex jiġi identifikat l-LGDMKT għall-finijiet tal-kalkolu meħtieġ mill-paragrafu 1;

(b)     l-għadd u d-daqs tal-portafolli li jissodisfaw il-kriterju ta’għadd limitat ta’ portafolli iżgħar imsemmija fil-paragrafu 4.

L-ABE għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2013.

Il-Kummissjoni tiġi delegata bis-setgħa tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 374 Metodu standardizzat

1. Istituzzjoni li ma tikkalkulax ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA għall-kontropartijiet tagħha skont l-Artikolu 373 għandha tikkalkula rekwiżiti ta’ fondi proprji ta’ portafoll għar-riskju ta’ CVA għal kull kontroparti skont il-formula li ġejja, billi tikkunsidra l-ħeġġijiet ta’ CVA li huma eliġibbli skont l-Artikolu 375:

fejn:

h =     il-perjodu ta’ riskju ta’ sena (f’unitajiet ta’ sena); h = 1;

wi =   il-piż applikabbli għall-kontroparti "i".

Il-kontroparti "i" għandha tiġi mmappjata ma' wieħed mis-seba’ piżijiet wi ibbażati fuq valutazzjoni esterna tal-kreditu minn ECAI nominata, kif stabbilit fit-Tabella 1. Għal kontroparti li għaliha ma tkunx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata:

(a)     istituzzjoni li tuża l-approċċ fit-Titolu II, il-Kapitolu 3 għandha timmappja l-klassifikazzjoni interna tal-kontroparti ma' waħda mill-valutazzjonijiet esterni tal- kreditu;

(b)     istituzzjoni li tuża l-approċċ fit-Titolu II, il-Kapitolu 2 għandha tassenja l-livell 3 tal-kwalità tal-kreditu lil din il-kontroparti;

=   il-valur totali ta' skopertura għar-riskju tal-kreditu ta’ kontroparti "i" (magħduda għas-settijiet ta’ netting) inkluż l-effett ta’ kollateral skont il-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3 sa 6 tat-Titolu II, il-Kapitolu 6 kif applikabbli għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti għal dik il-kontroparti.

Fil-każ ta' istituzzjoni li ma tużax il-metodu stabbilit fit-Taqsima 6 tat-Titolu II, il-Kapitolu 6, l-iskopertura għandha titnaqqas billi jiġi applikat il-fattur li ġej:

;

Bi =    il-kunċettwali ta’ ħeġġijiet ta' swaps ta' inadempjenza tal-kreditu b'isem wieħed mixtrija (magħduda jekk ikun hemm aktar minn pożizzjoni waħda) li jirreferi għall-kontroparti "i" u użat sabiex jiġi ħħeġġjat ir-riskju ta’ CVA.

Dak l-ammont  nozzjonali għandu jiġi skontat billi jiġi applikat il-fattur li ġej:

;

Bind = huwa n-nozzjonali sħiħ ta' swap jew swaps ta’ inadempjenzi ta’ kreditu tal-indiċi ta’ protezzjoni mixtrija użata biex jiġi ħħeġġjat ir-riskju ta’ CVA.

Dak l-ammont nozzjonali għandu jiġi skontat billi jiġi applikat il-fattur li ġej:

;

wind = huwa l-piż applikabbli għall-ħeġġijiet tal-indiċi.

Istituzzjoni għandha timmappja indiċi għal wieħed mis-seba’ piżijiet wi abbażi tal-firxa medja tal-indiċi ‘ind’;

Mi =  il-maturità effettiva tat-tranżazzjonijiet mal-kontroparti i.

Għal istituzzjoni li tuża l-metodu stabbilitit fit-Taqsima 6 tat-Titolu II, il-Kapitolu 6, Mi għandha tiġi kkalkulata skont l-Artikolu 158(2)(f).

Għal istituzzjoni li ma tużax il-metodu stabbilit fit-Taqsima 6 tat-Titolu II, il-Kapitolu 6, Mi hija l-maturità nozzjonali medja ppeżata kif imsemmi fil-punt 2 tal-Artikolu 158;

 =    il-maturità tal-istrument tal-ħeġġ bil-kunċettwali Bi (il-kwantitajiet Mihedge Bi għandhom jiġu magħduda jekk dawn ikunu diversi pożizzjonijiet);

Mind =            il-maturità tal-ħeġġ tal-indiċi ind.

F’każ ta’ aktar minn pożizzjoni waħda ta’ ħeġġ tal-indiċi, Mind hija l-maturità ppeżata b'mod nozzjonali.

2. Fejn il-kontroparti tkun inkluża f’indiċi li fuqu jkun ibbażat is-swap ta' inadempjenza tal-kreditu użat għall-iħħeġġjar tar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti, l-istituzzjoni tista’ tnaqqas l-ammont nozzjonali attribwibbli għal dik il-kontroparti skont il-piż tal-entità referenzjarja mill-ammont nozzjonali ta’ CDS tal-indiċi u ttrattat bħala ħeġġ b’isem uniku (Bi) tal-kontroparti individwali b’maturità bbażata fuq il-maturità tal-indiċi.

Tabella 1

Livell ta’ kwalità tal-kreditu || Piż wi

1 || 0.7%

2 || 0.8%

3 || 1.0%

4 || 2.0%

5 || 3.0%

6 || 10.0%

Artikolu 375 Ħeġġijiet eliġibbli

(32) Il-ħeġġijiet għandhom ikunu 'ħeġġijiet eliġibbli' għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA skont l-Artikolu 373 u l-Artikolu 374 biss meta jintużaw bil-għan li jimmitigaw ir-riskju ta’ CVA u jiġu mmaniġjati bħala tali, u jkunu wieħed minn dawn li ġejjin:

1.1.1.1. swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu b'isem wieħed jew strumenti ekwivalenti ta’ ħħeġġjar oħra li jirreferu direttament għall-kontroparti;

1.1.1.2. swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu tal-indiċi, bil-kundizzjoni li l-bażi bejn kwalunkwe fixra individwali ta’ kontroparti u l-firxiet ta' ħeġġijiet tal-iswap ta’ inadempjenza tal-kreditu tal-indiċi tkun riflessa fil-Valur fir-Riskju.

Ir-rekwiżit fil-punt (b) li l-bażi bejn kwalunkwe firxa individwali ta’ kontroparti u l-firxiet ta’ ħeġġijiet tal-firxiet tal-iswaps ta’ inadempjenza tal-kreditu tal-indiċi tkun riflessa fil-Valur fir-Riskju għandu japplika wkoll f’każijiet fejn jintuża valur preżenti għall-firxa ta' kontroparti.

Għall-kontropartijiet kollha li għalihom jintuża valur preżenti, l-istituzzjoni għandha tuża serje ta’ ħinijiet bażi raġonevoli minn grupp rappreżentattiv ta’ ismijiet simili li għalihom tkun disponibbli firxa.

Jekk il-bażi bejn kwalunkwe firxa individwali ta’ kontroparti u l-firxiet tal-ħeġġijiet tal-iswaps ta’ inadempjenza tal-kreditu tal-indiċi ma tkunx riflessa b’mod sodisfaċenti għall-awtorità kompetenti, l-istituzzjoni, f’dak il-każ, għandha tirrifletti biss 50% tal-ammont nozzjonali tal-ħeġġijiet tal-indiċi fil-Valur fir-Riskju.

Il-ħeġġijiet imsemmija fil-punt (b) jistgħu jintużaw biss għall-iskopijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA skont l-Artikolu 373.

(33) Istituzzjoni ma għandhiex tirrifletti tipi oħra ta' ħeġġijiet tar-riskju tal-kontroparti fil-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA. B’mod partikolari, l-iswaps ta’ inadempjenza tal-kreditu segmentat jew nru n u noti marbuta ma' kreditu mhumiex ħeġġijiet eliġibbli għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA.

(34) Il-ħeġġijiet eliġibbli li jkunu inklużi fil-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA m’għandhomx jiġu inklużi fil-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju speċifiku kif stabbilit fit-Titolu IV jew ittrattati bħala mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu għajr għar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti tal-istess portafoll tat-tranżazzjoni.

PARTI ERBGĦA SKOPERTURI KBAR

Taqsima I Reġim għall-iskoperturi l-kbar

Artikolu 376 Suġġett

L-istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw u jikkontrollaw l-iskoperturi l-kbar tagħhom skont din il-Parti.

Artikolu 377 Kamp ta' applikazzjoni negattiv

Din il-Parti m’għandhiex tapplika għal ditti tal-investimenti li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 90(1) jew fl-Artikolu 91(1).

Artikolu 378 Definizzjoni

Id-definizzjoni li ġejja tapplika għall-finijiet ta’ din il-Parti:

‘Skoperturi’, għall-finijiet ta’ din il-Parti tfisser kwalunkwe assi jew oġġett li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ imsemmija fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2, mingħajr piżijiet ta’ riskju jew gradi ta’ riskju.

Artikolu 379 Kalkolu tal-valur tal-iskopertura

4. L-iskoperturi li jirriżultaw mill-oġġetti msemmija fl-Anness II għandhom jiġu kkalkulati skont wieħed mill-metodi stabbiliti fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 6.

6. L-istituzzjonijiet li jkollhom permess sabiex jużaw il-Metodu tal-Mudell Intern skont l-Artikolu 277 jistgħu jużaw il-Metodu tal-Mudell Intern sabiex jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura għal tranżazzjonijiet ta’ riakkwist, tranżazzjonijiet ta’ għoti b'self jew ta' teħid b'self ta' titoli jew komoditajiet, tranżazzjonijiet ta’ self marġinali u tranżazzjonijiet ta’ saldu fit-tul.

7. L-iskoperturi għall-klijenti individwali li joħorġu mill-portafoll tan-negozjar għandhom jiġu kkalkulati minn dawk l-istituzzjonijiet li jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għan-negozju fil-portafoll tan-negozjar tagħhom skont il-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitolu 2, l-Artikolu 293 u l-Parti Tlieta, it-Titolu V u, kif xieraq, mal-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitolu 5, billi jgħoddu flimkien l-elementi li ġejjin:

(a) l-eċċess pożittiv tal-pożizzjonijiet fit-tul ta’ istituzzjoni fuq il-pożizzjonijiet qosra tagħha fl-istrumenti finanzjarji kollha maħruġa mill-klijent inkwistjoni, bil-pożizzjoni netta f’kull strument differenti kkalkulata skont il-metodi stabbiliti fil-Parti Tlieta, it-Titolu IV, li-Kapitolu 2;

(b) l-iskopertura netta, fil-każ tas-sottoskrizzjoni ta’ strument tad-dejn jew ta' strument ekwità;

(c) l-iskoperturi li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet, ftehimiet u kuntratti msemmija fl-Artikoli 293 u 368 sa 370 mal-klijent inkwistjoni, tali skoperturi jiġu kkalkulati bil-mod stabbilit f’dawn l-Artikoli, għall-kalkolu tal-valuri tal-iskopertura.

Għall-finijiet tal-punt (b), l-iskopertura netta hija kkalkulata billi jitnaqqsu dawk il-pożizzjonijiet sottoskritti li jkunu sottoskritti jew sottosottoskritti minn partijiet terzi fuq il-bażi ta’ ftehim formali mingħajr il-fatturi stabbiliti fl-Artikolu 334.

Għall-finijiet tal-punt (b), l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu sistemi sabiex jimmonitorjaw u jikkontrollaw l-iskoperturi tagħhom għas-sottoskrizzjoni bejn iż-żmien tal-impenn inizjali u l-jum ta’ xogħol li jmiss fid-dawl tan-natura tar-riskji meħuda fis-swieq inkwistjoni.

Għall-finijiet tal-punt (c), il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 3 għandha tiġi eskluża mir-referenza fl-Artikolu 293.

(35) L-iskoperturi kumplessivi għall-klijenti individwali jew gruppi ta' klijenti konnessi għandhom jiġu kkalkulati billi jingħaddu l-iskoperturi tal-portafoll tan-negozjar u dawk tal-portafoll mhux ta' negozjar.

(36) L-iskoperturi għal gruppi ta' klijenti konnessi għandhom jiġu kkalkulati billi jingħaddu l-iskoperturi għall-klijenti individwali fi grupp.

(37) L-iskoperturi ma għandhom jinkludu l-ebda minn dawn li ġejjin:

(a) fil-każ ta’ tranżazzjonijiet tal-kambju, skoperturi li jsiru matul il-perkors ordinarju ta’ saldu matul il-jumejn ta’ xogħol ta’ wara l-pagament;

(b) fil-każ ta’ tranżazzjonijiet għax-xiri jew il-bejgħ ta' titoli, l-iskoperturi li jsiru matul il-perkors ordinarju tas-saldu matul ħamest ijiem ta’ xogħol wara l-pagament jew il-konsenja tat-titoli, liema azzjoni sseħħ l-ewwel;

(c) fil-każ tal-provvediment ta’ trasmissjoni ta’ flus fosthom l-eżekuzzjoni ta’ servizzi ta' ħlas, l-ikklerjar u s-saldu fi kwalunkwe munita u kklerjar korrispondenti ta’ strumenti bankarji jew finanzjarji, is-servizzi ta’ saldu jew ta’ kustodja lill-klijenti, irċevuti mdewma fl-iffinanzjar u skoperturi oħra li jirriżultaw mill-attività tal-klijenti li ma jdumux aktar mill-jum ta’ xogħol li jkun imiss;

(d) fil-każ tal-provvediment ta’ trażmissjoni ta’ flus li jinkludi l-eżekuzzjoni ta’ servizzi ta' ħlas, l-ikklerjar u s-saldu fi kwalunkwe munita u servizzi bankarji korrispondenti, l-iskoperturi ta’ dakinhar għall-istituzzjonijiet li jipprovdu dawk is-servizzi;

(e) skoperturi mnaqqsa minn fondi proprji skont l-Artikoli 33, 53 u 63.

(38) Sabiex tiġi determinata l-eżistenza ta’ grupp ta' klijenti konnessi, fir-rigward tal-iskoperturi msemmija fil-punti (l) u (n) tal-107 fejn ikun hemm skopertura għal assi sottostanti, u fir-rigward tal-iskoperturi msemmija fil-punt (p) tal-Artikolu 107 fejn ikun hemm skema u skopertura għall-assi sottostanti, l-istituzzjoni għandha tivvaluta l-iskema, l-iskoperturi sottostanti tagħha, jew it-tnejn li huma. Għal dak il-għan, l-istituzzjoni għandha tevalwa s-sustanza ekonomika u r-riskji inerenti fl-istruttura tat-tranżazzjoni.

(39) L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:

– liema skoperturi msemmija fil-punt (p) tal-Artikolu 107 huma soġġetti għat-trattament ta’ dan il-paragrafu;

– il-kundizzjonijiet u l-metodoloġiji użati sabiex tiġi determinata l-eżistenza ta’ grupp bi klijenti konnessi fir-rigward ta’ tali skoperturi.

L-ABE għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Il-Kummissjoni tiġi delegata bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 380 Definizzjoni ta’ istituzzjoni għall-finijiet ta' skoperturi kbar

Għall-finijiet ta' kalkolazzjoni tal-valur tal-iskoperturi skont din il-Parti, it-terminu 'istituzzjoni' tfisser ukoll kwalunkwe impriża privata jew pubblika, inklużi l-fergħat tagħha, li tissodisfa d-definizzjoni ta’ istituzzjoni u li tkun ġiet awtorizzata f’pajjiż terz.

Artikolu 381 Definizzjoni ta' skopertura kbira

L-iskopertura ta’ istituzzjoni għal klijent jew grupp ta' klijenti konnessi għandha tiġi kkunsidrata bħala skopertura kbira meta l-valur tagħha jkun daqs jew jaqbeż l-10% tal-kapital eliġibbli tagħha.

Artikolu 382 Kapaċità li tidentifika u timmaniġja skoperturi kbar

Istituzzjoni għandu jkollha proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi sodi u mekkaniżmi adegwati ta’ kontroll intern sabiex tkun tista' tidentifika, timmaniġja, timmonitorja, tirrapporta u tirreġistra l-iskoperturi kbar kollha u l-bidliet sussegwenti fihom, skont dan ir-Regolament

Artikolu 383 Rekwiżiti ta' rappurtar

(40) Istituzzjoni għandha tirrapporta l-informazzjoni li ġejja dwar kull skopertura kbira lill-awtoritajiet kompetenti, inklużi skoperturi kbar eżentati mill-applikazzjoni tal-Artikolu 384(1)

(a) l-identifikazzjoni tal-klijent jew tal-grupp ta’ klijenti konnessi li istituzzjoni jkollha skopertura kbira għalihom;

(b) il-valur tal-iskopertura qabel ma jitqies l-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu, meta applikabbli;

(c) fejn użata, it-tip ta’ protezzjoni tal-kreditu ffinanzjata jew mhux iffinanzjata;

(d)     il-valur tal-iskopertura wara li jitqies l-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu kkalkulat għall-finijiet tal-Artikolu 384(1).

Fejn istituzzjoni tkun soġġetta għall-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 3 l-akbar 20 skopertura tagħha fuq bażi konsolidata, għajr dawk eżentati mill-applikazzjoni tal-Artikolu 384(1) għandhom isiru disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti.

(41) Għandu jitwettaq rappurtar mill-inqas darbtejn fis-sena.

(42) L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi sabiex tispeċifika dan li ġej:

(a)     il-formati uniformi għar-rappurtar imsemmi fil-paragrafu 2 li għandu jkun proporzjonali man-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet u l-istruzzjonijiet għall-użu ta’ dawn il-formati;

(b)     il-frekwenzi u d-dati tar-rappurtar imsemmi fil-paragrafu 2;

(c)     is-soluzzjonijiet tal-IT li għandhom jiġu applikati għar-rappurtar imsemmi fil-paragrafu 2.

L-ABE għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2013.

Il-Kummissjoni hija delegata bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 384 Limitu tal-iskoperturi l-kbar

(43) Istituzzjoni m’għandhiex iġġarrab skopertura, wara li jiġi kkunsidrat l-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu skont l-Artikoli 388 sa 392, għal klijent jew grupp ta’ klijenti konnessi li l-valur tagħhom jaqbeż il-25 % tal-kapital eliġibbli tagħha. Fejn dak il-klijent ikun istituzzjoni jew fejn grupp ta’ klijenti konnessi jinkludi istituzzjoni waħda jew aktar, dak il-valur ma għandux jaqbeż il-25 % tal-kapital eliġibbli tal-istituzzjoni jew EUR 150 miljun, liema minnhom ikun l-ogħla, bil-kundizzjoni li s-somma tal-valuri tal-iskopertura, wara li jiġi kkunsidrat l-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu skont l-Artikoli 388 sa 392, għall-klijenti konnessi kollha li mhumiex istituzzjonijiet ma tkunx taqbeż il-25 % tal-kapital eliġibbli tal-istituzzjoni.

Fejn l-ammont ta’ EUR 150 miljun ikun ogħla mill-25 % tal-kapital eliġibbli tal-istituzzjoni, il-valur tal-iskopertura, wara li jiġi kkunsidrat l-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu skont l-Artikoli 388 sa 392, ma għandux jaqbeż limitu raġonevoli f’termini tal-kapital eliġibbli tal-istituzzjoni. Dak il-limitu għandu jiġi determinat mill-istituzzjoni skont il-politiki u l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 79 tad-Direttiva [imdaħħla mill-OP], sabiex jiġi indirizzat u kkontrollat ir-riskju ta’ konċentrazzjoni. Dan il-limitu ma għandux jaqbeż il-100 % tal-kapital eliġibbli tal-istituzzjoni.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jistabbilixxu limitu iżgħar minn EUR 150 miljun u għandhom jinfurmaw b’dan lill-ABE u lill-Kummissjoni.

(44) Soġġett għall-Artikolu 385, istituzzjoni dejjem għandha tikkonforma mal-limitu rilevanti stabbilit fil-paragrafu 1.

(45) Assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet u skoperturi oħra f’kumpaniji tal-investiment ta’ pajjiżi terzi jistgħu jkunu soġġetti għall-istess trattament kif stabbilit fil-paragrafu 1.

(46) Il-limiti stabbiliti f’dan l-Artikolu jistgħu jinqabżu għall-iskoperturi fuq il-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-iskopertura fuq il-portafoll mhux ta' negozjar għall-klijient jew il-grupp ta’ klijenti inkwistjoni ma taqbiżx il-limitu stabbilit fil-paragrafu 1, fejn dan il-limitu jiġi kkalkulat b’referenza għall-kapital eliġibbli, sabiex l-eċċess jirriżulta kollu kemm hu fuq il-portafoll tan-negozjar;

(b) l-istituzzjoni tilħaq rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali fuq l-eċċess fir-rigwrd tal-limitu stabbilit fil-paragrafu 1 li hu kkalkulat skont l-Artikoli 386 u 387;

(c) meta jkunu għaddew għaxart ijiem jew inqas minn meta jkun seħħ l-eċċess, l-iskopertura fil-portafoll tan-negozjar għall-klijent jew grupp ta’ klijienti konnessi inkwistjoni ma għandhiex taqbeż il-500 % tal-kapital eliġibbli tal-istituzzjoni;

(d) kwalunkwe eċċess li jipperstisti għal aktar minn għaxart ijiem ma jaqbiżx, b'mod aggregat, is-600% tal-kapital eliġibbli tal-istituzzjoni.

F’kull każ li jinqabeż il-limitu, l-istituzzjoni għandha tirrapporta mingħajr dewmien l-ammont tal-eċċess u l-isem tal-klijent ikkonċernat lill-awtoritatjiet kompetenti.

Artikolu 385 Konformità mar-rekwiżiti tal-iskoperturi l-Kbar

(2) Jekk, f’każ eċċezzjonali, l-iskoperturi jaqbżu l-limitu stabbilit fl-Artikolu 384(1), l-istituzzjoni għandha tirrapporta mingħajr dewmien il-valur tal-iskopertura lill-awtoritajiet kompetenti li jistgħu, fejn iċ-ċirkustanzi jiġġustifikaw dan, jagħtu perjodu ta’ żmien limitat lill-istituzzjoni ta’ kreditu sabiex tikkonforma mal-limitu.

Fejn ikun applikabbli l-ammont ta’ EUR 150 miljun imsemmi fl-Artikolu 384(1), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq bażi ta’ każ b’każ, jippermettu li jinqabeż il-limitu ta’ 100 % f’termini tal-fondi proprji tal-istituzzjoni ta’ kreditu.

(3) Fejn il-konformità minn istituzzjoni fuq bażi individwali jew subkonsolidata mal-obbligi imposti f’din il-Parti ma tiġix applikata skont l-Artikolu 6(1), jew id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 jiġu applikati fil-każ ta’ istituzzjonijiet prinċipali fi Stat Membru, iridu jittieħdu miżuri sabiex tiġi żgurata allokazzjoni sodisfaċenti tar-riskji fi ħdan il-grupp.

Artikolu 386 Kalkolazzjoni tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji addizzjonali għal skoperturi kbar fil-portafoll tan-negozjar

(47) L-eċċess imsemmi fl-Artikolu 384(4)(b) għandu jiġi kkalkulat billi jintgħażlu dawk il-komponenti tal-iskopertura totali tal-negozju għall-klijent jew il-grupp ta’ klijenti inkwistjoni li jattiraw l-ogħla rekwiżiti għar-riskju speċifiku fil-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitolu 2 u/jew ir-rekwiżiti fl-Artikolu 293 u l-Parti Tlieta, it-Titolu V, li meta jingħaddu flimkien jilħqu l-ammont tal-eċċess imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 384(4).

(48) Fejn l-eċċess ma jippersistix għal aktar minn għaxart ijiem, ir-rekwiżit ta’ kapital addizzjonali għandu jkun ta’ 200 % tar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1, fuq dawn il-komponenti.

(49) Minn għaxart ijiem wara li jseħħ l-eċċess, il-komponenti tal-eċċess, magħżula skont il-paragrafu 1, għandhom jiddaħħlu fil-linja xierqa fil-Kolonna 1 tat-Tabella 1 f’ordni axxendenti tar-rekwiżiti tar-riskju speċifiku fil-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitolu 2 u/jew ir-rekwiżiti fl-Artikolu 293 u l-Parti Tlieta, it-Titolu V. Ir-rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali għandu jkun daqs is-somma tar-rekwiżiti tar-riskju speċifiku fil-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitolu 2 u/jew l-Artikolu 293 u l-Parti Tlieta, it-Titolu V ir-rekwiżiti fuq dawn il-komponenti, multiplikati bil-fattur korrispondenti fil-Kolonna 2 tat-Tabella 1.

Tabella 1

Kolonna 1: Eċċess ogħla mil-limiti (fuq il-bażi ta’ perċentwal tal-kapital eliġibbli) || Kolonna 2: Fatturi

Sa 40 % || 200 %

Minn 40 % sa 60 % || 300 %

Minn 60 % sa 80 % || 400 %

Minn 80 % sa 100 % || 500 %

Minn 100 % sa 250 % || 600 %

Fuq 250 % || 900 %

Artikolu 387 Proċeduri sabiex jiġi prevenut l-evitar tar-rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali

L-istituzzjonijiet m'għandhomx jevitaw b'mod intenzjonali r-rekwiżiti ta’ fondi proprji addizzjonali stabbiliti fl-Artikolu 386 li kieku jkunu soġġetti għalihom, fuq skoperturi li jaqbżu l-limitu stabbilit fl-Artikolu 384(1) ladarba dawn l-iskoperturi jkunu nżammu għal aktar minn għaxart ijiem, permezz ta’ trasferiment temporanju tal-iskoperturi inkwistjoni lil kumpanija oħra, kemm jekk fi ħdan l-istess grupp kif ukoll jekk le, u/jew billi jitwettqu tranżazzjonijiet artifiċjali sabiex jagħlqu l-iskopertura matul il-perjodu ta’ għaxart (10) ijiem u joħolqu skopertura ġdida.

L-istituzzjonijiet għandhom iżommu sistemi li jiżguraw li kwalunkwe trasferiment li jkollu l-effett imsemmi fl-ewwel subparagrafu jiġi rrappurtat minnufih lill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 388 Tekniki eliġibbli ta’ mitigazzjoni tal-kreditu

(50) Għall-finijiet tal-Artikoli 389 sa 392 it-terminu ‘garanzija’ għandu jinkludi derivati ta’ kreditu rikonoxxuti taħt il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 4 għajr in-noti marbuta ma' kreditu.

(51) Soġġett għall-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, fejn, skont l-Artikoli 389 sa 392 ikun permess ir-rikonoxximent ta’ protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata jew mhux iffinanzjata, dan għandu jkun soġġett għal konformità mar-rekwiżiti tal-eliġibbiltà u rekwiżiti oħra stabbiliti fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 4.

(52) Fejn istituzzjoni timxi mal-Artikolu 390(2), ir-rikonoxximent tal-protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata għandu jkun soġġett għar-rekwiżiti rilevanti taħt il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 3. Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, istituzzjoni ta’ kreditu ma għandhiex tikkunsidra l-kollateral imsemmi fl-Artikolu 195, il-paragrafi 3 sa 5, sakemm dan ma jkunx permess skont l-Artikolu 391.

(53) L-istituzzjonijiet għandhom janalizzaw, sa fejn possibbli, l-iskoperturi tagħhom għall-emittenti ta' kollaterali, għall-fornituri ta’ protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata u għall-assi sottostanti skont l-Artikolu 379(7) sabiex jidentifikaw konċentrazzjonijiet possibbli u fejn xieraq jieħdu azzjoni u jirrappurtaw kwalunkwe sejbiet sinifikanti lill-awtorità kompetenti.

Artikolu 389 Eżenzjonijiet

1. L-iskoperturi li ġejjin għandhom ikunu eżentati mill-applikazzjoni tal-Artikolu 384(1):

(a) elementi ta’ assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq gvernijiet ċentrali jew banek ċentrali li, meta ma jkunux iggarantiti, jingħataw piż ta’ riskju ta’ 0% taħt il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2;

(b) elementi ta’ assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq organizzazzjonijiet internazzjonali jew banek multilaterali tal-iżvilupp li, meta ma jkunux iggarantiti, jingħataw piż ta’ riskju ta’ 0% taħt il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2;

(c) elementi ta’ assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet li jġorru l-garanziji espliċiti ta’ gvernijiet ċentrali, banek ċentrali, organizzazzjonijiet internazzjonali, banek multilaterali tal-żvilupp jew entitajiet mis-settur pubbliku, fejn il-pretensjonijiet skoperti fuq l-entità li tipprovdi l-garanzija jiġu assenjati piż ta’ riskju ta’ 0 % taħt il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2;

(d) skoperturi oħra attribwibbli lil, jew garantiti minn, gvernijiet ċentrali, banek ċentrali, organizzazzjonijiet internazzjonali, banek multilaterali tal-iżvilupp jew entitajiet mis-settur pubbliku, fejn il-pretensjonijiet mhux iggarantiti fuq l-entità li għaliha tkun attribwibbli l-iskopertura jew li tkun garantita minnha tiġi assenjata piż ta’ riskju ta’ 0 % taħt il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2;

(e) elementi ta’ assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq il-gvernijiet reġjonali jew l-awtoritajiet lokali tal-Istati Membri fejn dawn il-pretensjonijiet jingħataw piż ta’ riskju ta’ 0% taħt il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2 u skoperturi oħra għal jew garantiti minn dawn il-gvernijiet reġjonali jew l-awtoritajiet lokali, pretensjonijiet li fuqhom jingħata piż ta’ riskju ta’ 0 % taħt il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2;

(f) skoperturi għall-kontropartijiet imsemmija fl-Artikolu 108(6) jew fl-Artikolu 108(7) jekk jingħataw piż ta’ riskju ta’ 0 % taħt il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2. Skoperturi li ma jilħqux dawn il-kriterji, irrispettivament minn jekk ikunux eżentati mill-Artikolu 384(1) għandhom jiġu ttrattati bħala skoperturi għal parti terza;

(g) elementi ta' assi u skoperturi oħra garantiti minn kollateral fil-forma ta’ depożiti ta’ flus mal-istituzzjoni mutwanti jew mal-istituzzjoni li tkun l-impriża prinċipali jew sussidjarja tal-istituzzjoni mutwanti;

(h) elementi ta' assi u skoperturi oħra garantiti minn kollateral fil-forma ta’ ċertifikati ta’ depożiti maħruġa mill-istituzzjoni mutwanti jew minn istituzzjoni li tkun l-impriża prinċipali jew sussidjarja tal-istituzzjoni mutwanti u depożitati ma' waħda minnhom;

(i) skoperturi li jirriżultaw minn faċilitajiet ta’ kreditu mhux miġbuda li jkunu kklassifikati bħala elementi ta’ riskju baxx li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ fl-Anness I u bil-kundizzjoni li jkun intlaħaq ftehim mal-klijent jew grupp ta’ klijenti konnessi li permezz tiegħu l-faċilità tista’ tinġibed biss jekk ikun ġie aċċertat li l-limitu applikabbli skont l-Artikolu 384(1) ma jkunx se jinqabeż minħabba f’hekk;

(j) skoperturi tan-negozju għal kontropartijiet ċentrali u kontribuzzjonijiet ta’ fondi tal-inadempjenza għal kontropartijiet ċentrali;

(k) skoperturi għal skemi ta’ garanzija tad-depożiti skont id-Direttiva 94/19/KE li jirriżultaw mill-iffinanzjar ta’ dawk l-iskemi, jekk l-istituzzjonijiet membri tal-iskema jkollhom obbligu legali jew kuntrattwali sabiex jiffinanzjaw l-iskema.

Flus riċevuti taħt nota marbuta ma' kreditu maħruġa mill-istituzzjoni u self u depożiti ta’ kontroparti lil jew mal-istituzzjoni li jkunu soġġetti għal ftehim ta’ netting fil-karta tal-bilanċ rikonoxxut skont il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 4 għandhom jitqiesu li jaqgħu taħt il-punt (g).

2. L-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw b'mod sħiħ jew parzjali l-iskoperturi li ġejjin mill-applikazzjoni tal-Artikolu 384(1):

(a) bonds koperti li jaqgħu taħt it-termini tal-Artikolu 124(1) u l-Artikolu 124(2);

(b) elementi ta’ assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq il-gvernijiet reġjonali jew l-awtoritajiet lokali tal-Istati Membri fejn dawn il-pretensjonijiet jingħataw piż ta’ riskju ta’ 20 % taħt il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2 u skoperturi oħra għal jew garantiti minn dawn il-gvernijiet reġjonali jew l-awtoritajiet lokali, pretensjonijiet li fuqhom jingħata piż ta’ riskju ta’ 20 % taħt il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2;

(c) skoperturi, fosthom parteċipazzjonijiet jew tipi oħra ta’ parteċipazzjonijiet, imġarrba minn istituzzjoni għall-impriża prinċipali tagħha, għal sussidjarji oħra ta’ dik l-impriża prinċipali jew għas-sussidjarji tagħha stess, sakemm dawk l-impriżi jkunu koperti mis-superviżjoni fuq bażi konsolidata li tkun soġġetta għaliha l-istituzzjoni stess, skont dan ir-Regolament jew skont standards ekwivalenti li jkunu fis-seħħ f’pajjiż terz; l-iskoperturi li ma jissodisfawx dawn il-kriterji, kemm jekk ikunu kif ukoll jekk ma jkunux eżentati mill-Artikolu 384(1) għandhom jiġu ttrattati bħala skoperturi għal parti terza;

(d) elementi ta' assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq u skoperturi oħra, inklużi l-parteċipazzjonijiet jew tipi oħra ta’ parteċipazzjonijiet, għal istituzzjonijiet reġjonali jew ċentrali ta’ kreditu li tkun assoċjata magħhom l-istituzzjoni ta’ kreditu f’netwerk skont id-dispożizzjonijiet ġuridiċi jew statutorji u li jkunu responsabbli, skont dawn id-dispożizzjonijiet, għall-operazzjonijiet ta’ kklerjar ta’ flus fi ħdan in-netwerk;

(e) elementi ta' assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq u skoperturi oħra għal istituzzjonijiet ta’ kreditu mġarrba minn istituzzjonijiet ta’ kreditu li joperaw fuq bażi mhux kompetittiva, li jipprovdu għoti ta' self skont programmi leġiżlattivi jew l-istatuti tagħhom biex jippromwovu oqsma speċifiċi tal-ekonomija taħt xi forma ta’ sorveljanza governattiva u restrizzjonijiet fuq l-użu tas-self, bil-kundizzjoni li l-iskoperturi rispettivi joriġinaw minn tali self li jkun mgħoddi lill-benefiċjarji permezz ta’ istituzzjonijiet oħra ta’ kreditu;

(f) elementi ta' assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq u skoperturi oħra għall-istituzzjonijiet, bil-kundizzjoni li dawk l-iskoperturi ma jikkostitwux il-fondi proprji ta' dawn l-istituzzjonijiet, u ma jdumux aktar mill-jum tax-xogħol ta’ wara u ma jkunux denominati f’munita kummerċjali ewlenija;

(g) elementi ta' assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq banek ċentrali fil-forma ta’ riżervi minimi meħtieġa miżmuma minn dawk il-banek ċentrali u li jkunu denominati fil-muniti nazzjonali tagħhom;

(h) elementi ta' assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq gvernijiet ċentrali fil-forma ta’ rekwiżiti statutorji ta’ likwidità miżmuma f’titoli tal-gvern u li huma denominati u ffinanzjati fil-muniti nazzjonali bil-kundizzjoni li, fid-diskrezzjoni tal-awtorità kompetenti, il-valutazzjoni tal-kreditu ta’ dawk il-gvernijiet ċentrali assenjati minn ECAI nominata tkun grad ta’ investiment;

(i) 50% tad-dokumenti ta' kreditu b'riskju medju/baxx li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ u tal-faċilitajiet ta’ kreditu mhux miġbuda b'riskju medju/baxx li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ imsemmija fl-Anness I u soġġett għall-qbil tal-awtoritajiet kompetenti, 80% tal-garanziji barra mill-garanziji fuq self li għandhom bażi ġuridika jew regolatorja u jingħataw għall-membri tagħhom bi skemi ta’ garanzija reċiproka li għandhom status ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu;

(j) il-garanziji legalment meħtieġa li jintużaw meta self ipotekarju ffinanzjat permezz tal-ħruġ ta' bonds ta’ ipoteki jitħallas lill-mutwatarju tal-ipoteka qabel ir-reġistrazzjoni finali tal-ipoteka fir-reġistru tal-artijiet, bil-kundizzjoni li l-garanzija ma tintużax biex tnaqqas ir-riskju fil-kalkolu tal-assi peżati għar-riskju;

(k) assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet u skoperturi oħra għal kambji rikonoxxuti.

Artikolu 390 Kalkolazzjoni tal-effett tal-użu ta’ tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu

1. Sabiex jiġi kkalkulat il-valur tal-iskoperturi għall-finijiet tal-Artikolu 384(1) istituzzjoni tista’ tuża l-‘valur tal-iskopertura kompletament aġġustat’ kif ikkalkulat taħt il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 4 billi tikkunsidrata l-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu, l-aġġustamenti fil-volatilità, u kwalunkwe diskrepanza fil-maturità (E*).

2. Istituzzjoni li jkollha l-permess li tuża stimi tal-LGDs u fatturi ta’ konverżjoni tagħha stess għal klassi ta' skopertura taħt il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 3 tista’, soġġett għal permess mill-awtoritajiet kompetenti tirrikonoxxi l-effetti ta’ kollateral finanzjarju fil-kalkolu tal-valur tal-iskoperturi għall-finijiet tal-Artikolu 384(1).

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu l-permess imsemmi fis-subparagrafu preċedenti biss jekk l-istituzzjoni tkun tista’ tistma l-effetti tal-kollateral finanzjarju fuq l-iskoperturi tagħhom b’mod separat minn aspetti oħra relevanti għal-LGD.

Istituzzjoni għandha tapplika tali proċeduri sabiex l-istimi li tipproduċi jkunu adegwati biżżejjed biex jitnaqqas il-valur tal-iskopertura għall-finijiet ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 384.

Meta istituzzjoni jkollha permess tuża l-istimi tagħha stess tal-effetti tal-kollateral finanzjarju, hija għandha tagħmel dan fuq bażi konsistenti mal-approċċ adottat fil-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji skont dan ir-Regolament.

L-istituzzjonijiet li jkollhom permess jużaw l-istimi tal-LGDs u l-fatturi ta’ konverżjoni tagħhom għal klassi ta' skopertura taħt il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 3, li ma jikkalkulawx il-valur tal-iskoperturi tagħhom bl-użu tal-metodu msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, jistgħu jużaw il-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju jew l-approċċ stabbilit fl-Artikolu 392(1)(b) għall-kalkolu tal-valur tal-iskoperturi.

3. Istituzzjoni li tuża l-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju jew li jkollha permess tuża l-metodu deskritt fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu fil-kalkolu tal-valur tal-iskoperturi għall-finijiet tal-Artikolu 384(1) għandha twettaq testijiet perjodiċi tal-istress tal-konċentrazzjonijiet tar-riskju ta' kreditu tagħhom, inkluż fir-rigward tal-valur realizzabbli ta’ kwalunkwe kollateral meħud.

Dawn it-testijiet perjodiċi tal-istress imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jindirizzaw ir-riskji li jirriżultaw minn bidliet potenzjali fil-kundizzjonijiet tas-suq li jistgħu jaffettwaw b’mod avvers l-adegwadezza tal-fondi proprji tal-istituzzjonijiet u riskji li jirriżultaw mir-realizzazzjoni ta’ kollateral f’sitwazzjonijiet ta’ stress.

It-testijiet imwettqa tal-istress għandhom ikunu adegwati u xierqa għall-valutazzjoni ta’ tali riskji.

Jekk it-test perjodiku tal-istress jindika valur realizzabbli aktar baxx ta’ kollateral meħud milli jkun permess li jitqies meta jintuża l-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju jew il-metodu deskritt fil-paragrafu 2 kif xieraq, il-valur tal-kollateral permess għandu jitnaqqas kif meħtieġ sabiex jiġi rikonoxxut fil-kalkolu tal-valur tal-iskoperturi għall-finijiet tal-Artikolu 384(1).

L-istituzzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jinkludu dan li ġej fl-istrateġiji tagħhom sabiex jindirzzaw ir-riskju tal-konċentrazzjoni:

(a) politiki u proċeduri sabiex jindirizzaw riskji li jirriżultaw minn diskrepanzi fil-maturità bejn l-iskoperturi u kwalunkwe protezzjoni tal-kreditu fuq dawn l-iskoperturi;

(b) politiki u proċeduri fil-każ li test tal-istress jindika valur realizzabbli aktar baxx ta’ kollateral minn dak ikkunsidrat fl-użu tal-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju jew il-metodu deskritt fil-paragrafu 2;

(c) politiki u proċeduri relatati mar-riskju tal-konċentrazzjoni li jirriżulta mill-applikazzjoni tat-tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskji ta’ kreditu, u b’mod partikolari skoperturi kbar ta’ kreditu indirett, pereżempju għal emittent uniku ta' titoli meħuda bħala kollateral.

Artikolu 391 Skoperturi li jirriżultaw minn self ipotekarju

1. Sabiex tikkalkula l-valur tal-iskoperturi jew kwalunkwe parti ta' skopertura garantita b’ipoteki fuq proprjetà residenzjali, istituzzjoni tista’ tnaqqas il-valur tal-iskopertura sa 50 % tal-valur tal-proprjetà residenzjali kkonċernata, fejn tintlaħaq waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-iskopertura tkun garantita, b’ipoteki fuq proprjetà residenzjali jew b’ishma fil-kumpaniji Finlandiżi tal-akkomodazzjoni residenzjali, li joperaw skont l-Att Finlandiż dwar il-Kumpaniji tal-Akkomodazzjoni tal-1991 jew leġiżlazzjoni suċċessiva ekwivalenti;

(b) l-iskopertura tkun tirrigwarda tranżazzjoni ta’ kiri li fiha s-sid iżomm is-sjieda sħiħa tal-proprjetà residenzjali mikrija sakemm il-kerrej ma jkunx eżerċita l-opzjoni tiegħu li jixtri.

Il-valur tal-proprjetà għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta' standards prudenti ta' valwazzjoni stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’dispożizzjonijiet amministrattivi. Il-valwazzjoni għandha titwettaq mill-inqas darba kull tliet snin għall-proprjetà residenzjali.

Ir-rekwiżiti fl-Artikolu 203 u fl-Artikolu 224(1) għandhom japplikaw għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu.

‘Propjetà residenzjali’ għandha tfisser residenza li tkun okkupata jew mikrija mis-sid.

2. Għall-finijiet tal-kalkolu tal-valur tal-iskoperturi jew kwalunkwe parti ta' skopertura garantita b’ipoteki fuq proprjetà kummerċjali, istituzzjoni ta’ kreditu tista’ tnaqqas il-valur tal-iskopertura sa 50 % tal-valur tal-proprjetà kummerċjali kkonċernata biss jekk l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati fl-Istat Membru fejn tkun qiegħda l-proprjetà kummerċjali jippermettu li l-iskoperturi li ġejjin jirċievu piż ta’ riskju ta’ 50 % fuq il-bażi tal-istess kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 121:

(a) skoperturi garantiti b’ipoteki fuq uffiċċji jew bini kummerċjali ieħor, jew permezz ta’ ishma fil-kumpaniji Finlandiżi tal-Akkomodazzjoni, li joperaw skont l-Att Finlandiż tal-1991 dwar il-Kumpaniji tal-Akkomodazzjoni jew leġiżlazzjoni ekwivalenti sussegwenti, fir-rigward ta’ uffiċċji jew bini kummerċjali ieħor;

(b) skoperturi relatati ma' tranżazzjonijiet ta’ kiri ta’ proprjetà li jirrigwardaw uffiċċji jew bini kummerċjali ieħor.

Il-valur tal-proprjetà għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta' standards prudenti ta' valwazzjoni stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’dispożizzjonijiet amministrattivi.

Proprjetà kummerċjali għandha tkun kompletament mibnija, mikrija u tipproduċi dħul xieraq mill-kiri.

Artikolu 392 Approċċ ta’ sostituzzjoni

5. Meta skopertura għal klijent tkun garantita minn parti terza, jew garantita minn kollateral maħruġ minn parti terza, istituzzjoni tista’:

(a) tittratta l-parti tal-iskopertura li tkun garantita bħala waħda mġarrba mill-garanti minflok mill-klijent bil-kundizzjoni li l-iskopertura mhux garantita għall-garanti tkun assenjata piż ta’ riskju daqs jew inqas minn piż ta’ riskju tal-iskopertura mhux garantita għall-klijent skont il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2;

(b) tittratta l-parti tal-iskopertura kollateralizzata skont il-valur tas-suq ta’ kollateral rikonoxxut bħala wieħed imġarrab mill-parti terza minflok mill-klijent, jekk l-iskopertura tkun garantita minn kollateral u bil-kundizzjoni li l-parti kollateralizzata tal-iskopertura tingħata piż ta’ riskju daqs jew inqas minn piż ta’ riskju ta' skopertura mhux garantita għall-klijent skont il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2.

L-approċċ imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ma għandux jintuża minn istituzzjoni fejn ikun hemm diskrepanza bejn il-maturità tal-iskopertura u l-maturità tal-protezzjoni.

Għall-finijiet ta’ din il-Parti, istituzzjoni tista’ tuża kemm il-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju kif ukoll it-trattament imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu f’dawk il-każi biss fejn għandha permess tuża kemm il-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju kif ukoll il-Metodu Sempliċi tal-Kollateral Finanzjarju għall-finijiet tal-Artikolu 87.

8. Fejn istituzzjoni tapplika l-punt (a) tal-paragrafu 1:

(a) fejn il-garanzija tkun denominata f’munita differenti minn dik li fiha tkun denominata l-iskopertura, l-ammont tal-iskopertura meqjusa bħala koperta għandu jiġi kkalkulat skont id-dispożizzjonijiet dwar it-trattament tad-diskrepanza fil-munita għal protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata fil-Parti Tlieta, Titolu II, Kapitolu 4;

(b) diskrepanza bejn il-maturità tal-iskopertura u l-maturità tal-protezzjoni għandha tiġi ttrattat skont id-dispożizzjonijiet dwar it-trattament tan-nuqqas ta' diskrepanza fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 4;

(c) tista' tiġi rikonoxxuta kopertura parzjali skont it-trattament stabbilit fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 4.

PARTI ĦAMSA SKOPERTURI GĦAL RISKJU TA’ KREDITU TRASFERIT

Titolu I Dispożizzjonijiet ġenerali għal din il-Parti

Artikolu 393 Kamp ta' applikazzjoni

It-Titoli II u III għandhom japplikaw għal titolizzazzjonijiet ġodda maħruġa fl-1 ta’ Jannar 2011 jew wara. Wara l-31 ta’ Diċembru 2014, it-Titoli II u III għandhom japplikaw għal titolizzazzjonijiet eżistenti fejn skoperturi sottostanti ġodda jiżdiedu jew jiġu sostitwiti wara dik id-data.

