52010PC0391

/* COM (2010) 0391 final - COD 2008/0009 */ Proposta emendata għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mergers ta' kumpanniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata


[pic] | KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 30.8.2010

KUMM(2010) 391 finali

2008/0009 (COD)

Proposta emendata għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il- mergers ta' kumpanniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata

(Kodifikazzjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Fid-29 ta' Jannar 2008, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkodifika t-Tielet Direttiva tal-Kunsill Nru 78/855/KEE tad-9 t’Ottubru 1978 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(ġ) tat-Trattat dwar l-għaqda ta' kumpanniji b'responsabbiltà pubblika limitata[1].

2. F’ l-opinjoni tiegħu tas-27 ta` Frar 2008, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali, imwaqqaf taħt il-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 fuq metodu ta’ ħidma mgħaġġel għall-kodifikazzjoni uffiċjali ta' atti leġislattivi[2], iddikjara illi l-proposta fuq imsemmija tabilħaqq tillimita ruħha għas-sempliċi kodifikazzjoni, mingħajr ebda tibdiliet sostanzjali lill-atti li tkopri.

3. Filwaqt li kkunsidraw l-emendi adottati[3] f’dak li jirrigwarda l-proposta msemmija fil-punt 1 u fid-dawl tax-xogħol li diġà sar matul il-proċedura leġiżlattiva fuq din il-proposta msemmija fil-punt 1, il-Kummissjoni ddeċidiet li tippreżenta – skond l-Artikolu 293(2) tat-TFEU – proposta emendata għall-kodifikazzjoni tad-Direttiva kkonċernata.

Din il-proposta emendata tqies ukoll l-emendi purament formali jew testwali proposti mill-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali fejn dawn huma kkunsidrati ġustifikati[4].

4. Meta mqabbla mal-proposta inizjali msemmija fil-punt 1, l-emendi magħmula f’din il-proposta huma dawn li ġejjin:

(1) Fil-Premessa 2, " Artikolu 44(2)(g) tat-Trattat " jiġi sostitwit b' referenza għall-" Artikolu 50(2)(g) tat-Trattat " u r-referenza għal “ Direttiva 68/151/KEE” hija sostitwita bir-referenza għal “ L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 68/151/KEE tad-9 ta’ Marzu ta’ l-1968 dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni ta’ l-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu ta ' l-Artikolu 58 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti f’kull parti tal-Komunità ”.

(2) Fil-Premessa 8, il-kliem “ Direttiva [.../.../...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni tas-salvagwardji li, għal protezzjoni ta' l-interessi tal-membri u oħrajn, huma mitluba mill-Istati Membri minn kumpanniji fit-tifsira tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 48 tat-Trattat, bil-għan li jagħmlu tali salvagwardji ekwivalenti fil-Komunità kollha” huma sostitwiti bil-kliem “Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta` Settembru 2009 dwar il-koordinazzjoni tas-salvagwardji li, għal protezzjoni ta' l-interessi tal-membri u terzi persuni, huma mitluba mill-Istati Membri minn kumpanniji fit-tifsira tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 48 tat-Trattat, bil-għan li jagħmlu tali salvagwardji ekwivalenti ”.

(3) Fl-Artikolu 1(1), l-inċiż li għandu x’jaqsam mal-Finlandja huwa sostitwit bis-segwenti:

“fil-Finlandja: julkinen osakeyhtiö/publikt aktiebolag”.

(4) Fl-Artikolu 1(2), fl-Artikolu 6, fl-Artikolu 18(1), fl-Artikolu 22(1)(e) u (f), u fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23(1), ir-referenza għad-“ Direttiva [../../..] ” hija sostitwita b’ “ Direttiva 2009/101/KE ”.

(5) Fl-Artikolu 6, is-segwenti paragrafi huma miżjuda:

“ Kwalunkwe waħda mill-kumpanniji li qed jingħaqdu għandha tkun eżentata mr-rekwiżit tal-pubblikazzjoni stabbilit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/101/KE jekk, għal perijodu kontinwu ta’ żmien li jibda mill-inqas xahar qabel il-jum stabbilit għal-laqgħa ġenerali li għandha tiddeċiedi dwar l-abbozz ta’ termini tal-għaqda u li jispiċċa mhux qabel il-konklużjoni ta’ dik il-laqgħa, hija tagħmel disponibbli l-abbozz tat-termini tal-għaqda bħal din fuq il-websajt tagħha mingħajr ħlas għall-pubbliku. L-Istati Membri m’għandhomx jissoġġettaw dik l-eżenzjoni għal xi rekwiżiti jew restrizzjonijiet minbarra dawk li huma meħtieġa biex tkun żgurata s-sigurtà tal-websajt u l-awtentiċità tad-dokumenti, u jistgħu jimponu rekwiżiti jew restrizzjonijiet bħal dawn biss sal-punt li jkunu proporzjonati sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

B’deroga mit-tieni paragrafu, l-Ista ti Membri jistgħu jeħtieġu li l-pubblikazzjoni ssir permezz tal-bażi elettronika ċentrali msemmija fl-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2009/101/KE. L-Istati Membri jistgħu b’mod alternattiv jeħtieġu li din il-pubblikazzjoni ssir fuq kwalunkwe websajt oħra magħżula minnhom għal dan il-għan. Meta l-Istati Membri jagħmlu użu minn waħda minn dawk il-possibilitajiet, huma għandhom jiżguraw li l-kumpanniji ma jintalbux tariffa speċifika għal din il-pubblikazzjoni.

