52010PC0803

/* KUMM/2010/0803 finali - NLE 2010/0388 */ Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Arabja Sawdija dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru


[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 7.1.2011

KUMM(2010) 803 finali

2010/0388 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Arabja Sawdija dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Kuntest tal-proposta |

110 | Ir-raġunijiet u l-għanijiet tal-proposta B’segwitu għas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-każijiet imsejħa “Open Skies”, fil-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill ta mandat lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet eżistenti bi ftehim fil-livell tal-Unjoni[1] (il-“mandat orizzontali”). L-għanijiet ta’ ftehimiet ta’ dan it-tip huma li jagħtu aċċess mhux diskriminatorju lit-trasportaturi bl-ajru kollha tal-Unjoni Ewropea għar-rotot tal-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi, u sabiex il-ftehimiet bilaterali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi dwar is-servizzi bl-ajru jinġiebu f'konformità mal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |

120 | Kuntest ġenerali Ir-relazzjonijiet fil-qasam tal-avjazzjoni internazzjonali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi tradizzjonalment kienu rregolati permezz ta' ftehimiet bilaterali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi dwar is-servizzi bl-ajru, permezz tal-Annessi għat-tali ftehimiet u permezz ta' arranġamenti oħrajn bilaterali jew multilaterali b’rabta ma' dan. Il-klawżoli tradizzjonali ta’ deżinjazzjoni fil-ftehimiet bilaterali tal-Istati Membri dwar is-servizzi bl-ajru jiksru l-liġi tal-Unjoni Ewropea. Jagħtu lok lill-pajjiż terz li jirrifjuta, jirtira jew jissospendi l-permessi jew l-awtorizzazzjonijiet ta' trasportatur bl-ajru li kien iddeżinjat minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea iżda li mhux proprjetà sostanzjali ta’ dak l-Istat Membru jew taċ-ċittadini tiegħu u kkontrollat effettivament minnhom. Instab li dan jikkostitwixxi diskriminazzjoni kontra t-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni Ewropea li, filwaqt li jkunu stabbiliti fit-territorju ta' Stat Membru, ikunu proprjetà ta' ċittadini ta' Stat Membru ieħor u kkontrollati minnhom. Dan imur kontra l-Artikolu 49 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jiggarantixxi liċ-ċittadini ta' Stati Membri tal-Unjoni Ewropea li jkunu eżerċitaw il-libertà tagħhom tal-istabbiliment, l-istess trattament fl-Istat Membru ospitanti bħal dak mogħti liċ-ċittadini ta’ dak l-Istat Membru. Hemm kwistjonijiet oħra, bħalma huma tassazzjoni fuq il-fjuwil tal-avjazzjoni jew kompetizzjoni, fejn il-konformità mal-liġi tal-Unjoni Ewropea għandha tkun żgurata billi jkunu emendati jew ikkomplementati d-dispożizzjonijiet eżistenti fi ftehimiet bilaterali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi dwar is-servizzi bl-ajru. |

130 | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim jieħdu post jew jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet eżistenti fit-tmien Ftehim bilaterali bejn l-Istati Membri u r-Renju tal-Arabja Sawdija dwar is-servizzi bl-ajru. |

140 | Konsistenza mal-politiki u l-għanijiet l-oħrajn tal-Unjoni Il-Ftehim se jgħin biex tintlaħaq mira fundamentali tal-politika tal-Unjoni Ewropea dwar l-avjazzjoni esterna billi jġib il-ftehimiet bilaterali eżistenti dwar is-servizzi bl-ajru konformi mal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |

2. Konsultazzjoni mal-partijiet interessati u valutazzjoni tal-impatt |

Konsultazzjoni mal-partijiet interessati |

211 | Metodi ta’ konsultazzjoni, setturi ewlenin fil-mira u profil ġenerali ta’ dawk li jwieġbu Matul in-negozjati, ġew ikkonsultati sew l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-industrija. |