Titolu II Rekwiżiti għall-istituzzjonijiet li jinvestu

Artikolu 394 Interess miżmum tal-emittent

6. Istituzzjoni, għajr meta taġixxi bħala oriġinatriċi, sponser jew mutwanti oriġinali, għandha tkun skoperta għar-riskju tal-kreditu ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni fil-portafoll tan-negozjar jew fil-portafoll mhux ta' negozjar tagħha biss jekk l-oriġinatur, l-isponser jew il-mutwanti oriġinali jkun iddivulga b’mod espliċitu lill-istituzzjoni li huwa se jkun qed iżomm, fuq bażi kontinwa, interess materjali ekonomiku nett li fl-ebda każ ma għandu jkun inqas minn 5 %.

Waħda minn dawn li ġejjin biss jikkwalifikaw bħala żamma ta’ interess materjali ekonomiku nett ta’ mhux inqas minn 5%:

(a) żamma ta’ mhux inqas minn 5 % tal-valur nominali ta’ kull segment mibjugħ jew trasferit lill-investituri;

(b) fil-każ ta’ titolizzazzjonijiet ta' skoperturi ċirkolanti, żamma tal-interess tal-oriġinatur ta’ mhux inqas minn 5 % tal-valur nominali tal-iskoperturi titolizzati;

(c) żamma ta' skoperturi magħżula b’mod aleatorju, ekwivalenti għal mhux inqas minn 5 % tal-ammont nominali tal-iskoperturi titolizzati, fejn tali skoperturi normalment kienu jkunu titolizzati fit-titolizzazzjoni, bil-kundizzjoni li n-numru ta' skoperturi potenzjalment titolizzati ma jkunx inqas minn 100 fl-oriġinazzjoni;

(d) żamma tas-segment tal-ewwel telf u, jekk neċessarju, segmenti oħra li jkollhom l-istess profil ta’ riskju jew wieħed aktar gravi minn dawk trasferiti jew mibjugħa lill-investituri u li ma jimmaturawx qabel dawk trasferiti jew mibjugħa lill-investituri, sabiex b’kollox iż-żamma tammonta għal mhux inqas minn 5 % tal-valur nominali tal-iskoperturi titolizzati.

L-interess ekonomiku nett jitkejjel fl-oriġinazzjoni u għandu jinżamm fuq bażi kontinwa. L-interess ekonomiku nett, inklużi l-pożizzjonijiet, l-interess jew l-iskoperturi miżmuma, m’għandu jkun soġġett għall-ebda mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu jew pożizzjonijiet fil-qosor jew ħeġġ ieħor u m'għandux jinbiegħ. L-interess ekonomiku nett għandu jiġi determinat mill-valur nozzjonali għall-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ.

Ma għandu jkun hemm l-ebda applikazzjoni multipla tar-rekwiżiti ta’ żamma għal xi titolizzazzjoni partikolari.

9. Fejn istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali tal-UE jew kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja tal-UE, jew waħda mis-sussidjarji tagħha, bħala oriġinatriċi jew sponser, tittitolizza skoperturi minn diversi istituzzjonijiet ta’ kreditu, ditti tal-investiment jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra li huma inklużi fl-ambitu ta' superviżjoni fuq bażi konsolidata, ir-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jiġi ssodisfat fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali tal-UE jew kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja tal-UE.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika biss fejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, id-ditti tal-investiment jew l-istituzzjonijiet finanzjarji li ħolqu l-iskoperturi titolizzati jkunu impenjaw ruħhom li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 397 u jibagħtu, fil-ħin, l-informazzjoni meħtieġa sabiex jintlaħqu r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 398 lill-oriġinatur jew lill-isponser u lill-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali tal-UE jew kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja tal-UE.

10. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika meta l-iskoperturi titolizzati jkunu pretensjonijiet jew pretensjonijiet kontinġenti jew garantiti kompletament, b’mod inkondizzjonali u irrevokabbli mill-entitajiet li ġejjin:

(a)     gvernijiet ċentrali jew banek ċentrali;

(b)     gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku tal-Istati Membri;

(c)     istituzzjonijiet li jingħataw piż ta’ riskju ta’ 50 % jew inqas taħt il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2;

(d)     banek multilaterali tal-iżvilupp.

11. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal dawn li ġejjin:

(a)     tranżazzjonijiet ibbażati fuq indiċi ċar, trasparenti u aċċessibbli, fejn l-entitajiet referenzjarji sottostanti jkunu identiċi għal dawk li jiffurmaw indiċi tal-entitajiet li jkun negozjat fil-wisa', jew ikunu titoli kummerċjabbli oħra għajr pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni;

(b)     self sindikat, riċevibbli mixtrija jew swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu fejn dawn l-istrumenti ma jintużawx sabiex jippakkettjaw u/jew jiħħeġġjaw titolizzazzjoni koperta mill-paragrafu 1.

Artikolu 395 Diliġenza dovuta

(1) Qabel ma jinvestu, u kif ikun xieraq wara, l-istituzzjonijiet għandhom ikunu jistgħu juru lill-awtoritajiet kompetenti li għal kull pożizzjoni individwali ta’ titolizzazzjoni tagħhom, huma għandhom fehim komprensiv u dettaljat tal-politiki u l-proċeduri formali li huma xierqa għall-portafoll tan-negozjar u għall-portafoll mhux ta' negozjar tagħhom u li implimentaw dawn il-politiki u l-proċeduri b'mod proporzjonali mal-profil tar-riskju tal-investimenti tagħhom f’pożizzjonijiet titolizzati għall-analiżi u l-irreġistrar ta’:

(a) l-informazzjoni divulgata skont l-Artikolu 394(1), mill-oriġinaturi jew l-isponsers sabiex jispeċifikaw l-interess ekonomiku nett li jkollhom, fuq bażi kontinwa, fit-titolizzazzjoni;

(b) il-karatteristiċi tar-riskju tal-pożizzjoni individwali ta’ titolizzazzjoni;

(c) il-karatteristiċi tar-riskju tal-iskoperturi sottostanti l-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni;

(d) ir-reputazzjoni u l-esperjenza ta' telf f’titolizzazzjonijiet preċedenti tal-oriġinaturi jew tal-isponsers fil-klassijiet ta’ skoperturi rileventi li fuqhom tkun ibbażata l-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni;

(e) id-rappurtaġġ u d-divulgazzjonijiet magħmula mill-oriġinaturi jew l-isponsers, jew l-aġenti jew il-konsulenti tagħhom, dwar id-diliġenza dovuta tagħhom fuq l-iskoperturi titolizzati u, fejn xieraq, fuq il-kwalità tal-kollateral li jsostni l-iskoperturi titolizzati;

(f) fejn applikabbli, il-metodoloġiji u l-kunċetti li fuqhom tkun ibbażata il-valwazzjoni tal-kollateral li jsostni l-iskoperturi titolizzati u l-politiki adottati mill-oriġinatur jew l-isponser sabiex tiġi żgurata l-indipendenza tal-valwatur;

(g) il-karatteristiċi strutturali kollha tat-titolizzazzjoni li jistgħu jaffettwaw b’mod materjali l-prestazzjoni tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni tal-istituzzjoni.

L-istituzzjonijiet għandhom b’mod regolari jwettqu t-testijiet tal-istress tagħhom stess li jkunu xierqa għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni tagħhom. Għal dan il-għan, l-istituzzjonijiet jistgħu joqogħdu fuq mudelli finanzjarji żviluppati minn ECAI bil-kundizzjoni li l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu juru, meta jiġu mitluba jagħmlu dan, li huma jkunu ħadu ħsieb qabel ma investew li jivvalidaw is-suppożizzjonijiet rilevanti fil-mudelli u l-istrutturar tagħhom u biex jifhmu l-metodoloġija, is-suppożizzjonijiet u r-riżultati.

1. L-istituzzjonijiet, għajr meta jaġixxu bħala oriġinaturi jew sponsers jew mutwanti oriġinali, għandhom jistabbilixxu proċeduri formali xierqa fil-portafoll tan-negozjar u l-portafoll mhux ta' negozjar tagħhom u proporzjonali mal-profil tar-riskju tal-investimenti tagħhom f’pożizzjonijiet titolizzati sabiex jimmonitorjaw fuq bażi kontinwa u fil-waqt l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti l-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni tagħhom. Fejn rilevanti, dan għandu jinkludi t-tip ta' skopertura, il-perċentwal ta’ self aktar minn 30, 60 u 90 jum wara d-data tal-għeluq, ir-rati ta' inadempjenza, ir-rati tal-prepagament, is-self fi stat ta’ preklużjoni, it-tip ta' kollateral u l-okkupanza, u d-distribuzzjoni tal-frekwenza tal-marki tal-kreditu jew kejl ieħor ta’ vijabbiltà kreditizja fl-iskoperturi sottostanti, id-diversifikazzjoni industrijali u ġeografika, id-distribuzzjoni tal-frekwenza tas-self mal-proporzjonijiet tal-valur b'band widths li jiffaċilitaw l-analiżi xierqa tas-sensittività. Fejn l-iskoperturi sottostanti jkunu huma stess pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni, l-istituzzjonijiet għandu jkollhom l-informazzjoni stabbilita f’dan is-subparagrafu mhux biss fis-segmenti ta’ titolizzazzjoni sottostanti, bħal isem l-emittent u l-kwalità tal-kreditu, iżda wkoll dwar il-karatteristiċi u l-prestazzjoni tal-pulijiet sottostanti dawk is-segmenti ta' titolizzazzjoni.

L-istituzzjonijiet għandu jkollhom fehim fid-dettall tal-karatteristiċi strutturali kollha ta’ tranżazzjoni ta’ titolizzazzjoni li taffettwa b’mod materjali l-prestazzjoni tal-iskoperturi tagħhom għat-tranżazzjoni bħal pereżempju l-kaskata kuntrattwali u skattaturi relatati mal-kaskata, titjib tal-kreditu, titjib tal-likwidità, skattaturi tal-valur tas-suq, u definizzjoni speċifika għan-negozju ta’ inadempjenza.

Artikolu 396 Piż ta’ riskju addizzjonali

Meta istituzzjoni ma tilħaqx ir-rekwiżiti tal-Artikoli 394 jew 395 f’xi aspett materjali minħabba negliġenza jew ommissjoni tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jimponu piż ta’ riskju addizzjonali proporzjonali ta’ mhux inqas minn 250 % tal-piż ta’ riskju (limitu massimu ta’ 1250 %) li għandu japplika għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni rilevanti kif speċifikat fl-Artikoli 240(6) jew 326(3) rispettivament. Il-piż ta’ riskju addizzjonali għandu jiżdied progressivament ma’ kull ksur sussegwenti tad-dispożizzjonijiet dwar id-diliġenza dovuti.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw l-eżenzjonijiet għal ċerti titolizzazzjonijiet previsti fl-Artikolu 394(3) billi jnaqqsu l-piż ta’ riskju li kieku kienu jimponu skont dan l-Artikolu fir-rigward ta’ titolizzazzjoni li għaliha japplika l-Artikolu 394(3).

Titolu III Rekwiżiti għal istituzzjonijiet li huma sponsers u oriġinaturi

Artikolu 397 Kriterji għall-għoti ta’ kreditu

L-istituzzjonijiet li huma sponsers u oriġinaturi għandhom japplikaw l-istess kriterji sodi u definiti sewwa għall-għoti ta’ kreditu skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 77 tad-Direttiva [imdaħħla mill-OP] għal skoperturi li jridu jiġu titolizzati hekk kif japplikaw għal skoperturi li se jkunu qed jinżammu fil-ktieb tagħhom. Għal dan il-għan, l-istess proċessi għall-approvazzjoni u, fejn rilevanti, l-emendar, it-tiġdid u r-rifinanzjament ta’ krediti għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet li huma oriġinaturi u sponsers. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ukoll l-istess standards ta’ analiżi għall-parteċipazzjonijiet jew is-sottoskrizzjonijiet fil-ħarġiet ta’ titolizzazzjoni mixtrija minn partijiet terzi kemm jekk dawk il-parteċipazzjonijiet jew sottoskrizzjonijiet ikunu ser jinżammu fil-portafoll tan-negozjar kif ukoll jekk ikunu ser jinżammu fil-portafoll mhux ta' negozjar tagħhom.

Fejn ma jintlaħqux ir-rekwiżiti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan l-Artikolu, l-Artikolu 240(1) ma għandux jiġi applikat minn istituzzjoni oriġinatriċi u dik l-istituzzjoni oriġinatriċi m’għandhiex titħalla teskludi l-iskoperturi titolizzati mill-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali tagħha skont dan ir-Regolament.

Artikolu 398 Divulgazzjoni lill-investituri

L-istituzzjonijiet li huma sponsers u oriġinaturi għandhom jiddivulgaw lill-investituri l-livell tal-impenn tagħhom skont l-Artikolu 394 sabiex iżommu interess ekonomiku nett fit-titolizzazzjoni. L-istituzzjonijiet li huma sponsers u oriġinaturi għandhom jiżgura li l-investituri prospettivi jkollhom aċċess faċilment disponibbli għad-dejta kollha materjalment rilevanti dwar il-kwalità tal-kreditu u l-prestazzjoni tal-iskoperturi sottostanti individwali, il-flussi ta’ flus u l-kollateral li jsostni skopertura ta’ titolizzazzjoni kif ukoll dik l-informazzjoni neċessarja sabiex jitwettqu testijiet tal-istress komprensivi u infurmati sewwa fuq il-flussi tal-flus u valuri kollaterali li jsostnu lill-iskoperturi sottostanti. Għal dak il-għan, id-dejta materjalment rilevanti għandha tiġi determinata mid-data tat-titolizzazzjoni u fejn xieraq minħabba n-natura tat-titolizzazzjoni wara dik id-data.

Artikolu 399 Kundizzjoni uniformi tal-applikazzjoni

(54) Kull sena l-ABE għandha tirrapporta lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda mill-awtoritajiet kompetenti sabiex jiżguraw il-konformità mill-istituzzjonijiet mar-rekwiżiti tat-Titoli II u III.

(55) L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi għall-iffaċilitar tal-konverġenza tal-prattiki superviżorji fir-rigward tal-Artikoli 394 sa 398, inklużi l-miżuri li għandhom jittieħdu f’każ ta’ ksur tad-diliġenza dovuta u l-obbligi ta' mmaniġjar tar-riskji.

L-ABE għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

PARTI SITTA LIKWIDITÀ

Titolu I Definizzjonijiet u r-rekwiżit ta’ kopertura tal-likwidità

Artikolu 400 Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din il-Parti, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

– 'Konsumatur finanzjarju' tfisser konsumatur li jwettaq attività waħda jew aktar minn dawk elenkati fl-Anness I għad-Direttiva [imdaħħla mill-OP] bħala n-negozju ewlieni tiegħu, jew huwa waħda minn dawn li ġejjin:

(a)     istituzzjoni ta’ kreditu;

(b)     ditta tal-investiment;

(c)     SSPE;

(d)     CIU;

(e)     skema ta’ investiment limitat

(f)      impriża tal-assigurazzjoni;

(g)     kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja jew kumpanija b’parteċipazzjoni b'attività mħallta.

(2)          'Depożitu fil-livell ta' konsumatur' tfisser obbligazzjoni lejn persuna fiżika jew impriża ta’ daqs żgħir jew medju fejn l-obbligazzjoni aggregata lejn tali klijenti jew grupp ta’ klijenti konnessi tkun inqas minn miljun 1 EUR.

Artikolu 401 Rekwiżit ta’ kopertura tal-likwidità

7. L-istituzzjonijiet għandu jkollhom fi kwalunkwe ħin assi likwidi, li s-somma tal-valuri tagħhom tkun daqs jew akbar mill-ħruġ ta’ likwidità imnaqqas mid-dħul tal-likwidità f’kundizzjonijiet ta’ stress sabiex ikun żgurat li l-istituzzjonijiet iżommu livelli ta' bafers ta’ likwidità li jkunu adegwati biex jiffaċċjaw kwalunkwe nuqqas ta’ bilanċ possibbli bejn id-dħul u l-ħruġ ta' likwidità f’kundizzjonijiet ta’ stress fuq perjodu ta’ żmien qasir.

8. L-istituzzjonijiet ma għandhomx jgħoddu darbtejn dħul ta’ likwidità u assi likwidi.

9. L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw l-assi likwidi msemmija fil-paragrafu 1 sabiex jilħqu l-obbligi tagħhom f’ċirkustanzi ta’ stress kif speċifikat fl-Artikolu 402.

10. Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-Titolu II għandhom japplikaw b’mod esklussiv għall-għanijiet tal-ispeċifikazzjoni tal-obbligi ta’ rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 403.

Artikolu 402 Konformità mar-rekwiżiti tal-likwidità

Meta istituzzjoni ta’ kreditu ma tilħaqx, jew ma tkunx mistennija li se tilħaq ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 401(1), hija għandha tinforma immedjatament lill-awtoritajiet kompetenti u għandha tissottometti mingħajr dewmien pjan għall-istabbiliment mill-ġdid tal-konformità mal-Artikolu 401 lill-awtorità kompetenti. Sakemm terġa' tiġi stabbilita tali konformità, l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tirrapporta l-elementi kuljum sat-tmiem ta’ kull jum ta' negozju sakemm l-awtorità kompetenti ma tawtorizzax frekwenza aktar baxxa u perjodu ta’ żmien itwal. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu tali awtorizzazzjonijiet biss fuq il-bażi tas-sitwazzjoni individwali ta’ istituzzjoni ta’ kreditu. Huma għandhom jimmonitorjawum l-implimentazzjoni tal-pjan tar-restawr u għandhom jesiġu restawr aktar mgħaġġel jekk dan ikun xieraq.

Titolu II Rappurtar tal-likwidità

Artikolu 403 Obbligu ta’ rappurtar u l-format tar-rappurtar

1. L-istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw l-elementi msemmija fit-Titolu II u III u l-komponenti tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti, inkluża l-kompożizzjoni tal-assi likwidi tagħhom skont l- Artikolu 404 u l-Anness III. Il-frekwenza tar-rappurtar ma għandhiex tkun ta’ inqas minn darba fix-xahar għar-rekwiżit fit-Titolu II u l-Anness III u mhux inqas minn kull tliet xhur għall-elementi msemmija fit-Titolu III.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jawtorizzaw biss frekwenza ta’ rappurtar aktar baxxa jew dewmien itwal tar-rappurtar fuq il-bażi tas-sitwazzjoni individwali tal-istituzzjoni ta’ kreditu. Huma għandhom jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ restawr imsemmi f’dak l-Artikolu u għandhom, fejn ikun xieraq, jesiġu restawr aktar mgħaġġel minn dak stipulat fil-pjan.

2. Meta awtorità kompetenti tiddeċiedi li istituzzjoni jkollha riskju sinifikanti tal-likwidità f’munita oħra jew f’fergħa sinifikanti kif definit fl-Artikolu 52 tad-Direttiva [imdaħħla mill-OP] fi Stat Membru ospitanti li juża munita differenti minn dik tal-Istat Membru tad-domiċilju, l-istituzzjoni għandha tirrapporta b’mod separat l-elementi denominati f’munita barranija jew indiċizzati fiha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju.

3. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi sabiex tispeċifika dan li ġej:

(a) formati uniformi bi struzzjonijiet assoċjati għalihom u l-frekwenzi, id-dati u l-perjodi ta’ dewmien tar-rappurtar. Il-formati tar-rappurtar u l-frekwenzi għandhom ikunu proporzjonali man-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet differenti tal-istituzzjonijiet u għandhom jinkludu r-rappurtar meħtieġ skont il-paragrafi 1 u 2;

(b) metriċi addizzjonali meħtieġa għall-monitoraġġ tal-likwidità, li jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jiksbu idea komprensiva dwar il-profil tar-riskju tal-likwidità, proporzjonali man-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet ta’ istituzzjoni;

(c) is-soluzzjonijiet informatiċi li għandhom jiġu applikati għal tali rappurtar li jippermettu aċċess elettroniku dirett u immedjat għar-rappurtar ta’ istituzzjoni meta dan ikun meħtieġ mid-Direttiva [imdaħħla mill-OP] u dan ir-Regolament.

n.

L-ABE għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2013.

Il-Kummisjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

4. Fuq talba, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jipprovdu aċċess elettroniku dirett u immedjat għar-rappurtar individwali skont dan l-Artikolu lill-awtoritajiet kompetenti u lill-bank ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri ospitanti u lill-ABE.

5. Fuq talba, l-awtoritajiet kompetenti li jwettqu superviżjoni fuq bażi konsolidata skont l-Artikolu 107 tad-Direttiva [imdaħħla mill-OP] għandhom jipprovdu aċċess elettroniku dirett u immedjat għar-rappurtar kollu sottomess mill-istituzzjoni skont dan l-Artikolu lill-awtoritajiet li ġejjin:

(a) l-awtoritajiet kompetenti u l-bank ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri ospitanti fejn hemm fergħat sinifikanti ta’ sussidjarji tal-istituzzjoni prinċipali jew istituzzjonijiet ikkontrollati mill-istess kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali;

(b) l-awtoritajiet kompetenti li għandhom sussidjarji awtorizzati tal-istituzzjoni prinċipali jew istituzzjonijiet ikkontrollati mill-istess kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja prinċipali u l-bank ċentrali nazzjonali tal-istess Stat Membru;

(c) l-ABE;

(d) il-BĊE.

6. Fuq talba, l-awtoritajiet kompetenti li jkollhom istituzzjoni awtorizzata li hija sussidjarja ta’ istituzzjoni prinċipali jew kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja prinċipali għandhom jipprovdu aċċess elettroniku dirett u immedjat għar-rappurtar kollu sottomess mill-istituzzjoni skont il-formati uniformi msemmija fil-paragrafu 3 lill-awtoritajiet kompetenti li għandhom iwettqu superviżjoni fuq bażi konsolidata skont l-Artikolu 106 tad-Direttiva [imdaħħla mill-OP], lill-bank ċentrali tal-Istat Membru fejn tkun awtorizzata l-istituzzjoni u lill-ABE.

Artikolu 404 Rappurtar dwar l-assi likwidi

1. L-istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw dawn li ġejjin bħala assi likwidi sakemm ma jkunux esklużi mill-paragrafu 2 u biss jekk l-assi likwidi jissodisfaw il-kundizzjonijiet fil-paragrafu 3:

(a) flus u depożiti f’banek ċentrali sakemm dawn id-depożiti jkunu jistgħu jinġibdu lura fi żminijiet ta’ stress;

(b) assi trasferibbli li huma ta’ likwidità u kwalità ta’ kreditu għoljin ħafna;

(c) assi trasferibbli li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew li jkunu garantiti mill-gvern ċentrali ta’ Stat Membru jew ta' pajjiż terz jekk l-istituzzjoni ġġarrab riskju ta’ likwidità f’dak l-Istat Membru jew pajjiż terz li hija tkopri billi żżomm dawn l-assi likwidi;

(d) assi trasferibbli li huma ta’ likwidità u kwalità ta’ kreditu għoljin.

Sakemm tinħareġ definizzjoni uniformi skont l-Artikolu 481(2) ta’ likwidità u kwalità ta’ kreditu għoljin u għoljin ħafna, l-istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw huma stess assi trasferibbli f’munita partikolari li jkunu ta’ likwidità u kwalità ta’ kreditu għoljin jew għoljin ħafna, rispettivament. Sakemm tinħareġ definizzjoni uniformi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, wara li jikkunsidraw il-kriterji elenkati fl-Artikolu 481(2), jipprovdu gwida ġenerali li l-istituzzjonijiet għandhom isegwu sabiex jidentifikaw l-assi ta’ likwidità u kwalità ta’ kreditu għoljin u għoljin ħafna. Fin-nuqqas ta’ tali gwida, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw kriterji trasparenti u oġġettivi għal dan il-għan, inklużi xi wħud mill-kriterji jew il-kriterji kollha elenkati fl-Artikolu 481(2).

2. Dawn li ġejjin ma għandhomx jitqiesu bħala assi likwidi:

(a) assi li jinħarġu minn istituzzjoni ta’ kreditu sakemm ma jissodisfawx waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)      ikunu bonds eliġibbli għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 124(3) or (4);

(ii)      ikunu bonds kif definiti fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE għajr dawk imsemmija fil-punt (i);

(iii)     l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun ġiet stabbilita u tkun sponsorjata minn gvern ċentrali jew reġjonali ta’ Stat Membru u l-assi jkun garantit minn dak il-gvern u użat sabiex jiġi ffinanzjat self promozzjonali mogħti fuq bażi mhux kompetittiva u mhux għall-profitt sabiex jippromwovi l-għanijiet tal-politika pubblika tiegħu;

(b) assi maħruġa minn xi waħda milli ġejjin:

(i)      ditta tal-investiment;

(ii)      impriża tal-assigurazzjoni;

(iii)     kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja;

(iv)     kumpaniji b'parteċipazzjoni b’attivitajiet imħallta;

(v)     kwalunkwe entità oħra li twettaq attività waħda jew aktar minn dawk elenkati fl-Anness I għad-Direttiva [imdaħħla mill-OP] bħala n-negozju ewlieni tagħha.

3. L-istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw bħala likwidi biss dawk l-assi li jissodisfaw kull waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) ma jinħarġux mill-istituzzjoni nnifisha jew l-istituzzjonijiet prinċipali jew sussidjarji tagħha jew sussidjarja oħra tal-istituzzjonijiet prinċipali tagħha jew kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja prinċipali;

(b) ikunu kollateral eliġibbli fi żminijiet normali għall-ħtiġijiet ta’ likwidità ta’ dakinhar u faċilitajiet ta’ likwidità mil-lum għall-għada ta’ bank ċentrali fi Stat Membru jew jekk l-assi likwidi jinżammu biex jissodisfaw il-ħruġ tal-likwidità fil-munita ta’ pajjiż terz, tal-bank ċentrali ta’ dak il-pajjiż terz;

(c) il-prezz tagħhom jista’ jiġi determinat minn formula li tkun faċli biex tiġi kkalkulata bbażata fuq inputs pubblikament disponibbli u li ma tkunx tiddependi fuq suppożizzjonijiet solidi kif inhu tipikament il-każ għall-prodotti strutturati jew eżotiċi;

(d) ikunu elenkati f'borża rikonoxxuta;

(e) huma kummerċjabbli fuq bejgħ attiv dirett jew swieq bi ftehim ta’ riakkwist b’għadd kbir u varjat ta’ parteċipanti tas-suq, volum għoli ta’ negozjar, u suq wiesa’ u fond.

Il-kundizzjoni fil-punt (b) ma għandhiex tapplika f’każ ta’ assi likwidi miżmuma biex jissodisfaw il-ħruġ ta' likwidità f’munita li fiha jkun hemm definizzjoni stretta ħafna ta’ eliġibbiltà tal-bank ċentrali. Fil-każ ta’ muniti ta’ pajjiżi terzi, din l-eċċezzjoni għandha tapplika u tapplika biss jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz japplikaw l-istess eċċezzjoni u l-pajjiż terz ikollu fis-seħħ rekwiżiti komparabbli ta’ rappurtar.

4. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi li jelenkaw il-muniti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3.

L-ABE għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2013.

Tingħata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Qabel id-dħul fis-seħħ tal-istandards tekniċi msemmija fis-subparagrafu preċedenti, l-istituzzjonijiet jistgħu jkomplu japplikaw it-trattament stabbilit fl-ewwel subparagrafu, fejn l-awtoritajiet kompetenti jkunu applikaw dak it-trattament qabel l-1 ta’ Jannar 2013.

5. L-ishma jew unitajiet fis-CIUs jistgħu jiġu ttrattati bħala assi likwidi sa ammont assolut ta’ EUR 250 miljun bil-kundizzjoni li jintlaħqu r-rekwiżiti fl-Artikolu 127(3) u li s-CIU, minbarra d-derivati għall-mitigazzjoni tar-rata tal-imgħax jew tar-riskju tal-kreditu, tinvesti biss f’assi likwidi.

6. Meta assi likwidu ma jibqax eliġibbli għall-paragrafu 1, istituzzjoni xorta waħda tista’ tkompli tqisu bħala assi likwidu għal perjodu addizzjonali ta’ 30 ġurnata tal-kalendarju.

Artikolu 405 Rekwiżiti operazzjonali għall-parteċipazzjonijiet f'assi likwidi

L-istituzzjoni għandha tirrapporta biss bħala assi likwidi dawk il-parteċipazzjonijiet ta’ assi likwidi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

– ikunu diversifikati kif xieraq;

– mhux inqas minn 60% tal-assi likwidi li l-istituzzjoni tirrapporta jkunu assi msemmija fil-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 404(1). Tali assi dovuti jew eżerċitabbli fi żmien 30 ġurnata tal-kalendarju ma għandhomx jingħaddu għas-60% sakemm l-assi ma jkunux inkisbu taħt kollateral li jikkwalifika wkoll taħt il-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 404(1);

– ikunu disponibbli minnufih b’mod legali u prattiku fi kwalunkwe ħin matul it-30 ġurnata li jmiss biex jiġu likwidati permezz ftehimiet ta’ bejgħ dirett jew ta' riakkwist sabiex jintlaħqu l-obbligi li jkunu qed isiru dovuti. Assi likwidi msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 404 li jinżammu f'pajjiżi terzi fejn hemm restrizzjonijiet fuq it-trasferiment jew li jkunu denominati f’muniti mhux konvertibbli għandhom jitqiesu disponibbli biss sakemm jikkorrispondu għall-ħruġ fil-pajjiż terz jew fil-munita inkwistjoni.

– l-assi likwidi jkunu kkontrollati minn funzjoni tal-immaniġjar tal-likwidità;

– parti mill-assi likwidi tkun perjodikament u mill-anqas darba fis-sena likwidata permezz ta’ bejgħ dirett jew ftehim ta’ riakkwist għall-għanijiet li ġejjin:

(i)      sabiex jiġi ttestjat l-aċċess ta’ dawn l-assi għas-suq,

(ii)     sabiex tiġi ttestjata l-effikaċja tal-proċessi tagħha għal-likwidazzjoni tal-assi

(iii)     sabiex tiġi ttestjata l-utilizzabbiltà tal-assi,

(iv)    sabiex jiġi minimizzat ir-riskju ta’ senjalar negattiv matul perjodu ta’ stress;

– ir-riskji tal-prezzijiet assoċjati mal-assi jistgħu jiġu ħħeġġjati iżda l-assi likwidi jkunu soġġetti għal arranġamenti interni xierqa li jiżguraw li ma jkunux ser jintużaw f’operazzjonijiet oħra li jkunu għaddejjin, fosthom:

(i)      iħħeġġjar jew strateġiji oħra ta’ negozjar;

(ii)     biex jitjieb il-kreditu fi tranżazzjonijiet strutturati;

(iii)     sabiex ikunu koperti l-ispejjeż operazzjonali.

– id-denominazzjoni tal-assi likwidi tkun konsistenti mad-distribuzzjoni skont il-munita tal-ħruġ tal-likwidità wara t-tnaqqis tad-dħul b’limitu massimu.

Artikolu 406 Valwazzjoni tal-assi likwidi

11. Il-valur ta’ assi likwidu li jrid jiġi rrappurtat għandu jkun il-valur tas-suq tiegħu, soġġett għal telf impost xieraq li mill-anqas jirrefletti t-tul taż-żmien, il-kreditu u r-riskju ta’ likwidità u t-telf impost tar-repo tipiku f’perjodi ta’ stress ġenerali fis-suq. It-telf impost ma għandux ikun inqas minn 15% għall-assi fil-punt (d) tal-Artikolu 404(1). Jekk l-istituzzjoni ta’ kreditu tiħħeġġja r-riskju tal-prezzijiet assoċjat ma’ assi, hija għandha tikkunsidra l-fluss tal-flus li jirriżulta mill-għeluq potenzjali tal-ħeġġ.

12. L-ishma jew unitajiet fis-CIUs kif imsemmija fl-Artikolu 404(4) għandhom ikunu soġġetti għal telf impost, imqassam 'looking through' fuq l-assi sottostanti kif ġej:

(a) 0% għall-assi fil-punt (a) tal-Artikolu 404(1) ;

(b) 5% għall-assi fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 404(1) ;

(c) 20% għall-assi fil-punt (d) tal-Artikolu 404(1).

L-approċċ 'look-thorugh' għandu jiġi applikat kif ġej:

(a) fejn l-istituzzjoni tkun konxja tal-iskoperturi sottostanti ta’ CIU, hija tista’ tirreferi direttament għal dawk l-iskoperturi sottostanti sabiex tassenjahom għall-punt (a) sa (d) tal-Artikolu 404(1);

(b) fejn l-istituzzjoni ma tkunx konxja tal-iskoperturi sottostanti ta’ CIU, għandu jiġi preżunt li s-CIU tinvesti, sal-massimu li huwa permess skont il-mandat tagħha, f’ordni dixxendenti fit-tipi tal-assi msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 404(1) sakemm jintlaħaq il-limitu massimu ta’ investiment totali.

13. L-istituzzjonijiet jistgħu joqogħdu fuq il-partijiet terzi li ġejjin sabiex jikkalkulaw u jirrappurtaw it-telf impost għall-ishma jew l-unitajiet fis-CIUs, skont il-metodi stabbiliti fil-punti (a) u (b) fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2:

(a) l-istituzzjoni depożitorja tas-CIU bil-kundizzjoni li s-CIU tinvesti b'mod esklussiv f’titoli u tiddepożita t-titoli kollha ma’din l-istituzzjoni depożitarja;

(b) għal CIUs oħra, il-kumpanija tal-immaniġjar tas-CIU, bil-kundizzjoni li l-kumpanija tal-immaniġjar tas-CIU tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 127(3)(a).

Il-korrettezza tal-kalkoli mill-istituzzjoni depożitorja jew mill-kumpanija tal-immaniġjar tas-CIU għandha tiġi kkonfermata minn awditur estern.

Artikolu 407 Muniti b’limitazzjonijiet fuq id-disponibbiltà ta’ assi likwidi

1. L-ABE għandha tivvaluta d-disponibbiltà, għall-istituzzjonijiet, tal-assi likwidi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 404(1) fil-muniti li huma rilevanti għall-istituzzjonijiet tal-UE.

2. Fejn il-ħtiġijiet ġustifikati għall-assi likwidi fid-dawl tar-rekwiżit fl-Artikolu 401 ikunu qed jaqbżu d-disponibbiltà ta’ dawk l-assi likwidi f’munita, għandha tapplika deroga waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)     b’deroga mill-punt (b) tal-Artikolu 405, is-sehem perċentwali tal-assi msemmija fil-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 404(1) fl-assi likwidi li l-istituzzjoni tirrapporta jista’ jkun inqas minn 60%;

(b)     b’deroga mill-punt (h) tal-Artikolu 405, id-denominazzjoni tal-assi likwidi tista’ tkun inkonsistenti mad-distribuzzjoni skont il-munita tal-ħruġ tal-likwidità wara t-tnaqqis tad-dħul b'limitu massimu.

(c)     għall-muniti ta’ pajjiżi terzi, l-assi likwidi meħtieġa jistgħu jiġu sostitwiti minn linji ta’ kreditu mill-bank ċentrali ta’ dak il-pajjiż terz, li jkunu kuntrattwalment irrevokabbli għat-30 ġurnata li jmiss u li jkunu pprezzati b’mod ġust, indipendentement mill-ammont attwalment miġbud, bil-kundizzjoni li l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz jagħmlu l-istess u l-pajjiż terz jimplimenta rekwiżiti ta’ rappurtar komparabbli.

3. Id-derogi applikati skont il-paragrafu 2 għandhom ikunu proporzjonalment inversi għad-disponibbiltà tal-assi rilevanti. Il-ħtiġijiet ġustifikati tal-istituzzjonijiet għandhom jiġu valutati billi titqies il-kapaċità tagħhom li jnaqqsu, permezz ta’ maniġment sod tal-likwidità, il-ħtieġa għal dawk l-assi likwidi u l-parteċipazzjonijiet f'dawk l-assi minn parteċipanti oħra fis-suq.

4. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi li jelenkaw il-muniti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

L-ABE għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2013.

Tingħata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

5. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-eċċezzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2.

L-ABE għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2013.

Il-Kummissjoni hija delegata bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

6. L-ABE għandha tagħti pariri lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2013 dwar it-telf impost xieraq għal assi miżmuma b’riżultat tad-deroga msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2.

Artikolu 408 Ħruġ tal-likwidità

(56) Il-ħruġ tal-likwidità li għandu jiġi rrappurtat għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma tal-elementi li ġejjin:

(a) il-perċentwali tal-ammont attwali pendenti għad-depożiti fil-livell ta' konsumatur kif stabbilit fl-Artikolu 409;

(b) il-perċentwali tal-ammonti attwali pendenti ta’ obbligazzjonijiet oħra li jsiru dovuti, jistgħu jissejħu għall-ħlas jew jinvolvu aspettattiva impliċita tal-fornitur tal-finanzjament li matul it-30 ġurnata li jmiss li l-istituzzjoni tkun trid tħallas lura l-obbligazzjoni hekk kif stabbilit fl-Artikolu 410;

(c) il-ħruġ addizzjonali msemmi fl-Artikolu 411;

(d) il-perċentwal tal-ammont massimu li jista’ jinġibed matul it-30 ġurnata li jmiss minn kreditu mhux miġbud u l-faċilitajiet tal-likwidità li jikkwalifikaw bħala riskju medju jew medju għal baxx skont l-Anness I, kif stabbilit fl-Artikolu 412;

(e) il-ħruġ addizzjonali identifikat fil-valutazzjoni skont il-paragrafu 2.

(57) L-istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw b’mod regolari l-probabbiltà u l-volum potenzjali ta’ ħruġ ta’ likwidità matul it-30 ġurnata li jmiss fir-rigward ta’ prodotti jew servizzi, li mhumiex koperti mill-Artikoli 410 sa 412 u li dawn l-istituzzjonijiet joffru jew jisponsorjaw jew li akkwirenti potenzjali jikkunsidrawhom bħala assoċjati ma’ dawn l-istituzzjonijiet, inkluż kwalunkwe arranġament kuntrattwali bħal obbligi oħra li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ jew obbligi ta’ finanzjament kontinġenti. Dan il-ħruġ għandu jiġi valutat bis-suppożizzjoni ta’ xenarju kombinat ta’ stress idjosinkratiku u fis-suq kollu.

Għal din il-valutazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw b’mod partikolari d-danni materjali fir-reputazzjoni li jistgħu jirriżultaw mill-fatt li ma jkunux taw appoġġ ta' likwidità lil tali prodotti jew servizzi. Mill-anqas darba fis-sena, l-istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw il-prodotti u s-servizzi li l-probabbiltà u l-volum tagħhom imsemmija fl-ewwel subparagrafu jkunu materjali għall-awtoritajiet kompetenti, u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il-ħruġ li jrid jiġi assenjat.

Mill-anqas darba fis-sena, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrappurtaw lill-ABE t-tipi ta’ prodotti u servizzi li għalihom ikunu ddeterminaw il-ħruġ fuq il-bażi tar-rapporti mill-istituzzjonijiet. F’dan ir-rapport huma għandhom jispjegaw ukoll il-metodoloġija applikata sabiex jiġi determinat il-ħruġ.

(58) L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw it-trattament tal-prodotti u s-servizzi msemmija fil-paragrafu 2, li jidentifikaw il-prodotti jew is-servizzi li għandhom ikunu koperti għal dawn l-għanijiet u l-metodi xierqa sabiex jiġi determinat il-ħruġ li għandu jiġi assenjat.

L-ABE għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2014.

Il-Kummissjoni tiġi delegata bis-setgħa tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 409 Ħruġ fuq depożiti fil-livell ta' konsumatur

1. L-istituzzjonijiet għandhom jimmultiplikaw l-ammont ta’ depożiti fil-livell ta' konsumatur li jkunu koperti minn Skema ta’ Garanzija tad-Depożiti skont id-Direttiva 94/19/KE jew skema ekwivalenti ta’ garanzija tad-depożiti f’pajjiż terz b'mill-inqas 5% fejn id-depożitu jkun wieħed minn dawn

(a) ikun parti minn relazzjoni stabbilita li tagħmel l-irtirar ferm improbabbli;

(b) jinżamm f’kont ta’ tranżazzjoni, inklużi kontijiet li fihom jiġu kkreditati salarji b’mod regolari.

2. L-istituzzjonijiet għandhom jimmultiplikaw depożiti fil-livell ta' konsumatur oħra mhux imsemmija fil-paragrafu 1 b’tal-inqas 10%.

3. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi sabiex jiġu determinati l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 fir-rigward tal-identifikazzjoni tad-depożiti fil-livell ta' konsumatur soġġetti għal ħruġ ogħla minn dak speċifikat fil-paragrafu 1 jew 2 u d-definizzjonijiet ta’ dawk il-prodotti u l-ħruġ xieraq għall-finijiet ta’ dan it-Titolu. Dawn l-istandards għandhom jikkunsidraw il-probabbiltà li dawn id-depożiti jwasslu għall-ħruġ ta’ likwidità matul it-30 ġurnata li jmiss. Dan il-ħruġ għandu jiġi valutat bis-suppożizzjoni ta’ xenarju kombinat ta’ stress idjosinkratiku u fis-suq kollu.

L-ABE għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2013.

Tingħata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

4. L-istituzzjonijiet għandhom jimmultiplikaw id-depożiti fil-livell ta' konsumatur li jkunu ħadu f’pajjiżi terzi b’perċentwal ogħla minn dak speċifikat fil-paragrafi 1 u 2 jekk tali perċentwal ikun ipprovdut b’rekwiżiti komparabbli ta’ rappurtar mill-pajjiż terz.

5. L-istituzzjonijiet jistgħu jeskludu ċerti kategoriji ta’ depożiti fil-livell ta' konsumatur li jkunu ċirkoskritti b’mod ċar mill-kalkolu tal-ħruġ sakemm l-istituzzjoni tapplika dejjem b’mod rigoruż dan li ġej għall-kategorija kollha ta’ dawk id-depożiti, għajr f’ċirkustanzi ta’ diffikultà għad-depożitur li jkunu ġew ġustifikati b’mod individwali:

(a) għal 30 ġurnata, id-depożitur ma jitħalliex jiġbed id-depożitu;

(b) għal prelevament kmieni fi żmien 30 ġurnata, id-depożitur irid iħallas penalità għall-prelevament kmieni li tkun materjalment akbar mit-telf tal-imgħax li jikseb għall-bqija tal-maturità mingħajr il-prelevament kmieni. Minkejja s-sentenza preċedenti, il-penalità m'għandhiex għalfejn taqbeż l-imgħax dovut għaż-żmien li jkun għadda minn meta jkun miftiehem it-terminu attwali tad-depożitu.

Artikolu 410 Ħruġ fuq obbligazzjonijiet oħrajn

1. L-istituzzjonijiet għandhom jimmultiplikaw b’0% l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-infiq tal-operat tal-istituzzjonijiet stess.

2. Jekk ikunu kollateralizzati minn assi li jikkwalifikaw bħala assi likwidi skont l-Artikolu 404, l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn għoti ta' self garantit u t-tranżazzjonijiet immotivati mis-suq kapitali kif definit fl-Artikolu 188 għandhom jiġu mmultiplikati mill-istituzzjonijiet b’:

(a)      0% sal-valur tal-assi likwidi skont l-Artikolu 406;

(b)     100% għall-obbligazzjoni li jifdal.

3. L-istituzzjonijiet għandhom jimmultiplikaw l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn għoti ta' self garantit u tranżazzjonijiet immotivati mis-suq kapitali kif definit fl-Artikolu 188 b’25% jekk l-assi ma jkunux jikkwalifikaw bħala assi likwidi skont l-Artikolu 404 u l-mutwanti jkun il-bank ċentrali jew entità oħra mis-settur pubbliku tal-Istat Membru fejn tkun ġiet awtorizzata l-istituzzjoni ta’ kreditu.

4. L-istituzzjonijiet għandhom jimmultiplikaw l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn depożiti li jridu jinżammu:

(a) mid-depożitur sabiex jinkisbu servizzi ta’ kklerjar, kustodja jew ta’ mmaniġjar tal-flus mill-istituzzjoni;

(b) fil-kuntest ta’ qsim ta' kompiti komuni fi skema ta’ protezzjoni istituzzjonali li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 108(7) jew bħala depożitu minimu legali jew statutorju minn entità oħra li tkun Membru tal-istess skema ta’ protezzjoni istituzzjonali;

b’5% fil-każ tal-punt (a) safejn ikunu koperti minn Skemi ta’ Garanzija tad-Depożiti skont id-Direttiva 94/19/KE jew skema ekwivalenti ta’ garanzija tad-depożiti f’pajjiż terz u b’25% f’każijiet oħra.

Is-servizzi ta’ kklerjar, ta’ kustodja u ta’ mmaniġjar tal-flus imsemmija fil-punt (a) jkopru biss tali servizzi sakemm dawn jitwettqu fil-kuntest ta’ relazzjoni stabbilita li fuqha d-depożitur ikollu dipendenza sostanzjali. Ma għandhomx jikkonsistu sempliċement f’servizzi bankarji korrispondenti jew ta’ senserija primarja u l-istituzzjoni għandu jkollha provi oġġettivi li l-klijent ma jistax jiġbed dawk l-ammonti fuq perjodu ta’ 30 ġurnata mingħajr ma jikkomprometti l-funzjonament operazzjonali tagħha.

5. L-istituzzjonijiet għandhom jimmultiplikaw b’75% l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn depożiti ta’ klijenti li ma jkunux klijenti finanzjarji sakemm dawn l-obbligazzjonijiet ma jaqgħux taħt il-paragrafu 4.

6. L-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw l-ammonti pagabbli u riċevibbli mistennija fuq il-perjodu ta’ 30 ġurnata mill-kuntratti elenkati fl-Anness II fuq bażi netta għall-kontropartijiet kollha u għandhom jimmultiplikawhom b’100% fil-każ ta’ ammont nett pagabbli. Bażi netta għandha tfisser ukoll in-nett tal-kollateral li għandu jiġi riċevut li jikkwalifika bħala assi likwidi skont l-Artikolu 404.

7. L-istituzzjonijiet għandhom jimmultiplikaw b’100% l-obbligazzjonijiet l-oħra li ma jaqgħux taħt il-paragrafi 1 sa 5.

8. B’deroga mill-paragrafu 7, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu l-permess sabiex jiġi applikat perċentwal iżgħar fuq bażi ta’ każ b’każ meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) id-depożitur ikun istituzzjoni prinċipali jew sussidjarja tal-istituzzjoni jew sussidjarja oħra tal-istess istituzzjoni prinċipali jew marbut mal-istituzzjoni permezz ta’ relazzjoni fis-sens tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE;

(b) ikun hemm raġunijiet għalfejn wieħed jistenna ħruġ aktar baxx fuq it-30 ġurnata li jmiss anki f’xenarju kombinat ta’ stress idjosinkratiku u fis-suq kollu;

(c) b'deroga mill-Artikolu 413 id-depożitur japplika dħul simetriku korrispondenti u aktar konservattiv;

(d) l-istituzzjoni u d-depożitur ikunu stabbiliti fl-istess Stat Membru sakemm ma japplikax l-Artikolu 18(1)(b).

