27.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 225/159 |
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Il-fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni 2014-2020”
2012/C 225/12
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
— |
jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea biex il-FEG ikompli għall-perjodu wara l-2013 u jappoġġja, b'mod partikolari, iż-żamma ta’ aspetti tal-kamp ta’ applikazzjoni rivedut u l-kriterji ta’ intervent li ġew introdotti fl-2009; |
— |
jiddispjaċih mid-deċiżjoni tal-Kunsill biex ma jitkomplewx il-miżuri ta’ deroga tal-kriżi wara l-31 ta’ Diċembru 2011; |
— |
jirrakkomanda li l-appoġġ taħt il-pilastru tal-intrapriża tal-FEG għandu jibbenefika minn rati ogħla ta’ kofinanzjament minn pilastri oħrajn sabiex jitħeġġu l-ħolqien tal-intrapriża u l-intraprenditorija; |
— |
hu kontra l-estensjoni tal-FEG biex jinkludi l-bdiewa, kif propost, u jenfasizza li n-negozjar tal-ftehimiet kummerċjali jrid jiżgura l-koerenza mal-għanijiet tal-Politika Agrikola Komuni; |
— |
jenfasizza li r-Regolament attwali jippermetti li l-Istati Membri jaħtru reġjuni biex japplikaw direttament għal appoġġ mill-FEG; għaldaqstant iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jeżerċitaw din l-opzjoni b'mod aktar regolari; |
— |
jaħseb li l-proposta għandha tibbenefika minn aktar referenzi espliċiti għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, b'mod partikolari fl-Artikolu 8.2 fejn l-applikazzjonijiet għandhom jinkludu tagħrif dwar il-proċeduri għall-konsultazzjoni mal-awtoritajiet lokali/reġjonali u anke jidentifikaw l-aġenziji li qed jimplimentaw il-pakkett ta’ miżuri, u fl-Artikolu 11.4 dwar il-provvista ta’ gwida lill-awtoritajiet lokali u reġjonali dwar l-użu tal-FEG. |
Relatur |
Is-Sur Gerry BREEN (IE/PPE), Membru tal-Kunsill tal-Belt ta’ Dublin u tal-Awtorità Reġjonali ta’ Dublin |
Dokument ta’ referenza |
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) COM(2011) 608/3 final |
I. RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
1. |
jaħseb li l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) huwa għodda importanti sabiex isiru interventi f'każi ta’ telfien sinifikanti ta’ impjiegi biex b'hekk jiġi evitat il-qgħad fuq perjodu fit-tul fi żmien ta’ kundizzjonijiet diffiċli fis-suq tax-xogħol, u huwa wkoll mekkaniżmu importanti tal-Unjoni Ewropea li juri solidarjetà mal-ħaddiema li tilfu l-impjieg tagħhom; |
2. |
jirrikonoxxi li l-FEG kien kapaċi jappoġġja madwar 10 % tal-ħaddiema li tilfu l-impjieg tagħhom fl-UE fl-2009-2010 u li 40 % tal-ħaddiema li kienu fil-mira tal-Fond ġew integrati mill-ġdid b'suċċess fis-suq tax-xogħol (1); iżda jtenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri sabiex itejbu l-kooperazzjoni tagħhom mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u partijiet interessati oħra fl-implimentazzjoni tal-FEG; |
3. |
japprova l-Fond Soċjali Ewropew (FSE) bħala appoġġ għall-politiki attivi tas-suq tax-xogħol għall-perjodu fit-tul u biex jgħin fil-prevenzjoni tal-qgħad u għal interventi bikrija, iżda jaħseb li hemm bżonn ta’ mekkaniżmu ta’ intervent rapidu, bħall-FEG biex jgħin fi żminijiet ta’ kriżi ta’ qgħad; |