212 | Sommarju tat-tweġibiet u kif ġew ikkunsidrati Il-kummenti li saru mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-industrija ġew ikkunsidrati. |

3. Elementi legali tal-proposta |

305 | Sommarju tal-azzjoni proposta F'konformità mal-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness għall-“mandat orizzontali”, il-Kummissjoni nnegozjat ftehim mar-Renju tal-Arabja Sawdija li jissostitwixxi ċerti dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali eżistenti bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Arabja Sawdija dwar is-servizzi bl-ajru. L-Artikolu 2 tal-Ftehim jissostitwixxi l-klawżoli tradizzjonali tad-deżinjazzjoni bi klawżola ta' deżinjazzjoni tal-UE, li tippermetti lit-trasportaturi bl-ajru kollha tal-Unjoni Ewropea jibbenefikaw mid-dritt tal-istabbiliment. L-Artikolu 4 jikkonċerna t-tassazzjoni tal-fjuwil tal-avjazzjoni, kwistjoni li ġiet armonizzata permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE li tirristruttura l-qafas tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti tal-enerġija u tal-elettriku, partikolarment l-Artikolu 14(2) tagħha. L-Artikolu 5 jsolvi konflitti potenzjali mar-regoli tal-Unjoni Ewropea dwar il-kompetizzjoni. |

310 | Bażi legali L-Artikoli 100(2) u 218(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFEU). |

329 | Prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta hija msejsa kollha kemm hi fuq il-“mandat orizzontali" mogħti mill-Kunsill b'kunsiderazzjoni tal-kwistjonijiet koperti mil-liġi tal-Unjoni Ewropea u l-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi bl-ajru. |

Prinċipju tal-proporzjonalità Il-Ftehim se jemenda jew jikkumplementa d-dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi bl-ajru sal-punt neċessarju biss ħalli tiġi żgurata l-konformità mal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |

Għażla tal-istrumenti |

342 | Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Arabja Sawdija huwa l-aktar strument effiċjenti biex il-ftehimiet bilaterali eżistenti kollha bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Arabja Sawdija dwar is-servizzi bl-ajru jinġiebu konformi mal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |

4. Implikazzjoni baġitarja |

409 | Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Unjoni Ewropea. |

5. Informazzjoni addizzjonali |

510 | Simplifikazzjoni |

511 | Il-proposta tipprovdi għal simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni. |

512 | Id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet bilaterali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Arabja Sawdija dwar is-servizzi bl-ajru se jinbidlu ma' jew jiġu kkomplementati b'dispożizzjonijiet fi ftehim wieħed tal-Unjoni Ewropea. |

570 | Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta F'konformità mal-proċedura standard għall-iffirmar u l-konklużjoni ta’ ftehimiet internazzjonali, il-Kunsill huwa mitlub japprova d-deċiżjonijiet dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Arabja Sawdija dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru u jagħżel il-persuni awtorizzati biex jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni Ewropea. |

2010/0388 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Arabja Sawdija dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea[2],

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew[3],

Billi:

(1) Permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tal-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma' pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim fuq livell tal-Unjoni,

(2) F'isem l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru mar-Renju tal-Arabja Sawdija f'konformità mal-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2003,

(3) Il-Ftehim ġie ffirmat f'isem l-Unjoni Ewropea fil- […], soġġett għall-konklużjonji possibbli tiegħu f'data aktar tard, b'konformità mad-Deċiżjoni …/…/KE tal-Kunsill ta' […][4],

(4) Il-Ftehim għandu jiġi approvat.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Arabja Sawdija dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru huwa approvat f'isem l-Unjoni.

2. It-test tal-Ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat li jaħtar il-persuna li jkollha s-setgħa li tagħmel in-notifika li dwarha hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim.

