52011PC0370

Proposta għal DIRETTIVA UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-effiċjenza enerġetika u li tirrevoka d-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE /* KUMM/2011/0370 finali - 2011/0172 (COD) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA 1.1. Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha

L-Unjoni Ewropea stabbilixxiet għaliha nnfisha l-għan li fl-2020 tiffranka 20 %[1] tal-enerġija primarja u għamlet dan l-għan wieħed mill-ħames miri ewlenin tal-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv[2].

L-iktar stimi reċenti tal-Kummissjoni, li jikkunsidraw il-miri nazzjonali għall-effiċjenza enerġetika għall-2020 li l-Istati Membri stabbilixxew fil-kuntest tal-Istrateġija Ewropa 2020, jissuġġerixxu li l-UE se tilħaq biss nofs il-mira ta' 20 % fl-2020[3]. Il-Kunsill Ewropew[4] u l-Parlament Ewropew[5] ħeġġew lill-Kummissjoni sabiex tadotta strateġija ambizzjuża ġdida dwar l-effiċjenza enerġetika għal azzjoni determinata sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal konsiderevoli.

Sabiex l-effiċjenza enerġetika terġa' tkun xprunata, fit-8 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni ressqet Pjan għall-Effiċjenza Enerġetika (Energy Efficiency Plan (EEP)) ġdid li jistabbilixxi l-miżuri biex jinkiseb iktar iffrankar fil-provvista u fl-użu tal-enerġija.

Din il-proposta leġiżlattiva tittrasforma ċerti aspetti tal-EEP f’miżuri vinkolanti. L-għan ewlieni tal-proposta huwa li jingħata kontribut sinifikanti sabiex tintlaħaq il-mira għall-effiċjenza enerġetika tal-UE għall-2020. Sabiex il-proposta tirnexxi, għandha tkun adottata u implimentata minnufih fl-Istati Membri.

Il-proposta tħares ukoll lil hinn mill-mira tal-20 % u tipprova tistabbilixxi qafas komuni sabiex tkun promossa l-effiċjenza enerġetika fl-Unjoni wara l-2020. Il-proposta hija prijorità strateġika fil-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2011.

1.2. Il-kuntest ġenerali

Fi sfond ta’ żieda fl-importazzjonijiet tal-UE tal-enerġija bi prezzijiet dejjem ogħla, l-aċċess għal riżorsi tal-enerġija tul perjodu ta’ żmien medju se jkollu rwol dejjem iktar importanti bil-potenzjal li jkun hemm riskju li t-tkabbir ekonomiku tal-UE jiġi kompromess serjament. Dan jispjega għaliex l-effiċjenza enerġetika hija waħda mill-aspetti ewlenin tal-inizjattiva ewlenija tal-Ewropa 2020 għal Ewropa li tuża r-riżorsi b’effiċjenza[6]. L-effiċjenza enerġetika hija l-iktar mod kosteffettiv u veloċi sabiex tiżdied is-sigurtà tal-provvista, u hija mod effettiv sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra li huma responsabbli għat-tibdil fil-klima. Kif ġie deskritt fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Pjan direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-2050” [7], l-effiċjenza enerġetika tista’ tgħin sabiex l-UE tilħaq u saħansitra tegħleb il-mira għat-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħha.

Jekk l-ekonomija tal-UE ssir iktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija, dan se jkollu wkoll impatti pożittivi f’termini ta’ tkabbir ekonomiku u ta’ ħolqien ta’ impiegi. L-iffrankar tal-enerġija jagħmel disponibbli riżorsi finanzjarji li jistgħu jerġgħu jiġu investiti x’imkien ieħor fl-ekonomija u jista’ jgħin sabiex jitnaqqsu l-baġits pubbliċi li jinsabu taħt pressjoni. Għall-individwi, l-effiċjenza enerġetika tfisser li l-kontijiet tal-enerġija tagħhom ikunu irħas. Il-faqar fl-enerġija jista’ jiġi indirizzat b’mod strateġiku billi jittieħdu miżuri għal titjib tal-effiċjenza enerġetika. Fl-aħħar nett, produzzjoni ikbar b’inqas enerġija għandha ttejjeb il-kompetittività tal-industriji tal-UE u tagħtihom vantaġġ fis-swieq globali għat-teknoloġiji tal-effiċjenza enerġetika. L-effiċjenza enerġetika u l-iffrankar tal-enerġija huma ta’ benefiċċju għall-ekonomija tal-UE kollha, għas-settur pubbliku, għan-negozji u għall-individwi privati. Għal dawn ir-raġunijiet, l-Istrateġija Ewropea għall-Enerġija għall-2020 identifikat l-effiċjenza enerġetika bħala waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-politika dwar l-enerġija tal-UE għas-snin li ġejjin.

1.3. Dispożizzjonijiet eżistenti

L-ambitu taż-żewġ direttivi: id-Direttiva dwar il-Koġenerazzjoni (2004/8/KE, id-Direttiva dwar is-CHP) u d-Direttiva dwar is-Servizzi ta’ Enerġija (2006/32/KE, ESD) [8] – jikkoinċidi ma’ din il-Proposta. It-tnejn naqsu milli jisfruttaw b’mod sħiħ il-potenzjal tal-ffrankar tal-enerġija. Għalhekk, qed jiġi propost li meta d-Direttiva l-ġdida tidħol fis-seħħ, dawn iż-żewġ Direttivi jiġu rrevokati, ħlief għall-Artikolu 4(1) sa (4) u għall-Annessi I, III u IV għall-ESD. Dawn id-dispożizzjonijiet jikkonċernaw is-suċċess sal-2017 tal-mira indikattiva tal-iffrankar tal-enerġija ta' 9 % tal-konsum finali tal-enerġija ta' kull Stat Membru fil-5 snin qabel l-implimentazzjoni tal-ESD. Din il-mira, għalkemm differenti fl-ambitu u fil-livell ta' ambizzjoni, tikkontribwixxi għat-twettiq tal-mira tal-effiċjenza enerġetika ta' 20 % tal-UE sal-2020, u għandha għalhekk tibqa' applikabbli sal-2017.

Dispożizzjonijiet oħrajn li jikkoinċidu mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva l-ġdida huma l-Artikolu 9(1) u (2) tad-Direttiva 2010/30/UE dwar it-tikkettar tal-enerġija[9], li se jiġu rrevokati meta d-Direttiva l-ġdida tidħol fis-seħħ.

1.4. Il-konsistenza ma’ politiki u ma’ għanijiet oħrajn tal-UE

Din il-proposta hija ankrata fl-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv[10], hekk kif il-mira tal-UE għal effiċjenza enerġetika ta’ 20 % hija waħda mill-ħames miri ewlenin taħt din l-Istrateġija. Hija waħda mill-proposti ppjanati għall-2011 sabiex titwettaq waħda mis-seba’ inizjattivi ewlenin tal-Istrateġija, l-inizjattiva ewlenija tal-Ewropa 2020 għal Ewropa li tuża r-riżorsi b’mod effiċjenti. Hija konsistenti mal-politika tal-UE dwar il-klima u komplementari għaliha.

It-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija li huwa l-għan ta’ din il-proposta għandu jgħin ukoll lill-Istati Membri sabiex jilħqu l-miri tagħhom dwar is-sehem tal-enerġija minn riżorsi rinnovabbli ffissati mid-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli[11].

2. Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati u l-valutazzjoni tal-impatt 2.1. Il-konsultazzjoni, il-ġbir tad-dejta u l-użu ta’ għarfien espert

Il-proposta kienet żviluppata fuq il-bażi ta’ firxa wiesgħa ta’ kontributi mill-Istati Membri u mill-partijiet interessati pprovduti f’diversi okkażjonijiet, inkluża konsultazzjoni pubblika ġenerali onlajn[12]. Eżerċizzju ieħor ta’ konsultazzjoni mifruxa tnieda f’Jannar 2011 mill-gruppi ta’ ħidma tal-forum ta’ Bukarest dwar l-enerġija sostenibbli (li jinkludi lir-rappreżentanti tal-Istati Membri u lill-partijiet interessati) [13]. Twettqet analiżi komprensiva tal-impatt tal-għażliet proposti billi ntużaw ir-riżultati ta’ tliet mudelli u għadd ta’ studji. L-analiżi studjat l-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali tal-għażliet, b'kunsiderazzjoni għall-prinċipji ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità.

2.2. Il-valutazzjoni tal-impatt

Il-valutazzjoni tal-impatt (IA) tesplora għadd ta’ għażliet maqsuma fi tliet livelli:

- L-għażliet ta’ politika tal-ewwel livell janalizzaw modi biex jittejjeb il-qafas tal-politika kurrenti. Din l-analiżi tiffoka primarjament fuq kwistjonijiet dwar jekk l-approċċ kurrenti tal-ESD għall-istabbiliment tal-miri għandux jiġi estiż sal-2020, dwar jekk għandhomx jiġu miżjuda l-miri nazzjonali għall-iffrankar tal-enerġija sabiex tintlaħaq il-mira tal-UE ta’ 20 %, u jekk iva, jekk dawn għandhomx ikunu vinkolanti jew sempliċement indikattivi.

L-analiżi tikkonkludi li l-miri tal-ESD għandhom jinżammu għas-setturi ta’ użu finali sakemm jiskadu fl-2016, iżda biex tintlaħaq il-mira għall-effiċjenza enerġetika ta’ 20 %, dawn jeħtieġ li jkunu kkomplementati b’miri għall-iffrankar tal-enerġija iktar ambizzjużi taħt il-proċess tal-Ewropa 2020. L-analiżi tindika li dawn il-miri għalissa ma hemmx għalfejn ikunu vinkolanti u li miżuri vinkolanti jistgħu jiksbu l-istess riżultati jew riżultati aħjar. Dawn il-miżuri vinkolanti, flimkien mal-qafas ta’ politika kurrenti, għandhom ikunu biżżejjed sabiex tintlaħaq il-mira tal-UE ta’ 20 % fl-2020. Madankollu, jeħtieġ li l-progress ikun segwit u li tittieħed azzjoni korrettiva xierqa kmieni biżżejjed sabiex ikun żgurat li fl-2020 tintlaħaq il-mira ta’ 20 % jekk il-progress, minkejja kollox, ma jkunx adegwat.

- L-għażliet ta’ politika tat-tieni livell jesploraw miżuri differenti sabiex ikun indirizzat il-potenzjal ekonomiku rimanenti fuq in-naħa tad-domanda u fuq in-naħa tal-provvista.

L-IA tħares lejn l-iskemi ta' obbligu għall-iffrankar tal-enerġija bħala għażla possibbli sabiex ikun hemm iffrankar tal-enerġija fis-setturi ta’ użu aħħari. Hija tikkonkludi li l-obbligi tal-iffrankar tal-enerġija għandhom l-għan li jiksbu ffrankar sinifikanti iżda li d-dispożizzjonijiet eżistenti fl-ESD (fejn tali obbligi huma biss waħda mill-għażliet ipprovduti lill-Istati Membri sabiex ikun żgurat li l-utilitajiet tal-enerġija jiksbu ffrankar fis-setturi ta’ użu aħħari) għandhom jissaħħu. Il-kwistjonijiet li tqajmu huma l-livell tal-iffrankar tal-enerġija meħtieġ mill-utilitajiet tal-enerġija u jekk id-disinn ta’ skemi ta’ obbligi ta’ din ix-xorta għandux jitħalla kompletament f’idejn l-Istati Membri jew jekk għandux ikun hemm xi armonizzazzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tad-disinn. L-IA tissuġġerixxi li jiġu introdotti skemi nazzjonali ta’ obbligi ta’ effiċjenza enerġetika fl-Istati Membri kollha bil-għan li jkun hemm tnaqqis annwali fl-enerġija finali ta’ 1.5 %. Filwaqt li ċerti karatteristiċi ewlenin jeħtieġ li jiġu armonizzati fuq il-livell tal-UE (is-setturi fil-mira, il-livell ta’ ambizzjoni u l-metodi tal-għadd), l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jaġġustaw l-iskema skont iċ-ċirkustanzi nazzjonali tagħhom jew li jżommu l-iskemi kurrenti tagħhom, fil-parti l-kbira. Kienet ikkunsidrata wkoll l-għażla li tiġi introdotta sistema Ewropea ta’ ċertifikati bojod li jistgħu jiġu nnegozjati imma din ġiet rifjutata għall-istess raġunijiet tal-għażla li l-karatteristiċi kollha tal-iskema jiġu kompletament armonizzati.

Sett ieħor ta’ għażliet ta’ politika jeżamina l-miżuri li jinvolvu lis-settur pubbliku. L-analiżi tikkonkludi li żewġ miżuri jistgħu jkunu ta’ benefiċċju. L-ewwel nett, 3 % tal-bini li huwa proprjetà ta’ korpi pubbliċi għandu jiġi rrinovat kull sena għal livelli kostottimali, id-doppju tar-rata kurrenti ta’ rinnovazzjoni. It-tieni nett, il-korpi pubbliċi għandhom jintalbu jixtru prodotti u bini bi prestazzjoni għolja tal-enerġija bbażati fuq it-tikketti u ċ-ċertifikati tal-enerġija disponibbli.

Għażliet oħrajn b’impatt pożittiv konsiderevoli meta ppargunati mal-ispejjeż tagħhom huma dawk li għandhom l-għan li jippromwovu s-suq tas-servizzi ta’ enerġija, jipprovdu informazzjoni mtejba u iktar frekwenti lill-familji u lill-kumpaniji dwar il-konsum effettiv tal-enerġija tagħhom permezz ta’ kontijiet u ta’ miters intelliġenti, u awditi mandatorji tal-enerġija għal kumpaniji kbar. L-IA turi li dawn il-miżuri kollha huma siewja sabiex jitnaqqas id-distakk ta’ informazzjoni li huwa wieħed mill-ostakli għall-effiċjenza u jista’ jwassal għal iffrankar kbir ta’ enerġija. Għażliet oħrajn sabiex tkun promossa l-effiċjenza enerġetika permezz ta’ miżuri volontarji ġew ivvalutati bħala li mhumiex biżżejjed sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal kollu disponibbli għall-iffrankar.

L-IA tanalizza wkoll liema miżuri jistgħu jgħinu sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-effiċjenza enerġetika fit-trasformazzjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija. Hija tirrifjuta l-għażliet li jinvolvu kontinwazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar is-CHP kurrenti, peress li ma jippromwovux l-effiċjenza enerġetika fis-settur kollu tal-provvista tal-enerġija, imma biss b’relazzjoni għall-koġenerazzjoni u mingħajr ma jiżguraw użu effettiv tas-CHP (l-Istati Membri huma mitluba biss jiġbru informazzjoni u jirrapportaw lill-Kummissjoni). L-analiżi tissuġġerixxi li jekk jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni għall-ġenerazzjoni tal-enerġija (inkluż dwar rekwiżiti mandatorji ta’ CHP u ta’ tisħin/tkessiħ distrettwali għall-installazzjonijiet ġodda ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku u konnessjoni obbligatorja mal-grilja tal-elettriku ta' koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja u aċċess prijoritarju għaliha), dawn għandhom itejbu b’mod sinifikanti l-effiċjenza enerġetika fil-ġenerazzjoni. L-istabbiliment ta’ obbligi ta’ effiċjenza enerġetika għall-awtoritajiet regolatorji tal-enerġija għandu jkun siewi wkoll sabiex tittejjeb l-effiċjenza fit-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija.

L-IA teżamina l-għażliet għar-rapportaġġ u għall-monitoraġġ nazzjonali tal-implimentazzjoni. Sabiex ikun limitat il-piż amminisrattiv filwaqt li jkun żgurat monitoraġġ xieraq tal-progress, hija tissuġġerixxi forma ħafifa ta’ rapportaġġ annwali bbażat fuq għażla ta’ indikaturi tal-effiċjenza enerġetika u tal-iffrankar tal-enerġija, li jistgħu jiġu inklużi fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma. Dan għandu jkun issupplimentat b’informazzjoni iktar dettaljata dwar il-miżuri u l-programmi ta’ effiċjenza enerġetika li tkun mitluba biss mingħand l-Istati Membri kull tliet snin.

- L-għażliet ta’ politika tat-tielet livell jivvalutaw il-forma legali tal-miżuri magħżula tal-ewwel u tat-tieni livelli. L-IA tikkonkludi li, sabiex jintlaħaq il-livell ta’ ambizzjoni tal-mira tal-UE għal effiċjenza enerġetika ta’ 20 %, il-politiki tal-UE jeħtieġ li jaħsdu l-potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija f’kull settur, inkluż f’dawk is-setturi esklużi mill-ambitu tal-ESD. Din hija r-raġuni għaliex qed jiġi propost li tiġi adottata proposta leġiżlattiva ġdida li tkopri l-ambitu taż-żewġ Direttivi u li tiġi estiża għas-setturi kollha b’potenzjal ta’ ffrankar tal-enerġija. L-amalgamazzjoni taż-żewġ Direttivi f’test leġiżlattiv wieħed kien ikkunsidrat bħala l-aħjar għażla sabiex il-qafas legali eżistenti jkun issimplifikat u jipprovdi koerenza aħjar.

Il-forma legali tal-analiżi ma kinitx daqstant konklużiva. Madankollu, hekk kif id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta leġiżlattiva ġew elaborati iktar fid-dettall, deher ċar li l-kontenut u l-ħtieġa li jkunu adottati iktar miżuri ta' implimentazzjoni fuq livell nazzjonali, id-Direttiva hija l-iktar forma legali xierqa.

L-eżerċizzju ta’ mmudellar sabiex ikun evalwat l-impatt kumplessiv tal-fakultajiet politiċi magħżula juri li għall-UE27, l-effett nett tal-miżuri proposti jilħaq l-għan ta’ ffrankar ta’ enerġija primarja ta’ 20 %. L-IA turi wkoll li l-ispiża addizzjonali sabiex tintlaħaq il-mira kumplessiva ta’ 20 % permezz tas-sett ta’ miżuri magħżula hija modesta meta pparagunata mal-benefiċċji. L-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali kumplessivi ta’ dawn il-miżuri se jagħtu kontribut pożittiv b’saħħtu għall-politiki tal-UE u se jsostnu l-Istrateġija Ewropa 2020.

L-effiċjenza enerġetika hija waħda mill-muturi ewlenin biex jintlaħqu l-objettivi tal-Pjan Direzzjonali għal Ekonomija b'Livelli Baxxi ta' Karbonju tal-2050 Il-prezz tal-allowances tal-ETS huwa inċentiv importanti biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gass b'effett serra. Filwaqt li l-eżerċizzji tal-mudellar mwettqa bi tħejjija għal din il-proposta wrew li l-miżuri tagħha ċertament se jwasslu għal tnaqqis addizzjonali tal-emissjonijiet tal-gass b'effett serra, huma ma kinux konklussivi fir-rigward tal-impatti possibbli fuq il-prezz tal-allowances tal-ETS. Fl-implimentazzjoni tal-mira ta' 20% effiċjenza fl-enerġija, il-Kummissjoni ser ikollha timmonitorja l-impatt tal-miżuri l-ġodda fuq id-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet, id-direttiva (ETS), sabiex iżżomm l-inċentivi fis-sistema tal-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet li jippremjaw l-investimenti b'livelli ta' karbonju baxxi u tipprepara lis-setturi tal-ETS għall-innovazzjonijiet meħtieġa fil-futur. F'dan ir-rigward, jeħtieġ li jitqiesu miżuri xierqa, fosthom il-kalibrazzjoni mill-ġdid tas-sistema tal-iskambji tal-kwoti tal-emissjonijiet billi jitwarrab għadd korrispondenti ta' allokazzjonijiet mill-parti rkantata matul il-perjodu 2013 sal-2020, jekk tittieħed deċiżjoni politika korrispondenti

3. L-elementi legali tal-proposta 3.1. Sommarju tal-azzjoni proposta

Id-Direttiva proposta tistabbilixxi qafas komuni sabiex tkun promossa l-effiċjenza enerġetika fl-Unjoni ħalli jkun żgurat li sal-2020 tintlaħaq il-mira tal-iffrankar tal-enerġija primarja ta’ 20 % u sabiex titwitta t-triq għal iktar effiċjenza enerġetika wara. Hija tistabbilixxi regoli mfassla sabiex ineħħu l-ostakli u jegħlbu wħud min-nuqqasijiet tas-suq li jimpedixxu l-effiċjenza fil-provvista u fl-użu tal-enerġija.

Għas-setturi ta’ użu finali, id-Direttiva proposta tiffoka fuq miżuri li jistabbilixxu rekwiżiti għas-settur pubbliku, kemm fir-rigward tar-rinnovazzjoni tal-bini li jkunu proprjetà tiegħu kif ukoll għall-applikazzjoni ta’ standards għoljin tal-effiċjenza enerġetika għax-xiri ta’ bini, prodotti u servizzi. Il-proposta tirrikjedi li l-Istati Membri jistabbilixxu skemi nazzjonali ta’ obbligi ta’ effiċjenza enerġetika. Hija tirrikjedi awditi regolari obbligatorji tal-enerġija li jitwettqu għall-kumpaniji l-kbar u tistabbilixxi sensiela ta' rekwiżiti għall-kumpaniji tal-enerġija fir-rigward tal-kejl bil-miters u l-kontijiet.

Għas-settur tal-forniment tal-enerġija, il-proposta tirrikjedi li l-Istati Membri jadottaw pjanijiet nazzjonali għat-tisħin/tkessiħ biex jiżviluppaw il-potenzjal tal-ġenerazzjoni b'effiċjenza għolja u tisħin/tkessiħ sistrettwali effiċjenti u biex jiżguraw li r-regoli dwar l-ippjanar tal-ispazju huma konformi ma' dawk ippjanati. L-Istati Membri jridu jadottaw kriterji ta’ awtorizzazzjoni li jiżguraw li l-installazzjonijiet ikunu jinsabu f’siti qrib il-punti ta’ domanda għas-sħana u li l-installazzjonijiet il-ġodda kollha tal-ġenerazzjoni tal-elettriku u l-installazzjonijiet eżistenti li jiġu sostanzjalment rinnovati, ikunu mgħammra b’unitajiet tas-CHP b’effiċjenza għolja. Madankollu, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet għal eżenzjoni minn dan l-obbligu meta jintlaħqu ċertu kundizzjonijiet. Il-proposta tirrikjedi wkoll li l-Istati Membri jistabbilixxu inventarju tad-dejta tal-effiċjenza enerġetika għal installazzjonijiet tal-kombustjoni tal-fjuwils jew għar-raffineriji taż-żejt minerali u l-gass u tistabbilixxi rekwiżiti għal aċċess prijoritarju/garantit għall-grilja, għal rilaxx bi prijorità tal-elettriku mill-koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja u l-konnessjoni ta' impjnati industrijali ġodda li jipproduċu sħana mormija għan-netwerks distrettwali jew ta' tkessiħ.

Miżuri oħrajn proposti jinkludu rekwiżiti ta’ effiċjenza għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-enerġija, informazzjoni u azzjonijiet ta' sensibilizzazzjoni, rekwiżiti dwar id-disponibbiltà ta’ skemi ta’ ċertifikazzjoni, azzjoni sabiex ikun promoss l-iżvilupp tas-servizzi tal-enerġija u obbligu fuq l-Istati Membri sabiex ineħħu l-ostakli għall-effiċjenza enerġetika, b’mod partikolari l-qsim tal-inċentivi bejn is-sid u l-kerrej ta’ bini jew fost is-sidien tal-bini.

Fl-aħħar nett, il-proposta tipprovdi biex ikunu stabbiliti miri nazzjonali għall-effiċjenza enerġetika għall-2020 u titlob li fl-2014 il-Kummissjoni tivvaluta jekk l-Unjoni tistax tilħaq il-mira tagħha għal iffrankar tal-enerġija primarja ta’ 20 % sal-2020. Il-Kummissjoni għandha tressaq il-valutazzjoni tagħha quddiem il-Parlament Ewropea u l-Kunsill, flimkien ma’ proposta leġiżlattiva li tistabbilixxi miri nazzjonali obbligatorji, jekk dan ikun meħtieġ.

3.2. Il-bażi legali

Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 194(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Skont l-Artikolu 194(1), “[f]il-kuntest ta’ l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern u b’ kont meħud tal-ħtieġa ta’ preservazzjoni u titjib ta’ l-ambjent, il-politika ta’ l-Unjoni fil-qasam ta’ l-enerġija għandha timmira li, fi spirtu ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri […] ċ) tippromwovi l-effiċjenza fl-enerġija u l-iffrankar fl-użu ta’ l-enerġija kif ukoll l-iżvilupp ta’ forom ta’ enerġija ġodda u rinnovabbli”. L-għan tal-proposta huwa eżattament dak li jkun stabbilit qafas komuni sabiex tkun promossa l-effiċjenza fl-enerġija fl-Unjoni.

3.3. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika għal din il-proposta sa fejn il-politika dwar l-enerġija ma taqax taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni.

L-UE stabbilixxiet għaliha nnfisha l-mira li fl-2020 tiffranka 20 % tal-enerġija primarja u għamlitha waħda mill-ħames miri ewlenin tal-Istrateġija Ewropa 2020. Il-qafas kurrenti tal-effiċjenza enerġetika, b’mod partikolari d-Direttivi ESD u CHP, ma rnexxilux jisfrutta l-potenzjal eżistenti tal-iffrankar tal-enerġija. Il-miżuri li ġew attwalment adottati fuq il-livell tal-Istati Membri lanqas ma huma biżżejjed sabiex ikunu megħluba l-ostakli li baqa' għas-swieq u dawk regolatorji.

L-isfidi f’termini ta’ enerġija indirizzati minn din il-proposta (is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, is-sostenibbiltà u t-tibdil fil-klima, kif ukoll il-kompetittività tal-UE) huma kwistjonijiet li jqanqlu tħassib li huwa kondiviż mill-UE kollha. Hija meħtieġa reazzjoni kollettiva fuq il-livell tal-UE sabiex ikun żgurat li l-azzjoni tkun ikkoordinata u l-għanijiet komuni jintlaħqu b’mod iktar effettiv.

Il-miżuri proposti mid-Direttiva l-ġdida se jikkontribwixxu biex jiġi żgurat li l-Istati Membri kollha jagħtu kontribut xieraq għall-isforzi meħtieġa ħalli tintlaħaq il-mira ta’ 20 % u biex ikun hemm kundizzjonijiet ekwi għall-atturi kollha tas-suq, b’mod partikolari billi jkunu stabbiliti rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija (pereżempju, dwar l-aċċess għas-swieq pubbliċi, l-obbligi tal-awditi tal-enerġija fuq il-kumpaniji, l-obbligi tal-iffrankar tal-enerġija mill-utilitajiet tal-enerġija u l-aċċess għall-grilja għall-produtturi tal-koġenerazzjoni). Il-proposta tagħti lill-investituri ċertezza fir-rigward tal-kisba tal-mira tal-UE u appoġġ għal miżuri li jtejbu l-effiċjenza enerġetika bħall-koġenerazzjoni u t-tisħin u t-tkessiħ distrettwali b’effiċjenza għolja.