4. |
jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea biex il-FEG ikompli għall-perjodu wara l-2013 u jappoġġja, b'mod partikolari, iż-żamma ta’ aspetti tal-kamp ta’ applikazzjoni rivedut u l-kriterji ta’ intervent li ġew introdotti fl-2009. Jinnota li l-għadd dejjem jiżdied ta’ applikazzjonijiet minn dak iż-żmien 'l hawn juri li hemm domanda ċara għal interventi abbażi tal-avvenimenti ta’ 500 impjieg mitlufa jew inqas, iżda jaċċetta li l-użu tal-FEG sal-lum kien ferm inqas mil-limitu massimu baġitarju indikattiv; |
5. |
jappoġġja l-isforzi biex il-proċess tal-FEG jitjieb u jiġi semplifikat iżda jissuġġerixxi li l-isfidi ewlenin ta’ hawn taħt jibqgħu għall-ġejjieni tal-FEG:
|
6. |
jemmen li l-estensjoni proposta tal-FEG għall-bdiewa affettwati mill-ftehimiet kummerċjali turi inkonsistenza fundamentali bejn il-politika kummerċjali tal-UE u l-politika agrikola tagħhom; |
7. |
iqis li l-estensjoni tal-FEG għas-settur agrikolu hija bidla radikali ħafna fin-natura tal-FEG u jinsab imħasseb li din il-proposta toħloq fil-fatt żewġ tipi ta’ FEG, wieħed għall-ħaddiema fis-settur agrikolu u ieħor għal ħaddiema oħra, bi kriterji, proċeduri ta’ applikazzjoni u arranġamenti ta’ ġestjoni u ta’ kontroll finanzjarju differenti; |
8. |
jifhem il-loġika iżda jesprimi d-dubji tiegħu dwar kemm il-FEG u l-mekkaniżmi ta’ kriżi oħrajn proposti għandhom ikunu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali; |
9. |
jiddispjaċih mid-deċiżjoni tal-Kunsill biex ma jitkomplewx il-miżuri ta’ deroga tal-kriżi wara l-31 ta’ Diċembru 2011 (2), b'mod speċjali fi żmien meta għadd ta’ ekonomiji qed jitħabtu biex jiġġieldu l-impatti tal-“kriżi tad-dejn sovran” li għadha għaddejja u l-pressjoni li tirriżulta minn din fuq l-impjieg u l-kundizzjonijiet soċjali li qed jiddeterjoraw. Barra minn hekk, jiddispjaċih li din id-deċiżjoni ttieħdet fi żmien meta għadd ta’ applikazzjonijiet tal-FEG żdiedu b'mod sinifikanti, bħala riżultat tad-derogi introdotti fl-2009, u issa li l-Fond qed irendi riżultati pożittivi; |
10. |
jenfasizza li d-deċiżjoni tal-Kunsill m'għandhiex tkun ta’ ħsara għan-negozjati dwar il-FEG proposti għall-2014-2020; |
Ambitu tal-FEG
11. |
jilqa' b'sodisfazzjon l-estensjoni tal-FEG għal maniġers-sidien ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, u ħaddiema li jaħdmu għal rashom, iżda jissuġġerixxi li jista' jagħti l-każ li jenħtieġu iktar kjarifiki dwar l-applikazzjoni tal-FEG għal dawk li jaħdmu għal rashom, meta wieħed iqis kemm ivarja minn Stat Membru għal ieħor l-istatus bħala nies qiegħda ta’ dawn in-nies; |
12. |
jilqa' b'sodisfazzjon il-flessibilità biex jiġi applikat il-FEG fi swieq tax-xogħol żgħar jew f'ċirkostanzi eċċezzjonali, iżda jissuġġerixxi li l-Kummissjoni Ewropea għandha tipprovdi iktar gwida dwar il-kriterji li ser jiġu applikati f'dawn iċ-ċirkonstanzi; jenfasizza li għandha titqies il-firxa tal-impatt tas-sensji f'lokalità jew reġjun, u mhux biss l-għadd assolut tas-sensji; |
13. |
jappoġġja l-inklużjoni ta’ dispożizzjoni finanzjarja għall-investiment f'assi fiżiċi għal start-ups ta’ impjieg indipendenti u tal-intrapriżi peress li din ser issaħħaħ il-pakkett ta’ servizzi li l-FEG jista' jappoġġja; u jirrakkomanda li l-appoġġ taħt il-pilastru tal-intrapriża tal-FEG għandu jibbenefika minn rati ogħla ta’ kofinanzjament minn pilastri oħrajn sabiex jitħeġġu l-ħolqien tal-intrapriża u l-intraprenditorija; |