Magħmul fi Brussel,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS FTEHIM bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Arabja Sawdija dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru

L-UNJONI EWROPEA

min-naħa waħda, u

R-RENJU TAL-ARABJA SAWDIJA

min-naħa l-oħra

(minn hawn 'il quddiem imsejjaħ 'il-Partijiet')

FILWAQT LI JINNUTAW li ftehimiet bilaterali ta’ servizzi bl-ajru ġew konklużi bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Arabja Sawdija li fihom dispożizzjonijiet li jmorru kontra l-liġi tal-Unjoni Ewropea,

FILWAQT LI JINNUTAW li l-Unjoni Ewropea għandha l-kompetenza esklussiva fir-rigward ta' diversi aspetti li jistgħu jiġu inklużi fi ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi bl-ajru bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi,

FILWAQT LI JINNUTAW li, skont il-liġi tal-Kommunità tal-Unjoni Ewropea, it-trasportaturi bl-ajru stabbiliti fi Stat Membru għandhom id-dritt għal aċċess mhux diskriminatorju għar-rotot tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW il-ftehimiet bejn l-Unjoni Ewropea u ċerti terzi pajjiżi li jipprovdu l-possibbiltà għaċ-ċittadini ta' dawn il-pajjiżi terzi li jiksbu dritt ta' sjieda fi trasportaturi bl-ajru mogħtija liċenzja f'konformità mal-liġi tal-Unjoni Ewropea,

FILWAQT LI JAGĦRFU li ċerti dispożizzjonijiet tal-ftehim għal servizzi bilaterali bl-ajru bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Arabja Sawdija, li huma kontra l-liġi tal-Unjoni Ewropea, iridu jinġiebu f’konformità sħiħa magħha sabiex tiġi stabbilita bażi legali tajba għas-servizzi bl-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Arabja Sawdija u biex tiġi ppreżervata l-kontinwità ta’ servizzi bl-ajru bħal dawn,

FILWAQT LI JINNUTAW li, skont il-liġi tal-Unjoni Ewropea, it-trasportaturi bl-ajru fil-prinċipju ma jistgħux jikkonkludu ftehimiet li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u li jkollhom bħala l-għan jew l-effett tagħhom li jipprevjenu, jirrestrinġu jew jgħawġu l-kompetizzjoni,

FILWAQT LI JAGĦRFU li d-dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi bl-ajru konklużi bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Arabja Sawdija li i) jirrikjedu jew jiffavorixxu l-adozzjoni ta' ftehimiet bejn intrapriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta' intrapriżi jew prattiki miftiehma li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi bl-ajru fuq ir-rotot rilevanti; jew (ii) isaħħu l-effetti ta’ kwalunkwe ftehim, deċiżjoni jew prattika miftiehma bħal dawn; jew iii) jiddelegaw lit-trasportaturi bl-ajru jew lill-operaturi ekonomiċi privati oħra r-responsabbiltà għat-teħid ta’ miżuri li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi bl-ajru fuq ir-rotot rilevanti jistgħu jrendu mhux effettivi r-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-intrapriżi,

FILWAQT LI JINNUTAW li mhuwiex għan tal-Unjoni Ewropea, bħala parti minn dan il-ftehim, li jiżdied il-volum totali tat-traffiku tal-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Arabja Sawdija, li jiġi affettwat il-bilanċ bejn trasportaturi bl-ajru tal-Komunità u trasportaturi bl-ajru tar-Renju tal-Arabja Sawdija, jew li jiġu nnegozjati emendi għad-dispożizzjonijiet ta' ftehimiet bilaterali għal servizzi bl-ajru eżistenti dwar id-drittijiet tat-traffiku.