3.4. Il-prinċipju tal- proporzjonalità u l-għażla tal-istrument legali

Il-proposta ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex tintlaħaq il-mira għall-effiċjenza enerġetika. Hija tistabbilixxi rekwiżiti stretti ta’ effiċjenza enerġetika f’għadd ta’ oqsma, imma l-Istati Membri jżommu grad għoli ta’ diskrezzjoni sabiex jiffavorixxu l-miżuri għal titjib tal-effiċjenza enerġetika bil-mod li l-iktar li jkun adattat għaċ-ċirkustanzi nazzjonali tagħhom.

L-istrument magħżul huwa Direttiva li l-Istati Membri għandhom jittrasponuha fil-liġi nazzjonali. Direttiva tiddefinixxi r-riżultat finali li għandu jintlaħaq kif ukoll ir-rekwiżiti ġenerali, filwaqt li tħalli biżżejjed flessibbiltà lill-Istati Membri sabiex jadattaw l-implimentazzjoni għall-ispeċifiċitajiet nazzjonali tagħhom. F’dan il-każ partikolari, Direttiva hija biżżejjed sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-proposta. Il-livell ta’ restrizzjoni b’hekk huwa proporzjonat għall-għan.

4. L-implikazzjoni baġitarja

Kif speċifikat fir-rapport finanzjarju li jakkumpanja din id-Direttiva, id-Direttiva se tkun implimentatata bl-użu tal-baġit eżistenti u mhux se jkollha impatt fuq il-qafas finanzjarju multiannwali.

5. Informazzjoni addizzjonali 5.1. Is-simplifikazzjoni tal-“acquis”

Il-proposta tikkontribwixxi għas-simplifikazzjoni tal-“acquis”, għalkemm mhijiex inkluża fil-lista tal-miżuri tal-pjan ta’ ħidma tas-simplifikazzjoni. Minħabba l-adozzjoni ta’ din il-proposta, id-Direttivi dwar l-ESD u s-CHP se jiġu sostitwiti b’Direttiva unika, li tagħti approċċ iktar integrat għall-effiċjenza enerġetika u għall-iffrankar tal-enerġija. Mill-ħtieġa li tiġi trasposta Direttiva waħda minflok tnejn, għandha tirriżulta wkoll xi simplifikazzjoni amministrattiva.

Bħalissa, hemm stabbiliti obbligi ta’ rapportaġġ fiż-żewġ Direttivi. Dawn se jiġu sostitwiti b’sett wieħed ta’ rapporti annwali (fid-dettall kull tliet snin), imsejsa fuq il-proċess ta’ rapportaġġ taħt l-istrateġija Ewropa 2020.

Barra minn hekk, din il-proposta tissimplifika r-rekwżiti tal-kejl tal-iffrankar tal-enerġija inklużi fl-ESD eżistenti. F’dan is-sens, dan għandu jgħin sabiex jinkiseb tnaqqis sinifikanti fil-piż amministrattiv li bħalissa qed jiffaċċjaw l-Istati Membri.

5.2. Ir-revoka tal-leġiżlazzjoni eżistenti

L-adozzjoni tal-proposta se twassal biex il-leġiżlazzjoni eżistenti tiġi rrevokata. Dan jikkonċerna lill-Artikolu 9(1) u (2) tad-Direttiva 2010/30/UE; lid-Direttiva 2004/8/KE u lid-Direttiva 2006/32/KE. L-Artikolu 4(1) sa (4) u l-Annessi I, III u IV għad-Direttiva 2006/32/KE għandhom jiġu rrevokati b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2017.

5.3. Klawżola ta’ eżami/reviżjoni/estinzjoni

Il-proposta tinkludi diversi klawżoli ta’ eżami.

5.4. Riformulazzjoni

Il-proposta ma tinvolvix riformulazzjoni.

5.5. Tabella ta’ korrelazzjoni

L-Istati Membri huma mitluba jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva kif ukoll tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u d-Direttiva.

5.6. Iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE)

Il-Proposta tikkonċerna kwistjoni taż-ŻEE ui għalhekk għandha tkun applikabbli għaliha.

2011/0172 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-effiċjenza enerġetika u li tirrevoka d-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 194(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea[14],

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[15],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[16],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1) L-Unjoni qed tiffaċċja sfidi bla preċedent li jirriżultaw minn żieda fid-dipendenza fuq importazzjonijiet ta’ enerġija u riżorsi skarsi tal-enerġija, kif ukoll il-ħtieġa li jiġi limitat it-tibdil fil-klima u li tingħeleb il-kriżi ekonomika. L-effiċjenza enerġetika hija mezz siewi sabiex ikunu indirizzati dawn l-isfidi. Hija ttejjeb is-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni billi tnaqqas kemm il-konsum tal-enerġija primarja kif ukoll l-importazzjonijiet tal-enerġija. Hija tgħin sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b’mod li huwa kosteffettiv u b’hekk jittaffa t-tibdil fil-klima. Il-bidla lejn ekonomija iktar effiċjenti fl-enerġija għandha wkoll taċċellera l-firxa ta’ soluzzjonijiet teknoloġiċi innovattivi u ttejjeb il-kompetittività tal-industrija fl-Unjoni, fejn jiġi xprunat it-tkabbir ekonomiku u jinħolqu impjiegi ta’ kwalità għolja f’diversi setturi relatati mal-effiċjenza enerġetika.

(2) Il-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tat-8 u tad-9 ta’ Marzu 2007 enfasizzaw il-ħtieġa li tiżdied l-effiċjenza enerġetika fl-Unjoni ħalli jintlaħaq l-għan li sal-2020 jiġi ffrankat 20 % mill-konsum tal-enerġija primarja tal-Unjoni meta pparagunat mal-projezzjonijiet. Dan jammonta għal tnaqqis fil-konsum tal-enerġija primarja tal-Unjoni ta’ 368 Mtoe fl-2020[17].

(3) Il-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2010 ikkonfermaw il-mira għall-effiċjenza enerġetika bħala waħda mill-miri ewlenin tal-istrateġija l-ġdida tal-Unjoni għal impjiegi u tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv (l-Istrateġija Ewropa 2020). Skont dan il-proċess u sabiex ikun implimentat dan l-għan fuq il-livell nazzjonali, l-Istati Membri huma mitluba jiffissaw miri nazzjonali bi djalogu mill-qrib mal-Kummissjoni u jindikaw, fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma tagħhom, kif biħsiebhom jilħquhom.

(4) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar Enerġija 2020[18] tqiegħed lill-effiċjenza enerġetika fiċ-ċentru tal-istrateġija għall-enerġija tal-UE għall-2020 u tiddeskrivi fil-qosor il-ħtieġa għal strateġija ġdida għall-effiċjenza enerġetika li se tagħti l-possibbiltà lill-Istati Membri kollha li jiddiżakkoppjaw l-użu tal-enerġija mit-tkabbir ekonomiku.

(5) Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Diċembru 2010 dwar ir-Reviżjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija[19], il-Parlament Ewropew stieden lill-Kummissjoni sabiex fil-Pjan ta’ Azzjoni għall-Effiċjenza Enerġetika rivedut tagħha tinkludi miżuri ħalli jingħalaq id-distakk sabiex jintlaħaq l-għan kumplessiv tal-effiċjenza enerġetika tal-UE fl-2020.

(6) Waħda mill-inizjattivi ewlenin tal-Istrateġija Ewropa 2020 hija l-inizjattiva ewlenija ta’ Ewropa li tuża r-riżorsi b’effiċjenza li ġiet adottata mill-Kummissjoni fis-26 ta’ Jannar 2011[20]. Din tidentifika l-effiċjenza enerġetika bħala element ewlieni sabiex tkun żgurata s-sostenibbiltà tal-użu tar-riżorsi tal-enerġija.

(7) Il-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tal-4 ta’ Frar 2011 irrikonoxxew li l-mira għall-effiċjenza enerġetika tal-UE mhijiex fit-triq it-tajba u li hija meħtieġa azzjoni ddeterminata sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal konsiderevoli għal iktar iffrankar tal-enerġija fil-bini, fit-trasport, fil-prodotti u fil-proċessi.

(8) Fit-8 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni adottat il-Pjan Ewropew għall-Effiċjenza Enerġetika 2011[21]. Dan ikkonferma li l-Unjoni mhijiex fit-triq it-tajba sabiex tilħaq il-mira tagħha għall-effiċjenza enerġetika. Biex issib rimedju għal dan, hija ċċarat għadd ta’ politiki u ta’ miżuri dwar l-effiċjenza enerġetika li jkopru l-katina sħiħa tal-enerġija, inklużi l-ġenerazzjoni, it-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija; ir-rwol ewlieni tas-settur pubbliku fl-effiċjenza enerġetika; il-bini u l-appliances; l-industrija; u l-ħtieġa sabiex il-klijenti finali jingħataw is-setgħa ħalli jiġġestixxu l-konsum tal-enerġija tagħhom. L-effiċjenza enerġetika fis-settur tat-trasport kienet ikkunsidrata b’mod parallel fil-White Paper dwar it-Trasport li kienet adottata fit-28 ta’ Marzu 2011[22]. B’mod partikolari, l-Inizjattiva 26 tal-White Paper titlob li jiġu stabbiliti standards xierqa għall-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi fil-mezzi kollha ta’ trasport, u fejn dan ikun meħtieġ, għandhom jiġu ssupplimentati b’rekwiżiti dwar l-effiċjenza enerġetika biex jiġu indirizzati t-tipi kollha ta’ sistemi ta’ propulsjoni.

(9) Fit-8 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni adottat ukoll Pjan direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-2050[23], fejn identifikat il-ħtieġa minn din il-perspettiva għal fokus ikbar fuq l-effiċjenza enerġetika.

(10) F’dan il-kuntest, jeħtieġ li l-qafas legali tal-Unjoni għall-effiċjenza enerġetika jiġi aġġornat b’Direttiva li jkollha l-għan kumplessiv tal-mira għall-effiċjenza enerġetika li jiġi ffrankat 20 % mill-konsum tal-enerġija primarja tal-Unjoni sal-2020, u li jsir iktar titjib fl-effiċjenza enerġetika wara l-2020. Għal dan il-għan, hija għandha tistabbilixxi qafas komuni sabiex tkun promossa l-effiċjenza enerġetika fi ħdan l-Unjoni u għandha tistabbilixxi azzjonijiet speċifiċi ħalli jiġu implimentati wħud mill-proposti inklużi fil-Pjan għall-Effiċjenza Enerġetika 2011 u jintlaħqu l-potenzjali sinifikanti mhux imwettqa ta’ ffrankar tal-enerġija li tidentifika.

(11) Id-Deċiżjoni dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi (Nru 406/2009/KE) [24] tirrikjedi li sal-2012, il-Kummissjoni tivvaluta u tirrapporta dwar il-progress tal-Komunità u tal-Istati Membri tagħha sabiex sal-2020 jintlaħaq l-għan li jitnaqqas il-konsum tal-enerġija b’20 % meta pparagunat mal-projezzjonijiet. Hija tiddikjara wkoll li, sabiex l-Istati Membri jiġu mgħejjuna jissodisfaw l-impenji ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Komunità, sal-31 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni għandha tipproponi miżuri msaħħa jew ġodda sabiex jiġi aċċellerat it-titjib fl-effiċjenza enerġetika. Din id-Direttiva hija reazzjoni għal dan ir-rekwiżit. Hija tagħti wkoll kontribut sabiex jintlaħqu l-miri stabbiliti fil-Pjan direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-2050, b’mod partikolari billi jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mis-settur tal-enerġija, u sabiex tinkiseb produzzjoni tal-elettriku b’żero emissjonijiet sal-2050.

(12) Għandu jittieħed approċċ integrat sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal kollu eżistenti tal-iffrankar tal-enerġija, li jinkludi l-iffrankar fis-setturi tal-provvista tal-enerġija u tal-użu aħħari. Fl-istess ħin, għandhom jissaħħu d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/8/KE fuq il-promozzjoni ta’ kogenerazzjoni bbażata fuq id-domanda għal sħana utli fis-suq intern tal-enerġija[25] u tad-Direttiva 2006/32/KE dwar effiċjenza fl-użu finali tal-enerġija u dwar servizzi ta’ enerġija[26].

(13) Ikun aħjar jekk il-mira għall-effiċjenza enerġetika ta’ 20 % tintlaħaq bħala riżultat ta’ implimentazzjoni kumulattiva ta’ miżuri nazzjonali u Ewropej speċifiċi li jippromwovu l-effiċjenza enerġetika f’oqsma differenti. Jekk, madankollu, dak l-approċċ ma jirnexxix, ikun hemm il-ħtieġa li jissaħħaħ il-qafas tal-politika billi tiġi miżjuda sistema ta’ miri vinkolanti. Fl-ewwel fażi, għalhekk, l-Istati Membri għandhom ikunu mitluba jiffissaw miri, skemi u programmi nazzjonali għall-effiċjenza enerġetika. Għandhom ikunu huma li jiddeċiedu jekk dawn il-miri għandhomx ikunu vinkolanti jew indikattivi fit-territorju tagħhom. Fit-tieni fażi, dawn il-miri u l-isforzi individwali ta’ kull Stat Membru għandhom jiġu evalwati mill-Kummissjoni, flimkien ma’ dejta dwar il-progress li jkun sar, sabiex tkun ivvalutati l-probabbiltà li tintlaħaq il-mira kumplessiva tal-Unjoni u l-limitu li għalih l-isforzi individwali huma biżżejjed sabiex tintlaħaq il-mira komuni. Il-Kummissjoni għalhekk għandha timmonitorja mill-qrib l-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali tal-effiċjenza enerġetika permezz tal-qafas leġiżlattiv rivedut tagħha u fi ħdan il-proċess tal-Ewropa 2020. Jekk din il-valutazzjoni turi li ma tantx huwa probabbli li l-mira kumplessiva tal-Unjoni tintlaħaq, il-Kummissjoni għandha tipproponi miri nazzjonali obbligatorji għall-2020b'kunsiderazzjoni għall-punti ta’ tluq individwali tal-Istati Membri, il-prestazzjoni ekonomika tagħhom u l-azzjoni bikrija meħuda.

(14) Il-volum totali tal-infiq pubbliku huwa ekwivalenti għal 19 % tal-prodott domestiku gross tal-Unjoni. Għal din ir-raġuni, is-settur pubbliku jikkostitwixxi xprun importanti sabiex jingħata stimolu lit-trasformazzjoni tas-swieq lejn prodotti, bini u servizzi iktar effiċjenti kif ukoll biex jingħata bidu għal bidliet fl-imġiba fil-konsum tal-enerġija miċ-ċittadini u mill-impriżi. Barra minn hekk, it-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija permezz ta’ miżuri għal titjib tal-effiċjenza enerġetika, jistgħu jagħmlu disponibbli riżorsi pubbliċi għal finijiet oħrajn. Korpi pubbliċi fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali għandhom jaqdu rwol eżemplari fir-rigward tal-effiċjenza enerġetika.

(15) Ir-rata ta’ rinnovazzjoni tal-bini jeħtieġ li tiġi miżjuda, peress li l-istokk tal-bini eżistenti jirrappreżenta l-ikbar settur potenzjal waħdieni għall-iffrankar tal-enerġija. Barra minn hekk, il-bini huwa kruċjali sabiex jintlaħaq l-għan tal-UE li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra bi 80-95 % sal-2050 meta pparagunati mal-1990. Il-bini li jkun il-proprjetà ta’ korpi pubbliċi jammonta għal sehem konsiderevoli mill-istokk tal-bini u għandu viżibbiltà kbira fil-ħajja pubblika. Għalhekk huwa xieraq li tiġi ffissata rata annwali ta’ rinnovazzjoni tal-bini kollu li jkun il-proprjetà ta’ korpi pubbliċi billi tiġi aġġornata l-prestazzjoni tal-enerġija tiegħu. Din ir-rata ta’ rinnovazzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi fir-rigward tal-bini b’użu ta’ kważi żero enerġija ffissati fid-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija[27]. L-obbligu li l-bini pubbliku jiġi rinnovat jikkomplementa d-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva, li teżiġi li l-Istati Membri jiżguraw li meta l-bini eżistenti jiġi rinnovat drastikament,l-prestazzjoni tal-enerġija tiegħu tiġi aġġornata sabiex tissodisfa r-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija.

(16) Għadd ta’ muniċipalitajiet u ta’ korpi pubbliċi oħrajn fl-Istati Membri diġà stabbilixxew approċċi integrati għall-iffrankar tal-enerġija u għall-provvista tal-enerġija, pereżempju permezz ta’ pjanijiet ta’ azzjoni għall-enerġija sostenibbli, bħal dawk li ġew żviluppati taħt l-inizjattiva tal-Patt tas-Sindki, u approċċi urbani integrati li jmorru lil hinn minn interventi individwali fil-bini jew fil-mezzi ta’ trasport. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-muniċipalitajiet u lil korpi pubbliċi oħrajn sabiex jadottaw pjanijiet integrati u sostenibbli għall-effiċjenza enerġetika b’għanijiet ċari, sabiex jinvolvu liċ-ċittadini fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tagħhom u sabiex jinformawhom b’mod adegwat dwar il-kontenut u l-progress tagħhom biex jintlaħqu l-għanijiet. Dawn il-pjanijiet jistgħu jipproduċu ffrankar konsiderevoli ta’ enerġija, speċjalment jekk jiġu implimentati permezz ta’ sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija li jippermettu li l-korpi pubbliċi kkonċernati jiġġestixxu aħjar il-konsum tal-enerġija tagħhom. L-iskambju tal-esperjenzi bejn il-bliet u korpi pubbliċi oħrajn għandu jkun inkoraġġit b’relazzjoni għal esperjenzi iktar innovattivi.

(17) Fir-rigward tax-xiri ta’ ċerti prodotti u servizzi u fir-rigward tax-xiri u l-kiri tal-bini, il-korpi pubbliċi li jikkonkludu kuntratti ta’ xogħlijiet pubbliċi, ta’ provvista jew ta’ servizz għandhom imexxu bl-eżempju u jieħdu deċiżjonijiet ta’ xiri effiċjenti fl-enerġija. Id-dispożizzjonijiet tad-direttivi tal-UE dwar l-akkwist pubbliku madankollu ma għandhomx ikunu affettwati.

(18) Valutazzjoni tal-possibbiltà li tkun stabbilita skema ta’ “ċertifikati bojod” fuq il-livell tal-Unjoni wriet li, fis-sitwazzjoni kurrenti, sistema ta’ din ix-xorta toħloq spejjeż amministrattivi eċċessivi u li hemm riskju li l-iffrankar tal-enerġija jkun ikkonċentrat f’għadd ta’ Stati Membri u ma jiġix introdott fl-Unjoni kollha. L-għan tal-aħħar jista’ jintlaħaq aħjar, għall-inqas f’dan l-istadju, permezz ta’ skemi nazzjonali ta’ obbligi ta’ effiċjenza enerġetika, jew miżuri alternattivi oħra li jilħqu l-istess ammont ta' ffrankar ta' enerġija. Il-Kummissjoni, madankollu, għandha tiddefinixxi, b’att iddelegat, il-kundizzjonijiet li fihom Stat Membru fil-ġejjieni jista' jirrikonoxxi l-iffrankar tal-enerġija miksub fi Stat Membru ieħor. Huwa xieraq għal-livell ta’ ambizzjoni ta’ skemi ta’ din ix-xorta li dawn ikunu stabbiliti f’qafas komuni fuq il-livell tal-Unjoni filwaqt li tkun ipprovduta flessibbiltà sinifikanti lill-Istati Membri sabiex tkun ikkunsidrata b'mod sħiħ l-organizzazzjoni nazzjonali tal-atturi tas-suq, il-kuntest speċifiku tas-settur tal-enerġija u d-drawwiet tal-klijenti finali. Il-qafas komuni għandu jagħti lill-utilitajiet tal-enerġija l-għażla li s-servizzi ta’ enerġija jiġu offruti lill-klijenti aħħarin kollha, mhux biss lil dawk li huma jbigħulhom l-enerġija. Dan iżid il-kompetizzjoni fis-suq tal-enerġija għaliex l-utilitajiet tal-enerġija jistgħu jiddifferenzjaw il-prodott tagħhom billi jipprovdu servizzi ta’ enerġija komplementari. Il-qafas komuni għandu jippermetti wkoll li l-Istati Membri, jinkludu fl-iskema nazzjonali tagħhom, rekwiżiti li jkollhom għan soċjali, b’mod partikolari sabiex ikun żgurat li l-klijenti vulnerabbli jkollhom aċċess għall-benefiċċji ta’ effiċjenza enerġetika ogħla. Il-qafas għandu jippermetti wkoll lill-Istati Membri biex jeżentaw kumpaniji żgħar mill-obbligu tal-effiċjenza enerġetika. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Att dwar in-Negozji ż-Żgħar"[28], tistabbilixxi prinċipji li għandhom ikunu kkunsidrati mill-Istati Membri li jiddeċiedu li jastjenu milli japplikaw din il-possibbiltà.

(19) Sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal ta’ ffrankar tal-enerġija f’ċerti segmenti tas-suq fejn l-awditi tal-enerġija ġeneralment ma jiġux offruti b’mod kummerċjali (bħad-djar jew l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awditi tal-enerġija jkunu disponibbli. L-awditi tal-enerġija għandhom ikunu obbligatorji u regolari għall-intrapriżi l-kbar, peress li l-iffrankar tal-enerġija jista’ jkun sinifikanti.

(20) Dawn l-awditi għandhom jitwettqu b'mod indipendenti u kosteffikaċi. Ir-rekwiżit tal-indipendenza jippermetti li l-awditi jsiru minn esperti interni, sakemm dawn ikunu kkwalifikati jew akkreditati, li mhumiex involuti direttament fl-attività li qed tiġi awditjata, u li l-Istati Membri jkunu stabbilixxew skema biex jiżguraw u jivverifikaw il-kwalità tagħhom u jimpomu sanzjonijiet fejn meħtieġ.

(21) Meta jitfasslu miżuri għal titjib tal-effiċjenza enerġetika, għandhom ikunu kkunsidrati ż-żidiet fl-effiċjenza u l-iffrankar miksuba permezz ta’ applikazzjoni mifruxa ta’ innovazzjonijiet teknoloġiċi kosteffettivi bħall-miters intelliġenti. Sabiex ikunu massimizzati l-benefiċċji tal-iffrankar ta’ dawn l-innovazzjonijiet, il-klijenti aħħarin għandhom ikunu jistgħu jivviżwalizzaw l-indikaturi tal-ispejjeż u tal-konsum u jkollhom kontijiet individwali regolari bbażati fuq il-konsum effettiv.

(22) Meta jfasslu miżuri għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika, l-Istati Membri għandhom iqisu l-ħtieġa li jiżguraw il-funzjonament korrett tas-suq intern u l-implimentazzjoni koerenti tal-acquis, skont id-dispożizzjonijiet fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(23) Koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja (CHP) kif ukoll ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali għandha potenzjal sinifikanti biex tiffranka l-enerġija primarja li fil-parti l-kbira mhuwiex sfruttat fl-Unjoni. L-Istati Membri għandhom ifasslu pjanijiet nazzjonali sabiex jiżviluppaw CHP kif ukoll tisħin u tkessiħ distrettwali b’effiċjenza għolja. Dawn il-pjanijiet għandhom ikopru perjodu twil biżżejjed sabiex l-investituri jkunu pprovduti b’informazzjoni dwar il-pjanijiet ta’ żvilupp nazzjonali u jingħata kontribut sabiex jissawwar ambjent għal investimenti stabbli u ta' appoġġ. L-installazzjonijiet il-ġodda tal-ġenerazzjoni tal-elettriku u l-installazzjonijiet eżistenti li huma sostanzjalment rinnovati jew li l-permess jew il-liċenzja tagħhom ġew aġġornati, għandhom ikunu mgħammra b’unitajiet ta’ CHP b’effiċjenza għolja sabiex tiġi rkuprata s-sħana mormija li ġejja mill-produzzjoni tal-elettriku. Din is-sħana mormija mbagħad tista’ tiġi ttrasportata fejn tkun meħtieġa permezz ta’ netwerks ta’ tisħin distrettwali. Għal dan l-għan, l-Istati Membri għandhom jadaottaw kriterji ta' awtorizzazzjoni biex jiżguraw il-lokalizzazzjoni ta' installazzjonijiet f'siti qrib il-punti ta' domanda għas-sħana. Madankollu, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet għall-eżenzjoni minn dawn l-obbligi fejn jiġu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet.

(24) Il-koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja għandha tkun iddefinita permezz tal-iffrankar tal-enerġija miksub minn produzzjoni kkombinata minflok minn produzzjoni separata ta’ sħana u ta’ elettriku. Id-definizzjonijiet ta’ koġenerazzjoni u ta’ koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja użati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ma għandhomx jippreġudikaw l-użu ta’ definizzjonijiet differenti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali għal finijiet oħrajn għajr dawk tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Sabiex ikun massimizzat l-iffrankar tal-enerġija u jkun evitat li jintilfu opportunitajiet għall-iffrankar tal-enerġija, l-ikbar attenzjoni għandha tingħata lill-kundizzjonijiet operativi tal-unitajiet ta’ koġenerazzjoni.

(25) Sabiex tiżdied it-trasparenza għall-klijent aħħari sabiex ikun jista’ jagħżel bejn elettriku minn koġenerazzjoni u elettriku prodott b’tekniki oħrajn, l-oriġini tal-koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja għandha tkun iggarantita fuq il-bażi ta’ valuri ta’ referenza għall-effiċjenza armonizzati. L-iskemi tal-garanziji tal-oriġini minnhom infushom ma jimplikawx dritt li wieħed jibbenefika minn mekkaniżmi ta’ appoġġ nazzjonali. Huwa importanti li l-forom kollha ta’ elettriku prodotti minn koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja jkunu jistgħu jiġu koperti b’garanziji tal-oriġini. Għandha ssir distinzjoni bejn garanziji tal-oriġini u ċertifikati li jistgħu jiġu skambjati.

(26) L-istruttura speċifika tas-setturi tal-koġenerazzjoni u tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali, li tinkludi bosta produtturi żgħar u ta’ daqs medju, għandha tkun ikkunsidrata speċjalment meta jiġu eżaminati l-proċeduri amministrattivi sabiex jinkiseb permess ħalli tinbena kapaċità ta’ koġenerazzjoni jew netwerks assoċjati, b’applikazzjoni tal-prinċipju “L-Ewwel Aħseb fiż-Żgħir”.

(27) Il-parti l-kbira tan-negozji tal-UE huma impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs). Huma jirrappreżentaw potenzjal enormi ta’ ffrankar tal-enerġija għall-UE. Sabiex ikunu mgħejjuna jadottaw miżuri għall-effiċjenza enerġetika, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas favorevoli bil-għan li l-SMEs ikunu pprovduti b’assistenza teknika u b’informazzjoni mmirata.