14. |
jenfasizza li l-aċċess għal intervent ta’ edukazzjoni tat-tielet livell huwa attwalment limitat miċ-ċiklu akkademiku, peress li ż-żmien tal-għoti tas-sensji jillimita l-kapaċità tal-FEG biex jappoġġja l-ħaddiema affettwati għal sentejn sħaħ ta’ tagħlim; u jipproponi li l-ħaddiem li ngħataw is-sensja li huma taħt il-FEG għandhom jibbenefikaw minn tal-anqas sentejn sħaħ ta’ tagħlim u r-restrizzjonijiet attwali għandhom jiġu llaxkati ftit, jew inkella jingħataw fondi bil-quddiem sabiex jippermetti dan; |
15. |
jenfasizza li l-FEG irid jappoġġja biss miżuri addizzjonali u m'għandux jieħu post azzjonijiet meħtieġa mil-liġi nazzjonali jew komunitarja jew minn ftehimiet kollettivi; jenfasizza li kien hemm kunflitti bejn il-miri tal-FEG u n-natura inflessibbli ta’ wħud mill-oqfsa ta’ politika nazzjonali, li jistgħu jfixklu l-effettività tal-FEG; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex iqisu lill-FEG bħala opportunità sabiex jiġu żviluppati approċċi ġodda u dinamiċi li jappoġġjaw lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja; |
16. |
jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta biex l-Istati Membri jingħataw il-possibbiltà li jibdlu l-pakkett ta’ servizzi ta’ appoġġ għall-ħaddiema, billi jżidu azzjonijiet eliġibbli oħrajn; jitlob li jiġi stabbilit perjodu massimu (ngħidu aħna ta’ xahar) li fih il-Kummissjoni Ewropea taqbel ma’ dawn il-bidliet; |
Il-Proċess ta’ Applikazzjoni – Interventi iktar mgħaġġla u proċeduri iżjed sempliċi
17. |
japprezza x-xewqa tal-istituzzjonijiet tal-UE biex iħaffu l-proċeduri ta’ applikazzjoni u ta’ approvazzjoni iżda jiddispjaċih li l-proposta hija pjuttost inadegwata għall-mobilizzar tal-FEG bħala mekkaniżmu ta’ intervent tabilħaqq rapidu; |
18. |
jaħseb li wħud mill-miżuri maħsuba biex itejbu l-effikaċja tal-FEG jistgħu fil-fatt iwasslu għal piżijiet amministrattivi u spejjeż ikbar għall-awtoritajiet li jridu jimplimentawhom; jenfasizza li rekwiżiti ta’ kontroll u rapportaġġ li joħolqu iżjed piżijiet jista' jkollhom l-effett li l-FEG isir għażla inqas attraenti għall-Istati Membri biex jimplimentaw fi żminijiet ta’ kriżi tal-qgħad; |
19. |
jemmen li, fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet nazzonali dwar is-sensji, il-proċess ta’ applikazzjoni jibbenefika minn involviment dirett u bikri ta’ ħaddiema jew ir-rappreżentanti tagħhom u jissuġġerixxi li jeħtieġ li l-awtoritajiet jagħtu inċentiv lill-involviment tal-ħaddiema fil-proċess billi juru li dawn ser jingħataw appoġġi addizzjonali (lil hinn mill-appoġġi satutorji) permezz tal-FEG; |
20. |
jipproponi wkoll li l-Artikolu 8.2 jipprovdi biex l-applikazzjonijiet jinkludu profil tal-ħaddiema żejda u valutazzjoni inizjali tal-bżonnijiet tagħhom rigward l-edukazzjoni u t-taħriġ, u dwar l-ambizzjonijiet tagħhom biex joħolqu intrapriża, sabiex jitfassal pakkett adegwat ta’ appoġġi personalizzati sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti u l-aspettattivi tal-ħaddiema mill-Fond; |
21. |
