52011PC0378




MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Sabiex jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u l-omoġenità li huma meħtieġa tas-Suq Intern, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandu jintegra l-leġiżlazzjoni kollha relevanti tal-Komunità fil-Ftehim taż-ŻEE mill-aktar fis possibbli wara l-adozzjoni tiegħu.

2. IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-ANALIŻI TAL-IMPATT

L-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill proposta) għandu l-għan li jemenda l-Anness XIII (Trasport) billi jżid acquis Komunitarju ġdid f'dan il-qasam: Dan jikkonċerna r-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità (Riformulazzjoni) li għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. Din id-deċiżjoni għandha l-għan li tittrasponi r-regoli komuni dwar l-operar tas-servizzi tal-ajru filwaqt li tippermetti li jingħataw liċenzji madwar iż-ŻEE mill-Istati tal-EFTA taħt il-kundizzjoni li l-ftehim rispettiv ma' pajjiż terz jiġi approvat mill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. Din id-deċiżjoni qed tipprovdi wkoll limitu ta' żmien ta' 5 snin għal obbligi tas-servizz pubbliku għal ajruporti reġjonali fl-Islanda u l-erba' kontej li jinsabu l-aktar fit-tramuntana tan-Norveġja bl-istess mod bħar-reġjuni l-aktar periferiċi msemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE minħabba li dawn iż-żoni ġeneralment ikollhom żoni ta' rotot li jistgħu jitqiesu bħala ugwalment periferiċi bħal tar-reġjuni l-aktar periferiċi tal-UE.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1008/2008 jirrevoka r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 2407/92, 2408/92 u 2409/92, li huma inkorporati fil-Ftehim u li konsegwentement għandhom jiġu revokati skont il-Ftehim.

3. L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

L-Artikolu 1(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim taż-ŻEE jipprevedi li l-Kunsill jistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni għal Deċiżjonijiet bħal dawn fuq proposta mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni tissottometti l-Abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għall-adozzjoni mill-Kunsill bħala l-pożizzjoni tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tittama li tkun fil-qagħda li tippreżenta l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE kemm jista’ ikun malajr.

2011/0165 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda għall-Anness XIII (Trasport)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 100(2) u 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea[1], u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1) L-Anness XIII għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, (minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim taż-ŻEE") fih dispożizzjonijiet u arranġamenti speċifiċi rigward it-trasport.

(2) Huwa xieraq li jiġi inkorporat fil-Ftehim ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi bl-ajru fil-Komunità (Riformulazzjoni)[2]. Huwa xieraq ukoll li jiġu revokati r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 2407/92[3], 2408/92[4] u 2409/92[5], li huma bħalissa inkorporati fil-Ftehim u li ġew revokati bir-Regolament (KE) Nru 1008/2008.

(3) L-Anness XIII mal-Ftehim taż-ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu uniku

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda prevista għall-Anness XIII mal-Ftehim dwar iż-ŻEE huwa stipulat fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi …,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS

Abbozz ta’

TA' DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru

ta'

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ 'il-Ftehim', u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

1. L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat b'Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru.../... ta’…..[6]

2. Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità (Riformulazzjoni)[7] għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

3. Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 jirrevoka r-Regolamenti (KEE) Nri 2407/92[8], 2408/92[9] u 2409/92[10], li huma inkorporati fil-Ftehim u li konsegwentement għandhom jiġu revokati skont il-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XIII tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1. It-test tal-punt 64a (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92) għandu jinbidel b’dan li ġej:

‘ 32008 R 1008 : Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi bl-ajru fil-Komunità (Riformulazzjoni) (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a) Fl-Artikolu 4(f) il-kliem ", ħlief kif previst fi ftehim ma' pajjiż terz li għalih il-Komunità tkun parti;" għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“. Madanakollu, il-liċenzji tal-operar b'effetti legali fiż-ŻEE kollha jistgħu jingħataw fuq il-bażi ta' eċċezzjonijiet għal din il-kundizzjoni provduti fil-ftehimiet ma' pajjiżi terzi li magħhom il-Komunità jew wieħed jew aktar mill-Istati tal-EFTA huma partijiet, sakemm il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jadotta deċiżjoni għal dak il-għan."

(b) Dan li ġej għandu jiġi miżjud fl-aħħar tal-Artikolu 16(9), it-tieni subparagrafu:

", kif ukoll l-ajruporti reġjonali fl-Islanda u l-erba' kontej li jinsabu l-aktar fit-tramuntana tan-Norveġja."'

2. It-test tal-punti 65 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2409/92) u 66b (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2407/92) għandhom jitħassru.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu pubblikati fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea , għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE(.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Magħmul fi Brussell, .

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President Is-Segretarji Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

[1] ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

[2] ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3.

[3] ĠU L 240, 24.8.1992, p. 1.

[4] ĠU L 240, 24.8.1992, p. 8.

[5] ĠU L 240, 24.8.1992, p. 15.

[6] ĠU L …

[7] ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3.

[8] ĠU L 240, 24.8.1992, p. 1.

[9] ĠU L 240, 24.8.1992, p. 8.

[10] ĠU L 240, 24.8.1992, p. 15.

( [Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.] [Ħtiġijiet kostituzzjonali huma indikati.]