28.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/79


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Direttiva UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni)”

COM(2011) 319 finali — 2009/0165 (COD)

2012/C 24/15

Nhar id-19 ta’ Lulju 2011, il-Kunsill iddeċieda, b'konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Direttiva UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ protezzjoni internazzjonali (Tfassil mill-ġdid)

COM(2011) 319 finali – 2009/0165 (COD).

Billi l-Kumitat diġà esprima l-fehmiet tiegħu dwar is-suġġett ta’ din il-proposta fl-opinjoni tiegħu dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni), li ġiet adottata fit-28 ta’ April 2010 (1), iddeċieda, matul l-475 sessjoni plenarja tiegħu tas-26 u s-27 ta'Ottubru 2011 (seduta tas-26 ta’ Ottubru 2011), b'149 vot favur, l-ebda vot kontra u 5 astensjonijiet, li ma jfassalx opinjoni ġdida dwar dan is-suġġett u jagħmel referenza għall-pożizzjoni li ħa fid-dokument imsemmi.

Brussell, 26 ta’ Ottubru 2011.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


(1)  Opinjoni tal-KESE, “Standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni)”, ĠU C 18, 19.01.2011, p 85.