(28) Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali[29] (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) tinkludi l-effiċjenza fl-enerġija fost il-kriterji sabiex ikunu ddeterminati l-Aħjar Tekniki Disponibbli li għandhom iservu ta’ referenza sabiex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet tal-permessi għall-installazzjonijiet li jaqgħu fl-ambitu tagħha, inklużi l-installazzjonijiet ta’ kombustjoni b’input termali kklassifikat totali ta’ 50 MW jew iktar. Madankollu, dik id-Direttiva tagħti lill-Istati Membri l-għażla li ma jimponux rekwiżiti relatati mal-effiċjenza fl-enerġija fuq unitajiet ta’ kombustjoni jew unitajiet oħrajn li jemettu d-dijossidu tal-karbonju fis-sit, għall-attivitajiet elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità[30]. Sabiex ikun żgurat li jinkiseb titjib sinifikanti fl-effiċjenza enerġetika fl-installazzjonijiet ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana, il-livelli effettivi tal-effiċjenza enerġetika għandhom jiġu mmonitorjati u pparagunati mal-livelli rilevanti tal-effiċjenza enerġetika assoċjati mal-applikazzjoni tal-Aħjar Tekniki Disponibli. Il-Kummissjoni għandha tipparaguna l-livelli tal-effiċjenza enerġetika u tikkunsidra li tipproponi miżuri addizzjonali jekk jeżistu diskrepanzi sinifikanti bejn il-livelli effettivi tal-effiċjenza enerġetika u l-livelli assoċjati mal-applikazzjoni tal-Aħjar Tekniki Disponibbli. L-informazzjoni miġbura dwar il-valuri effettivi tal-effiċjenza enerġetika għandha tintuża wkoll sabiex ikunu eżaminati l-valuri armonizzati ta’ referenza għall-effiċjenza għal produzzjoni separata ta’ elettriċità [elettriku] u ta’ sħana stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni [2007/74/KE] tal-21 ta’ Diċembru 2006[31].

(29) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji, regoli li jikkontrollaw is-sostenn u l-kondiviżjoni tal-ispejjeż tal-konnessjonijiet mal-grilja u tat-tisħiħ tal-grilja kif ukoll għall-adattamenti tekniċi meħtieġa għall-integrazzjoni tal-produtturi l-ġodda tal-elettriku prodott minn koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja, b'kunsiderazzjoni għal-linji gwida u l-kodiċijiet żviluppati skont ir-Regolament (KE) [Nru] 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003[32] u r-Regolament (KE) [Nru] 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005[33]. Il-produtturi tal-elettriku ġġenerat minn koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja għandhom jitħallew joħorġu sejħa għall-offerti għax-xogħol tal-konnessjoni. L-aċċess għas-sistema tal-grilja għal elettriku prodott minn koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja, speċjalment għal unitajiet ta’ skala żgħira u ta’ mikrokoġenerazzjoni, għandu jkun iffaċilitat.

(30) Għandu jkun disponibbli għadd suffiċjenti ta’ professjonisti affidabbli li jkunu kompetenti fil-qasam tal-effiċjenza fl-enerġija sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni effettiva u f’waqtha ta’ din id-Direttiva, pereżempju fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti dwar l-awditi tal-enerġija u l-implimentazzjoni tal-iskemi tal-obbligi tal-effiċjenza enerġetika. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu skemi ta’ ċertifikazzjoni għall-fornituri tas-servizzi ta’ enerġija, għall-awditi tal-enerġija u għal miżuri oħrajn għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika.

(31) Jeħtieġ li jitkompla l-iżvilupp tas-suq għas-servizzi ta’ enerġija sabiex tkun żgurata d-disponibbiltà kemm tad-domanda kif ukoll tal-provvista tas-servizzi ta’ enerġija. It-trasparenza, pereżempju, permezz ta’ listi ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ enerġija, tista’ tikkontribwixxi għal dan. Il-kuntratti mudell u l-linji gwida, b’mod partikolari għall-kuntratti għall-prestazzjoni tal-enerġija, jistgħu wkoll jgħinu sabiex jingħata stimolu lid-domanda. L-istess bħal f’forom oħrajn ta’ arranġamenti ta’ finanzjament ma’ partijiet terzi, f’kuntratt għall-prestazzjoni tal-enerġija, il-benefiċjarju tas-servizz ta’ enerġija għandu jevita l-ispejjeż ta’ investiment billi juża parti mill-valur finanzjarju tal-iffrankar tal-enerġija biex iħallas lura l-investiment li tkun għamlet totalment jew parzjalment parti terza.

(32) Hemm ħtieġa li jiġu identifikati u mneħħija l-ostakli regolatorji u mhux regolatorji għall-użu tal-ikkuntrattar għall-prestazzjoni tal-enerġija u ta’ arranġamenti ta’ finanzjament ma’ partijiet terzi għall-iffrankar tal-enerġija oħrajn. Dawn jinkludu regoli u prattiki tal-kontabbiltà li ma jippermettux li l-investimenti kapitali u l-iffrankar finanzjarju annwali li jirriżulta minn miżuri għal titjib tal-effiċjenza enerġetika jkunu riflessi b’mod adegwat fil-kontabbiltà għall-perjodu ta’ żmien kollu tal-investiment. L-ostakli għar-rinnovazzjoni tal-istokk tal-bini eżistenti bbażati fuq qsim tal-inċentivi bejn l-atturi differenti kkonċernati, għandhom ukoll ikunu indirizzati fuq il-livell nazzjonali.

(33) L-Istati Membri u r-reġjuni għandhom ikunu inkoraġġiti jagħmlu użu sħiħ mill-Fondi Strutturali u mill-Fond ta’ Koeżjoni sabiex jagħtu lok għal investimenti f’miżuri għal titjib tal-effiċjenza enerġetika. L-investiment fl-effiċjenza enerġetika għandu l-potenzjal li jagħti kontribut għat-tkabbir ekonomiku, għall-impjiegi, għall-innovazzjoni u għat-tnaqqis tal-faqar tal-fjuwil fid-djar, u b’hekk għandu kontribut pożittiv għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. L-oqsma potenzjali għal finanzjament jinkludu l-miżuri għall-effiċjenza enerġetika fil-bini u fl-akkomodazzjoni pubbliċi, u li jkunu pprovduti ħiliet ġodda sabiex ikunu promossi l-impjiegi fis-settur tal-effiċjenza enerġetika.

(34) Fl-implimentazzjoni tal-mira ta' 20% effiċjenza fl-enerġija, il-Kummissjoni ser ikollha timmonitorja l-impatt tal-miżuri l-ġodda fuq id-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi d-direttiva tal-UE tal-iskambju tal-emissjonjiet (ETS) sabiex iżżomm l-inċentivi fis-sistema tal-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet li jippremjaw l-investimenti b'livelli ta' karbonju baxxi u tipprepara lis-setturi tal-ETS għall-innovazzjonijiet meħtieġa fil-futur.

(35) Id-Direttiva 2006/32/KE teżiġi li l-Istati Membri jadottaw u jkollhom l-għan li jilħqu mira indikattiva nazzjonali totali ta’ ffrankar tal-enerġija ta’ 9 % sal-2016, li għandha tintlaħaq billi jintużaw is-servizzi ta’ enerġija u miżuri oħrajn għal titjib tal-effiċjenza enerġetika. Dik id-Direttiva tgħid li t-tieni Pjan għall-Effiċjenza Enerġetika adottat mill-Istati Membri għandu jkun segwit, kif ikun xieraq u fejn ikun meħtieġ, minn proposti tal-Kummissjoni għal miżuri addizzjonali, inkluża l-estensjoni tal-perjodu ta’ applikazzjoni tal-miri. Jekk rapport jikkonkludi li ma sarx biżżejjed progress sabiex jintlaħqu l-miri indikattivi nazzjonali stabbiliti minn dik id-Direttiva, dawn il-proposti għandhom jindirizzaw il-livell u n-natura tal-miri. Il-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja lil din id-Direttiva tgħid li l-Istati Membri qegħdin fit-triq it-tajba sabiex jilħqu l-mira ta’ 9 %, li hija sostanzjalment inqas ambizzjuża mill-mira għall-iffrankar tal-enerġija ta’ 20 % sal-2020 li ġiet adottata sussegwentement, u għalhekk ma hemmx għalfejn jiġi indirizzat il-livell tal-miri.

(36) Għalkemm din id-Direttiva tirrevoka d-Direttiva 2006/32/KE, l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/32/KE għandu jkompli japplika sal-iskadenza sabiex tintlaħaq il-mira ta’ 9 %.

(37) Peress li l-għan ta’ din id-Direttiva, li huwa li sal-2020 tintlaħaq il-mira għall-effiċjenza enerġetika tal-Unjoni ta’ ffrankar tal-enerġija primarja ta’ 20 % u titwitta t-triq lejn iktar titjib fl-effiċjenza enerġetika lil hinn mill-2020, ma jidhirx li jista' realistikament jintlaħaq mill-Istati Membri mingħajr ma jieħdu miżuri addizzjonali ta’ effiċjenza enerġetika, u jista’ jintlaħaq aħjar fuq il-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif inhu stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif inhu stabbilit f’dak l-Artikolu, id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex tilħaq dak l-għan.

(38) Sabiex ikun jista’ jkun hemm adattament għall-progress tekniku u għall-bidliet fid-distribuzzjoni tas-sorsi tal-enerġija, is-setgħa li jkunu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni b’relazzjoni ma' ċerti kwistjonijiet. Se jkun ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet waqt il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fuq il-livell tal-esperti.

(39) Id-dispożizzjonijiet sostantivi kollha tad-Direttiva 2004/8/KE u tad-Direttiva 2006/32/KE, ħlief fir-rigward tal-Artikolu 4(1) sa (4) u l-Annessi I, III u IV tad-direttiva tal-aħħar, għandhom jiġu rrevokati immedjatament. L-Artikoli 9(1) u (2) tad-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar l-indikazzjoni permezz ta’ ttikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-enerġija[34], li jipprevedu obbligu għall-Istati Membri biss li jagħmlu ħilithom biex jakkwistaw prodotti li jkunu jappartjenu għall-ogħla klassi ta’ effiċjenza enerġetika, għandu jiġi rrevokat ukoll.

(40) L-obbligu li din id-Direttiva tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali għandu jkun limitat għal dawk id-dispożizzjonjiet li jirrappreżentaw bidla sostantiva meta pparagunati mad-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE. L-obbligu li jiġu trasposti d-dispożizzjonijiet li ma nbidlux jirriżulta taħt dawk id-Direttivi.

(41) Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u mal-applikazzjoni tad-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE.

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I Is-suġġett, l-ambitu, id-definizzjonijiet u l-miri għall-effiċjenza fl-enerġija

Artikolu 1 Is-suġġett u l-ambitu

1.           Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas komuni għall-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika fi ħdan l-Unjoni sabiex ikun żgurat li sal-2020 tintlaħaq il-mira tal-Unjoni għal iffrankar tal-enerġija primarja ta’ 20 % u sabiex titwitta t-triq għal iktar titjib fl-effiċjenza enerġetika lil hinn minn dik id-data.       

              Hija tistabbilixxi regoli mfassla sabiex ineħħu l-ostakli fis-suq tal-enerġija u sabiex jegħlbu n-nuqqasijiet tas-swieq li jimpedixxu l-effiċjenza fil-provvista u fl-użu tal-enerġija, u tipprovdi sabiex ikunu stabbiliti miri nazzjonali għall-effiċjenza enerġetika għall-2020.

2.           Ir-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva huma rekwiżiti minimi u ma għandhom jipprevjenu lill-ebda Stat Membru milli jżomm jew jintroduċi miżuri iktar stretti. Tali miżuri għandhom ikunu kompatibbli mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi miżuri iktar stretti għandha tkun innotifikata lill-Kummissjoni.

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.           'enerġija' tfisser il-forom kollha tal-prodotti tal-enerġija, kif iddefiniti fir-Regolament (KE) Nru 1099/2008[35];

2.           'konsum ta’ enerġija primarja' tfisser il-konsum intern gross, esklużi l-użi mhux tal-enerġija;

3.           'servizz tal-enerġija' tfisser il-benefiċċju fiżiku, l-utilità jew il-vantaġġ li jirriżulta minn kombinazzjoni ta’ enerġija ma’ teknoloġija jew azzjoni effiċjenti fl-użu tal-enerġija li tista’ tinkludi l-operazzjonijiet, il-manutenzjoni u l-kontroll meħtieġ biex jitwassal is-servizz, li jkun imwassal fuq il-bażi ta’ kuntratt u li f’ċirkustanzi normali wera li jwassal għal titjib fl-effiċjenza enerġetika u/jew għal iffrankar ta’ enerġija primarja li jista’ jiġi vverifikat u mkejjel jew stmat;

4.           'korpi pubbliċi' tfisser kull awtorità kontraenti, kif iddefinit fid-Direttiva 2004/18/KE;

5.           'sistema ta’ ġestjoni tal-enerġija' tfisser sett ta’ elementi interrelatati jew interattivi ta’ pjan li jistabbilixxi għan ta’ effiċjenza enerġetika u strateġija sabiex jintlaħaq dak il-għan;

6.           'partijiet obbligati' tfisser id-distributuri jew il-kumpanniji tal-bejgħ tal-enerġija fil-livell tal-konsum li huma marbuta bl-iskema nazzjonali ta’ obbligi tal-effiċjenza enerġetika msemmija fl-Artikolu 6;          

7.           'distributur tal-enerġija' tfisser persuna fiżika jew ġuridika, inkluż operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni li hija responsabbli għall-kunsinna tal-enerġija, bil-għan li titwassal lil konsumaturi aħħarin jew lil stazzjonijiet ta' distribuzzjoni li jbigħu l-enerġija lil konsumaturi aħħarin.

8.           'operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni' tfisser 'operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni' kif definit fid-Direttiva 2009/72/KE u d-Direttiva 2009/73/KE;

9.           “kumpanija tal-bejgħ tal-enerġija fil-livell tal-konsum” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tbigħ l-enerġija lil klijenti aħħarin;

10.         'klijent aħħari' tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tixtri l-enerġija għall-użu aħħari tagħha stess;

11.         'fornitur ta’ servizz tal-enerġija' tfisser persuna fiżika jew ġuridika li twassal servizzi ta’ enerġija jew miżuri oħrajn għal titjib tal-effiċjenza enerġetika f’faċilità jew f’bini ta’ klijent aħħari;

12.         'awditu tal-enerġija' tfisser proċedura sistematika sabiex jinkiseb għarfien adegwat tal-profil eżistenti tal-konsum tal-enerġija ta’ bini jew ta’ grupp ta’ bini, ta’ operazzjoni jew ta’ installazzjoni industrijali jew kummerċjali jew ta’ servizz privat jew pubbliku, li jidentifika u jikkwantifika opportunitajiet kosteffettivi għall-iffrankar tal-enerġija, u jirrapporta s-sejbiet;

13.         'kuntratt għall-prestazzjoni tal-enerġija' tfisser arranġament kuntrattwali bejn il-benefiċjarju u l-fornitur ta’ miżura għal titjib tal-effiċjenza enerġetika, fejn il-ħlas għall-investimenti li sar mill-fornitur ikun b’relazzjoni għal-livell ta’ titjib tal-effiċjenza enerġetika miftiehem kuntrattwalment jew għal kriterju ieħor miftiehem ta’ prestazzjoni tal-enerġija, bħal iffrankar finanzjarju;

14.         'operatur tas-sistema ta' trażmissjoni' tfisser 'operatur tas-sistema ta' trażmissjoni' kif definit fid-Direttiva 2009/72/KE[36] u d-Direttiva 2009/73/KE[37];

15.         'koġenerazzjoni' tfisser il-ġenerazzjoni simultanja fi proċess wieħed ta’ enerġija termali u ta’ enerġija elettrika jew mekkanika;

16.         'domanda ekonomikament ġustifikabbli' tfisser domanda li ma taqbiżx il-ħtiġijiet għas-sħana jew għat-tkessiħ u li kieku tiġi sodisfatta f’kundizzjonijiet tas-suq minn proċessi ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija għajr il-koġenerazzjoni;

17.         'sħana utli' tfisser sħana prodotta fi proċess ta’ koġenerazzjoni biex tissodisfa domanda ekonomikament ġustifikabbli għal tisħin jew għal tkessiħ;

18.         'elettriku minn koġenerazzjoni' tfisser elettriku ġġenerat fi proċess marbut mal-produzzjoni ta’ sħana utli u kkalkolat skont il-metodoloġija stabbilità fl-Anness I;

19.         'koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja' tfisser koġenerazzjoni li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Anness II;

20.         'effiċjenza kumplessiva' tfisser is-somma annwali tal-produzzjoni tal-elettriku u tal-enerġija mekkanika u tal-output ta’ sħana utli diviża bl-input ta’ fjuwil użat għas-sħana prodotta fi proċess ta’ koġenerazzjoni u bil-produzzjoni grossa tal-elettriku u tal-enerġija mekkanika;

21.         'proporzjon tal-enerġija għas-sħana' tfisser il-proporzjon bejn l-elettriku mill-koġenerazzjoni u s-sħana utli meta t-tagħmir jopera f’modalità ta’ koġenerazzjoni kompluta fejn tintuża d-dejta operattiva tal-unità speċifika;

22.         'unità ta’ koġenerazzjoni' tfisser unità li tista’ topera f’modalità ta’ koġenerazzjoni;

23.         'unità ta’ koġenerazzjoni ta’ skala żgħira' tfisser unità ta’ koġenerazzjoni b’ kapaċità installata taħt il-1 MWe;

24.         'unità ta’ mikrokoġenerazzjoni' tfisser unità ta’ koġenerazzjoni b’kapaċità massima taħt il-50 kWe;

25.         'proporzjon ta’ biċċa art' tfisser il-proporzjon bejn l-erja tal-art u l-erja tal-qiegħa tal-art għtall-bini f'territorju speċifikat;

26.         'tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti' tfisser sistema ta’ tisħin jew ta’ tkessiħ distrettwali li tuża mill-inqas 50 % ta’ sħana rinnovabbli, mormija jew koġenerata jew kombinazzjoni ta’ dawn, u li għandha fattur tal-enerġija primarja, kif imsemmi fid-Direttiva 2010/31/UE, ta’ mill-inqas 0.8;

27.         'rinnovazzjoni sostanzjal'” tfisser rinnovazzjoni li l-ispiża tagħha taqbeż il-50 % tal-kost tal-investiment għal unità paragunabbli ġdida skont id-Deċiżjoni 2007/74/KE jew li teżiġi l-aġġornament tal-permess mogħti taħt id-Direttiva 2010/75/UE.

Artikolu 3 Il-miri għall-effiċjenza enerġetika

1.           L-Istati Membri għandhom jiffissaw mira nazzjonali għall-effiċjenza enerġetika espressa bħala livell assolut ta’ konsum tal-enerġija primarja fl-2020. Meta jistabbilixxu dawn il-miri, huma għandhom jikkunsidraw il-mira tal-Unjoni għal iffrankar tal-enerġija ta’ 20 %, il-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva, il-miżuri adottati sabiex jintlaħqu l-miri nazzjonali għall-iffrankar tal-enerġija li ġew adottati skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/32/KE u miżuri oħrajn sabiex tkun promossa l-effiċjenza enerġetika fi ħdan l-Istati Membri u fuq il-livell tal-Unjoni.

2.           Sat-30 ta’ Ġunju 2014, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk huwiex probabbli li l-Unjoni se tilħaq il-mira tagħha għal iffrankar tal-enerġija primarja ta’ 20 % sal-2020, jiġifieri tnaqqis fil-konsum tal-enerġija primarja tal-UE ta’ 368 Mtoe fl-2020, filwaqt li tikkunsidra s-somma tal-miri nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 u l-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 19(4).

KAPITOLU II L-effiċjenza fl-użu tal-enerġija

Artikolu 4 Il-korpi pubbliċi

1.           Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7 tad-Direttiva 2010/31/UE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, mill-1 ta’ Jannar 2014, tiġi rrinovata kull sena 3 % mill-erja totali tal-art li tkun il-proprjetà tal-korpi pubbliċi tagħhom sabiex ikunu ssodisfati mill-inqas ir-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija stabbiliti mill-Istat Membru kkonċernat b’applikazzjoni tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/31/UE. Ir-rata ta’ 3 % għandha tkun ikkalkolata fuq l-erja totali tal-art tal-bini li jkollu erja totali ta' iktar minn 250 m2 ta' art utilizzabbli li tkun il-proprjetà tal-korpi pubbliċi tal-Istat Membru kkonċernat li, fl-1 ta’ Jannar ta’ kull sena, ma tissodisfax ir-rekwiżiti minimi nazzjonali tal-prestazzjoni tal-enerġija stabbiliti b’applikazzjoni tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/31/UE.

2.           L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-korpi pubbliċi tagħhom biex jgħoddu mar-rata annwali tar-rinnovazzjoni tagħhom l-eċċess tal-erja tal-art tal-bini rrinovat f'sena speċifika bħal li kieku minflok kienet rinnovata f'waħda mis-sentejn preċedenti jew fis-snin ta' qabel.

3.           Għall-finijiet tal-paragrafu 1, sal-1 ta’ Jannar 2014, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jagħmlu pubblikament disponibbli inventarju tal-bini li jkun proprjetà tal-korpi pubbliċi tagħhom fejn jindikaw:

(a)     l-erja tal-art f’ m2; u

(b)     il-prestazzjoni tal-enerġija ta’ kull bini.

4.           L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-korpi pubbliċi sabiex:

(a)     jadottaw pjan għall-effiċjenza enerġetika, awtonomu jew bħala parti minn pjan klimatiku jew ambjentali iktar ġenerali, li jinkludi għanijiet speċifiċi għall-iffrankar tal-enerġija, sabiex l-effiċjenza enerġetika tal-korp tittejjeb kontinwament;

(b)     jistabbilixxu sistema ta’ ġestjoni tal-enerġija bħala parti mill-implimentazzjoni tal-pjan tagħhom.

Artikolu 5 Ix-xiri mill-korpi pubbliċi

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi pubbliċi jixtru biss prodotti, servizzi u bini bi prestazzjoni għolja fl-effiċjenza enerġetika, kif imsemmi fl-Anness III.

Artikolu 6 L-iskemi tal-obbligi tal-effiċjenza enerġetika

1.           Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi skema waħda ta’ obbligi ta’ effiċjenza enerġetika. Din l-iskema għandha tiżgura jew li d-distributuri tal-enerġija kollha jew il-kumpanniji kollha tal-bejgħ tal-enerġija fil-livell tal-konsumatur li joperaw fit-territorju ta' Stat Membru kull sena jiffrankaw enerġija ekwivalenti għal 1.5 % tal-bejgħ tal-enerġija tagħhom, bil-volum, fis-sena preċedenti f'dak l-Istat Membru minbarra l-enerġija użata għat-trasport.   Dan l-ammont ta’ ffrankar tal-enerġija għandu jinkiseb mill-partijiet obbligati, fost il-klijenti finali fl-Istat Membru kkonċernat.   

2.           L-Istati Membri għandhom jesprimu l-ammont ta’ ffrankar tal-enerġija meħtieġ minn kull parti obbligata f’termini jew ta’ konsum tal-enerġija finali jew ta’ konsum tal-enerġija primarja. Il-metodu magħżul biex ikun espress l-ammont mitlub ta’ ffrankar tal-enerġija għandu jintuża wkoll sabiex ikun ikkalkolat l-iffrankar sostnut mill-partijiet obbligati. Għandhom japplikaw il-fatturi ta’ konverżjoni fl-Anness IV. 

3.           Il-miżuri li għandhom fil-mira tagħhom l-iffrankar tul perjodu qasir ta’ żmien, kif ġie ddefinit fl-Anness V(1), ma għandhomx jammontaw għal iktar minn 10 % tal-ammont ta’ ffrankar tal-enerġija mitlub minn kull parti obbligata u għandhom ikunu eliġibbli sabiex jgħoddu biss għall-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 jekk ikunu kkombinati ma’ miżuri li ġie attribwit lilhom iffrankar għal perjodu itwal ta’ żmien.

4.           L-Istati Membri għandhom     jiżguraw li l-iffrankar sostnut mill-partijiet obbligati jiġi kkalkolat skont l-Anness V(2). Huma għandhom jistabbilixxu sistemi ta’ kontroll, fejn mill-inqas jiġi vverifikat proporzjon statistikament sinifikanti tal-miżuri għal titjib tal-effiċjenza enerġetika stabbiliti mill-partijiet obbligati.

5.           Fi ħdan l-iskema ta’ obbligi ta’ effiċjenza enerġetika, l-Istati Membri jistgħu:

(a)     jinkludu rekwiżiti b’għan soċjali fl-obbligi ta’ ffrankar li jimponu huma, inkluż billi jeżiġu li proporzjon tal-miżuri jiġu implimentati fi djar affettwati mill-faqar fl-enerġija jew fl-akkomodazzjoni soċjali;

(b)     jippermettu lill-partijiet obbligati biex jgħoddu mal-obbligi tagħhom iffrankar iċċertifikat tal-enerġija li jkunu għamlu l-fornituri tas-servizzi tal-enerġija u partijiet terzi oħra; f’dan il-każ, huma għandhom jistabbilixxu proċess ta’ akkreditazzjoni li jkun ċar, trasparenti u miftuħ għall-atturi kollha tas-suq, u jkollu l-għan li jimminimizza l-ispejjeż taċ-ċertifikazzjoni;

(c)     jippermettu li l-partijiet obbligati jgħoddu l-iffrankar miksub f’sena partikolari bħallikieku inkiseb fi kwalunkwe waħda mis-sentejn preċedenti jew mis-sentejn sussegwenti.

6.           L-Istati Membri għandhom jippubblikaw l-iffrankar tal-enerġija li tkun għamlet kull parti obbligata u d-dejta dwar it-tendenza annwali tal-iffrankar tal-enerġija taħt l-iskema. Għall-finijiet tal-pubblikazzjoni u tal-verifika tal-iffrankar tal-enerġija li jkun sar, l-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-partijiet obbligati jressqu quddiemhom mill-inqas id-dejta li ġejja:

a)      l-iffrankar tal-enerġija li jkun sar;

b)      l-informazzjoni statistika aggregata dwar il-klijenti aħħarin tagħhom (fejn jiġu identifikati l-bidliet sinifikanti fl-informazzjoni li tkun tressqet qabel); u

c)      l-informazzjoni kurrenti dwar il-konsum tal-klijenti aħħarin, inkluż, fejn dan ikun applikabbli, il-profili tat-tagħbijiet (load profiles), is-segmentazzjoni tal-klijenti u l-lokalità ġeografika tal-klijenti, filwaqt li jiġu ppreservati l-integrità u l-kunfidenzjalità ta’ dejta privata jew kummerċjalment sensittiva, f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni Ewropea.