ĠIE MAQLUB KIF ĠEJ:

ARTIKOLU 1

Dispożizzjonijiet Ġenerali

1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, "Stati Membri" tfisser l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, u "Trattati tal-UE" tfisser it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

2. Referenzi f'kull ftehim elenkat fl-Anness 1 għaċ-ċittadini tal-Istat Membru li huwa parti minn dak il-ftehim għandhom jinftiehmu bħala referenzi għaċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

3. Referenzi f'kull ftehim elenkat fl-Anness 1 għat-trasportaturi bl-ajru jew għal-linji tal-ajru tal-Istat Membru li huwa parti minn dak il-ftehim għandhom jinftehmu bħala referenzi għat-trasportaturi bl-ajru jew għal-linji tal-ajru ddeżinjati minn dak l-Istat Membru.

ARTIKOLU 2

Deżinjazzjoni minn Stat Membru

4. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu għandhom jieħdu post id-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu magħhom fl-Artikoli elenkati fl-Anness 2(a) u (b) rispettivament, f'dak li għandu x'jaqsam mad-deżinjazzjoni tat-trasportaturi bl-ajru mill-Istat Membru kkonċernat, l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi mogħtija mir-Renju tal-Arabja Sawdija, u r-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi tat-trasportatur bl-ajru, rispettivament.

5. Malli jirċievi deżinjazzjoni mingħand Stat Membru, ir-Renju tal-Arabja Sawdija għandu jagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi meħtieġa bl-anqas dewmien proċedurali, sakemm:

i. it-trasportatur bl-ajru jkun stabbilit f'konformità mat-Trattati tal-UE, fit-territorju tal-Istat Membru li jkun qed jiddeżinjah u jkollu Liċenzja Operattiva valida f'konformità mal-liġi tal-Unjoni Ewropea; kif ukoll

ii. ikun eżerċitat u miżmum kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur bl-ajru mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat Operattiv tal-Ajru tiegħu u l-awtorità ajrunawtika rilevanti tkun identifikata biċ-ċar fid-deżinjazzjoni; kif ukoll

iii. it-trasportatur bl-ajru jkun sjieda, direttament jew permezz ta' sehem azzjonarju maġġoritarju, u jkun ikkontrollat effettivament mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini tal-Istati Membri, u/jew mill-istati l-oħra elenkati fl-Anness 3 u/jew miċ-ċittadini ta' stati oħra bħal dawn.

6. Ir-Renju tal-Arabja Sawdija jista' jirrifjuta, jirrevoka, jissospendi jew jillimita l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi ta' trasportatur bl-ajru minn Stat Membru fejn:

i. it-trasportatur bl-ajru ma jkunx stabbilit, f'konformità mat-Trattati tal-UE, fit-territorju tal-Istat Membru li jkun qed jiddeżinjah jew ma għandux Liċenzja Operattiva valida f'konformità mal-liġi tal-Unjoni Ewropea; jew

ii. ma jiġix eżerċitat jew miżmum kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur bl-ajru mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat Operattiv tal-Ajru tiegħu, jew l-awtorità ajrunawtika relevanti ma tkunx identifikata biċ-ċar fid-deżinjazzjoni; jew

iii. it-trasportatur bl-ajru ma jkunx sjieda, direttament jew permezz ta' sjieda maġġoritarja, jew ma jkunx ikkontrollat effettivament mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini tal-Istati Membri, u/jew mill-istati l-oħra elenkati fl-Anness 3 u/jew miċ-ċittadini ta' dawn l-istati l-oħra; jew

iv. ir-Renju tal-Arabja Sawdija li, bl-eżerċizzju tad-drittijiet tat-traffiku taħt dan il-Ftehim fuq rotta li tinkludi punt fi Stat Membru ieħor, it-trasportatur bl-ajru jkun qed jevita r-restrizzjonijiet fuq id-drittijiet tat-traffiku imposti bi ftehim bilaterali bejn ir-Renju tal-Arabja Sawdija u dak l-Istat Membru l-ieħor; jew

v. it-trasportatur bl-ajru jkollu Ċertifikat ta' Operatur tal-Ajru maħruġ minn Stat Membru u ma jkun hemm l-ebda ftehim bilaterali dwar is-servizzi bl-ajru bejn ir-Renju tal-Arabja Sawdija u dak l-Istat Membru, u jista' jintwera li d-drittijiet tat-traffiku meħtieġa biex titwettaq l-operazzjoni proposta mhumiex disponibbli b'mod reċiproku lit-trasportatur(i) bl-ajru maħtur(a) mir-Renju tal-Arabja Sawdija.