jipproponi li barra mill-imsieħba soċjali, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw ukoll l-awtoritajiet lokali u reġjonali rilevanti matul il-proċess ta’ applikazzjoni, u l-applikazzjonijiet għandhom jistabbilixxu proċeduri ta’ implimentazzjoni ċari, inklużi l-koordinazzjoni bejn l-aġenziji, il-proċeduri għall-komunikazzjoni mal-ħaddiema u biex jiġu infurmati dwar l-appoġġi disponibbli u l-proċeduri għall-applikazzjoni; |
22. |
jissuġġerixxi li l-gwida dwar it-tressiq tal-applikazzjoni jkollha wkoll referenza għall-intelliġenza dwar is-suq tax-xogħol u b'mod partikolari l-Panorama ta’ Ħiliet tal-UE (3) sabiex il-miżuri finanzjati taħt il-FEG ikunu jaqblu aħjar mal-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol tal-UE, u jikkunsidra wkoll li l-indennizz għal mobbiltà pprovduta mir-Regolament tal-FEG jista' jintuża biex jappoġġja lill-ħaddiema biex jimlew il-vojt fil-ħiliet tas-suq tax-xogħol li jkun hemm f'partijiet oħra tal-Unjoni; |
23. |
jilqa' b'sodisfazzjon l-isforzi biex tiġi semplifikata l-eliġibbiltà tal-ispejjeż – madankollu, l-esperjenza uriet li l-Istati Membri mhumiex lesti jidħlu fi spejjeż sakemm ma jkunx hemm deċiżjoni dwar applikazzjoni tal-FEG; juri li dan qed iwassal f'dewmien inutli, joħloq diżillużjoni għall-ħaddiema u jdgħajjef l-effettività u l-kredibbiltà tal-FEG, u jissuġġerixxi li tinħtieġ ċertezza akbar jekk il-ħaddiema ser jiġu appoġġjati malajr; |
24. |
jissuġġerixxi li l-Ftehim Interistituzzjonali li jmiss jgħaġġel il-proċess ta’ approvazzjoni; jekk dan ma jseħħx jipproponi li l-Kummissjoni Ewropea tipprovdi pagament interim lill-Istati Membri, wara li din tagħmel valutazzjoni u verifika inizjali ta’ applikazzjoni, bil-għan li tipprovdi aktar ċertezza, tindirizza n-natura kritika fir-rigward ta’ ħin tas-sensji, u tnaqqas id-dewmien fil-provvediment ta’ appoġġi finanzjati mill-FEG lill-ħaddiema li jingħataw is-sensja; |
25. |
jittama li l-kwalità tal-applikazzjonijiet titjieb hekk kif tiżviluppa l-familjarità mal-FEG u f'dan ir-rigward iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex iżommu għarfien kollettiv dwar il-Fond u l-implimentazzjoni tiegħu; jissuġġerixxi wkoll li l-Kummissjoni Ewropea tidentifika esperti b'esperjenza tal-proċess ta’ applikazzjoni tal-FEG li jistgħu jitqabbdu biex jipprovdu parir ta’ qabel l-applikazzjoni u jaqsmu l-esperjenza tagħhom ma’ applikanti ġodda potenzjali; |
Rati ta’ kofinanzjament
26. |
filwaqt li jżomm f'moħħu d-deċiżjoni tal-Kunsill sabiex terġa' tiddaħħal ir-rata ta’ 50 % (mill-1 ta’ Jannar 2012), huwa xorta jappoġġja d-dispożizzjoni ta’ rata ogħla ta’ kofinanzjament għall-FEG minn dik proposta, sabiex jingħeleb in-nuqqas tar-riżorsi ta’ kofinanzjament u biex il-FEG isir iżjed attraenti; |
27. |
jaħseb li l-mudell propost għall-modulazzjoni tar-rata ta’ kofinanzjament (ta' 50 – 65 %) mhuwiex adatt; |
28. |
jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li saru dispożizzjonijiet biex jiġu koperti l-ispejjeż assoċjati ma’ attivitajiet preparatorji, ta’ ġestjoni, ta’ informazzjoni, ta’ pubbliċità, ta’ kontroll u ta’ rappurtaġġ tal-awtoritajiet li jimplimentaw applikazzjoni tal-FEG (Art. 7.3) u jissuġġerixxi li dan m'għandux ikun iktar minn 5 % tal-ispejjeż totali; |