Meta tintuża websajt oħra minbarra l-bażi elettronika ċentrali, referenza li tagħti aċċess għal dik il-websajt għandha tiġi ppubblikata fuq il-bażi elettronika ċentrali mill-inqas xahar qabel il-jum stabbilit għal-laqg ħa ġenerali. Dik ir-referenza għandha tinkludi d-data tal-pubblikazzjoni tal-abbozz tat-termini tal-għaqda fuq il-websajt u għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku mingħajr ħlas. Il-Kumpanniji m’għandhomx jintalbu tariffa speċifika għal din il-pubblikazzjoni.

Il-projbizzjoni li teżenta lill-kumpanniji milli jħallsu tariffa speċifika għall-pubblikazzjoni, stabbilità fit-tielet u r-raba’ paragrafu, m’għandhiex taffettwa l-kapaċità tal-Istati Membri li jgħaddu lill-kumpanniji l-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu mal-bażi elettronika ċentrali.

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-kumpanniji jżommu l-informazzjoni għal perijodu speċifiku wara l-laqgħa ġenerali fil-websajt tagħhom jew, fejn ikun applikabbli, fil-bażi elettronika ċentrali jew il-websajt l-ieħor magħżul m ill-Istat Membru konċernat. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-konsegwenzi ta’ interruzzjoni temporananja tal-aċċess għall-websajt jew għall-bażi elettronika ċentrali, ikkawżati minn fatturi tekniċi jew fatturi oħrajn. ”.

(6) Fl-Artikolu 7(3), il-kliem “ msemmija fil-paragrafu 2 ” huma mħassra.

(7) Fl-Artikolu 8, is-segwenti paragrafu huwa miżjud:

“Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel paragrafu, l-Artikolu 11(2), (3) u (4) għandu japplika.”.

(8) Il-kliem ta` l-Artikolu 9 huwa sostitwit bil-kliem segwenti:

“1. Il-korpi amministrattivi jew ta’ tmexxija ta’ kull waħda mill-kumpanniji li qegħdin jinagħaqdu għandhom ifasslu rapport dettaljat bil-miktub li jispjega l-abbozz tat-termini tal-għaqda u jagħti r-raġunijiet legali u ekonomiċi tagħhom, b’mod partikolari l-proporzjon tal-bdil tal-ishma.

Dak ir-rapport għandu jiddeskrivi wkoll kwalunkwe diffikultajiet speċjali ta’ valutazzjoni li jkunu nqalgħu.

2. Il-korpi amministrattivi jew ta’ tmexxija ta’ kull waħda mill-kumpanniji involuti għandhom jinfurmaw lil-laqgħa ġenerali tal-kumpannija tagħhom u lill-korpi amministrattivi jew ta’ tmexxija tal-kumpanniji l-oħra involuti biex dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jinfurmaw il-laqgħat ġenerali rispettivi tagħhom b’kwalunkwe bidla materjali fl-attiv u l-passiv bejn id-data ta’ preparazzjoni tal-abbozz ta’ termini tal-għaqda u d-data tal-laqgħat ġenerali li għandhom jiddeċiedu l-abbozz ta’ termini tal-għaqda.

3. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li r-rapport msemmi fil-paragrafu 1 u/jew l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 m’għandhomx ikunu meħtieġa kemm-il darba l-azzjonisti kollha u d-detenturi ta’ titoli oħra li jagħtu d-dritt tal-vot ta’ kull kumpannija involuta fl-għaqda hekk ftiehmu.”.

(9) Il-kliem ta` l-Artikolu 11(1)(ċ) u (d) huma sostitwiti bil-kliem segwenti:

“(ċ) fejn hu applikabbli, dikjarazzjoni ta’ kontijiet mfassla f’data li ma tistax tkun aktar kmieni mill-ewwel jum tat-tielet xahar li jippreċedi d-data tal-abbozz tat-termini tal-għaqda, jekk l-aħħar kontijiet annwali jirrelataw għal sena finanzjarja li tkun intemmet aktar minn sitt xhur qabel dik id-data;

(d) fejn hu applikabbli, ir-rapporti tal-korpi amministrattivi jew ta’ tmexxija tal-kumpanniji li qegħdin jingħaqdu previsti fl-Artikolu 9;”.