Waqt li qed jeżerċita d-dritt tiegħu taħt dan il-paragrafu, ir-Renju tal-Arabja Sawdija ma għandux jiddiskrimina bejn it-trasportaturi bl-ajru tal-Komunità abbażi tan-nazzjonalità.

ARTIKOLU 3

Sikurezza

7. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-Artikoli elenkati fl-Anness 2(c).

8. Fejn Stat Membru jkun iddeżinja trasportatur bl-ajru li l-kontroll regolatorju tiegħu huwa eżerċitat u miżmum minn Stat Membru ieħor, id-drittijiet tar-Renju tal-Arabja Sawdija taħt id-dispożizzjonijiet ta' sikurezza tal-ftehim bejn l-Istat Membru li ddeżinja t-trasportatur bl-ajru u r-Renju tal-Arabja Sawdija għandu japplika bl-istess mod fir-rigward tal-adozzjoni, l-eżerċizzju jew il-manutenzjoni tal-istandards tas-sikurezza mill-Istat Membru l-ieħor u b'rispett tal-awtorizzazzjoni għall-operazzjoni ta' dik it-trasportatur bl-ajru.

ARTIKOLU 4

Tassazzjoni tal-fjuwil tal-avjazzjoni

9. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu magħhom fl-Artikoli elenkati fl-Anness 2(d).

10. Minkejja kull dispożizzjoni oħra għall-kuntrarju, xejn f'kull wieħed mill-ftehimiet elenkati fl-Anness 2(d) ma għandu jżomm Stat Membru milli jimponi, fuq bażi mhux diskriminatorja, taxxi, imposti, dazji, drittijiet jew ħlasijiet fuq fjuwil li jiġi fornut fit-territorju tiegħu għall-użu f'inġenju tal-ajru ta' trasportatur bl-ajru deżinjat tar-Renju tal-Arabja Sawdija li jopera bejn punt fit-territorju ta' Stat Membru u punt ieħor fit-territorju ta' dak l-Istat Membru jew fit-territorju ta' Stat Membru ieħor.

ARTIKOLU 5

Kompatibbiltà mar-regoli tal-kompetizzjoni

11. Minkejja kull dispożizzjoni oħra għall-kuntrarju, xejn f’kull wieħed mill-ftehimiet elenkati fl-Anness 1 ma għandu (i) jeħtieġ jew jiffavorixxi l-adozzjoni ta’ ftehimiet bejn impriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jew prattiki kkonċertati li jipprevjenu jew jgħawġu l-kompetizzjoni; (ii) isaħħu l-effetti ta’ kwalunkwe ftehim, deċiżjoni jew prattika miftiehma bħal dawn; jew (iii) jiddelega għand operaturi ekonomiċi privati r-responsabbiltà għat-teħid ta’ miżuri li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni.

12. Id-dispożizzjonijiet fil-ftehimiet elenkati fl-Anness 1 li mhumiex kompatibbli mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx jiġu applikati.

ARTIKOLU 6

Annessi għal dan il-Ftehim

L-Annessi għal dan il-Ftehim għandhom jiffurmaw parti integrali minnu.

ARTIKOLU 7

Reviżjoni jew emendar

Il-Partijiet jistgħu, f'kull ħin, jirrevedu jew jemendaw dan il-Ftehim bi qbil reċiproku.

ARTIKOLU 8

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni provviżorja

13. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri interni rispettivi meħtieġa tagħhom għad-dħul fis-seħħ tiegħu jkunu tlestew.