L-estensjoni tal-FEG biex jinkludi s-settur tal-agrikoltura
29. |
hu kontra l-estensjoni tal-FEG biex jinkludi l-bdiewa, kif propost, u jenfasizza li n-negozjar tal-ftehimiet kummerċjali jrid jiżgura l-koerenza mal-għanijiet tal-Politika Agrikola Komuni; |
30. |
jikkunsidra li l-estensjoni għas-settur agrikolu, billi l-bdiewa jiġu permessi jaġġustaw l-attivitajiet tagħhom fi ħdan u/jew barra mill-agrikoltura, hija parzjalment inkonsistenti mal-objettivi dikjarati tal-Politika Agrikola Komuni li l-agrikoltura tinżamm fit-territorji kollha u max-xewqa li tiġi protetta d-diversità tas-settur fil-livell Ewropew; |
31. |
jistaqsi, fil-kuntest tat-tnaqqis tal-limitu massimu baġitarju, tat-twessigħ tal-ambitu ta’ benefiċjarji u tal-isforzi biex il-FEG ikun iżjed aċċessibbli/attraenti, jekk il-bilanċ fl-allokazzjoni baġitarja proposta huwiex adatt għall-objettiv tal-Fond, b'massimu ta’ EUR 2,5 biljun (minn baġit totali ta’ EUR 3 biljuni) riżervat għas-settur agrikolu; jissuġġerixxi li dan jista' jitqies għoli wisq għall-FEG bħala strument ta’ intervent rapidu u wisq baxx biex jikkumpensa għat-telf reali mbassar tas-setturi tal-biedja u tal-ikel jekk jitlestew ċerti ftehimiet kummerċjali bilaterali; |
32. |
filwaqt li jżomm f'moħħu dawn ir-riżervi fundamentali, li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni għas-settur agrikolu, il-Kumitat għandu għadd ta’ kummenti oħra dwar dan l-aspett tal-proposta:
|
33. |
jirrikonoxxi li l-Fond m'għandux jintuża biex jipprovdi appoġġ għad-dħul lill-bdiewa milquta negattivament minn ftehim kummerċjali; jaħseb li r-rabtiet mal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) mhumiex żviluppati biżżejjed fil-proposta u jissuġġerixxi li l-Kummissjoni Ewropea tipprovdi iżjed dettalji dwar dan. |
Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali
34. |
jenfasizza li l-potenzjal tal-awtoritajiet lokali u reġjonali ma ġiex sfruttat bis-sħiħ mill-Istati Membri fl-użu tal-FEG u jinvoka l-prinċipju ta’ sħubija u l-governanza f'diversi livelli (4) fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-applikazzjonijiet tal-FEG u fil-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-effettività tal-Fond; |
35. |
fuq il-bażi tal-esperjenzi s'issa, jissuġġerixxi li l-FEG ikun aktar effettiv meta jkun hemm approċċ lokali koordinat bejn l-aġenziji fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-pakkett ikkoordinat ta’ miżuri għall-ħaddiema u meta jkun hemm punti ta’ kuntatt lokali biex jipprovdu parir u gwida ċari u konsistenti lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja; |
36. |
jenfasizza li r-Regolament attwali jippermetti li l-Istati Membri jaħtru reġjuni biex japplikaw direttament għal appoġġ mill-FEG; għaldaqstant iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jeżerċitaw din l-opzjoni b'mod aktar regolari, b'mod speċjali fejn ir-reġjuni għandhom il-kompetenza għal taħriġ, edukazzjoni u/jew rwol fl-appoġġ u l-iżvilupp ta’ intrapriżi; iqis li dan ser jegħleb id-dewmien tal-applikazzjoni u l-kwistjonijiet ta’ kapaċità fil-livell nazzjonali, fejn il-ministeri nazzjonali ta’ spiss ma jkollhomx il-kapaċità meħtieġa u lanqas ir-riżorsi biex ifasslu u jimplimentaw servizzi ta’ appoġġ lokali/reġjonali; |
