52011DC0357

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL Rapport dwar l-implementazzjoni tad-Direttiva 2004/22/KE dwar l-istrumenti tal-kejl skont l-Artikolu 25. /* KUMM/2011/0357 finali */


RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

Rapport dwar l-implementazzjoni tad-Direttiva 2004/22/KE dwar l-istrumenti tal-kejl skont l-Artikolu 25.

(Test b'rilevanza g ħ a ż - Ż EE)

A. Introduzzjoni

1. Skop ta’ dan id-dokument

L-iskop ta’ dan id-dokument huwa li jirraporta fuq l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Istrumenti tal-Kejl (MID), inter alia, fuq bażi ta’ rapporti provduti mill-Istati Membri. Barra minn hekk id-dokument hu mfassal fuq żewġ stħarriġ tal-SMEs u konsultazzjoni pubblika. Żewġ konsulenti esterni provdew l-input dwar l-evalwazzjoni tad-direttiva u rispettivament il-valutazzjoni tal-impatti tas-suġġerimenti għat-tibdil possibli

2. Direttiva dwar l-Istrumenti tal-Kejl (MID)

Id-Direttiva dwar l-Istrumenti tal-Kejl (Direttiva 2004/22/KE[1]) ilha fis-seħħ għal 4 snin u nofs, mit-30 ta’Ottubru 2006[2].

Din tapplika għas-segwenti strumenti definiti fl-Annessi mad-Direttiva:

- arloġġi tal-ilma;

- arloġġi tal-gass u l-mezzi tal-konverżjoni tal-volum;

- arloġġi tal-enerġija elettrika attiva;

- arloġġi tas-sħana;

- sistemi tal-kejl għall-kejl kontinwu u dinamiku ta' kwantitajiet ta' likwidi għajr l-ilma;

- strumenti awtomatiċi tal-kejl;

- tassimetri;

- kejl materjali;

- strumenti li jkejlu l-qisien;

- analizzaturi tal-gassijiet mit-tubi tal-emissjoni.

L-għan prinċipali tal-politika tad-Direttiva huwa li tiffaċilita u ssaħħaħ is-suq intern għal dawk l-istrumenti meħtieġa għall-kompiti ta’ kejl għar-raġunijiet ta’ interess pubbliku, is-saħħa pubblika, is-sigurtà pubblika, l-ordni pubbliku, il-protezzjoni tal-ambjent, il-liġijiet għall-ġbir tat-taxxi u tad-dazji, il-protezzjoni tal-konsumaturi u l-kummerċ ġust.

L-MID tiggarantixxi livell għoli ta’ kunfidenza permezz ta’ rekwiżiti essenzjali li huma applikabbli fl-Istati Membri kollha u expressa permezz ta’ mmarkar b’marki CE u M. Din tiddefinixxi kriterji ta’ prestazzjoni, waqt li tagħti lill-manifatturi l-flessibiltà teknoloġika fuq kif għandhom jintlaħqu tali kriterji. L-MID toffri għażla wiesgħa ta’ proċeduri ta’ valutazzjoni ta’ konformità li tilqa’ l-bżonnijiet ta’ produtturi kemm kbar u kemm żgħar bl-istess mod.

Il-leġiżlazzjoni ma tagħtix definizzjoni għal liema attivitajiet l-istrumenti tal-kejl għandhom jintużaw. Dik tibqa’ prerogattiva tal-Gvernijiet Nazzjonali. Pereżempju, hemm prattiċi li jvarjaw bejn l-istati Membri fuq jekk l-arloġġi humiex meħtieġa għall-konsum tal-ilma jew sistemi tat-tisħin komuni. B’mod simili, il-fabbriki jistgħu jużaw tipi differenti ta’ arloġġi għal skopijiet ta’ produzzjoni interna li m’għandhiex bżonn tkun regolata.

Madankollu, fejn huwa meħtieġ minn Stat Membru, il-kejl legali u formali, bħal fil-maġġoranza tat-transazzjonijiet tal-konsumatur, huma biss l-istrumenti li jikkonformaw mad-Direttiva, li jistgħu jintużaw. Id-Direttiva tiddistingwi bejn il-kategoriji sabiex tieħu akkont tad-disparità enormi tat-temperaturi ġewwa l-Ewropa fejn l-istrumenti tal-kejl mqiegħda fuq barra għandhom bżonn jibqgħu preċiżi, jiġifieri, bejn – 40 grad f’xitwa Skandinava u + 70 grad f’sajf Mediterran.

Id-Direttiva tippermetti referenza għall-istandards internazzjonali li jistgħu jintużaw flimkien mal-istandards Ewropej permezz ta’ CEN/CENELEC/ETSI, sabiex tintwera l-konformità mar-rekwiżiti leġiżlattivi. Dipendenti wkoll fuq l-istandards internazzjonali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Metroloġija Legali (OIML) bis-60 pajjiż tagħha, pereżempju, tgħin lill-Industrija Ewropea tkun iktar kompetittiva u tinfiltra fis-swieq globali[3].