14. Minkejja l-paragrafu 1, il-Partijiet jaqblu li japplikaw dan il-Ftehim provviżorjament mill-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri kollha meħtieġa għal dan il-għan ikunu tlestew.

15. Dan il-Ftehim għandu japplika għall-ftehimiet u l-arranġamenti l-oħra elenkati fl-Anness 1 inklużi dawk li fid-data tal-iffirmar ta' dan il-Ftehim ikunu għadhom ma daħlux fis-seħħ u li ma jkunux qed jiġu applikati provviżorjament.

ARTIKOLU 9

Terminazzjoni

16. Fil-każ li ftehim elenkat fl-Anness 1 jiġi tterminat, id-dispożizzjonijiet kollha ta' dan il-Ftehim li għandhom x'jaqsmu mal-ftehim konċernat elenkat fl-Anness 1 għandhom jiġu tterminati fl-istess ħin.

17. Fil-każ li l-ftehimiet kollha elenkati fl-Anness 1 jiġu tterminati, dan il-Ftehim għandu jiġi tterminat fl-istess ħin.

B’XHIEDA TA’ DAN, il-firmatarji, awtorizzati kif jixraq, iffirmaw dan il-Ftehim.

Magħmul fi [...] f'żewġ kopji, nhar il-[...] jum ta' [..., ...] bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża u Għarbija, fejn it-testi kollha huma awtentiċi ugwalment.

GĦALL-UNJONI EWROPEA:GĦAR-RENJU TAL-ARABJA SAWDIJA:

ANNESS 1

Lista ta' ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 1 ta' dan il-Ftehim

Ftehimiet ta’ servizzi bl-ajru u arranġamenti oħrajn bejn ir-Renju tal-Arabja Sawdija u l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, kif immodifikati jew emendati, li, dakinhar tal-iffirmar ta' dan il-Ftehim, kienu ġew konklużi, iffirmati jew inizjalati:

- Il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il- Gvern Federali Awstrijak u l-gvern tar-Renju tal-Arabja Sawdija ffirmat fi Vjenna fit-13 ta' Ġunju 1989, immodifikat l-aħħar bil-Memorandum ta' Ftehim bejn l-Awtoritajiet Aeronawtiċi tar-Repubblika tal-Awstrija u r-Renju tal-Arabja Sawdija ffirmat f'Jeddah fit-18 ta' Ottubru 2008, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Arabja Sawdija - Awstrija" u "MtQ(Memorandum ta' Qbil) Arabja Sawdija – Awstrija" rispettivament fl-Anness 2;

- Il-Ftehimiet dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il- Gvern tar-Renju tal-Belġju u l-Gvern tar-Renju tal-Arabja Sawdija ffirmat f'Riyadh fit-13 ta' April 1986, immodifikat l-aħħar bil-Memorandum ta' Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju tal-Belġju u l-Gvern tar-Renju tal-Arabja Sawdija ffirmat fi Brussell fis-16 ta' Ġunju 2005, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Arabja Sawdija - Belġju" u "MtQ Arabja Sawdija – Belġju" rispettivament fl-Anness 2;

- Il-Ftehim dwar is-Servizzi bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru u l-Gvern tar-Renju tal-Arabja Sawdija ffirmat f'Jeddah fit-22 ta' April 2002, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Arabja Sawdija – Ċipru" fl-Anness 2;

- Il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Renju tal-Arabja Sawdija u l-Gvern tar-Renju tad-Danimarka ffirmat f'Riyadh fil-15 ta' Marzu 1987, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Arabja Sawdija – Danimarka" fl-Anness 2;