37. |
jipproponi li l-Kummissjoni Ewropea tiġbor bażi tad-data tal-aqwa prattika dwar l-implimentazzjoni u li l-gwida dwar it-tressiq tal-applikazzjoni (hemm referenza għal dan fl-Art. 12.2) tinkludi kriterji dwar sħubijiet fuq diversi livelli; |
38. |
jemmen li, waqt il-kriżi li għaddejja tad-dejn sovran u l-pressjoni li qed tirriżulta fuq il-baġits pubbliċi, tista' tingħata kunsiderazzjoni lill-estensjoni tal-FEG għal każijiet fejn is-settur pubbliku qed jirrilaxxa għadd sinifikanti ta’ impjegati u fejn dan qed ikollu effett negattiv fuq is-suq tax-xogħol f'ċerti ekonomiji lokali/reġjonali; |
39. |
jaħseb li l-proposta għandha tibbenefika minn aktar referenzi espliċiti għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, b'mod partikolari fl-Artikolu 8.2 fejn l-applikazzjonijiet għandhom jinkludu tagħrif dwar il-proċeduri għall-konsultazzjoni mal-awtoritajiet lokali/reġjonali u anke jidentifikaw l-aġenziji li qed jimplimentaw il-pakkett ta’ miżuri, u fl-Artikolu 11.4 dwar il-provvista ta’ gwida lill-awtoritajiet lokali u reġjonali dwar l-użu tal-FEG; |
40. |
iqis li l-kanali ta’ komunikazzjoni għandhom jitjiebu permezz ta': (a) linji ta’ komunikazzjoni aktar ċari bejn l-awtoritajiet responsabbli għall-ġestjoni tal-FEG, mill-Kummissjoni Ewropea lill-korpi nazzjonali u lokali/reġjonali; u (b) komunikazzjoni personalizzata aktar effettiva ma’ ħaddiema benefiċjarji; u jipproponi f'dan ir-rigward li l-applikazzjonijiet ikollhom sit elettroniku b'tagħrif ġenerali u sit elettroniku bħala portal li jippermetti l-iskambji kunfidenzjali ta’ informazzjoni personali bejn il-ħaddiema li jingħataw is-sensja u l-aġenziji ta’ appoġġ; |
II. RAKKOMANDAZZJONIJIET GĦALL-EMENDI
Emenda 1
Premessa 10
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
Meta jistabbilixxu l-pakkett koordinat tal-miżuri ta’ politika attiva tas-suq tax-xogħol l-Istati Membri għandhom jiffavorixxu miżuri li jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-impjegabbiltà tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja. L-Istati Membri għandhom iħabirku għar-riintegrazzjoni fl-impjig jew f'attivitajiet ġodda ta’ mill-inqas 50 % tal-ħaddiema fil-mira fi żmien 12-il xahar mid-data tal-applikazzjoni. |
Meta jistabbilixxu l-pakkett koordinat tal-miżuri ta’ politika attiva tas-suq tax-xogħol l-Istati Membri għandhom jiffavorixxu miżuri li jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-impjegabbiltà tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja. L-Istati Membri għandhom iħabirku għar-riintegrazzjoni fl-impjig jew f'attivitajiet ġodda ta’ mill-inqas 50 % tal-ħaddiema fil-mira fi żmien 12-il xahar mid-data tal-. |
Raġuni
Huma meħtieġa bejn 12 u 17 il-xhar mill-applikazzjoni sal-approvazzjoni tal-fondi. Bosta Stati Membri u awtoritajiet lokali u reġjonali mhumiex f'pożizzjoni li matul dan il-perjodu jagħmlu disponibbli r-riżorsi finanzjarji. Ir-rekwiżit li tal-inqas 50 % mill-ħaddiema jkunu ġew impjegati mill-ġdid f'temp ta’ 12-il xhar mid-data tal-applikazzjoni f'xi każijiet se jwassal biex ma titressaq l-ebda applikazzjoni għall-appoġġ finanzjarju.