L-unità reponsabbli għall-MID hija d-DĠ għall-Intrapriża u l-Industrija , Unità G/5.

3. Raġunijiet għar-reviżjoni

Fl-Artikolu 25 tad-Direttiva dwar l-istrumenti tal-kejl[4] il-Kummissjoni hija mistiedna tirraporta fuq l-implimentazzjoni tad-Direttiva hekk kif ġej:

“Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni li tirrapporta, qabel it-30 ta' April 2011 dwar l-implimentazzjoni ta' din id- Direttiva fuq, fost ħwejjeġ oħra, il-bażi tar-rapporti pprovduti mill-Istati Membri, u, meta approprjat, jissottomettu proposta għall-emendi. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni sabiex tivvaluta jekk il-proċeduri ta' l-istima tal-konformità għall-prodotti industrijali humiex applikati kif jixraq u, meta approprjat, tipproponi emendi sabiex tiżgura ċertifikazzjoni konsistenti”.

Barra minn hekk, id-Direttiva 2011/17/UE tħassar 8 Direttivi b’Approċċ Antikwat fiż-żona tal-metroloġija legali: direttiva waħda fl-2011 (tankijiet ta' bastimenti) u s-seba’ l-oħra fl-2015 rispettivament (arloġġi tal-ilma, piżijiet (2x), meters tal-alkoħol (2x), gauges tal-pressjoni tat-tajers, massa ta' ċereali) rispettivament. Wara dan it-tħassir, id-Direttiva tipprevedi perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ 10 snin li jippermetti t-tqegħid fis-suq tal-istrumenti li jġorru l-marki armonizzati ibbażati fuq ċertifikati eżistenti, jiġifieri sal-2021 u 2026 rispettivament[5].

Fi Stqarrija Konġunta mit-tliet istituzzjonijiet, il-Kummissjoni ġiet mistiedna “tirraporta qabel it-30 ta’ April 2011 […] u f'konformità mal-prinċipji tar-Regolamentazzjoni Aħjar (inkluż fejn xieraq, valutazzjoni tal-impatt u konsultazzjoni miftuħa) […] tiddetermina jekk u, jekk ikun hekk, sa liema punt għandu jkun estiż l-ambitu tad-Direttiva 2004/22/KE dwar l-istrumenti tal-kejl sabiex jinkludi kwalunkwe mill-istrumenti tal-kejl regolati bħalissa” mid-direttivi imħassra[6].

B. Evalwazzjoni

F’dan ir-rapport, il-Kummissjoni tivvaluta l-implementazzjoni tad-Direttiva, waqt li tikkunsidra l-fatt li din ilha applikabbli għal 4 snin u nofs, jiġifieri mit-30 ta’ Ottubru 2006.

L-għanijiet prinċipali tal-eżerċizzju tal-evalwazzjoni meħuda huma biex:

- jipprovdu stimi tas-suq ballpark għal kull settur kopert mill-MID;

- janalizzaw tal-effikaċja tad-Direttiva;

- ifasslu konklużjonijiet għal azzjoni ulterjuri.

Il-valutazzjoni saret bl-użu ta’ tliet għodda ta’ evalwazzjoni differenti:

- l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SME) ġew solleċitati permezz tan-Netwerk tal-Ewropa għall-Intrapriżi bl-għan li jintlaħaq ambjent regolatorju li jagħmilha aktar faċli għall-SMEs li jkomplu fuq il-Programm ta’ Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP)

- l-evalwazzjoni tad-Direttiva saret minn experti esterni;

- is-sejbiet ġew soġġetti għal konsultazzjoni pubblika.

1. Piż ekonomiku tas-setturi tal-istrumenti tal-kejl fl-ambitu tad-Direttiva

Fir-rapport tal-evalwazzjoni tagħhom l-esperti esterni[7] stmaw li l-MID tapplika għal madwar 345 miljun unità ta’ strumenti tal-kejl (MIs) mibjugħa annwalment fis-suq Ewropew b’valur totali ta’ bejgħ ta’ madwar €3.25 biljun. Jeżistu madwar 900 manifattur attiv fl-10 setturi koperti mill-MID, mhux inkluż in-numru kbir ta’ SMEs li joperaw bħala distributuri, importaturi jew fornituri ta’ servizzi ta’ tiswija. In-numru totali ta’ impjegati okkupati fis-settur huwa stmat għal madwar 190,000.