7.           L-Istati Membri għandhom jiżguraw irwieħhom li l-atturi tas-suq joqogħdu lura minn kwalunkwe attività li tista’ timpedixxi d-domanda għal u t-twassil tas-servizzi ta’ enerġija, jew miżuri oħrajn għal titjib tal-effiċjenza fl-enerġija, jew li tfixkel l-iżvilupp tas-swieq għal servizzi ta’ enerġija jew miżuri oħrajn għal titjib tal-effiċjenza fl-enerġija, inkluż l-għeluq tas-suq għall-kompetituri jew l-abbuż minn pożizzjonijiet dominanti.

8.           L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lil distributuri żgħar tal-enerġija u kumpaniji tal-bejgħ tal-enerġija fil-livell tal-konsum, speċjalment dawk li jiddistribwixxu jew ibigħu inqas mill-ekwivalent ta' 75 GWh ta' enerġija kull sena, li jħaddmu inqas minn 10 persuni jew li għandhom fatturat it-total tal-karta tal-bilanċ annwali li ma jkunx iktar minn EUR 2 000 000, mill-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu. L-enerġija prodotta għall-użu proprju ma għandhiex tingħadd f'dawn il-limiti.

9.           Bħala alternattiva għall-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jieħdu miżuri oħra biex jiksbu l-iffrankar fl-enerġija fost il-konsumaturi aħħarija. L-ammont annwali milħuq f'iffrankar ta' enerġija permezz ta' dan l-approċċ għandu jkun ekwivalenti għall-ammont ta' ffrankar ta' enerġija meħtieġ fil-paragrafu 1.

Stati Membri li jagħżlu din l-alternattiva għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2013, dwar il-miżuri alternattivi li qed jippjanaw li jadottaw, fosthom ir-regoli tal-penalitajiet imsemmija fl-Artikolu 9, u juru kif ser jilħqu l-ammonti meħtieġa ta' ffrankar. Il-Kummissjoni tista' tirrifjuta dawn il-miżuri jew tissuġġerixxi modifiki fit-3 xhur wara n-notifika. F'dawn il-każijiet, l-approċċi alternattivi ma għandhomx jiġu japplikati mill-Istati Membri konċernati sakemm il-Kummissjoni ma taċċettax b'mod espliċitu l-abbozz tal-miżuri mressaq mill-ġdid jew immodifikat.

10          Jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ att iddelegat skont l-Artikolu 18, sistema ta’ rikonoxximent reċiproku tal-iffrankar tal-enerġija miksub skont l-iskemi nazzjonali tal-obbligi tal-effiċjenza enerġetika. Din is-sistema għandha tippermetti li l-partijiet obbligati jgħoddu l-iffrankar tal-enerġija li jkunu għamlu u li jkun iċċertifikat fi Stat Membru partikolari mal-obbligi tagħhom fi Stat Membru ieħor.

Artikolu 7 L-awditi tal-enerġija u s-sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija

1.           L-Istati Membri għandhom jippromwovu d-disponibbiltà għall-klijenti aħħarin kollha ta’ awditi tal-enerġija li jkunu affordjabbli u mwettqa b’mod indipendenti minn esperti kkwalifikati jew akkreditati.

L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw programmi sabiex jinkoraġġixxu lill-familji u lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju sabiex jagħmlu awditi tal-enerġija.

L-Istati Membri għandhom jiġbdu l-attenzjoni tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju għal eżempji konkreti ta’ kif is-sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija jistgħu jgħinu lin-negozju tagħhom.

2.           L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi li mhumiex inklużi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, ikunu suġġetti għal awditu tal-enerġija li jsir b’mod indipendenti u kosteffettiv minn esperti kkwalifikati jew akkreditati mhux iktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2014 u kull tliet snin mid-data tal-verifika tal-enerġija preċedenti.

3.           L-awditi tal-enerġija li jitwettqu b'mod indipendenti jirriżultaw minn sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija jew li jiġu implimentati taħt ftehimiet volontarji konklużi bejn organizzazzjonijiet ta’ partijiet interessati u korp maħtur u ssuperviżjonat mill-Istat Membru kkonċernat jew mill-Kummissjoni, għandhom jiġu kkunsidrati bħala li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 2.

4.           L-awditi tal-enerġija jistgħu jkunu awtonomi jew ikunu parti minn awditu ambjentali iktar wiesa'.

Artikolu 8 Il-kejl bil-miters u l-kontijiet informattivi

1.           L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti aħħarin tal-elettriku, tal-gass naturali, tat-tisħin jew tat-tkessiħ distrettwali u tal-ilma sħun domestiku fornut mid-distrett ikunu pprovduti b’miters individwali li jkejlu b’mod preċiż u li jippermettu li l-konsum tal-enerġija effettiv tagħom ikun disponibbli filwaqt li jipprovdu informazzjoni dwar il-ħin effettiv tal-użu, skont l-Anness VI.

Meta l-Istati Membri jintroduċu l-miters intelliġenti kif previst mid-Direttivi 2009/72/KE u 2009/73/KE dwar is-swieq tal-elettriku u tal-gass, huma għandhom jiżguraw li l-għanijiet tal-effiċjenza enerġetika u tal-benefiċċji tal-klijenti aħħarin ikunu kkunsidrati b'mod sħiħ meta jiġu stabbiliti l-funzjonalitajiet minimi tal-miters u l-obbligi imposti fuq il-parteċipanti tas-swieq.

Fil-każ tal-elettriku u wara li ssir talba mill-klijent aħħari, l-operaturi tal-miters għandhom jiżguraw li l-miter ikun jista’ jagħti rendikont tal-elettriku li ġie prodott fil-bini tal-klijent aħħari u li ġie esportat lejn il-grilja. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jekk il-klijenti aħħarin jagħmlu talba, id-dejta tal-miters dwar il-produzzjoni u/jew il-konsum tagħhom f’ħin reali titqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ parti terza li tkun qed taġixxi f’isem il-klijent aħħari.

Fil-każ tat-tisħin u tat-tkessiħ, fejn bini jkun fornut minn netwerk ta’ tisħin distrettwali, il-miter tas-sħana għandu jkun installat fl-entratura tal-bini. F’bini b’għadd ta’ appartamenti, għandhom jiġu installati wkoll miters għall-konsum individwali tas-sħana sabiex ikejlu l-konsum tas-sħana jew tat-tkessiħ ta' kull appartament. Fejn l-użu tal-miters għall-konsum individwali tas-sħana ma jkunx teknikament fattibbli, għandhom jintużaw allokaturi individwali tal-kost għas-sħana għall-kejl tal-konsum tas-sħana f’kull radjatur skont l-ispeċifikazzjonijiet inklużi fl-Anness VI (1.2).

L-Istati Membri għandhom jintroduċu regoli dwar l-allokazzjoni tal-ispejjeż tal-konsum tas-sħana f’bini b’għadd ta’ appartamenti fornut bi sħana ċentralizzata jew bi tkessiħ ċentralizzat. Tali regoli għandhom jinkludu linji gwida dwar il-fatturi ta’ korrezzjoni sabiex ikunu riflessi karatteristiċi tal-bini bħat-trasferimenti tas-sħana bejn l-appartamenti.

2.           Minbarra l-obbligi li jirriżultaw mid-Direttiva 2009/72/KE u mid-Direttiva 2009/73/KE fir-rigward tal-kontijiet, l-Istati Membri għandhom jiżguraw, mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2015 li l-kontijiet ikunu preċiżi u bbażati fuq il-konsum reali, għas-setturi kollha koperti minn din id-Direttiva, inklużi d-distributuri tal-enerġija, l-operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni u l-kumpaniji tal-bejgħ tal-enerġija fil-livell tal-konsumatur, skont il-frekwenza minima stabbilita fl-Anness VI(2.1). Informazzjoni adattata għandha tkun disponibbli mal-kont biex il-konsumatur aħħari ikun ipprovdut b'kont komprensiv tal-kosti kurrenti tal-enerġija, f'konformità mal-Anness VI(2.2).

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti aħħarin kollha jiġu offruti għażla jew għal kont elettroniku jew għal kont stampat u l-possibbiltà ta’ aċċess faċli għal informazzjoni komplementari li tippermetti awtokontrolli dettaljati dwar il-konsum storiku kif inhu stabbilit fl-Anness VI(1.1).

L-Istati Membri għandhom jeżiġu li jekk tintalab mill-klijenti aħħarin, l-informazzjoni dwar il-kontijiet tal-enerġija u dwar il-konsum storiku tagħhom għandha tkun disponibbli għall-fornitur tas-servizzi tal-enerġija magħżul mill-klijent aħħari.

3.           L-informazzjoni mill-kejl bil-miters u mill-kontijiet tal-konsum individwali tal-enerġija kif ukoll informazzjoni oħra msemmija fil-paragrafi 1, 2, 3 u fl-Anness VI, għandha tkun ipprovduta lill-klijenti aħħarin mingħajr ħlas.

Artikolu 9 Il-penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont l-Artikoli 6 sa 8 u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali pprovduti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni mhux iktar tard minn [12-il xahar wara l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva] u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffetwahom.

KAPITOLU III L-effiċjenza fil-provvista tal-enerġija

Artikolu 10 Il-promozzjoni tal-effiċjenza fit-tisħin u fit-tkessiħ

1.           Sal-1 ta’ Jannar 2014, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pjan nazzjonali għat-tisħin u għat-tkessiħ u jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwaru sabiex ikun żviluppat il-potenzjal għall-applikazzjoni ta’ koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja u għal tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti, li jkun fih l-informazzjoni stabbilita fl-Anness VII. Il-pjanijiet għandhom jiġu aġġornati u nnotifikati lill-Kummissjoni kull ħames snin. L-Istati Membri għandhom jiżguraw permezz tal-qafas regolatorju tagħhom li l-pjanijiet nazzjonali għat-tisħin u t-tkessiħ ikunu kkunsidrati fil-pjanijiet ta’ żvilupp lokali u reġjonali, inklużi l-pjanijiet għall-ispazju urban u rurali, u jkunu jissodisfaw il-kriterji ta’ disinn fl-Anness VII.

2.           L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżviluppaw infrastruttura għal tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti ħalli jkunu akkomodati l-iżvilupp ta’ koġenerazzjoni b’effiċjenza għola u l-użu ta’ tisħin u ta’ tkessiħ minn sħana mormija u minn sorsi rinnovabbli tal-enerġija skont il-paragrafi 1, 3, 6 u 7. Meta jiżviluppaw it-tisħin u t-tkessiħ distrettwali, sa fejn ikun possibbli, huma għandhom jagħżlu koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja iktar milli ġenerazzjoni ta’ sħana biss.

3.           L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-installazzjonijiet il-ġodda kollha ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku termali b’input termali totali li jaqbeż l-20 MW:

a)      huma pprovduti b’tagħmir li jippermetti l-irkupru tas-sħana mormija permezz ta’ unità ta’ koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja; u

b)      ikunu jinsabu f’post fejn is-sħana mormija tista’ tintuża minn punti ta’ domanda għas-sħana.

L-Istati Membri għandhom jadottaw kriterji ta' awtorizzazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2009/72/KE, jew kriterji ta' permess ekwivalenti, biex jiżguraw li jkunu ssodisfati d-dispożizzjonijiet tal-ewwel subparagrafu. B'mod partikolari għandhom jiżguraw li l-lokalità ta' installazzjonijiet ġodda tikkunsidra d-disponibbiltà ta' tagħbijiet ta' sħana adattati għall-koġenerazzjoni skont l-Anness VIII.

4.           L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet għal eżenzjoni mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3 meta:

a)      il-kundizzjonijiet ta’ limitu relatati mad-disponibbiltà tat-tagħbija tas-sħana stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness VIII ma jiġux sodisfatti;

b)      ir-rekwiżit fil-punt (b) tal-paragrafu 3 relatat mal-post fejn tkun tinsab l-installazzjoni ma jkunx jista’ jiġi sodisfatt minħabba l-ħtieġa li installazzjoni tiġi lokalizzata qrib sit ta’ ħżin li għandu permess ġeoloġiku skont id-Direttiva 2009/31/KE; jew

c)      analiżi tar-relazzjoni bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji turi li l-ispejjeż huma ikbar mill-benefiċċji meta ppargunati mal-ispejjeż kollha taċ-ċiklu tal-ħajja, inkluż l-investiment fl-infrastruttura, biex jiġi pprovdut l-istess ammont ta’ elettriku u ta’ sħana b’tisħin jew bi tkessiħ separat.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw tali kundizzjonijiet għal eżenzjoni lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014. Il-Kummissjoni tista’ tirrifjuta dawk il-kundizzjonijiet jew tagħmel suġġerimenti għal modifiki fis-sitt (6) xhur ta’ wara n-notifika. F'dan il-każ, il-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni ma għandhomx ikunu applikati mill-Istat Membru kkonċernat sakemm il-Kummissjoni espressament taċċetta l-kundizzjonijiet li jkunu reġgħu tressqu jew immodifikati.

5.           L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regolamenti nazzjonali dwar l-ippjanar tal-ispazju urban u rurali jkunu adattati għall-kriterji ta’ awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 u jkunu konformi mal-pjanijiet nazzjonali tagħhom għat-tisħin u għat-tkessiħ msemmija fil-paragrafu 1.

6.           L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, kull meta installazzjoni eżistenti ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku b’input termali totali kklassifikat li jaqbeż l-20 MW tiġi rinnovata b’mod sostanzjali jew meta, skont l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2010/75/KE, il-permess tagħha jiġi aġġornat, il-konverżjoni biex ikun permess li taħdem bħala installazzjoni ta’ koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja tkun iffissata bħala kundizzjoni fil-permess jew fil-liċenzja ġodda jew aġġornati, sakemm l-installazzjoni tkun tinsab f’post fejn is-sħana mormija tkun tista’ tintuża mill-punti ta’ domanda għas-sħana skont il-punt 1 tal-Anness VIII.

It-tagħmir tal-installazzjonijiet ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku b’faċilitajiet għall-ġbir jew għall-ħżin tal-karbonju ma għandux jiġi kkunsidrat bħala rinnovazzjoni għall-finijiet ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

7.           L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet għal eżenzjoni mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6 meta:

a)      il-kundizzjonijiet ta’ limitu relatati mad-disponibbiltà tat-tagħbija tas-sħana stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness VIII ma jiġux sodisfatti; jew

b)      analiżi tar-relazzjoni bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji turi li l-ispejjeż huma ikbar mill-benefiċċji meta ppargunati mal-ispejjeż kollha taċ-ċiklu tal-ħajja, inkluż l-investiment fl-infrastruttura, biex jiġi pprovdut l-istess ammont ta’ elettriku u ta’ sħana b’tisħin jew bi tkessiħ separat.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw tali kundizzjonijiet għal eżenzjoni lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014. Il-Kummissjoni tista’ tirrifjuta dawk il-kundizzjonijiet jew tagħmel suġġerimenti għal modifiki fis-sitt (6) xhur ta’ wara n-notifika. F'dawn il-każijiet, il-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni ma għandhomx ikunu applikati mill-Istat Membru kkonċernat sakemm il-Kummissjoni espressament taċċetta l-kundizzjonijiet li jkunu reġgħu tressqu jew immodifikati.

8.           L-Istati Membri għandhom jadottaw kriterji ta’ awtorizzazzjoni jew kriterji ta’ permess ekwivalenti sabiex jiżguraw irwieħhom li l-installazzjonijiet industrijali b’input termali totali li jaqbeż l-20 MW li jiġġeneraw sħana mormija li jinbnew jew jiġu sostanzjalment rinnovati wara [id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] jiġbru u jagħmlu użu mis-sħana mormija tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi li jiżguraw il-konnessjoni ta’ dawn l-installazzjonijiet man-netwerks ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali. Huma jistgħu jeżiġu li dawn l-installazzjonijiet jġarrbu t-tariffi tal-konnessjoni u l-kost biex jiġu żviluppati n-netwerks ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali meħtieġa sabiex is-sħana mormija tagħhom tiġi ttrasportata lill-konsumaturi.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet għal eżenzjoni mid-dispożizzjonijiet fl-ewwel subparagrafu meta:

a)      il-kundizzjonijiet ta’ limitu relatati mad-disponibbiltà tat-tagħbija tas-sħana stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness VIII ma jiġux sodisfatti; jew

b)      analiżi tar-relazzjoni bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji turi li l-ispejjeż huma ikbar mill-benefiċċji meta ppargunati mal-ispejjeż kollha taċ-ċiklu tal-ħajja, inkluż l-investiment fl-infrastruttura, biex jiġi pprovdut l-istess ammont ta’ sħana b’tisħin jew bi tkessiħ separat.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw tali kundizzjonijiet għal eżenzjoni lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014. Il-Kummissjoni tista’ tirrifjuta dawk il-kundizzjonijiet jew tagħmel suġġerimenti għal modifiki fis-sitt (6) xhur ta’ wara n-notifika. F'dawn il-każijiet, il-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni ma għandhomx ikunu applikati mill-Istat Membru kkonċernat sakemm il-Kummissjoni espressament taċċetta l-kundizzjonijiet li jkunu reġgħu tressqu jew immodifikati.

9.           Sal-1 ta’ Jannar 2013, permezz ta’ att iddelegat skont l-Artikolu 18, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi metodoloġija għall-analiżi tar-relazzjoni bejn l-ispiża u l-benefiċċju msemmija fil-paragrafi 4(c), 7(b) u 8(b).

10.         Fuq il-bażi tal-valuri ta’ referenza armonizzati għall-effiċjenza msemmija fl-Anness II (f), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-oriġini tal-elettriku prodott minn koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja tista’ tiġi ggarantita skont kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji stabbiliti minn kull Stat Membru. Huma għandhom jiżguraw li din il-garanzija tal-oriġini tkun konformi mar-rekwiżiti u tkun tinkludi mill-inqas l-informazzjoni speċifikata fl-Anness IX.

L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu b’mod reċiproku l-garanziji tal-oriġini tagħhom, esklużivament bħala prova tal-informazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu. Kwalunkwe rifjut biex tiġi rikonoxxuta garanzija tal-oriġini bħala prova ta’ din ix-xorta, b’mod partikolari għal raġunijiet relatati mal-prevenzjoni ta’ frodi, trid tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’tali rifjut u bil-ġustifikazzjoni għalih. Fil-każ ta’ rifjut biex tiġi rikonoxxuta garanzija tal-oriġini, il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni sabiex iġġiegħel lill-parti li qed tirrifjuta li tirrikonoxxiha biex tagħmel dan, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji li fuqhom ikun ibbażat tali rikonoxximent.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex teżamina, għall-ewwel darba sal-1 ta’ Jannar 2015, u sussegwentement kull għaxar snin, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 18, il-valuri ta’ referenza armonizzati għall-effiċjenza stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni [in-numru tad-Deċiżjoni] fuq il-bażi tad-Direttiva 2004/8/KE.

11.         L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe appoġġ disponibbli għall-koġenerazzjoni ikun suġġett għall-fatt illi l-elettriku prodott ikun oriġina minn koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja u li s-sħana mormija tintuża effettivament sabiex jinkiseb iffrankar tal-enerġija primarja. Huma ma għandhomx jiddifferenzjaw bejn l-elettriku kkonsmat fis-sit u l-elettriku esporatat lejn il-grilja. L-appoġġ pubbliku għall-koġenerazzjoni u għall-ġenerazzjoni u għan-netwerks ta’ tisħin distrettwali huwa suġġett għar-regoli dwar l-għajnuna mill-istat, fejn dan ikun applikabbli.

Artikolu 11 It-trasformazzjoni tal-enerġija

L-Istati Membri għandhom jippreparaw inventarju tad-dejta, skont l-Anness X, għall-installazzjonijiet kollha li jwettqu l-kombustjoni tal-fjuwils b’input termali totali kklassifikat ta’ 50 MW jew iktar u għall-installazzjonijiet li jwettqu r-raffinar taż-żejt minerali u tal-gass fit-territorju tagħhom. Dan għandu jiġi aġġornat kull tliet snin. Id-dejta annwali speċifika għall-installazzjoni inkluża f’dawn l-inventarji għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, meta din tintalab. L-Istati Membri għandhom jinkludu sommarju mhux kunfidenzjali li jinkludi informazzjoni aggregata tal-inventarji fir-rapporti msemmija fl-Artikolu 19(2).

Artikolu 12 It-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija

1.           L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-enerġija jikkunsidraw debitament l-effiċjenza enerġetika fid-deċiżjonijiet tagħhom dwar it-tħaddim tal-infrastruttura tal-gass u tal-elettriku. B’mod partikolari, huma għandhom jiżguraw li t-tariffi u r-regolamenti tan-netwerks jipprovdu inċentivi għall-operaturi tal-grilja sabiex joffru servizzi tas-sistema lill-utenti tan-netwerk li permezz tagħhom ikunu jistgħu jimplimentaw miżuri għal titjib tal-effiċjenza enerġetika fil-kuntest tal-użu kontinwu tal-grilji intelliġenti.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regolamentazzjoni dwar in-netwerks u t-tariffi tan-netwerks, iffissati jew approvati mill-awtoritajiet regolatorji tal-enerġija, jissodisfaw il-kriterji fl-Anness XI, b'kunsiderazzjoni għal-linji gwida u l-kodiċijiet żviluppati skont ir-Regolament Nru 714/2009 u r-Regolament Nru 715/2009.

2.           Sat-30 ta’ Ġunju 2013, l-Istati Membri għandhom jadottaw pjanijiet:

a)      li jivvalutaw il-potenzjali tal-effiċjenza enerġetika tal-infrastruttura tal-gass, tal-elettriku u tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward tat-trażmissjoni, tad-distribuzzjoni, tal-ġestjoni tat-tagħbiji u tal-interoperabbiltà, kif ukoll tal-konnessjoni mal-installazzjonijiet ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija;

b)      li jidentifikaw miżuri u investimenti konkreti għall-introduzzjoni ta’ titjib kosteffettiv tal-effiċjenza enerġetika fl-infrastruttura tan-netwerks, bi skeda ta' żmien dettaljata għall-introduzzjoni tagħhom.

3.           L-Istati Membri jistgħu jippermettu komponenti ta’ skemi u ta’ strutturi tariffarji b’għan soċjali għat-trażmissjoni u għad-distribuzzjoni tal-enerġija destinata għan-netwerk, sakemm kwalunkwe effett ta’ tfixkil fuq is-sistema ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni jinżamm fuq il-livell minimu meħtieġ u ma jkunx sproporzjonat għall-għan soċjali.

4.           L-Istati Membri għandhom jiżguraw it-tneħħija ta’ dawk l-inċentivi fit-tariffi ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni li jżidu l-volum tal-enerġija distribwita jew trażmessa mingħajr ħtieġa. F’dan ir-rigward, skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/72/KE u l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/73/KE, l-Istati Membri jistgħu jimponu obbligi ta’ servizz pubbliku relatati mal-effiċjenza fl-enerġija fuq l-impriżi li jaħdmu fis-setturi tal-elettriku u tal-gass.

5.           L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, bla ħsara għar-rekwiżiti relatati maż-żamma tal-affidabbiltà u tas-sikurezza tal-grilja, fuq il-bażi ta’ kriterji trasparenti u mhux diskriminatorji ddefiniti mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni u l-operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni fit-territorju tagħhom:

a)      jiggarantixxu t-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku minn koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja;

b)      jipprovdu aċċess prijoritarju jew iggarantit għall-grilja tal-elettriku minn koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja;

c)      meta jirrilaxxaw l-elettriku, l-installazzjonijiet ta’ ġenerazzjoni jipprovdu rilaxx prijoritarju tal-elettriku minn koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja.        

              Minbarra l-obbligi stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni u l-operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness XII.

L-Istati Membri jistgħu jiffaċilitaw, b’mod partikolari, il-konnessjoni mas-sistema tal-grilja tal-elettriku prodott minn koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja minn unitajiet ta’ koġenerazzjoni ta’ skala żgħira u ta’ mikroġenerazzjoni.

6.           L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi xierqa sabiex jiżguraw li l-operaturi ta’ koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja jistgħu joffru servizzi ta’ bbilanċjar u servizzi operattivi oħrajn fuq il-livell tal-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni jew tal-operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni fejn dan ikun konsistenti mal-modalità ta’ tħaddim tal-installazzjoni ta’ koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja. L-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni u l-operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni għandhom jiżguraw li tali servizzi jkunu parti minn proċess tat-tfigħ tal-offerti għas-servizzi li jkun trasparenti u miftuħ għal skrutinju.

Fejn ikunu xierqa, l-Istati Membri jistgħu jeżiġu li l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni u l-operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni jinkoraġġixxu li l-koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja titqiegħed f’post qrib iż-żoni ta’ domanda billi jnaqqsu t-tariffi tal-konnessjoni u tal-użu tas-sistema.

7.           L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-produtturi ta’ elettriku minn koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja li jixtiequ jkunu konnessi mal-grilja joħorġu sejħa għall-offerti għax-xogħol tal-konnessjoni.

KAPITOLU IV Id-dispożizzjonijiet orizzontali

Artikolu 13 Id-disponibbiltà tal-iskemi ta’ ċertifikazzjoni

1.           Sabiex jintlaħaq livell għoli ta’ kompetenza teknika, ta’ oġġettività u ta’ affidabbiltà, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sal-1 ta’ Jannar 2014, l-iskemi ta’ ċertifikazzjoni jew l-iskemi ta’ kwalifiki ekwivalenti jkunu disponibbli għall-fornituri ta’ servizzi tal-enerġija, għall-awditi tal-enerġija u għall-miżuri għal titjib tal-effiċjenza enerġetika, inkluż għall-installaturi tal-elementi tal-bini kif ġew iddefiniti fl-Artikolu 2(9) tad-Direttiva 2010/31/UE.

2.           L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli pubblikament l-iskemi ta’ ċertifikazzjoni jew l-iskemi ta’ kwalifiki ekwivalenti msemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jikkooperaw ma’ xulxin u mal-Kummissjoni dwar il-paraguni bejn l-iskemi u r-rikonoxximent tagħhom.

Artikolu 14 Is-servizzi tal-enerġija

L-Istati Membri għandhom jippromwovu s-suq tas-servizzi tal-enerġija u l-aċċess tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju għal dan is-suq billi:

a)           jagħmlu pubblikament disponibbli, jikkontrollaw u jaġġornaw b’mod regolari lista ta’ fornituri ta’ servizzi tal-enerġija disponibbli u s-servizzi tal- enerġija li joffru;

b)           jipprovdu kuntratti mudell, għall-kuntratti tal-prestazzjoni tal-enerġija fis-settur pubbliku; Dawn għall-inqas għandhom jinkludu l-punti elenkati fl-Anness XIII;

c)           ixerrdu informazzjoni dwar il-kuntratti u l-klawżoli tas-servizzi tal-enerġija disponibbli li għandhom ikunu inklużi f’kuntratti ta’ din ix-xorta sabiex ikunu ggarantiti l-iffrankar tal-enerġija u d-drittijiet tal-klijenti aħħarin;

d)           jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta’ tikketti ta’ kwalità volontarji;

e)           ixerrdu informazzjoni dwar strumenti finanzjarji, inċentivi, għotjiet u self sabiex jingħata appoġġ lill-proġetti tas-servizzi tal-enerġija.