Meta jitħalla li jiġi applikat tali ħruġ aktar baxx, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-ABE bid-deċiżjoni u r-raġunijiet tagħha. Il-kundizzjonijiet għal tali ħruġ aktar baxx għandhom jiġu riveduti b’mod regolari mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 411 Ħruġ Addizzjonali

1. Kollateral għajr l-assi li jikkorrispondu għall-Artikolu 404(1) a) sa c), li jiġi depożitat mill-istituzzjoni għall-kuntratti elenkati fl-Anness II, għandu jkun soġġett għal ħruġ addizzjonali ta’ 15% tal-valur tas-suq tal-assi li jikkorrispondu għall-Artikolu 404(1)(d) u 20% tal-valur tas-suq ta’ assi oħra.

2. Jekk l-awtorità kompetenti tikkunsidra n-negozjati ta' istituzzjoni fit-tranżazzjonijiet immotivati mis-suq kapitali speċifikati fl-Artikolu 188 jew fil-kuntratti elenkati fil-materjal tal-Anness II b’rabta mal-ħruġ potenzjali ta’ likwidità tal-istituzzjoni, l-istituzzjoni għandha żżid ħruġ addizzjonali għall-ħtiġijiet kollaterali addizzjonali li jirriżultaw, skont il-kuntratti li tkun daħlet fihom l-istituzzjoni, minn degradazzjoni materjali fil-kwalità tal-kreditu tal-istituzzjoni bħal deklassifikazzjoni tat-tlett livelli fil-valutazzjoni tal-kreditu esterna tagħha. Id-daqs ta’ din id-degradazzjoni materjali għandu jiġi rivedut b’mod regolari u notifikat lill-awtorità kompetenti.

3. L-istituzzjoni għandha żżid ħruġ addizzjonali li jikkorrispondi għall-ħtiġijiet kollaterali li jirriżultaw mill-impatt ta’ xenarju avvers tas-suq fuq in-negozjati tal-istituzzjoni fil-kuntratti elenkati fl-Anness II jekk dawn tal-aħħar ikunu materjali.

L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex jiġu determinati l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni fir-rigward tal-kunċett tal-materjalità u l-metodi għall-kejl ta’ dan il-ħruġ addizzjonali.

L-ABE għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2013.

Il-Kummissjoni hija delegata bis-setgħa tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

4. L-istituzzjoni għandha żżid ħruġ addizzjonali li jikkorrispondi għall-valur tas-suq ta' titoli jew assi oħra mibjugħa bin-nieqes u li għandhom jiġu konsenjati fil-perjodu ta’ 30 ġurnata sakemm l-istituzzjoni ma tkunx is-sid tat-titoli li jridu jiġu konsenjati jew tkun isselfithom b’termini li jeħtieġu r-ritorn tagħhom biss wara l-perjodu ta’ 30 ġurnata u t-titoli ma jiffurmawx parti mill-assi likwidi tal-istituzzjoni.

Artikolu 412 Ħruġ minn faċilitajiet ta’ kreditu u ta’ likwidità

1. L-istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw ħruġ minn faċilitajiet ta’ kreditu u ta’ likwidità, li għandu jiġi determinat bħala perċentwal tal-ammont massimu li jista’ jinġibed. Dan l-ammont massimu li jista’ jinġibed jista’ jiġi vvalutat wara li jitnaqqas il-valur skont l-Artikolu 406 tal-kollateral li jrid jiġi pprovdut jekk l-istituzzjoni tista’ tuża mill-ġdid il-kollateral u jekk il-kollateral ikun fil-forma ta’ assi likwidi skont l-Artikolu 404. Il-kollateral li jrid jiġi pprovdut ma jistax ikun assi maħruġ mill-kontroparti tal-faċilità jew waħda mill-entitajiet affiljati tagħha. Jekk l-informazzjoni neċessarja tkun disponibbli għall-istituzzjoni, l-ammont massimu li jista’ jinġibed għall-faċilitajiet ta’ kreditu u ta’ likwidità pprovdut lill-SSPEs għandu jiġi determinat bħala l-ammont massimu li jista’ jinġibed minħabba obbligi proprji tal-SSPEs li jkunu ser isiru dovuti matul it-30 ġurnata li jmiss.

2. L-ammont massimu li jista’ jinġibed minn faċilitajiet ta’ kreditu u ta’ likwidità mhux miġbida għandu jiġi multiplikat b’5% jekk dawn jikkwalifikaw għall-klassi ta' skoperturi fil-livell ta' konsumatur skont l-approċċ Standardizzat jew IRB għar-riskju tal-kreditu.

3. L-ammont massimu li jista’ jinġibed minn faċilitajiet ta’ kreditu u ta’ likwidità mhux miġbuda għandu jiġi multiplikat b’10% meta dawn jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)     ma jikkwalifikawx għall-klassi ta' skoperturi fil-livell ta' konsumatur skont l-approċċ Standardizzat jew IRB għar-riskju tal-kreditu;

(b)     ikunu ngħataw lil klijenti li mhumiex klijenti finanzjarji;

(c)     ma jkunux ingħataw sabiex jiġi sostitwit il-finanzjament tal-klijent f’sitwazzjonijiet fejn ma jkunx jista' jikseb ir-rekwiżiti ta’ finanzjament tiegħu fis-swieq finanzjarji.

4. L-ammont massimu li jista’ jinġibed minn faċilitajiet ta’ kreditu u ta’ likwidità mhux miġbuda għandu jiġi multiplikat b’100%. Dan japplika b'mod partikolari għal dawn li ġejjin:

(a) faċilitajiet ta’ likwidità li l-istituzzjoni tat lill-SSPEs;

(b) arranġamenti li bihom l-istituzzjoni tkun meħtieġa tixtri jew tisswapja assi minn SSPE.

5. L-istituzzjonijiet, li ġew stabbiliti u li huma sponsorjati minn gvern ċentrali jew reġjonali ta’ Stat Membru jistgħu japplikaw it-trattamenti fil-paragrafi 2 u 3 permezz ta’ deroga mill-paragrafu 4 anki fuq faċilitajiet ta’ kreditu u ta’ likwidità li jingħataw lill-istituzzjonijiet għall-iskop uniku ta’ finanzjament b’mod dirett jew indirett ta’ self promozzjonali li jikkwalifika għall-klassijiet ta' skopertura msemmija f’dawk il-paragrafi. Dan is-self promozzjonali għandu jkun disponibbli biss għal persuni li mhumiex klijenti finanzjarji fuq bażi mhux kompetittiva u mhux għall-profitt sabiex jiġu promossi l-għanijiet tal-politika pubblika ta’ dak il-gvern ċentrali jew reġjonali tal-Istat Membru. Għandu jkun possibbli biss li jinġibdu minn tali faċilitajiet wara talba għal self promozzjonali u sal-ammont ta’ tali talba.

Artikolu 413 Dħul

12. L-istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw id-dħul b'limitu massimu tal-likwidità tagħhom. Id-dħul b'limitu massimu tal-likwidità għandu jkun id-dħul tal-likwidità limitat għal 75% tal-ħruġ tal-likwidità. L-istituzzjonijiet jistgħu jeżentaw minn dan il-limitu d-dħul tal-likwidità minn depożiti li jkunu saru ma’ istituzzjonijiet oħra u li jikkwalifikaw għat-trattamenti stabbiliti fl-Artikolu 108(6) jew l-Artikolu 108(7).

14. Id-dħul tal-likwidità għandu jitkejjel fuq it-30 ġurnata li jmiss. Għandu jiġi inkluż biss id-dħul kuntrattwali minn skoperturi li ma jkunu wara d-data tal-għeluq u li l-bank ma jkollux raġuni għaliex jistenna minnhom nuqqas ta’ prestazzjoni matul il-perjodu ta’ 30 ġurnata. Id-dħul għandu jiġi kkunsidrat b'mod sħiħ għajr dan li ġej:

(a) flejjes dovuti minn klijenti li mhumiex klijenti finanzjarji għandhom jitnaqqsu b’50% tal-valur tagħhom jew bl-impenji kuntrattwali lil dawn il-klijenti sabiex jiġi estiż il-finanzjament, liema minnhom ikun l-ogħla. Dan ma japplikax għal flejjes dovuti minn self garantit u tranżazzjonijiet immotivati mis-suq kapitali kif definit fl-Artikolu 188 li jkunu kollateralizzati minn assi likwidi skont l-Artikolu 404;

(b) flejjes dovuti minn self garantit u tranżazzjonijiet immotivati mis-suq kapitali kif definit fl-Artikolu 188 jekk ikunu kollateralizzati minn assi likwidi, ma għandhomx jiġu kkunsidrati sal-valur nett tat-telf impost tal-assi likwidi u għandhom jiġu kkunsidrati b'mod sħiħ għall-flejjes dovuti li jifdal;

(c) flejjes dovuti li l-istituzzjoni li għandha tagħti dawn il-flejjes tittrattahom skont l-Artikolu 410(4), kwalunkwe faċilità ta' kreditu jew ta' likwidità mhux miġbuda u kwalunkwe impenn ieħor riċevut ma għandhomx jiġu kkunsidrati.

15. L-ammonti pagabbli u r-riċevibbli mistennija matul il-perjodu ta’ 30 ġurnata mill-kuntratti elenkati fl-Anness II għandhom jiġu riflessi fuq bażi netta fost il-kontropartijiet u għandhom jiġu multiplikati b’100% tal-ammont nett riċevibbli. Bażi netta għandha tfisser ukoll in-nett tal-kollateral li għandu jiġi riċevut li jikkwalifika bħala assi likwidi skont l-Artikolu 404.

16. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu permess sabiex jiġi applikat, permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2 punt c), dħul ogħla fuq bażi ta' każ b'każ għal faċilitajiet ta’ kreditu u ta’ likwidità meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) ikun hemm raġunijiet biex wieħed jistenna dħul ogħla anki taħt stress idjosinkratiku;

(b) il-fornutur ikun istituzzjoni prinċipali jew sussidjarja tal-istituzzjoni jew sussidjarja oħra tal-istess istituzzjoni prinċipali jew marbut mal-istituzzjoni permezz ta’ relazzjoni fis-sens tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE;

(c) l-istituzzjoni u l-fornitur għandhom ikunu stabbiliti fl-istess Stat Membru sakemm ma jkunx japplika l-Artikolu 18(1)(b).

Fejn ikun permess li jiġi applikat tali dħul ogħla, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-ABE bid-deċiżjoni u r-raġunijiet għaliha. Il-kundizzjonijiet għal tali dħul ogħla għandhom jiġu riveduti b’mod regolari mill-awtoritajiet kompetenti.

17. L-istituzzjonijiet ma għandhom jirrappurtaw dħul mill-ebda wieħed mill-assi likwidi rrappurtati skont l-Artikolu 404 għajr il-pagamenti dovuti fuq l-assi li ma jkunux riflessi fil-valur tas-suq tal-assi.

18. L-istituzzjonijiet ma għandhomx jirrappurtaw dħul mill-ħruġ ġdid ta’ kwalunkwe obbligi.

19. L-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw biss id-dħul ta’ likwidità li għandu jiġi riċevut f’pajjiżi terzi fejn hemm restrizzjonijiet fuq it-trasferiment jew li jkun denominat f’muniti mhux konvertibbli sakemm jikkorrispondu għall-ħruġ fil-pajjiż terz jew fil-munita inkwistjoni.

Titolu III Rappurtar dwar finanzjament stabbli

Artikolu 414 Elementi li jipprovdu finanzjament stabbli

13. L-elementi li ġejjin għandhom jiġu rrappurtati lill-awtoritajiet kompetenti b’mod separat sabiex tkun tista’ ssir valutazzjoni tad-disponibbiltà ta’ finanzjament stabbli:

(a)     fondi proprji;

(b)     l-obbligazzjonijiet li ġejjin mhux inklużi fil-punt (a):

(i)      depożiti fil-livell ta' konsumatur kif definiti fl-Artikolu 409(1);

(ii)      mid-depożiti fil-punt (i), dawk li jikkwalifikaw għat-trattament fl-Artikolu 409(2).

(iii)     depożiti li jikkwalifikaw għat-trattament fl-Artikolu 410(3);

(iv)     mid-depożiti fil-punt (iii), dawk li huma soġġetti għal garanzija tad-depożiti skont id-Direttiva 94/19/KE jew garanziji tad-depożiti ekwivalenti ta’ pajjiż terz skont it-termini tal-Artikolu 409(2);

(v)     mid-depożiti fil-punt (iii), dawk li jaqgħu taħt il-punt (b) fl-Artikolu 410(3)

(vi)     ammonti depożitati li ma jaqgħux taħt il-punt (i) jew (iii) jekk ma jkunux depożitati minn klijenti finanzjarji;

(vii)    il-finanzjament kollu miksub minn klijenti finanzjarji;

(viii)   b’mod separat għall-ammonti li jaqgħu taħt il-punti (vi) u (vii) rispettivament, finanzjament minn għoti ta' self garantit u tranżazzjonijiet immotivati mis-suq kapitali kif definit fl-Artikolu 188

· kollateralizzati minn assi likwidi kif stabbilit fl-Artikolu 404;

· kollateralizzati minn kwalunkwe assi oħra;

(ix)     obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn titoli maħruġa li jikkwalifikaw għat-trattament fl-Artikolu 124;

(x)     obbligazzjonijiet oħra li jirriżultaw minn titoli maħruġa;

(xi)     kwalunkwe obbligazzjoni oħra.

20. Fejn applikabbli, l-elementi kollha għandhom jiġu ppreżentati fil-ħames taqsimiet li ġejjin skont kemm ikunu viċin id-data tal-maturità tagħhom u l-iktar data kmieni li fiha jistgħu jissejħu kuntrattwalment:

(a) fi żmien tliet xhur,

(b) bejn tlieta u 6 xhur;

(c) bejn 6 u 9 xhur;

(d) bejn 9 u 12-il xahar;

(e) wara 12-il xahar.

Artikolu 415 Elementi li jeħtieġu finanzjament stabbli

14. L-elementi li ġejjin għandhom jiġu rrappurtati lill-awtoritajiet kompetenti b’mod separat sabiex tkun tista’ ssir valutazzjoni tal-ħtiġijiet għal finanzjament stabbli:

4.1.1.1. l-assi msemmija fl-Artikolu 404, maqsuma skont it-tip ta’ assi;

4.1.1.2. titoli u strumenti tas-suq tal-flus mhux inklużi fil-punt (a);

4.1.1.3. titoli ta' ekwità ta’ entitajiet li mhumiex finanzjarji elenkati fuq indiċi ewlieni f’borża rikonoxxuta;

4.1.1.4. titoli ta' ekwità oħra;

4.1.1.5. deheb;

4.1.1.6. metall prezzjuż ieħor;

4.1.1.7. self mhux rinnovabbli u riċevibbli, b’mod separat dawk li l-mutwatarji tagħhom huma:

(i)      persuni fiżiċi għajr proprjetarju kummerċjali uniku u soċjetajiet u depożiti magħmula minn impriżi żgħar u ta’ daqs medju fejn id-depożitu aggregat magħmul minn dak il-klijent jew grupp ta’ klijenti konnessi jkun ta' inqas minn EUR 1 miljun;

(ii)      sovrani, banek ċentrali u PSEs;

(iii)     klijenti mhux imsemmija fil-punti (i) u (ii) għajr konsumaturi finanzjarji;

(iv)     kwalunkwe mutwatarju ieħor;

4.1.1.8. riċevibbli ta' derivati;

4.1.1.9. kull assi ieħor;

4.1.1.10. faċilitajiet ta’ kreditu mhux miġbud li jikkwalifikaw bħala ‘riskju medju’ jew ‘riskju medju/baxx’ taħt l-Anness I.

21. Fejn applikabbli, l-elementi kollha għandhom jiġu ppreżentati fil-ħames taqsimiet deskritti fl-Artikolu 414(2).

PARTI SEBGĦA INGRANAĠĠ

Artikolu 416 Kalkolu tal-proporzjon ta’ ingranaġġ

(1) L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-proporzjon ta’ ingranaġġ tagħhom skont il-metodoloġija stabbilita fil-paragrafi 2 sa 10.

(2) Il-proporzjon ta’ ingranaġġ għandu jiġi kkalkulat bħala l-kejl tal-kapital ta’ istituzzjoni diviż bil-kejl tal-iskopertura totali ta’ dik l-istituzzjoni u għandu jiġi espress bħala perċentwal.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-proporzjon ta’ ingranaġġ bħala l-medja aritmetika sempliċi tal-proporzjonijiet ta’ ingranaġġ ta’ kull xahar fuq perjodu ta’ tliet xhur.

(3) Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-kejl kapitali għandu jkun il-kapital tal-Ewwel Grad.

(4) Il-kejl tal-iskopertura totali huwa s-somma tal-valuri ta' skopertura tal-assi kollha u l-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ mhux imnaqqsa fid-determinazzjoni tal-kejl tal-kapital imsemmi fil-paragrafu 3.

Fejn l-istituzzjonijiet jinkludu entitajiet rilevanti li fihom ikollhom investimenti sinifikanti fil-konsolidazzjoni tagħhom skont il-qafas rilevanti ta’ kontabbiltà, iżda mhux fil-konsolidazzjoni prudenzjali tagħhom skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Ewwel Parti, huma għandhom inaqqsu l-kejl tal-iskopertura tagħhom bl-ammont li jinkiseb billi jiġi multiplikat l-ammont definit fil-punt (a) bil-fattur definit fil-punt (b):

4.1.1.11. is-somma tal-valuri tal-iskopertura tal-assi kollha tal-entitajiet rilevanti li huma inklużi fil-konsolidazzjoni skont il-qafas rilevanti tal-kontabbiltà, iżda mhux fil-konsolidazzjoni prudenzjali skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Ewwel Parti;

4.1.1.12. is-somma tat-tnaqqisiet mill-elementi tal-Grad 1 speċifikati fil-punt (i) tal-Artikolu 33(1) u fil-punt (d) tal-Artikolu 53 diviż bl-ammont totali tal-elementi tal-Grad 1.

L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu l-valwazzjoni tal-assi u l-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ skont l-Artikolu 94.

(5) L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura tal-assi skont il-prinċipji li ġejjin:

4.1.1.1. il-valuri tal-iskopertura tal-assi, esklużi l-elementi elenkati fl-Anness II u d-derivati ta’ kreditu, tfisser valuri ta' skopertura kif definiti fl-Artikolu 106(1);

4.1.1.2. kollateral fiżiku jew finanzjarju, garanziji jew mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu mixtrija ma għandhomx jintużaw biex jitnaqqsu l-valuri tal-iskopertura tal-assi;

4.1.1.3. mhuwiex permess isir netting tas-self u d-depożiti.

(6) L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura tal-elementi elenkati fl-Anness II u tad-derivati ta’ kreditu jew skont il-Metodu Skont il-Valur fis-Suq stabbilit fl-Artikolu 269 jew il-Metodu ta' Skopertura Oriġinali stabbilit fl-Artikolu 270. L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-Metodu ta' Skopertura Oriġinali sabiex jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura tal-elementi elenkati fl-Anness II u tad-derivati ta’ kreditu fil-każ biss li jużaw dan il-metodu wkoll sabiex jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura ta’ dawn l-elementi bl-iskop li jintlaħqu r-rekwiżiti ta’ fondi proprji stabbiliti fl-Artikolu 87.

Fid-determinazzjoni tal-valur tal-iskopertura tal-elementi elenkati fl-Anness II u tad-derivati ta’ kreditu, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw l-effetti tal-kuntratti għan-novazzjoni u ftehimiet oħra tan-netting, għajr ftehimiet kuntrattwali ta' netting bejn prodotti, skont l-Artikolu 289.

(7) L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura tat-tranżazzjonijiet ta’ riakkwist, tranżazzjonijiet ta’ għoti jew ta' teħid b’self ta' titoli jew komoditajiet, tranżazzjonijiet ta’ saldu fit-tul u tranżazzjonijet ta’ self marġinali skont l-Artikolu 215(1) sa (3) u għandhom jikkunsidraw l-effetti ta’ ftehimiet ewlenin ta' netting, għajr ftehimiet kuntrattwali ta' netting bejn prodotti, skont l-Artikolu 201.

(8) L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura ta’ elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, għajr l-elementi elenkati fl-Anness II, id-derivati ta’ kreditu, tranżazzjonijiet ta’ riakkwist, tranżazzjonijet ta’ għoti jew ta' teħid b’self ta’ titoli jew komoditajiet, tranżazzjonijiet ta’ saldu fit-tul u tranżazzjonijiet ta’ self marġinali, skont l-Artikolu 106(1), soġġett għall-modifiki li ġejjin għall-aġġustamenti tar-riskju tal-kreditu speċifiku elenkati f’dak l-Artikolu:

4.1.1.1. l-aġġustament tar-riskju tal-kreditu speċifiku għal faċilitajiet ta’ kreditu mhux miġbuda, li jistgħu jiġu kkanċellat mingħajr kundizzjoni fi kwalunkwe ħin mingħajr ebda notifika, imsemmija fl-ewwel inċiż tal-paragrafu 4 tal-Anness I, huwa ta’ 10%;

4.1.1.2. l-aġġustament tar-riskju tal-kreditu speċifiku għall-elementi l-oħra kollha li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ elenkati fl-Anness I, huwa ta’ 100%.

(9) L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura tal-elementi elenkati fl-Anness II u tad-derivati ta’ kreditu li huma elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ skont l-approċċ stabbilit fil-paragrafu 6.

L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura ta’ tranżazzjonijiet ta’ riakkwist, tranżazzjonijiet ta’ għoti jew ta' teħid b’self ta' titoli jew komoditajiet, tranżazzjonijiet ta’ saldu fit-tul u tranżazzjonijiet ta’ self marġinali li huma elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ skont l-approċċ stabbilit fil-paragrafu 7.

(10) Għall-finijiet tal-kalkoli stabbiliti fil-paragrafi 6, 7 u 9 l-istituzzjonijiet jistgħu jagħżlu li ma japplikawx il-prinċipju stabbilit fil-punt (b) tal-paragrafu 5.

Artikolu 417 Rekwiżit ta’ rappurtar

1. L-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu lill-awtoritajiet kompetenti l-informazzjoni kollha neċessarja dwar il-proporzjon ta’ ingranaġġ u l-komponenti tiegħu kif determinat fl-Artikolu 416. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw din l-informazzjoni meta jwettqu l-analiżi superviżorja msemmija fl-Artikolu 92 tad-Direttiva [imdaħħla mill-OP].

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jissottomettu l-informazzjoni riċevuta mill-istituzzjonijiet lill-ABE meta din titlobha sabiex jiffaċilitaw l-analiżi msemmija fl-Artikolu 482.

2. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi sabiex jiġu determinati l-kontenuti u l-format uniformi tal-formula tar-rappurtar għar-rekwiżit ta’ rappurtar imsemmi fil-paragrafu 1, l-istruzzjonijiet dwar kif tintuża tali formula u l-frekwenzi u d-dati tar-rappurtar.

L-ABE għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2013.

Tingħata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

PARTI EIGHT DIVULGAZZJONI MILL-ISTITUZZJONIJIET

Titolu I Prinċipji Ġenerali

Artikolu 418  Kamp ta' applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni

1. L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw b’mod pubbliku l-informazzjoni stabbilita fit-Titolu II, soġġett għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 419.

2. Il-permess mill-awtoritajiet kompetenti taħt il-Parti Tlieta tal-istrumenti u l-metodoloġiji msemmija fit-Titolu III għandu jkun soġġett għad-divulgazzjoni pubblika mill-istituzzjonijiet tal-informazzjoni kontenuta fih.

3. L-istituzzjonijiet għandhom jadottaw politika formali sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni stabbiliti f’din il-Parti, u jkollhom politiki sabiex jivvalutaw l-adegwatezza tad-divulgazzjonijiet tagħhom, fosthom il-verifikazzjoni u l-frekwenza tagħhom. L-istituzzjonijiet għandu jkollhom ukoll politiki sabiex jivvalutaw jekk id-divulgazzjonijiet tagħhom iwassalx il-profil tar-riskju tagħhom b’mod li jiftiehem lill-parteċipanti tas-suq.

Fejn dawn id-divulgazzjonijiet ma jwasslux il-profil tar-riskju b’mod li jiftiehem lill-parteċipanti tas-suq, l-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw b’mod pubbliku l-informazzjoni meħtieġa flimkien ma’ dik mitluba skont il-paragrafu 1. Madanakollu, huma għandhom ikunu meħtieġa jiddivulgaw biss informazzjoni li hija materjali u mhux informazzjoni proprjetarja jew kunfidenzjali skont l-Artikolu 419.

4. L-istituzzjonijiet għandhom, jekk jintalbu jagħmlu dan, jispjegaw id-deċiżjonijiet ta’ klassifikazzjoni tagħhom lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju u lil applikanti korporattivi oħra għal self, billi jipprovdu spjegazzjoni bil-miktub meta jintalbu jagħmlu dan. L-ispejjeż amministrattivi tal-ispjegazzjoni għandhom ikunu proporzjonali mad-daqs tas-self.

Artikolu 419 Informazzjoni mhux materjali, proprjetarja jew kunfidenzjali

1. L-istituzzjonijiet jistgħu jħallu barra divulgazzjoni waħda jew aktar minn dawk elenkati fit-Titolu II jekk l-informazzjoni pprovduta minn tali divulgazzjoni ma tkunx meqjusa bħala materjali, għajr għad-divulgazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 424.

L-informazzjoni għandha titqies bħala materjali fid-divulgazzjonijiet jekk l-ommissjoni jew ir-rappurtaġġ skorrett tagħha tista’ tibdel jew tinfluwenza l-valutazzjoni jew id-deċiżjoni ta’ utent li joqgħod fuq dik l-informazzjoni sabiex jieħu deċiżjonijiet ekonomiċi.

2. L-istituzzjonijiet jistgħu jħallu barra wkoll element wieħed jew aktar mill-informazzjoni inkluża fid-divulgazzjonijiet elenkati fit-Titoli II u III jekk dawk l-elementi jinkludu informazzjoni li tkun meqjusa bħala proprjetarja jew kunfidenzjali skont it-tieni u t-tielet subparagrafi, għajr għad-divulgazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 424.

L-informazzjoni għandha titqies bħala proprjetarja għal istituzzjoni jekk id-divulgazzjoni pubblika tagħha timmina l-pożizzjoni kompetittiva tagħha. Din tista’ tinkludi informazzjoni dwar prodotti jew sistemi li, jekk tinqasam mal-kompetituri, jonqos il-valur tal-investimenti ta’ istituzzjoni fihom.

L-informazzjoni għandha titqies bħala kunfidenzjali jekk ikun hemm obbligi għall-klijenti jew għar-relazzjonijiet ma' kontropartijiet oħra li jorbtu lill-istituzzjoni bil-kunfidenzjalità.

3. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2, fid-divulgazzjonijiet tagħha l-istituzzjoni konċernata għandha tiddikjara l-fatt li l-elementi speċifiċi tal-informazzjoni mhumiex divulgati, ir-raġuni għal dan in-nuqqas ta’ divulgazzjoni, u tippubblika informazzjoni aktar ġenerali dwar is-suġġett tar-rekwiżit ta’ divulgazzjoni, ħlief fejn dawn iridu jiġu kklassifikati bħala proprjetarji jew kunfidenzjali.

Artikolu 420 Frekwenza tad-divulgazzjoni

L-istituzzjonijiet għandhom jippubblikaw id-divulgazzjonijiet meħtieġa minn din il-Parti mill-inqas darba fis-sena.

Id-divulgazzjonijiet annwali għandhom jiġu ppubblikati flimkien mad-data tal-pubblikazzjoni tar-rapporti finanzjarji.

L-istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw il-ħtieġa li jippubblikaw uħud mid-divulgazzjonijiet jew id-divulgazzjonijiet kollha b’mod aktar frekwenti milli darba fis-sena fid-dawl tal-karatteristiċi rilevanti tan-negozju tagħhom bħall-iskala tal-operazzjonijiet, il-firxa tal-attivitajiet, il-preżenza f’pajjiżi differenti, l-involviment f’setturi finanzjarji differenti, u l-parteċipazzjoni fi swieq finanzjarji internazzjonali u s-sistemi ta' ħlas, saldu u kklerjar. Dik il-valutazzjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari fuq il-ħtieġa possibbli għal divulgazzjoni aktar frekwenti ta’ elementi ta’ informazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 424, u l-punti (b) sa (e) tal-Artikolu 425, u informazzjoni dwar l-iskopertura għar-riskju u elementi oħra suxxettibbli għal bidla rapida.

Artikolu 421 Mezzi tad-divulgazzjonijiet

1. L-istituzzjonijiet jistgħu jiddeterminaw il-midja, il-post u l-mezz xierqa ta’ verifika sabiex jikkonformaw b’mod effettiv mar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni stabbiliti f’din il-Parti. Safejn ikun possibbli, id-divulgazzjonijiet kollha għandhom jingħataw f’midja waħda jew f’post wieħed.

2. Divulgazzjonijiet ekwivalenti li jsiru mill-istituzzjonijiet skont ir-rekwiżiti ta’ kontabbiltà, ta’ elenkar jew rekwiżiti oħrajn jistgħu jitqiesu bħala konformi ma’ din il-Parti. Jekk id-divulgazzjonijiet ma jkunux inklużi fir-rapporti finanzjarji, l-istituzzjonijiet għandhom jindikaw fejn jistgħu jinstabu.

Titolu II Kriterji tekniċi dwar it-trasparenza u d-divulgazzjoni

Artikolu 422 Għanijiet u politiki tal-immaniġjar tar-riskji

1. L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-għanijiet tal-immaniġjar tar-riskji tagħhom u għal kull kategorija separata ta’ riskji, inklużi r-riskji msemmija f’dan it-Titolu. Dawn id-divulgazzjonijiet għandhom jinkludu:

(a)     l-istrateġiji u l-proċessi sabiex jiġu mmaniġjati dawn ir-riskji;

(b)     l-istruttura u l-organizzazzjoni tal-funzjoni tal-immaniġjar tar-riskji rilevanti inkluża l-informazzjoni dwar l-awtorità jew l-istatut tagħha, jew dwar arranġamenti xierqa oħra;

(c)     l-ambitu u t-tip tas-sistemi ta’ rappurtar u kejl tar-riskji;

(d)     il-politiki għall-iħħeġġjar u l-mitigazzjoni ta’ riskju, u l-istrateġiji u l-proċessi għall-monitoraġġ tal-effettività kontinwa tal-ħeġġijiet u l-mitiganti;

(e)     rapport approvat mill-korp tal-maniġment dwar l-adegwatezza tal-arranġamenti tal-immaniġjar tar-riskji tal-istituzzjoni li jiggarantixxu li s-sistemi tal-immaniġjar tar-riskji implimentati huma adegwati fir-rigward tal-profil u l-istrateġija tal-istituzzjoni;

(f)      rapport tar-riskju konċiż approvat mill-korp tat-tmexxija li fil-qosor jispjega l-profil ġenerali tar-riskju tal-istituzzjoni assoċjat mal-istrateġija tan-negozju. Dan ir-rapport għandu jinkludi l-proporzjonijiet u l-figuri ewlenin li jipprovdu lill-partijiet interessati esterni b’idea konċiża iżda komprensiva dwar kif il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni jinteraġixxi mat-tolleranza tar-riskju stabbilit mill-korp tal-maniġment.

2. L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja, inklużi l-aġġornamenti regolari annwali, tal-anqas, dwar l-arranġamenti ta’ governanza:

(a)     in-numru ta’ direttorati miżmuma mill-membri tal-korp tal-manġiment;

(b)     il-politika ta’ reklutaġġ għall-għażla ta’ membri tal-korp tal-maniġment u l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenza attwali tagħhom;

(c)     il-politika dwar id-diversità fir-rigward tal-għażla ta’ membri tal-korp tal-maniġment, l-għanijiet tiegħu u kull mira rilevanti stabbilita f’dik il-politika, u sa fejn ikunu ntlaħqu dawn l-għanijiet u l-miri;

(d)     jekk l-istituzzjoni waqfitx jew le kumitat separat tar-riskju u kemm-il darba li ltaqa’ dan il-kumitat;

(e)     id-deskrizzjoni tal-fluss tal-informazzjoni dwar ir-riskju għall-korp tal-maniġment fil-funzjoni superviżorja tiegħu.

Artikolu 423 Kamp ta' applikazzjoni

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-kamp tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti f’dan ir-Regolament skont id-Direttiva [imdaħħla mill-OP]:

(a) isem l-istituzzjoni li r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament japplikaw għaliha;

(b) deskrizzjoni ġenerali tad-differenzi fil-bażi ta’ konsolidazzjoni għall-għanijiet ta’ kontabbiltà u dawk prudenzjali, b’deskrizzjoni qasira tal-entitajiet fihom, li tispjega jekk humiex:

(i)      konsolidati bis-sħiħ;

(ii)     konsolidati proporzjonalment;

(iii)     imnaqqsa mill-fondi proprji;

(iv)    la konsolidati u l-anqas imnaqqsa;

(c) kwalunkwe impediment legali jew prattiku materjali attwali jew previst għat-trasferiment immedjat tal-fondi proprji jew ta’ ripagament tal-obbligazzjonijiet fost l-impriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha;

(d) l-ammont aggregat li skontu l-fondi proprji attwali huma inqas minn dak meħtieġ fis-sussidjarji kollha mhux inklużi fil-konsolidazzjoni, u l-isem jew l-ismijiet ta’ tali sussidjarji;

(e) jekk applikabbli, iċ-ċirkustanza tal-użu tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 6 u 8

Artikolu 424 Fondi proprji

1. L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-fondi proprji tagħhom:

4.1.1.1. rikonċiljazzjoni sħiħa tal-elementi tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni, tal-elementi Addizzjonali Grad 1, elementi tal-Grad 2 u filtri u tnaqqis applikati skont l-Artikoli 29 sa 32, 33, 53, 63 u 74 għall-fondi proprji tal-istituzzjoni u l-karta tal-bilanċ fir-rapporti finanzjarji awditjati tal-istituzzjoni;

4.1.1.2. deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni u l-istrumenti Addizzjonali tal-Grad 1 u l-istrumenti tal-Grad 2 maħruġa mill-istituzzjoni;

4.1.1.3. it-termini u l-kundizzjonijiet sħaħ tal-istrumenti kollha tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni, dawk Addizzjonali tal-Grad 1 u l-Grad 2;

4.1.1.4. divulgazzjoni separata tan-natura u l-ammonti ta’ dawn li ġejjin:

(i)      kull filtru prudenzjali applikat skont l-Artikoli 29 sa 32;

(ii)      kull tnaqqis li jsir skont l-Artikoli 33, 53 u 63;

(iii)     elementi mhux imnaqqsa skont l-Artikoli 44, 45, 53, 63 u 74;

4.1.1.5. deskrizzjoni tar-restrizzjonijiet kollha applikati fuq il-kalkolu tal-fondi proprji skont dan ir-Regolament u l-istrumenti, il-filtri prudenzjali u t-tnaqqis li japplikaw għalihom dawn ir-restrizzjonijiet;

4.1.1.6. fejn l-istituzzjonijiet jiddivulgaw proporzjonijiet kapitali kkalkolati permezz ta’ elementi ta’ fondi proprji ddeterminati fuq bażi oħra għajr dik stabbilita f’dan ir-Regolament, spjegazzjoni komprensiva tal-bażi li fuqha ġew ikkalkolati dawn il-proporzjonijiet kapitali.

2. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi sabiex jiġu speċifikati formoli uniformi għad-divulgazzjoni skont il-punti (a), (b), (d) u (e) tal-paragrafu 1.

L-ABE għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 425 Rekwiżiti ta’ fondi proprji

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-konformità tal-istituzzjoni mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 87 u l-Artikolu 72 tad-Direttiva [imdaħħla mill-OP]:

(a) sommarju tal-approċċ tal-istituzzjoni għall-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-kapital intern tagħha għall-appoġġ ta' attivitajiet attwali u tal-ġejjieni;

(b) għall-istituzzjonijiet li jikkalkolaw l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont il-Kapitolu 2 tal-Parti Tlieta, it-Titolu II, 8% tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju għal kull klassi ta’ skoperturi speċifikata fl-Artikolu 107;

(c) għall-istituzzjonijiet li jikkalkolaw l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont il-Kapitolu 3 tal-Parti Tlieta, it-Titolu II, 8% tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju għal kull klassi ta’ skoperturi speċifikata fl-Artikolu 142. Għall-klassi ta’ skoperturi fil-livell ta' konsumatur, dan ir-rekwiżit japplika għal kull waħda mill-kategoriji tal-iskoperturi li għalihom jikkorrispondu l-korrelazzjonijiet differenti fl-Artikolu 149(1) sa (4). Għall-klassi ta' skoperturi tal-ekwitajiet, dan ir-rekwiżit japplika għal:

(i)      kull approċċ previst fl-Artikolu 150;

(ii)     skoperturi nnegozjati fis-swieq, skoperturi ta’ ekwità privata f’portafolli diversifikati b’mod suffiċjenti, u skoperturi oħra;

(iii)     skoperturi soġġetti għal tranżizzjoni superviżorja fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji;

(iv)    skoperturi soġġetti għal dispożizzjonijiet ta’ anterjorità rigward ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji;

(d) rekwiżiti ta’ fondi proprji kkalkolati skont il-punti (b) u (c) tal-Artikolu 87;

(e) rekwiżiti ta’ fondi proprji kkalkolati skont il-Parti Tlieta, it-Titolu III, it-Taqsimiet 2 sa 4 u divulgati b’mod separat.

L-istituzzjonijiet li jikkalkolaw l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont l-Artikolu 148(5) jew 150(2) għandhom jiddivulgaw l-iskoperturi assenjati f’kull kategorija fit-Tabella 1 fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 148(5), jew f’kull piż ta’ riskju msemmi fl-Artikolu 150(2).

Artikolu 426 Skopertura għar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-iskopertura għar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti tal-istituzzjoni kif speċifikat fit-Titolu III, il-Kapitolu 6:

1.1. diskussjoni tal-metodoloġija użata sabiex jiġu assenjati l-kapital intern u l-limiti ta’ kreditu għall-iskoperturi ta’ kreditu tal-kontroparti;

1.2. diskussjoni ta’ politiki sabiex jiġi garantit il-kollateral u jiġu stabbiliti r-riżervi ta’ kreditu;

1.3. diskussjoni ta’ politiki fir-rigward tal-iskoperturi ta’ riskju wrong way;

1.4. diskussjoni tal-impatt tal-ammont ta’ kollateral li l-istituzzjoni jkollha tipprovdi minħabba tnaqqis fil-livell tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tagħha;

1.5. valur ta’ kuntratti gross, pożittiv u ġust, benefiċċji tan-netting, skopertura ta’ kreditu attwali nnettjata, kollateral miżmum u skopertura ta’ kreditu nett fuq derivati. L-iskopertura ta’ kreditu nett fuq derivati hija l-iskopertura ta’ kreditu fuq tranżazzjonijiet ta’ derivati wara li jiġu kkunsidrati kemm il-benefiċċji minn ftehimiet ta’ netting infurzabbli bil-liġi kif ukoll il-ftehimiet dwar il-kollateral;

1.6. kejl tal-valur tal-iskopertura skont il-metodi stabbiliti fit-Taqsima 3 sa 6 tat-Titolu III, il-Kapitolu 6 skont liema metodu minnhom huwa applikabbli;

1.7. il-valur nozzjonali tal-ħeġġijiet tad-derivat ta’ kreditu, u d-distribuzzjoni tal-iskopertura ta’ kreditu attwali skont it-tipi ta’ skoperturi ta’ kreditu;

1.8. l-ammonti nozzjonali ta’ tranżazzjonijiet ta’ derivat ta’ kreditu, segregati bejn l-użu għall-portafoll ta’ kreditu tal-istituzzjoni stess, kif ukoll fl-attivitajiet ta’ intermedjazzjoni tagħha, inkluż id-distribuzzjoni tal-prodotti derivati ta’ kreditu użati, maqsumin ulterjorment skont il-protezzjoni mixtrija u mibjugħa f’kull grupp ta’ prodotti;

1.9. l-istima ta’ α jekk l-istituzzjoni tkun irċeviet il-permess mill-awtoritajiet kompetenti sabiex tistima α.

Artikolu 427 Bafers ta’ kapital

15. L-istituzzjoni għandha tiddivulga l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-konformità tagħha mar-rekwiżit għall-bafer kontroċikliku tal-kapital msemmi fit-Titolu VII, il-Kapitolu 4 tad-Direttiva [imdaħħla mill-OP]:

(a)     id-distribuzzjoni ġeografika tal-iskoperturi ta’ kreditu tagħha li huma rilevanti għall-kalkolu tal-bafer kontroċikliku tal-kapital tagħha;

(b)     il-kompożizzjoni tal-bafer kontroċikliku tal-kapital speċifiku għall-istituzzjoni.

22. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni stabbiliti fil-paragrafu 1.

L-ABE għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.

Il-Kummissjoni tiġi delegata bis-setgħa tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 428 Aġġustamenti tar-riskju ta’ kreditu

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-iskopertura tal-istituzzjoni għar-riskju ta’ kreditu u r-riskju ta’ dilwizzjoni:

(a) id-definizzjonijiet għall-finijiet tal-kontabbiltà ta’ ‘wara d-data tal-għeluq’ u ‘danneġġati’;

(b) deskrizzjoni tal-approċċi u l-metodi adottati għad-determinazzjoni ta’ aġġustamenti fir-riskju ta’ kreditu speċifiku u ġenerali;

(c) l-ammont totali ta’ skoperturi wara tpaċiji kontabbilistiċi u mingħajr ma jiġu kkunsidrati l-effetti tal-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu, u l-ammont medju tal-iskoperturi fuq il-perjodu maqsum skont it-tipi differenti ta’ klassijiet ta’ skoperturi;

(d) it-tqassim ġeografiku tal-iskoperturi, maqsum f’żoni sinifikanti skont il-klassijiet ta’ skoperturi materjali, u aktar dettall fejn ikun xieraq;

(e) id-distribuzzjoni tal-iskoperturi skont it-tip ta’ industrija jew kontroparti, maqsuma skont il-klassijiet ta’ skoperturi, u aktar dettall fejn ikun xieraq;

(f) it-tqassim tal-maturità reżidwa tal-iskoperturi kollha, maqsum skont il-klassijiet ta’ skopertura, u aktar dettall fejn ikun xieraq;

(g) skont it-tip ta’ industrija jew kontroparti sinifikanti, l-ammont ta’:

(i)      skoperturi danneġġati u skoperturi wara d-data tal-għeluq, mogħtija b’mod separat;

(ii)     Aġġustamenti fir-riskju ta’ kreditu speċifiku u ġenerali;

(iii)     tariffi għal aġġustamenti ta’ riskju ta’ kreditu speċifiku u ġenerali matul il-perjodu ta’ rappurtar;

(h) l-ammont tal-iskoperturi danneġġati u l-iskoperturi wara d-data tal-għeluq, mogħtija b’mod separat, maqsuma skont iż-żoni ġeografiċi sinifikanti inklużi, jekk dan ikun prattiku, l-ammonti tal-aġġustamenti ta’ riskju ta’ kreditu speċifiku u ġenerali relatati ma’ kull żona ġeografika;

(i) ir-rikonċiljazzjoni ta’ bidliet fl-aġġustamenti tar-riskju ta’ kreditu speċifiku u ġenerali għall-iskoperturi danneġġati, murija b’mod separat. L-informazzjoni għandha tinkludi:

(i)      deskrizzjoni tat-tip ta’ aġġustamenti tar-riskju ta’ kreditu speċifiku u ġenerali;

(ii)     il-bilanċi tal-ftuħ;

(iii)     l-ammonti meħuda kontra l-aġġustamenti tar-riskju ta’ kreditu matul il-perjodu ta’ rappurtar;

(iv)    l-ammonti mwarrba jew riversjati għat-telf probabbli stmat fuq skoperturi matul il-perjodu ta’ rappurtar, kull aġġustament ieħor inklużi dawk iddeterminati mid-differenzi fir-rati tal-kambju, kombinazzjonijiet tan-negozji, akkwisti u ċessjonijiet ta’ sussidjarji, u trasferimenti bejn l-aġġustamenti tar-riskju ta’ kreditu;

(v)     il-bilanċi tal-għeluq.

Aġġustamenti ta’ riskju ta’ kreditu speċifiku u rkupri rreġistrati direttament fir-rapporti tad-dħul għandhom jiġu divulgati b’mod separat.

Artikolu 429 Użu tal-ECAIs

Għall-istituzzjonijiet li jikkalkolaw l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2, l-informazzjoni li ġejja għandha tiġi divulgata għal kull klassi ta’ skopertura speċifikata fl-Artikolu 107:

(a) l-ismijiet tal-ECAIs u l-ECAs nominati u r-raġunijiet għal kull bidla;

(b) il-klassijiet ta’ skoperturi li għalihom jintużaw l-ECAI jew l-ECA;

(c) deskrizzjoni tal-proċess użat sabiex jiġi trasferit l-emittent u jinħarġu valutazzjonijiet ta’ kreditu fuq elementi mhux inklużi fil-portafoll tan-negozjar;

(d) l-assoċjazzjoni ta’ klassifikazzjoni esterna ta’ kull ECAI jew ECA nominata bil-livelli ta’ kwalità ta’ kreditu preskritti fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2, filwaqt li jiġi kkunsidrat li din l-informazzjoni ma għandhiex għalfejn tiġi divulgata jekk l-istituzzjoni tikkonforma mal-assoċjazzjoni standard ippubblikata mill-ABE;

(e) il-valuri tal-iskoperturi u l-valuri tal-iskoperturi wara l-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu assoċjati ma’ kull livell ta’ kwalità tal-kreditu preskritt fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2 kif ukoll dawk imnaqqsa mill-fondi proprji.

Artikolu 430 Skopertura għar-riskju tas-suq

L-istituzzjonijiet li jikkalkolaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji tagħhom skont il-punti (b) u (c) tal-Artikolu 87(3) għandhom jiddivulgaw dawn ir-rekwiżiti b’mod separat għal kull riskju msemmi f’dawk id-dispożizzjonijiet. Barra minn hekk, ir-rekwiżit għall-fondi proprji għar-riskju speċifiku tar-rata tal-imgħax tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni għandhom jiġu divulgati b’mod separat.

Artikolu 431 Riskju operazzjonali

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-approċċi għall-valutazzjoni tar-rekwiżiti tal-fondi proprji għar-riskju operazzjonali li jikkwalifikaw għalihom; deskrizzjoni tal-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 301(2), jekk użata mill-istituzzjoni, inkluża diskussjoni dwar il-fatturi interni u esterni rilevanti kkunsidrati fl-approċċ ta’ kejl tal-istituzzjoni, u f’każ ta’ użu parzjali, l-ambitu u l-kopertura tal-metodoloġiji differenti użati.