Madwar 20-25% tal-istrumenti tal-kejl fl-UE27 huma importati waqt li 25-30% tal-istrumenti tal-kejl prodotti fl-UE27 huma esportati lejn pajjiżi terzi. Madankollu teżisti varjazzjoni fost il-kategoriji differenti tal-istrumenti tal-kejl. Il-livelli ta’ kummerċ fiż-żewġ direzzjonijiet huma partikolarment għolja (l’fuq minn 50% tat-total) għal-kategoriji b’teknoloġija inqas intensiva, liema kategoriji jinkludu l-miżuri materjali (MI-008) u l-istrumenti tal-kejl tad-dimensjonijiet (MI-009) iżda wkoll għall-arloġġi tal-elettriku (65%). Fl-istess ħin, is-sehem tal-produzzjoni esportata hija partikolarment għolja fil-każ ta’ strumenti teknoloġiċi avvanzati, bħall-Istrumenti Awtomatiċi tal-Kejl (sa 42% għas-sotto-kategoriji tal-istrumenti tal-mili awtomatiċi gravimetriċi) u fil-kategorija tal-arloġġi tal-gass (44%) fejn id-ditti tal-UE huma dawk ewlenin fid-dinja.

Tabella 1 – Daqs totali tas-suq kopert mill-MID

Daqt tas-suq – numru ta’ oġġetti mibjugħa fuq bażi annwali (000s) | Daqs tas-suq – valur ta’ l-oġġetti mibjugħa fuq bażi annwali (million €s) | Sehem fis-suq tal-Mis totali | Impjegati okkupati fis-settur (1000s) |

MI-001: Arloġġi tal-ilma | 18,000 | 450 | 13.8% | 25 |

MI-002: Arloġġi tal-gass u l-mezzi tal-konverżjoni tal-volum | 6,900 | 410 | 12.6% | 30 |

MI-003: Arloġġi tal-enerġija elettrika attiva | 14,000 | 610 | 18.8% | 32 |

MI-004: Arloġġi tas-sħana | 800 | 290 | 8.9% | 18 |

MI-005 Sistemi tal-kejl għall-kejl kontinwu u dinamiku ta' kwantitajiet ta' likwidi għajr l-ilma | 31.2 | 240 | 7.4% | 14-16 |

MI-006: Strumenti awtomatiċi tal-kejl | 21 | 550 | 16.9% | 25 |

MI-007: Tassimetri | 50 | 25-40 | 1% | 1 |

MI-008: Kejl materjali[8] | 300,000 | 440-490 | 14.3% | 34 |

MI-009: Strumenti li jkejlu l-qisien | 300-400 | 70-80 | 2.3% | 7 |

MI-010: Analizzaturi tal-gassijiet mit-tubi tal-emissjoni | 25-35 | 130 | 4.0% | 17.5 |

Totali | 345,000 | 3,250 | 100% | 190 |

2. Ħsibijiet mill-Intrapriżi Żgħar u ta' daqs Medju

Fl-aħħar tal-2009 ġie mwettaq stħarriġ mis-servizzi tal-Kummissjoni billi ntużat għodda tal-konsultazzjoni tal-panil tan-Netwerk tal-Ewropa għall-Intrapriżi. Din attirat total ta’ 286 risposta, rappreżentanti li nofshom kienu manifatturi u n-nofs l-ieħor utenti, prinċipalment intrapriżi żgħar u mikrointrapriżi b’fatturat ta’ €10 miljuni inqas mill-maġġoranza tal-Istati Membri[9]. L-SMEs kienu attivi fit-tipi kollha ta’ strumenti tal-kejl koperti, l-iktar użati l-marki CE+M li jindika li l-istrument huwa konformi mal-MID, waqt li 40% huma nnegozjati b’mod wiesa’ fuq is-suq intern, 25% biss fis-suq domestiku u 40% esportati barra mill-UE.

Is-sejbiet tal-istħarriġ jissuġġerixxu li fil-maġġoranza tagħhom, l-SMEs ma jiffaċjawx problemi partikolari differenti minn dawk irrapurtati fl-evalwazzjoni mill-kumpaniji kbar[10]. L-ostakli għall-kummerċ minħabba l-protezzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali (reali jew perċeputi), spejjeż għall-valutazzjoni tal-konformità li huma ogħla minn dawk li kieku jiġu kkunsidrati bħala adegwati huma rrapurtati, iżda biss minn numru żgħir ta’ SMEs. Ma hemmx ukoll kategoriji speċifiċi ta’ Strumenti tal-Kejl identifikati bi problemi/kwistjonijiet partikolari. Min-naħa tal-utent, l-istħarriġ jissuġġerixxi li l-protezzjoni tal-konsumatur hija adegwata.

Kwistjoni waħda mqajma mill-istħarriġ tal-SME tikkonċerna l-kompetizzjoni inġusta permezz ta’ prodotti mhux immarkati bil-marki CE+M. Waqt li dan il-punt m’għandux ikun ikkunsidrat bħala problema speċifika tal-SMEs, jidher li huwa iktar prominenti meta mqabbel ma’ evidenza provduta mill-intervisti ma’ assoċjazzjonijiet tal-kummerċ u principalment kumpaniji akbar. Dan jista’ jirrifletti tranżizzjoni fejn għad hemm ħafna strumenti ta’ kwalita’ iktar baxxa b’approvazzjonijiet nazzjonali orħos li jidħlu ġewwa s-suq u din tissolva waħedha meta l-perjodu ta’ tranżizzjoni jiġi fi tmiemu fl-2016.