Artikolu 15 Miżuri oħrajn sabiex tkun promossa l-effiċjenza enerġetika

1.           L-Istati Membri għandhom jevalwaw u jieħdu miżuri xierqa sabiex ineħħu ostakli regolatorji u mhux regolatorji għall-effiċjenza enerġetika, b’mod partikolari fir-rigward ta’:

a)      il-qsim tal-inċentivi bejn is-sid u l-kerrej ta’ bini jew fost is-sidien, sabiex ikun żgurat li dawn il-partijiet ma jiġux skoraġġiti milli jagħmlu investimenti għal titjib tal-effiċjenza li kienu jagħmlu kieku ma kienx għall-fatt li ma jiksbux individwalment il-benefiċċji sħaħ jew minħabba n-nuqqas ta’ regoli għad-diviżjoni tal-ispejjeż u tal-benefiċċji bejniethom;

b)      id-dispożizzjonijiet legali u regolatorji u l-prattiki amministrattivi fir-rigward tax-xiri pubbliku u tal-ibbaġitjar u tal-kontabbiltà annwali, sabiex ikun żgurat li l-korpi pubbliċi individwali ma jiġux skoraġġiti milli jagħmlu investimenti għal titjib tal-effiċjenza.

Dawn il-miżuri sabiex jitneħħew l-ostakli jistgħu jinkludu l-għoti ta’ inċentivi, ir-revoka jew l-emendi ta’ dispożizzjonijiet legali jew regolatorji, jew l-adozzjoni ta’ linji gwida u ta’ komunikazzjonijiet interpretattivi. Dawn il-miżuri jistgħu jiġu kkombinati mal-għoti ta’ edukazzjoni, taħriġ kif ukoll ma’ informazzjoni u assistenza teknika speċifiċi jdwar l-effiċjenza enerġetika.

2.           L-evalwazzjoni tal-ostakli u tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun innotifikata lill-Kummissjoni fl-ewwel rapport supplimentari msemmi fl-Artikolu 19(2).

Artikolu 16 Il-fatturi ta’ konverżjoni

Għall-finijiet ta’ paragun tal-iffrankar tal-enerġija u ta’ konverżjoni għal unità paragunabbli, għandhom japplikaw il-fatturi ta’ konverżjoni fl-Anness IV sakemm ma jistax jiġi ġġustifikat l-użu ta’ fatturi ta’ konverżjoni oħrajn.

KAPITOLU V Id-dispożizzjonijiet finali

Artikolu 17 L-atti ddelegati u l-adattament tal-annessi

1.           Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tadotta att iddelegat skont l-Artikolu 18 ħalli tistabbilixxi s-sistema ta’ rikonoxximent reċiproku tal-iffrankar tal-enerġija miksub taħt l-iskemi nazzjonali ta’ obbligi ta’ effiċjenza enerġetika msemmija fl-Artikolu 6(9).

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tadotta att iddelegat skont l-Artikolu 18 ħalli tistabbilixxi l-metodoloġija għall-analiżi tal-ispiża taċ-ċiklu tal-ħajja msemmija fl-Artikolu 10(9).

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tadotta att delegat skont l-Artikolu 18 sabiex tirrevedi l-valuri armonizzati ta' referenza tal-effiċjenza msemmija fl-Artikolu 10(10) tat-tielet inċiż.

2.           Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tadotta atti delegat skont l-Artikolu 18 sabiex tadatta l-valuri, il-metodi ta’ kalkolu, il-koeffiċjent tal-enerġija primarja u r-rekwiżiti fl-Annessi I sa XV għall-progress tekniku li jkun sar kif ukoll biex tadatta r-rekwiżiti tal-prestazzjoni fl-Anness III għall-kundizzjonijiet kompetittivi.

.

Artikolu 18 L-eżerċizzju tad-delega

1.           Is-setgħat sabiex ikunu adottati atti ddelegati huma kkonferiti lill-Kummissjoni bla ħsara għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.           Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 17 għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat ta’ żmien minn [id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva].

3.           Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 17 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata hemmhekk. Hija ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att iddelegat li diġà jkun fis-seħħ.

4            Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

5.           Att iddelegat li ġie adottat skont l-Artikolu 17 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu esprimew xi oġġezzjoni f’perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma informaw lill-Kummissjoni li ma għandhomx oġġezzjonijiet. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn (2) fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 19 Ir-reviżjoni u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni

1.           Sat-30 ta’ April ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar il-progress li sar sabiex jintlaħqu l-miri nazzjonali għall-effiċjenza enerġeika, skont l-Anness XIV (1).

2.           Sat-30 ta’ April 2014, u sussegwentement kull tliet snin, l-Istati Membri għandhom iressqu rapporti supplimentari b’informazzjoni dwar politiki, pjanijiet ta’ azzjoni, programmi u miżuri nazzjonali għall-effiċjenza enerġetika li ġew implimentati jew ippjanati fuq il-livell nazzjonali, reġjonali u lokali għal titjib tal-effiċjenza enerġetika sabiex jintlaħqu l-miri nazzjonali għall-effiċjenza enerġetika msemmija fl-Artikolu 3(1). Ir-rapporti għandhom ikunu kkomplementati bi stimi aġġornati tal-konsum totali mistenni tal-enerġija primarja fl-2020, kif ukoll b’livelli stmati tal-konsum tal-enerġija primarja fis-setturi indikati fl-Anness XIV (1).

Mhux iktar tard mill-1 ta' Jannar 2014, il-Kummissjoni għandha tipprovdi mudell għar-rapporti supplimentari. Dan il-mudell għandu jkun adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 20(2). Dawn ir-rapporti supplimentari għandhom jinkludu fi kwalunkwe każ l-informazzjoni speċifikata fl-Anness XIV.

3.           Ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jifformaw parti mill-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma msemmija fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2010/410/UE.

4.           Il-Kummissjoni għandha tevalwa r-rapporti annwali u r-rapporti supplimentari u għandha tivvaluta kemm għamlu progress l-Istati Membri sabiex jilħqu l-miri nazzjonali tal-effiċjenza enerġetika mitluba mill-Artikolu 3(1) u sabiex tiġi implimentata din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-valutazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Fuq il-bażi tal-valutazzjoni tagħha tar-rapporti, il-Kummissjoni tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri.

5.           Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-ewwel rapport supplimentari għandha tinkludi valutazzjoni tal-livelli tal-effiċjenza enerġetika tal-installazzjonijiet eżistenti u ġodda li jwettqu l-kombusjoni tal-fjuwils b’input termali kklassifikat totali ta’ 50 MW jew iktar u tal-installazzjonijiet li jwettqu r-raffinar taż-żejt minerali u tal-gass fid-dawl tal-aħjar tekniki disponibbli rilevanti, kif ġie żviluppat skont id-Direttiva 2010/75/UE u d-Direttiva 2008/1/KE. Fejn din il-valutazzjoni tidentifika diskrepanzi sinifikanti bejn il-livelli effettivi tal-effiċjenza enerġetika ta’ installazzjonijiet ta’ din ix-xorta u l-livelli tal-effiċjenza enerġetika assoċjati mal-applikazzjoni tal-aħjar tekniki disponibbli rilevanti, il-Kummissjoni għandha tipproponi, jekk dan ikun xieraq, rekwiżiti sabiex jittejbu l-livelli tal-effiċjenza enerġetika milħuqa minn installazzjonijiet ta’ din ix-xorta jew li l-użu ta’ tali tekniki fil-ġejjieni għandu jkun kundizzjoni sabiex ikunu permessi installazzjonijiet ġodda u għar-reviżjoni perjodika tal-permessi għall-installazzjonijiet eżistenti.

Il-Kummissjoni għandha wkoll timmonitorja l-impatt tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva fuq id-Direttiva 2003/87/KE, id-Direttiva 2009/28/KE kif ukoll id-Direttiva 2010/31/KE

6.           L-Istati Membri għandhom iressqu quddiem il-Kummissjoni, qabel it-30 ta’ Novembru ta’ kull sena, statistiċi dwar il-produzzjoni nazzjonali tal-elettriku u tas-sħana minn koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja u baxxa, skont il-metodoloġija murija fl-Anness I, b’relazzjoni għall-kapaċitajiet totali tas-sħana u tal-elettriku. Huma għandhom iressqu wkoll statistiċi annwali dwar il-kapaċitajiet tal-koġenerazzjoni tas-sħana u tal-elettriku u l-fjuwils għall-koġenerazzjoni, u dwar il-produzzjoni u l-kapaċitajiet tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali, b’relazzjoni għall-kapaċitajiet totali tas-sħana u tal-elettriku. L-Istati Membri għandhom iressqu statistiċi dwar l-iffrankar tal-enerġija primarja miksub bl-applikazzjoni tal-koġenerazzjoni skont il-metodoloġija murija fl-Anness II.

7.           Sat-30 ta’ Ġunju 2014, il-Kummissjoni għandha tressaq il-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2) quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, segwita, jekk dan ikun xieraq, minn proposta leġiżlattiva li tistabbilixxi miri nazzjonali obbligatorji.

8.           Sat-30 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 6. Dak ir-rapport għandu jkun segwit, jekk dan ikun xieraq, minn proposta leġiżlattiva għal fini wieħed jew iktar minn dawn li ġejjin:

a)      sabiex tinbidel ir-rata tal-iffrankar stabbilita fl-Artikolu 6(1);

b)      sabiex ikunu stabbiliti rekwiżiti komuni addizzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tal-kwistjoni msemmija fl-Artikolu 6(5);

9.           Sat-30 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-progress li għamlu l-Istati Membri sabiex ineħħu l-ostakli regolatorji u mhux regolatorji msemmija fl-Artikolu 15(1); din il-valutazzjoni għandha tkun segwita, jekk dan ikun xieraq, minn proposta leġiżlattiva.

10.         Il-Kummissjoni għandha tagħmel pubblikament disponibbli r-rapporti msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 20

Proċedura tal-Kumitat

1.           Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.

2.           Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3, 4 u 9 tar-Regolament 182/2011/KE, wara li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11 tiegħu.

Artikolu 21 Ir-revoka

Id-Direttiva 2006/32/KE hija revokata minn [id-data tal-limitu taż-żmien għat-trażpożizzjoni ta' din id-Direttiva], minbarra l-Artikolu 4(1) sa (4) u l-Annessi I, III u IV tagħha. L-Artikoli 4(1) sa (4) u l-Annessi I, III u IV tad-Direttiva 2006/32/KE għandhom ikunu rrevokati b'effett mill-1 ta' Jannar 2017.

Id-Direttiva 2004/8/KE hija rrevokata minn [id-data tal-limitu taż-żmien għat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva], mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni tagħha fil-liġi nazzjonali.

L-Artikolu 9(1) u (2) tad-Direttiva 2010/30/UE huwa rrevokat minn [id-data tal-limitu taż-żmien għat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva].

Ir-referenzi għad-Direttiva 2006/32/KE u għad-Direttiva 2004/8/KE għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni stabbilita fl-Anness XV.

Artikolu 22 It-traspożizzjoni

1.           L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva sa mhux iktar tard minn [12–il xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza.

2.           L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 23 Id-dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 24 Id-destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President                                                                       

ANNESS I Il-prinċipji ġenerali għall-kalkolu tal-elettriku mill-koġenerazzjoni

PARTI I. Il-prinċipji ġenerali

Il-valuri użati għall-kalkolu tal-elettriku mill-koġenerazzjoni għandhom ikunu ddeterminati fuq il-bażi tat-tħaddim tal-unità mistenni jew effettiv f’kundizzjonijiet ta’ użu normali. Għall-unitajiet ta’ mikrokoġenerazzjoni, il-kalkolu jista’ jkun ibbażat fuq valuri ċċertifkati.

(a)          Il-produzzjoni tal-elettriku mill-koġenerazzjoni għandha tkun ikkunsidrata bħala ugwali għall-produzzjoni annwali totali tal-elettriku tal-unità mkejla fl-iżbokk tal-ġeneraturi ewlenin.

(i)      f’unitajiet ta’ koġenerazzjoni tat-tip (b), (d), (e), (f), (g) u (h) imsemmijia fil-Parti II, b’effiċjenza annwali totali ffissata mill-Istati Membri f’livell ta’ mill-inqas 75 %, u

(ii)     f’unitajiet ta’ koġenerazzjoni tat-tip (a) u (c) imsemmija fil-Parti II b’effiċjenza annwali totali ffissata mill-Istati Membri f’livell ta’ mill-inqas 80 %.

(b)          F’unitajiet ta’ koġenerazzjoni b’effiċjenza annwali totali taħt il-valur msemmi fil-paragrafu (a)(i) (unitajiet ta’ koġenerazzjoni tat-tip (b), (d), (e), (f), (g), u (h) imsemmija fil-Parti II) jew b’effiċjenza annwali totali taħt il-valur imsemmi fil-paragrafu (a)(ii) (unitajiet ta’ koġenerazzjoni tat-tip (a) u (c) imsemmija fil-Parti II) il-koġenerazzjoni tiġi kkalkolata skont il-formula li ġejja:

ECHP=HCHP*C

fejn:

ECHP hijaa l-ammont ta’ elettriku mill-koġenerazzjoni

C hija l-proporzjon tal-enerġija għas-sħana

HCHP hija l-ammont ta’sħana utli mill-koġenerazzjoni (ikkalkolat għal dan il-għan bħala l-produzzjoni totali ta’ sħana bit-tnaqqis ta’ kwalunkwe sħana prodotta f’boljers separati jew bl-estrazzjoni ta’ fwar taħt pressjoni (live steam) mill-ġeneratur tal-fwar qabel it-turbina).

Il-kalkolu tal-elettriku mill-koġenerazzjoni għandu jkun ibbażat fuq il-proporzjon effettiv tal-enerġija għas-sħana. Jekk il-proporzjon effettiv tal-enerġija għas-sħana tal-unità ta’ koġenerazzjoni mhuwiex magħruf, jistgħu jintużaw il-valuri awtomatiċi li ġejjin, b’mod partikolari għal finijiet statistiċi, għal unitajiet tat-tip (a), (b), (c), (d) u (e) imsemmija fil-Parti II, bil-kundizzjoni li l-elettriku mill-koġenerazzjoni kkalkolat ikun inqas jew ugwali għall-produzzjoni totali tal-elettriku tal-unità:

Tip ta’ unità || Proporzjon awtomatiku tal-enerġija għas-sħana, C

Turbina tal-gass b’ċiklu kkombinat bl-irkupru tas-sħana || 0,95

Turbina ta’ kontropressjoni tal-fwar || 0,45

Turbina ta’ estrazzjoni bil-kondensazzjoni tal-fwar || 0,45

Turbina tal-gass bl-irkupru ta’ sħana || 0,55

Magna li taħdem bil-kombustjoni interna || 0,75

Jekk l-Istati Membri jintroduċu valuri awtomatiċi għall-proporzjonijiet tal-enerġija għas-sħana għall-unitajiet tat-tip (f), (g), (h), (i), (j) u (k) imsemmija fil-Parti II, tali valuri awtomatiċi għandhom jiġu ppubblikati u nnotifikati lill-Kummissjoni.

(d)          Jekk sehem mill-kontenut tal-enerġija tal-input tal-fjuwil fil-proċess ta’ koġenerazzjoni jiġi rkuprat f’kimiċi u rriċiklat, dan is-sehem jista’ jiġi mnaqqas mill-input tal-fjuwil qabel ma tiġi kkalkolata l-effiċjenza totali użata fil-paragrafi (a) u (b).

(e)          L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw il-proporzjon tal-enerġija għas-sħana bħala l-proporzjon bejn l-elettriku u s-sħana utli meta t-tħaddim isir fil-modalità ta’ koġenerazzjoni b’kapaċità iktar baxxa fejn tintuża d-dejta operattiva tal-unità speċifika.

(f)           L-Istati Membri jistgħu jużaw perjodi ta’ rapportaġġ oħrajn minflok ta’ sena għall-fini tal-kalkoli skont il-paragrafi (a) u (b).

PARTI II It-Teknoloġiji ta' koġenerazzjoni koperti minn din id-Diretttiva

(a)          Turbina tal-gass b’ċiklu kkombinat bl-irkupru tas-sħana

(b)          Turbina ta’ kontropressjoni tal-fwar

(c)          Turbina ta’ estrazzjoni bil-kondensazzjoni tal-fwar

(d)          Turbina tal-gass bl-irkupru ta’ sħana

(e)          Magna li taħdem bil-kombustjoni interna

(f)           Mikroturbini

(g)          Magni Stirling

(h)          Ċelloli tal-fjuwil

(i)           Magni tal-fwar

(j)           Ċikli organiċi Rankine

(k)        Kwalunkwe tip ieħor ta’ teknoloġija jew kombinazzjoni ta’ teknoloġiji li jaqa’ taħt id-definizzjoni stabbilità fl-Artikolu 2(19).

PART III Il-prinċipji dettaljati

Meta jimplimentaw u japplikaw il-prinċipji ġenerali għall-kalkolu tal-elettriku mill-koġenerazzjoni, l-Istati Membri għandhom jużaw il-Linji Gwida dettaljati stabbiliti bid-Deċiżjoni 2008/952/KE[38].

ANNESS II Il-metodoloġija biex tkun iddeterminata l-effiċjenza tal-proċess ta’ koġenerazzjoni

Il-valuri użati għall-kalkolu tal-effiċjenza tal-koġenerazzjoni u tal-iffrankar tal-enerġija primarja għandhom jiġu ddeterminati fuq il-bażi tat-tħaddim mistenni jew effettiv tal-unità f’kundizzjonijiet tal-użu normali.

(a)          Il-koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, il-koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja għandha tissodisfa l-kriterja li ġejjin:

– produzzjoni ta' koġenerazzjoni prodotta minn unitajiet ta' koġenerazzjoni għandhom jipprovdu iffrankar ta' enerġija primarja kkalkulat skont punt (b) ta' mill-inqas 10 % meta mqabbla mar-referenzi għal produzzjoni separata tas-sħana u l-elettriku ,

– produzzjoni minn unitajiet ta' skala żgħira u mikro koġenerazzjoni li jipprovdu frankar tal-enerġija primarja, jistgħu jikkwalifikaw bħal koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja.

(b)          Il-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija primarja

L-ammont ta’ ffrankar ta’ enerġija primarja pprovdut minn produzzjoni ta’ koġenerazzjoni ddefinit skont l-Anness I għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi tal-formula li ġejja:

Fejn:

PES hija l-iffrankar tal-enerġija primarja.

CHP Hη hija l-effiċjenza tas-sħana tal-produzzjoni ta’ koġenerazzjoni ddefinita bħala l-output annwali ta’ sħana utli diviż bl-input ta’ fjuwil użat sabiex tkun prodotta s-somma tal-output ta’ sħana utli u ta’ elettriku mill-koġenerazzjoni.

Ref Hη hija l-valur ta’ referenza għall-effiċjenza għal produzzjoni separata tas-sħana.

CHP Eη hija l-effiċjenza elettrika tal-produzzjoni ta’ koġenerazzjoni ddefinita bħala l-elettriku annwali mill-koġenerazzjoni diviż bl-input ta’ fjuwil użat sabiex tkun prodotta s-somma tal-output ta’ sħana utli u ta’ elettriku mill-koġenerazzjoni. Fejn unità ta’ koġenerazzjoni tiġġenera enerġija mekkanika, l-elettriku annwali mill-koġenerazzjoni jista’ jitkabbar b’element addizzjonali li jirrappreżenta l-ammont ta’ elettriku li huwa ekwivalenti għal dak tal-enerġija mekkanika. Dan l-element addizzjonali mhuwiex se joħloq dritt għall-ħruġ ta’ garanziji tal-oriġini skont l-Artikolu 10(10).

Ref Eη hija l-valur ta’ referenza għall-effiċjenza għal produzzjoni separata tal-elettriku.

(c)          Il-kalkoli tal-iffrankar tal-enerġija permezz ta’ kalkolu alternattiv

L-Istati Membri jistgħu jikkalkolaw l-iffrankar tal-enerġija primarja minn produzzjoni ta’ sħana u ta’ elettriku u ta’ enerġija mekkanika, kif jingħad iktar ’l isfel, mingħajr ma jużaw l-Anness I sabiex jeskludu l-partijiet tas-sħana u tal-elettriku mhux mill-koġenerazzjoni tal-istess proċess. Produzzjoni ta’ din ix-xorta tista’ tiġi kkunsidrata bħala koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja sakemm hija tissodisfa l-kriterji tal-effiċjenza fil-punt (a) ta’ dan l-Anness u, għall-unitajiet ta’ koġenerazzjoni b’kapaċità elettrika ta’ iktar minn 25 MW, l-effiċjenza totali tkun ta’ iktar minn 70 %. Madankollu, l-ispeċifikazzjoni tal-kwantità ta’ elettriku mill-koġenerazzjoni prodotta fi produzzjoni ta’ din ix-xorta, għall-ħruġ ta’ garanzija tal-oriġini u għal finijiet statistiċi, għandha tkun iddeterminata skont l-Anness I.

Jekk l-iffrankar tal-enerġija primarja ta' proċess jiġi kkalkolat permezz tal-kalkolu alternattiv, kif ingħad iktar ’il fuq, l-iffrankar ta’ enerġija primarja għandu jiġi kkalkolat permezz tal-formula fil-paragrafu (b) ta’ dan l-Anness bis-sostituzzjoni ta’:“CHP Hη” bi “Hη” u“CHP Eη” bi “Eη”, fejn:

Hη għandha tfisser l-effiċjenza tas-sħana tal-proċess, iddefinita bħala l-output annwali ta’ sħana diviż bl-input tal-fjuwil użat sabiex tkun prodotta s-somma tal-output ta’ sħana u tal-output ta’ elettriku.

Eη għandha tfisser l-effiċjenza tal-elettriku tal-proċess, iddefinita bħala l-output annwali tal-elettriku diviż bl-input tal-fjuwil użat sabiex tkun prodotta s-somma tal-output ta’ sħana u tal-output ta’ elettriku. Fejn unità ta’ koġenerazzjoni tiġġenera enerġija mekkanika, l-elettriku annwali mill-koġenerazzjoni jista’ jitkabbar b’element addizzjonali li jirrappreżenta l-ammont ta’ elettriku li huwa ekwivalenti għal dak tal-enerġija mekkanika. Dan l-element addizzjonali mhuwiex se joħloq dritt għall-ħruġ ta’ garanziji tal-oriġini skont l-Artikolu 10(10).

(d)          L-Istati Membri jistgħu jużaw perjodi ta’ rapportaġġ oħrajn minflok ta’ sena għall-fini tal-kalkoli skont il-punti (b) u (c) ta’ dan l-Anness.

(e)          Għall-unitajiet ta’ mikrokoġenerazzjoni, il-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija primarja jista’ jkun ibbażat fuq dejta ċċertifikata.

(f)           Il-valuri ta’ referenza għall-effiċjenza għal produzzjoni separata ta’ sħana u ta’ elettriku

Il-valuri armonizzati ta’ referenza għall-effiċjenza għandhom jikkonsistu f’matriċi ta’ valuri differenzjati skont fatturi rilevanti, inkluża s-sena tal-kostruzzjoni u t-tipi ta’ fjuwil, u jridu jkunu bbażati fuq analiżi ddokumentata sew li tikkunsidra, fost l-oħrajn, id-dejta mill-użu operattiv f’kundizzjonijiet realistiċi, it-taħlita tal-fjuwils u l-kundizzjonijiet klimatiċi kif ukoll it-teknoloġiji ta’ koġenerazzjoni applikati.

Il-valuri ta’ referenza għall-effiċjenza għal produzzjoni separata ta’ sħana u ta’ elettriku skont il-formula stabbilita fil-paragrafu (b) għandhom jistabbilixxu l-effiċjenza operattiva tal-produzzjoni separata tas-sħana u tal-elettriku li l-koġenerazzjoni hija intiża li tissostitwixxi.

Il-valuri ta’ referenza għall-effiċjenza għandhom jiġu kkalkolati skont il-prinċipji li ġejjin:

1.           Għall-unitajiet ta’ koġenerazzjoni, kif ġew iddefiniti fl-Artikolu 2(24), il-paragun ma’ produzzjoni separata tal-elettriku għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipju li jiġu pparagunati l-istess kategoriji ta’ fjuwils.

2.           Kull unità ta’ koġenerazzjoni għandha tiġi pparagunata mal-aħjar teknoloġija disponibbli u ma’ teknoloġija ekonomikament ġustifikabbli għal produzzjoni separata tas-sħana u tal-elettriku fis-suq fis-sena tal-kostruzzjoni tal-unità ta’ koġenerazzjoni.

3.           Il-valuri ta’ referenza għall-effiċjenza għall-unitajiet ta’ koġenerazzjoni li jkollhom iktar minn għaxar (10) snin għandhom jiġu stabbiliti fuq il-bażi tal-valuri ta’ referenza ta’ unitajiet li jkollhom għaxar (10) snin.

4.           Il-valuri ta’ referenza għall-effiċjenza għal produzzjoni separata tal-elettriku u għal produzzjoni separata tas- sħana għandhom jirriflettu d-differenzi klimatiċi bejn l-Istati Membri.

ANNESS III Rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika għax-xiri ta’ prodotti, servizzi u bini minn korpi pubbliċi

Il-korpi pubbliċi li jixtru prodotti, servizzi jew bini għandhom:

a)           fejn prodott ikun kopert minn att iddelegat li ġie adottat skont id-Direttiva 2010/30/UE jew id-Direttiva tal-Kummissjoni li timplimenta d-Direttiva 92/75/KEE, jixtru biss prodotti li jkunu konformi mal-kriterju li jkunu jappartjenu għall-ogħla klassi ta’ effiċjenza enerġetika filwaqt li jqisu l-kosteffikaċja, il-fattibbiltà ekonomika u adegwatezza teknika, kif ukoll kompetizzjoni suffiċjenti;

b)           fejn prodott li ma jkunx kopert taħt il-punt a) ikun kopert b'miżura ta' implimentazzjoni skont id-Direttiva 2009/125/KE adottata wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, jixtru biss prodotti li jikkonformaw mal-parametri tal-effikaċja enerġetika speċifikati f'dik il-miżura ta' implimentazzjoni;

c)           jixtru prodotti ta’ tagħmir tal-uffiċċji koperti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill [2006/1005/KE] [39] li jkunu konformi ma’ rekwiżiti ta’ effiċjenza enerġetika mhux inqas stretti minn dawk elenkati fl-Anness C għall-Ftehim mehmuż ma’ dik id-Deċiżjoni;

d)           jixtru biss tajers li jkunu konformi mal-kriterju li jkollhom l-ogħla klassi tal-effiċjenza enerġetika fl-użu tal-fjuwil, kif ġie ddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1222/2009[40]. Dan ir-rekwiżit ma għandux jipprevjeni lill-korpi pubbliċi milli jixtru tajers bl-ogħla klassi tal-qbid fuq l-imxarrab jew tal-istorbju estern tad-tidwir, fejn dan ikun iġġustifikat minn raġunijiet ta’ sikurezza jew ta' saħħa pubblika;

e)           jeżiġu fis-sejħiet għall-offerti għal kuntratti ta’ servizzi li l-fornituri tas-servizzi jużaw, għall-għanijiet tal-forniment tas-servizzi involuti, biss prodotti li jkunu konformi mar-rekwiżiti msemmija fil-punti (a) sa (d), meta jipprovdu s-servizzi inkwistjoni;

f)            jixtru jew jikru biss bini li jkun konformi mill-inqas mar-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija msemmija fl-Artikolu 4(1). Il-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti għandha tkun ivverifikata permezz taċ-ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija msemmi fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2010/31/UE.