- Il-Ftehim bejn ir-Repubblika Franċiża u r-Renju tal-Arabja Sawdija dwar l-istabbiliment u l-eżerċizzju ta' servizzi bl-ajru skedati bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom iffirmat fis-7 ta' Novembru 1968, immodifikat l-aħħar bil-Memorandum ta' Ftehim bejn l-Awtoritajiet Aeronawtiċi tar-Repubblika Franċiża u r-Renju tal-Arabja Sawdija ffirmat f'Pariġi fil-21 ta' Jannar 2009, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Arabja Sawdija – Franza" u "MtQ Arabja Sawdija – Franza" rispettivament fl-Anness 2;

- Il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Renju tal-Arabja Sawdija ffirmat f'Jeddah fid-19 ta' Settembru 1973, immodifikat l-aħħar bil-Memorandum ta' Ftehim bejn l-Awtoritajiet Aeronawtiċi tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Renju tal-Arabja Sawdija ffirmat f'Jeddah fit-12 ta' Novembru 2008, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Arabja Sawdija - Ġermanja" u "MtQ Arabja Sawdija – Ġermanja" rispettivament fl-Anness 2;

- Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Ellenika u l-Gvern tar-Renju tal-Arabja Sawdija dwar it-Trasport bl-Ajru ffirmat f’Ateni fit-23 ta’ Mejju 1989, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Arabja Sawdija – Greċja” fl-Anness 2;

- Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Taljana u l-Gvern tar-Renju tal-Arabja Sawdija ffirmat f’Ruma fis-17 ta’ Diċembru 1969, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Arabja Sawdija – Italja” fl-Anness 2;

- Il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju tal-Arabja Sawdija ffirmat f'Riyadh fit-13 ta' Frar 1985, immodifikat l-aħħar bil-Memorandum ta' Ftehim bejn l-Awtoritajiet Aeronawtiċi tar-Renju tal-Arabja Sawdija u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi ffirmat f'Jeddah fil-5 ta' Awwissu 2008, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Arabja Sawdija – Pajjiżi Baxxi" u "MtQ Arabja Sawdija – Pajjiżi Baxxi" rispettivament fl-Anness 2;

- Il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn ir-Renju ta' Spanja u r-Renju tal-Arabja Sawdija ffirmat f'Jeddah fid-29 ta' Settembru 1987, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Arabja Sawdija – Spanja" fl-Anness 2;

- Il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Renju tal-Arabja Sawdija u l-Gvern tar-Renju tal-Isvezja ffirmat fi Stokkolma fis-17 ta' Marzu 1987, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Arabja Sawdija – Svezja" fl-Anness 2;

- Il-Ftehim bejn il -Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u l-Gvern tar-Renju tal-Arabja Sawdija għas-Servizzi bl-Ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom iffirmat f'Jeddah fl-20 ta' Jannar 1975, flimkien mal-Memorandum ta' Ftehim tal-24 ta' Ġunju 2008, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Arabja Sawdija – Renju Unit" fl-Anness 2.

_________________

ANNESS 2

Lista tal-Artikoli fil-Ftehimiet elenkati fl-Anness 1 u msemmija fl-Artikoli 2 sa 4 ta' dan il-Ftehim

(a) Deżinjazzjoni minn Stat Membru:

- L-Artikolu 3(5) tal-Ftehim Arabja Sawdija – Awstrija kif emendat bl-Artikolu 1(A-1) tal-MtQ Arabja Sawdija – Awstrija;

- L-Artikolu 4(3) tal-Ftehim Arabja Sawdija – Belġju;

- L-Artikolu 3 tal-Ftehim Arabja Sawdija – Ċipru;

- L-Artikolu 3 tal-Ftehim Arabja Sawdija – Danimarka;

- L-Artikolu 3(4) tal-Ftehim Arabja Sawdija – Ġermanja;

- L-Artikolu 3 tal-Ftehim Arabja Sawdija – Greċja;

- L-Artikolu III tal-Ftehim Arabja Sawdija – Italja;

- L-Artikolu 3 tal-Ftehim Arabja Sawdija – Pajjiżi Baxxi;

- L-Artikolu 3 tal-Ftehim Arabja Sawdija – Spanja;

- L-Artikolu 3 tal-Ftehim Arabja Sawdija – Svezja;

- L-Artikolu 3 tal-Ftehim Arabja Sawdija – Renju Unit.