Fir-rigward tal-kwistjoni tar-rilassament tal-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità għall-istrumenti rħas, għandu jiġi osservat illi tali strumenti huma ġeneralment prodotti bil-massa u l-valutazzjoni tal-konformità tieħu xejra iktar importanti. L-għażla kbira ta’ proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità disponibbli għal kull tip ta’ strument għandha tgħin biex tnaqqas ix-xkiel.

Finalment id-Direttiva tippermetti d-definizzjoni tas-sub-tagħqid, iżda ma tippermettix lill-manifatturi biex jiddefenixxuhom. Jekk dan ikun mod ieħor, kull tip ta’ strument ieħor mhux komplut li hu possibilment immarkat, ikun jista’ jidher fis-suq u dan jista’ jikkumplika s-sorveljanza tas-suq.

3. Sejbiet prinċipali tal-valutazzjoni

Is-sejbiet prinċipali tal-valutazzjoni tad-Direttiva dwar l-istrument tal-kejl huma dawn li ġejjin:

L-innovazzjoni ma ġietx imfixkla u f’certu każijiet l-MID hija kkunsidrata pożittiva għall-innovazzjoni.

L-opzjonalità wasslet għat-tqarrib għall-applikazzjoni sħiħa mal-Istati Membri li jeħtieġu l-istrumenti hekk kif determinat mid-Direttiva fid-90% tal-każijiet possibbli. Għalhekk il-protezzjoni tal-konsumatur hija virtwalment ugwali madwar l-UE u r-riskju ta’ kompetizzjoni inġusta minħabba d-differenzi bejn l-Istati Membri huwa wieħed minimu.

L-MID għenet biex tittejjeb l-operazzjoni tas-suq intern bl-użu ta' ċertifikat ta’ valutazzjoni tal-konformità, li, peress li huwa madwar 10-15% ogħla miċ-ċertifikati nazzjonali preċedenti, kien ta’ benefiċċju għall-produtturi li huma attivi fuq aktar minn suq wieħed. Ġie identifikat il-bżonn li tali ċertifikati għandu jkollhom format komuni.

Il-Partijiet interessati kienu konsultati bis-sħiħ f’kull ħin fil-grupp ta’ ħidma tal-Istrumenti tal-Kejl. Dawn ġew involuti bis-sħiħ fit-tħejjija tal-proposti tal-komitoloġija. Il-proċedura tal-kumitat regolatorju ntużat darba u l-proċedura konsultattiva ntużat madwar 10 darbiet għal pubblikazzjonijiet dwar standards internazzjonali tal-OIML[11] li jagħti l-preżunzjoni ta' konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-Direttiva.

It-tmexxija bla xkiel tad-Direttiva ssaħħet permezz tad-"Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni lill-WELMEC[12] dwar il-Kooperazzjoni", 2004, li tirriżulta f’40 dokument ta' gwida ta' natura kunċettwali li għalihom hemm referenza fuq il-websajt tal-Kummissjoni wara ftehim finali mal-partijiet kollha interessati fil-Grupp ta' Ħidma dwar l-Istrumenti tal-Kejl.

Bl-eċċezzjoni tat-tassimetri, hemm kopertura sħiħa permezz ta’ standards, li jkunu jew l-standards armonizzati Ewropej jew dokumenti normattivi li jirreferu għall-istandards internazzjonali li fuqhom il-Kumitat tal-istrumenti tal-Kejl ikun ta parir pożittiv.

Il-Qafas Leġiżlattiv Ġdid jagħti lilll-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità li huma qrib ħafna ta’ dawk fil-MID. Dalwaqt se tkun preżentata proposta sabiex l-MID tkun ifformulata mill-ġdid sabiex tadatta mal-Qafas Leġiżlattiv Ġdid.

Il-kwalità tas-sorveljanza tas-suq tidher bħala tħassib importanti għall-industrija u hija f’żona fejn ħafna awtoritajiet jirrikonoxxu li l-isforz tagħhom sa llum kien limitat.

Jidher li hemm inkonsistenzi fost il-korpi notifikati f’termini ta’ interpretazzjoni tar-rekwiżiti tal-MID u gwida oħra u anke livelli differenti ta’ kapaċità; kif ukoll l-interpretazzjoni pjuttost restrittiva minn korpi notifikati tal-gwida tal-WELMEC li jimponu restrizzjoni għall-użu ta’ approċċi alternattivi sabiex ikunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali.

Ma hemm l-ebda prova li l-implimentazzjoni tal-MID b’mod ġenerali żvantaġġat lill-SMEs – għalkemm f’ċerti setturi speċifiċi (strumenti tal-kejl u distributuri tal-karburanti) in-nuqqas ta’ regoli li jiddistingwu komponenti individwali (sub-tagħqid) jistgħu jiżvantaġġaw numru ta’ SMEs.