ANNESS IV Il-kontenut tal-enerġija ta’ fjuwils magħżula għall-użu aħħari – tabella ta’ konverżjoni[41]

Prodott tal-enerġija || kJ (NCV) || kgoe (NCV) || kWh (NCV)

1 kg kokk || 28500 || 0,676 || 7,917

1 kg faħam iebes || 17200 — 30700 || 0,411 — 0,733 || 4,778 — 8,528

1 kg maltunelli ta’ faħam kannella || 20000 || 0,478 || 5,556

1 kg linjite iswed || 10500 — 21000 || 0,251 — 0,502 || 2,917 — 5,833

1 kg faħam kannella || 5600 — 10500 || 0,134 — 0,251 || 1,556 — 2,917

1 kg shale taż-żejt || 8000 — 9000 || 0,191 — 0,215 || 2,222 — 2,500

1 kg pit || 7800 — 13800 || 0,186 — 0,330 || 2,167 — 3,833

1 kg maltunelli tal-pit || 16000 — 16800 || 0,382 — 0,401 || 4,444 — 4,667

1 kg żejt tal-karburant residwu (żejt tqil) || 40000 || 0,955 || 11,111

1 kg żejt tal-karburant ħafif || 42300 || 1,010 || 11,750

1 kg spirtu tal-magni (petrol) || 44000 || 1,051 || 12,222

1 kg paraffin || 40000 || 0,955 || 11,111

1 kg gass taż-żejt mhux raffinat likwifikat || 46000 || 1,099 || 12,778

1 kg gass naturali[1] || 47200 || 1,126 || 13,10

1 kg gass naturali likwifikat || 45190 || 1,079 || 12,553

1 kg injam (umdità ta’ 25 %) [2] || 13800 || 0,330 || 3,833

1 kg gerbub/briks tal-injam || 16800 || 0,401 || 4,667

1 kg skart || 7400 — 10700 || 0,177 — 0,256 || 2,056 — 2,972

1 MJ sħana derivata || 1000 || 0,024 || 0,278

1 kWh enerġija elettrika || 3600 || 0,086 || 1 [3]

Sors: Eurostat.

[1]              93 % ta’ metan.

[2]              L-Istati Membri jistgħu japplikaw valuri oħrajn skont it-tip ta’ njam li jintuża l-iktar fl-Istat Membru rispettiv.

[3]              Applikabbli meta l-iffrankar tal-enerġija jiġi kkalkolat f’termini ta’ enerġija primarja fejn jintuża approċċ minn isfel għal fuq ibbażat fuq il-konsum tal-enerġija finali. Għall-iffrankar f’kWh tal- elettriku, l-Istati Membri jistgħu japplikaw koeffiċjent awtomatiku ta’ 2.5. L-Istati Membri jistgħu japplikaw koeffiċjent differenti bil-kundizzjoni li jkunu jistgħu jiġġustifikawh.

ANNESS V L-iskemi tal-obbligi tal-effiċjenza enerġetika

1.         Il-miżuri li jkollhom fil-mira tagħhom iffrankar tul perjodu qasir ta’ żmien

Il-miżuri li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati bħala li għandhom fil-mira tagħhom iffrankar tul perjodu qasir ta’ żmien:

a) id-distribuzzjoni jew l-installazzjoni ta’ bozoz tad-dawl fluworexxenti u kompatti li jkunu effiċjenti fl-użu tal-enerġija;

b) id-distribuzzjoni jew l-installazzjoni ta’ shower heads effiċjenti fl-użu tal-enerġija;

c) l-awditi tal-enerġija;

d) il-kampanji ta’ informazzjoni.

2.           Il-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija

Il-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija fi skemi nazzjonali ta’ obbligi ta’ effiċjenza fl-użu tal-enerġija għandu jikkunsidra t-tul ta’ ħajja tal-miżuri. Fejn ma huwa stabbilit l-ebda valur nazzjonali għat-tuljiet ta’ ħajja, għandhom japplikaw il-valuri awtomatiċi fil-punt 4.

Il-partijiet obbligati jistgħu jużaw metodu wieħed jew iktar minn dawn li ġejjin biex jikkalkolaw l-iffrankar tal-enerġija għall-finijiet tal-Artikolu 6(2):

a)           l-istimi tal-inġinerija;

b)           il-kejl bil-miters;

c)           il-valuri u t-tulijiet ta’ ħajja standard li l-Istati Membri jkunu adottaw fuq bażi ċara u soda. Tali valuri għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista’ titlob li tali valuri jiġu mmodifikati, fejn ikun probabbli li dawn iwasslu għal distorsjoni tal-kompetizzjoni jew fejn juru inqas ambizzjoni mill-valuri u mit-tulijiet ta’ ħajja awtomatiċi fil-punti 3 u 4.

d)           il-valuri u t-tulijiet ta’ ħajja awtomatiċi fil-punti 3 u 4 fejn ma ġie stabbilit l-ebda valur u l-ebda tul ta’ ħajja standard nazzjonali;

3.           Il-valuri awtomatiċi Ewropej skont it-tip ta’ tagħmir

3.1. Appliances tad-dar

a. DISTINZJONI BEJN FRIŻERS U FRIĠĠ-FRIŻERS

|| Friġġ-friżers || Friżers

*Iffrankar stmat tal-Klassi A+ (kWh/sena) || 64 || 62

**Iffrankar stmat tal-Klassi A+ (kWh/sena) || 76 || 73

Iffrankar stmat tal-Klassi A++ (kWh/sena) || 129 || 123

Iffrankar stmat tal-Klassi A+++ (kWh/sena) || 193 || 185

b. L-EBDA DISTINZJONI BEJN FRIŻERS U FRIĠĠ-FRIŻERS

|| Friġġ-friżers u friżers ||

*Iffrankar stmat tal-Klassi A+ (kWh/sena) || 64 ||

**Iffrankar stmat tal-Klassi A+ (kWh/sena) || 75 ||

Iffrankar stmat tal-Klassi A++ (kWh/sena) || 128 ||

Iffrankar stmat tal-Klassi A+++ (kWh/sena) || 191 ||

c. MAGNI TAL-ĦASIL TAL-ĦWEJJEĠ DOMESTIĊI

*Sat-30 ta’ Novembru 2013 ||

Iffrankar stmat tal-Klassi A+ (kWh/sena) || 26

Iffrankar stmat tal-Klassi A++ (kWh/sena) || 46

Iffrankar stmat tal-Klassi A+++ (kWh/sena) || 63

*Mill-1 ta’ Diċembru 2013 ||

Iffrankar stmat tal-Klassi A++ (kWh/sena) || 20 ||

Iffrankar stmat tal-Klassi A+++ (kWh/sena) || 37 ||

*Mill-1 ta’ Diċembru 2013 għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi b’kapaċità ekwivalenti għal jew ikbar minn 4 kg, l-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEI) għandu jkun ta’ inqas minn 59 (Ara l-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1015/2010).

d. DISHWASHERS DOMESTIĊI

Sat-30 ta’ Novembru 2013** ||

Iffrankar stmat tal-Klassi A+ (kWh/sena) || 37

Iffrankar stmat tal-Klassi A++ (kWh/sena) || 69

Iffrankar stmat tal-Klassi A+++ (kWh/sena) || 97

**Mill-1 ta’ Diċembru 2013 ||

Iffrankar stmat tal-Klassi A++ (kWh/sena) || 32 ||

Iffrankar stmat tal-Klassi A+++ (kWh/sena) || 60 ||

**Mill-1 ta’ Diċembru 2013 Għad-dishwashers domestiċi b’kapaċità ekwivalenti għal jew ikbar minn 11-il sett individwali u għad-dishwashers domestiċi b’kapaċità ekwivalenti għal 10 settijiet individwali u wisgħa ikbar minn 45 cm, l-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika (EEI) għandu jkun ta’ inqas minn 63 (ara l-Anness I għar-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1016/2010)

3.2.        Id-dwal residenzjali

Iffrankar tal-enerġija unitarju GLS[42] sa CFL      16 kWh/sena

Iffrankar tal-enerġija unitarju GLS[43] sa LED      17 kWh/sena

4.           It-tulijiet ta’ ħajja awtomatiċi

Miżura għal titjib tal-effiċjenza enerġetika permezz tas-sostituzzjoni ta’ komponent || Tul ta’ ħajja awtomatiku fi snin ||

Bojler – li jikkondensja || 20 ||

Bojler – evakwazzjoni diretta || 20 ||

Berners, żejt u gass || 10 ||

Tagħmir ta’ kontroll || 15-20 ||

Sistema ta’ kontroll – ċentrali || 15-25 ||

Sistema ta’ kontroll – kontroll tal-kamra || 15-25 ||

Kontroll tat-tisħin: Valvoli ta’ kontroll, awtomatiċi || 10 ||

Miters || 10 ||

ANNESS VI Ir-rekwiżiti minimi għall-kejl bil-miters tal-konsum individwali tal-enerġija u l-frekwenza ta’ kontijiet ibbażati fuq il-konsum effettiv

1.           Ir-rekwiżiti minimi għall-kejl bil-miters tal-konsum individwali tal-enerġija

1.1.        Il-miters individwali

Meta jiġi installat miter individwali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dan ikun konness ma’ interfaċċja li tipprovdi komunikazzjoni sigura lill-klijent aħħari, biex b’hekk il-miter ikun jista’ jesporta dejta metroloġika privata lill-klijent aħħari jew lil parti terza magħżula mill-klijent aħħari.

L-interfaċċja għandha tipprovdi informazzjoni privata biex b’hekk il-klijenti finali jkun jista’ jkollhom kontroll aħjar tal-konsum tal-enerġija tagħhom u jkunu jistgħu jużaw l-informazzjoni għal iktar analiżi potenzjali. Tali informazzjoni għandha tindika mill-inqas ir-rata kurrenti tal-konsum (eż. kWh, kJ, m3) u l-ispejjeż relatati u jkunu kkomunikati f'format li jippromwovi azzjoni mill-konsumaturi għall-effiċjenza fl-enerġija.

L-Awtorità Regolatorja Nazzjonali għandha tiżgura ruħha li l-interfaċċja tipprovdi wkoll dejta pubblika li tippermetti li l-klijent aħħari jikkonsulta u juża t-tariffi applikabbli skont il-ħin tal-użu bi pprezz f'ħin reali (real-time pricing), ipprezzar tal-ħin tal-iktar użu (peak time pricing) u rifużjonijiet tal-ħin tal-iktar użu (peak time rebates).

Id-dejta privata esportata permezz tal-interfaċċja għandha toffri lill-klijent aħħari l-possibiltà li jikkonsulta l-livelli ta’ konsum storiċi tiegħu/tagħha (fil-valuta lokali u f’kWh, f’kJ jew f’m3):

a)           fl-aħħar sebat ijiem, jum b’jum;

b)           fl-aħħar ġimgħa sħiħa;

c)           fl-aħħar xahar sħiħ;

d)           fl-istess xahar sħiħ, is-sena preċedenti;

e)           fl-aħħar sena sħiħa.

Il-perjodi storiċi għandhom jaqblu mal-perjodi tal-kontijiet biex ikun hemm konsistenza mal-kontijiet domestiċi.

L-informazzjoni komplementari dwar il-konsum storiku (kwalunkwe jum, ġimgħa, xahar, sena mill-bidu tal-kejl bil-miters intelliġenti) u informazzjoni utli oħra li tippermetti awtokontrolli iktar dettaljati min-naħa tal-konsumatur (eż. evoluzzjonijiet grafiċi tal-konsum individwali; informazzjoni dwar parametri ta' referenza, konsum/iffrankar/infiq kumulattiv mill-bidu ta’ kull kuntratt, proporzjon tal-konsum individwali minn sorsi rinnovabbli ta’ enerġija u ffrankar relatat ta’ CO2 eċċ.) għandha tkun faċilment aċċessibbli jew direttament permezz tal-interfaċċja jew permezz tal-internet.

1.2.        L-allokaturi tal-ispiża għas-sħana

L-allokaturi tal-ispiża għas-sħana għandhom ikunu mgħammra b’displejs leġibbli b’mod ċar li jippermettu li l-klijent aħħari jikkonsulta r-rata kurrenti tal-konsum kif ukoll il-livelli storiċi tal-konsum. Il-perjodi storiċi murija mill-allokatur tal-ispiża għas-sħana għandhom jaqblu mal-perjodi tal-kontijiet.

2.           Ir-rekwiżiti minimi għall-kontijiet

2.1         Il-frekwenza tal-kontijiet ibbażati fuq il-konsum effettiv

Sabiex il-klijenti aħħarin ikunu jistgħu jirregolaw il-konsum tal-enerġija tagħhom stess, il-kontijiet ibbażati fuq il-konsum effettiv għandhom isiru bil-frekwenza li ġejja:

a)           Kull xahar għall-konsum tal-elettriku.

b)           Mill-inqas kull xahrejn għall-konsum tal-gass naturali. Fejn il-gass jintuża għat-tisħin individwali, il-kontijiet għandhom jiġu pprovduti kull xahar.

c)           B’tisħin u bi tkessiħ ċentralizzat, il-kontijiet għandhom ikunu pprovduti kull xahar waqt l-istaġun tat-tisħin/tkessiħ.

d)           Mill-inqas kull xahrejn għall-kontijiet tal-ilma sħun.

Il-kontijiet ibbażati fuq il-kejl tal-konsum tas-sħana billi jintużaw l-allokaturi tal-ispiża għas-sħana, għandhom ikunu akkumpanjati minn spjegazzjonijiet tan-numri disponibbli permezz tad-displejs tal-allokaturi tal-ispiża għas-sħana, fejn ikunu kkunsidrati l-karatteristiċi standard tal-allokaturi tal-ispiża għas-sħana (EN 834) [44].

2.2.        L-informazzjoni minima inkluża fil-kont

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjon li ġejja tkun disponibbli għall-klijenti aħħarin f’termini ċari u li jinftiehmu fil-kontijiet, fil-kuntratti, fit-tranżazzjonijiet u fl-irċevuti fl-istazzjonijiet ta’ distribuzzjoni jew mehmuża magħhom:

(a)          il-prezzijiet effettivi kurrenti u l-konsum effettiv tal-enerġija;

(b)          il-paraguni tal-konsum kurrenti tal-enerġija tal-klijent aħħari mal-konsum għall-istess perjodu fis-sena preċedenti, preferibbilment f’forma grafika;

(c)          il-paraguni ma’ klijent aħħari medju normalizzat jew skont parametri ta' referenza fl-istess kategorija ta’ utenti;

(d)          l-informazzjoni ta’ kuntatt għall-organizzazzjonijiet tal-klijenti aħħarin, għall-aġenziji tal-enerġija jew għal korpi simili, inklużi l-indirizzi tal-websajts minn fejn tista’ tinkiseb informazzjoni dwar il-miżuri disponibbli għal titjib tal-effiċjenza enerġetika, il-profili komparattivi tal-utenti aħħarin u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi oġġettivi għal tagħmir li juża l-enerġija.

2.3         Il-pariri dwar l-effiċjenza enerġetika mehmuża mal-kontijiet u rispons ieħor għall-klijenti aħħarin

Meta jibagħtu kuntratti u bidliet fil-kuntratti, u fil-kontijiet li jirċievu l-klijenti jew permezz ta’ websajts li jindirizzaw lil klijenti individwali, id-distributuri tal-enerġija, l-operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni u l-kumpaniji tal-bejgħ tal-enerġija fil-livell tal-konsumatur, għandhom jinformaw lill-klijenti tagħhom b’mod ċar u li jinftiehem bl-informazzjoni ta’ kuntatt għal ċentri ta’ pariri indipendenti għall-konsumaturi, aġenziji tal-enerġija jew istituzzjonijiet simili, inklużi l-indirizzi fuq l-internet tagħhom, fejn jistgħu jiksbu pariri dwar il-miżuri disponibbli tal-effiċjenza enerġetika, il-profili tal-parametri ta' referenza għall-konsum tal-enerġija tagħhom u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tat-tagħmir li juża l-enerġija li jistgħu jservu sabiex inaqqsu l-konsum ta’ dan it-tagħmir. 

ANNESS VII L-ippjanar għal effiċjenza fit-tisħin u fit-tkessiħ

1.           Il-pjanijiet nazzjonali għat-tisħin u għat-tkessiħ imsemmija fl-Artikolu 10(1) għandhom jinkludu:

(a)     deskrizzjoni tad-domanda għat-tisħin u għat-tkessiħ;

(b)     tbassir ta’ kif din id-domanda se tinbidel fl-għaxar (10) snin li ġejjin, fejn tkun ikkunsidrata b’mod partikolari l-evoluzzjoni tad-domanda fil-bini u s-setturi differenti tal-industrija;

(c)     mappa tat-territorju nazzjonali, li tidentifika:

(i)      il-punti tad-domanda għat-tisħin u għat-tkessiħ, inklużi:

– - il-muniċipalitajiet u l-konurbazzjonijiet bi proporzjon ta’ art ta’ mill-inqas 0.3; u

– - iż-żoni industrijali b’konsum totali annwali ta’ tisħin u ta’ tkessiħ ta’ iktar minn 20 GWh;

(ii)      l-infrastruttura eżistenti u ppjanata għat-tisħin u għat-tkessiħ distrettwali;

(iii)     il-punti ta’ provvista potenzjali tat-tisħin u tat-tkessiħ, inklużi:

– - l-installazzjonijiet ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku bi produzzjoni totali annwali tal-elettriku ta’ iktar minn 20 GWh; u

– - l-impjanti ta’ inċinerazzjoni tal-iskart;

– l-installazzjonijiet ta’ koġenerazzjoni eżistenti u ppjanati, ikklassifikati skont l-Anness VII, u l-installazzjonijiet tat-tisħin distrettwali.

(d)     l-identifikazzjoni tad-domanda għat-tisħin u għat-tkessiħ li tista’ tiġi sodisfatta b’koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja, inkluża l-mikrokoġenerazzjoni residenzjali, u bit-tisħin u t-tkessiħ distrettwali;

(e)     l-identifikazzjoni tal-potenzjal għal koġenerazzjoni addizzjonali b’effiċjenza għolja, inkluż mir-rinnovazzjoni tal-installazzjonijiet ta’ ġenerazzjoni u industrijali eżistenti jew faċilitajiet oħrajn li jiġġeneraw sħana mormija u mill-konstruzzjoni ta’ installazzjonijiet ta’ ġenerazzjoni u industrijali ġodda jew ta’ faċilitajiet oħrajn li jiġġeneraw sħana mormija;

(f)      il-miżuri li għandhom jiġu adottati sal-2020 u sal-2030 sabiex jitwettaq il-potenzjal f’(e) ħalli tiġi sodisfatta d-domanda f’(d), inklużi:

(i)      il-miżuri sabiex jiżdied is-sehem tal-koġenerazzjoni fil-produzzjoni tat-tisħin u tat-tkessiħ u fil-produzzjoni tal-elettriku; u

(ii)      il-miżuri sabiex tkun żviluppata infrastruttura effiċjenti għat-tisħin u għat-tkessiħ distrettwali sabiex ikun akkomodat l-iżvilupp ta’ koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja u l-użu ta’ tisħin u ta’ tkessiħ minn sħana mormija u minn sorsi rinnovabbli tal-enerġija;

(g)     is-sehem tal-koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja u l-potenzjal stabbilit u l-progress imwettaq skont id-Direttiva 2004/8/KE.

(h)     stima tal-enerġija primarja li għandha tiġi ffrankata;

(i)      stima tal-miżuri ta’ appoġġ pubbliku għat-tisħin u għat-tkessiħ, jekk ikun hemm, bil-baġit annwali u bl-identifikazzjoni tal-element potenzjali ta’ għajnuna. Dan ma jippreġudikax notifika separata tal-iskemi ta’ appoġġ pubbliku għal valutazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat.

2.           Sa fejn ikun xieraq, il-pjan jista’ jkun magħmul minn għadd ta’ pjanijiet reġjonali jew lokali.

3.           Il-pjanijiet għall-ispazju urban għandhom ikunu mfassla sabiex jiżguraw li:

a)      l-installazzjonijiet il-ġodda ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku termali u l-impjanti industrijali li jipproduċu sħana mormija jkunu jinsabu f’siti fejn se jiġi rkuprat ammont massimu tas-sħana mormija disponibbli sabiex tkun sodisfatta d-domanda eżistenti jew imbassra għas-sħana u għat-tkessiħ;

b)      iż-żoni residenzjali l-ġodda jew l-impjanti industrijali l-ġodda li jikkonsmaw is-sħana fil-proċessi ta’ produzzjoni tagħhom jkunu jinsabu f’siti fejn ammont massimu mid-domanda għas-sħana tagħhom se jiġi sodisfatt mis-sħana mormija disponibbli, kif ġie identifikat fil-pjanijiet nazzjonali għat-tisħin u għat-tkessiħ. Sabiex ikun żgurat l-aħjar bilanċ bejn id-domanda u l-provvista għas-sħana u għat-tkessiħ, il-pjanijiet għall-ispazju għandhom jiffavorixxu l-ġbir fi gruppi ta’ għadd ta’ impjanti industrijali fl-istess post;

c)      l-installazzjonijiet ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku termali, l-impjanti industrijali li jipproduċu sħana mormija, l-impjanti ta’ inċinerazzjoni tal-iskart u impjanti oħrajn ta’ skart għall-enerġija, ikunu konnessi man-netwerk lokali ta’ tisħin jew ta’ tkessiħ distrettwali;

d)      iż-żoni residenzjali u l-impjanti industrijali li jikkonsmaw is-sħana fil-proċessi ta’ produzzjoni tagħhom ikunu konnessi man-netwerk lokali ta’ tisħin jew ta’ tkessiħ distrettwali.

ANNESS VIII Linjigwida għal-lokalizzazzjoni tas-siti tal-installazzjonijiet tal-elettriku termali u installazzjonijiet industrijali

1. Il-lokalizzazzjoni tal-installazzjonijiet ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku termali kif imsemmi fl-Artikolu 10(3) u (6)

Fejn jeżisti punt ta’ domanda għas-sħana tal-kapaċità mogħtija fil-kolonna B jew ikun hemm punt ta’ domanda għas-sħana potenzjali, l-impjant tal-enerġija jrid ikun jinsab f’inqas mid-distanza korrispondenti fil-kolonna A. Punt ta’ domanda għas-sħana potenzjali huwa ddefinit bħala punt fejn jista’ jintwera li jista’ raġonevolment jinħoloq wieħed, pereżempju billi jinbena netwerk ta’ tisħin distrettwali. Pereżempju, permezz ta’ tekniki standard ta’ stima, jekk jista’ jintwera li teżisti tagħbija ta’ sħana aggregata ta’ iktar minn 15 MW / km2, dan jiġi kkunsidrat li huwa punt ta’ domanda għas-sħana. Is-somma totali ta’ tagħbiji li jistgħu jiġu konnessi f’kilometri kwadri għandha tiġi kkunsidrata bħala li hija l-kapaċità ta’ domanda ta’ punti ta’ domanda għas-sħana ta’ din ix-xorta.

Id-distanza A hija rotta għall-katusi, mhux linja dritta, li matulha l-esperti fl-inġinerija, permezz ta’ tekniki standard ta’ stima bħall-istħarriġ tal-kwantitajiet, jikkunsidraw li huwa fattibbli li tinbena katusa li ġġorr l-ilma tad-daqs korrispondenti bi spiża moderata. Dan jeskludi ostakli bħal ktajjen ta’ muntanji, ċentri tal-ibliet, qsim diffiċli min-naħa għall-oħra ta’ xmajjar jew ta’ ibħra, eċċ.

A || B || C

Distanza massima bejn l-installazzjoni tal-elettriku proposta u l-punt ta’ domanda għas-sħana || Kapaċità elettrika tal-impjant tal-enerġija || Konsum annwali stmat tal-punt ta’ domanda għas-sħana

< 100 km || > 1999* MWe || > 7500 TJ/sena

< 65 km || >500 || > 1875 TJ/sena

< 15 km || > 20 MW || > 50 TJ/sena

* L-impjant il-ġdid se jopera tipikament b'fattur ta' tagħbija ta' 90 %.

2. Il-lokalizzazzjoni tas-sorsi tas-sħana tal-iskart industrijali msemmija fl-Artikolu 10(8).

A || B || C

Distanza massima bejn l-installazzjonijiet industrijali proposti u l-punt ta’ domanda għas-sħana || Kapaċità || Konsum annwali stmat tal-punt ta’ domanda għas-sħana

< 75 km || > 75 MW (b’tagħbija ta’ 60-70 %) || > 1600 TJ/sena

< 60 km || > 50 MW b'fattur ta' tagħbija ta' 60 % || > 1000 TJ/sena

< 25 km || > 50 MW (fattur ta’ tagħbija > 85 %) || > 400 TJ/sena

< 15 km || > 20 MW || > 100 TJ/sena

ANNESS IX Il-garanzija tal-oriġini għall-elettriku prodott minn koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja

a)           L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri sabiex jiżguraw li:

i)       il-garanzija tal-oriġini tal-elettriku prodott minn koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja:

– tippermetti lill-produtturi biex juru li l-elettriku li jbigħu jkun prodott minn koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja u jinħareġ għal dan il-għan b’reazzjoni għal talba mingħand il-produttur;

– hija preċiża, affidabbli u reżistenti għall-frodi;

– tinħareġ, tiġi ttrasferita u tiġi kkanċellata elettronikament;

ii)       l-istess unità tal-enerġija mill-koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja tkun ikkunsidrata darba waħda biss.

b)           Il-garanzija tal-oriġini msemmija fl-Artikolu 10(7) għandha tinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

– l-identità, il-post, it-tip u l-kapaċità (termali u elettrika) tal-installazzjoni fejn kienet prodotta l-enerġija;

– id-dati u l-postijiet ta’ produzzjoni;

– il-valur kalorifiku iktar baxx tas-sors tal-fjuwil li minnu kien prodott l-elettriku;

– il-kwantità u l-użu tas-sħana ġġenerata flimkien mal-elettriku;

– il-kwantità tal-elettriku minn koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja skont l-Anness II li tirrappreżenta l-garanzija;

– l-iffrankar tal-enerġija primarja kkalkolat skont l-Anness II fuq il-bażi tal-valuri armonizzati ta’ referenza għall-effiċjenza inidikati fil-paragrafu (f) tal-Anness II;

– l-effiċjenza elettrika u termali nominali tal-impjant;

– jekk u sa liema punt l-installazzjoni bbenefikat minn appoġġ għall-investiment;

– jekk u sa liema punt l-unità tal-enerġija bbenefikat b’xi kwalunkwe mod ieħor minn skema ta’ appoġġ nazzjonali, u t-tip ta’ skema ta’ appoġġ;

– id-data li fiha l-impjant sar operattiv; u

– id-data u l-pajjiż li joħroġ il-garanzija u numru ta’ identifikazzjoni uniku.