Artikolu 432 Skoperturi f’ekwitajiet mhux inklużi fil-portafoll tan-negozjar

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-iskoperturi f’ekwitajiet mhux inklużi fil-portafoll tan-negozjar:

(a) id-differenzazzjoni bejn l-iskoperturi bbażata fuq l-għanijiet tagħhom, inklużi għal relazzjoni ta’ qligħ kapitali u r-raġunijiet strateġiċi, u ħarsa ġenerali lejn it-tekniki tal-kontabbiltà u l-metodoloġiji tal-valwazzjoni użati, inklużi s-suppożizzjonijiet u l-prattiki ewlenin li jaffettwaw il-valwazzjoni u kull bidla sinifikanti f’dawn il-prattiki;

(b) il-valur tal-karta tal-bilanċ, il-valur ġust u, għal dawk innegozjati fil-kambju, tqabbil mal-prezz tas-suq fejn huwa materjalment differenti mill-valur ġust;

(c) it-tipi, in-natura u l-ammonti ta’ skopeturi nnegozjati fil-kambju, skoperturi tal-ekwitajiet privati f’portafolli diversifikati b’mod suffiċjenti, u skoperturi oħra;

(d) qligħ kumulattiv jew telf li ġej minn bejgħ u likwidazzjonijiet fil-perjodu; u

(e) it-total ta’ qligħ jew telf mhux realizzat, it-total tal-qligħ jew it-telf moħbi ta’ rivalwazzjoni, u kull wieħed minn dawn l-ammonti inkluż fil-fondi proprji oriġinali jew addizzjonali.

Artikolu 433  Skopertura għar-riskju tar-rata tal-imgħax fuq pożizzjonijiet mhux inklużi fil-portafoll tan-negozjar

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fuq l-iskopertura tagħhom għar-riskju tar-rata tal-imgħax fuq pożizzjonijiet mhux inklużi fil-portafoll tan-negozjar:

(a) in-natura tar-riskju tar-rata tal-imgħax u s-suppożizzjonijiet ewlenin (inklużi suppożizzjonijiet rigward il-prepagamenti ta’ self u l-imġiba ta’ depożiti mingħajr maturità), u l-frekwenza tal-kejl tar-riskju tar-rata tal-imgħax;

(b) il-varjazzjoni fl-introjtu, il-valur ekonomiku jew kejl rilevanti ieħor użat mill-maniġment għal xokkijiet ’l fuq u ’l isfel fir-rata skont il-metodu tal-maniġment għall-kejl tar-riskju tar-rata tal-imgħax, maqsumin skont il-munita.

Artikolu 434 Skopertura għal pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni

L-istituzzjonijiet li jikkalkolaw l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 5 jew ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji skont l-Artikolu 326 jew l-Artikolu 327 għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja, fejn rilevanti, b’mod separat għall-portafoll tan-negozjar u mhux tan-negozju tagħhom:

1.1. deskrizzjoni tal-għanijiet tal-istituzzjoni relatati mal-attivitajiet ta’ titolizzazzjoni;

1.2. in-natura ta’ riskji oħra inkluż ir-riskju ta’ likwidità inerenti f’assi titolizzati;

1.3. it-tip ta’ riskji f’termini ta’ prijorità tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni sottostanti u f’termini ta’ assi sottostanti għal dawk il-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni tal-aħħar maħsuba u miżmuma b'attività ta’ rititolizzazzjoni;

1.4. ir-rwoli differenti tal-istituzzjoni fil-proċess ta’ titolizzazzjoni;

1.5. indikazzjoni ta’ kemm kienet involutal-istituzzjoni f’kull rwol imsemmi fil-punt (d);

1.6. deskrizzjoni tal-proċessi implimentati sabiex jiġu mmonitorjati bidliet fir-riskju tal-kreditu u tas-suq tal-iskoperturi ta’ titolizzazzjoni inkluż kif l-imġiba tal-assi sottostanti taffettwa l-iskoperturi ta’ titolizzazzjoni u deskrizzjoni dwar kif dawn il-proċessi huma differenti għal skoperturi ta’ rititolizzazzjoni;

1.7. deskrizzjoni tal-politika tal-istituzzjoni li tirregola l-użu tal-iħħeġġjar u l-protezzjoni mhux iffinanzjata għall-mitigazzjoni tar-riskji ta’ skoperturi ta’ titolizzazzjoni u rititolizzazzjoni miżmuma, inkluża l-identifikazzjoni ta’ kontropartijiet ta’ ħeġġ materjali skont it-tip rilevanti ta’ skopertura tar-riskju;

1.8. l-approċċi għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju li l-istituzzjoni ssegwi għall-attivitajiet ta’ titolizzazzjoni tagħha inklużi t-tipi ta’ skoperturi ta’ titolizzazzjoni li għalihom japplika kull approċċ;

1.9. it-tipi ta’ SSPE li l-istituzzjoni, bħala sponser, tuża sabiex tiggarantixxi skoperturi ta’ partijiet terzi inkluż jekk u f’liema forma u sa liema punt l-istituzzjoni għandha skoperturi għal dawk l-SSPEs, b’mod separat għall-iskoperturi fil-karta tal-bilanċi u dawk li mhumiex, kif ukoll lista tal-entitajiet li l-istituzzjoni timmaniġja jew tagħtihom parir u li jinvestu jew fil-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li l-istituzzjoni tkun ittitolizzat jew fl-SSPEs sponserjati mill-istituzzjoni;

1.10. sommarju tal-politiki tal-kontabbiltà tal-istituzzjoni għall-attivitajiet ta’ titolizzazzjoni, inkluż:

(i)      jekk it-tranżazzjonijiet humiex trattati bħala bejgħ jew finanzjamenti;

(ii)     ir-rikonoxximent ta’ qligħ fuq il-bejgħ;

(iii)     il-metodi, is-suppożizzjonijet ewlenin, l-inputs u l-bidliet mill-perjodu preċedenti għall-valwazzjoni tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni;

(iv)    it-trattament ta’ titolizzazzjonijiet sintetiċi jekk mhux koperti minn politiki ta’ kontabbiltà oħrajn;

(v)     kif assi bit-titolizzazzjoni pendenti huma valwati u jekk humiex miżmuma fil-portafoll mhux ta' negozjar jew fil-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni;

(vi)    politiki għar-rikonoxximent ta’ obbligazzjonijiet fil-karta tal-bilanċ għall-arranġamenti li jistgħu jeħtieġu li l-istituzzjoni tipprovdi appoġġ finanzjarju għall-assi titolizzati;

1.11. l-ismijiet tal-ECAIs użati għat-titolizzazzjonijiet u t-tipi ta’ skoperturi li għalihom kull aġenzija hija mdorrija;

1.12. fejn applikabbli, deskrizzjoni tal-Approċċ ta’ Valutazzjoni Interna kif stabbilit fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 5, it-Taqsima 3, inklużi l-istruttura tal-proċess ta’ valutazzjoni interna u r-relazzjoni bejn il-valutazzjoni interna u l-klassifikazzjonijiet esterni, l-użu tal-valutazzjoni interna minbarra għall-għanijiet tal-kapital IAA, il-mekkaniżmi ta’ kontroll għall-proċess ta’ valutazzjoni interna fosthom diskussjoni tal-indipendenza, ir-responsabbiltà, u l-analiżi tal-proċess ta’ valutazzjoni interna, it-tipi ta’ skoperturi li għalihom jiġi applikat il-proċess ta’ valutazzjoni interna u l-fatturi ta’ stress li jintużaw sabiex jiġu stabbiliti livelli ta’ titjib tal-kreditu, skont it-tip ta’ skopertura;

1.13. spjegazzjoni tal-bidliet sinifikanti fi kwalunkwe waħda mid-divulgazzjonijiet kwantitattivi fil-punti (n) sa (q) mill-aħħar perjodu ta’ rappurtar;

1.14. b’mod separat għall-portafoll tan-negozjar u l-portafoll mhux ta' negozjar, l-informazzjoni li ġejja maqsuma skont it-tip ta’ skopertura:

(i)      l-ammont totali ta’ skoperturi pendenti garantiti mill-istituzzjoni, b’mod separat għal titolizzazzjonijiet tradizzjonali u sintetiċi u titolizzazzjonijiet li għalihom l-istituzzjoni taġixxi biss bħala sponser;

(ii)     l-ammont aggregat ta’ pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjonijiet fil-karta tal-bilanċi miżmuma jew akkwistati u skoperturi ta’ titolizzazzjoni li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċi;

(iii)     l-ammont aggregat ta’ assi bit-titolizzazzjoni pendenti;

(iv)    għal faċilitajiet garantiti soġġetti għal trattament ta’ ammortizzazzjoni kmieni, l-iskoperturi aggregati miġbuda attribwiti għall-interessi tal-oriġinatur u tal-investituri rispettivament, ir-rekwiżiti kapitali aggregati mġarrba mill-istituzzjoni ta’ kreditu kontra l-interessi tal-oriġinatur u r-rekwiżiti kapitali aggregati imġarba mill-istituzzjoni kontra l-ishma tal-investitur ta’ bilanċi miġbuda u linji mhux miġbuda;

(v)     l-ammont ta’ pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li jitnaqqsu mill-fondi proprji jew ippeżati għar-riskju b’1250%;

(vi)    sommarju tal-attività ta’ titolizzazzjoni tal-perjodu attwali, inkluż l-ammont ta’ skoperturi titolizzati u l-qligħ jew it-telf rikonoxxut mal-bejgħ;

1.15. b’mod separat għall-portafoll tan-negozjar u l-portafoll mhux ta' negozjar, l-informazzjoni li ġejja:

(i)      l-ammont aggregat ta’ pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni miżmuma jew akkwistati u r-rekwiżiti kapitali assoċjati, maqsuma bejn l-iskoperturi ta’ titolizzazzjoni u ta’ rititolizzazzjoni u maqsuma ulterjorment f’għadd sinifikanti ta’ faxex ta’ piż tar-riskju jew rekwiżit kapitali, għal kull approċċ ta’ rekwiżit kapitali użat;

(ii)     l-ammont aggregat ta’ skoperturi ta’ rititolizzazzjoni miżmuma jew akkwistati maqsuma skont l-iskopertura qabel u wara l-iħħeġġjar/l-assigurazzjoni u l-iskopertura għall-garanti finanzjarji, maqsuma skont il-kategoriji ta’ affidabbiltà kreditizja tal-garanti jew isem il-garanti;

1.16. għall-portafoll mhux ta' negozjar u rigward l-iskoperturi garantiti mill-istituzzjoni, l-ammont ta’ assi danneġġati/wara d-data tal-għeluq garantiti u t-telf rikonoxxut mill-istituzzjoni matul il-perjodu attwali, it-tnejn li huma maqsumin skont it-tip ta’ skopertura;

1.17. għall-portafoll tan-negozjar, l-iskoperturi totali pendenti garantiti mill-istituzzjoni u soġġetti għal rekwiżit kapitali għar-riskju tas-suq, maqsuma f’tradizzjonali/sintentiċi u skont it-tip ta’ skopertura.”;

1.18. fejn applikabbli, jekk l-istituzzjoni tkun ipprovdiet appoġġ fit-termini tal-Artikolu 243(1) u l-impatt fuq il-fondi proprji.

Artikolu 435 Politika ta’ rimunerazzjoni

1. L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja, dwar il-politika ta’ rimunerazzjoni u l-prattiki tal-istituzzjoni għal dawk il-kategoriji ta’ persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom ikollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tagħha:

(a)     informazzjoni dwar il-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet użat sabiex tiġi ddeterminata l-politika ta’ rimunerazzjoni, inkluża jekk applikabbli l-informazzjoni dwar il-kompożizzjoni u l-mandat tal-kumitat ta’ rimunerazzjoni, il-konsulent estern li s-servizzi tiegħu ntużaw għad-determinazzjoni tal-politika ta’ rimunerazzjoni u r-rwol tal-partijiet interessati rilevanti;

(b)     informazzjoni dwar ir-rabta bejn il-paga u l-prestazzjoni;

(c)     l-aktar karatteristiċi importanti tat-tifsila tas-sistema ta’ rimunerazzjoni, inkluża l-informazzjoni dwar il-kriterji użati għall-kejl tal-prestazzjoni u l-aġġustament tar-riskju, il-politika ta’ differiment u l-kriterji tal-vestiment;

(d)     informazzjoni dwar il-kriterji tal-prestazzjoni li fuqhom huwa bbażat l-intitolament għal ishma, opzjonijiet jew komponenti varjabbli ta’ rimunerazzjoni;

(e)     il-parametri ewlenin u r-raġuni għal kull skema ta’ komponent varjabbli u kull benefiċċju ieħor mhux fi flus;

(f)      informazzjoni kwantitattiva aggregata dwar ir-rimunerazzjoni, maqsuma skont il-qasam tan-negozju;

(g)     informazzjoni kwantitattiva aggregata dwar ir-rimunerazzjoni, maqsuma skont il-maniġment superjuri u l-membri tal-persunal li l-azzjonijiet tagħhom ikollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni, li tindika dan li ġej:

(i)      l-ammonti ta’ rimunerazzjoni għas-sena finanzjarja, maqsuma f’rimunerazzjoni fissa u varjabbli, u n-numru ta’ benefiċjarji;

(ii)      l-ammonti u l-forom ta’ rimunerazzjoni varjabbli, maqsuma fi flus, ishma, strumenti relatati mal-ishma u tipi oħra;

(iii)     l-ammonti ta’ rimunerazzjoni ddiferita pendenti, maqsuma f’porzjonijiet vestiti u mhux vestiti;

(iv)     l-ammonti ta’ rimunerazzjoni ddiferita mogħtija matul is-sena finanzjarja, imħallsa u mnaqqsa permezz ta’ aġġustamenti tal-prestazzjoni;

(v)     ħlasijiet għal kuntratti ġodda u għal terminazzjonijiet li jsiru matul is-sena finanzjarja, u l-għadd ta’ benefiċjarji ta’ dawn il-ħlasijiet;

(vi)     l-ammonti ta’ ħlasijiet għal terminazzjonijiet mogħtija matul is-sena finanzjarja, l-għadd ta’ benefiċjarji u l-ogħla għotja ta’ dan it-tip lil persuna waħda.

(h)     l-għadd ta’ individwi li jingħataw rimunerazzjoni ta’ EUR 1 miljun jew aktar f’sena finanzjarja, maqsuma f’faxex ta’ pagamenti ta’ EUR 500 000.

2. Għall-istituzzjonijiet li huma sinifikanti f’termini ta’ daqs, organizzazzjoni interna u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom, l-informazzjoni kwantitattiva msemmija f’dan il-punt trid tkun disponibbli wkoll għall-pubbliku fil-livell ta’ persuni li effettivament imexxu n-negozju tal-istituzzjoni fis-sens tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva [imdaħħla mill-OP].

L-istituzzjonijiet għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-punt b’mod li huwa xieraq għad-daqs, l-organizzazzjoni interna u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom u mingħajr ħsara għad-Direttiva 95/46/KE.

Artikolu 436 Ingranaġġ

1. L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja dwar il-proporzjon ta’ ingranaġġ tagħhom kif definit fl-Artikolu 416 u l-immaniġjar  tagħhom tar-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv kif definit fil-punt (B) tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva [imdaħħla mill-OP]:

(a) il-proporzjon ta’ ingranaġġ;

(b) tqassim tal-miżura tal-iskoperturi totali;

(c) deskrizzjoni tal-proċessi użati għall-immaniġjar tar-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv;

(d) deskrizzjoni tal-fatturi li kellhom impatt fuq il-proporzjon ta’ ingranaġġ matul il-perjodu li jirreferi għalih il-proporzjon ta’ ingranaġġ divulgat.

2. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi sabiex tiġi ddeterminata formula uniformi għad-divulgazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u l-istruzzjonijiet dwar kif tintuża din il-formula.

L-ABE għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2014.

Tingħata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Titolu III Rekwiżiti għall-kwalifika għall-użu ta’ strumenti jew metodoloġiji partikolari

Artikolu 437 L-użu tal-Approċċ IRB għar-riskju tal-kreditu

L-istituzzjonijiet li jikkalkolaw l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju bl-Approċċ IRB għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja

(a) il-permess tal-awtorità kompetenti għall-approċċ jew tranżizzjoni approvata;

(b) spjegazzjoni u analiżi ta’:

(i)      l-istruttura tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni interna u r-relazzjoni bejn il-klassifikazzjoni interna u dik esterna;

(ii)     l-użu ta’ stimi interni għajr għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju f'konfomità mal-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 3;

(iii)     il-proċess għall-immaniġjar u r-rikonoxximent tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu;

(iv)    il-mekkaniżmi ta’ kontroll għas-sistemi ta’ klassifikazzjoni inkluża deskrizzjoni tal-indipendenza, ir-responsabbiltà, u l-analiżi tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni;

(c) deskrizzjoni tal-proċess ta’ klassifikazzjoni interna, mogħtija b’mod separat għall-klassijiet ta’ skoperturi li ġejjin:

(i)      gvernijiet ċentrali u banek ċentrali;

(ii)     istituzzjonijiet;

(iii)     fl-għoti ta' self speċjalizzati lil korporattivi, inklużi SMEs, u riċevibbli korporattivi akkwistati;

(iv)    fil-livell ta' konsumatur, għal kull kategorija ta’ skopertura li jikkorrispondu għaliha l-korrelazzjonijiet differenti fl-Artikolu 149(1) sa 149(4);

(v)     ekwitajiet;

(d) il-valur tal-iskoperturi għal kull klassi ta’ skopertura speċifikata fl-Artikolu 142. Skoperturi għall-gvernijiet ċentrali u l-banek ċentrali, l-istituzzjonijiet u l-korporattivi fejn l-istituzzjonijiet jużaw l-istimi tagħhom tal-LGDs jew fatturi ta’ konverżjoni għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju għandhom jiġu ddivulgati b’mod separat mill-iskoperturi li l-istituzzjonijiet ma jużawx dawn l-istimi għalihom;

(e) għal kull klassi ta’ skopertura għal gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, istituzzjonijiet, korporattivi u ekwitajiet, u fuq numru suffiċjenti ta’ gradi ta’ obbligant (inkluża l-inadempjenza) sabiex tkun tista’ ssir differenzazzjoni utli tar-riskju ta’ kreditu, l-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw:

(i)      l-iskoperturi totali, inklużi għall-klassijiet ta’ skoperturi tal-gvernijiet ċentrali u l-banek ċentrali, l-istituzzjonijiet u l-korporattivi, is-somma tas-self pendenti u l-valur tal-iskoperturi għal impenji mhux miġbuda; u l-ammont pendenti għall-ekwitajiet;

(ii)     il-piż medju tar-riskju ppeżat skont l-iskopertura;

(iii)     għall-istituzzjonijiet li jużaw l-istimi tagħhom ta’ fatturi ta’ konverżjoni għall-kalkolu tal-ammonti tal-iskoperturi ppeżati skont ir-riskju, l-ammont ta’ impenji mhux miġbuda u l-valur medju tal-iskoperturi ppeżati skont l-iskopertura għal kull klassi ta’ skopertura;

(f) Għall-klassi ta’ skoperturi fil-livell ta' konsumatur u għal kull waħda mill-kategoriji kif definiti fil-punt (c)(iv), jew id-divulgazzjonijiet imsemmija fil-punt (e) aktar ’il fuq (jekk applikabbli, fuq bażi ta' pula), jew analiżi ta’ skoperturi (self pendenti u l-valur tal-iskoperturi għal impenji mhux miġbuda) kontra numru suffiċjenti ta’ livelli EL sabiex tkun tista’ ssir differenzazzjoni utli tar-riskju ta’ kreditu (jekk applikabbli, fuq bażi ta' pula);

(g) l-aġġustamenti attwali tar-riskju ta’ kreditu speċifiku fil-perjodu preċedenti għal kull klassi ta’ skoperturi (fil-livell ta' konsumatur, għal kull kategorija kif speċifikat fil-punt (c)(iv) u kif huma differenti mill-esperjenza tal-passat;

(h) deskrizzjoni tal-fatturi li ħallew impatt fuq l-esperjenza ta’ telf fil-perjodu preċedenti (pereżempju, l-istituzzjoni esperjenzat rati ta’ inadempjenza ogħla mill-medja, jew LGDs u fatturi ta’ konverżjoni ogħla mill-medja);

(i) l-istimi tal-istituzzjoni abbażi tar-riżultati attwali fuq perjodu itwal. Bħala minimu, dawn għandhom jinkludu informazzjoni fuq l-istimi ta’ telf abbażi tat-telf attwali f’kull klassi ta’ skoperturi (fil-livell ta' konsumatur, għal kull kategorija kif speċifikat fil-punt (c)(iv) fuq perjodu suffiċjenti sabiex jippermetti stima utli tal-prestazzjoni tal-proċessi ta’ klassifikazzjoni interna għal kull klassi ta’ skoperturi (fil-livell ta' konsumatur għal kull waħda mill-kategoriji kif definit fil-punt (c)(iv). Fejn xieraq, l-istituzzjonijiet għandhom jaqsmu aktar din l-informazzjoni sabiex jipprovdu analiżi tal-PD u, għall-istituzzjonijiet li jużaw l-istimi tal-LGDs u/jew il-fatturi ta’ konverżjoni tagħhom stess, ir-riżultati tal-LGD u l-fattur ta’ konverżjoni abbażi tal-istimi provduti fid-divulgazzjonijiet tal-valutazzjoni tar-riskju kwantitattiv aktar ’il fuq.

(j) għall-iskoperturi tal-klassijiet kollha speċifikati fl-Artikolu 142 u għal kull kategorija ta’ skoperturi li jikkorrispondu għalihom il-korrelazzjonijiet differenti fl-Artikolu 149 (1) sa 149(4):

(i)      għall-istituzzjonijiet li jużaw l-istimi tal-LGD tagħhom stess għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju, il-medja tal-LGD u l-PD ppeżati skont l-iskoperturi f’perċentwal għal kull żona ġeografika rilevanti tal-iskoperturi ta’ kreditu;

(ii)     għall-istituzzjonijiet li ma jużawx l-istimi tal-LGD tagħhom stess, il-medja tal-PD ippeżata skont l-iskoperturi f’perċentwal għal kull żona ġeografika rilevanti tal-iskoperturi ta’ kreditu.

Għall-finijiet tal-punt (c), id-deskrizzjoni għandha tinkludi t-tipi ta’ skoperturi inklużi fil-klassi ta’ skoperturi, id-definizzjonijiet, il-metodi u d-dejta għall-valutazzjoni u l-validazzjoni tal-PD u, jekk applikabbli, l-LGD u l-fatturi ta’ konverżjoni, inklużi s-suppożizzjonijiet użati fid-derivazzjoni ta’ dawn il-varjabbli, u d-deskrizzjonijiet ta’ devjazzjonijiet materjali mid-definizzjoni ta’ inadempjenza kif stabbilit fl-Artikolu 174, inklużi s-segmenti ġenerali affettwati minn tali derivazzjonijiet.

Għall-finijiet tal-punt (j), iż-żona ġeografika rilevanti tal-iskoperturi ta’ kreditu tfisser skoperturi fl-Istati Membri fejn l-istituzzjoni ġiet awtorizzata u l-Istati Membri jew pajjiżi terzi li fihom l-istituzzjonijiet iwettqu attivitajiet permezz ta’ fergħa jew sussidjarja.

Artikolu 438  Użu ta’ tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu

L-istituzzjonijiet li japplikaw tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja:

(a) il-politiki u l-proċessi għan-netting li jideher kif ukoll dak li ma jidhirx fil-karti tal-bilanċ, u indikazzjoni li turi sa fejn l-entità tagħmel użu minnhom;

(b) il-politiki u l-proċessi għall-valutazzjoni u l-immaniġjar tal-kollateral;

(c) deskrizzjoni tat-tipi ewlenin ta’ kollateral meħuda mill-istituzzjoni;

(d) it-tipi ewlenin ta’ garanti u l-kontropartijiet tad-derivat ta’ kreditu u l-affidabbiltà kreditizja tagħhom;

(e) informazzjoni dwar konċentrazzjonijiet tar-riskju tas-suq jew ta’ kreditu fil-mitigazzjoni ta’ kreditu li ssir;

(f) għall-istituzzjonijiet li jikkalkolaw l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont l-Approċċ Standardizzat jew l-Approċċ IRB, iżda li ma jipprovdux l-istimi tagħhom stess għal-LGDs jew il-fatturi ta’ konverżjoni fir-rigward tal-klassi ta’ skopertura, b’mod separat għal kull klassi ta’ skopertura, il-valur tal-iskoperturi totali (wara, fejn applikabbli, in-netting li jidher jew li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ) li huwa kopert — wara l-applikazzjoni tal-aġġustamenti ta’ volatilità— permezz ta’ kollateral finanzjarju eliġibbli, u kollateral eliġibbli ieħor;

(g) għall-istituzzjonijiet li jikkalkolaw l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju taħt l-Approċċ Standardizzat jew l-Approċċ IRB, b’mod separat għal kull klassi ta’ skopertura, l-iskopertura totali (wara, fejn applikabbli, in-netting li jidher jew li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ) li hija koperta b'garanziji jew b'derivati ta’ kreditu. Għall-klassi ta’ skoperturi tal-ekwitajiet, dan ir-rekwiżit japplika għal kull approċċ previst fl-Artikolu 150.

Artikolu 439 Użu tal-Approċċi Avvanzati ta’ Kejl għar-riskju operazzjonali

L-istituzzjonijiet li jużaw l-Approċċi Avvanzati ta’ Kejl stabbiliti fl-Artikoli 310 sa 313 għall-kalkolu tar-rekwiżiti tal-fondi proprji tagħhom għar-riskju operazzjonali għandhom jiddivulgaw deskrizzjoni tal-użu ta’ assigurazzjonijiet u mekkaniżmi oħra ta’ trasferiment tar-riskji għall-finijiet ta’ mitigazzjoni ta’ dan ir-riskju.

Artikolu 440 Użu tal-Mudelli Interni tar-Riskju tas-Suq

L-istituzzjonijiet li jikkalkolaw ir-rekwiżiti kapitali tagħhom skont l-Artikolu 352 għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja:

(a) għal kull subportafoll kopert:

(i)      il-karatteristiċi tal-mudelli użati;

(ii)     fejn applikabbli, għall-mudelli interni għar-riskju ta’ inadempjenza inkrimentali u ta’ migrazzjoni u għan-negozjar ta’ korrelazzjoni, il-metodoloġiji użati u r-riskji mkejla permezz tal-użu ta’ mudell intern inkluża deskrizzjoni tal-approċċ użat mill-istituzzjoni sabiex jiġu ddeterminati l-perjodi ta’ likwidità, il-metodoloġiji użati sabiex tinkiseb valutazzjon tal-kapital li hija konsistenti mal-istandard ta’ solidità meħtieġ u l-approċċi użati fil-validazzjoni tal-mudell;

(iii)     deskrizzjoni tal-ittestjar tal-istress applikat għas-subportafoll;

(iv)    deskrizzjoni tal-approċċi użati għall-ittestjar b’lura u l-validazzjoni tal-preċiżjoni u l-konsistenza tal-mudelli interni u l-proċessi ta’ mudellar;

(b) l-ambitu tal-permess mill-awtorità kompetenti;

(c) deskrizzjoni tal-firxa u l-metodoloġiji għall-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 99 u 100;

(d) l-ogħla, l-inqas u l-valur medju ta’ dawn li ġejjin:

(i)      il-kejl ta’ kuljum tal-valur fir-riskju tul il-perjodu tar-rappurtar u fl-aħħar tal-perjodu;

(ii)     il-kejl tal-valur fir-riskju taħt stress tul il-perjodu tar-rappurtar u fl-aħħar tal-perjodu;

(iii)     il-figuri ta’ riskju għar-riskju ta’ inadempjenza inkrimentali u ta’ migrazzjoni u għar-riskju speċifiku tal-portafoll tan-negozjar ta’ korrelazzjoni fuq il-perjodu ta’ rappurtar u fl-aħħar tal-perjodu;

(e) l-elementi tar-rekwiżit għall-fondi proprji kif speċifikat fl-Artikolu 353;

(f) il-perjodu ta’ likwidità medja ppeżata għal kull subportafoll kopert mill-mudelli interni għar-riskju ta’ inadempjenza inkrimentali u ta’ migrazzjoni u għan-negozjar ta’ korrelazzjoni;

(g) tqabbil tal-kejl tal-valur fir-riskju fi tmiem il-ġurnata ta' kull ġurnata mal-bidliet ta’ ġurnata waħda fil-valur tal-portafoll sa tmiem il-jum ta’ xogħol sussegwenti flimkien ma’ analiżi ta’ kull qbiż importanti fil-valur matul il-perjodu ta’ rappurtar.

PARTI DISGĦA ATTI DELEGATI U TA' IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 441 Atti Delegati

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tadotta atti delegati skont l-Artikolu 445, dwar l-aspetti li ġejjin:

(a) jiġu ċċarati d-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 4, 22, 137, 148, 188, 237, 267, 294, 371 u 400 sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament

(b) jiġu ċċarati d-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 4, 22, 137, 148, 188, 237, 267, 294, 371 u 400 sabiex jitqiesu, fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji;

(c) emenda fil-lista tal-klassijiet ta’ skopertura fl-Artikoli 107 u 142 sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji;

(d) l-ammont speċifikat fil-punt c tal-Artikolu 118, l-Artikolu 142(5)(a), l-Artikolu 148(4) u l-Artikolu 158(4), sabiex jitqiesu l-effetti tal-inflazzjoni;

(e) il-lista u l-klassifikazzjoni tal-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ fl-Annessi I u II;

(f) aġġustament fil-kategoriji tad-ditti tal-investimenti fl-Artikolu 90(1) u l-Artikolu 91(1) sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji;

(g) jiġi ċċarat ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 92 sabiex tkun żgurata applikazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament.

(h) jiġu ċċarati l-eżenzjonijiet previsti fl-Artikolu 389;

(i) l-estensjoni bi tnax-il xahar tat-tul taż-żmien tar-rekwiżit li jkunu pprovduti fondi proprji li jkunu dejjem aktar jew daqs l-ammont speċifikat fl-Artikolu 476 lil hinn mill-perjodi previsti fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dak l-Artikolu;

(j) il-modifika fil-kejl kapitali u l-kejl tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta’ ingranaġġ imsemmi fl-Artikolu 416(2) sabiex jiġi kkoreġut kwalunkwe nuqqas misjub fuq il-bażi ta’ rappurtar imsemmi fl-Artikolu 417(1) qabel ma l-proporzjon ta’ ingranaġġ ikun irid jiġi ppubblikat mill-istituzzjonijiet kif stabbilit fl-Artikolu 436(1)(a). Din id-delegazzjoni tas-setgħa għandha tkun soġġetta għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 446.

Kif imsemmi fil-punt (i) tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’ tadotta miżura aktar minn darba jekk ir-rekwiżit biex jiġu pprovduti l-fondi proprji li jkunu dejjem daqs jew aktar mill-ammont speċifikat fl- Artikolu 476 jiġi estiż għal perjodi konsekuttivi ta’ tnax-il xahar. Madanakollu, ir-rekwiżit ma jistax ikun estiż għal wara l-31 ta’ Diċembru 2018. Jekk dan ir-rekwiżit ma jiġix estiż qabel l-iskadenza tal-perjodu ta’ tnax-il xahar relevanti, il-Kummissjoni ma tistax tadotta miżuri ulterjuri taħt il-paragrafu 1(i).

Sat-30 ta’ Ġunju 2015, l-ABE għandha tirrapporta lill-Kummissjoni dwar jekk is-sitwazzjoni ekonomika li qiegħda tevolvi u l-iżviluppi fir-rekwiżiti regolatorji rilevanti jiġġustifikawx l-estensjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 476.

Artikolu 442 Aġġustamenti u korrezzjonijiet tekniċi

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati skont l-Artikolu 445, sabiex tagħmel aġġustamenti u korrezzjonijiet tekniċi tal-elementi li mhumiex essenzjali fid-dispożizzjonijiet li ġejjin sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji, b’mod partikolari l-prodotti finanzjarji ġodda, sabiex tagħmel aġġustamenti fl-iżviluppi wara l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament f’atti leġiżlattivi oħra tal-UE dwar is-servizzi finanzjarji u l-kontabbiltà inklużi l-istandards tal-kontabbiltà bbażati fuq ir-Regolament Nru (UE) 1605/2002, jew sabiex tirrifletti l-konverġenza tal-prattika superviżorja:

(a)          ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tal-kreditu stabbiliti fl-Artikoli 106 sa 129, u fl-Artikoli 138 sa 187;

(b)          l-effetti tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu skont l-Artikoli 189 sa 236;

(c)          ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għat-titolizzazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 238 sa 261;

(d)          ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskji ta’ kreditu tal-kontroparti skont l-Artikoli 267 sa 300;

(e)          ir-rekwiżiti tal-fondi proprji għar-riskju operazzjonali stabbiliti fl-Artikoli 304 sa 313;

(f)           ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq stabbiliti fl-Artikoli 314 sa 367;

(g)          ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-saldu stabbiliti fl-Artikoli 368 u 369;

(h)          ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tal-aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu stabbiliti fl-Artikoli 373, 374 u 375;

(i)           il-Parti Tnejn u l-Artikolu 95 bħala riżultat tal-iżviluppi fl-istandards tal-kontabbiltà jew ir-rekwiżiti li jqisu l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew fir-rigward tal-konverġenza tal-prattiki superviżorji.

Artikolu 443 Rekwiżiti prudenzjali

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tadotta atti delegati skont l-Artikolu 445, sabiex timponi rekwiżiti prudenzjali aktar stretti, għal perjodu ta’ żmien aktar limitat, għall-iskoperturi kollha jew għall-iskoperturi għal settur wieħed jew aktar, reġjuni jew Stati Membri, fejn dan huwa neċessarju sabiex jiġu indirizzati l-bidliet fl-intensità tar-riskji mikroprudenzjali u makroprudenzjali li jirriżultaw minn żviluppi fis-suq li jinbtu wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari wara r-rakkomandazzjoni jew l-opinjoni tal-BERS, dwar

(a)          żieda temporanja fil-livell ta’ fondi proprji stabbiliti fl-Artikolu 87;

(b)          il-filtri prudenzjali stabbiliti fl-Artikoli 29 sa 32;

(c)          it-tnaqqis minn elementi ta’ fondi proprji stabbiliti fl-Artikoli 33, 53 u 63;

(d)          ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tal-kreditu stabbiliti fl-Artikoli 106 sa 129, u fl-Artikoli 138 sa 187;

(e)          l-effetti tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu skont l-Artikoli 189 sa 236;

(f)           ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għat-titolizzazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 238 sa 261;

(g)          ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tal-krediti skont l-Artikoli 268 sa 300;

(h)          ir-rekwiżiti tal-fondi proprji għar-riskju operazzjonali stabbiliti fl-Artikoli 304 sa 313;

(i)           ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq stabbiliti fl-Artikoli 314 sa 367;

(j)           ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-saldu stabbiliti fl-Artikoli 368 u 369;

(k)          ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tal-aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu stabbiliti fl-Artikoli 373, 374 u 375.

Din id-delegazzjoni tas-setgħa għandha tkun soġġetta għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 446.

Artikolu 444 Likwidità

1.           Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tadotta att delegat skont l-Artikolu 445 sabiex tispeċifika fid-dettall ir-rekwiżit ġenerali stabbilit fl-Artikolu 401. Tali speċifikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-elementi li għandhom jiġu rrapurtati skont il-Parti Sitta, it-Titolu II. L-att delegat għandu jispeċifika wkoll taħt liema ċirkustanzi l-awtoritajiet kompetenti jridu jimponu l-livelli speċifiċi ta’ dħul u ħruġ fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu sabiex ikunu koperti r-riskji speċifiċi li huma esposti għalihom.

2.           Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li timmodifika l-elementi msemmija fil-paragrafu 1 jew iżżid elementi addizzjonali fil-każ biss li tkun issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) rekwiżit ta’ kopertura tal-likwidità bbażat fuq dawn il-kriterji, ikkunsidrati jew b’mod individwali jew f’daqqa, ikollu impatt materjali ta’ detriment fuq in-negozju u l-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet Ewropej jew fuq is-swieq finanzjarji jew l-ekonomija; jew

(b) modifika tkun xierqa sabiex tallinjahom mal-istandards internazzjonali miftiehma għas-superviżjoni tal-likwidità.

Għall-finijiet tal-punt (a), matul il-valutazzjoni tal-impatt tar-rekwiżit ta’ kopertura tal-likwidità bbażat fuq dawn il-kriterji, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra r-rapporti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 481.

3.           Il-Kummissjoni għandha tadotta l-ewwel att delegat imsemmi fil-paragrafu 1 sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2015. Madanakollu, att delegat adottat skont dan l-Artikolu ma għandux japplika qabel l-1 ta’ Jannar 2015.

Artikolu 445  Eżerċizzju tad-delega

1. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati qiegħda tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 441 sa 444 għandha tkun ikkonferita għal perjodu indeterminat ta' żmien mid-data speċifikata fl-Artikolu 488.

3. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 441 sa 444 tista’ tiġi revokata f’kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum li jsegwi l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data sussegwenti li tkun speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess waqt lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5. Att delegat adottat skont l-Artikoli 441 sa 444 għandu jidħol biss fis-seħħ jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill t-tnejn li huma jkunu infurmaw lill-Kummissjoni bil-fatt li mhumiex se jqajmu oġġezzjoni. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew il-Kunsill.

Artikolu 446 Proċedura ta’ urġenza

(1) Atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma ssir l-ebda oġġezzjoni espressa skont il-paragrafu 2. In-notifika ta' att iddelegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta' urġenza.

(2) Kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att iddelegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 445(5). F'tali każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att bla dewmien wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

Artikolu 447 Kumitat Bankarju Ewropew

1.           Għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Bankarju Ewropew stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/10/KE. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.           Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu jkun applikabbli l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

PARTI GĦAXRA DISPOŻIZZJONIJIET, RAPPORTI U REVIŻJONIJIET TRANŻIZZJONALI

Titolu I Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

Kapitolu 1 Rekwiżiti ta’ fondi proprji, qligħ u telf mhux realizzati mkejla bil-valur u t-tnaqqis ġusti

Taqsima 1 Rekwiżiti ta’ fondi proprji

Artikolu 448 Rekwiżiti ta’ fondi proprji

1. Permezz ta’ deroga mill-punti (a) u (b) tal-Artikolu 87(1), l-istituzzjonijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji li ġejjin:

(a) matul il-perjodu kollu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2013 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2013:

(i)      proporzjon ta’ kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni ta’ livell li jaqa’ fil-medda bl-inqas valur ta’ 3.5% u l-ogħla valur ta’ 4.5%;

(ii)      proporzjon tal-kapital tal-Grad 1 ta’ livell li jaqa’ fil-medda bl-inqas valur ta’ 4.5% u l-ogħla valur ta’ 6%;

(b) matul il-perjodu kollu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2014 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2014:

(i)      proporzjon ta’ kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni ta’ livell li jaqa’ fil-medda ta’ 4% sa 4.5%;

(ii)      proporzjon ta’ kapital tal-Grad 1 ta’ livell li jaqa’ fil-medda ta’ 4.5% sa 6%.

2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom:

4.1.1.1. jiddeterminaw il-livelli tal-proporzjonijiet ta’ kapitali tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni u tal-Grad 1 fil-meded speċifikati fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 li l-istituzzjonijiet għandhom jissodisfaw;

4.1.1.2. jippubblikaw id-determinazzjoni magħmula skont il-punt (a).

Taqsima 2 Qligħ u telf mhux realizzati mkejla fil-valur ġust

Artikolu 449 Telf mhux realizzat imkejjel fil-valur ġust 

1. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 32, matul il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2013 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2017, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu fil-kalkolu tal-elementi tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni tagħhom il-perċentwal applikabbli tat-telf mhux realizzat imkejjel fil-valur ġust biss, għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 30.

2. Il-perċentwal applikabbli għall-finijiet tal-paragrafu 1 għandu jaqa’ fil-meded li ġejjin:

(a) 0% sa 100% matul il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2013 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2013;

(b) 20% sa 100% matul il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2014 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2014;

(c) 40% sa 100% matul il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2015 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2015;

(d) 60% sa 100% matul il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2016 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2016; u

(e) 80% sa 100% għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2017 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2017.

3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom:

(a) jiddeterminaw il-perċentwal applikabbli fil-meded speċifikati fil-punti (a) sa (e) tal-paragrafu 2;

(b) jippubblikaw id-determinazzjoni magħmula skont il-punt (a).

Artikolu 450 Qligħ mhux realizzat imkejjel fil-valur ġust 

(59) Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 32, matul il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2013 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2017, l-istituzzjonijiet ma għandhomx ineħħu l-perċentwal applikabbli ta’ qligħ mhux realizzat imkejjel fil-valur ġust mill-elementi tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni tagħhom, għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 30. L-ammont reżidwu li jirriżulta għandu jitneħħa mill-elementi tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni.

(60) Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-perċentwal applikabbli għandu jkun ta’ 0% matul il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2013 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2013, u għandu, wara din id-data, jaqa’ taħt il-meded li ġejjin:

4.1.1.1. 0% sa 20% matul il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2014 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2014;

4.1.1.2. 0% sa 40% matul il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2015 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2015;

4.1.1.3. 0% sa 60% matul il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2016 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2016;

4.1.1.4. 0% sa 80 % għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2017 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2017.

(61) Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 59, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu l-perċentwal applikabbli tal-ammont reżidwu mneħħi mill-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni skont il-paragrafu 1 fl-elementi tal-Grad 1, sal-punt li dak il-qligħ mhux realizzat imkejjel fil-valur ġust ikun ġie rikonoxxut bħala fondi proprji addizzjonali skont it-traspożizzjoni nazzjonali tad-Direttiva 2006/48/KE. Il-perċentwal applikabbli għandu jaqa’ fil-meded li ġejjin:

(a) 100% matul il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2013 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2013;

(b) 80% matul il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2014 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2014;

(c) 60% matul il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2015 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2015;  

(d) 40% matul il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2016 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2016.

(e) 20% matul il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2017 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2017.

4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom:

(a) jiddeterminaw il-perċentwal applikabbli tal-qligħ mhux realizzat fil-meded speċifikati fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 2 li ma tneħħiex mill-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni;

(b) jippubblikaw id-determinazzjoni magħmula skont il-punt (a).

Taqsima 3 Tnaqqis

Subtaqsima 1 Tnaqqis mill-elementi tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni

Artikolu 451 Tnaqqis mill-elementi tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni

(1) Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 33(1), matul il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2013 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2017, dan li ġej għandu japplika:

(a) L-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu mill-elementi tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni l-perċentwal applikabbli speċifikat fl-Artikolu 458 tal-ammonti meħtieġa sabiex jitnaqqsu skont il-punti (a) sa (h) tal-Artikolu 33(1), għajr l-assi tat-taxxa differita li jistrieħu fuq il-profitabbiltà fil-ġejjieni u li jirriżultaw minn differenzi temporanji;

(b) l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 453 għall-ammonti reżidwi ta’ elementi li jeħtiġilhom jitnaqqsu skont il-punti (a) sa (h) tal-Artikolu 33(1), għajr l-assi ta’ taxxa differita li jistrieħu fuq il-profitabbiltà fil-ġejjieni u li jirriżultaw minn differenzi temporanji;

(c) l-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu mill-elementi tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni l-perċentwal applikabbli speċifikat fl-Artikolu 458 tal-ammont totali li jeħtieġlu jitnaqqas skont il-punti (c) u (i) tal-Artikolu 33(1) wara li jiġi applikat l-Artikolu 452;

(d) l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 453(4) jew l-Artikolu 453(10), kif applikabbli, għall-ammont reżidwu totali tal-elementi meħtieġa sabiex jitnaqqsu skont il-punti (c) u (i) tal-Artikolu 33(1) wara li jiġi applikat l-Artikolu 452.

(2) L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-porzjon tal-ammont reżidwu totali msemmi fil-punt (d) tal-paragrafu 1, li huwa soġġett għall-Artikolu 453(4), billi jinqasam l-ammont speċifikat fil-punt (a) bl-ammont speċifikat fil-punt (b):

(a) l-ammont tal-assi tat-taxxa differita li huma dipendenti fuq il-profitabbiltà fil-ġejjieni u li jirriżultaw minn differenzi temporanji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 452(2);

(b) is-somma tal-ammonti msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 452(2).

(3) L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-porzjon tal-ammont reżidwu totali msemmi fil-punt (d) tal-paragrafu 1 li huwa soġġett għall-Artikolu 453(10) billi jinqasam l-ammont speċifikat fil-punt (a) bl-ammont speċifikat fil-punt (b):

(a) l-ammont ta’ parteċipazzjonijiet diretti jew indiretti fl-istrumenti tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 452(2);

(b) is-somma tal-ammonti msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 452(2).

Artikolu 452 Eżenzjoni mit-tnaqqis mill-elementi tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni

1. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-elementi rilevanti tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni għandhom jinkludu l-elementi tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni tal-istituzzjoni kkalkolati wara li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 u wara li jsir it-tnaqqis skont il-punti (a) sa (h) u (j), (k) u (l) tal-Artikolu 33(1), għajr assi tat-taxxa differita li jistrieħu fuq il-profitabbiltà fil-ġejjieni u li jirriżultaw minn differenzi temporanji.

2. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 45(1), matul il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2013 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2017, l-istituzzjonijiet ma għandhomx inaqqsu l-elementi elenkati fil-punti (a) u (b) li meta jkunu aggregati jiġu daqs jew inqas minn 15% tal-elementi rilevanti tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni tal-istituzzjoni:

(a) assi tat-taxxa diferiti li jiddependu fuq il-profitabbiltà fil-ġejjieni u li jirriżultaw minn differenzi temporanji u li meta jkunu aggregati jkunu daqs jew inqas minn 10% tal-element rilevanti tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni;

(b) fejn istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti f’entità rilevanti, il-parteċipazzjonijiet diretti u indiretti mill-istituzzjoni fl-istrumenti tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni ta’ dik l-entità li meta jkunu aggregati jiġu daqs jew inqas minn 10% tal-elementi rilevanti tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni.

3. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 45(2), l-elementi eżenti mit-tnaqqis skont il-paragrafu 2 għandhom jiġu ppeżati skont ir-riskju b’250%. L-elementi msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta, kif applikabbli.

 Artikolu 453 Elementi mhux imnaqqsa mill-Grad 1 tal-Ekwità Komuni

(1) Permezz ta’ deroga mill-punti (a) sa (i) Artikolu 33(1), matul il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2013 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2017, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dan l-Artikolu għall-ammonti reżidwi ta’ elementi msemmija fil-punti (b) u (d) tal-Artikolu 451(1):

(2) L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dan li ġej għall-ammont reżidwu ta’ telf tas-sena finanzjarja attwali msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 33(1):

1.1.1.1. telf li huwa materjali jiġi mnaqqas mill-elementi tal-Grad 1;

1.1.1.2. telf li mhuwiex materjali ma jiġix imnaqqas.

(3) L-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu l-ammont reżidwu tal-assi intanġibbli msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 33(1)(b) mill-elementi tal-Grad 1.

(4) L-ammont reżidwu tal-assi tat-taxxa differita msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 33(1) ma għandux jitnaqqas u għandu jkun soġġett għal piż ta’ riskju ta’ 0%.

(5) L-ammont reżidwu tal-elementi msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 33(1) għandu jitnaqqas nofs mill-elementi tal-Grad 1 u nofs mill-elementi tal-Grad 2.