4. Riżultat tal-Konsultazzjoni Pubblika

Il-konsultazzjoni pubblika fuq ir-rapport ta’ evalwazzjoni wassal għal 85 reazzjoni minn ditti, federazzjonijiet tal-industrija u Stati Membri. L-organizzazzjoni tal-konsumatur Ewropew naqset milli tirreaġixxi għax l-MID ma kinitx il-prijorità tagħha.

In-numru relattivament żgħir ta’ risposti fil-konsultazzjoni pubblika dwar l-evalwazzjoni jindikaw li ma hemmx punti ewlenin neqsin u lanqas li hemm xi nuqqas ta’ qbil fuq xi punti ewlenin li jirrelataw mal-valutazzjoni fl-evalwazzjoni. Il-kwistjoni ta’ falliment tas-sorveljanza tas-suq ma ġiet indirizzata mill-ebda Stat Membru. Għad-dettalji ara r-rapport tal-Konsultazzjoni Pubblika[13].

Fir-rigward tas-suġġerimenti għal proposti ġodda, ġiet irċevuta xi informazzjoni utli iżda fl-ebda każ ma kien hemm evidenza suffiċjenti biex tkun ibbażata valutazzjoni tal-impatt. Din tikkonċerna bidliet tekniċi kumplessi u dettaljati fejn is-servizzi tal-Kummissjoni jridu joqogħdu ħafna fuq l-input tal-esperti u tal-partijiet interessati sabiex jintlaħqu r-rekwiżiti ta’ regolazzjoni intelliġenti. Għad-dettalji ara r-rapport tal-konsulent[14].

L-evalwazzjoni tal-MID tista’ tkun meqjusa kompluta fir-rigward tal-evalwazzjoni u tiġi appoġġata b’mod ġenerali fir-rigward tal-analiżi tagħha. Bħala tali, ma hemmx raġuni sabiex jiġu kkunsidrati bidliet regolatorji u f'Dokument ta’ Ħidma tas-Servizzi tal-Kummissjoni s-Servizzi tal-Kummissjoni indikaw sensittività għar-riskji tat-tibdil fl-MID fi stadju bikri ta’ applikazzjoni (4 snin u nofs). Il-possibbilitajiet ta’ standardizzazzjoni u gwida għadhom ma ġewx użati b’mod sħiħ. Tibdil fid-Direttiva lil hinn mill-adattamenti tekniċi permessi mid-Direttiva fl-Artikolu 16 tagħha jista’ jwassal għal ċaqliq regolatorju u inċertezza fis-suq.

C Tħassir tad-Direttivi bl-Approċċ l-Antik

1. Introduzzjoni

Fir-rigward tal-obbligi tal-Kummissjoni li jirriżultaw mill-Istqarrija Konġunta tat-tliet istituzzjonijiet imsieħba mad-Direttiva 2011/17/UE li tħassar it-tmien Direttivi bl-Approċċ l-Antik, is-Servizzi tal-Kummissjoni pproċedew hekk kif ġej:

- Ittra lill-Istati Membri li titlob għall-ħsibijiet tagħhom (Ġunju 2010) li għaliha kien hemm reazzjonijiet minn 6 Stati Membri.

- Stħarriġ fuq l-SMEs permezz tan-Netwerk tal-Ewropa għall-Intrapriżi (Mejju-Ġunju 2010) li għalih kien hemm 117-il reazzjoni.

- Konsultazzjoni pubblika (Settembru – Ottubru 2010) li għaliha kien hemm madwar 20 reazzjoni mill-awtorijiet u għaxra mill-industrija organizzata.

2. Argumenti mressqa mill-awtoritajiet

Xi awtoritajiet qajmu żewġ argumenti favur ir-regolamentazzjoni kontinwa:

- Is-sostituzzjoni tal-armonizzazzjoni bir-regoli nazzjonali timplika ostakli għall-kummerċ minħabba l-approvazzjonijiet nazzjonali u regolamenti nazzjonali diverġenti, u b’hekk titnaqqas il-protezzjoni tal-konsumatur u l-kompetizzjoni fis-Suq Intern.

- L-armonizzazzjoni tad-dokumenti tekniċi huma neċessarji għall-kontrolli perjodiċi fis-servizz (li tagħhom ir-rekwiżit u l-modalitajiet huma ta’ kompetenza nazzjonali).