Il-garanzija tal-oriġni għandha tkun ta' qies standard ta' 1 MWh. Għandha tkun marbuta mal-output nett ta' elettriku mkejjel fil-parametru tal-istazzjoni u esportat fil-grilja

ANNESS X Inventarju tad-dejta dwar l-effiċjenza enerġetika tal-istallazzjonijiet tat-trasformazzjoni tal-enerġija

L-inventarji msemmija fl-Artikolu 11 għandhom jinkludu:

a)           lista mhux nominattiva tal-installazzjonijiet ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku biss b’input termali kklassifikat ta’ 50 MW jew iktar, fejn għal kull waħda jiġu indikati:

– l-output tal-elettriku annwali medju tal-istallazzjoni (MWe) u l-input termali kklassifikat totali (MWth);

– medja annwali tal-fjuwil primarju u tat-taħlita tal-fjuwils (jekk ikun applikabbli);

– it-tip ta’ impjant u t-teknoloġija użata fl-installazzjoni;

– l-effiċjenza tad-disinn u l-kundizzjonijiet tiegħu;

– id-data meta l-installazzjoni bdiet taħdem;

– id-data tal-aħħar rinnovazzjoni sostanzjali;

– l-għadd ta’ siegħat operattivi annwali medji;

– l-effiċjenza operattiva netta annwali medja.

b)           lista mhux nominattiva tal-installazzjonijiet ta’ ġenerazzjoni tas-sħana biss b’input termali kklassifikat ta’ 50 MW jew iktar, fejn għal kull waħda jiġu indikati:

– l-output termali annwali medju tal-istallazzjoni u l-input termali kklassifikat totali (MWth);

– medja annwali tal-fjuwil primarju u tat-taħlita tal-fjuwils (jekk ikun applikabbli);

– it-tip ta’ impjant u t-teknoloġija użata fl-installazzjoni;

– l-effiċjenza tad-disinn u l-kundizzjonijiet tiegħu;

– il-konfigurazzjoni tat-tagħbija tas-sħana;

– id-data meta l-installazzjoni bdiet taħdem;

– id-data tal-aħħar rinnovazzjoni sostanzjali;

– l-għadd ta’ siegħat operattivi annwali medji;

– l-effiċjenza operattiva netta annwali medja;

c)           lista mhux nominattiva tal-installazzjonijiet ta’ koġenerazzjoni b’input termali kklassifikat ta’ 50 MW jew iktar, fejn għal kull waħda jiġu indikati:

– l-output tal-elettriku u termali annwali medju tal-installazzjonijiet (MWe u MWth) u l-input termali kklassifikat totali (MWth);

– Il-medja annwali tal-fjuwil primarju u t-taħlita tal-fjuwils skont id-Deċiżjoni 2007/74/KE li tistabbilixxi l-valuri armonizzati ta' referenza, jekk ikun applikabbli;

– it-tip ta’ impjant u t-teknoloġija użata fl-installazzjoni skont l-Anness VII;

– l-effiċjenza tad-disinn u l-kundizzjonijiet tiegħu;

– l-effiċjenzi ppjanati tal-elettriku biss u tas-sħana biss;

– il-proporzjon medju annwali tal-enerġija mas-sħana;

– id-data meta l-installazzjoni bdiet taħdem;

– id-data tal-aħħar rinnovazzjoni sostanzjali;

– l-għadd ta’ sigħat operattivi annwali medji;

– l-effiċjenza operattiva netta annwali medja.

d)           lista mhux nominattiva ta’ installazzjonijiet li jwettqu r-raffinar taż-żejt minerali u tal-gass, fejn għal kull waħda jiġu indikati:

– l-input tal-enerġija annwali medju tal-installazzjoni (MWth);

– il-medja annwali tal-output tal-enerġija tal-installazzjoni (il-kontenut tal-enerġija tat-taħlita tal-fjuwil, MWth);

– il-feedstock annwali medja;

– it-tip ta’ impjant u t-teknoloġija użata fl-installazzjoni;

– l-effiċjenza tad-disinn (teoretika);

– id-data meta l-installazzjoni bdiet taħdem;

– id-data tal-aħħar rinnovazzjoni sostanzjali;

– l-għadd ta’ siegħat operattivi annwali medji;

– l-effiċjenza operattiva netta annwali medja.

ANNESS XI Il-kriterji tal-effiċjenza enerġetika għar-regolamentazzjoni tan-netwerk tal-enerġija u għat-tariffi tan-netwerk iffissati jew approvati mill-awtoritajiet regolatorji tal-enerġija

1.           It-tariffi tan-netwerk għandhom jirriflettu b’mod preċiż l-iffrankar tal-elettriku u tal-ispejjeż fin-netwerks li nkiseb mil-lat tad-domanda u l-miżuri ta’ reazzjoni għad-domanda u l-ġenerazzjoni distribwita, inkluż l-iffrankar mit-tnaqqis tal-ispiża tat-twassil jew tal-investiment fin-netwerks u tħaddim iktar ottimali tan-netwerk.

2.           Ir-regolamentazzjoni u t-tariffi tan-netwerk għandhom jippermettu li l-operaturi tan-netwerk joffru servizzi tas-sistema u tariffi tas-sistema għal miżuri ta’ reazzjoni għad-domanda, ġestjoni tad-domanda u ġenerazzjoni distribwita fis-swieq organizzati tal-elettriku, b’mod partikolari:

a)      It-trasferiment tat-tagħbija mill-ħinijiet tal-ikbar domanda għal ħinijiet mhux tal-ikbar domanda mill-klijenti aħħarin fejn ikunu kkunsidrati d-disponibbiltà tal-enerġija rinnovabbli, l-enerġija mill-koġenerazzjoni u l-ġenerazzjoni distribwita;

b)      l-iffrankar tal-enerġija mir-reazzjoni għad-domanda tal-konsumaturi distribwiti mill-aggregaturi tal-enerġija

c)      it-tnaqqis tad-domanda minn miżuri tal-effiċjenza enerġetika mwettqa mill-fornituri tas-servizzi ta’ enerġija, inklużi l-kumpaniji tas-servizzi ta’ enerġija;

d)      il-konnessjoni u r-rilaxx ta’ sorsi ta’ ġenerazzjoni f’livelli iktar baxxi ta’ vultaġġ;

e)      il-konnessjoni tas-sorsi ta’ ġenerazzjoni minn post eqreb għall-konsum; u

f)       il-ħżin tal-enerġija.

Għall-finijiet ta’ din id-dispożizzjoni, it-terminu “swieq organizzati tal-elettriku” għandu jinkludi s-swieq b’bejgħ dirett u l-boroż tal-enerġija elettrika għall-kummerċ ta’ enerġija, ta’ kapaċità kif ukoll servizzi ta’ bbilanċjar u servizzi anċillari fil-perjodi kollha ta’ żmien, inklużi s-swieq bil-quddiem, bil-ġurnata ’l quddiem u ta’ dak inhar stess.

3.           Għandhom ikunu disponibbli tariffi tan-netwerk li jsostnu pprezzar dinamiku għal miżuri ta’ reazzjoni għad-domanda mill-klijenti aħħarin inklużi:

a)      tariffi skont il-ħin tal-użu (time-of-use tariffs);

b)      ipprezzar għall-ħinijiet kritiċi tal-iktar użu (critical peak pricing);

c)      ipprezzar f'ħin reali; u

d)      rifużjonijiet tal-ħinijiet tal-iktar użu.

ANNESS XII Ir-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika għall-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni u għall-operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni

L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni għandhom:

a)      jistabbilixxu u jagħmlu pubbliċi r-regoli standard tagħhom relatati mas-sostenn u mal-kondiviżjoni tal-ispejjeż tal-adattamenti tekniċi, bħall-konnessjonijiet mal-grilja u t-tisħiħ tal-grilja, it-titjib fit-tħaddim tal-grilja u r-regoli dwar implimentazzjoni mhux diskriminatorja tal-kodiċijiet tal-grilja, li huma meħtieġa għall-integrazzjoni tal-produtturi l-ġodda li jalimentaw l-elettriku prodott minn koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja fil-grilja interkonnessa;

b)      jipprovdu lil kwalunkwe produttur ġdid ta’ elettriku prodott minn koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja li jixtieq ikun konness mas-sistema bl-informazzjoni komprensiva u meħtieġa mitluba, inklużi:

(i)      stima komprensiva u dettaljata tal-ispejjeż assoċjati mal-konnessjoni;

(ii)      skeda ta’ żmien raġonevoli u preċiża sabiex tasal it-talba u tkun pproċessata għal konnessjoni mal-grilja;

(iii)     skeda ta’ żmien indikattiva raġonevoli għal kwalunkwe konnessjoni mal-grilja proposta. Il-proċess kollu biex ikun hemm konnessjoni mal-grilja ma għandux jieħu iktar minn 12-il xahar.

(c)     jipprovdu proċeduri standardizzati u ssimplifikati għall-konnessjoni ta’ produtturi distribwiti ta’ koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja sabiex jiffaċilitaw il-konnessjoni tagħhom mal-grilja.

Ir-regoli standard imsemmija f’a) għandhom ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji fejn b'mod partikolari jkunu kkunsidrati l-ispejjeż u l-benefiċċji kollha assoċjati mal-konnessjoni ta’ dawk il-produtturi mal-grilja. Huma jistgħu jipprovdu għal tipi differenti ta’ konnessjoni.

ANNESS XIII L-elementi minimi li għandhom jiġu inkużi fil-kuntratti għall-prestazzjoni tal-enerġija mas-settur pubbliku

· Lista ċara u trasparenti tal-miżuri ta’ effiċjenza li għandhom jiġu implimentati.

· L-iffrankar iggarantit li għandu jinkiseb bl-implimentazzjoni tal-miżuri tal-kuntratt.

· It-tul u l-punti ewlenin tal-kuntratt, it-termini u l-perjodu ta’ notifika.

· Lista ċara u trasparenti tal-obbligi ta’ kull parti kontraenti.

· Id-data(i) ta’ referenza sabiex ikun stabbilit l-iffrankar miksub.

· Lista ċara u trasparenti tal-passi li għandhom jitwettqu sabiex tkun implimentata miżura u l-ispejjeż assoċjati.

· Obbligu li l-miżuri fil-kuntratt jiġu implimentati b’mod sħiħ u li l-bidliet kollha li jsiru waqt il-proġett jiġu ddokumentati.

· Ir-regolamenti li jispeċifikaw l-inklużjoni ta’ partijiet terzi (sottokuntrattar).

· Wirja ċara u trasparenti tal-implikazzjonijiet finanzjarji tal-proġett u distribuzzjoni tas-sehem taż-żewġ partijiet fl-iffrankar monetarju miksub (jiġifieri, ir-remunerazzjoni tal-fornitur tas-servizz).

· Dispożizzjonijiet ċari u trasparenti dwar il-kejl u l-awditu tal-iffrankar iggarantit miksub, il-kontrolli u l-garanziji tal-kwalità.

· Dispożizzjonijiet li jiċċaraw il-proċedura sabiex ikunu indirizzati l-kundizzjonijiet ta’ qafas li jinbidlu li jaffettwaw il-kontenut u l-eżitu tal-kuntratt (jiġifieri, prezzijiet tal-enerġija li jinbidlu, l-intensità tal-użu ta’ installazzjoni).

· Informazzjoni ddettaljata dwar l-obbligi ta’ kull waħda mill-partijiet kontraenti.

ANNESS XIV Il-qafas ġenerali għar-rapportaġġ

PARTI 1.        Il-qafas ġenerali għar-rapporti annwali

Ir-rapporti annwali msemmija fl-Artikolu 19(1) jipprovdu bażi għall-monitoraġġ tal-progress lejn il-miri nazzjonali tal-2020. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rapporti jinkludu l-informazzjoni minima li ġejja:

a)      stima tal-indikaturi sussegwenti fis-sena preċedenti:

(i)      il-konsum tal-enerġija primarja kif ġie ddefinit fl-Artikolu 2(2)

(ii)      il-konsum totali tal-enerġija finali

(iii)     il-konsum tal-enerġija finali skont is-settur

· l-industrija

· it-trasport (maqsum bejn it-trasport tal-passiġġieri u dak tal-merkanzija)

· l-unitajiet domestiċi

· servizzi

(iv)     il-valur gross miżjud skont is-settur

· l-industrija

· servizzi

(v)     id-dħul disponibbli tal-familji

(vi)     il-prodott domestiku gross (PDG)

(vii)    il-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-ġenerazzjoni tal-enerġija termali

(viii)   il-ġenerazzjoni tas-sħana mill-ġenerazzjoni tal-enerġija termali

(ix)     l-input ta’ fjuwil għall-ġenerazzjoni tal-enerġija termali

(x)     kilometraġġ tal-passiġġieri (pkm)

(xi)     kilometraġġ tal-merkanzija (tkm)

(xii)    il-popolazzjoni

F’setturi fejn il-konsum tal-enerġija jibqa’ stabbli jew qed jikber, l-Istati Membri għandhom janalizzaw ir-raġunijiet għal dan u jehmżu l-evalwazzjoni tagħhom mal-istimi.

b)      aġġornamenti ta’ miżuri leġiżlattivi u mhux leġiżattivi ewlenin implimentati fis-sena preċedenti li jagħtu kontribut għall-miri nazzjonali kumplessivi għall-effiċjenza enerġetika għall-2020.

c)      l-erja totali tal-art tal-binjiet li għandhom erja totali ta' art utilizzabbli ta' iktar minn 250 m2 li tkun il-proprjetà tal-korpi pubbliċi tiegħu li, fl-1 ta’ Jannar tas-sena meta għandu jitressaq ir-rapport, ma ssodisfatx ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni tal-enerġija msemmija fl-Artikolu 4(1);

d)      l-erja totali tal-art tal-bini li tkun il-proprjetà tal-korpi publiċi tal-Istat Membru li kienet rinnovata fis-sena preċedenti.

e)      l-iffrankar tal-enerġija miksub permezz tal-iskemi nazzjonali ta’ obbligi ta’ effiċjenza enerġetika msemmija fl-Artikolu 6(1) jew il-miżuri alternattivi adottati fl-applikazzjoni tal-Artikolu 6(9).

L-ewwel rapport għandu jinkludu wkoll il-mira nazzjonali msemmija fl-Artikolu 3(1).

PARTI 2. Il-qafas ġenerali għar-rapporti supplimentari

Ir-rapporti msemmija fl-Artikolu 19(2) għandhom jipprovdu qafas għall-iżvilupp tal-istrateġiji nazzjonali għall-effiċjenza enerġetika.

Ir-rapporti għandhom ikopru miżuri għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika u l-iffrankar tal-enerġija mistenni/miksub sinifikanti, inklużi dawk fil-provvista, fit-trażmissjoni u fid-distribuzzjoni tal-enerġija kif ukoll fl-użu finali tal-enerġija. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rapporti jinkludu l-informazzjoni minima li ġejja:

1.         Il-miri u l-istrateġiji

-             Il-mira nazzjonali għall-effiċjenza enerġetika għall-2020 kif inhu mitlub mill-Artikolu 3(1);

-             Il-mira indikattiva nazzjonali ta’ ffrankar tal-enerġija stabbilita fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/32/KE;

-             Miri eżistenti oħrajn għall-effiċjenza enerġetika li jindirizzaw l-ekonomija kollha jew setturi speċifiċi.

2.         Il-miżuri u l-iffrankar tal-enerġija

Ir-rapporti għandhom jipprovdu informazzjoni dwar il-miżuri li ġew adottati jew li huwa ppjanat li jiġu adottati sabiex ikunu implimentati l-elementi ewlenin ta’ din id-Direttiva u dwar l-iffrankar relatat tagħhom.

a)         L-iffrankar tal-enerġija primarja

Ir-rapporti għandhom jelenkaw miżuri u azzjonijiet sinfikanti meħuda għall-iffrankar tal-enerġija primarja fis-setturi kollha tal-ekonomija. Għal kull miżura jew għal kull pakkett ta’ miżuri/azzjonijiet għandhom ikunu pprovduti stimi tal-iffrankar mistenni għall-2020 u l-iffrankar miksub sa żmien ir-rapportaġġ.

Fejn tkun disponibbli, għandha tkun ipprovduta informazzjoni dwar impatti/benefiċċji oħrajn tal-miżuri (tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassiijet serra, titjib fil-kwalità tal-arja, il-ħolqien tal-impjiegi, eċċ.) u dwar il-baġit għall-implimentazzjoni.

b)         L-iffrankar tal-enerġija finali

L-ewwel u t-tieni rapporti supplimentari għandhom jinkludu r-riżultati fir-rigward tal-kisba tal-mira għall-iffrankar tal-enerġija finali stabbilita fl-Artikolu 4(1) u (2) tad-Direttiva 2006/32/KE. Jekk il-kalkolu/l-istima tal-iffrankar għal kull miżura ma jkunx disponibbli, għandu jintwera t-tnaqqis fl-enerġija fil-livell tas-settur dovut għall- (kombinazzjoni ta’) miżuri.

L-ewwel u t-tieni rapporti għandhom jinkludu wkoll il-metodoloġija tal-kejl u/jew tal-kalkolu li ntużat sabiex jiġi kkalkolat l-iffrankar tal-enerġija. Jekk tiġi applikata l-“metodoloġija rakkomandata[45]”, ir-rapport għandu jipprovdi referenzi għal dan.

3.         Informazzjoni speċifika relatata mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva

3.1.      Il-korpi pubbliċi (Artikolu 4)

Ir-rapporti supplimentari għandhom jinkludu l-lista ta’ korpi pubbliċi li jkunu żviluppaw pjan għall-effiċjenza enerġetika skont l-Artikolu 4(3).

3.2.      L-obbligi tal-effiċjenza enerġetika (Artikolu 6)

Ir-rapporti supplimentari għandhom jinkludu l-koeffiċjenti nazzjonali magħżula skont l-Anness IV.

L-ewwel rapport supplimentari għandu jinkludi deskrizzjoni fil-qosor tal-iskema nazzjonali msemmija fl-Artikolu 6(1) jew il-miżuri alternattivi adottati b'applikazzjoni tal-Artikolu 6(9).

3.3.      L-awditi u s-sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija (Artikolu 7)

Ir-rapporti supplimentari għandhom jinkludu:

a)           l-għadd ta’ awditi tal-enerġija mwettqa fil-perjodu ta’ tliet (3) snin preċedenti;

b)           l-għadd ta’ awditi tal-enerġija mwettqa fl-impriżi l-kbar fil-perjodu ta’ tliet (3) snin preċedenti;

c)           l-għadd ta’ kumpanniji kbar fit-territorju tagħhom, b’indikazzjoni tal-għagg ta’ dawk li japplika għalihom l-Artikolu 7(3).

3.4.      Il-promozzjoni ta’ tisħin u ta’ tkessiħ effiċjenti (Artikolu 10)

Rapporti supplimentari għandhom jinkludu valutazzjoni tal-progress milħuq fl-implimentazzjoni tal-pjan nazzjonali għat-tisħin u għat-tkessiħ imsemmi fl-Artikolu 10(1).

3.5.        It-trasformazzjoni tal-enerġija (Artikolu 11)

-             Ir-rapporti supplimentari għandhom jinkludu sommarju mhux kunfidenzjali tal-inventarji tad-dejta msemmija fl-Artikolu 11, skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness X.

3.6.        It-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija (Artikolu 12)

-             L-ewwel rapport supplimentari u r-rapporti sussegwenti li mbagħad għandhom jitressqu kull għaxar (10) snin għandhom jinkudu l-pjanijiet għall-potenzjali tal-effiċjenza enerġetika tal-infrastruttura tal-gass u tal-elettriku msemmija fl-Artikolu 12(2).

3.7.      Id-disponibbiltà tal-iskemi ta’ ċertifikazzjoni (Artikolu 13)

Ir-rapporti supplimentari għandhom jinkludu informazzjoni dwar l-iskemi nazzjonali ta’ ċertifikazzjoni jew l-iskemi ta’ kwalifiki ekwivalenti disponibbli għall-fornituri tas-servizzi ta’ enerġija, l-awditi tal-enerġija u l-miżuri għal titjib tal-effiċjenza enerġetika.

3.8.      Is-servizzi ta’ enerġija (Artikolu 14)

Ir-rapporti supplimentari għandhom jinkludu ħolqa tal-internet mal-websajt fejn wieħed jista’ jkollu aċċess għal-listi u għar-reġistri nazzjonali tal-fornituri tas-servizzi ta’ enerġija msemmija fl-Artikolu 14.

3.9.      Miżuri oħrajn għall-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika (Artikolu 15)

L-ewwel rapport supplimentari għandu jinkludi lista tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 15(2).

ANNESS XV Tabella ta’ korrelazzjoni

Direttiva 2006/32/KE || Din id-Direttiva

Artikolu 1 || Artikolu 1

Artikolu 2 || Artikolu 1

Artikolu 3, punt (a) || Artikolu 1, punt (1)

Artikolu 3, punt (b) || --

Artikolu 3, punt (c) || --

Artikolu 3, punt (d) || --

-- || Artikolu 2, punt (2)

Artikolu 3 punt (e) || Artikolu 2, punt (3)

Artikolu 3, punt (f) || --

Artikolu 3, punt (g) || --

Artikolu 3, punt (h) || --

Artikolu 3, punt (i) || --

-- || Artikolu 2, punt (4)

-- || Artikolu 2, punt (5)

-- || Artikolu 2, punt (6)

Artikolu 3, punt (j) || Artikolu 2, punt (13)

Artikolu 3, punt (k) || --

Artikolu 3, punt (l) || Artikolu 2, punt (12)

Artikolu 3, punt (m) || --

Artikolu 3, punt (n) || Artikolu 2, punt (10)

Artikolu 3, punt (o) || Artikolu 2, punt (7)

Artikolu 3, punt (p) || Artikolu 2, punt (8)

Artikolu 3, punt (q) || Artikolu 2, punt (9)

Artikolu 3, punt (r) || --

Artikolu 3, punt (s) || --

-- || Artikolu 2, punt (11)

-- || Artikolu 2, punt (14)

-- || Artikolu 3

Artikolu 4 || --

Artikolu 5 || Artikolu 4, Artikolu 5

Artikolu 6(1)(a) || Artikolu 6 (6) punti (b) u (c)

Artikolu 6 (1)(b) || Artikolu 6 (7)

Artikolu 6 (2) || Artikolu 6(1), (2), (3), (4), (5), (6) punt (a), (8), (9) u (10)

Artikolu 7(1) || --

Artikolu 7(2) || Artikolu 15 (1) l-aħħar inċiż

Artikolu 7(3) || --

Artikolu 8 || Artikolu 13(1)

-- || Artikolu 13(2)

Artikolu 9(1) || --

Artikolu 9(2) || Artikolu 14 punti (b), (c) u (e)

Artikolu 10(1) || Artikolu 12(4)

Artikolu 10(2) || Artikolu 12(3)

Artikolu 11 || --

Artikolu 12(1) || Artikolu 7(1)

Artikolu 12(2) || --

-- || Artikolu 7(2)

Artikolu 12(3) || Artikolu 7(3)

Artikolu 13(1) || Artikolu 8(1)

Artikolu 13(2) || Artikolu 8(2)

-- || Artikolu 9

-- || Artikolu 11

-- || Artikolu 12 (1) u (2)

-- || Artikolu 14, punti (a) u (d)

-- || Artikolu 15(1), punt (a) u (b)

-- || Artikolu 15(2)

-- || Artikolu 16

Artikolu 14 (1) u (2) || Artikolu 19(1), (2), (3)

Artikolu 14 (3) || --

Artikolu 14 (4) u (5) || Artikolu 19(4) u (5)

-- || Artikolu 17(1)

Artikolu 15(1) || Artikolu 17(2)

Artikolu 15(2) || --

Artikolu 15(3) || --

Artikolu 15(4) || --

-- || Artikolu 18

-- || Artikolu 19(7)

-- || Artikolu 19(8)

-- || Artikolu 19(9)

-- || Artikolu 19(10)

Artikolu 16 || Artikolu 20

Artikolu 17 || Artikolu 21

Artikolu 18 || Artikolu 22

Artikolu 19 || Artikolu 23

Artikolu 20 || Artikolu 24

Anness I || --

Anness II || Anness IV

Anness III || --

Anness IV || --

Anness V || --

Anness VI || Anness III

-- || Anness V

-- || Anness VI

-- || Anness VII

-- || Anness VIII

-- || Anness IX

-- || Anness X

-- || Anness XI

-- || Anness XII

-- || Anness XIII

-- || Anness XIV

-- || Anness XV

Direttiva 2004/8/KE || Din id-Direttiva

Artikolu 1 || Artikolu 1

Artikolu 2 || Artikolu 1

Artikolu 3, punt (a) || Artikolu 2, punt (15)

Artikolu 3, punt (b) || Artikolu 2, punt (17)

Artikolu 3, punt (c) || Artikolu 2, punt (16)

Artikolu 3, punt (d) || Artikolu 2, punt (18)

Artikolu 3, punt (e) || --

Artikolu 3, punt (f) || --

Artikolu 3, punt (g) || Artikolu 2, punt (20)

Artikolu 3, punt (h) || --

Artikolu 3, punt (i) || Artikolu 2, punt (19)

Artikolu 3, punt (j) || --

Artikolu 3, punt (k) || Artikolu 2, punt (21)

Artikolu 3, punt (l) || Artikolu 2, punt (22)

Artikolu 3, punt (m) || Artikolu 2, punt (24)

Artikolu 3, punt (n) || Artikolu 2, punt (23)

Artikolu 3, punt (o) || --

-- || Artikolu 2, punt (25)

-- || Artikolu 2, punt (26)

-- || Artikolu 2, punt (27)

Artikolu 4(1) || Anness II, punt (f) l-ewwel inċiż

-- || Artikolu 10(1) sa (9)

Artikolu 4(2) || Artikolu 10(10) it-tielet inċiż

Artikolu 4(3) || --

Artikolu 5 || Artikolu 10(10) l-ewwel u t-tieni inċiżi

Artikolu 6 || --

Artikolu 7(1) || Artikolu 10(11)

Artikolu 7(2) || --

Artikolu 7(3) || --

Artikolu 8 || Artikolu 12(5)

-- || Artikolu 12(6)

-- || Artikolu 12(7)

Artikolu 9 || --

Artikolu 10(1) u (2) || --

Artikolu 10(3) || Artikolu 19(6)

Artikolu 11 || --

Artikolu 12 || --

Artikolu 13 || Artikolu 17(2)

Artikolu 14 || --

Artikolu 15 || Artikolu 22

Artikolu 16 || --

Artikolu 17 || Artikolu 23

Artikolu 18 || Artikolu 24

Anness I || Anness I, Part II

Anness II || Anness I, Part I

-- || Anness I, Part III

Anness III || Anness II

Anness IV || --

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦALL-PROPOSTI

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.        Titolu tal-proposta/inizjattiva

Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-effiċjenza fl-użu finali tal-enerġija u li tirrevoka d-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE

1.2.        Il-qasam/l-oqsma tal-politika kkonċernata/i fl-istruttura tal-ABM/ABB[46]

ENERĠIJA [32].