(6) L-ammont reżidwu tal-assi ta’ fond definit ta’ pensjoni ta’ benefiċċju msemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 33(1) ma għandux jitnaqqas mill-ebda element tal-fondi proprji u għandu jiġi inkluż fl-elementi tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni sakemm l-ammont kien ikun rikonoxxut bħala fondi proprji oriġinali skont il-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali għall-punti (a) sa (ca) tal-Artikolu 57 tad-Direttiva 2006/48/KE.

(7) L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dan li ġej għall-ammont reżidwu ta’ parteċipazzjonijiet fl-istrumenti proprji tal-Grad 1tal-Ekwità Komuni msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 33(1):

(a) l-ammont ta’ parteċipazzjonijiet diretti jitnaqqas mill-elementi tal-Grad 1;

(b) l-ammont ta’ parteċipazzjonijiet indiretti, inklużi l-istrumenti proprji tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni li l-istituzzjoni tista’ tkun obbligata takkwista minħabba obbligu kuntrattwali kontinġenti jew eżistenti ma jitnaqqasx u huwa soġġett għal piż ta’ riskju skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u għar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu IV tal-Parti Tlieta, kif applikabbli.

(8) L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dan li ġej għall-ammont reżidwu ta’ parteċipazzjonijiet tal-istrumenti tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni ta’ entità rilevanti fejn l-istituzzjoni għandha parteċipazzjonijiet transversali reċiproċi ma’ dik l-entità msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 33(1):

4.1.1.1. fejn istituzzjoni ma għandhiex investiment sinifkanti f’dik l-entità rilevanti, l-ammont tal-parteċipazzjoni tagħha fl-istrumenti tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni ta’ dik l-entità huwa ttrattat bħala wieħed li jaqa’ taħt il-punt (h) tal-Artikolu 33(1);

4.1.1.2. fejn istituzzjoni għandha investiment sinifikanti f’dik l-entità rilevanti, l-ammont ta’ parteċipazzjonijiet tagħha fl-istrumenti tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni ta’ dik l-entità huwa ttrattat bħala wieħed li jaqa’ taħt il-punt (i) tal-Artikolu 33(1).

(9) L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dan li ġej għall-ammonti reżidwi tal-elementi msemmija fil-punt (h) tal-Artikolu 33(1):

(a) l-ammonti meħtieġa jitnaqqsu li jirrelataw mal-parteċipazzjonijiet diretti jitnaqqsu nofs mill-elementi tal-Grad 1 u nofs mill-elementi tal-Grad 2;

(b) l-ammonti li jirrelataw mal-parteċipazzjonijiet indiretti mhumiex imnaqqsa u huma soġġetti għal piżijiet ta’ riskju skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u għar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu IV tal-Parti Tlieta, kif applikabbli;

(10) L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dan li ġej għall-ammonti reżidwi tal-elementi msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 33(1):

(a) l-ammonti meħtieġa jitnaqqsu li jirrelataw mal-parteċipazzjonijiet diretti jitnaqqsu nofs mill-elementi tal-Grad 1 u nofs mill-elementi tal-Grad 2;

(b) l-ammonti li jirrelataw mal-parteċipazzjonijiet indiretti ma jitnaqqsux u huma soġġetti għal piżijiet ta’ riskju skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u għar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu IV tal-Parti Tlieta, kif applikabbli.

Subtaqsima 2 Tnaqqis mill-elementi Addizzjonali tal-Grad 1

Artikolu 454 Tnaqqis mill-elementi Addizzjonali tal-Grad 1

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 53, matul il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2013 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2017, għandu japplika dan li ġej:

(a)          l-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu mill-elementi Addizzjonali tal-Grad 1 l-perċentwal applikabbli speċifikat fl-Artikolu 458 tal-ammonti meħtieġa jitnaqqsu skont l-Artikolu 53;

(b)          l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 455 għall-ammonti reżidwi tal-elementi meħtieġa jitnaqqsu skont l-Artikolu 53.

Artikolu 455 Elementi mhux imnaqqsa mill-elementi Addizzjonali tal-Grad 1

(1) Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 53, matul il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2013 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2017, ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu għandhom japplikaw għall-ammonti reżidwi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 454.

(2) L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dan li ġej għall-ammont reżidwu tal-elementi msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 53:

(a) parteċipazzjonijiet diretti fi strumenti proprji Addizjonali tal-Grad 1 li huma ishma jitnaqqsu mill-elementi tal-Grad 1 bil-valur skont il-kotba;

(b) parteċipazzjonijiet diretti fi strumenti proprji Addizzjonali tal-Grad 1 li mhumiex ishma ma jitnaqqsux u huma ppeżati skont ir-riskju skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u soġġetti għar-rekwiżiti tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta, kif applikabbli;

(c) parteċipazzjonijiet indiretti ta’ strumenti proprji Addizzjonali tal-Grad 1, inklużi strumenti proprji Addizzjonali tal-Grad 1 li istituzzjoni tista’ tkun obbligata li takkwista minħabba obbligu kuntrattwali kontinġenti jew eżistenti, ma jitnaqqsux u huma ppeżati skont ir-riskju skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u soġġetti għar-rekwiżiti tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta, kif applikabbli.

(3) L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dan li ġej għall-ammont reżidwu tal-elementi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 53:

(a) fejn istituzzjoni ma għandhiex investiment sinifikanti f’entità rilevanti li magħha għandha parteċipazzjonijiet transversi reċiproċi, l-ammont ta’ parteċipazzjonijiet diretti u indiretti tagħha ta’ dawk l-istrumenti Addizzjonali tal-Grad 1 ta’ dik l-entità huwa ttrattat bħala wieħed li jaqa’ taħt il-punt (c) tal-Artikolu 53;

(b) fejn l-istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti f’entità rilevanti li magħha għandha parteċipazzjonijiet transversali reċiproċi, l-ammont ta’ parteċipazzjonijiet diretti u indiretti tagħha ta’ dawk l-istrumenti Addizzjonali tal-Grad 1 ta’ dik l-entità huwa ttrattat bħala wieħed li jaqa’ taħt il-punt (d) tal-Artikolu 53.

(4) L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dan li ġej għall-ammont reżidwu tal-elementi msemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 53:

1.1.1.1. l-ammont relatat mal-parteċipazzjonijiet diretti meħtieġa sabiex jitnaqqsu skont il-punti (c) u (d) tal-Artikolu 53 jitnaqqsu nofs mill-elementi tal-Grad 1 u nofs mill-elementi tal-Grad 2;

1.1.1.2. l-ammont relatat mal-parteċipazzjonijiet indiretti meħtieġa sabiex jitnaqqsu skont il-punti (c) u (d) tal-Artikolu 53 ma għandhomx jitnaqqsu u għandhom ikunu soġġetti għal piż ta’ riskju skont il-Kapitolu 2 or 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u għar-rekwiżiti tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta, kif applikabbli.

Subtaqsima 3 Tnaqqis mill-elementi tal-Grad 2

Artikolu 456 Tnaqqis mill-elementi tal-Grad 2

(1) Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 63, matul il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2013 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2017, għandu japplika dan li ġej:

(a) l-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu mill-elementi tal-Grad 2 l-perċentwal applikabbli speċifikat fl-Artikolu 458 tal-ammonti meħtieġa jitnaqqsu skont l-Artikolu 63;

(b) l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 457 għall-ammonti reżidwi meħtieġa jitnaqqsu skont l-Artikolu 63.

Artikolu 457 Tnaqqis mill-elementi tal-Grad 2

(1) Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 63, matul il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2013 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2017, ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu għandhom japplikaw għall-ammonti reżidwi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 456.

(2) L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dan li ġej għall-ammont reżidwu tal-elementi msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 63:

1.1.1.1. parteċipazzjonijiet diretti tal-istrumenti proprji tal-Grad 2 li huma ishma jitnaqqsu skont il-valur fil-kotba mill-elementi tal-Grad 2;

1.1.1.2. parteċipazzjonijiet diretti fl-istrumenti proprji tal-Grad 2 li mhumiex ishma ma jitnaqqsux u huma ppeżati skont ir-riskju skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u soġġetti għar-rekwiżiti tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta, kif applikabbli;

1.1.1.3. parteċipazzjonijiet indiretti fl-istrumenti proprji tal-Grad 2, inklużi dawk l-istrumenti proprji tal-Grad 2 li l-istituzzjoni tista’ tkun obbligata takkwista minħabba obbligu kuntrattwali eżistenti jew kontinġenti, ma jitnaqqsux u huma ppeżati skont ir-riskju skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u soġġetti għar-rekwiżiti tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta, kif applikabbli.

(3) L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dan li ġej għall-ammont reżidwu tal-elementi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 63:

1.1.1.1. fejn istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti fl-entità rilevanti li magħha jkollha parteċipazzjonijiet transversali reċiproċi, l-ammont ta’ parteċipazzjonijiet diretti u indiretti tagħha tal-istrumenti tal-Grad 2 tal-entità huwa ttrattat bħala wieħed li jaqa’ taħt il-punt (c) tal-Artikolu 63; 

1.1.1.2. fejn l-istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti f’entità rilevanti li magħha jkollha parteċipazzjonijiet transversali reċiproċi, l-ammont ta’ parteċipazzjonijiet diretti u indiretti tal-istrumenti tal-Grad 2 ta’ dik l-entità rilevanti huwa ttrattat bħala wieħed li jaqa’ taħt il-punt (d) tal-Artikolu 63.

(4) L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dan li ġej għall-ammont reżidwu tal-elementi msemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 63:

(a) l-ammont relatat mal-parteċipazzjonijiet diretti li huwa meħtieġ jitnaqqas skont il-punti (c) u (d) tal-Artikolu 63 jitnaqqas nofs mill-elementi tal-Grad 1 u nofs mill-elementi tal-Grad 2;

(b) l-ammont relatat mal-parteċipazzjonijiet indiretti li huwa meħtieġ jitnaqqas skont il-punti (c) u (d) tal-Artikolu 63 ma għandux jitnaqqas u huwa soġġett għal piż ta’ riskju skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u r-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu IV tal-Parti Tlieta, kif applikabbli.

Subtaqsima 4 Perċentwali applikabbli għat-tnaqqis

Artikolu 458 Perċentwali applikabbli għat-tnaqqis minn elementi tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni, tal-Grad 1 Addizzjonali u tal-ewwel Grad 2

(1) Il-perċentwal applikabbli għall-finijiet tal-punti (a) u (c) tal-Artikolu 451(1), punt (a) tal-Artikolu 454 u punt (a) tal-Artikolu 456 għandhom jaqgħu fil-meded li ġejjin:

(a)     0% sa 100% għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2013;

(b)     20% sa 100% għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2014;

(c)     40 % sa 100 % for the period from 1 January 2015 sa 31 December 2015;

(d)     60% sa 100% għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2016 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2016;

(e)     80% sa 100% għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2017 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2017.

(2) L-awtoritajiet kompetenti għandhom:

(a) jiddeterminaw il-perċentwal applikabbli fil-meded speċifikati fil-paragrafu 1 għal kull element li ġej:

(i)      l-elementi msemmija fil-punti (a) sa (h) tal-Artikolu 33(1), għajr l-assi tat-taxxa differita li jistrieħu fuq il-profitabbiltà fil-ġejjieni u li jirriżultaw minn differenzi temporanji;

(ii)      assi tat-taxxa differita li jistrieħu fuq il-profitabbiltà fil-ġejjieni u li jirriżultaw minn differenzi temporanji u l-elementi msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 33(1);

(iii)     l-elementi msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 53;

(iv)     l-elementi msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 63;

(b) jippubblikaw id-determinazzjoni magħmula skont il-punt (a).

Taqsima 4 Interess minoritarju u strumenti Addizzjonali tal-Grad 1 u l-Grad 2 maħruġa mis-sussidjarji

Artikolu 459 Rikonoxximent fil-kapital konsolidat tal-istrumenti tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni u elementi li ma jikkwalifikawx bħala interessi minoritarji 

(1) Permezz ta’ deroga mit-Titolu III tal-Parti Tnejn, matul il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2013 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2017, ir-rikonoxximent fil-fondi proprji konsolidati tal-elementi li jkunu jikkwalifikaw bħala riżervi konsolidati skont il-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali skont l-Artikolu 65 tad-Direttiva 2006/48/KE li ma jikkwalifikawx bħala kapital konsolidat tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni għal kwalunkwe mir-raġunijiet li ġejjin għandu jiġi ddeterminat mill-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafi 2 u 3:

(a) l-istrument ma jikkwalifikax bħala strument tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni, u konsegwentement, il-qligħ relatat miżmum u l-kontijiet tal-primjum tal-ishma ma jikkwalifikawx bħala elementi konsolidati tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni;

(b) bħala riżultat tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 76;

(c) għax sussidjarja mhijiex istituzzjoni jew entità li hija soġġetta għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u din id-Direttiva [imdaħħla mill-OP] minħabba l-liġi nazzjonali applikabbli;

(d) għax is-sussidjarja mhijiex inkluża bis-sħiħ fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Ewwel Parti.

(2) Il-perċentwal applikabbli tal-elementi msemmija fil-paragrafu 1 li jkunu jikkwalifikaw bħala riżervi konsolidati skont il-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali għall-Artikolu 65 tad-Direttiva 2006/48/KE għandu jikkwalifika bħala kapital konsolidat tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni.

(3) Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-perċentwali applikabbli għandhom jaqgħu fil-meded li ġejjin:

(a) 0% sa 100% għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2013;

(b) 0% sa 80% għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2014;

(c) 0% sa 60% għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2015 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2015;

(d) 0% sa 40% għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2016 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2016; 

(e) 0% sa 20% għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2017 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2017.

(4) L-awtoritajiet kompetenti għandhom:

(a) jiddeterminaw il-perċentwal applikabbli fil-meded speċifikati fil-paragrafu 3;

(b) jippubblikaw id-determinazzjoni magħmula skont il-punt (a).

Artikolu 460 Rikonoxximent fil-fondi proprji konsolidati ta’ interessi minoritarji u l-kwalifikazzjoni ta’ kapital Addizzjonali tal-Grad 1 u l-Grad 2 

(1) Permezz ta’ deroga mill-punt (b) tal-Artikolu 79, mill-punt (b) tal-Artikolu 80 u mill-punt (b) tal-Artikolu 82, matul il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2013 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2017, il-perċentwali msemmija f’dawk il-punti għandhom jiġu moltiplikati b’fattur applikabbli.

(2) Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-fattur applikabbli għandu jaqa’ fil-meded li ġejjin:

(a) 0 sa 1 fil-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2013 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2013;

(b) 0.2 sa 1 fil-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2014 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2014;

(c) 0.4 sa 1 fil-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2015 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2015;

(d) 0.6 sa 1 fil-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2016 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2016; u

(e)      0.8 sa 1 fil-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2017 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2017.

(3) L-awtoritajiet kompetenti għandhom:

(a) jiddeterminaw il-valur tal-fattur applikabbli fil-meded speċifikati fil-paragrafu 2;

(b) jippubblikaw id-determinazzjoni magħmula skont il-punt (a).

Taqsima 5 Filtri u tnaqqis addizzjonali

Artikolu 461 Filtri u tnaqqis addizzjonali

(1) Permezz ta’ deroga mill-Artikoli 29 sa 33, 53 u 63, matul il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2013 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2017, l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu aġġustamenti fl-elementi tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni, l-elementi tal-Grad 1, l-elementi tal-Grad 2 jew l-elementi tal-fondi proprji sabiex jew jinkludu fihom jew inkella jnaqqsu minnhom dak il-perċentwal applikabbli tal-filtri jew it-tnaqqis meħtieġa skont il-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali għall-Artikoli 57 u 66 tad-Direttiva 2006/48/KE, u għall-Artikoli 13 u 16 tad-Direttiva 2006/49/KE, u li mhumiex meħtieġa skont il-Parti Tnejn.

(2) Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-perċentwal applikabbli għandu jaqa’ fil-meded li ġejjin:

(a) 0% sa 100% għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2013;

(b) 0% sa 80% għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2014;

(c) 0% sa 60% għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2015 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2015;

(d) 0% sa 40% għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2016 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2016; u

(e) 0% sa 20 % għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2017 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2017.

(3) Għal kull filtru jew tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:

(a) jiddeterminaw il-perċentwali applikabbli fil-meded speċifikati fil-paragrafu 2;

(b) jippubblikaw id-determinazzjoni magħmula skont il-punt (a).

(4) L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw jekk l-aġġustamenti fil-fondi proprji, jew elementi minnhom, skont il-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali għad-Direttiva 2006/48/KE jew id-Direttiva 2006/49/KE li mhumiex inklużi fil-Parti Tnejn għandhomx, għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, isiru għall-elementi tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni, għall-elementi Addizzjonali tal-Grad Addizzjonali, għall-elementi tal-Grad 1, għall-elementi tal-Grad 2 jew għall-fondi proprji.

L-ABE għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2013.

Il-Kummissjoni tiġi delegata bis-setgħa tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Kapitolu 2 Anterjorità ta’ strumenti kapitali

Taqsima 1 Strumenti li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat

Artikolu 462 Anterjorità tal-istrumenti ta’ għajnuna mill-Istat

1. Permezz ta’ deroga mill-Artikoli 24 sa 27, 48, 49, 59 u 60 matul il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2013 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2017, dan l-Artikolu japplika għall-istrumenti kapitali fejn jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

1.1.1.1. l-istrumenti nħarġu qabel l-20 ta’ Lulju 2011;

1.1.1.2. l-istrumenti jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat;

1.1.1.3. l-istrumenti ġew ikkunsidrati kompatibbli mas-suq intern mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 107 tat-TFUE.

2. L-istrumenti li kkwalifikaw skont il-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali għall-punt (a) tal-Artikolu 57 tad-Direttiva 2006/48/KE għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni minkejja dawn it-tnejn li ġejjin:

(a) il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 26 ma jkunux intlaħqu;

(b) l-istrumenti nħarġu minn impriża msemmija fl-Artikolu 25 u ma ntlaħqux il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 26, jew fl-Artikolu 27 kif applikabbli.

3. L-istrumenti li kkwalifikaw skont il-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali għall-punt (ca) tal-Artikolu 57 u għall-Artikolu 66(1) tad-Direttiva 2006/48/KE għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti Addizzjonali tal-Grad 1 minkejja l-fatt li ma jkunux qegħdin jintlaħqu l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 49(1).

4. Elementi li kkwalifikaw skont il-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali għall-punti (f), (g) jew (h) tal-Artikolu 57 u għall-Artikolu 66(1) tad-Direttiva 2006/48/KE għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti tal-Grad 2 minkejja li l-elementi ma jkunux imsemmija fl-Artikolu 59 jew il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 60 ma jkunux qegħdin jintlaħqu.

Taqsima 2 Strumenti li ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat

Subtaqsima 1 Eleġibbiltà u limiti tal-anterjorità

Artikolu 463 Eliġibbiltà għall-anterjorità ta’ elementi li kkwalifikaw bħala fondi proprji skont il-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali għad-Direttiva 2006/48/KE

1. Dan l-Artikolu għandu japplika biss għal strumenti li nħarġu qabel l-20 ta’ Lulju 2011 u mhumiex dawk imsemmija fl-Artikolu 462(1).

2. Permezz ta’ deroga mill-Artikoli 24 sa 27, 48, 49, 59 u 60, dan l-Artikolu għandu japplika matul il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2013 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2021.

3. Soġġett għal-limitu speċifikat fl-Artikolu 464(2), kapital fis-sens tal-Artikolu 22 tad-Direttiva 86/365/KE, u l-kontijiet primjum tal-ishma relatati, li kkwalifika bħala fondi proprji oriġinali skont il-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali għall-punt (a) tal-Artikolu 57 tad-Direttiva 2006/48/KE għandhom jikkwalifikaw bħala Elementi tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni minkejja li dak il-kapital ma jilħaqx il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 262, jew fl-Artikolu 27 kif applikabbli.

4. Soġġetti għal-limitu speċifikat fl-Artikolu 464(3), l-istrumenti, u l-kontijiet primjum tal-ishma relatati, li kkwalifikaw bħala fondi proprji oriġinali skont il-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali għall-punt (ca) tal-Artikolu 57 u l-Artikolu 154(8) u (9) tad-Direttiva 2006/48/KE għandhom jikkwalifikaw bħala elementi Addizzjonali tal-Grad 1, minkejja li ma jintlaħqux il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 49.

5. Soġġetti għal-limiti speċifikati fl-Artikolu 464(4), l-elementi, u l-kontijiet primjum tal-ishma relatati, li kkwalifikaw skont il-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali għall-punti (f), (g) jew (h) tal-Artikolu 57 tad-Direttiva 2006/48/KE għandhom jikkwalifikaw bħala elementi tat-tieni Kategorija, minkejja li dawn l-elementi mhumiex inklużi fl-Artikolu 59 jew il-fatt li ma jintlaħqux il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 60.

Artikolu 464 Limiti għall-anterjorità ta’ elementi fil-Grad 1 tal-Ekwità Komuni, fil-Grad 1 Addizzjonali u fil-Grad 2

(1) Matul il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2013 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2021, dan l-Artikolu għandu jillimita sa fejn dawk l-istrumenti msemmija fl-Artikolu 463 jistgħu jikkwalifikaw bħala fondi proprji.

(2) L-ammont ta’ elementi msemmija fl-Artikolu 463(3) li għandhom jikkwalifikaw bħala elementi tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni huwa limitat għall-perċentwal applikabbli tas-somma tal-ammonti speċifikati fil-punti (a) u (b):

(a) l-ammont nominali ta’ kapital imsemmi fl-Artikolu 463(3) li kienu nħarġu sal-31 ta’ Diċembru 2012;

(b) il-kontijiet primjum tal-ishma relatati mal-elementi msemmija fil-punt (a).

(3) L-ammont ta’ elementi msemmija fl-Artikolu 463(4) li għandhom jikkwalifikaw bħala elementi Addizzjonali tal-Grad 1 huwa limitat għall-perċentwal applikabbli multiplikat bir-riżultat tat-tnaqqis mis-somma tal-ammonti speċifikati fil-punti (a) u (b) tas-somma tal-ammonti speċifikati fil-punti (c) sa (f):

(a) l-ammont nominali tal-istrumenti msemmija fl-Artikolu 463(4), li jkunu għadhom maħruġin fil-31 ta’ Diċembru 2012;

(b) il-kontijiet primjum tal-ishma relatati mal-istrumenti msemmija fil-punt (a); 

(c) l-ammont ta’ strumenti msemmija fl-Artikolu 463(4) li fil-31 ta’ Diċembru 2012 jkunu qabżu l-limiti speċifikati fil-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali għall-punt (a) tal-Artikolu 66(1) u l-Artikolu 66(1a) tad-Direttiva 2006/48/KE;

(d) il-kontijiet primjum tal-ishma relatati mal-istrumenti msemmija fil-punt (c);

(e) l-ammont nominali tal-istrumenti msemmija fl-Artikolu 463(4) li kienu nħarġu sal-31 ta’ Diċembru 2012 iżda li ma jikkwalifikawx bħala strumenti Addizzjonali tal-Grad 1 skont l-Artikolu 467(4);

(f) il-kontijiet primjum tal-ishma relatati mal-istrumenti msemmija fil-punt (e).

(4) L-ammont ta’ elementi msemmija fl-Artikolu 463(5) li għandhom jikkwalifikaw bħala Elementi tat-2 Grad huwa limitat għall-perċentwal applikabbli tar-riżultat ta’ tnaqqis mis-somma tal-ammonti speċifikati fil-punti (a) sa (d) tas-somma tal-ammonti speċifikati fil-punti (e) sa (h): 

1.1.1.1. l-ammont nominali tal-istrumenti msemmija fl-Artikolu 463(5) li jkunu għadhom maħruġin fil-31 ta’ Diċembru 2012;  

1.1.1.2. il-kontijiet primjum tal-ishma relatati mal-istrumenti msemmija fil-punt (a);

1.1.1.3. l-ammont nominali ta’ kapital subordinat ta’ self li jkun għadu maħruġ fil-31 ta’ Diċembru, imnaqqas mill-ammont meħtieġ skont il-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali għall-punt (c) tal-Artikolu 64(3) tad-Direttiva 2006/48/KE;

1.1.1.4. l-ammont nominali ta’ elementi msemmija fl-Artikolu 463(5), għajr l-istrumenti u l-kapital subordinat ta’ self imsemmija fil-punti (a) u (c) ta’ dan il-paragrafu, li nħarġu qabel il-31 ta’ Diċembru 2012;

1.1.1.5. l-ammont nominali tal-istrumenti u l-elementi msemmija fl-Artikolu 463(5) li nħarġu qabel il-31 ta’ Diċembru 2012 li qabżu l-limiti speċifikati fil-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali għall-punt (a) tal-Artikolu 66(1) tad-Direttiva 2006/48/KEE;

1.1.1.6. il-kontijiet primjum tal-ishma relatati mal-istrumenti msemmija fil-punt (e);

1.1.1.7. l-ammont nominali tal-istrumenti msemmija fl-Artikolu 463(5) li nħarġu qabel il-31 ta’ Diċembru 2012 li ma jikkwalifikawx bħala elementi tal-Grad 2 skont l-Artikolu 468(4);

1.1.1.8. il-kontijiet primjum tal-ishma relatati mal-istrumenti msemmija fil-punt (g).

(5) Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, il-perċentwali applikabbli msemmija fil-paragrafi 2 sa 4 għandhom jaqgħu fil-meded li ġejjin:

(a) 0% sa 90% matul il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2013 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2013;

(b) 0% sa 80% matul il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2014 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2014;

(c) 0% sa 70% matul il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2015 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2015;

(d) 0% sa 60% matul il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2016 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2016;

(e) 0% sa 50% matul il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2017 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2017;

(f) 0% sa 40% matul il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2018 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2018;

(g) 0% sa 30% matul il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2019 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2019;

(h) 0% sa 20% matul il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2020 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020;

(i) 0% sa 10% matul il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2021 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2021.

6. L-awtoritajiet kompetenti għandhom:

(a) jiddeterminaw il-perċentwali applikabbli fil-meded speċifikati fil-paragrafu 5;

(b) jippubblikaw id-determinazzjoni magħmula skont il-punt (a).

Artikolu 465 Elementi esklużi mill-anterjorità fl-elementi tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni jew dawk Addizzjonali tal-Grad 1 f’elementi oħra ta’ fondi proprji

(1) Permezz ta’ deroga mill-Artikoli 48, 49, 59 u 60, matul il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2013 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2021, l-istituzzjonijiet jistgħu jittrattaw bħala elementi msemmija fl-Artikolu 463(4), il-kapital u l-kontijiet primjum tal-ishma relatati msemmija fl-Artikolu 463(3) li huma esklużi mill-elementi tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni għax jaqbżu l-perċentwal applikabbli speċifikat fl-Artikolu 464(2), sakemm l-inklużjoni ta’ dak il-kapital u l-kontijiet primjum tal-ishma relatati ma jaqbżux il-limitu tal-perċentwal applikabbli msemmi fl-Artikolu 464(3).

(2) Permezz ta’ deroga mill-Artikoli 48, 49, 59 u 60, matul il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2013 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2021, l-istituzzjonijiet jistgħu jittrattaw l-elementi li ġejjin bħala elementi msemmija fl-Artikolu 463(5), sakemm l-inklużjoni tagħhom ma taqbiżx il-limitu tal-perċentwal applikabbli msemmi fl-Artikolu 464(4):

1.1.1.1. il-kapital, u l-kontijiet primjum tal-ishma relatati, imsemmija fl-Artikolu 463(3) li huma esklużi mill-elementi tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni għax jaqbżu l-perċentwal applikabbli speċifikat fl-Artikolu 464(2);

1.1.1.2. l-istrumenti, u l-kontijiet primjum tal-ishma relatati, imsemmija fl-Artikolu 463(4) li jaqbżu l-perċentwal applikabbli msemmi fl-Artikolu 464(3).

(3) L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kundizzjonijiet għat-trattament tal-istrumenti ta’ fondi proprji msemmija fil-paragrafi 1 u 2 bħala strumenti li jaqgħu taħt l-Artikolu 464(4) jew 464(5) matul il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2013 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2021.

L-ABE għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2013.

Il-Kummissjoni tiġi delegata bis-setgħa tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 466 Ammortizzazzjoni tal-elementi tal-anterjorità bħala elementi tal-Grad 2

L-elementi msemmija fl-Artikolu 463(5) li jikkwalifikaw bħala elementi tal-Grad 2 skont l-Artikolu 463(5) jew l-Artikolu 464(2) għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 61.

Subtaqsima 2 Inklużjoni ta’ strumenti b’sejħa u inċentiv ta’ fidi fl-elementi Addizzjonali tal-Grad 1 u tal-Grad 2

Artikolu 467 Strumenti ibridi b’sejħa u inċentiva ta’ fidi

1. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 48 u 49, matul il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2013 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2021, l-istrumenti msemmija fl-Artikolu 463(4) li kkwalifikaw skont il-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali għall-Artikolu 57(ca) tad-Direttiva 2006/48/KE u li fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom jinkludu sejħa b’inċentiv sabiex jiġu mifdija mill-istituzzjoni għandhom ikunu soġġett għar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7.

2. L-istrumenti għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti Addizzjonali tal-Grad 1 jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-istituzzjoni setgħet twettaq sejħa b’inċentiva ta’ fidi qabel l-1 ta’ Jannar 2013 biss;

(b) l-istituzzjoni ma wettqitx is-sejħa;

(c) il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 49 jintlaħqu mill-1 ta’ Jannar 2013.

3. L-istrumenti għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti Addizzjonali tal-Grad 1 skont l-Artikolu 463(4) bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u d-data tal-maturità effettiva tagħhom u wara dik id-data jikkwalifikaw bħala elementi Addizzjonali tal-Grad 1 mingħajr limitu jekk:

(a) l-istituzzjoni setgħet twettaq sejħa b’inċentiva ta’ fidi fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara biss;

(b) l-istituzzjoni ma wettqitx is-sejħa fid-data tal-maturità effettiva tal-istrumenti; 

(c) il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 49 jintlaħqu mid-data tal-maturità effettiva tal-istrumenti.

4. L-istrumenti ma għandhomx jikkwalifikaw bħala strumenti Addizzjonali tal-Grad 1 u ma għandhomx ikunu soġġetti għall-Artikolu 463(4), mill-1 ta’ Jannar 2013 fejn jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-istituzzjoni setgħet twettaq sejħa b’inċentiva ta’ fidi bejn l-20 ta’ Lulju 2011 u l-1 ta’ Jannar 2013;

(b) l-istituzzjoni ma wettqitx is-sejħa fid-data tal-maturità effettiva tal-istrumenti;

(c) il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 49 ma ntlaħqux mid-data tal-maturità effettiva tal-istrumenti.

5. L-istrumenti għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti Addizzjonali tal-Grad 1 skont l-Artikolu 463(4) bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u d-data tal-maturità effettiva tagħhom, u ma għandhomx jikkwalifikaw bħala strumenti Addizzjonali tal-Grad 1 wara dik id-data, fejn jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

1.1.1.1. l-istituzzjoni setgħet twettaq sejħa b’inċentiva ta’ fidi fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara;

1.1.1.2. l-istituzzjoni ma wettqitx is-sejħa fid-data tal-maturità effettiva tal-istrumenti;

1.1.1.3. il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 49 ma ntlaħqux mid-data tal-maturità effettiva tal-istrumenti.

6. L-istrumenti għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti Addizzjonali tal-Grad 1 skont l-Artikolu 463(4) fejn jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-istituzzjoni setgħet twettaq sejħa b’inċentiv ta’ fidi qabel jew fl-20 ta’ Lulju 2011 biss;

(b) l-istituzzjoni ma wettqitx is-sejħa fid-data tal-maturità effettiva tal-istrumenti;

(c) il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 49 ma ntlaħqux mid-data tal-maturità effettiva tal-istrumenti

Artikolu 468 Elementi tal-Grad 2 b’inċentiv ta’ fidi

(1) Permezz ta’ deroga mill-Artikoli 59 u 60, matul il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2013 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2021, l-elementi msemmija fl-Artikolu 463(5) li kkwalifikaw skont il-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali għall-punti (f), (g) jew (h) tal-Artikolu 57 tad-Direttiva 2006/48/KE u li jinkludu fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom sejħa b’inċentiv sabiex jiġu mifdija mill-istituzzjoni għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7.

(2) L-elementi għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti tal-Grad 2 jekk:

1.1.1.1. l-istituzzjoni setgħet twettaq sejħa b’inċentiva ta’ fidi biss qabel l-1 ta’ Jannar 2013;

1.1.1.2. l-istituzzjoni ma wettqitx is-sejħa;

1.1.1.3. mill-1 ta’ Jannar 2013 jintlaħqu l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 60.

(3) L-elementi għandhom jikkwalifikaw bħala elementi tal-Grad 2 skont l-Artikolu 463(5) bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u d-data tal-maturità effettiva tagħhom, u wara dik id-data għandhom jikkwalifikaw bħala elementi tal-Grad 2 mingħajr limitu, jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-istituzzjoni setgħet twettaq sejħa b’inċentiva ta’ fidi fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara biss;

(b) l-istituzzjoni ma wettqitx is-sejħa fid-data tal-maturità effettiva tal-elementi;

(c) il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 60 jintlaħqu mid-data tal-maturità effettiva tal-elementi.

(4) L-elementi ma għandhomx jikkwalifikaw bħala elementi tal-Grad 2 mill-1 ta’ Jannar 2013 fejn jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-istituzzjoni setgħet twettaq sejħa b’inċentiv ta’ fidi bejn l-20 ta’ Lulju 2011 u l-1 ta’ Jannar 2013 biss;

(b) l-istituzzjoni ma wettqitx is-sejħa fid-data tal-maturità effettiva tal-elementi;

(c) il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 60 ma jintlaħqux mid-data tal-maturità effettiva tal-elementi.

(5) L-elementi għandhom jikkwalifikaw bħala elementi tal-Grad 2 skont l-Artikolu 463(5) bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u d-data tal-maturità effettiva tagħhom, u ma għandhomx jikkwalifikaw bħala elementi tal-Grad 2 wara dik id-data, meta:

(a) l-istituzzjoni setgħet twettaq sejħa b’inċentiva ta’ fidi fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara;

(b) l-istituzzjoni ma wettqitx is-sejħa fid-data tal-maturità effettiva tagħhom; 

(c) il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 60 ma jintlaħqux mid-data tal-maturità effettiva tal-elementi.

(6) L-elementi għandhom jikkwalifikaw bħala elementi tal-Grad 2 skont l-Artikolu 463(5) meta:

(a) l-istituzzjoni setgħet twettaq sejħa b’inċentiv ta’ fidi qabel jew fl-20 ta’ Lulju 2011 biss;

(b) l-istituzzjoni ma wettqitx is-sejħa fid-data tal-maturità effettiva tal-elementi;

(c) il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 60 ma jintlaħqux mid-data tal-maturità effettiva tal-elementi.

Artikolu 469 Maturità effettiva

Għall-finijiet tal-Artikoli 467 u 468, il-maturità effettiva għandha tiġi ddeterminata kif ġej:

(a) għall-elementi msemmija fil-paragrafi 3 u 5 ta’ dawk l-Artikoli, hija d-data tal-ewwel sejħa b’inċentiv ta’ fidi li sseħħ fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara;

(b) għall-elementi msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dawk Artikoli, hija d-data tal-ewwel sejħa b’inċentiv ta’ fidi li sseħħ bejn l-20 ta’ Lulju 2011 u l-1 ta’ Jannar 2013; 

(c) għall-elementi msemmija fil-paragrafu 6 ta’ dawk Artikoli, hija d-data tal-ewwel sejħa b’inċentiv ta’ fidi qabel l-20 ta’ Lulju 2011.

Kapitolu 3 Dispożizzjonijiet tranżizzjonali għad-divulgazzjoni tal-fondi proprji

Artikolu 470 Divulgazzjoni tal-fondi proprji

1. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw matul il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2013 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2021.

2. Matul il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2013 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2015, l-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw sa fejn il-livell tal-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni u l-kapital tal-Grad 1 qabżu r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 448.

3. Matul il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2013 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2017, l-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni addizzjonali li ġejja dwar il-fondi proprji tagħhom:

(a) in-natura u l-effett fuq il-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni, il-kapital Addizzjonali tal-Grad 1, il-kapital tal-Grad 2 u l-fondi proprji tal-filtri u t-tnaqqisiet individwali applikati skont l-Artikoli 449 sa 452, 454, 456 u 459;

(b) l-ammonti ta’ interessi minoritarji u l-istrumenti Addizzjonali tal-Grad 1 u l-Grad 2, u l-qligħ miżmum u l-kontijiet primjum tal-ishma relatati, maħruġa mis-sussidjarji li huma inklużi fil-kapital konsolidat tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni, fil-kapital Addizzjonali tal-Grad 1, fil-kapital tal-Grad 2 u fil-fondi proprji skont it-Taqsima 4 tal-Kapitolu 1;

(c) l-effett fuq il-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni, fuq il-kapital Addizzjonali tal-Grad 1, fuq il-kapital tal-Grad 2 u fuq il-fondi proprji tal-filtri u t-tnaqqisiet individwali applikati skont l-Artikolu 461;

(d) in-natura u l-ammont tal-elementi li jikkwalifikaw bħala elementi tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni, elementi tal-Grad 1 u elementi tal-Grad 2 minħabba l-applikazzjoni tad-derogi speċifikati fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2.

4. Matul il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2013 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2021, l-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-ammont ta’ strumenti li jikkwalifikaw bħala strumenti tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni, strumenti Addizzjonali tal-Grad 1 u strumenti tal-Grad 2 minħabba l-applikazzjoni tal-Artikolu 463.

Kapitolu 4 Skoperturi kbar, rekwiżiti ta’ fondi proprji, ingranaġġ u l-minimu ta’ Basel I

Artikolu 471 Dispożizzjonijiet transizzjonali għal skoperturi kbar

(1) Id-dispożizzjonijiet fuq skoperturi kbar kif stabbiliti fl-Artikoli 376 sa 392 ma għandhomx japplikaw għal ditti tal-investimenti li n-negozju ewlieni tagħhom jikkonsisti b’mod esklussiv fil-forniment ta’ servizzi tal-investimenti jew f’attivitajiet relatati mal-istrumenti finanzjarji stabbiliti fil-punti 5, 6, 7, 9 u 10 tat-Taqsima C tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE u li għalihom ma kinitx tapplika d-Direttiva 93/22/KEE fil-31 ta’ Diċembru 2006. Din l-eżenzjoni hija disponibbli sal-31 ta’ Diċembru 2014 jew sad-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ kwalunkwe emenda skont il-paragrafu 2, skont liema minnhom tiġi l-aktar kmieni.

(2) Sal-31 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi u fid-dawl tad-diskussjonijiet mal-awtoritajiet kompetenti, tirrapporta lill-Parlament u lill-Kunsill dwar:

(a)     reġim xieraq għas-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investimenti li n-negozju ewlieni tagħhom jikkonsisti b’mod esklussiv fil-forniment ta’ servizzi tal-investimenti jew f’attivitajiet relatati mad-derivati tal-komoditajiet jew f’kuntratti tad-derivati stabbiliti fil-punti 5, 6, 7, 9 u 10 tat-Taqsima C tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE; 

(b)     l-importanza li tiġi emendata d-Direttiva 2004/39/KE sabiex tinħoloq kategorija ulterjuri ta' ditti tal-investimenti li n-negozju ewlieni tagħhom jikkonsisti b’mod esklussiv fil-forniment ta' servizzi tal-investimenti jew f’attivitajiet relatati mal-istrumenti finanzjarji stabbiliti fil-punti 5, 6, 7, 9 u 10 tat-Taqsima C tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE dwar il-provvisti tal-enerġija.

Fuq il-bażi ta’ dan ir-rapport, il-Kummissjoni tista’ tissottometti proposti għal emendi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 472  Rekwiżiti ta’ fondi proprji skont l-approċċ IRB

1. Permezz ta’ deroga mill-Kapitolu 3 tal-Parti Tlieta, sal-31 ta’ Diċembru 2017, l-awtorità kompetenti tista’ teżenta mit-trattament IRB ċerti kategoriji ta’ skoperturi tal-ekwità tal-istituzzjonijiet u s-sussidjarji mill-UE tal-istituzzjonijiet f’dak l-Istat Membru. L-awtorità kompetenti għandha tippubblika l-kategoriji tal-iskoperturi tal-ekwità li jibbenefikaw minn dan it-trattament skont l-Artikolu 133 tad-Direttiva [imdaħħla mill-OP].

Il-pożizzjoni eżentata għandha titkejjel bħala n-numru ta’ ishma sal-31 ta’ Diċembru 2007 u kwalunkwe sehem addizzjonali li jirriżulta b’mod dirett mis-sjieda ta’ dawn il-parteċipazzjonijiet, jekk ma jżidux is-sehem proporzjonali tas-sjieda f’kumpanija f’portafoll.

Jekk akkwist iżid is-sehem proporzjonali ta’ sjieda proprjetà f’parteċipazzjoni speċifika, il-Parti li tkun qiegħda taqbeż il-limitu tal-parteċipazzjoni ma għandhiex tkun soġġetta għal eżenzjoni. Lanqas l-eżenzjoni ma għandha tapplika għal parteċipazzjonijiet li oriġinarjament kienu soġġetti għall-eżenzjoni, iżda li nbiegħu u mbagħad inxtraw lura.

Skoperturi tal-ekwità soġġetti għal din id-dispożizzjoni għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti kapitali kkalkolati skont l-Approċċ Standardizzat tal-Parti III, it-Titolu 2, il-Kapitolu II u r-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu IV tal-Parti Tlieta, kif applikabbli.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-ABE bl-implimentazzjoni ta’ dan il-paragrafu.

2. Fil-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju għall-finijiet tal-Artikolu 109(4), sal-31 ta’ Diċembru 2015 l-istess piż ta’ riskju għandu jiġi assenjat fir-rigward tal-iskoperturi għall-gvernijiet ċentrali jew banek ċentrali tal-Istati Membri li ġew denominati u ffinanzjati fil-munita nazzjonali ta’ kwalunkwe Stat Membru hekk kif ikun applikat għal tali skoperturi denominati jew iffinanzjati fil-munita nazzjonali tagħhom.

3. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kundizzjonijiet li skonthom l-Istati Membri għandhom jagħtu l-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

L-ABE għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2013.

Il-Kummissjoni tiġi delegata bis-setgħa tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 473  Rekwiżiti ta’ fondi proprji għal bonds koperti

1. Sal-31 ta’ Diċembru 2014, il-limitu ta’ 10% għall-unitajiet prijoritarji maħruġa mill-French Fonds Communs de Créances jew minn entitajiet ta’ titolizzazzjoni ekwivalenti kif speċifikat fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 124(1) ma għandux japplika, sakemm:

(a)     l-iskoperturi fuq proprjetà immobbli residenzjali jew kummerċjali titolizzati kienu oriġinati minn membru tal-istess grupp konsolidat li min ħareġ il-bonds koperti wkoll ikun membru tiegħu, jew minn entità affiljata mal-istess korp ċentrali li min ħareġ il-bonds koperti wkoll ikun affiljat miegħu, fejn dik is-sħubija jew affiljazzjoni fi grupp komuni tiġi stabbilita fil-ħin li l-unitajiet prijoritarji jsiru kollaterali għall-bonds koperti; 

(b)     membru tal-istess grupp konsolidat li min ħareġ il-bonds koperti wkoll ikun membru tiegħu jew entità affiljata mal-istess korp ċentrali li min ħareġ il-bonds koperti wkoll ikun affiljat miegħu, iżomm is-segment tal-ewwel telf kollu li jsostni dawk l-unitajiet prijoritarji.

2. Sal-1 ta’ Jannar 2013, il-Kummissjoni għandha tanalizza l-korrettezza tad-deroga stipulata fil-paragrafu 1 u, jekk rilevanti, l-adegwatezza tal-estensjoni ta’ trattament simili għal kwalunkwe forma oħra ta’ bond kopert. Fid-dawl ta’ dik l-analiżi, il-Kummissjoni tista’, jekk dan ikun xieraq, tadotta atti delegati skont l-Artikolu 445 sabiex tagħmel dik id-deroga permanenti jew tagħmel proposti leġiżlattivi sabiex testendiha għal forom oħra ta’ bonds koperti.

3. Sal-31 ta’ Diċembru 2014, għall-finijiet tal-punt (c) fl-Artikolu 124(1), l-iskoperturi prijoritarji mhux garantiti tal-istituzzjonijiet li kkwalifikaw għal piż ta’ riskju ta’ 20% skont il-liġi nazzjonali qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament għandhom jitqiesu li jikkwalifikaw għal-livell 1 ta’ kwalità ta’ kreditu.

4. Sal-31 ta’ Diċembru 2014, għall-finijiet tal-Artikolu 124(3), l-iskoperturi prijoritarji mhux garantiti tal-istituzzjonijiet li kkwalifikaw għal piż ta’ riskju ta’ 20% skont il-liġi nazzjonali qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament għandhom jitqiesu li jikkwalifikaw għal piż ta’ riskju ta’ 20%.

Artikolu 474  Eżenzjoni tan-negozjanti tal-komoditajiet

5. Id-dispożizzjonijiet fuq ir-rekwiżiti kapitali kif stabbiliti f’dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal ditti tal-investimenti li n-negozju ewlieni tagħhom jikkonsisti b’mod esklussiv fil-forniment ta’ servizzi tal-investimenti jew f’attivitajiet relatati mal-istrumenti finanzjarji stabbiliti fil-punti 5, 6, 7, 9 u 10 tat-Taqsima C tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE u li ma applikatx għalihom id-Direttiva 93/22/KEE fil-31 ta’ Diċembru 2006.

Din l-eżenzjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2014 jew sad-data tad-dħul fis-seħħ ta’ kwalunkwe modifika skont il-paragrafi 2 u 3, skont liema minnhom tiġi l-aktar kmieni.

6. Sal-31 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi u fid-dawl tad-diskussjonijiet mal-awtoritajiet kompetenti, tirrapporta lill-Parlament u lill-Kunsill dwar:

(a) reġim xieraq għas-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investimenti li n-negozju ewlieni tagħhom jikkonsisti b’mod esklussiv fil-forniment ta’ servizzi tal-investimenti jew f’attivitajiet relatati mad-derivati tal-komoditajiet jew f’kuntratti tad-derivati stabbiliti fil-punti 5, 6, 7, 9 u 10 tat-Taqsima C tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE;

(b) l-importanza li tiġi emendata d-Direttiva 2004/39/KE sabiex tinħoloq kategorija ulterjuri ta' ditti tal-investimenti li n-negozju ewlieni tagħhom jikkonsisti b’mod esklussiv fil-forniment ta’ servizzi tal-investimenti jew f’attivitajiet relatati mal-istrumenti finanzjarji stabbiliti fil-punti 5, 6, 7, 9 u 10 tat-Taqsima C tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE dwar il-provvisti tal-enerġija, inklużi l-elettriku, il-faħam, il-gass u ż-żejt.