Fin-nuqqas ta’ armonizzazzjoni għal dawn l-istrumenti li dejjem iktar inaqqsu fl-użu tagħhom, huwa ċar li hija possibbiltà li l-SM individwali jiżviluppaw rekwiżiti nazzjonali. Filwaqt li dawk ir-rekwiżiti ma għandhomx ikunu konformi iktar ma’ dawn id-direttivi, iridu madankollu jirrispettaw il-prinċipji bażiċi tat-Trattat; speċjalment il-prinċipju tal-moviment liberu tal-merkanzija (l-Artikoli 34-36 TFUE). Addizzjonalment, ir-Regolament dwar ir-Rikonoxximent Reċipriku (KE) Nru 764/2008 jirrikjedi proċedura ta’ notifika fil-każ li prodott kummerċjalizzat legalment fi Stat Membru wieħed ma jistax jiġi kummerċjalizzat fi Stat Membru ieħor fuq il-bażi li ġew prodotti wara regoli tekniċi differenti għal dawk meħtieġa fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni. Tali notifiki jkunu soġġetti għal kunsiderazzjonijiet skont l-Artikoli 34 - 36 TFUE u l-ġurisprudenza attwali mill-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea. Pereżempju, huwa improbabbli li marki differenti biss ikunu raġuni valida għall-projbizzjoni ta’ prodott. Barra minn hekk, l-impenji tal-WTO-TBT titlob lill-Istati Membri li jgħaddu leġislazzjoni abbażi ta’ standards internazzjonali, li diġà jeżistu fil-forma ta'dokumenti OIML u huma virtwalment ugwali għall-ittra tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi f'kull waħda mid-direttivi mħassra. Dan huwa msaħħaħ mill-obbligi ta' notifika taħt id-Direttiva 98/34/KE li timmira biex tiżgura r-rikonoxximent reċiproku sħiħ ta’ prodotti ekwivalenti u proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità.

Għalhekk, ir-regoli nazzjonali ġodda li jissostitwixxu d-Direttivi mhux ser ivarjaw fil-prattika mid-Direttivi mħassra u jkun hemm ftit lok għal marki nazzjonali multipli u valutazzjoni tal-konformità jekk il-prodott ikun konformi mal-liġi fi Stat Membru wieħed. Meta t-tranżizzjoni tintemm fl-2021 u 2026 rispettivament, ir-regoli nazzjonali mhux ser iwasslu għal bidla għall-prodotti attwalment koperti mid-Direttivi mħassra. Il-Kummissjoni ma hija bl-ebda mod kontra r-regoli nazzjonali bbażati fuq l-istandard internazzjonali li huma konformi mal-prinċipji ta’ rikonoxximent reċiproku, jekk Stat Membru kellu jikkunsidra tali regoli bħala neċessarji.

Fir-rigward tat-tieni argument dwar l-armonizzazzjoni li tiżgura dokumenti tekniċi ugwali meħtieġa għall-verifiki perjodiċi fis-servizz (li r-rekwiżit u l-modalitajiet tiegħu huma ta’ kompetenza nazzjonali), l-istandardizzazzjoni internazzjonali tista’ twitti t-triq biex din id-dokumentazzjoni tkun ugwali. Jekk hemm bżonn, għad fadal żmien biżżejjed biex jiġi żgurat li dan jista’ jinkiseb qabel it-tmiem tat-tranżizzjoni.

Id-diskussjoni taż-żewġ argumenti ta’ hawn fuq fir-rigward ta’ strumenti taħt l-ambitu tad-Direttivi mħassra jwassal għall-aspettativa li r-regoli nazzjonali ser jirriflettu standards internazzjonali li ser ikun daqs il-kontenut tad-Direttivi u li mhux ser ikun hemm ostrakli għall-kummerċ addizjonali.

Bl-eċċezzjoni tal-piżijiet, li mhumiex soġġetti għal bidla teknoloġika, prodotti li huma teknikament aktar avvanzati li jaqgħu barra mill-ambitu tad-Direttivi mħassra huma iktar importanti f’termini ta’ fatturat annwali minn dawn fl-ambitu tad-Direttivi mħassra.

Ir-raġunijiet favur it-tħassir, mogħtija fil-proposta tal-Kummissjoni,[15] kienu li l-istrumenti mekkaniċi koperti mid-Direttivi m’għadhomx jintużaw u li ma kienx hemm rapporti ta’ ostakli għall-kummerċ sinifikanti għal strumenti teknikament iktar avvanzati mhux armonizzati mid-Direttivi. Din l-analiżi tibqa’ valida u ġiet ikkonfermata[16].

3. Stħarriġ fuq l-SMEs

L-istħarriġ fuq l-SMEs permezz tan-Netwerk tal-Ewropa għall-Intrapriżi (Mejju-Ġunju 2010) ta 117 il-risposta, li ħafna minnhom kienu utenti (84) flimkien ma’ manifatturi (16) u distributuri/importaturi (17). Minkejja l-armonizzazzjoni eżistenti, l-ostakli għall-kummerċ limitati bi spejjeż sa 10% minħabba l-ittestjar multiplu huma rraportati għal xi strumenti. Dan jista’ jkun minħabba l-kopertura ta’ strumenti teknikament iktar avvanzati permezz ta’ regolamenti nazzjonali addizzjonali li huma permessi b’mod parallel taħt l-Approċċ l-Antik. Manifatturi esprimew preferenza għall-awto-dikjarazzjoni (attwalment mhux użat fl-MID). Għal xi strumenti (arloġġi ta’ irrigazzjoni, ilma maħmuġ u gauges tal-pressjoni tat-tajers) l-utenti huma favur sorveljanza tas-suq aħjar u / jew ittestjar perjodiku fis-servizz.