1.3.        Natura tal-proposta/inizjattiva

¨ Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida

¨ Il-proposta/inizjattiva għandha x'taqsam ma’ azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja[47]

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

x Il-proposta/inizjattiva hija marbuta ma’ azzjoni indirizzata lejn azzjoni ġdida

1.4.        Objettivi

1.4.1.     L-għan/għanijiet strateġiku/ċi multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

Din il-proposta hija marbuta mal-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv. Hija tikkontribwixxi direttament għall-kisba ta' waħda mill-ħames miri prinċipali ewlenin imwaqqfa mill-Istrateġija, b'mod partikolari t-twettiq tal-mira ta' 20 % ta' effiċjenza enerġetika fl-2020.

1.4.2.     Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi u attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

Għan speċifiku Nru:

Nru 3: Twettq ta' 20 % tnaqqis mill-konsum tal-enerġija tal-UE

Nru 4: Il-promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli u żieda fl-effiċjenza enerġetika fit-trasport residenzjali/terzjarju u l-industrija, billi jiġu indirizzati l-ostakoli mhux teknoloġiċi (programm Ewropew Enerġija Intelliġenti)...

Attivitajiet ABM/ABB ikkonċernati

Nru 3: 32 04 03

Nru 4: 32 04 06

1.4.3.     Riżultat(i) u impatt mistenni/mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

Il-proposta se jkollha effetti pożittivi fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista fl-Ewropa, se tikkontribwixxi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u se jkollha wkoll impatti pożittivi f'termini ta' tkabbir ekonomiku u ħolqien ta' impjieġi. L-iffrankar tal-enerġija jagħmel disponibbli riżorsi finanzjarji li jistgħu jerġgħu jiġu investiti x’imkien ieħor fl-ekonomija u jista’ jgħin sabiex jitnaqqsu l-baġits pubbliċi li jinsabu taħt pressjoni. Għaċ-ċittadini individwali, l-effiċjenza enerġetika tfisser li jħallsu inqas fejn għandhom x’jaqsmu l-kontijiet tal-enerġija tagħhom. Hija tipprovdi wkoll miżuri li jindirizzaw il-problema tal-faqar tal-fjuwil. Fl-aħħar nett, il-produzzjoni ta’ iktar b’inqas enerġija għandha ttejjeb il-kompetittività tal-industriji tal-UE u tagħtihom vantaġġ fis-swieq globali għat-teknoloġiji tal-effiċjenza enerġetika.

1.4.4.     Indikaturi ta’ riżultati u impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

Skont din il-proposta, L-Istati Membri se jkollhom jirrapportaw kull sena lill-Kummissjoni dwar il-progress li jk sar fl-implimentazzjoni tad-Direttiva billi jużaw għadd ta' indikaturi (pereżempju, il-konsum tal-enerġija primarja, l-indikaturi tal-attività f'att ta' setturi bħall-industrija, residenzjali jew terzjarja, it-trasport, il-forniment tal-enerġija, l-erja ta' art totali ta' bini proprjetà ta' korpi pubbliċi u li ġew rinnovati f'sena). L-Istati Membri huma rikjesti wkoll li jirrapportaw kull tliet snin, dwar diversi indikaturi ta' implimentazzjoni.

1.5.        Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.     Rekwiżit(i) li għandhom jitħarsu għal żmien qasir u fit-tul

L-objettiv għal tul ta' żmien qasir ta' din il-Proposta huwa li tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-objettiv tal-effiċjenza enerġetika għall-2020 u għall-kisba tal-Istrateġija 2020 tal-UE. Il-proposta għandha wkoll objettiv għal tul ta' żmien twil, jiġifieri għat-twettiq ta' titjib għall-effiċjenza enerġetika fl-UE wara l-2020.

1.5.2.     Valur miżjud tal-involviment tal-UE

L-UE stabbilixxiet għaliha nnfisha l-mira li fl-2020 tiffranka 20 % tal-enerġija primarja u għamlitha waħda mill-ħames miri ewlenin tal-Istrateġija Ewropa 2020. Il-qafas politiku kurrenti fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri ma rnexxilux jisfrutta l-potenzjal eżistenti għall-iffrankar tal-enerġija.

L-isfidi tal-enerġija indirizzati minn din il-proposta (is-sigurtà tal-forniment tal-enerġija, is-sostenibbiltà, it-tibdil fil-klima, kif ukoll il-kompetittività tal-UE) huma tħassib tal-UE kollha u għalhekk jeħtieġ reazzjoni kollettiva biex tkun żgurata azzjoni koordinata u sabiex l-objettivi komuni jintlaħqu b'mod iktar effikaċi.

1.5.3.     Tagħlimiet minn esperjenzi simili fil-passat

Il-qafas kurrenti tal-effiċjenza enerġetika li din il-proposta tirrevoka, jiġifieri d-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Enerġija u d-Direttiva ta' Koġenerazzjoni minħabba l-kliem mhux strett tagħhom, ma rnexxilhomx jisfruttaw b'mod sħiħ il-potenzjali eżistenti tal-iffrankar tal-enerġija. Din il-proposta għandha l-għan li tirrimedja l-iżvantaġġi u n-nuqqasijiet taż-żewġ Direttivi, billi ssaħħaħ u ttejjeb iċ-ċarezza tat-test u tistabbilixxi obbligi ċari.

1.5.4.     Koerenza u possibbilment sinerġija ma’ strumenti oħra rilevanti

Il-proposta hija relatata mill-qrib mal-Istrateġija Ewropa 2020 u l-inizjattiva ewlenija tal-Istrateġija Ewropa 2020 għal Ewropa effiċjenti fl-użu tar-riżorsi. Hija konsistenti u komplementari mal-politiki eżistenti tal-UE dwar il-klima, l-enerġija u s-soċjetà.

1.6.        Tul ta' żmien u impatt finanzjarju

¨ Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien limitat

– ¨  Proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [ĠĠ/XX]SSSS sa [ĠĠ/XX]SSSS

– ¨  Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS

x Proposta/inizjattiva ta’ tul ta' żmien mingħajr limitu

– Possibbilment l-implimentazzjoni se tibda fl-2012 skont il-progress li jkun sar fil-proċess leġiżlattiv

– segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.        Il-metodu/i ta’ mmaniġġjar previst(i) [48]

x Immaniġġjar dirett ċentralizzat mill-Kummissjoni

¨ Immaniġjar ċentralizzat indirett bid-delega tal-kompiti tal-implimentazzjoni lil:

– ¨  aġenziji eżekuttivi

– ¨  korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[49]

– ¨  korpi nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku

– ¨  persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku relevanti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

¨ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

¨ Ġestjoni deċentralizzata ma’ pajjiżi terzi

¨ Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (trid tiġi speċifikata)

Jekk tindika iktar minn mod wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

L-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-parti ewlenija ta' din il-proposta. Il-Kummissjoni se twettaq għadd ta' studji u valutazzjonijiet u se timmonitorja u tappoġġja (permezz ta' għadd ta' inizjattivi ta' kooperazzjoni bħall-proġett dwar Azzjoni Konċertata) l-implimentazzjoni fil-livell nazzjonali.

2.           MIŻURI TA’ MMANIĠĠJAR

2.1.        Regoli ta’ monitoraġġ u rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet

L-Istati Membri għandhom jipprovdu: (i) rapport annwali dwar għadd ta' indikaturi ta' enerġija bażika u ta' implimentazzjoni; U (ii) rapport kull tliet snin dwar informazzjoni iktar ġenerali dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva u dwar miżuri u strateġiji nazzjonali għall-effiċjenza enerġetika.

2.2.        Sistema ta’ mmaniġġjar u kontroll

2.2.1.     Riskju/i identifikat(i)

Ir-riskji relatati mal-implimentazzjoni tad-Direttiva huma identifikati fil-pjan ta' implimentazzjoni li jakkumpanja din il-proposta. Huma jikkonċernaw iż-żewġ riskji fil-fażi tat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni u riskji interni u esterni.

2.2.2.     Metodu/i ta’ kontroll previst(i)

Il-pjan ta' implimentazzjoni jipprevedi azzjoni rimedjali li tindirizza r-riskji identifikati. Dan pereżempju jinkludi djalogu msaħħaħ u kooperazzjoni mal-Istati Membri li jinkludi fil-kuntest tal-Azzjoni Kkonċertata u bilaterali, rekwiżiti ta' tabelli ta' korrelazzjoni, l-istabbiliment ta' penali għan-nuqqas ta' konformità. Hija prevista wkoll evalwazzjoni mill-Kummissjoni tar-rapporti annwali nazzjonali u tar-rapporti kull tliet snin. Il-Kummissjoni tista' tagħmel ukoll rakkomandazzjonijiet.

2.3.        Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni jew protezzjoni eżistenti jew previsti.

Din il-proposta ma għandhix impatt fuq il-parti operazzjonali tal-baġit tal-UE. Mhu identifikat l-ebda riskju.

3.           IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.        Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u linja/i tal-baġit ta’ nefqa affettwata/i

· Linji tal-baġit ta’ nefqa eżistenti

Fl-ordni skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Intestatura tal-baġit || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni

Numru [Deskrizzjoni…...….] || Diff./non-diff. ([50]) || mill-pajjiżi[51]tal-EFTA || minn pajjiżi kandidati[52] || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

1A || 32.04.03 [Attivitajiet ta’ appoġġ għall-politika Ewropea ta’ l-enerġija us-suq intern tal-enerġija] || Diff. || NO || NO || NO || NO

1A || 32.04.06 [Programm Kwadru dwar il- Kompetittivitа u l-Innovazzjoni — 'Enerġija Intelliġenti — Programm tal-Ewropa] || Diff. || YES || YES || NO || NO

· Linji baġitarji ġodda mitluba - NO

Fl-ordni skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Intestatura tal-baġit || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni

Numru [Intestatura…...................................]] || Differenzjata/mhux differenzjata || Minn pajjiżi tal-EFTA || minn pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

|| [XX.YY.YY.YY] || || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE

3.2.        L-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.     Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

IL-PROPOSTA SE TKUN IMPLIMENTATA BL-UŻU TAL-BAĠIT EŻISTENTI U MHUX SE JKOLLHA IMPATT FUQ IL-QAFAS FINANZJARJU MULTIANNWALI.

EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || Numru || [L-intestatura 1A]

DĠ: <ENER> || || || Sena N[53] || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || ... daħħal kemm hemm bżonn snin biex turi t-tul ta' żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || L-AMMONT TOTALI

Ÿ Approprjazzjonijiet operattivi || || || || || || || ||

Numru tal-linja tal-baġit 32.04.03 || Impenji || (1) || 0.2 || 0.2 || 0.2 || 0.2 || 0.2 || 0.2 || 0.2 || 1.4

Ħlasijiet || (2) || 0.06 || 0.2 || 0.2 || 0.2 || 0.2 || 0.2 || 0.2 || 1.26

Numru tal-linja tal-baġit 32.04.06 || Impenji || (1a) || 4.8 || 4.8 || 4.8 || 4.8 || 4.8 || 4.8 || 4.8 || 33.6

Ħlasijiet || (2a) || 1.44 || 3.36 || 4.8 || 4.8 || 4.8 || 4.8 || 4.8 || 28.8

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi[54] || || || || || || || ||

Numru tal-linja tal-baġit 32010406 || || (3) || || || || || || || ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għad-DĠ <ENER> || Impenji || =1+1a +3 || 5 || 5 || 5 || 5 || 5 || 5 || 5 || 35.0

Ħlasijiet || =2+2a +3 || 1.5 || 3.56 || 5 || 5 || 5 || 5 || 5 || 30.06

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || 5 || 5 || 5 || 5 || 5 || 5 || 5 || 35.0

Ħlasijiet || (5) || 1.5 || 3.56 || 5 || 5 || 5 || 5 || 5 || 30.06

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi || (6) || || || || || || || ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA <1A> tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || =4+ 6 || 5 || 5 || 5 || 5 || 5 || 5 || 5 || 35.0

Ħlasijiet || =5+ 6 || 1.5 || 3.56 || 5 || 5 || 5 || 5 || 5 || 30.06

Jekk aktar minn intestatura waħda hija affettwata mill-proposta / inizjattiva:

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || || || || || || || ||

Ħlasijiet || (5) || || || || || || || ||

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi || (6) || || || || || || || ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 4 tal-qafas finanzjarju multiannwali (Ammont ta’ referenza) || Impenji || =4+ 6 || 5 || 5 || 5 || 5 || 5 || 5 || 5 || 35.0

Ħlasijiet || =5+ 6 || 1.5 || 3.56 || 5 || 5 || 5 || 5 || 5 || 30.06

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 5 || “Nefqa amministrattiva”

EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

|| || || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || ... daħħal kemm hemm bżonn snin biex turi t-tul ta' żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || L-AMMONT TOTALI

DĠ: <ENER> ||

Ÿ Riżorsi umani || 0.727 || 0.727 || 0.727 || 0.727 || 0.727 || 0.727 || 0.727 || 5.089

Ÿ Nefqa amministrattiva oħra || 0.086 || 0.086 || 0.086 || 0.086 || 0.086 || 0.086 || 0.086 || 0.602

TOTAL tad-DĠ <ENER> || Approprjazzjonijiet || 0.813 || 0.813 || 0.813 || 0.813 || 0.813 || 0.813 || 0.813 || 5.691

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || (Total ta' impenji = Ħlasijiet totali) || 0.813 || 0.813 || 0.813 || 0.813 || 0.813 || 0.813 || 0.813 || 5.691

EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

|| || || Sena N[55] || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || ... daħħal kemm hemm bżonn snin biex turi t-tul ta' żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || L-AMMONT TOTALI

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || 5,813 || 5,813 || 5,813 || 5,813 || 5,813 || 5,813 || 5,813 || 40,691

Ħlasijiet || 2,313 || 4,373 || 5,813 || 5,813 || 5,813 || 5,813 || 5,813 || 35,751

3.2.2.     Impatt stmat fuq approprjazzjonijiet operattivi

– x Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta' approprjazzjonijiet operazzjonali ġodda (l-inizjattiva hija parti mill-qafas finanzjarju kurrenti)

– ¨  Il-proposta/inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn isfel:

Approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

Jindikaw l-objettivi u l-outputs ò || || || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || ... daħħal kemm hemm bżonn snin biex turi t-tul ta' żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || L-AMMONT TOTALI

RIŻULTATI

Tip ta’ output[56] || Spiża medja tal-output || Numru ta’ outputs || Spiża || Numru ta’ outputs || Spiża || Numru ta’ outputs || Spiża || Numru ta’ outputs || Spiża || Numru ta’ outputs || Spiża || Numru ta’ outputs || Spiża || Numru ta’ outputs || Spiża || Numru totali ta’ outputs || Total Spiża

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 3 Twettiq ta' 20 % tnaqqis mill-konsum tal-enerġija tal-UE meta pparagunat mal-projezzjonijiet għall-2020 ta' PRIMES 2007

- Output || studju || 1 || 1 || 0.2 || 1 || 0.2 || 1 || 0.2 || 1 || 0.2 || 1 || 0.2 || 1 || 0.2 || 1 || 0.2 || 7 || 1.4

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 3 || || 0.2 || || 0.2 || || 0.2 || || 0.2 || || 0.2 || || 0.2 || || 0.2 || 7 || 1.4

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 4: Il-promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli u żieda fl-effiċjenza enerġetika fit-trasport residenzjali/terzjarju u l-industrija, billi jiġu indirizzati l-ostakoli mhux teknoloġiċi (programm Ewropew Enerġija Intelliġenti)...

- Output || studju || 1.4 || 2 || 2.8 || 2 || 2.8 || 2 || 2.8 || 2 || 2.8 || 2 || 2.8 || 2 || 2.8 || 2 || 2.8 || 14 || 19.6

- Output || Azzjonijiet ikkombinati || 2 || 0.3 || 2 || 0.3 || 2 || 0.3 || 2 || 0.3 || 2 || 0.3 || 2 || 0.3 || 2 || 0.3 || 2 || 2.1 || 14

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 4 || 2.3 || 4.8 || 2.3 || 4.8 || 2.3 || 4.8 || 2.3 || 4.8 || 2.3 || 4.8 || 2.3 || 4.8 || 2.3 || 4.8 || 16.1 || 33.6

SPIŻA TOTALI || || 5 || || 5 || || 5 || || 5 || || 5 || || 5 || || 5 || || 35

3.2.3.     L-impatt stmat fuq approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.  Sommarju

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi

– x Il-proposta/inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn isfel: (l-inizjattiva hija parti mill-qafas finanzjarju kurrenti)

Il-ħtiġijiet għal approprjazzjonijiet amministrattivi għandhom ikunu koperti mill-allokazzjoni diġà mogħtija biex tiġi ġestita din l-azzjoni u/jew riallokata fid-DĠ, ikkomplementati, jekk ikun il-każ, b'allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ ta' ġestjoni fil-qafas tal-proċedura ta' allokazzjoni annwali fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

|| Sena N[57] || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || ... daħħal kemm hemm bżonn snin biex turi t-tul ta' żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || L-AMMONT TOTALI

INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || ||

Riżorsi umani || 0.727 || 0.727 || 0.727 || 0.727 || 0.727 || 0.727 || 0.727 || 5.089

Nefqa amministrattiva oħra || 0.086 || 0.086 || 0.086 || 0.086 || 0.086 || 0.086 || 0.086 || 0.602

Total parzjali tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || 0.813 || 0.813 || 0.813 || 0.813 || 0.813 || 0.813 || 0.813 || 5.691

Barra mill-INTESTATURA 5[58] of the multiannual financial framework || || || || || || || ||

Riżorsi umani || || || || || || || ||

Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva || || || || || || || ||

Total parzjali ’il barra mill-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || ||

L-AMMONT TOTALI || 0.813 || 0.813 || 0.813 || 0.813 || 0.813 || 0.813 || 0.813 || 5.691

3.2.3.2.  Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ riżorsi umani

– x Il-proposta/inizjattiva tirrikjedi l-użu tar-riżorsi umani allokati bħalissa, kif spjegat hawn isfel:

L-istima għandha tkun espressa f’ammonti sħaħ (jew l-aktar sa punt deċimali wieħed)

|| || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || ... daħħal kemm hemm bżonn snin biex turi t-tul ta' żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Ÿ Karigi tal-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji) ||

|| XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta’ Rappreżentazzjoni tal-Kummissjoni) || 0.727 || 0.727 || 0.727 || 0.727 || 0.727 || 0.727 || 0.727

|| XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || ||

|| XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || || ||

|| 10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || ||

|| Ÿ Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għal Full Time: FTE) [59] ||

|| XX 01 02 01 (CA, INT, SNE mill-“pakkett globali”) || || || || || || ||

|| XX 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || || || || || || ||

|| XX 01 04 yy[60] || fil-Kwartieri Ġenerali[61] || || || || || || ||

|| fid-delegazzjoni || || || || || || ||

|| XX 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka indiretta) || || || || || || ||

|| 10 01 05 02 (AK, SNE, INT fuq Riċerka diretta) || || || || || || ||

|| Linji oħra tal-baġit (ispeċifika) || || || || || || ||

|| L-AMMONT TOTALI || 0.727 || 0.727 || 0.727 || 0.727 || 0.727 || 0.727 || 0.727

XX hija l-qasam tal-politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jintlaħqu mill-persunal mid-DĠ li huwa diġà assenjat għall-immaniġġar tal-azzjoni u/jew li ntbagħat jaħdem mad-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ allokoazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ li qed jimmaniġġja skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl ta’ restrizzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni ta’ inkarigi li għandhom jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji || Jieħdu azzjoni xierqa biex jimplimentaw id-diversi rekwiżiti fuq il-Kummissjoni (pereżempju jirrevedu r-rapporti tal-Istati Membri, ivaraw u jimmonitorjaw studji, iwettqu analiżi, jiżviluppaw programmi ta' appoġġ għall-implimentazzjoni tagħhom, jimmonitorjaw l-implimentazzjoni)

Persunal estern ||

3.2.4.     Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

– x Il-proposta/inizjattiva hija kumpatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali preżenti.

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva titlob ipprogrammar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju multiannwali.

Spjega x’ipprogrammar mill-ġdid huwa meħtieġ, u speċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

….

– ¨  Il-proposta/inizjattiva teżiġi l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibilità jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali[62].

Spjega x’inhu meħtieġ, u speċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

……..

3.2.5.     Kontribuzzjonijiet ta’ terzi

– x Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprovdix għal kofinanzjament minn partijiet terzi

– Il-proposta/inizjattiva tipprovdi għall-kofinanzjament stmat hawn isfel:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

|| Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || ... daħħal kemm hemm bżonn snin biex turi t-tul ta' żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || Total

Speċifika l-entità ta’ kofinanzjament || || || || || || || ||

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet kofinanzjati || || || || || || || ||

3.3.        Impatt stmat fuq id-dħul

– x Il-proposta/ l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

– ¨  Il-proposta/inizjattiva għandha dan l-impatt finanzjarju:

– ¨         fuq ir-riżorsi proprji

– ¨         fuq dħul mixxellanju

EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul: || Approprazzjonijiet disponibbli għas-sena baġitarja li għaddejja bħalissa || Impatt tal-proposta/inizjattiva[63]

Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || … daħħal kolonni kemm ikun meħtieġ biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

L-Artikolu …. || || || || || || || ||

Għal dħul mixxellanju assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tal-infiq affetwata/i.

….

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

….

[1]               7224/1/07, REV 1.

[2]               COM(2010) 2020.

[3]               SEC(2011)277.

[4]               EUCO 2/1/11.

[5]               2010/2107 (INI).

[6]               COM(2011) 21.

[7]               COM(2011) 112.

[8]               ĠU L 144, 27,4,2008, p. 64.

[9]               ĠU L 153, 18.6.2010, p. 1.

[10]             EUCO 13/10.

[11]             ĠU L 140, 23.4.2009, p. 16.

[12]             Għal iktar dettalji, ara t-taqsima 1.2 tal-IA mehmuża u tal-Annessi I u II.

[13]             L-abbozzi tar-rapporti huma disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/energy/efficiency/bucharest.

[14]             ĠU C , , p. .

[15]             ĠU C , , p. .

[16]             ĠU C , , p. .

[17]             Il-projezzjonijiet li saru fl-2007 kienu juru konsum tal-enerġija primarja fl-2020 ta’ 1842 Mtoe. Tnaqqis ta’ 20 % jirriżulta f'1474 Mtoe fl-2020, jiġifieri tnaqqis ta’ 368 Mtoe meta pparagunat mal-projezzjonijiet.

[18]             COM(2010)0639 finali.

[19]             2010/2107(INI).

[20]             COM(2011) 21.

[21]             COM(2011) 109 finali.

[22]             COM(2011) 144 finali.

[23]             COM(2011) 112 finali

[24]             ĠU L 140, 5.6.2009, p.136.   

[25]             ĠU L 52, 21.2.2004, p. 50.

[26]             ĠU L 144, 27.4.2008, p. 64.

[27]             ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13.

[28]             COM (2008) 394 Finali

[29]             ĠU L 334, 17.12.2010, p.17.

[30]             ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.

[31]             ĠU L 32, 6.2.2007, p. 183.

[32]             ĠU L 211, 14.8.2009, p. 15.

[33]             ĠU L 309, 24.11.2009, p. 87.

[34]             ĠU L 153, 18,6,2010, p. 1.

[35]             ĠU L 304, 14,11,2008, p. 1.

[36]             ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55.

[37]             ĠU L 211, 14,8,2009, p. 94.

[38]             ĠU L 338, 17.12.2008, p. 55.

[39]             ĠU L 381, 28.12.2006, p. 24.

[40]             ĠU L 342, 22.12.2009, p. 46.

[41]             L-Istati Membri jistgħu japplikaw fatturi ta’ konverżjoni differenti jekk dawn ikunu jistgħu jiġu ġġustifikati.

[42]             General Lighting Service jew bozoz b’filament tat-tungsten

[43]             General Lighting Service jew bozoz b’filament tat-tungsten

[44]             EN 834 Standard dwar l-allokaturi tal-ispiża għas-sħana għad-determinazzjoni tal-konsum tar-radjaturi tat-tisħin tal-kmamar – appliances bi provvista ta’ enerġija elettrika).

[45]             Rakkomandazzjonijiet dwar il-Metodi ta’ Kejl u ta’ Verifika fil-qafas tad-Direttiva 2006/32/KE dwar effiċjenza fl-użu finali tal-enerġija u dwar servizzi ta’ enerġija

[46]             ABM: Activity-Based Management [Immaniġġjar Abbażi ta’ Attività] – ABB: Activity-Based Budgeting [Ibbaġittjar Abbażi ta’ Attività].

[47]             Kif inhu msemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

[48]             Dettalji ta’ modi ta’ maniġment u referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fis-sit BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[49]             Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

[50]             Diff:- Approprjazzjonijiet differenzjati/Non-Diff:- Approprjazzjonijiet mhux differenzjati

[51]             EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

[52]             Il-pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi potenzjalment kandidati mill-Punent tal-Balkani.

[53]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[54]             Għajnuna teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’sostenn tal-implimentazzjoni ta’ programmi tal-UE u/jew azzjonijiet (qabel kienu intestaturi "BA"), riċerka indiretta, riċerka diretta.

[55]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[56]             Outputs huma prodotti u servizzi li għandhom ikunu pprovduti (eż: numru ta’ skambji ffinanzjati ta’ studenti, numru ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).

[57]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[58]             Għajnuna teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’sostenn tal-implimentazzjoni ta’ programmi tal-UE u/jew azzjonijiet (qabel kienu intestaturi "BA"), riċerka indiretta, riċerka diretta.

[59]             AK= Aġent ta’ Kuntratt; INT= persunal tal-aġenzija ("Intérimaire"); JED= "Jeune Expert en Délégation" (Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet); AL= Aġent Lokali; ENS= Espert Nazzjonmali Sekondat;

[60]             Taħt il-limitu massimu għall-persunal estern minn approprjazzjonijiet operazzjonali (linji “BA” preċedenti).

[61]             Essenzjalment għall-Fondi Strutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (FES).

[62]             Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[63]             Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri l-ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25 % għall-kostijiet tal-ġbir.