Emenda 2
Artikolu 4(2)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
Artikolu 4 Il-kriterji ta’ intervent 2. Fi swieq tax-xogħol żgħar jew f'ċirkustanzi eċċezzjonali, fejn tkun debitament motivata mill-Istat Membru li japplika, applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan l-Artikolu mill-FEG tista' tiġi kkunsidrata ammissibbli wkoll jekk il-kriterji stabbiliti fil-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 1 ma jiġux sodisfatti kompletament, meta s-sensji jkollhom impatt serju fuq l-impjieg u l-ekonomija lokali. L-Istat Membru għandu jispeċifika liema mill-kriterji ta’ intervent stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ma jkunx sodisfatti kompletament. |
Artikolu 4 Il-kriterji ta’ intervent 2. Fi swieq tax-xogħol żgħar jew f'ċirkustanzi eċċezzjonali, fejn tkun debitament motivata mill-Istat Membru li japplika, applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan l-Artikolu mill-FEG tista' tiġi kkunsidrata ammissibbli wkoll jekk il-kriterji stabbiliti fil-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 1 ma jiġux sodisfatti kompletament, meta s-sensji jkollhom impatt serju fuq l-impjieg u l-ekonomija lokali. L-Istat Membru għandu jispeċifika liema mill-kriterji ta’ intervent stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ma jkunx sodisfatti kompletament. |
Raġuni
Il-Premessa 6 tal-proposta tkopri din il-possibbilità, u għaldaqstant, sabiex ikun hemm iżjed ċertezza legali, għandha tiġi inkluża wkoll fl-artikoli tagħha. Billi l-proposta għal Direttiva FEG issemmi b'mod espliċitu “reġjuni rimoti”, il-KtR jaħseb li huwa kruċjali li, abbażi tal-Artikolu 349 tat-TFUE, jiġi mifhum li r-reġjuni rimoti huma r-reġjuni l-aktar imbiegħda. Dan sabiex huma wkoll ikunu jistgħu jgawdu mis-sensiela ta’ derogi li jistgħu jippermettulhom jibbenefikaw bis-sħiħ mill-Fond. Wieħed għandu jqis ukoll li r-reġjuni l-aktar imbiegħda jinkludu r-reġjuni bl-ogħla rati ta’ qgħad fl-Ewropa, u d-daqs żgħir tal-ekonomiji tagħhom iwaqqafhom milli jibnu negozji bl-ammont ta’ impjegati meħtieġ sabiex ikunu eliġibbli għall-appoġġ tal-FEG, u għaldaqstant isibu ruħhom bi żvantaġġ ċar.
Emenda 3
Artikolu 8.2
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-applikazzjoni għandha tinkludi t-tagħrif li ġej: analiżi rraġunata tar-rabta bejn is-sensji u t-tibdil strutturali prinċipali fix-xejriet tal-kummerċ dinji, jew it-taqlib serju fl-ekonomija lokali, reġjonali jew nazzjonali ikkawżat minn kriżi għal għarrieda u mhux mistennija, jew il-qagħda l-ġdida tas-suq fis-settur agrikolu fl-Istat Membru u li tirriżulta mill-effetti tal-ftehim kummerċjali inizjalat mill-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu XXIV tal-GATT jew minn ftehim multilaterali inizjalat fi ħdan l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, skont l-Artikolu 2(c). Din l-analiżi għandha tkun imsejsa fuq statistika u tagħrif ieħor fil-livell l-aktar xieraq biex turi jekk il-kriterji ta’ intervent stipulati fl-Artikolu 4 intlaħqux jew le;
|
L-applikazzjoni għandha tinkludi t-tagħrif li ġej: analiżi rraġunata tar-rabta bejn is-sensji u t-tibdil strutturali prinċipali fix-xejriet tal-kummerċ dinji, jew it-taqlib serju fl-ekonomija lokali, reġjonali jew nazzjonali ikkawżat minn kriżi għal għarrieda u mhux mistennija, jew il-qagħda l-ġdida tas-suq fis-settur agrikolu fl-Istat Membru u li tirriżulta mill-effetti tal-ftehim kummerċjali inizjalat mill-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu XXIV tal-GATT jew minn ftehim multilaterali inizjalat fi ħdan l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, skont l-Artikolu 2(c). Din l-analiżi għandha tkun imsejsa fuq statistika u tagħrif ieħor fil-livell l-aktar xieraq biex turi jekk il-kriterji ta’ intervent stipulati fl-Artikolu 4 intlaħqux jew le;
|
Raġuni
Dawn iż-żidiet ġew inklużi sabiex ikun żgurat li l-applikazzjonijiet għal assistenza tal-FEG jissodisfaw aħjar il-bżonnijiet u l-aspettattivi tal-ħaddiema li jingħataw is-sensja, u li l-miżuri finanzjati jkunu jikkomplementaw bis-sħiħ l-oqfsa ta’ politika tal-UE u dawk nazzjonali.