4. Konsultazzjoni pubblika

Il-konsultazzjoni publika (Settembru – Ottubru 2010) irċeviet madwar 20 reazzjoni minn awtoritajiet u 10 mill-industrija. Xi reazzjonijiet mill-awtoritajiet irriflettew l-argumenti diġà ttrattati hawn fuq filwaqt li oħrajn indikaw sostenn għat-tħassir u/jew għal-prospett ta’ regolamenti nazzjonali ġodda fejn meħtieġa. Ma ngħataw l-ebda eżempji ta’ ostakli għall-kummerċ u lanqas ma kien hemm rapporti ta’ notifiki taħt ir-Regolament dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku (KE) Numru 764/2008 li fihom l-awtoritajiet għandhom jagħtu prova għaliex tneħħa prodott minn fuq is-suq f’każ fejn hemm fis-seħħ ir-rikonoxximent reċiproku. Ir-reazzjonijiet mill-industrija organizzata kienu dawn li ġejjin:

- Fir-rigward tal-arloġġi tal-ilma, l-industrija ndikat li l-arloġġi tal-irrigazzjoni u tal-ilma maħmuġ li fihom il-partikuli ma jistgħux jkunu koperti mid-dispożizzjonijiet tal-MID attwali u li dan mhux meħtieġ lanqas għax m’hemmx ostakli għall-kummerċ.

- Dwar l-arloġġi tal-alkoħol, l-industrija tal-miters ma ssemmi l-ebda ostaklu għall-kummerċ. Il-produtturi tal-ispirti esprimew l-istess opinjoni bħal fl-2008 meta nsistew illi “il-produtturi mhumiex limitati fl-għażliet operazzjonali”, li d-dettalji tagħhom ma ġewx ippreċiżati ulterjorment. Il-produtturi tal-inbid ma jridux l-armonizzazzjoni u jirreferu għall-kopertura sħiħa tar-regolament tad-DĠ AGRI u l-istandards internazzjonali tal-OIV. Lanqas il-produtturi tal-birra ma jridu l-armonizzazzjoni filwaqt li jsemmu l-flessibilità eżistenti.

- L-industrija tal-gauges tal-pressjoni tat-tajers (garaxx) lesta li taċċetta armonizzazzjoni li tieħu kont tar-riżultati li jmiss tal-mandat 2009 M/457[17] li taħthom l-istandards Ewropej qed jiġu żviluppati, li sservi wkoll għar-Regolament dwar is-Sigurtà tal-Vetturi (KE) Nru 661/2009. Ma hemm l-ebda ostakli għall-kummerċ irrapurtati.

- Ma kien hemm l-ebda reazzjonijiet mill-industrija tal-massa taċ-ċereali u tat-tankijiet tal-bastimenti.

L-organizazzjoni tal-konsumatur Ewropew naqset milli tagħti r-reazzjoni tagħha għaliex il-metroloġija mhijiex il-prijorità tagħha.

5. Konklużjonijiet fuq id-Direttivi bl-Approċċ l-Antik mħassra.

F’dan il-mument, ma hemmx raġuni għalfejn il-Kummissjoni għandha żżid is-setturi, koperti mit-8 direttivi mħassra, mad-Direttiva 2004/22/KE dwar l-Istrumenti tal-Kejl.

1. M’għandhomx jiġu mistennija ostakli ġodda minħabba regoli nazzjonali ġodda għaliex tali regoli nazzjonali jridu jkunu bbażati fuq standards internazzjonali u għalhekk bħala effetti jkunu ekwivalenti.

2. Ma dehru l-ebda ostakli għall-kummerċ jew raġunijiet imperattivi li jiġġustifikaw l-armonizzazzjoni.

3. L-SMEs irrapurtaw ostakli għall-kummerċ baxxi minħabba ttestjar multiplu li m'għadux jidher li huwa iġġustifikat taħt l-obbligi tar-Regolament dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku (KE) Nru 764/2008.

4. Ma hemm kważi l-ebda sostenn għall-armonizzazzjoni mill-industrija organizzata u l-ebda referenza għall-ostakli għall-kummerċ.

5. Il-konsumaturi organizzati ma jikkunsidrawx dawn is-setturi tal-metroloġija legali bħala prijorità.

6. Ma hemm l-ebda tibdiliet sinifikanti fl-2010 għall-valutazzjoni tal-impatt wara l-proposta tal-Kummissjoni għat-tħassir fl-2008.

7. Il-perjodu twil ta’ tranżizzjoni ser jippermetti ċertifikati attwali sabiex jiġu rikonoxxuti sal-2021 għat-tankijiet tal-bastimenti u sal-2025 għal strumenti oħra,

D. Konklużjonijiet tal-Politika u azzjoni ulterjuri

Minkejja l-evalwazzjoni pożittiva ġenerali tal-MID, din uriet li hemm problemi sostanzjali bl-applikazzjoni koerenti minn korpi notifikati u bis-sorveljanza tas-suq. It-tibdil fid-direttiva għandu jsir b'attenzjoni u għandhom ikunu evalwati bis-sħiħ filwaqt li jitqiesu l-alternattivi kollha. Matul dan l-istadju bikri ta' applikazzjoni tad-Direttiva, qafas legali stabbli jidher li jkun ta' benefiċċju għall-iżvilupp ulterjuri b'suċċess fis-suq intern tal-metroloġija legali.