7. Fuq il-bażi tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista’ tissottometti proposti għal emendi ta’ dan ir-regolament.

Artikolu 475 Ingranaġġ

1. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 416 u 417, matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2021, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw u jirrapportaw il-proporzjon ta’ ingranaġġ billi jużaw dawn it-tnejn li ġejjin bħala l-kejl kapitali:

1.1.1.1. kapital tal-Grad 1;

1.1.1.2. kapital tal-Grad 1, soġġett għad-derogi stabbiliti fil-Kapitoli 2 u 3 ta’ dan it-Titolu. 

2. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 436(1), l-istituzzjonijiet jistgħu jagħżlu jiddivulgawx jew le dik l-informazzjoni dwar il-proporzjon ta’ ingranaġġ ibbażata fuq definizzjoni waħda jew it-tnejn li huma tal-kejl tal-kapital speċifikata fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1. Fejn l-istituzzjonijiet jibdlu d-deċiżjoni tagħhom dwar liema proporzjon ta’ ingranaġġ sejrin jiddivulgaw, l-ewwel divulgazzjoni li sseħħ wara tali bidla għandu jkun fiha rikonċiljazzjoni tal-informazzjoni dwar il-proporzjonijiet ta’ ingranaġġ kollha li ġew divulgati sal-mument tal-bidla.

3. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 416(2), matul il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2013 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2017, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet jikkalkolaw il-proporzjon ta’ ingranaġġ tal-aħħar trimestru fejn jikkunsidraw li l-istituzzjonijiet jista’ ma jkollhomx dejta ta’ kwalità tajba biżżejjed sabiex jikkalkolaw proporzjon ta’ ingranaġġ li jkun medja aritmetika tal-proporzjonijiet ta’ ingranaġġ ta’ kull xahar fuq bażi ta’ tliet xhur.

Artikolu 476  Dispożizzjonijiet transizzjonali – minimu ta’ Basel I

1. Sal-31 ta’ Diċembru 2015, l-istituzzjonijiet li jikkalkolaw l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 3 u l-istituzzjonijiet li jużaw l-Approċċi Avvanzati ta’ Kejl kif speċifikati fil-Parti Tlieta, it-Titolu III, il-Kapitolu 4 għall-kalkolu tar-rekwiżiti tal-fondi proprji tagħhom għar-riskju operazzjonali għandhom jilħqu ż-żewġ rekwiżiti li ġejjin:

7.1.1.1. Għandu jkollhom fondi proprji kif meħtieġ mill-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 1;

7.1.1.2.             They shall meet a temporary capital ratio of not less 6.4%. Il-proporzjon ta’ kapital temporanju huwa l-fondi proprji tal-istituzzjoni mogħtija bħala perċentwal tal-assi aġġustati skont ir-riskju u l-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ kif stabbilit fl-Anness IV.

2. Wara li jikkonsultaw mal-ABE, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunzjaw għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1(b) għall-istituzzjonijiet jekk jintlaħqu r-rekwiżiti kollha għall-Approċċ Ibbażat fuq il-Klassifikazzjoni Interna stabbilit fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 3, it-Taqsima 6 u l-kriterji ta’ kwalifikazzjoni għall-użu tal-Approċċ Avvanzat ta’ Kejl stabbilit fil-Parti Tlieta, it-Titolu III, il-Kapitolu 4.

Titolu II Rapporti u analiżi

Artikolu 477 Ċikliċità tar-rekwiżiti kapitali

Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-ABE, mal-BERS u mal-Istati Membri, u billi tikkunsidra l-kontribuzzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, għandha tissorvelja b’mod perjodiku jekk dan ir-Regolament sħiħ, flimkien mad-Direttiva [imdaħħla mill-OP] għandux effetti sinifikanti fuq iċ-ċiklu ekonomiku u, fid-dawl ta’ dik l-eżaminazzjoni, għandha tikkonsidra jekk humiex ġustifikati xi miżuri ta’ rimedju. Sal-31 ta’ Diċembru 2013, l-ABE għandha tirrapporta għand il-Kummissjoni jekk il-metodoloġiji tal-istituzzjonijiet skont l-Approċċ IRB għandhomx jikkonverġu bil-għan li jinkisbu rekwiżiti kapitali aktar komparabbli filwaqt li tiġi mitigata l-proċikliċità u kif dan jista’ jseħħ.

Ibbażata fuq dik l-analiżi u billi tiġi kkunsidrata l-kontribuzzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, kull sentejn il-Kummissjoni għandha tħejji rapport u tissottomettih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe proposta xierqa. Kontribuzzjonijiet minn partijiet ta’ teħid ta’ kreditu u dawk ta’ self ta’ kreditu għandhom jiġu rikonoxxuti b’mod adegwat meta jitfassal ir-rapport.

Artikolu 478 Rekwiżiti ta’ fondi proprji għal skoperturi fil-forma ta’ bonds koperti

Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2015 u wara li tikkonsulta mal-ABE, tirrapporta għand il-Parlament u l-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe proposta xierqa, dwar jekk il-piżijiet tar-riskju stabbiliti fl-Artikolu 124 u r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju speċifiku fl-Artikolu 325(5) humiex adegwati għall-istrumenti kollha li jikkwalifikaw għal dawk it-trattamenti u jekk il-kriterji fl-Artikolu 124 għandhomx isiru aktar stretti.

Artikolu 479 Skoperturi kbar

Sal-31 ta’ Diċembru 2013 il-Kummissjoni għandha tirrevedi u tirrapporta dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 389(1)(j) u 389(2), inkluż jekk l-eżenzjonijiet fl-Artikolu 389(2) għandhomx ikunu diskrezzjonali, u għandha tissottometti dan ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u, jekk ikun xieraq, tagħmel proposta leġiżlattiva.

Fir-rigward tal-eleminazzjoni potenzjali tad-diskrezzjoni nazzjonali taħt l-Artikolu 389(2)(c) u l-applikazzjonijiet potenzjali tagħha fuq livell tal-Unjoni, l-analiżi għandha tikkunsidra b’mod partikolari l-effiċjenza tal-immaniġjar tar-riskju tal-grupp filwaqt li tiżgura li jkun hemm fis-seħħ biżżejjed salvagwardji sabiex jiżguraw stabbiltà finanzjarja fl-Istati Membri kollha li fihom tkun inkorporata l-entità ta’ grupp.

Artikolu 480  Livell ta’ applikazzjoni

(1) Sal-31 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni għandha tanalizza u tirraporta dwar l-applikazzjoni tal-Ewwel Parti, it-Titolu II, u l-Artikolu 108(6) u 108(7) u għandha tissottometti dan ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u, jekk ikun xieraq, tagħmel proposta leġiżlattiva.

(2) Sal-31 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar jekk ir-rekwiżit ta’ kopertura tal-likwidità stabbilit fl-Artikolu 401 għandux japplika għad-ditti tal-investimenti u kif dan jista’ jseħħ, u għandha wara li tikkonsulta lill-ABE, tissottometti dan ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u, jekk ikun xieraq, tagħmel proposta leġiżlattiva.

Artikolu 481 Rekwiżiti tal-likwidità

1. L-ABE għandha timmonitorja u tevalwa r-rapporti magħmula skont l-Artikolu 403(1), fost muniti u fost mudelli ta’ negozju differenti. L-ABE għandha, wara li tikkonsulta lill-BERS, b’mod annwali u għall-ewwel darba sal-31 ta’ Diċembru 2013 tirrapporta lill-Kummissjoni dwar jekk speċifikazzjoni tar-rekwiżit ta’ kopertura tal-likwidità ġenerali fl-Artikolu 401 ibbażata fuq il-kriterji għar-rappurtar tal-likwidità fil-Parti Sitta, it-Titolu II, ikkunsidrati individwalment jew b’mod kumulattiv, għandhiex il-probabbiltà li jkollha impatt materjali detrimentali fuq in-negozji u l-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew fuq is-swieq finanzjarji jew l-ekonomija u s-self mill-banek, b’enfasi partikolari fuq is-self lil impriżi żgħar u medji u fuq l-iffinanzjar tan-negozju, inkluż self mogħti taħt skemi uffiċjali ta’ assigurazzjoni ta’ kreditu ta’ esportazzjoni.

Fir-rapport tagħha, l-ABE għandha tanalizza b’mod partikolari l-adegwatezza tal-kalibrazzjoni ta’ dawn li ġejjin:

(a)     il-mekkaniżmi li jillimitaw il-valur tad-dħul tal-likwidità; 

(b)     il-ħruġ skont l-Artikolu 410(5);

(c)     it-telf impost xieraq għall-finijiet tal-Artikolu 406 għal assi miżmuma skont id-derogi stabbiliti fl-Artikolu 407.

2. L-ABE għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2013, tirrapporta lill-Kummissjoni dwar definizzjonijiet uniformi xierqa ta’ kwalità għolja u għolja ħafna tal-likwidità u l-kreditu tal-assi trasferibbli għall-finijiet tal-Artikolu 404. B’mod partikolari, l-ABE għandha tittestja l-adegwatezza tal-kriterji li ġejjin u l-livelli xierqa ta’ tali definizzjonijiet:

(a) il-volum ta’ negozjar minimu tal-assi

(b) il-volum pendenti minimu tal-assi

(c) l-ipprezzar trasparenti u l-informazzjoni ta’ wara n-negozjar

(d) il-livelli ta’ kwalità tal-kreditu msemmija fis-Subtaqsima 2 tal-Anness VI

(e) ir-rekord ippruvat tal-istabbiltà tal-prezz

(f) il-volum medju nnegozjat u d-daqs medju tan-negozjar

(g) il-firxa massima tat-talba u mal-offerta

(h) iż-żmien li fadal għall-maturità

(i) il-proporzjon ta’ dħul minimu

3. Sal-31 ta’ Diċembru 2015, l-ABE għandha tirrapporta lill-Kummissjoni dwar jekk ikunx xieraq li jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet jużaw sorsi stabbli ta’ ffinanzjar u kif dan jista’ jsir, inkluża valutazzjoni tal-impatt fuq in-negozji u l-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew fuq is-swieq finanzjarji jew l-ekonomija u s-self mill-banek, b’enfasi partikolari fuq is-self lil impriżi żgħar u medji u fuq l-finanzjament tan-negozju, inkluż is-self taħt l-iskemi uffiċjali ta’ assigurazzjoni tal-kreditu ta’ esportazzjoni.

Fuq il-bażi ta’ dawn ir-rapporti, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport, u jekk xieraq anki proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta’ Diċembru 2016.

Artikolu 482 Ingranaġġ

(1) Sal-31 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport dwar l-impatt u l-effettività tal-proporzjon ta’ ingranaġġ lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Fejn ikun xieraq, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva dwar l-introduzzjoni ta’ livell wieħed jew aktar għall-proporzjon ta’ ingranaġġ li l-istituzzjonijiet jkunu meħtieġa jilħqu, fejn tiġi ssuġġerita kalibrazzjoni adegwata għal dawk il-livelli u kwalunkwe aġġustament xieraq fil-kejl kapitali u l-kejl tal-iskopertura totali kif definit fl-Artikolu 416.

(2) Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-ABE għandha tirrapporta lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Ottubru 2016 dwar, tal-inqas, dan li ġej:

(a) jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 75 u 85 tad-Direttiva [imdaħħla mill-OP] skont l-Artikoli 72 u 92 tad-Direttiva [imdaħħla mill-OP] għall-indirizzar tar-riskju tal-ingranaġġ eċċessiv jiżgurawx l-immanġjar sod ta' dan ir-riskju mill-istituzzjonijiet u, jekk le, liema titjib ulterjuri jinħtieġu sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet;

(b) jekk – u f’dan il-każ, liema – bidliet ikunu meħtieġa fil-metodoloġija ta’ kalkolu speċifikata fl-Artikolu 416 sabiex jiġi żgurat li l-proporzjon ta’ ingranaġġ ikun jista’ jintuża bħala indikatur xieraq tar-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv ta’ istituzzjoni;

(c) jekk, fil-kuntest tal-kalkolu tal-kejl tal-iskoperturi totali tal-proporzjon ta’ ingranaġġ, il-valur tal-iskopertura tal-elementi elenkati fl-Anness II u d-derivati ta’ kreditu determinati billi jintuża l-Metodu ta’ Skopertura Oriġinali huwiex differenti b’mod materjali mill-valur tal-iskopertura ddeterminat billi jintuża l-Metodu Skont il-Valur fis-Suq;

(d) jekk l-użu tal-fondi proprji jew tal-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni bħala l-kejl kapitali tal-proporzjon ta’ ingranaġġ ikunx aktar xieraq għall-għan intenzjonat tal-ittraċċar tar-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv u, f’dan il-każ, xi tkun il-kalibrazzjoni xierqa tal-proporzjon ta’ ingranaġġ;

(e) jekk il-fattur ta’ konverżjoni ta’ 10% għall-impenji li huma kanċellabbli b’mod inkundizzjonali jkunx konservattiv kif xieraq ibbażat fuq il-provi miġbura matul il-perjodu ta’ osservazzjoni;

(f) jekk il-frekwenza u l-format tad-divulgazzjoni tal-elementi msemmija fl-Artikolu 436 humiex adegwati;

(g) jekk 3% jkunx livell xieraq għall-proporzjon ta’ ingranaġġ ibbażat fuq kapital tal-Grad 1 u, jekk le, liema livell ikun dak xieraq;

(h) jekk l-introduzzjoni tal-proporzjon ta’ ingranaġġ bħala rekwiżit għall-istituzzjonijiet tkunx teħtieġ xi bidliet fil-qafas tal-proporzjon ta’ ingranaġġ mogħti minn dan ir-Regolament u, f’dan il-każ, liema bidliet;

(i) jekk l-introduzzjoni tal-proporzjon ta’ ingranaġġ bħala rekwiżit għall-istituzzjonijiet tillimitax b’mod effettiv ir-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv min-naħa ta’ dawk l-istituzzjonijiet u, f’dan il-każ, jekk il-livell għall-proporzjon ta’ ingranaġġ għandux ikun l-istess għall-istituzzjonijiet kollha jew għandux ikun differenti għat-tipi ta’ istituzzjonijiet differenti u, f’dan l-aħħar każ, liema kalibrazzjonijiet addizzjonali jkunu meħtieġa.

(3) Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jkopri tal-inqas il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sat-30 ta’ Ġunju 2016 u għandu jikkonsidra tal-inqas dan li ġej:

(a) l-impatt tal-introduzzjoni tal-proporzjon ta’ ingranaġġ, determinat skont l-Artikolu 416, bħala rekwiżit li l-istituzzjonijiet ikunu jridu jilħqu għal:

(i)      swieq finanzjarji b’mod ġenerali u swieq għat-tranżazzjonijiet ta’ riakkwist, derivati u bonds koperti b’mod partikolari;

(ii)      is-solidità tal-istituzzjonijiet;

(iii)     mudelli tan-negozju u l-istrutturi tal-karti tal-bilanċ tal-istituzzjonijiet;

(iv)     migrazzjoni ta’ skoperturi għal entitajiet li mhumiex soġġetti għas-superviżjoni prudenzjali;

(v)     innovazzjoni finanzjarja, b’mod partikolari l-iżvilupp ta’ strumenti b’ingranaġġ inkorporat;

(vi)     imġiba tat-teħid tar-riskju tal-istituzzjonijiet;

(vii)    attivitajiet ta’ kklirjar, ta’ saldu u ta’ kustodja;

(viii)   ċikliċità tal-kejl kapitali u l-kejl tal-iskoperturi totali tal-proporzjon ta’ ingranaġġ;

(ix)     għoti ta' self mill-banek, b’enfasi partikolari fuq l-għoti ta' self lil impriżi żgħar u medji u fuq l-iffinanzjar tan-negozju, inkluż l-għoti ta' self taħt skemi uffiċjali ta’ assigurazzjoni tal-kreditu ta’ esportazzjoni;

(b) l-interazzjoni tal-proporzjon ta’ ingranaġġ mar-rekwiżiti ta’ fondi proprji bbażati fuq ir-riskju u r-rekwiżiti tal-likwidità kif speċifikat f’dan ir-Regolament;

(c) l-impatt tad-differenzi kontabbilistiċi bejn l-istandards tal-kontabbiltà applikabbli skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, l-istandards tal-kontabbiltà applikabbli taħt id-Direttiva 86/635/KE u standards tal-kontabbiltà oħrajn rilevanti dwar il-komparabbiltà tal-proporzjon ta’ ingranaġġ.

Artikolu 483 Skoperturi għal riskju ta’ kreditu trasferit

Sal-31 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni għandha tirrapporta għand il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-applikazzjoni u l-effettività tad-dispożizzjonijiet tal-Parti Ħamsa fid-dawl tal-iżviluppi tas-suq internazzjonali.

Artikolu 484  Riskju ta’ kreditu tal-kontroparti u l-Metodu ta’ Skopertura Oriġinali

Sal-31 ta’ Diċembru 2016 il-Kummissjoni għandha tanalizza u tirrapporta dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 270 u għandha tissottometti dan ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u, jekk ikun xieraq, tagħmel proposta leġiżlattiva.

Artikolu 485 Skoperturi fil-livell ta' konsumatur

Fi żmien 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-impatt tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji stabbiliti f’dan ir-Regolament dwar l-għoti ta' self lil impriżi żgħar u ta’ daqs medju u lil persuni fiżiċi u għandha tissottometti dan ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u, jekk ikun xieraq, tagħmel proposta leġiżlattiva.

Għal dawn l-għanijiet, l-ABE għandha tirrapporta dan li ġej lill-Kummissjoni fir-rigward tal-Artikolu 118:

(a) paragun bejn it-telf reali ta’ kreditu mhux mistenni minn għoti ta' self lil impriżi żgħar u ta’ daqs medju u lil persuni fiżiċi fl-Unjoni Ewropea matul ċiklu ekonomiku sħiħ u t-telf ta’ kreditu mhux mistenni bbażati fuq il-piżijiet tar-riskju tal-kreditu applikabbli għal-għoti ta' self lil impriżi żgħar u ta’ daqs medju;

(b) analiżi dwar jekk il-limitu ta’ EUR 1 miljun jillimitax l-applikazzjoni xierqa tal-ippeżar tar-riskji.

Artikolu 486 Definizzjoni tal-kapital eliġibbli

Sal-31 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni għandha tanalizza u tirrapporta dwar l-adegwatezza tad-definizzjoni tal-kapital eliġibbli applikata għall-finijiet tat-Titolu IV tal-Parti Tnejn u l-Parti Erbgħa u għandha tissottometti dan ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u, jekk ikun xieraq, tagħmel proposta leġiżlattiva.

PARTI ĦDAX DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 487

(1) Soġġett għall-paragrafu 2, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2013.

(2) L-Artikolu 436(1) għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2015.

Artikolu 488

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

Anness I Klassifikazzjoni ta’ elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ

(2) Riskju sħiħ:

1. Garanziji li għandhom il-karattru ta’ sostituti ta’ kreditu,

2. Derivati ta’ kreditu,

3. Aċċettazzjonijiet,

4. Approvazzjonijiet fuq kambjali li ma jkollhomx l-isem ta’ istituzzjoni oħra,

5. Tranżazzjonijiet b’rikors,

6. Ittri ta’ kreditu irrevokabli pendenti li jkollhom il-karattru ta’ sostituti ta’ kreditu,

7. Assi mixtrija taħt ftehimiet diretti ta’ akkwist forward,

8. Depożiti forward,

9. Il-porzjon mhux imħallas tal-ishma u t-titoli mħallsa parzjalment,

10. Ftehimiet ta’ bejgħ u riakkwist ta’ assi kif definit fl-Artikolu 12(3) u (5) tad-Direttiva 86/635/KEE,

11. Elementi oħra li huma wkoll ikollhom riskju sħiħ.

(3) Riskju medju:

12. Dokumenti ta’ krediti maħruġa u kkonfermati (ara wkoll ‘Risju medju/baxx’),

13. Warranties indennizzi (inklużi bonds ta’ offerta, tal-prestazzjoni, tad-dwana jew tat-taxxa) u garanziji li ma jkollhomx il-karattru ta’ sostituti ta’ kreditu,

14. Ittri ta’ kreditu irrevokabli ta' riżerva li ma jkollhomx il-karattru ta’ sostituti ta’ kreditu,

15. Faċilitajiet ta’ kreditu mhux miġbud (ftehimiet ta’ għoti ta' self, xiri ta’ titoli, forniment ta’ garanziji jew faċilitajiet ta’ aċċettazzjoni) b’maturità oriġinali ta’ aktar minn sena,

16. Faċilitajiet ta’ ħruġ ta’ noti (Note issuance facilities - NIFs) u faċilitajiet ta’ sottoskrizzjoni ċirkolanti (revolving underwriting facilities - RUFs),

17. Elementi oħra li wkoll ikollhom riskju medju u kif ikkomunikati lill-ABE.

(4) Riskju medju/baxx:

18. Dokumenti ta’ krediti li fihom konsenji sottostanti jaġixxu bħala kollateral u tranżazzjonijiet oħra awtolikwitanti,

19. Faċilitajiet ta’ kreditu mhux miġbuda li jinvolvu ftehimiet ta’ għoti ta' self, xiri ta’ titoli, forniment ta’ garanziji jew faċilitajiet ta’ aċċettazzjoni b’maturità oriġinali li tasal sa u tinkludi sena li ma jistgħux jiġu kkanċellati bla kundizzjoni fi kwalunkwe mument mingħajr notifika jew li ma jipprovdux b’mod effettiv għal kanċellazzjoni awtomatika minħabba deterjorament fl-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju,

20. Elementi oħra li jkollhom riskju medju/baxx u kif ikkomunikat lill-ABE.

(5) Riskju baxx:

21. Faċilitajiet ta’ kreditu mhux miġbuda li jinvolvu ftehimiet ta’ għoti ta' self, xiri ta’ titoli, forniment ta’ garanziji jew faċilitajiet ta’ aċċettazzjoni li jistgħu jiġu kkanċellati bla kundizzjoni fi kwalunkwe mument mingħajr notifika, jew li effettivament jipprovdu għal kanċellazzjoni awtomatika minħabba deterjorament fl-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju. Linji ta’ kreditu fil-livell ta' konsumatur jistgħu jiġu kkunsidrati bħala kanċellabbli mingħajr kundizzjoni jekk it-termini jippermettu lill-istituzzjoni tikkanċellahom sal-massimu permess skont il-leġiżlazzjoni tal-protezzjoni tal-konsumaturi u leġiżlazzjoni relatata; u

22. Elementi oħra li wkoll għandhom riskju baxx u kif ikkomunikati lill-ABE.

Anness II Tipi ta’ derivati

16. Kuntratti tar-rati tal-imgħax:

(a) swaps tar-rati tal-imgħax f’munita waħda;

(b) swaps bażilari;

(c) ftehimiet tar-rata forward;

(d) futuri tar-rati tal-imgħax;

(e) opzjonijiet tar-rati tal-imgħax mixtrija;

(f) kuntratti oħrajn simili.

23. Kuntratti tal-kambju u kuntratti li jikkonċernaw id-deheb:

· swaps bejn muniti differenti tar-rati tal-imgħax;

· kuntratti forward tal-kambju;

· futuri tal-muniti;

· opzjonijiet tal-muniti mixtrija;

· kuntratti oħrajn simili;

· kuntratti simili għal (a) sa (e) li jikkonċernaw id-deheb.

24. Kuntratti simili għal dawk fil-punti 1(a) sa (e) u 2(a) sa (d) li jikkonċernaw elementi ta’ referenza jew indiċi oħrajn. Bħala minimu, dawn jinkludu l-istrumenti kollha speċifikati fil-punti 4 sa 7, 9 u 10 tat-Taqsima C tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE mhux inklużi fil-punti 1 jew 2.

Anness III Elementi soġġetti għal rappurtar supplimentari ta’ assi likwidi

17. flus;

18. riżervi tal-bank ċentrali, sakemm dawn ir-riżervi jkunu jistgħu jinġibdu fi żminijiet ta’ stress;

19. titoli trasferibbli li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew inkella garantiti minn sovrani, banek ċentrali, entitajiet tas-settur pubbliku, gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali, il-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali, il-Fond Monetarju Internazzjonali, il-Kummissjoni Ewropea, jew banek ta’ żvilupp multilaterali u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(f) huma assenjati piż ta’ riskju ta’ 0% skont it-Taqsima 2 tat-Titolu III, il-Kapitolu 2;

(g) huma negozjati fi ftehim ta’ riakkwist kbir, fond u attiv jew fi swieq tal-flus kkaratterizzati minn livell baxx ta’ konċentrazzjoni;

(h) għandhom rekord ipprovat bħala sors affidabbli ta’ likwidità jew permezz ta’ ftehim ta’ riakkwist jew permezz ta’ bejgħ anki matul kundizzjonijiet ta’ stress tas-suq;

(i) mhumiex obbligu ta’ istituzzjoni jew ta’ xi waħda mill-entitajiet affiljati tagħha.

25. titoli trasferibbli għajr dawk imsemmija fil-punt (3) li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew inkella garantiti minn sovrani jew banek ċentrali maħruġa f’muniti nazzjonali mis-sovran jew mill-bank ċentrali fil-munita u l-pajjiż li fih jittieħed ir-riskju ta’ likwidità jew jinħareġ f’muniti barranin, safejn il-parteċipazzjoni ta’ tali dejn jilħaq il-ħtiġijiet ta’ likwidità tal-operazzjonijiet tal-bank f’dak il-pajjiż terz;

26. titoli trasferibbli li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew pretensjonijiet garantiti minn sovrani, banek ċentrali, entitajiet tas-settur pubbliku, gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali, jew banek ta’ żvilupp multilaterali u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin.

(c) huma assenjati piż ta’ riskju ta’ 20% skont it-Taqsima 2 tat-Titolu III, il-Kapitolu 2;

(d) huma negozjati fi ftehim ta’ riakkwist kbir, fond u attiv jew fi swieq tal-flus kkaratterizzati minn livell baxx ta’ konċentrazzjoni;

(e) għandhom rekord ipprovat bħala sors affidabbli ta’ likwidità jew permezz ta’ ftehim ta’ riakkwist jew permezz ta’ bejgħ anki matul kundizzjonijiet ta’ stress tas-suq;

(f) mhumiex obbligu ta’ istituzzjoni jew ta’ xi waħda mill-entitajiet affiljati tagħha.

27. titoli trasferibbli għajr dawk imsemmija fil-punti (3) sa (5) li jikkwalifikaw għal piż ta’ riskju ta’ 20% jew aħjar skont it-Taqsima 2 tat-Titolu III, il-Kapitolu 2 jew li huma klassifikati internament bħala li jkollhom kwalità ta’ kreditu ekwivalenti, u li jilħqu kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) ma jirrappreżentawx pretensjoni fuq SSPE, fuq istituzzjoni jew fuq waħda mill-entitajiet affiljati tagħha;

(b) huma bonds kif definiti fl-Artikolu 22(4) tad-Direttiva 85/611/KEE li jikkwalifikaw għat-trattament fl-Artikolu 124

Anness IV Assi aġġustati skont ir-riskju u elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ għal proporzjon ta’ kapital temporanju

Parti 1 - Definizzjonijiet

1. iż-"Żona A" tinkludi l-Istati Membri kollha u l-pajjiżi kollha l-oħra li huma membri sħaħ tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi ( Organisation for Economic Cooperation u Development - OECD) u dawk il-pajjiżi li kkonkludew arranġamenti speċjali ta’ għoti ta' self mal-Fond Monetarju Internazzjonali (International Monetary Fund - IMF) relatati mal-arranġamenti ġenerali tal-Fond għat-teħid ta' self (general arrangements sa borrow - GAB). Madanakollu, kull pajjiż li jiskeda mill-ġdid id-dejn estern sovran tiegħu huwa prekluż miż-Żona A għal perjodu ta’ ħames snin;

2. iż-"Żona B" tinkludi l-pajjiżi kollha mhux fiż-Żona A;

3. "l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-Żona A" tfisser l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha awtorizzati fl-Istati Membru, inklużi l-fergħat tagħhom fil-pajjiżi terzi, u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha awtorizzati f’pajjiżi oħrajn taż-Żona A, inklużi l-fergħat tagħhom;

4. "l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-Żona B" tfisser l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha awtorizzati barra ż-Żona A, inklużi l-fergħat tagħhom fl-Unjoni;

5. "is-settur mhux bankarju" tfisser il-mutwatarji kollha għajr l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, il-gvernijiet ċentrali u l-banek ċentrali, il-gvernijiet reġjonali u l-awtoritajiet lokali, l-Unjoni Ewropea, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u l-banek ta’ żvilupp multilaterali;

6. il-banek ta’ żvilupp multilaterali msemmija fl-Artikolu 112.

Parti 2 – Assi aġġustati skont ir-riskju u elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ

7. Il-gradi ta’ riskju tal-kreditu, mogħtija bħala piżijiet perċentwali, għandhom jiġu assenjati għal assi skont il-Parti 3 u 4, u b’mod eċċezzjonali l-Parti 5. Imbagħad, il-valur tal-karta tal-bilanċ ta’ kull assi għandu jiġi mmultiplikat bl-ippeżar rilevanti sabiex jinħoloq valur aġġustat skont ir-riskju.

8. F’każ tal-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ elenkati fl-Anness I, għandu jintuża kalkolu b’żewġt istadji kif preskritt fil-punt 17.

9. Fil-każ tal-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ msemmija fil-Punt 17, l-ispejjeż potenzjali għas-sostituzzjoni tal-kuntratti f’każ ta’ inadempjenza tal-kontroparti għandhom jiġu kkalkolati permezz ta’ wieħed miż-żewġ metodi speċifikati fl-Anness II. Dawn l-ispejjeż għandhom jiġu mmultiplikati bl-ippeżar tal-kontroparti rilevanti tal-punti 11-15, għajr il-piż ta’ 100% li kif previst hemmhekk għandu jinbidel b’piż ta’ 50% sabiex jipproduċi valuri aġġustati skont ir-riskju.

10. It-total tal-valuri aġġustati skont ir-riskju tal-assi u l-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ msemmija fil-punti 8 u 9 għandu jkun id-denominatur tal-proporzjon tas-solvenza.

Parti 3 – Piżijiet ta’ riskju

11. Il-piżijiet li ġejjin għandhom jiġu applikati għall-kategoriji varji tal-elementi tal-assi, minkejja li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jistabbilixxu piżijiet ogħla kif jidhrilhom xieraq:

12. Piż ta' żero

(a) flus fl-idejn u elementi ekwivalenti;

(b) assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq gvernijiet ċentrali u banek ċentrali taż-Żona A;

(c) assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq l-Unjoni Ewropea;

(d) assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet li fihom il-garanziji espliċiti tal-gvernijiet ċentrali u l-banek ċentrali taż-Żona A jew tal-Unjoni Ewropea;

(e) assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq gvernijiet ċentrali u banek ċentrali taż-Żona B iddenominati u ffinanzjati fil-muniti nazzjonali tal-mutwatarji;

(f) assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet li fihom il-garanziji espliċiti tal-gvernijiet ċentrali u l-banek ċentrali taż-Żona B iddenominati u ffinanzjati fil-muniti nazzjonali komuni għall-garanti u l-mutwatarji;

(g) assi garantiti għas-sodisfazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, permezz ta’ kollateral f’forma ta’ titoli tal-gvern ċentrali jew tal-bank ċentrali taż-Żona A jew titoli maħruġa mill-Unjoni Ewropea jew permezz ta’ depożiti fi flus mal-istituzzjoni mutwanti jew permezz ta’ ċertifikati ta’ depożiti jew strumenti simili maħruġa minn u ddepożitati ma' din tal-aħħar;

13. Piż ta’ 20%

1.1.1.1. assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq il-BEI;

1.1.1.2. assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq banek ta’ żvilupp multilaterali;

1.1.1.3. assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet li fihom il-garanzija espliċita tal-BEI;

1.1.1.4. assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet li għandhom il-garanzija espliċita tal-banek ta’ żvilupp multilaterali;

1.1.1.5. assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq il-gvernijiet reġjonali jew l-awtoritajiet lokali taż-Żona A, soġġetti għall-Parti 4;

1.1.1.6. assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet li għandhom il-garanzija espliċita tal-gvernijiet reġjonali jew l-awtoritajiet lokali taż-Żona A, soġġetti għall-Parti 4;

1.1.1.7. assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-Żona A iżda li ma jikkostitwixxux tali fondi proprji tal-istituzzjonijiet;

1.1.1.8. assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet b’maturità ta’ sena jew inqas, fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-Żona B, għajr titoli maħruġa minn tali istituzzjonijiet li huma rikonoxxuti bħala komponenti tal-fondi proprji tagħhom;

1.1.1.9. assi li għandhom il-garanziji espliċiti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-Żona A;

1.1.1.10. assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet b’maturità ta’ sena jew inqas li għandhom il-garanziji espliċiti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-Żona B;

1.1.1.11. assi garantiti, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, permezz ta’ kollateral f’forma ta’ titoli maħruġa mill-BEI jew mill-banek ta’ żvilupp multilaterali;

1.1.1.12. elementi fi flus fil-proċess ta’ ġbir;

14. Piż ta’ 50%

1.1.1.1. self garantit bis-sħiħ u kompletament, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, permezz ta’ ipoteki fuq proprjetà residenzjali li hija jew sejra tkun okkupata jew mikrija mill-mutwatarju, u self garantit bis-sħiħ u kompletament, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, permezz ta’ ishma fil-kumpaniji Finlandiżi ta’ akkomodazzjoni residenzjali, li joperaw skont l-Att tal-Kumpaniji ta’ Akkomodazzjoni tal-Finlandja tal-1991 jew leġiżlazzjoni ekwivalenti sussegwenti, fir-rigward tal-proprjetà residenzjali li hija jew li sejra tkun okkupata jew mikrija mill-mutwatarju;

1.1.1.2. "titoli appoġġjati minn ipoteki" li jistgħu jiġu ttrattati bħala għoti ta' self imsemmi fil-punt (a), jekk l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw, b’rigward għall-qafas legali fis-seħħ f’kull Stat Membru, li huma ekwivalenti fid-dawl tar-riskju tal-kreditu. Mingħajr ħsara għat-tipi ta’ titoli li jistgħu jiġu inklużi u li jistgħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet f’dan il-punt 1, "titoli appoġġjati minn ipoteki" jistgħu jinkludu strumenti fis-sens tal-Anness I C (1) u C (3) tad-Direttiva 2004/39/KE. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti jridu jkunu sodisfatti li:

(i)      tali titoli huma appoġġjati bis-sħiħ u direttament minn pula ta’ ipoteki li huwa tal-istess natura bħal dawk definiti fil-punt (a) u li jkunu qegħdin jaħdmu bis-sħiħ meta jinħolqu t-titoli appoġġjati minn ipoteki;

(ii)      tariffa aċċettabbli ta’ prijorità għolja fuq l-assi tal-ipoteki sottostanti hija tinġabar jew direttament mill-investituri f’titoli appoġġjati minn ipoteki jew f’isimhom minn fiduċjarju jew rappreżentant awtorizzat fl-istess proporzjon tat-titoli li jkollhom;

1.1.1.3. prepagamenti u dħul dovut: dawn l-assi għandhom ikunu soġġetti għall-ippeżar korrispondenti għall-kontroparti fejn istituzzjoni ta’ kreditu tkun tista’ tiddeterminaha skont id-Direttiva 86/635/KEE. Inkella, fejn ma tkunx tista’ tiddetermina l-kontroparti, għandha tapplika rata fissa ta’ piż ta’ 50%;

15. Piż ta’ 100%

1.1.1.1. assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq gvernijiet ċentrali u banek ċentrali taż-Żona B għajr fejn denominati u ffinanzjati fil-munita nazzjonali tal-mutwatarju;

1.1.1.2. assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali taż-Żona B;

1.1.1.3. assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet b’maturità ta’ aktar minn sena fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-Żona B;

1.1.1.4. assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq setturi mhux bankarji taż-Żona A u taż-Żona B;

1.1.1.5. "Assi" tanġibbli fis-sens tal-Artikolu 4(10) tad-Direttiva 86/635/KEE;

1.1.1.6. parteċipazzjonijiet f'ishma, parteċipazzjoni u komponenti oħra tal-fondi proprji ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu oħrajn li ma jitnaqqsux mill-fondi proprji tal-istituzzjonijiet mutwanti;

1.1.1.7. l-assi l-oħra kollha għajr fejn jitnaqqsu mill-fondi proprji.

16. It-trattament li ġej għandu japplika għall-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ għajr dawk koperti mill-punt 17. L-ewwel għandhom jiġu aggruppati skont il-gruppi tar-riskji stabbiliti fl-Anness II. Il-valur sħiħ tal-elementi ta’ riskju sħiħ għandu jiġi kkunsidrat, 50% tal-valur tal-elementi ta’ riskju medju u 20% tal-elementi ta’ riskju medju/baxx, filwaqt li l-valur tal-elementi ta’ riskju baxx għandu jkun stabbilit għal żero. It-tieni stadju għandu jkun dak tal-multiplikazzjoni tal-valuri li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, aġġustati kif spjegat hawn fuq, permezz tal-piżijiet attribwibbli għall-kontropartijiet rilevanti skont it-trattament tal-assi preskritt fil-punti 11-15 u fil-Parti 4. Fil-każ ta’ ftehimiet ta’ bejgħ u riakkwist ta’ assi u xiri dirett forward, il-piżijiet għandhom ikunu dawk mehmuża mal-assi inkwistjoni u mhux dawk tal-kontroparti fit-tranżazzjonijiet. Il-porzjon sottoskritta ta’ kapital mhux imħallas lill-Fond Ewropew tal-Investiment jista’ jkun ippeżata għal 20%.

17. Il-metodi stabbiliti fl-Anness II għandhom ikunu applikati għall-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ elenkati fl-Anness I għajr għal:

(a) kuntratti negozjati f'boroż rikonoxxuti,

(b) kuntratti tal-kambju (għajr għal kuntratti li jikkonċernaw id-deheb) b’maturità oriġinali ta’ 14-il ġurnata tal-kalendarju jew inqas.

18. Fejn elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ għandhom garanziji espliċiti, għandhom jiġu ppeżati bħallikieku ġġarrbu f’isem il-garanti minflok il-kontroparti. Fejn l-iskopertura potenzjali li ġejja mit-tranżazzjonijiet li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tkun garantita bis-sħiħ u kompletament, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, permezz ta’ wieħed mill-assi rikonoxxut bħala kollateral fil-punti 12(g) u 13(k), piżijiet ta’ żero jew 20% għandhom japplikaw skont il-kollateral inkwistjoni.

19. L-Istati Membri jistgħu japplikaw piż ta’ 50% fuq l-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li huma garanti jew garanziji li għandhom karatteristiċi ta’ sostituti ta’ kreditu u li huma kompletament garantiti, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, permezz ta’ ipoteki li jilħqu l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 14(a), soġġetti għall-kundizzjoni li l-garanti jkollu jedd dirett għal tali kollateral.

20. Fejn assi u elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ jingħataw piż iżgħar minħabba l-eżistenza ta’ garanziji jew kollaterali espliċitu aċċettabbli għall-awtoritajiet kompetenti, il-piż aktar baxx għandu japplika biss għal dik il-parti li hija garantita jew li hija kompletament koperta mill-kollateral.

Parti 4 – L-ippeżar ta’ pretensjonijiet għall-gvernijiet reġjonali jew l-awtoritajiet lokali tal-Istati Membri

21. Minkejja r-rekwiżiti tal-punt 13, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu piż ta’ żero għall-gvernijiet reġjonali u l-awtoritajiet lokali tagħhom stess jekk ma jkun hemm l-ebda differenza fir-riskju bejn il-pretensjonijiet fuq dawn tal-aħħar u l-pretensjonijiet fuq il-gvernijiet ċentrali tagħhom minħabba s-saħħa ta’ ġbir ta’ dħul tal-gvernijiet reġjonali u l-awtoritajiet lokali u l-eżistenza ta’ arranġamenti istituzzjonali speċifiċi li għandhom l-effett li jnaqqsu l-probabbiltà ta' inadempjenza minn dawk tal-aħħar. Piż ta’ żero stabbilit skont dawn il-kriterji għandu japplika għal pretensjonijiet li jkunu fuq l-elementi li jidhru u fuq l-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ imġarrba f’isem il-gvernijiet reġjonali u l-awtoritajiet lokali inkwistjoni u pretensjonijiet fuq oħrajn u elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċimġarrba f’isem oħrajn u garantiti minn dawk il-gvernijiet reġjonali u l-awtoritajiet lokali jew garantiti, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti konċernati, permezz ta’ kollateral f’forma ta’ titoli maħruġa minn dawk il-gvernijiet reġjonali jew l-awtoritajiet lokali.

22. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-ABE jekk jaħsbu li l-piż ta’ żero huwa ġġustifikat skont il-kriterji stabbiliti fil-punt 21. Stati Membri oħrajn jistgħu joffru lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom il-possibbiltà li jiġi applikat piż ta’ żero meta jwettqu negozju mal-gvernijiet reġjonali jew mal-awtoritajiet lokali inkwistjoni jew fejn għandhom pretensjonijiet garantiti minn dawn tal-aħħar, inklużi kollaterali f’forma ta’ titoli.

Parti 5 – Ippeżar ieħor

23. Mingħajr ħsara għall-punt 21, l-Istati Membri jistgħu japplikaw piż ta’ 20% fuq l-assi li huma garantiti, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, permezz ta’ kollateral f’forma ta’ titoli maħruġa mill-gvernijiet reġjonali jew l-awtoritajiet lokali taż-Żona A, permezz ta’ depożiti magħmula ma' istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-Żona A iżda mhux mal-istituzzjoni mutwanti, jew permezz ta’ ċertifikati ta’ depożitu jew strumenti simili maħruġa minn tali istituzzjonijiet ta’ kreditu.

24. L-Istati Membri jistgħu japplikaw piż ta’ 10% fuq pretensjonijiet fuq l-istituzzjonijiet li jispeċjalizzaw fi swieq interbankarji u ta’ dejn pubbliku fl-Istati Membri tad-domiċilju tagħhom u soġġetti għal superviżjoni mill-viċin mill-awtoritajiet kompetenti fejn dawk l-assi huma garantiti bis-sħiħ u kompletament, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju, permezz ta’ kombinazzjoni tal-assi msemmija fil-punti 12 u 13 rikonoxxuti bħala kollateral adegwat minn dawn tal-aħħar.

25. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-ABE dwar kull dispożizzjoni adottata skont il-punti 23 u 24 u dwar ir-raġunijiet kollha għal tali dispożizzjonijiet.

Parti 6 – Korpi amministrattivi u impriżi mhux kummerċjali

26. Għall-finijiet tal-punt 13, fil-kunċett ta’ gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jinkludu korpi amministrattivi mhux kummerċjali responsabbli lejn gvernijiet reġjonali jew l-awtoritajiet lokali jew l-awtoritajiet li, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti, jeżerċitaw l-istess responsabbiltajiet bħall-awtoritajiet reġjonali u lokali.

27. Fil-kunċett ta’ gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jinkludu wkoll knejjes u komunitajiet reliġjużi kostitwiti fil-forma ta’ persuna ġuridika skont il-liġi pubblika, sakemm jiġbru taxxi skont il-leġiżlazzjoni li tagħtihom il-jedd jagħmlu hekk. Madanakollu, f’dan il-każ, ma għandhomx japplikaw l-opzjonijiet stabbiliti fil-Parti 4.