Emenda 4
Artikolu 11.4
Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
L-għajnuna teknika tal-Kummissjoni għandha tinkludi l-provvista ta’ tagħrif u gwida għall-Istati Membri għall-użu, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-FEG. Il-Kummissjoni tista' tipprovdi wkoll tagħrif dwar l-użu tal-FEG lill-imsieħba soċjali Ewropej u nazzjonali. |
L-għajnuna teknika tal-Kummissjoni għandha tinkludi l-provvista ta’ tagħrif u gwida għall-Istati Membri għall-użu, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-FEG. Il-Kummissjoni tipprovdi wkoll dwar l-użu tal-FEG lill-imsieħba soċjali Ewropej u nazzjonali . |
Raġuni
Evidenti.
Emenda 5
Artikolu 13.1
Id-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
Il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 8(3), b'mod partikolari wara li tikkunsidra l-għadd ta’ ħaddiema fil-mira, l-azzjonijiet proposti u l-istima tal-ispejjeż, tevalwa u tipproponi mill-aktar fis l-ammont ta’ kontribuzzjoni finanzjarja, jekk teżisti, li jista' jsir fi ħdan il-limiti tar-riżorsi disponibbli. L-ammontma għandux jaqbeż il-50 % tal-ispejjeż totali stmati msemmija fl-Artikolu 8(2) jew il-65 % ta’ dawn l-ispejjeż f'każ ta’ applikazzjonijiet imressqa minn Stat Membru li fit-territorju tiegħu għandu tal-anqas reġjun wieħed f'livell NUTS II li huwa eliġibbli skont l-objettiv ta’ “Konverġenza” tal-Fondi Strutturali. F'każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni tiddeċiedi jekk il-kofinanzjament ta’ 65 % huwiex ġustifikat. |
Il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 8(3), b'mod partikolari wara li tikkunsidra l-għadd ta’ ħaddiema fil-mira, l-azzjonijiet proposti u l-istima tal-ispejjeż, tevalwa u tipproponi mill-aktar fis l-ammont ta’ kontribuzzjoni finanzjarja, jekk teżisti, li jista' jsir fi ħdan il-limiti tar-riżorsi disponibbli. L-ammontma għandux jaqbeż % tal-ispejjeż totali stmati msemmija fl-Artikolu 8(2) jew il- % ta’ dawn l-ispejjeż f'każ ta’ applikazzjonijiet imressqa minn Stat Membru li fit-territorju tiegħu għandu tal-anqas reġjun wieħed f'livell NUTS II li huwa tal-Fondi Strutturali . F'każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni tiddeċiedi jekk il-kofinanzjament ta’ % huwiex ġustifikat. |
Raġuni
Il-proposta min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea hija nieqsa minn ċarezza, ċerteżża u ekwità. Fil-kuntest tad-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Impjiegi tal-1 ta’ Diċembru 2011, biex il-kofinanzjament jitreġġa' lura għal 50 %, l-emenda tipproponi rata bażika ogħla ta’ kofinanzjament u rata ogħla għall-Istati Membri li qed iħossu l-agħar effetti tal-kriżi tad-dejn sovran attwali, li għandhom jgħinu biex jingħeleb in-nuqqas tar-riżorsi ta’ kofinanzjament u jipprovdu aktar ċertezza lill-Istati Membri meta dawn jiġu biex japplikaw.
Brussell, 3 ta’ Mejju 2012
Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni
Mercedes BRESSO
(1) COM(2011) 0500 final.
(2) Kunsill tal-Impjiegi, Diċembru 2011.
(3) Hekk kif spjegata fl-inizjattiva ewlenija tal-Ewropa 2020, Aġenda għall-Ħiliet ġodda u l-Impjiegi
(4) Sħubija u Governanza f'Diversi Livelli, hekk kif stabbiliti fir-Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fondi Strutturali u fondi oħra tal-UE (COM(2011) 615finali).