Is-servizzi tal-Kummissjoni se jsegwu l-prijoritajiet li ġejjin:

1 Jintroduċu Qafas Leġiżlattiv Ġdid fid-Direttiva dwar l-Istrumenti tal-Kejl li għalihom hija mistennija proposta leġiżlattiva matul l-2011.

2. Itejbu l-informazzjoni, il-kooperazzjoni u l-gwida lill-korpi notifikati u awtoritajiet bl-għan li tiġi żgurata applikazzjoni koerenti tad-Direttiva.

3. Jikkoordinaw is-sorveljanza tas-suq notevolment fil-forma ta' azzjonijiet komuni sabiex japplikaw b’mod effiċjenti r-riżorsi li huma disponibbli għas-sorveljanza tas-suq.

4. Jgħinu lill-partijiet interessati fit-twaqqif ta’ gwida dwar tranżizzjoni ta’ pompi tal-pitrolju li, għalkemm formalment mhijiex parti mid-Direttiva, hija meqjusa bħala punt importanti mill-industrija.

5. Jevalwaw l-impatt ta’ kwalunkwe suġġerimenti għal proposti ġodda mal-partijiet interessati f'konformità mar-regolamentazzjoni intelliġenti li bih jittieħed kont sħiħ tal-alternattivi kollha għal regolamentazzjoni u fejn possibbli tagħmel kwalunkwe bidliet neċessarji taħt it-termini tad-Direttiva, jiġifieri permezz tal-komitoloġija.

Dokumenti tal-isfond[18]

1. RPA, Rapport dwar il-Konsultazzjoni Pubblika, Marzu 2011

2. RPA, Rapport dwar is-suġġerimenti għal emendi u żidiet ta’ kategoriji ġodda għall-MID, Marzu 2011

3. RPA, Rapport dwar it-Tħassir tad-Direttivi bl-Approċċ l-Antik, Marzu 2011

[1] ĠU L 135, 30.4.2004, pġ. 1:http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CONSLEG:2004L0022:20091201:MT:PDF

[2] Id-Direttiva tikkontjeni wkoll perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ 10 snin (sat-29 ta’ Ottubru 2016) waqt li strumenti li jikkonformaw mar-regoli qodma huma permessi li jkompli jkunu reklamati (Artikolu23 tad-Direttiva 2004/22/KE)

[3] Ara għal-aktar informazzjoni:http://ec.europa.eu/enterprise/sectors/legal-metrology-and-prepack/measuring-instruments/index_en.htm

[4] ĠU L 135/1, 30.4.2004

[5] ĠU L 71/1, 18.3.2011: http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2011:071:0001:0003:EN:PDF

[6] Stqarrija tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni fid-dokument tal-Kunsill 6291/11 ADD1 tal- 14 ta’ Frar 2011 http://www.cc.cec/home/dgserv/sg/sgvista/i/sgv2/repo/repo.cfm?institution=CONS&doc_to_browse=CSST/2011/06291&sw_inconnu=1

[7] Ċentru għas-Servizzi Strateġiċi u Evalwazzjoni (CSES), Interim evaluation of the Measuring Instruments Directive, Lulju 2010

[8] L-informazzjoni tirreferi għall-kejl materjali ta’ tul fis-suq. Mhux biss certifikati mill-MID.

[9] L-Istati Membri kollha, bl-eċċezzjoni tal-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju Unit.

[10] pġ 35-40 fis-CSES, Interim evaluation of the Measuring Instruments Directive, Lulju 2010

[11] OIML hija l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Metroloġija Legali

[12] WELMEC hija l-organizzazzjoni ta’ awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-metroloġija legali

[13] RPA, Rapport dwar il-konsultazzjoni pubblika, Marzu 2011 (Dokument tal-isfond 6).

[14] RPA, Rapport dwar suġġerimenti għal emendi u żidiet ta’ kategoriji ġodda għall-MID, Marzu 2011 (Dokument tal-isfond 7).

[15] KUMM(2008)801

[16] RPA, Rapport dwar it-Tħassir tad-Direttivi bl-Approċċ l-Antik, Marzu2011 (dokument tal-isfond 8)

[17] M457 Mandat tal-istandardizzazzjoni għal CEN, CENELEC u ETSI fil-kamp tal-gauges tal-pressjoni tat-tajers għall-vetturi bil-mutur u sistemi ta’ ġestjoni tal-pressjoni tat-tajers (strumenti tal-kejl)

[18] Id-dokumenti kollha tal-isfond huma disponibbli fuq:

http://ec.europa.eu/enterprise/sectors/legal-metrology-and-prepack/public-consultation/index_en.htm