Anness 5

Tabella ta’ korrelazzjoni

Dan ir-Regolament || Id-Direttiva 2006/48/KE || Id-Direttiva 2006/49/KE

Artikolu 1 || ||

Artikolu 2 || ||

Artikolu 3 || ||

Artikolu 4(1), (3)-(5), (10), (16)-(22), (24-38), (42), (47), (60), (61), (63), (66), (67), (71), (72) || Artikolu 4 ||

Art 4(6), (7), (56), (81) || || Artikolu 3

Artikolu 4(2), (9), (11)-(15), (23), (40), (41), (48), (55), (57), (59), (62), (64), (65), (68), (69), (70), (73)-(80), (82)-(86) || ||

Artikolu 4(50) || Artikolu 77 ||

Artikolu 4 || || Artikolu 3(1)m

Artikolu 4 || || Artikolu 3(1)o

Artikolu 4 || || Artikolu 3(1)e

Artikolu 4 || Artikolu 4(14) ||

Artikolu 4 || Artikolu 4(16) ||

Artikolu 4 || Artikolu 4(4) || Artikolu 3(3)c

Artikolu 4 || Artikolu 4(5) ||

Artikolu 5(1) || Artikolu 68(1) ||

Artikolu 5(2) || Artikolu 68(2) ||

Artikolu 5(3) || Artikolu 68(3) ||

Artikolu 5(4) || ||

Artikolu 5(5) || ||

Artikolu 6(1) || Artikolu 69(1) ||

Artikolu 6(2) || Artikolu 69(2) ||

Artikolu 6(3) || Artikolu 69(3) ||

Artikolu 7(1) || ||

Artikolu 7(2) || ||

Artikolu 7(3) || ||

Artikolu 8(1) || Artikolu 70(1) ||

Artikolu 8(2) || Artikolu 70(2) ||

Artikolu 8(3) || Artikolu 70(3) ||

Artikolu 9 || Artikolu 3(1) ||

Artikolu 10(1) || Artikolu 71(1) ||

Artikolu 10(2) || Artikolu 71(2) ||

Artikolu 10(3) || ||

Artikolu 10(4) || ||

Artikolu 11 || ||

Artikolu 12(1) || Artikolu 72(1) ||

Artikolu 12(2) || Artikolu 72(2) ||

Artikolu 12(3) || Artikolu 72(3) ||

Artikolu 12(4) || ||

Artikolu 13(1) || Artikolu 73(3) ||

Artikolu 13(2) || ||

Artikolu 13(3) || ||

Artikolu 14 || || Artikolu 22(1)

Artikolu 15(1) || || Artikolu 23

Artikolu 15(2) || ||

Artikolu 15(3) || ||

Artikolu 16(1)-(3) || Artikolu 133(1) ||

Artikolu 16(4) || Artikolu 133(2) ||

Artikolu 16(5) || Artikolu 133(3) ||

Artikolu 16(6) || Artikolu 134(1) ||

Artikolu 16(7) || ||

Artikolu 16(8) || Artikolu 134(2) ||

Artikolu 17(1) || Artikolu 73(1) ||

Artikolu 17(2) || ||

Artikolu 17(3) || ||

Artikolu 18(1) || ||

Artikolu 18(2) || ||

Artikolu 18(3) || ||

Artikolu 18(4) || ||

Artikolu 18(5) || ||

Artikolu 18(6) || ||

Artikolu 18(7) || ||

Artikolu 19(1) || ||

Artikolu 19(2) || ||

Artikolu 19(3) || ||

Artikolu 19(4) || ||

Artikolu 20 || Artikolu 73(2) ||

Artikolu 21 || || Artikolu 3(1) 2. Subparagrafu

Artikolu 22 || ||

Artikolu 23 || ||

Artikolu 24 || ||

Artikolu 25 || ||

Artikolu 26 || ||

Artikolu 27 || ||

Artikolu 28 || ||

Artikolu 29 || ||

Artikolu 30 || ||

Artikolu 31 || ||

Artikolu 32 || ||

Artikolu 33 || ||

Artikolu 34 || ||

Artikolu 35 || ||

Artikolu 36 || ||

Artikolu 37 || ||

Artikolu 38 || ||

Artikolu 39 || ||

Artikolu 40 || ||

Artikolu 41 || ||

Artikolu 42 || ||

Artikolu 43 || ||

Artikolu 44 || ||

Artikolu 45 || ||

Artikolu 46 || ||

Artikolu 47 || ||

Artikolu 48 || ||

Artikolu 49 || ||

Artikolu 50 || ||

Artikolu 51 || ||

Artikolu 52 || ||

Artikolu 53 || ||

Artikolu 54 || ||

Artikolu 55 || ||

Artikolu 56 || ||

Artikolu 57 || ||

Artikolu 58 || ||

Artikolu 59 || ||

Artikolu 60 || ||

Artikolu 61 || ||

Artikolu 62 || ||

Artikolu 63 || ||

Artikolu 64 || ||

Artikolu 65 || ||

Artikolu 66 || ||

Artikolu 67 || ||

Artikolu 68 || ||

Artikolu 69 || ||

Artikolu 70 || ||

Artikolu 71 || ||

Artikolu 72 || ||

Artikolu 73 || ||

Artikolu 74 || ||

Artikolu 75 || ||

Artikolu 76 || ||

Artikolu 77 || ||

Artikolu 78 || ||

Artikolu 79 || ||

Artikolu 80 || ||

Artikolu 81 || ||

Artikolu 82 || ||

Artikolu 83 || ||

Artikolu 84(1) u (2) || Artikolu 120 ||

Artikolu 84(3) || ||

Artikolu 84(4) || ||

Artikolu 85 || ||

Artikolu 86 || ||

Artikolu 87 || ||

Artikolu 88(1)-(4) || Artikolu 10(1)-(4) ||

Artikolu 88(5) || ||

Artikolu 89 || || Artikolu 18(2)-(4)

Artikolu 90 || ||

Artikolu 91 || ||

Artikolu 92 || ||

Artikolu 93 || || Artikolu 24

Artikolu 94 || Artikolu 74(1) ||

Artikolu 95(1) || Artikolu 74(2) ||

Artikolu 95(2) || ||

Artikolu 96(1) || ||

Artikolu 96(2) || ||

Artikolu 96(3) || ||

Artikolu 97(1) || || Artikolu 11(1)

Artikolu 97(2) || || Artikolu 11(3)

Artikolu 97(3) || || Artikolu 11(4)

Artikolu 97(4) || || Anness VII, Parti C, punt 1

Artikolu 98 || || Anness VII, Parti A, punt 1

Artikolu 99(1) || || Anness VII, Parti D, punt 1

Artikolu 99(2) || || Anness VII, Parti D, punt 2

Artikolu 100(1) || || Artikolu 33(1)

Artikolu 100(2)-(10) || || Anness VII, Parti B, punti 1-9

Artikolu 100(11)-(13) || || Anness VII, Parti B, punti 11-13

Artikolu 101 || || Anness VII, Parti C, punti 1-3

Artikolu 102 || Artikolu 76 ||

Artikolu 103(1) || Artikolu 91 ||

Artikolu 103(2) || ||

Artikolu 104 || Artikolu 94 ||

Artikolu 105 || ||

Artikolu 106 || Artikolu 78(1)-(3) ||

Artikolu 107 || Artikolu 79(1) ||

Artikolu 108(1) || Artikolu 80(1) ||

Artikolu 108(2) || Artikolu 80(2) ||

Artikolu 108(3) || Artikolu 80(4) ||

Artikolu 108(4) || Artikolu 80(5) ||

Artikolu 108(5) || Artikolu 80(6) ||

Artikolu 108(6) || Artikolu 80(7) ||

Artikolu 108(7) || Artikolu 80(8) ||

Artikolu 108(8) || ||

Artikolu 109 || Anness VI, Parti I, punti 1-5 ||

Artikolu 110(1) || ||

Artikolu 110(2)-(5) || Anness VI, Parti I, punti 8-11 ||

Artikolu 111(1) || ||

Artikolu 111(2) || ||

Artikolu 111(3) || ||

Artikolu 111(4) || ||

Artikolu 111(5) || Anness VI, Parti I, punt 15 ||

Artikolu 111(6) || Anness VI, Parti I, punt 17 ||

Artikolu 112(1) || Anness VI, Parti I, punt 18 u 19 ||

Artikolu 112(2) || Anness VI, Parti I, punt 20 ||

Artikolu 112(3) || Anness VI, Parti I, punt 21 ||

Artikolu 113 || Anness VI, Parti I, punt 22 ||

Artikolu 114(1) || ||

Artikolu 114(2) || Anness VI, Parti I, punti 37 u 38 ||

Artikolu 114(3) || Anness VI, Parti I, punt 40 ||

Artikolu 114(4) || ||

Artikolu 114(5) || ||

Artikolu 115(1) || Anness VI, Parti I, punt 29 ||

Artikolu 115(2) || Anness VI, Parti I, punt 31 ||

Artikolu 115(3) || Anness VI, Parti I, punti 33-36 ||

Artikolu 116(1) || Anness VI, Parti I, punt 26 ||

Artikolu 116(2) || Anness VI, Parti I, punt 25 ||

Artikolu 116(3) || Anness VI, Parti I, punt 27 ||

Artikolu 117 || Anness VI, Parti I, punti 41 u 42 ||

Artikolu 118 || Artikolu 79(2), 79(3) u Anness VI, Parti I, punt 43 ||

Artikolu 119(1) || Anness VI, Parti I, punt 44 ||

Artikolu 119(2) || ||

Artikolu 119(3) || ||

Artikolu 120(1)-(3) || Anness VI, Parti I, punti 45-49 ||

Artikolu 120(4) || ||

Artikolu 121(1) u (2) || Anness VI, Parti I, punti 51-55 ||

Artikolu 121(3) u (4) || Anness VI, Parti I, punti 58 u 59 ||

Artikolu 122(1) u (2) || Anness VI, Parti I, punti 61 u 62 ||

Artikolu 122(3) u (4) || Anness VI, Parti I, punti 64 u 65 ||

Artikolu 123(1) || Anness VI, Parti I, punti 66 u 76 ||

Artikolu 123(2) || Anness VI, Parti I, punt 66 ||

Artikolu 123(3) || ||

Artikolu 124(1) || Anness VI, Parti I, punt 68, paragrafi 1 u 2 ||

Artikolu 124(2) || Anness VI, Parti I, punt 69 ||

Artikolu 124(3) || Anness VI, Parti I, punt 71 ||

Artikolu 124(4) || Anness VI, Parti I, punt 70 ||

Artikolu 124(5) || ||

Artikolu 125 || Anness VI, Parti I, punt 72 ||

Artikolu 126 || Anness VI, Parti I, punt 73 ||

Artikolu 127(1) || Anness VI, Parti I, punt 74 ||

Artikolu 127(2) || Anness VI, Parti I, punt 75 ||

Artikolu 127(3) || Anness VI, Parti I, punti 77 u 78 ||

Artikolu 127(4) || Anness VI, Parti I, punt 79 ||

Artikolu 127(5) || Anness VI, Parti I, punt 80 u punt 81 ||

Artikolu 128(1) || Anness VI, Parti I, punt 86 ||

Artikolu 128(2) || ||

Artikolu 128(3) || ||

Artikolu 129(1)-(3) || Anness VI, Parti I, punti 82-84 ||

Artikolu 129(4)-(7) || Anness VI, Parti I, punti 87-90 ||

Artikolu 130 || Artikolu 81(1), (2) u (4) ||

Artikolu 131(1) || Artikolu 82(1) ||

Artikolu 131(2) || Anness VI, Parti 2, punti 12-16 ||

Artikolu 131(3) || Artikolu 150(3) ||

Artikolu 132(1) || Anness VI, Parti I, punt 6 ||

Artikolu 132(2) || Anness VI, Parti I, punt 7 ||

Artikolu 132(3) || ||

Artikolu 133 || Anness VI, Parti III, punti 1-7 ||

Artikolu 134 || Anness VI, Parti III, punti 8-17 ||

Artikolu 135(1) || ||

Artikolu 135(2) || ||

Artikolu 136 || ||

Artikolu 137(1) || ||

Artikolu 137(2) || ||

Artikolu 138(1) || Artikolu 84 (1) u Anness VII, Parti 4, punt 1 ||

Artikolu 138(1) || Artikolu 84(2) ||

Artikolu 138(1) || Artikolu 84(3) ||

Artikolu 138(1) || Artikolu 84(4) ||

Artikolu 138(1) || ||

Artikolu 139 || ||

Artikolu 140 || ||

Artikolu 141 || ||

Artikolu 142(1) || Artikolu 86(9) ||

Artikolu 142(2)-(9) || Artikolu 86(1)-(8) ||

Artikolu 143(1) || Artikolu 85(1) ||

Artikolu 143(2) || Artikolu 85(2) ||

Artikolu 143(3) || ||

Artikolu 143(4) || Artikolu 85(3) ||

Artikolu 143(5) || ||

Artikolu 143(1) || ||

Artikolu 144 || Artikolu 85(4) u (5) ||

Artikolu 145(1) || Artikolu 89(1) ||

Artikolu 145(2) || Artikolu 89(2) ||

Artikolu 145(3) || ||

Artikolu 145(4) || ||

Artikolu 146 || Artikolu 87(1)-(10) ||

Artikolu 147(1) u (2) || Artikolu 87(11) ||

Artikolu 147(3) u (4) || Artikolu 87(12) ||

Artikolu 147(5) || ||

Artikolu 148(1) || Anness VII, Parti I, punt 3 ||

Artikolu 148(2) || ||

Artikolu 148(3)-(8) || Anness VII, Parti I, punti 4-9 ||

Artikolu 148(9) || ||

Artikolu 149 || Anness VII, Parti I, punti 10-16 ||

Artikolu 150(1) || Anness VII, Parti I, punti 17 u 18 ||

Artikolu 150(2) || Anness VII, Parti I, punti 19 sa 21 ||

Artikolu 150(3) || Anness VII, Parti I, punti 22 sa 24 ||

Artikolu 150(4) || Anness VII, Parti I, punti 25 sa 26 ||

Artikolu 151 || ||

Artikolu 152 || Anness VII, Parti I, punt 27 ||

Artikolu 153(1) || Anness VII, Parti I, punt 28 ||

Artikolu 153(2)-(5) || ||

Artikolu 154(1) || Artikolu 88(2) ||

Artikolu 154(2) || Artikolu 88(3) ||

Artikolu 154(3) || Artikolu 88(4) ||

Artikolu 154(4) || Artikolu 88(6) ||

Artikolu 154(5) || Anness VII, Parti I, punt 30 ||

Artikolu 154(6) || Anness VII, Parti I, punt 31 ||

Artikolu 154(7) || Anness VII, Parti I, punt 32 ||

Artikolu 154(8) || Anness VII, Parti I, punt 33 ||

Artikolu 154(9) || Anness VII, Parti I, punt 34 ||

Artikolu 154(10) || Anness VII, Parti I, punt 35 ||

Artikolu 154(11) || ||

Artikolu 155 || Anness VII, Parti I, punt 36 ||

Artikolu 156(1) || Anness VII, Parti II, punt 2 ||

Artikolu 156(2) || Anness VII, Parti II, punt 3 ||

Artikolu 156(3) || Anness VII, Parti II, punt 4 ||

Artikolu 156(4) || Anness VII, Parti II, punt 5 ||

Artikolu 156(5) || Anness VII, Parti II, punt 6 ||

Artikolu 156 (6) || Anness VII, Parti II, punt 7 ||

Artikolu 156(7) || Anness VII, Parti II, punt 7 ||

Artikolu 157(1) || Anness VII, Parti II, punt 8 ||

Artikolu 157(2) || Anness VII, Parti II, punt 9 ||

Artikolu 157(3) || Anness VII, Parti II, punt 10 ||

Artikolu 157(4) || Anness VII, Parti II, punt 11 ||

Artikolu 158(1) || Anness VII, Parti II, punt 12 ||

Artikolu 158(2) || Anness VII, Parti II, punt 13 ||

Artikolu 158(3) || Anness VII, Parti II, punt 14 ||

Artikolu 158(4) || Anness VII, Parti II, punt 15 ||

Artikolu 158(5) || Anness VII, Parti II, punt 16 ||

Artikolu 159(1) || Anness VII, Parti II, punt 17 ||

Artikolu 159(2) || Anness VII, Parti II, punt 18 ||

Artikolu 159(3) || Anness VII, Parti II, punt 19 ||

Artikolu 159(4) || Anness VII, Parti II, punt 20 ||

Artikolu 160(1) || Anness VII, Parti II, punt 21 ||

Artikolu 160(2) || Anness VII, Parti II, punt 22 ||

Artikolu 160(3) || Anness VII, Parti II, punt 23 ||

Artikolu 160(4) || ||

Artikolu 161(1) || Anness VII, Parti II, punt 24 ||

Artikolu 161(2) || Anness VII, Parti II, punt 25 u 26 ||

Artikolu 161(3) || Anness VII, Parti II, punt 27 ||

Artikolu 162(1) || Anness VII, Parti III, punt 1 ||

Artikolu 162(2) || Anness VII, Parti III, punt 2 ||

Artikolu 162(3) || Anness VII, Parti III, punt 3 ||

Artikolu 162(4) || Anness VII, Parti III, punt 4 ||

Artikolu 162(5) || Anness VII, Parti III, punt 5 ||

Artikolu 162(6) || Anness VII, Parti III, punt 6 ||

Artikolu 162(7) || Anness VII, Parti III, punt 7 ||

Artikolu 162(8) || Anness VII, Parti III, punt 9 ||

Artikolu 162(9) || Anness VII, Parti III, punt 10 ||

Artikolu 162(10) || Anness VII, Parti III, punt 11 ||

Artikolu 163(1) || Anness VII, Parti III, punt 12 ||

Artikolu 163(2) || ||

Artikolu 164 || Anness VII, Parti III, punt 13 ||

Artikolu 165(1) || Anness VII, Parti IV, punt 1 ||

Artikolu 165(2) || Anness VII, Parti IV, punt 2 ||

Artikolu 165(3) || Anness VII, Parti IV, punt 3 ||

Artikolu 166(1) || Anness VII, Parti IV, punt 5- ||

Artikolu 166(2) || Anness VII, Parti IV, punt 12 ||

Artikolu 166(3) || Anness VII, Parti IV, punti 13-15 ||

Artikolu 166(4) || Anness VII, Parti IV, punt 16 ||

Artikolu 167(1) || Anness VII, Parti IV, punt 17 ||

Artikolu 167(2) || Anness VII, Parti IV, punt 18 ||

Artikolu 168(1) || Anness VII, Parti IV, punt 19-23 ||

Artikolu 168(2) || Anness VII, Parti IV, punt 24 ||

Artikolu 168(3) || Anness VII, Parti IV, punt 25 ||

Artikolu 169(1) || Anness VII, Parti IV, points26-28 ||

Artikolu 169(2) || Anness VII, Parti IV, punt 29 ||

Artikolu 169(3) || ||

Artikolu 170 || Anness VII, Parti IV, punt 30 ||

Artikolu 171(1) || Anness VII, Parti IV, punt 31 ||

Artikolu 171(2) || Anness VII, Parti IV, punt 32 ||

Artikolu 171(3) || Anness VII, Parti IV, punt 33 ||

Artikolu 171(4) || Anness VII, Parti IV, punt 34 ||

Artikolu 171(5) || Anness VII, Parti IV, punt 35 ||

Artikolu 172(1) || Anness VII, Parti IV, punt 36 ||

Artikolu 172(2) || Anness VII, Parti IV, punt 37 1st Subparagrafu ||

Artikolu 172(3) || Anness VII, Parti IV, punt 37 2nd Subparagrafu ||

Artikolu 172(4) || Anness VII, Parti IV, punt 38 ||

Artikolu 172(5) || Anness VII, Parti IV, punt 39 ||

Artikolu 173(1) || Anness VII, Parti IV, punt 40 ||

Artikolu 173(2) || Anness VII, Parti IV, punt 41 ||

Artikolu 173(3) || Anness VII, Parti IV, punt 42 ||

Artikolu 174(1) || Anness VII, Parti IV, punt 44 ||

Artikolu 174(2) || Anness VII, Parti IV, punt 45 ||

Artikolu 174(3) || Anness VII, Parti IV, punt 46 ||

Artikolu 174(4) || Anness VII, Parti IV, punt 47 ||

Artikolu 174(5) || ||

Artikolu 174(6) || ||

Artikolu 175(1) || Anness VII, Parti IV, punti 43 u 49-56 ||

Artikolu 175(2) || Anness VII, Parti IV, punt 57 ||

Artikolu 176(1) || Anness VII, Parti IV, punti 59-66 ||

Artikolu 176(2) || Anness VII, Parti IV, punti 67-72 ||

Artikolu 176(3) || ||

Artikolu 177(1) || Anness VII, Parti IV, punti 73-81 ||

Artikolu 177(2) || Anness VII, Parti IV, punt 82 ||

Artikolu 177(3) || Anness VII, Parti IV, punti 83-86 ||

Artikolu 178(1) || Anness VII, Parti IV, punti 87-92 ||

Artikolu 178(2) || Anness VII, Parti IV, punt 93 ||

Artikolu 178(3) || Anness VII, Parti IV, punti 94 u 95 ||

Artikolu 178(4) || ||

Artikolu 179(1) || Anness VII, Parti IV, punti 98-100 ||

Artikolu 179(2) || Anness VII, Parti IV, punti 101 u 102 ||

Artikolu 179(3) || Anness VII, Parti IV, punt 103 u punt 104 ||

Artikolu 179(4) || Anness VII, Parti IV, punt 96 ||

Artikolu 179(5) || Anness VII, Parti IV, punt 97 ||

Artikolu 179(6) || ||

Artikolu 180(1) || ||

Artikolu 180(2) || Anness VII, Parti IV, punt 105 ||

Artikolu 180(3) || Anness VII, Parti IV, punt 106 ||

Artikolu 180(4) || Anness VII, Parti IV, punt 107 ||

Artikolu 180(5) || Anness VII, Parti IV, punt 108 ||

Artikolu 180(6) || Anness VII, Parti IV, punt 109 ||

Artikolu 181 || Anness VII, Parti IV, punti 110-114 ||

Artikolu 182 || Anness VII, Parti IV, punt 115 ||

Artikolu 183 || Anness VII, Parti IV, punt 116 ||

Artikolu 184 || Anness VII, Parti IV, punti 117-123 ||

Artikolu 185(1) || Anness VII, Parti IV, punt 124 ||

Artikolu 185(2) || Anness VII, Parti IV, punti 125 u 126 ||

Artikolu 185(3) || Anness VII, Parti IV, punt 127 ||

Artikolu 185(4) || ||

Artikolu 186(1) || Anness VII, Parti IV, punt 128 ||

Artikolu 186(2) || Anness VII, Parti IV, punt 129 ||

Artikolu 187 || Anness VII, Parti IV, punt 131 ||

Artikolu 188 || Artikolu 90 u Anness VIII, Parti 1, punt 2 ||

Artikolu 189(1) || Artikolu 93 (2) ||

Artikolu 189(2) || Artikolu 93 (3) ||

Artikolu 189(3) || Anness VIII, Parti III, punt 1 ||

Artikolu 189(4) || Anness VIII, Parti III, punt 2 ||

Artikolu 189(5) || Anness VIII, Parti V, punt 1 u punt 2 ||

Artikolu 189(6) || ||

Artikolu 190(1) || Artikolu 92(1) ||

Artikolu 190(2) || Artikolu 92(2) ||

Artikolu 190(3) || Artikolu 92(3) ||

Artikolu 190(4) || Artikolu 92(4) ||

Artikolu 190(5) || Artikolu 92(5) ||

Artikolu 190(6) || Artikolu 92(6) ||

Artikolu 190(7) || Anness VIII, Parti II, punt 1 ||

Artikolu 190(8) || Anness VIII, Parti II, punt 2 ||

Artikolu 190(9) || ||

Artikolu 190(10) || ||

Artikolu 191 || Anness VIII, Parti I, punti 3 u 4 ||

Artikolu 192 || Anness VIII, Parti I, punt 5 ||

Artikolu 193(1) || Anness VIII, Parti I, punt 7 ||

Artikolu 193(2) || Anness VIII, Parti I, punt 8 ||

Artikolu 193(3) || Anness VIII, Parti I, punt 9 ||

Artikolu 193(4) || Anness VIII, Parti I, punt 10 ||

Artikolu 193(5)-(9) || ||

Artikolu 194(1) || Anness VIII, Parti I, punt 11 ||

Artikolu 194(2) || ||

Artikolu 195(1) || Anness VIII, Parti I, punt 12 ||

Artikolu 195(2) || Anness VIII, Parti I, punti 13 sa 17 ||

Artikolu 195(3) || Anness VIII, Parti I, punt 20 ||

Artikolu 195(4) || Anness VIII, Parti I, punt 21 ||

Artikolu 195(5) || Anness VIII, Parti I, punt 22 ||

Artikolu 195(6)-(10) || ||

Artikolu 196 || Anness VIII, Parti I, punti 23-25 ||

Artikolu 197(1) || Anness VIII, Parti I, punt 26 ||

Artikolu 197(2) || Anness VIII, Parti I, punt 27 ||

Artikolu 198 || Anness VIII, Parti I, punt 29 ||

Artikolu 199(1) || Anness VIII, Parti I, punt 30 u punt 31 ||

Artikolu 199(2) || Anness VIII, Parti I, punt 32 ||

Artikolu 200 || Anness VIII, Parti II, punt 3 ||

Artikolu 201 || Anness VIII, Parti II, punti 4 sa 5 ||

Artikolu 202(1) || Anness VIII, Parti II, punt 6 ||

Artikolu 202(2) || Anness VIII, Parti II, punt 6a ||

Artikolu 202(3) || Anness VIII, Parti II, punt 6b ||

Artikolu 202(4) || Anness VIII, Parti II, punt 6c ||

Artikolu 202(5) || Anness VIII, Parti II, punt 7 ||

Artikolu 203(1) || Anness VIII, Parti II, punt 8 ||

Artikolu 203(2) || Anness VIII, Parti II, punt 8(a) ||

Artikolu 203(3) || Anness VIII, Parti II, punt 8(b) ||

Artikolu 203(4) || Anness VIII, Parti II, punt 8(c ) ||

Artikolu 203(5) || Anness VIII, Parti II, punt 8(d) ||

Artikolu 204(1) || ||

Artikolu 204(2) || Anness VIII, Parti II, punt 9(a) ||

Artikolu 204(3) || Anness VIII, Parti II, punt 9(b) ||

Artikolu 205 || Anness VIII, Parti II, punt 10 ||

Artikolu 206 || Anness VIII, Parti II, punt 11 ||

Artikolu 207(1) || Anness VIII, Parti II, punt 12 ||

Artikolu 207(2) || Anness VIII, Parti II, punt 13 ||

Artikolu 208 (1) || Anness VIII, Parti II, punt 14 ||

Artikolu 208(2) || Anness VIII, Parti II, punt 15 ||

Artikolu 208(3) || ||

Artikolu 209(1) || Anness VIII, Parti II, punt 16 ||

Artikolu 209(2) || Anness VIII, Parti II, punt 17 ||

Artikolu 209(3) || ||

Artikolu 210(1) || Anness VIII, Parti II, punt 18 ||

Artikolu 210(2) || Anness VIII, Parti II, punt 19 ||

Artikolu 211(1) || Anness VIII, Parti II, punt 20 ||

Artikolu 211(2) || Anness VIII, Parti II, punt 21 ||

Artikolu 212(1) || Anness VIII, Parti II, punt 22 ||

Artikolu 212(2) || ||

Artikolu 212(3) || ||

Artikolu 213 || Anness VIII, Parti III, punt 3 ||

Artikolu 214 || Anness VIII, Parti III, punt 4 ||

Artikolu 215(1) || Anness VIII, Parti III, punt 5 ||

Artikolu 215(2) || Anness VIII, Parti III, punti 6-10 ||

Artikolu 215(3) || Anness VIII, Parti III, punt 11 ||

Artikolu 215(4) || Anness VIII, Parti III, punti 22 u 23 ||

Artikolu 215(5) || ||

Artikolu 216(1) || Anness VIII, Parti III, punt 12-15 ||

Artikolu 216(2) || Anness VIII, Parti III, punt 16 ||

Artikolu 216(3) || Anness VIII, Parti III, punt 17 ||

Artikolu 216(4) || Anness VIII, Parti III, punti 18 u 19 ||

Artikolu 216(5) || Anness VIII, Parti III, punti 20 u 21 ||

Artikolu 216(6) || Anness VIII, Parti III, punti 22 u 23 ||

Artikolu 216(7)-(9) || ||

Artikolu 217(1) || Anness VIII, Parti III, punt 24 ||

Artikolu 217(2) || Anness VIII, Parti III, punt 25 ||

Artikolu 217(3) || Anness VIII, Parti III, punt 26 ||

Artikolu 217(4) || Anness VIII, Parti III, punt 27 ||

Artikolu 217(5) || Anness VIII, Parti III, punt 28 ||

Artikolu 217(6) || Anness VIII, Parti III, punt 29 ||

Artikolu 217(7) || ||

Artikolu 218(1) || Anness VIII, Parti III, punti 30-32 ||

Artikolu 218(2) || Anness VIII, Parti III, punt 33 ||

Artikolu 218(3) || Anness VIII, Parti III, punt 34-35 ||

Artikolu 218(4)-(7) || ||

Artikolu 219(1) || Anness VIII, Parti III, punt 36 ||

Artikolu 219(2) || Anness VIII, Parti III, punti 37-40 ||

Artikolu 219(3)-(6) || ||

Artikolu 220(1) || Anness VIII, Parti III, punti 42-46 ||

Artikolu 220(2) || Anness VIII, Parti III, punti 47-52 ||

Artikolu 220(3) || Anness VIII, Parti III, punti 53-56 ||

Artikolu 221 || Anness VIII, Parti III, punt 57 ||

Artikolu 222(1) || Anness VIII, Parti III, punt 58 ||

Artikolu 222(2) || ||

Artikolu 222(3) || ||

Artikolu 223(1) || Anness VIII, Parti III, punt 60 ||

Artikolu 223(2) || Anness VIII, Parti III, punt 61 ||

Artikolu 224(1) || Anness VIII, Parti III, punti 62-65 ||

Artikolu 224(2) || Anness VIII, Parti III, punt 66 ||

Artikolu 224(3) || Anness VIII, Parti III, punt 67 ||

Artikolu 225(1) || Anness VIII, Parti III, punti 68-71 ||

Artikolu 225(2) || Anness VIII, Parti III, punt 72 ||

Artikolu 225(3) || Anness VIII, Parti III, punti 73 u 74 ||

Artikolu 226(1) || Anness VIII, Parti III, punt 76 ||

Artikolu 226(2) || Anness VIII, Parti III, punt 77 ||

Artikolu 226(3) || Anness VIII, Parti III, punt 78 ||

Artikolu 227(1) || Anness VIII, Parti III, punt 79 ||

Artikolu 227(2) || Anness VIII, Parti III, punt 80 ||

Artikolu 227(3) || Anness VIII, Parti III, punt 80a ||

Artikolu 227(4) || Anness VIII, Parti III, punti 81-82 ||

Artikolu 228(1) || Anness VIII, Parti III, punt 83 ||

Artikolu 228(2) || Anness VIII, Parti III, punt 83 ||

Artikolu 228(3) || Anness VIII, Parti III, punt 84 ||

Artikolu 228(4) || Anness VIII, Parti III, punt 85 ||

Artikolu 229 || Anness VIII, Parti III, punt 86 ||

Artikolu 230(1) || Anness VIII, Parti III, punt 87 ||

Artikolu 230(2) || Anness VIII, Parti III, punt 88 ||

Artikolu 230(3) || Anness VIII, Parti III, punt 89 ||

Artikolu 231(1) || Anness VIII, Parti III, punt 90 ||

Artikolu 231(2) || Anness VIII, Parti III, punt 91 ||

Artikolu 231(3) || Anness VIII, Parti III, punt 92 ||

Artikolu 232(1) || Anness VIII, Parti IV, punt 1 ||

Artikolu 232(2) || Anness VIII, Parti IV, punt 2 ||

Artikolu 233(1) || Anness VIII, Parti IV, punt 3 ||

Artikolu 233(2) || Anness VIII, Parti IV, punt 4 ||

Artikolu 233(3) || Anness VIII, Parti IV, punt 5 ||

Artikolu 234(1) || Anness VIII, Parti IV, punt 6 ||

Artikolu 234(2) || Anness VIII, Parti IV, punt 7 ||

Artikolu 234(3) || Anness VIII, Parti IV, punt 8 ||

Artikolu 235 || Anness VIII, Parti VI, punt 1 ||

Artikolu 236 || Anness VIII, Parti VI, punt 2 ||

Artikolu 237(1) sa (9) || Anness IX, Parti I, punt 1 ||

Artikolu 237(10) || Artikolu 4 punt 37 ||

Artikolu 237(11) || Artikolu 4 punt 38 ||

Artikolu 237(12) || Artikolu 4 punt 41 ||

Artikolu 237(13) || ||

Artikolu 237(14) || ||

Artikolu 238(1) || Anness IX, Parti II, punt 1 ||

Artikolu 238(2) || Anness IX, Parti II, punt 1a ||

Artikolu 238(3) || Anness IX, Parti II, punt 1b ||

Artikolu 238(4) || Anness IX, Parti II, punt 1c ||

Artikolu 238(5) || Anness IX, Parti II, punt 1d ||

Artikolu 238(6) || ||

Artikolu 239(1) || Anness IX, Parti II, punt 2 ||

Artikolu 239(2) || Anness IX, Parti II, punt 2a ||

Artikolu 239(3) || Anness IX, Parti II, punt 2b ||

Artikolu 239(4) || Anness IX, Parti II, punt 2c ||

Artikolu 239(5) || Anness IX, Parti II, punt 2d ||

Artikolu 239(6) || ||

Artikolu 240(1) || Artikolu 95 (1) ||

Artikolu 240(2) || Artikolu 95 (2) ||

Artikolu 240(3) || Artikolu 96 (2) ||

Artikolu 240(4) || Artikolu 96 (3) ||

Artikolu 240(5) || Artikolu 96 (4) ||

Artikolu 240(6) || ||

Artikolu 241(1) || Anness IX, Parti IV, punti 2 u 3 ||

Artikolu 241(2) || Anness IX, Parti IV, punt 5 ||

Artikolu 241(3) || Anness IX, Parti IV, punt 5 ||

Artikolu 242(1) || Anness IX, Parti IV, punt 60 ||

Artikolu 242(2) || Anness IX, Parti IV, punt 61 ||

Artikolu 242(3) || ||

Artikolu 242(4) || ||

Artikolu 243(1) || Artikolu 101(1) ||

Artikolu 243(2) || Artikolu 101 (2) ||

Artikolu 243(3) || ||

Artikolu 244 || Anness IX, Parti II, punti 3 u 4 ||

Artikolu 245 || Anness IX, Parti II, punti 5-7 ||

Artikolu 246 || Anness IX, Parti IV, punt 6-7 ||

Artikolu 247 || Anness IX, Parti IV, punt 8 ||

Artikolu 248(1) || Anness IX, Parti IV, punt 9-10 ||

Artikolu 248(2) || Anness IX, Parti IV, punt 10 (bidla) ||

Artikolu 249 || Anness IX, Parti IV, punt 11-12 ||

Artikolu 250(1) || Anness IX, Parti IV, punt 13 ||

Artikolu 250(2) || Anness IX, Parti IV, punt 15 ||

Artikolu 251(1) || Artikolu 100 ||

Artikolu 251(2) || Anness IX, Parti IV, punt 17-20 ||

Artikolu 251(3) || Anness IX, Parti IV, punt 21 ||

Artikolu 251(4) || Anness IX, Parti IV, punti 22-23 ||

Artikolu 251(5) || Anness IX, Parti IV, punt 24-25 ||

Artikolu 251(6) || Anness IX, Parti IV, punt 26-29 ||

Artikolu 251(7) || Anness IX, Parti IV, punt 30 ||

Artikolu 251(8) || Anness IX, Parti IV, punt 32 ||

Artikolu 251(9) || Anness IX, Parti IV, punt 33 ||

Artikolu 252 || Anness IX, Parti IV, punt 34 ||

Artikolu 253 || Anness IX, Parti IV, punt 35-36 ||

Artikolu 254(1) || Anness IX, Parti IV, punti 38, 39 u 41 ||

Artikolu 254(2) || Anness IX, Parti IV, punt 42 ||

Artikolu 254(3) || Anness IX, Parti IV, punt 43 ||

Artikolu 254(4) || Anness IX, Parti IV, punt 44 ||

Artikolu 254(5) || ||

Artikolu 255 || Anness IX, Parti IV, punt 45 ||

Artikolu 256(1) || Anness IX, Parti IV, punt 46-47, 49 ||

Artikolu 256(2) || Anness IX, Parti IV, punt 51 ||

Artikolu 257(1) || Anness IX, Parti IV, punt 52 ||

Artikolu 257(2) || Anness IX, Parti IV, punt 53 ||

Artikolu 257(3) || Anness IX, Parti IV, punt 54 ||

Artikolu 257(4) || ||

Artikolu 258(1) || Anness IX, Parti IV, punt 55, 57 ||

Artikolu 258(2) || Anness IX, Parti IV, punt 58 ||

Artikolu 258(3) || Anness IX, Parti IV, punt 59 ||

Artikolu 259(1) || Anness IX, Parti IV, punt 62 ||

Artikolu 259(2) || Anness IX, Parti IV, punti 63-65 ||

Artikolu 259(3) || Anness IX, Parti IV, punti 66 u 67 ||

Artikolu 259(4) || ||

Artikolu 260(1) || Anness IX, Parti IV, punt 68 ||

Artikolu 260(2) || Anness IX, Parti IV, punt 70 ||

Artikolu 260(3) || Anness IX, Parti IV, punt 71 (change) ||

Artikolu 261(1) || Anness IX, Parti IV, punt 72 ||

Artikolu 261(2) || Anness IX, Parti IV, punt 73 ||

Artikolu 261(3) || Anness IX, Parti IV, punt 74-75 ||

Artikolu 261(4) || Anness IX, Parti IV, punt 76 ||

Artikolu 262(1) || Artikolu 97(1) ||

Artikolu 262(2) || Artikolu 97(2) ||

Artikolu 262(3) || Artikolu 97(3) ||

Artikolu 263 || Anness IX, Parti III, punt 1 ||

Artikolu 264 || Anness IX, Parti III, punt 2-7 ||

Artikolu 265 || Artikolu 98 (1) u Anness IX, Parti III, punti 8 u 9 ||

Artikolu 266(1) || || CAD Anness II, punt 5

Artikolu 266(2) || ||

Artikolu 267(1) || Anness III, Parti I, punt 2 ||

Artikolu 267(2) || Anness III, Parti I, punt 3 ||

Artikolu 267(3) || Anness III, Parti I, punt 4 ||

Artikolu 267(4) || Anness III, Parti I, punt 5 ||

Artikolu 267(5) || Anness III, Parti I, punt 6 ||

Artikolu 267(6) || Anness III, Parti I, punt 7 ||

Artikolu 267(7) || Anness III, Parti I, punt 8 ||

Artikolu 267(8) || Anness III, Parti I, punt 9 ||

Artikolu 267(9) || Anness III, Parti I, punt 10 ||

Artikolu 267(10) || Anness III, Parti I, punt 11 ||

Artikolu 267(11) || Anness III, Parti I, punt 12 ||

Artikolu 267(12) || Anness III, Parti I, punt 13 ||

Artikolu 267(13) || Anness III, Parti I, punt 14 ||

Artikolu 267(14) || Anness III, Parti I, punt 15 ||

Artikolu 267(15) || Anness III, Parti I, punt 16 ||

Artikolu 267(16) || Anness III, Parti I, punt 17 ||

Artikolu 267(17) || Anness III, Parti I, punt 18 ||

Artikolu 267(18) || Anness III, Parti I, punt 19 ||

Artikolu 267(19) || Anness III, Parti I, punt 20 ||

Artikolu 267(20) || Anness III, Parti I, punt 21 ||

Artikolu 267(21) || Anness III, Parti I, punt 22 ||

Artikolu 267(22) || Anness III, Parti I, punt 23 ||

Artikolu 267(23) || Anness III, Parti I, punt 26 ||

Artikolu 267(24) || Anness III, Parti I, punt 27 ||

Artikolu 267(25) || Anness III, Parti I, punt 28 ||

Artikolu 267(26) || Anness III; Parti VII, a ||

Artikolu 267(27) || Anness III; Parti VII, a ||

Artikolu 267(28)-(31) || ||

Artikolu 268(1) || Anness III, Parti II, punt 1 ||

Artikolu 268(2) || Anness III, Parti II, punt 2 ||

Artikolu 268(3) || Anness III, Parti II, punt 3 subparagrafu nru 1 u nru 2 ||

Artikolu 268(4) || Anness III, Parti II, punt 3 subparagrafu nru 3 ||

Artikolu 268(5) || Anness III, Parti II, punt 4 ||

Artikolu 268(6) || Anness III, Parti II, punt 5 ||

Artikolu 268(7) || Anness III, Parti II, punt 7 ||

Artikolu 268(8) || Anness III, Parti II, punt 8 ||

Artikolu 269(1) || Anness III, Parti III ||

Artikolu 269(2) || Anness III, Parti III ||

Artikolu 269(3) || Anness III, Parti III ||

Artikolu 270(1) || Anness III, Parti IV ||

Artikolu 270(2) || Anness III, Parti IV, nota tal-qiegħ 4 ||

Artikolu 271(1) || Anness III, Parti V, punt 1 ||

Artikolu 271(2) || Anness III, Parti V, punt 2 ||

Artikolu 272(1) || Anness III, Parti V, punt 3-4 ||

Artikolu 272(2) || Anness III, Parti V, punt 5 ||

Artikolu 272(3) || ||

Artikolu 272(4) || ||

Artikolu 273(1) || ||

Artikolu 273(2) || Anness III, Parti V, punt 6 ||

Artikolu 273(3) || Anness III, Parti V, punt 7 ||

Artikolu 273(4) || Anness III, Parti V, punt 8 ||

Artikolu 274(1) || Anness III, Parti V, punt 11 ||

Artikolu 274(2) || Anness III, Parti V, punt 12 ||

Artikolu 275(1) || ||

Artikolu 275(2) || Anness III, Parti V, punt 13 ||

Artikolu 275(3) || Anness III, Parti V, punt 14 ||

Artikolu 276(1) || ||

Artikolu 276(2) || Anness III, Parti V, punt 15 ||

Artikolu 276(3) || Anness III, Parti V, punt 16 ||

Artikolu 276(4) || Anness III, Parti V, punt 17 ||

Artikolu 276(5) || Anness III, Parti V, punt 18 ||

Artikolu 276(6) || Anness III, Parti V, punt 19 ||

Artikolu 276(7) || Anness III, Parti V, punt 20 ||

Artikolu 276(8) || Anness III, Parti V, punt 21 ||

Artikolu 277(1) || Anness III, Parti VI, punt 1 ||

Artikolu 277(2) || Anness III, Parti VI, punt 2 ||

Artikolu 277(3) || Anness III, Parti VI, punt 3 ||

Artikolu 277(4) || Anness III, Parti VI, punt 4 ||

Artikolu 277(5) || ||

Artikolu 277(6) || ||

Artikolu 278(1) || Anness III, Parti VI, punt 5 ||

Artikolu 278(2) || Anness III, Parti VI, punt 6 ||

Artikolu 278(3) || Anness III, Parti VI, punt 6 ||

Artikolu 278(4) || Anness III, Parti VI, punt 7 ||

Artikolu 278(5) || Anness III, Parti VI, punt 8 ||

Artikolu 278(6) || Anness III, Parti VI, punt 9 ||

Artikolu 278(7) || Anness III, Parti VI, punt 10 ||

Artikolu 278(8) || Anness III, Parti VI, punt 11 (bidla) ||

Artikolu 278(9) || Anness III, Parti VI, punt 12 ||

Artikolu 278(10) || Anness III, Parti VI, punt 13 ||

Artikolu 278(11) || Anness III, Parti VI, punt 14 ||

Artikolu 278(12) || Anness III, Parti VI, punt 15 ||

Artikolu 278(13) || ||

Artikolu 279(1) || Anness III, Parti VI, punt 16 ||

Artikolu 279(2)-(7) || ||

Artikolu 280(1) || Anness III, Parti VI, punt 18 u 25 ||

Artikolu 280(2) || Anness III, Parti VI, punt 19 ||

Artikolu 280(3) || ||

Artikolu 280(4) || Anness III, Parti VI, punt 20 ||

Artikolu 280(5) || Anness III, Parti VI, punt 21 ||

Artikolu 280(6) || Anness III, Parti VI, punt 22 ||

Artikolu 280(7) || Anness III, Parti VI, punt 23 ||

Artikolu 280(8) || Anness III, Parti VI, punt 24 ||

Artikolu 281(1) || Anness III, Parti VI, punt 17 ||

Artikolu 281(2) || ||

Artikolu 281(3) || ||

Artikolu 281(4) || ||

Artikolu 282 || Anness III, Parti VI, punt 26 ||

Artikolu 283(1) || Anness III, Parti VI, punt 27 ||

Artikolu 283(2) || Anness III, Parti VI, punt 28 ||

Artikolu 283(3) || ||

Artikolu 283(4) || Anness III, Parti VI, punt 29 ||

Artikolu 283(5) || Anness III, Parti VI, punt 30 ||

Artikolu 283(6) || Anness III, Parti VI, punt 31 ||

Artikolu 284(1) || Anness III, Parti VI, punt 32 ||

Artikolu 284(2) || Anness III, Parti VI, punt 33 ||

Artikolu 284(3)-(10) || ||

Artikolu 285(1) || Anness III, Parti VI, punt 34 ||

Artikolu 285(2) || Anness III, Parti VI, punt 35 ||

Artikolu 285(3) || ||

Artikolu 285(4) || ||

Artikolu 285(5) || ||

Artikolu 285(6) || ||

Artikolu 286(1) || Anness III, Parti VI, punt 36 ||

Artikolu 286(2) || ||

Artikolu 286(3) || Anness III, Parti VI, punt 38 ||

Artikolu 286(4) || Anness III, Parti VI, punt 39 ||

Artikolu 286(5) || Anness III, Parti VI, punt 40 ||

Artikolu 286(6) || Anness III, Parti VI, punt 41 ||

Artikolu 286(7) || ||

Artikolu 286(8) || ||

Artikolu 286(9) || ||

Artikolu 286(10) || ||

Artikolu 287(1) || Anness III, Parti VI, punt 42 ||

Artikolu 287(2)-(5) || ||

Artikolu 287(6) || Anness III, Parti VI, punt 42 ||

Artikolu 288(1) || ||

Artikolu 288(2) || ||

Artikolu 288(3) || ||

Artikolu 289 || Anness III, Parti VII, punt a ||

Artikolu 290(1) || ||

Artikolu 290(2) || Anness III, Parti VII, punt b 5 ||

Artikolu 290(3) || ||

Artikolu 291(1) || Anness III, Parti VII, punt b (iii) ||

Artikolu 291(2) || Anness III, Parti VII, punt b (iv) ||

Artikolu 291(3) || Anness III, Parti VII, punt b (v) ||

Artikolu 291(4) || Anness III, Parti VII, punt b  subparagrafu nru 5(c)-(d) ||

Artikolu 292(1) || Anness III, Parti VII, punt c) ||

Artikolu 292(2) || Anness III, Parti VII, punt c) ||

Artikolu 292(3) || Anness III, Parti VII, punt c) ||

Artikolu 292(4) || ||

Artikolu 293(1) || ||

Artikolu 293(2) || || Anness II, punti 7-11

Artikolu 294(1) || ||

Artikolu 295 || ||

Artikolu 296 || ||

Artikolu 297 || ||

Artikolu 298 || ||

Artikolu 299 || ||

Artikolu 300 || ||

Artikolu 301(1) || Artikolu 104(6) ||

Artikolu 301(2) || Artikolu 105(1) u 105(2) ||

Artikolu 301(3) || ||

Artikolu 302(1) || Artikolu 102(2) u 102(3) ||

Artikolu 302(2) || ||

Artikolu 303(3) || Artikolu 102(4) ||

Artikolu 303(3) || Anness X, Parti IV, punt 1 ||

Artikolu 303(3) || Anness X, Parti IV, punt 2 ||

Artikolu 303(4) || ||

Artikolu 303(5) || ||

Artikolu 304(1) || Anness X, Parti I, punt 1 ||

Artikolu 305(2) || Anness X, Parti I, punti 2-4 ||

Artikolu 305(3) || Anness X, Parti I, punti 5-6 ||

Artikolu 305(3) || ||

Artikolu 306(1) || Artikolu 104 (1) ||

Artikolu 306(2) || Anness X, Parti II, punt 1, l-ewwel sentenza ||

Artikolu 306(3) || Anness X, Parti II, punt 1, it-tieni sentenza ||

Artikolu 306(4) || Anness X, Parti II, punt 2 ||

Artikolu 307(1) || Anness X, Parti II, punt 4 ||

Artikolu 307(2) || ||

Artikolu 307(3) || ||

Artikolu 308(1) || Anness X, Parti II, punti 5-7 ||

Artikolu 308(2) || Anness X, Parti II, punti 10 u 11 ||

Artikolu 309 || Anness X, Parti II, punt 12 ||

Artikolu 310 || Anness X, Parti III, punti 1-7 ||

Artikolu 311(1) || Anness X, Parti III, punt 1 ||

Artikolu 311(2) || Anness X, Parti III, punti 8-12 ||

Artikolu 311(3) || Anness X, Parti III, punti 13-18 ||

Artikolu 311(4) || Anness X, Parti III, punt 19 ||

Artikolu 311(5) || Anness X, Parti III, punt 20 ||

Artikolu 311(6) || Anness X, Parti III, punti 21-24 ||

Artikolu 311(7) || ||

Artikolu 312(1) || Anness X, Parti III, punt 25 ||

Artikolu 312(2) || Anness X, Parti III, punt 26 ||

Artikolu 312(3) || Anness X, Parti III, punt 27 ||

Artikolu 312(4) || Anness X, Parti III, punt 28 ||

Artikolu 312(5) || Anness X, Parti III, punt 29 ||

Artikolu 313 || Anness X, Parti V ||

Artikolu 314(1) || || Artikolu 26

Artikolu 314(2) || || Artikolu 26

Artikolu 314(3) || ||

Artikolu 315 || ||

Artikolu 316(1) || || Anness I punt 1

Artikolu 316(2) || || Anness I punt 2

Artikolu 316(3) || || Anness I punt 3

Artikolu 317(1) || || Anness I punt 4

Artikolu 317(2) || ||

Artikolu 318(1) || || Anness I punt 5

Artikolu 318(2) || ||

Artikolu 319 || || Anness I punt 7

Artikolu 320(1) || || Anness I punt 9

Artikolu 320(2) || || Anness I punt 10

Artikolu 321(1) || || Anness I punt 8

Artikolu 321(2) || || Anness I punt 8

Artikolu 322 || || Anness I punt 11

Artikolu 323 || || Anness I punt 13

Artikolu 324 || || Anness I punt 14

Artikolu 325(1) || || Anness I punt 14

Artikolu 325(2) || || Anness I punt 14

Artikolu 325(3) || || Anness I punt 14

Artikolu 325(4) || ||  Artikolu 19(1)