(b) Ir-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet jew tal-permessi:

- L-Artikolu 4(1(a)) tal-Ftehim Arabja Sawdija – Awstrija u Anness (C) tal-MtQ Arabja Sawdija – Awstrija kif issupplimentat bl-Artikolu 2(D) tal-MtQ Arabja Sawdija – Awstrija;

- L-Artikolu 4 tal-Ftehim Arabja Sawdija - Ċipru;

- L-Artikolu 3 tal-Ftehim Arabja Sawdija – Danimarka;

- L-Artikolu X tal-Ftehim Franza – Arabja Sawdija kif issupplimentat fl-Artikolu 2(D) tal-MtQ Arabja Sawdija – Franza;

- L-Artikolu 4(1) (it-tieni sentenza) tal-Ftehim Arabja Sawdija – Ġermanja kif issupplimentat bl-Artikolu 2(D) tal-MtQ Arabja Sawdija – Ġermanja;

- L-Artikolu 3 tal-Ftehim Arabja Sawdija – Greċja;

- L-Artikolu III tal-Ftehim Arabja Sawdija – Italja;

- L-Artikolu 4 tal-Ftehim Arabja Sawdija – Pajjiżi Baxxi;

- L-Artikolu 4 tal-Ftehim Arabja Sawdija – Spanja;

- L-Artikolu 3 tal-Ftehim Arabja Sawdija - Svezja;

- L-Artikolu 4 tal-Ftehim Arabja Sawdija – Renju Unit.

(c) Is-sikurezza:

- Anness (C) tal-MtQ Arabja Sawdija – Awstrija;

- L-Artikolu 3 tal-MtQ Arabja Sawdija – Belġju;

- L-Artikolu 12 tal-Ftehim Arabja Sawdija – Ċipru;

- Anness(C) tal-MtQ Arabja Sawdija – Franza;

- L-Anness B tal-MtQ Arabja Sawdija – Pajjiżi Baxxi;

- L-Artikolu 11B tal-Ftehim Arabja Sawdija - Renju Unit.

(d) Tassazzjoni tal-fjuwil tal-avjazzjoni:

- Anness (B) tal-MtQ Arabja Sawdija – Belġju;

- L-Artikolu 6 tal-Ftehim Arabja Sawdija – Ċipru;

- L-Artikolu 4 tal-Ftehim Arabja Sawdija – Danimarka;

- Anness (C) tal-MtQ Arabja Sawdija – Franza;

- L-Artikolu 7 tal-Ftehim Arabja Sawdija – Ġermanja;

- L-Artikolu 6 tal-Ftehim Arabja Sawdija – Greċja;

- L-Artikolu V tal-Ftehim Arabja Sawdija – Italja;

- L-Artikolu 9 tal-Ftehim Arabja Sawdija – Pajjiżi Baxxi;

- L-Artikolu 7 tal-Ftehim Arabja Sawdija – Spanja;

- L-Artikolu 4 tal-Ftehim Arabja Sawdija – Svezja;

- L-Artikolu 5 tal-Ftehim Arabja Sawdija – Renju Unit.

_________________

ANNESS 3

Lista ta’ stati oħra msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan il-Ftehim

(a) Ir-Repubblika tal-Islanda (taħt il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

(b) Il-Prinċipat tal-Liechtenstein (skont il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea);

(c) Ir-Renju tan-Norveġja (skont il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

(d) Il-Konfederazzjoni Svizzera (skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru)

[1] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 11323/03 tal-5 ta' Ġunju 2003 (dokument ristrett)

[2] ĠU C , , p. .

[3] ĠU C , , p. .

[4] ĠU C , , p. .