Artikolu 326(1) || || Anness I punt 16a

Artikolu 326(2) || || Anness I punt 16a

Artikolu 326(3) || || Anness I punt 16a

Artikolu 326(4) || || Anness I punt 16a

Artikolu 326(4) || || Anness I punt 16a

Artikolu 327(1) || || Anness I punt 14a

Artikolu 327(2) || || Anness I punt 14b

Artikolu 327(3) || || Anness I punt 14c

Artikolu 327(4) || || Anness I punt 14a

Artikolu 328(1) || || Anness I punt 17

Artikolu 328(2) || || Anness I punt 18

Artikolu 328(3) || || Anness I punt 19

Artikolu 328(4) || || Anness I punt 20

Artikolu 328(5) || || Anness I punt 21

Artikolu 328(6) || || Anness I punt 22

Artikolu 328(7) || || Anness I punt 23

Artikolu 328(8) || || Anness I punt 24

Artikolu 328(9) || || Anness I punt 25

Artikolu 329(1) || || Anness I punt 26

Artikolu 329(2) || || Anness I punt 27

Artikolu 329(3) || || Anness I punt 28

Artikolu 329(4) || || Anness I punt 29

Artikolu 329(5) || || Anness I punt 30

Artikolu 329(6) || || Anness I punt 31

Artikolu 329(7) || || Anness I punt 32

Artikolu 330(1) || || Anness I punt 33

Artikolu 330(2) || || Anness I punt 33

Artikolu 330(3) || ||

Artikolu 331 || || Anness I punt 34

Artikolu 332 || || Anness I punt 36

Artikolu 333(1) || ||

Artikolu 333(2) || || Anness I punt 37

Artikolu 333(3) || || Anness I punt 38

Artikolu 334(1) || || Anness I punt 41

Artikolu 334(2) || || Anness I punt 41

Artikolu 335(1) || || Anness I punt 42

Artikolu 335(2) || ||

Artikolu 335(3) || || Anness I punt 43

Artikolu 335(4) || || Anness I punt 44

Artikolu 335(5) || || Anness I punt 45

Artikolu 335(6) || || Anness I punt 46

Artikolu 336 || || Anness I punt 8

Artikolu 337(1) || || Anness I punti 48-49

Artikolu 337(2) || || Anness I punt 50

Artikolu 338 || || Anness I punt 51

Artikolu 339(1) || || Anness I punt 53

Artikolu 339(2) || || Anness I punt 54

Artikolu 339(3) || || Anness I punt 55

Artikolu 339(4) || || Anness I punt 56

Artikolu 340 || || Anness III punt 1

Artikolu 341(1) || || Anness III punt 2 u punt 2(4)

Artikolu 341(2) || || Anness III punt 2(2)

Artikolu 341(3) || || Anness III punt 2(1)

Artikolu 341(4) || || Anness III punt 2(2)

Artikolu 341(5) || ||

Artikolu 342(1) || || Anness III punt 2(1)

Artikolu 342(2) || || Anness III punt 2(1)

Artikolu 342(3) || || Anness III punt 2(1)

Artikolu 343(1) || || Anness III punt 3(1)

Artikolu 343(2) || || Anness III punt 3(2)

Artikolu 343(3) || || Anness III punt 3(2)

Artikolu 343(4) || ||

Artikolu 344 || ||

Artikolu 345 || ||

Artikolu 346(1) || || Anness IV punt 1

Artikolu 346(2) || || Anness IV punt 2

Artikolu 346(3) || || Anness IV punt 3

Artikolu 346(4) || || Anness IV punt 4

Artikolu 346(5) || || Anness IV punt 6

Artikolu 347(1) || || Anness IV punt 8

Artikolu 347(2) || || Anness IV punt 9

Artikolu 347(3) || || Anness IV punt 10

Artikolu 347(4) || || Anness IV punt 12

Artikolu 348(1) || || Anness IV punt 13

Artikolu 348(2) || || Anness IV punt 14

Artikolu 348(3) || || Anness IV punt 15

Artikolu 348(4) || || Anness IV punt 16

Artikolu 348(5) || || Anness IV punt 17

Artikolu 348(6) || || Anness IV punt 18

Artikolu 349(1) || || Anness IV punt 19

Artikolu 349(2) || || Anness IV punt 20

Artikolu 350 || || Anness IV punt 21

Artikolu 351 || ||

Artikolu 352(1) || || Anness V punt 1

Artikolu 352(2) || ||

Artikolu 352(3) || ||

Artikolu 353(1) || || Anness V punt 10b

Artikolu 353(2) || ||

Artikolu 353(3) || ||

Artikolu 354(1) || || Anness V punt 10

Artikolu 354(2) || || Anness V punt 10a

Artikolu 355(1) || || Anness V punt 7

Artikolu 355(2) || || Anness V punt 8

Artikolu 355(3) || || Anness V punt 9

Artikolu 355(4) || || Anness V punt 10

Artikolu 355(5) || || Anness V punt 8

Artikolu 356(1) || || Anness V punt 11

Artikolu 356(2) || || Anness V punt 12

Artikolu 356(3) || || Anness V punt 12

Artikolu 357(1) || || Anness V punt 2

Artikolu 357(2) || || Anness V punt 2

Artikolu 357(3) || || Anness V punt 5

Artikolu 357(4) || ||

Artikolu 358(1) || || Anness V punt 3

Artikolu 358(2) || ||

Artikolu 359(1) || || Anness V punt 5

Artikolu 360(1) || || Anness V punt 5

Artikolu 360(2) || ||

Artikolu 361 || || Anness V punt 5a

Artikolu 362 || || Anness V punt 5b

Artikolu 363(1) || || Anness V punt 5c

Artikolu 363(2) || || Anness V punt 5d

Artikolu 363(3) || || Anness V punt 5d

Artikolu 363(4) || || Anness V punt 5d

Artikolu 363(5) || || Anness V punt 5d

Artikolu 363(6) || || Anness V punt 5d

Artikolu 363(7) || ||

Artikolu 364(1) || || Anness V punt 5a

Artikolu 364(2) || || Anness V punt 5e

Artikolu 365(1) || || Anness V punt 5f

Artikolu 365(2) || || Anness V punt 5g

Artikolu 365(3) || || Anness V punt 5h

Artikolu 365(4) || || Anness V punt 5h

Artikolu 365(5) || || Anness V punt 5i

Artikolu 365(6) || || Anness V punt 5

Artikolu 366 || || Anness V punt 5j

Artikolu 367 || ||

Artikolu 367(4) || || Anness V punt 5l

Artikolu 367(5) || || Anness V punt 5l

Artikolu 367(6) || || Anness V punt 5l

Artikolu 368 || || Anness II punt 1

Artikolu 369(1) || || Anness II punt 2

Artikolu 369(2) || || Anness II punt 3

Artikolu 369(3) || ||

Artikolu 370 || || Anness II punt 4

Artikolu 371 || ||

Artikolu 372 || ||

Artikolu 373 || ||

Artikolu 374 || ||

Artikolu 375 || ||

Artikolu 376 || || Artikolu 28(1)

Artikolu 377 || ||

Artikolu 378 || ||

Artikolu 379(1) || Artikolu 106(1) ||

Artikolu 379(2) || Artikolu 106(1) ||

Artikolu 379(3) || || Artikolu 29(1)

Artikolu 379(4) || || Artikolu 30(1)

Artikolu 379(5) || || Artikolu 29(2)

Artikolu 379(6) || Artikolu 106(2) ||

Artikolu 379(7) || Artikolu 106(3) ||

Artikolu 379(8) || ||

Artikolu 380 || Artikolu 107 ||

Artikolu 381 || Artikolu 108 ||

Artikolu 382 || Artikolu 109 ||

Artikolu 383(1) || Artikolu 110(1) ||

Artikolu 383(2) || Artikolu 110(2) ||

Artikolu 384(1) || Artikolu 111(1) ||

Artikolu 384(2) || Artikolu 111(4) ||

Artikolu 384(3) || Artikolu 30(4) ||

Artikolu 384(4) || || Artikolu 31

Artikolu 385 || ||

Artikolu 386(1) || || Anness VI, punt 1

Artikolu 386(2) || || Anness VI, punt 2

Artikolu 386(3) || || Anness VI, punt 3

Artikolu 387 || || Artikolu 32(1)

Artikolu 388(1) || Artikolu 112(1) ||

Artikolu 388(2) || Artikolu 112(2) ||

Artikolu 388(3) || Artikolu 112(3) ||

Artikolu 388(4) || ||

Artikolu 389(1) || Artikolu 113(3) ||

Artikolu 389(2) || Artikolu 113(4) ||

Artikolu 390(1) || Artikolu 114(1) ||

Artikolu 390(2) || Artikolu 114(2) ||

Artikolu 390(3) || Artikolu 114(3) ||

Artikolu 391(1) || Artikolu 115(1) ||

Artikolu 391(2) || Artikolu 115(2) ||

Artikolu 392(1) || Artikolu 117(1) ||

Artikolu 392(2) || Artikolu 117(2) ||

Artikolu 393 || ||

Artikolu 394(1) || Artikolu 122a(1) ||

Artikolu 394(2) || Artikolu 122a(2) ||

Artikolu 394(3) || Artikolu 122a(3) ||

Artikolu 394(4) || Artikolu 122a(4) ||

Artikolu 395 || ||

Artikolu 396 || ||

Artikolu 397 || ||

Artikolu 398 || ||

Artikolu 399 || ||

Artikolu 400 || ||

Artikolu 401 || ||

Artikolu 402 || ||

Artikolu 403 || ||

Artikolu 404 || ||

Artikolu 405 || ||

Artikolu 406 || ||

Artikolu 407 || ||

Artikolu 408 || ||

Artikolu 409 || ||

Artikolu 410 || ||

Artikolu 411 || ||

Artikolu 412 || ||

Artikolu 413 || ||

Artikolu 414 || ||

Artikolu 415 || ||

Artikolu 416 || ||

Artikolu 417 || ||

Artikolu 418(1) || Artikolu 145(1) ||

Artikolu 418(2) || Artikolu 145(2) ||

Artikolu 418(3) || Artikolu 145(3) ||

Artikolu 418(4) || Artikolu 145(4) ||

Artikolu 419(1) || Anness XII, Parti I, punt 1 u Artikolu 146(1) ||

Artikolu 419(2) || Artikolu 146(2) u Anness XII, Parti I, punti 2 u 3 ||

Artikolu 419(3) || Artikolu 146(3) ||

Artikolu 420 || Artikolu 147 u Anness XII, Parti I, punt 4 ||

Artikolu 421(1) || Artikolu 148 ||

Artikolu 421(2) || ||

Artikolu 422(1) || Anness XII, Parti II, punt 1 ||

Artikolu 422(2) || ||

Artikolu 423 || Anness XII, Parti II, punt 2 ||

Artikolu 424 || ||

Artikolu 425 || Anness XII, Parti II, punti 4, 8 ||

Artikolu 426 || Anness XII, Parti II, punt 5 ||

Artikolu 427 || ||

Artikolu 428 || Anness XII, Parti II, punt 6 ||

Artikolu 429 || Anness XII, Parti II, punt 7 ||

Artikolu 430 || Anness XII, Parti II, punt 9 ||

Artikolu 431 || Anness XII, Parti II, punt 11 ||

Artikolu 432 || Anness XII, Parti II, punt 12 ||

Artikolu 433 || Anness XII, Parti II, punt 13 ||

Artikolu 434 || Anness XII, Parti II, punt 14 ||

Artikolu 435(1) || Anness XII, Parti II, punt 15 ||

Artikolu 435(2) || ||

Artikolu 436 || ||

Artikolu 437 || Anness XII, Parti III, punt 1 ||

Artikolu 438 || Anness XII, Parti III, punt 2 ||

Artikolu 439 || Anness XII, Parti III, punt 3 ||

Artikolu 440 || ||

Artikolu 441, Subparagrafu 1 || Artikolu 150(1) || Artikolu 41

Artikolu 441, Subparagrafu 2 || ||

Artikolu 442 || ||

Artikolu 443 || ||

Artikolu 444 || ||

Artikolu 445(1) || Artikolu 151a ||

Artikolu 445(2) || Artikolu 151a ||

Artikolu 445(3) || Artikolu 151a ||

Artikolu 445(4) || ||

Artikolu 445(5) || ||

Artikolu 446 || ||

Artikolu 447 || ||

Artikolu 448 || ||

Artikolu 459 || ||

Artikolu 450 || ||

Artikolu 451 || ||

Artikolu 452 || ||

Artikolu 453 || ||

Artikolu 454 || ||

Artikolu 455 || ||

Artikolu 456 || ||

Artikolu 457 || ||

Artikolu 458 || ||

Artikolu 459 || ||

Artikolu 460 || ||

Artikolu 461 || ||

Artikolu 462 || ||

Artikolu 463 || ||

Artikolu 464 || ||

Artikolu 465 || ||

Artikolu 466 || ||

Artikolu 467 || ||

Artikolu 468 || ||

Artikolu 469 || ||

Artikolu 470 || ||

Artikolu 471 || ||

Artikolu 472 || ||

Artikolu 473 || ||

Artikolu 474 || ||

Artikolu 475 || ||

Artikolu 476 || Artikolu 152(5) ||

Artikolu 477 || ||

Artikolu 478 || ||

Artikolu 479 || ||

Artikolu 480 || ||

Artikolu 481 || ||

Artikolu 482 || ||

Artikolu 483 || ||

Artikolu 484 || ||

Artikolu 485 || ||

Artikolu 486 || ||

Artikolu 487 || ||

Artikolu 488 || ||

Anness I || Anness II ||

Anness II || Anness IV ||

Anness III || ||

Anness IV, Parti 1 || Artikolu 152(5) u Artikolu 1 punti 14 sa 19 tad-Direttiva 2000/12/KE ||

Anness IV, Parti 2 || Artikolu 152(5) u Artikolu 42 tad-Direttiva 2000/12/KE ||

Anness IV, Parti 3 || Artikolu 152(5) u Artikolu 43 tad-Direttiva 2000/12/KE ||

Anness IV, Parti 4 || Artikolu 152(5) u Artikolu 44 tad-Direttiva 2000/12/KE ||

Anness IV, Parti 5 || Artikolu 152(5) u Artikolu 45 tad-Direttiva 2000/12/KE ||

Anness IV, Parti 6 || Artikolu 152(5) u Artikolu 46 tad-Direttiva 2000/12/KE ||

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠISLATTIVA GĦALL-PROPOSTI

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              1.1.    Titolu tal-proposta/inizjattiva

              1.2.    Il-qasam/l-oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura tal-ABM/ABB

              1.3.    Natura tal-proposta/inizjattiva

              1.4.    Għan(ijiet)

              1.5.    Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

              1.6.    Tul taż-żmien u l-impatt finanzjarju

              1.7.    Metodu/i ta’ mmaniġjar previst(i)

2.           MIŻURI TA’ MMANIĠJAR

              2.1.    Regoli ta’ monitoraġġ u rappurtar

              2.2.    Sistemi ta’ mmaniġjar u kontroll

              2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet

3.           IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              3.1.    Interstatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata/i

              3.2.    Impatt stmat fuq in-nefqa

              3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

              3.2.2. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

              3.2.3. L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

              3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

              3.2.5. Parteċipazzjoni minn partijiet terzi fl-iffinanzjar

              3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠISLATTIVA GĦALL-PROPOSTI

(1) QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA (b) Titolu tal-proposta/inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investimenti

(c) Il-qasam/l-oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura tal-ABM/ABB[1]

Suq Intern – swieq finanzjarji

Suq Intern – istituzzjonijiet finanzjarji

(d) Natura tal-proposta/inizjattiva

ý Il-proposta/inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida

¨ Il-proposta/inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida wara proġett-pilota/azzjoni preparatorja[2]

¨ Il-proposta/inizjattiva tirrigwarda estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

¨ Il-proposta/inizjattiva tirrigwarda azzjoni li tiġi indirizzata lejn azzjoni ġdida

(e) Għanijiet (1) L-għan(ijiet) strateġiku/strateġiċi multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

L-ewwel u qabel kollox, din l-inizjattiva hija marbuta mal-għan strateġiku ta’ titjib fir-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tas-swieq finanzjarji. Il-livell mingħajr preċedenti ta’ għajnuna fiskali lill-banek għandu jiġi kkomplimentat b’riforma robusta li tindirizza n-nuqqasijiet regolatorji li feġġew matul il-kriżi finanzjarja. Din ir-riforma tar-regolamentazzjoni tal-banek tal-UE tirrifletti r-riżultat tax-xogħol ikkoordinat fuq livell internazzjonali fuq il-qafas tal-kapital u l-likwidità tal-banek tal-Basel III u hija konformi mal-għan strateġiku l-ieħor li jiġu stabbiliti standards globali permezz ta’ kooperazzjoni u ftehim ma’ sħab internazzjonali.

(2) L-għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi u l-attività(jiet) tal-ABM/ABB ikkonċernati

Għan speċifiku Nru 1. (Suq Intern – istituzzjonijiet finanzjarji)

Titjib fir-reġim ta’ rekwiżiti kapitali tas-settur bankarju, tal-assigurazzjoni u tal-pensjonijiet

Għan speċifiku Nru 1. (Suq Intern – swieq finanzjarji)

Il-promozzjoni tal-istabbiltà u l-integrità fis-swieq finanzjarji permezz ta’ superviżjoni adegwata, infrastrutturi tas-suq robusti u livell għoli ta’ trasparenza

Flimkien maż-żewġ għanijiet speċifiċi ta’ hawn fuq identifikati fil-pjan tal-immaniġjar tal-MARKT għall-2011, l-inizjattiva hija mmirata sabiex tikkontribwixxi għall-għanijiet speċifiċi li ġejjin li ġew identifikati fil-valutazzjonjiet tal-impatt li jakkumpanjaw il-proposti:

- titjib fl-immaniġjar tar-riskji tal-banek;

- prevenzjoni tal-opportunitajiet ta’ arbitraġġ regolatorju;

- titjib fiċ-ċarezza legali;

- tnaqqis fil-piż tal-konformità;

- titjib fl-ugwaljanza tal-kundizzjonijiet l-istess għal kulħadd;

- titjib fil-kooperazzjoni u l-konverġenza superviżorji;

- tnaqqis fiċ-ċikliċità tal-għoti ta' self mill-banek;

Attività(jiet) tal-ABM/ABB konċernati

Swieq finanzjarji, istituzzjonijiet finanzjarji

(3) Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

Il-proposti għandhom iwasslu għal kapitalizzazzjoni aqwa u titjib fl-immaniġjar tar-riskji tal-likwidità tas-settur bankarju tal-UE. Imbagħad, dan għandu jwassal għal frekwenza aktar baxxa ta’ kriżijiet sistemiċi tal-banek fil-ġejjieni. L-istabbiltà finanzjarja mtejba hija mistennija li ġġib benefiċċji ekonomiċi netti konkomitanti ta’ żieda annwali fl-PGD tal-UE fil-medda ta’ 0.3%-2%. Dawn il-benefiċċji jinġemgħu għal medda wiesgħa ta’ partijiet interessati, inklużi individwi, SMEs u korporattivi kbar li jisselfu mill-banek jew li huma kredituri, gvernijiet, u ċ-ċittadini tal-UE inġenerali.

L-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) se jkollha rwol importanti fil-kisba ta’ dawn ir-riżultati, peress li l-proposti jitolbuha tiżviluppa madwar 50 standard tekniku vinkolanti (BTS) jew aktar għal diversi oqsma politiki. Il-BTS – li eventwalment jiġu approvati mill-Kummissjoni – se jkunu importanti sabiex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet ta’ natura teknika għolja ħafna jiġu implimentati b’mod uniformi madwar l-UE u li l-politiki proposti jaħdmu kif kien intenzjonat. Għaldaqstant, il-ħidma tal-ABE għandha tikkontribwixxi għall-kisba effettiva tal-għanijiet strateġiċi u speċifiċi rilevanti msemmija fit-taqsimiet 1.4.1 u 1.4.2.

(4) Indikaturi tar-riżultati u l-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

1. Riżultati mistennija:

- titjib fl-istabbiltà finanzjarja permezz ta’ regolamentazzjoni u superviżjoni tal-banek aħjar;

- titjib fil-kapitalizzazzjoni tal-banek tal-UE u titjib fl-immaniġjar tar-riskji tal-likwidità.

Indikaturi:

- dinamiki tal-ispejjeż tal-protezzjoni kontra l-inadempjenzi ta’ istituzzjonijiet finanzjarji;

- perċentwal ta’ banek li għaddew mit-testijiet ta’ stress tal-UE b’suċċess;

- proporzjonijiet kapitali u l-bafers kapitali ’l fuq mir-rekwiżit kapitali, miżmuma fil-banek tal-UE.

2. Riżultati mistennija:

- titjib fl-effettività tar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tal-banek tal-UE

Indikatur:

- għadd ta’ standards tekniċi vinkolanti żviluppati mill-ABE fil-ħin

(f) Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva (1) Rekwiżit(i) li għandu/għandhom jintlaħaq/jintlaħqu fiż-żmien qarib jew fit-tul

Abbażi taż-żewġ proposti, xi 60% tal-BTS li l-ABE hija mitluba tħejji se jkunu dovuti għall-2013 u dan jeħtieġ żieda fl-ammont ta’ FTEs tagħha sabiex tkun tista’ tlaħħaq mal-ammont ta’ xogħol. Abbażi taż-żewġ proposti, xi 60% tal-BTS li l-ABE hija mitluba tħejji se jkunu dovuti għall-2013 u dan jeħtieġ żieda fl-ammont ta’ FTEs tagħha sabiex tkun tista’ tlaħħaq mal-ammont ta’ xogħol. Barra minn hekk, fit-tul taż-żmien, se jidħol xogħol addizzjonali relatat mal-iżvilupp tal-BTS minn proposti leġiżlattivi fil-ġejjieni fil-qasam tar-regolamentazzjoni tas-settur bankarju tal-UE.

(2) Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Hemm diversi ġustifikazzjonijiet importanti għall-valur miżjud tal-involviment tal-UE f'din l-inizjattiva. Dawn jinkludu:

-ħtieġa għal titjib fl-integrazzjoni tas-suq bankarju intern tal-UE;

-indirizzar ta’ diversi fallimenti tas-suq u tar-regolamentazzjoni li feġġew matul il-kriżi finanzjarja;

- il-korrezzjoni ta’ opportunitajiet ta’ arbitraġġ regolatorju li huma possibbli minħabba l-leġiżlazzjoni attwali; u

- l-iżgurar ta’ approċċ konsistenti fl-UE għall-indirizzar ta’ diversi kwistjonijiet koperti mill-ambitu tal-inizjattiva, li jneħħi l-bżonn li l-Istati Membri jieħdu approċċi individwali li jirriskjaw li jifframmentaw is-Suq Intern.

L-aktar importanti, approċċ komuni fuq livell tal-UE biss huwa mistenni li jipprovdi b’mod effettiv l-istabbiltà finanzjarja u jnaqqas il-proċikliċità finanzjarja eċċessiva, peress li l-politiki attwali li huma mmirati lejn dawn l-aspetti sistemiċi ewlenin jew huma mfassla fuq il-ħtiġijiet nazzjonali jew inkella huma kompletament ineżistenti.

(3) Lezzjonijiet li ġejjin minn esperjenzi simili fil-passat

Fir-rigward tal-BTS, l-2011 hija l-ewwel sena tal-operazzjoni tal-ABE. Għaldaqstant, l-ewwel settijiet ta’ BTS li huma marbutin mal-qafas leġiżlattiv eżistenti għad iridu jintbagħtu lill-Kummissjoni.

(4) Koerenza u sinerġija possibbli ma’ strumenti rilevanti oħrajn

Il-proposta hija koerenti mar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea)

(g) Tul taż-żmien u l-impatt finanzjarju

¨ Proposta/inizjattiva b’tul ta' żmien limitat

6. ¨  Proposta/inizjattiva b’effett mill-[JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

7. ¨  Impatt finanzjarju mill-SSSS sal-SSSS

ý Proposta/inizjattiva b’tul ta' żmien illimitat

4. Implimentazzjoni b’perjodu tal-bidu mill- SSSS sal- SSSS,

5. segwita minn operazzjoni fuq l-iskala sħiħa.

(h) Metodu/i ta’ mmaniġjar previst(i)[3]

¨ Maniġment dirett ċentralizzat mill-Kummissjoni

¨ Maniġment indirett ċentralizzat bid-delega ta' kompiti ta’ implimentazzjoni lil:

6. ¨  aġenziji eżekuttivi

7. ý  korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[4]

8. ¨  korpi nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku

8. ¨  persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti fis-sens tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

¨ Maniġment kondiviż mal-Istati Membri

¨ Maniġment deċentralizzat ma’ pajjiżi terzi

¨ Maniġment konġunt ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (għad irid jiġi speċifikat)

Jekk huwa indikat aktar minn metodu ta’ maniġment wieħed, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fit-taqsima "Kummenti”.

Kummenti

(2) MIŻURI TA’ MMANIĠJAR (a) Regoli ta’ monitoraġġ u rappurtar

Speċifika l-frekwenzi u l-kundizzjonijiet.

Skont l-Artikolu 81 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, sat-2 ta’ Jannar 2014, u kull tliet snin wara dik id-data, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport ġenerali dwar l-esperjenza miksuba bħala riżultat tal-operazzjoni tal-ABE u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jevalwa, inter alia, il-grad ta’ konverġenza fil-prattiki superviżorji milħuqa minn superviżuri nazzjonali u jekk ir-riżorsi tal-ABE humiex adegwati sabiex twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha. Ir-rapport jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(b) Sistemi ta’ mmaniġjar u kontroll (1) Riskju/i identifikat(i)

Tliet valutazzjonijiet tal-impatt twettqu fir-rigward taż-żewġ proposti, li identifikaw l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-opzjonijiet differenti ta' politika sabiex jindirizzaw il-problemi identifikati.

Fir-rigward tar-responsabbiltajiet tal-ABE, hemm riskju li l-effettività tar-regoli proposti tiġi mxekkla min-nuqqas ta’ abbiltà tagħha– minħabba nuqqas ta’ riżorsi umani – sabiex tlesti BTS ta’ kwalità għolja u konformi mad-dati stabbiliti fil-proposta tal-Kummissjoni.

(2) Metodu/i ta’ kontroll previst(i)

Is-sistemi ta’ mmaniġjar u kontroll tal-ABE huma spjegati fil-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010

Barra minn hekk, kif imsemmi fit-taqsima 2.1, taħt l-Artikolu 81 ta’ dan ir-regolament, il-Kummissjoni sejra tkun mistennija tippubblika rapport kull tliet snin dwar l-esperjenza miksuba bħala riżultat tal-operazzjoni tal-ABE u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament.

(c) Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet

Speċifika miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti.

Skont l-Artikolu 66 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, għall-għanijiet tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull tip ieħor ta’ attività illegali, ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 għandu japplika għall-ABE mingħajr l-ebda restrizzjoni. L-ABE għandha taċċedi għall-Ftehim Interistituzzjonali rigward l-investigazzjonijiet interni mill-OLAF u għandha tadotta b’mod immedjat dispożizzjonijiet xierqa għall-persunal kollu tal-ABE.

Id-deċiżjonijiet ta’ finanzjament u l-ftehimiet u l-istrumenti implimentattivi li jirriżultaw minnhom għandhom jistipulaw b’mod espliċitu li l-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF jistgħu, jekk ikun hemm bżonn, iwettqu verifiki fuq il-post fuq il-benefiċjarji ta’ flejjes mogħtija mill-ABE kif ukoll fuq il-persunal responsabbli mill-allokazzjoni ta’ dawn il-flejjes.

(3) IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA (a) Interstatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata/i

4. Linji tal-baġit tan-nefqa eżistenti

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linji tal-baġit.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja tal-baġit || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni

Numru 1A Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi || AD/AMD ([5]) || minn pajjiżi tal-EFTA[6] || minn pajjiżi kandidati[7] || minn pajjiżi terzi || fis-sens tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

|| 12.04.02.01 Sussidju tal-ABE skont it-Titoli 1 u 2 (Nefqa amministrattiva u fuq il-persunal) || AD || IVA || LE || LE || LE

5. Linji tal-baġit ġodda mitluba

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linji tal-baġit.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja tal-baġit: || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni

Numru [Intestatura…….....…………………………..] || Diff./mhux diff. || minn pajjiżi tal-EFTA || minn pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || fis-sens tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

|| [XX.YY.YY.YY] || || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE

(b) Impatt stmat fuq in-nefqa (1) Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

miljun EUR (sa 3 postijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || Numru 1A || Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi

DĠ: MARKT || || || Sena 2013[8] || Senar 2014 || Sena 2015 || TOTAL

Ÿ Approprjazzjonijiet operazzjonali || || || ||

12.04.02.01 || Impenji || (1) || 0,690 || 0,590 || 0,590 || 1,870

Pagamenti || (2) || 0,690 || 0,590 || 0,590 || 1,870

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati  mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi[9] || || || ||

Numru tal-linja tal-baġit || || (3) || || || ||

Approprjazzjonijiet TOTALI Għad-DĠ MARKT || Impenji || =1+1a +3 || 0,690 || 0,590 || 0,590 || 1,870

Pagamenti || =2+2a +3 || 0,690 || 0,590 || 0,590 || 1,870

Ÿ Approprjazzjonijiet operazzjonali TOTALI || Impenji || (4) || 0,690 || 0,590 || 0,590 || 1,870

Pagamenti || (5) || 0,690 || 0,590 || 0,590 || 1,870

Ÿ Approprjazzjonijiet TOTALI ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi || (6) || || || ||

Approprjazzjonijiet TOTALI taħt l-INTESTATURA <1A> tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || =4+ 6 || 0,690 || 0,590 || 0,590 || 1,870

Pagamenti || =5+ 6 || 0,690 || 0,590 || 0,590 || 1,870

Jekk aktar minn intestatura waħda hija affettwata mill-proposta/inizjattiva:

Ÿ Approprjazzjonijiet operazzjonali TOTALI || Impenji || (4) || || || ||

Pagamenti || (5) || || || ||

Ÿ Approprjazzjonijiet TOTALI ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi || (6) || || || ||

Approprjazzjonijiet TOTALI taħt l-INTESTATURI 1 sa 4 tal-qafas finanzjarju multiannwali (Ammont ta’ referenza) || Impenji || =4+ 6 || || || ||

Pagamenti || =5+ 6 || || || ||

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 5 || " Nefqa amministrattiva "

miljun EUR (sa 3 postijiet deċimali)

|| || || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || … daħħal is-snin kollha meħtieġa biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL

DĠ: <…….> ||

Ÿ Riżorsi umani || || || || || || || ||

Ÿ Nefqa amministrattiva oħra || || || || || || || ||

DĠ TOTALI <…….> || Approprjazzjonijiet || || || || || || || ||

Approprjazzjonijiet TOTALI taħt l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || (Impenji totali = Pagamenti totali) || || || || || || || ||

miljun EUR (sa 3 postijiet deċimali)

|| || || Sena 2013[10] || Sena 2014 || Sena 2015 || TOTAL

Approprjazzjonijiet TOTALI taħt l-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || 0,690 || 0,590 || 0,590 || 1,870

Pagamenti || 0,690 || 0,590 || 0,590 || 1,870

(2) Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

9. ¨  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

10. ý         Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

L-għanijiet speċifiċi tal-proposta huma spjegati fit-taqsima 1.4.2. It-tip ewlieni ta’ riżultat li l-ABE hija mistennija tipproduċi permezz tar-riżorsi mitluba huwa l-istandards tekniċi vinkolanti (BTS). Il-proposti jeħtieġu li l-ABE tiżviluppa madwar 55 BTS b’60% minnhom dovuti sal-2013. Madanakollu, minħabba n-natura tal-inizjattiva, it-Tabella ta’ hawn taħt ma tistax timtela peress li mhuwiex possibbli li jiġi attribwit BTS għal għan speċifiku wieħed, peress li – bħala regola - BTS wieħed jikkontribwixxi għall-kisba ta’ diversi għanijiet speċifiċi b’mod simultanju. Pereżempju, BTS dwar l-applikazzjoni konsistenti tat-tnaqqis mill-kapital regolatorju jkun jikkontibwixxi għal i) titjib fl-immaniġjar tar-riskji tal-banek; ii) prevenzjoni tal-opportunitajiet ta’ arbitraġġ regolatorju; iii) titjib fiċ-ċarezza legali; iv) titjib fl-ugwaljanza fil-kundizjonijiet għal kulħadd; u v) titjib fil-kooperazzjoni u l-konverġenza superviżorji.

Approprjazzjonijiet tal-impenji f’miljuni ta’ EUR (sa 3 postijiet deċimali)

Indika l-għanijiet u l-outputs ò || || || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || … … daħħal is-snin kollha meħtieġa biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL

OUTPUTS

Tip ta’ output[11] || Spiża medja tal-output || Għadd ta' ouputs || Cost || Għadd ta' ouputs || Cost || Għadd ta' ouputs || Cost || Għadd ta' ouputs || Cost || Għadd ta' ouputs || Cost || Għadd ta' ouputs || Cost || Għadd ta' ouputs || Cost || Għaddtotali ta’ outputs || spiża totali

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1[12] || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Output || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Output || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Output || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

Subtotal għall-għan speċifiku N°1 || || || || || || || || || || || || || || || ||

GĦAN SPEĊIFIKU N 2… || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Output || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

Subtotal għall-għan speċifiku N°2 || || || || || || || || || || || || || || || ||

SPIŻA TOTALI || || || || || || || || || || || || || || || ||

(3) Impatt stmat fuq approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva – Mhux Applikabbli (a) Sommarju

11. ¨         Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi

12. ¨         Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt:

miljun EUR (sa 3 postijiet deċimali)

|| Sena N[13] || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || … daħħal is-snin kollha meħtieġa biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL

INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || ||

Riżorsi umani || || || || || || || ||

Nefqa amministrattiva oħra || || || || || || || ||

Subtotal INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || ||

Mhux fl-INTESTATURA 5[14] tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || ||

Riżorsi umani || || || || || || || ||

Nefqa oħra natura amministrattiva || || || || || || || ||

Subtotal barra l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || ||

TOTAL || || || || || || || ||

(b)  Ħtiġijiet stmati tar-riżorsi umani

13. ¨         Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani

14. ¨         Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegaw hawn taħt:

Stima li trid tingħata f’ammonti sħaħ (jew l-aktar sa post deċimali wieħed)

|| || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || … daħħal is-snin kollha meħtieġa biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Ÿ Karigi tal-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji) ||

|| XX 01 01 01 (Uffiċċju prinċipali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || || || || || || ||

|| XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || ||

|| XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || || ||

|| 10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || ||

|| Ÿ Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE) FTE)[15] ||

|| XX 01 02 01 (CA, INT, SNE mill-“pakkett globali”) || || || || || || ||

|| XX 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || || || || || || ||

|| XX 01 04 yy[16] || - fl-Uffiċċji Prinċipali[17] || || || || || || ||

|| - fid-delegazzjonijiet || || || || || || ||

|| XX 01 05 02 (CA, INT, SNE – Riċerka indiretta) || || || || || || ||

|| 10 01 05 02 (CA, INT, SNE – Riċerka diretta) || || || || || || ||

|| Linji tal-baġit oħrajn (speċifika) || || || || || || ||

|| TOTAL || || || || || || ||

XX hija l-qasam tal-politika jew it-titolu tal-baġit konċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jintlaħqu mill-persunal tad-DĠ li diġà huma assenjati għall-immaniġjar tal-azzjoni u/jew ġew trasferiti fi ħdan id-DĠ, jekk neċessarju flimkien ma’ xi allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ li jmexxi skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tar-restrizzjonijiet tal-baġit.

Deskrizzjoni tal-kompiti li għandhom jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji ||

Persunal estern ||

(4) Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

15. ¨         Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali.

16. ý         Il-proposta/inizjattiva se tinvolvi programmar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju multiannwali.

Spjega liema programmar mill-ġdid huwa meħtieġ, billi tispeċifika l-linji tal-baġit konċernati u l-ammonti korrispondenti.

Inizjattiva ġdida tal-Kummissjoni

17. ¨         Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta' flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali[18].

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji tal-baġit konċernati u l-ammonti korrispondenti.

(5) Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

18. - Il-proposta/inizjattiva tipprovdi għall-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa 3 postijiet deċimali)

|| Sena 2013 || Sena 2014 || Sena 2015 || Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament || 60% tal-ħtiġijiet totali mill-Istati Membri permezz tal-ABE

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet kofinanzjati || 1,035 || 0,885 || 0,885 || 2,805

(c) Impatt stmat fuq id-dħul

19. ý         Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda impatt fuq id-dħul.

20. ¨         Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

¨         fuq ir-riżorsi proprji

¨         fuq dħul mixxellanju

miljun EUR (sa 3 postijiet deċimali)

Linja ta’ dħul tal-baġit: || Approprjazzjonijiet disponibbli għall-eżerċizzju fis-seħħ tal-baġit || Impatt tal-proposta/inizjattiva[19]

Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || … daħħal l-ammont ta’ kolonni neċessarji sabiex tirrefletti d-dewmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu …………. || || || || || || || ||

Għal dħul mixxellanju assenjat, speċifika l-linja(i) tal-ispiża tal-baġit affettwata/i.

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

Anness għad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġislattiva għall-proposta għar-regolament dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investimenti u għall-proposta għad-Direttiva dwar l-adozzjoni u s-segwitu tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investimenti

Il-metodoloġija applikata u s-suppożizzjonijiet sottostanti ewlenin

L-ispejjeż relatati mal-kompiti li għandhom jitwettqu mill-ABE li ġejjin miż-żewġ proposti ġew stmati għan-nefqa fuq il-persunal (Titolu 1), b’konformità mal-klassifikazzjoni tal-ispejjeż fl-abbozz tal-baġit tal-ABE għall-2012 sottomess lill-Kummissjoni.

Iż-żewġ proposti tal-Kummissjoni jinkludu dispożizzjonijiet għall-ABE sabiex tiżviluppa madwar 55 sett ta’ standards tekniċi vinkolanti (BTS) ġodda li għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet ta’ natura teknika għolja jkunu implimentati b’mod konsistenti madwar l-UE kollha[20]. Skont il-proposti, l-ABE hija mistennija tlesti madwar 60% tal-BTS il-ġodda fl-2013. Sabiex tilħaq dan l-għan, diġà hija meħtieġa żieda fil-livell ta’ persunal mill-2013. Fir-rigward tan-natura tal-pożizzjonijiet, il-finalizzazzjoni b’suċċess u f’waqtha tal-BTS il-ġodda teħtieġ, b’mod partikolari, uffiċjali addizzjonali li jivvalutaw il-politika, l-aspetti legali u l-impatt.

Ibbażati fuq l-istimi tas-servizzi tal-Kummissjoni u l-ABE, is-suppożizzjonijiet li ġejjin ġew applikati sabiex jivvalutaw l-impatt fuq l-għadd ta’ FTEs meħtieġa għall-iżvilupp tal-BTE relatati maż-żewġ proposti:

23. Uffiċjal wieħed tal-politika jagħmel abbozz ta’ 2 BTS ta’ kumplessità medja fis-sena; dan jimplika li hemm bżonn ta’ 17-il uffiċjal tal-politika għall-2013;

24. Uffiċjal li jivvaluta l-impatt huwa meħtieġ għal 8 proċessi tal-BTS; dan jimplika li hemm bżonn ta’ 4 uffiċjali li jivvalutaw l-impatt għall-2013;

25. Uffiċjal legali huwa meħtieġ sabiex jagħmel abbozz ta’ 5 BTS; dan jimplika li hemm bżonn 7 uffiċjali legali għall-2013;

26. Żewġ FTEs addizzjonali ta’ appoġġ huma meħtieġa sabiex jipprovdu appoġġ ta’ kuljum lill-pożizzjonijiet ta’ hawn fuq.

Għaldaqstant, il-finalizzazzjoni tal-BTS li se jkunu dovuti fl-2013 teħtieġ 30 FTEs. Skont l-ABE, sa tmiem l-2011, se jkun hemm 14-il espert jaħdem fuq il-BTS. B’antiċipazzjoni għaż-żieda fix-xogħol relatat mal-BTS, fl-abbozz tal-baġit tagħha tal-2012 sottomess lill-Kummissjoni, l-ABE diġà talbet 22 FTEs addizzjonali, li 7 minnhom huma destinati għax-xogħol fuq il-BTS[21]. Fis-sottomissjoni tal-abbozz tal-baġit tagħha għall-2012, l-ABE ma inkludietx talba għad-9 FTEs meħtieġa li jifdal għax ma kinitx konxja mill-għadd ta’ BTS li kienet se tintalab tiżviluppa fiż-żewġ proposti. Madanakollu, dawn il-pożizzjonijiet, se jiġu inklużi fit-talbiet tal-baġit annwali li jmiss tal-ABE.

Suppożizzjonijiet oħra:

(1) ibbażati fuq id-distribuzzjoni tal-FTEs fl-abbozz tal-baġit tal-2012, se jinħatru 9 FTEs addizzjonali fosthom 7 aġenti temporanji (79%), espert nazzjonali sekondat (14%) u aġent bil-kuntratt (7%);

(2) l-ispiża annwali medja fuq is-salarji għall-kategoriji differenti tal-persunal hija bbażata fuq il-gwida tad-DĠ BUDG;

(3) koeffiċjent tal-ippeżar tas-salarji ta’ 1.344 għal Londra;

(4) spejjeż fuq it-taħriġ previsti għal €1,000 fis-sena għal kull FTE;

(5) spejjeż fuq missjonijiet ta’ €9,700, stima bbażata fuq l-abbozz tal-baġit tal-2012 għall-missjonijiet għal kull FTE medju;

(6) spejjeż relatati mar-reklutaġġ (vjaġġar, lukandi, testijiet mediċi, stallazzjoni u benefiċċji oħrajn, infiq tal-ġarr, eċċ) ta’ €27,700, stima ibbażata fuq l-abbozz tal-baġit tal-2012 għar-reklutaġġ skont il-pożizzjonijiet li jridu jimtlew.

Kien meqjus li l-ammont ta’ xogħol wara ż-żieda ta’ hawn fuq fl-FTEs se tiġi mantnuta mill-2014 ’il quddiem, u parti minnu huwa marbut, mal-emendar tal-BTS diġà żviluppati u, f’parti oħra, mal-preparazzjoni tal-40% li jifdal tal-BTS skont iż-żewġ proposti leġiżlattivi u skont proposti leġiżlattivi fil-ġejjieni fil-qasam tar-regolamentazzjoni bankarja.

Il-metodu ta’ kalkolu taż-żieda fil-baġit meħtieġ għat-tliet snin li ġejjin huwa ppreżentat f’aktar dettall fit-Tabella ta’ hawn taħt. Il-kalkolu jirrifletti l-fatt li l-baġit tal-Kummissjoni jiffinanzja 40% tal-ispejjeż.

It-tabella li ġejja tippreżenta l-pjan ta' stabbiliment propost għas-seba' pożizzjonijiet ta' aġenti temporanji:

tal-funzjoni

Postijiet

Grupp u grad

[1]               ABM: Activity-Based Management – ABB: Activity-Based Budgeting.

[2]               Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

[3]               Id-dettalji tal-metodi tal-immaniġjar u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fis-sit BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[4]               Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

[5]               AD= Approprjazzjonijiet Differenzjati / AMD= Approprjazzjonijiet Mhux Differenzjati

[6]               EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tan-negozju Ħieles.

[7]               Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

[8]               Year N is the year in which implementation of the proposal/initiative starts.

[9]               Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi u/jew l-azzjonijiet tal-UE (qabel kienu jissejħu l-linji "BA"), riċerka indiretta, riċerka diretta.

[10]             Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizzjattiva.

[11]             Outputs huma l-prodotti u s-servizzi li se jiġi pprovduti (eż.: l-għadd ta’ skambju ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).

[12]             Kif spjegat fit-Taqsima 1.4.2. "Għan(ijiet) speċifiku/ċi…"

[13]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[14]             Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi u/jew l-azzjonijiet tal-UE (qabel kienu jissejħu l-linji "BA"), riċerka indiretta, riċerka diretta.

[15]             CA= Aġent Kuntrattwali; INT= impjegati permezz ta’ aġenzija ("Intérimaire"); JED= "Jeune Expert en Délégation" (Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjoni); LA= Aġenti Lokali; SNE= Espert Nazzjonali Sekondat;

[16]             Taħt il-limitu massimu għal persunal estern minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu linji "BA").

[17]             Essenzjalment għall-Fondi Strutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (FES).

[18]             Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[19]             Fir-rigward ta’ riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara tnaqqis ta’ 25% għall-ispejjeż tal-ġbir.

[20] Peress li l-ABE hija korp b’kompetenzi ferm speċjalizzati, ingħatat is-setgħa sabiex tiżviluppa BTS minħabba l-ħtieġa ta’ introduzzjoni ta’ strument effettiv sabiex jiġu stabbiliti standards tekniċi regolatorji armonizzati fil-leġislazzjoni tas-settur bankarju tal-UE sabiex jiġu żgurati, anki permezz ta’ ġabra waħda ta' regoli, kundizzjonijiet ekwi u protezzjoni adegwata tad-depożituri, l-investituri u l-konsumaturi madwar l-Unjoni. Għal dan il-għan, l-ABE tħejji abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji f’oqsma definiti mil-liġi tal-Unjoni, li ma jinvolvux għażliet ta’ politika, u li l-Kummissjoni tapprova aktar tard permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE sabiex tagħtihom effett legali vinkolanti. Qabel ma tissottometti l-abbozzi ta’ BTS lill-Kummissjoni, l-ABE trid twettaq xogħol preparatorju estensiv li jinkludi konsulenza mal-partijiet interessati dwar l-abbozz ta’ BTS u tagħti opportunità raġonevoli lil dawn il-partijiet sabiex jikkumentaw fuq il-miżuri proposti; twettaq valutazzjonijiet tal-impatt regolatorju; l-abbozzar legali u kompiti oħrajn.

[21] Pożizzjonijiet oħrajn mitluba mill-ABE fl-abbozz tal-baġit tal-2012 huma attribwiti għaż-żieda mistennija fl-ammont ta’ xogħol tad-dipartimenti tagħha tas-sorveljanza u tal-operazzjonijiet. It-talba għal żieda f’pożizzjonijiet oħra hija marbuta mal-provi fuq l-użu tar-riżorsi li ħarġu matul l-ewwel sena ta’ ħidma tal-ABE, u għandha l-għan li tkun żgurata eżekuzzjoni effettiva tal-kompiti tal-ABE fir-rigward tal-ksur tal-liġi, il-preżenza tas-superviżuri fil-kulleġġi, id-dimensjoni tal-konsumatur, id-dimensjoni internazzjonali u oqsma oħra.