(10) Fl-Artikolu 11(1), is-segwenti subparagrafu huwa miżjud:

“ Għall-fini ta’ punt (ċ) tal-ewwel subparagrafu, dikjarazzjoni ta’ kontijiet m’għandhiex tkun meħtieġa kemm-il darba l-kumpannija tippubblika rapport finanzjarju ta’ kull sitt xhur skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2004/109/Ke tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tagħmlu disponibbli għall-azzjonijsti b’konformità ma’ dan il-paragrafu. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li dikjarazzjoni ta’ kontijiet m’għandhiex tkun meħtieġa kemm-il darba l-azzjonisti kollha u d-detenturi ta’ titoli oħra li jagħtu d-dritt tal-vot ta’ kull waħda mill-kumpanniji involuti fl-għaqda jkunu hekk ftiehmu. ”. Bħala konsegwenza, ir-referenza għal "paragrafu 1(c)" fl-Artikolu 11(2) hi sostitwita b'referenza għal "punt (c)" tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1”.

(11) Fl-Artiolu 11(3), is-segwenti subparagrafu huwa miżjud:

“Fejn azzjonista jkun ta l-kunsens tiegħu li tħalli lill-kumpannija tuża mezzi elettroniċi biex twassal l-informazzjoni, tali kopji ta’ din l-informazzjoni jistgħu jiġu fornuti permezz tal-posta elettronika.”

(12) Fl-Artikolu 11, is-segwenti paragraph huwa miżjud:

“4. Kumpannija għandha tkun eżentata mill-ħtieġa li tagħmel id-dokumenti msemmijin fil-paragrafu 1 disponibbli fl-indirizz tal-uffiċċju rreġistrat tagħha kemm-il darba, għal perijodu kontinwu ta’ żmien li jibda mill-inqas xahar qabel il-jum stabbilit għal-laqgħa ġenerali li għandha tiddeċiedi dwar l-abbozz tat-termini tal-għaqda u li jintemm mhux qabel il-konklużjoni ta’ dik il-laqgħa, tagħmilhom disponibbli fuq il-websajt tagħha. L-Istati Membri m’għandhom jissoġġettaw dik l-eżenzjoni għall-ebda rekwiżit jew restrizzjoni minbarra dawk li huma meħtieġa biex tkun assigurata s-sigurtà tal-websajt u l-awtentiċità tad-dokumenti u jistgħu jimponu dawn ir-rekwiżiti jew ir-restrizzjonijiet biss sal-punt li jkunu proporzjonati sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

Il-paragrafu 3 m’għandux japplika kemm-il darba l-websajt joffri lill-azzjonijisti l-possibbiltà, matul il-perijodu msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, li jniżżlu elettronikament u jistampaw id-dokumenti msemmijin fil-paragrafu 1. Madankollu, f’dak il-każ, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-kumpannija għandha tagħmel dawn id-dokumenti disponibbli fl-uffiċċju reġistrat tagħha biex jiġu kkonsultati mill-azzjonisti.

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-kumpanniji jżommu l-informazzjoni fil-websajt tagħhom għal perijodu speċifiku wara l-laqgħa ġenerali. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-konsegwenzi ta’ interruzzjoni temporananja ta’ aċċess għall-websajt ikkawżata minn fatturi tekniċi jew fatturi oħrajn.”.

(13) L-Artikolu 13(2) huwa sostitwit b' li ġej:

“2. Għal dak il-għan, il-liġijiet tal-Istati Membri għandhom tal-anqas jipprevedu li dawn il-kredituri għandhom ikunu intitolati jiksbu salvagwardji adegwati meta s-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanniji li qegħdin jingħaqdu tagħmel din il-protezzjoni neċessarja u meta dawk il-kredituri m’għandhomx diġà dawn is-salvagwardji.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-protezzjoni prevista fil-paragrafu 1 u fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Fi kwalunkwe każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri jkunu awtorizzati li japplikaw lill-awtorità amministrattiva jew ġudizzjarja kompetenti għal salvagwardji adegwati bil-kondizzjoni li jkunu jistgħu juru b’mod kredibbli li minħabba fl-għaqda qed jiġu mhedda l-pretensjonijiet tagħhom u li ma nkisbu ebda salvagwardji adegwati mill-kumpannija.”.

(14) Fl-Artikolu 19(3), il-kliem introduttiv “ Paragrafu 1 ” huma sostitwiti bil-kliem “ Dan ta' hawn fuq ”.

(15) L-Artikolu 23(3) huwa mħassar.

(16) Il-kliem ta` l-Artikolu 24 huwa sostitwit bil-kliem segwenti:

“L-Istati Membri għandhom jagħmlu dispożizzjonijiet, dwar kumpanniji regolati mill-liġijiet tagħhom, għall-operazzjoni li biha waħda jew aktar kumpanniji huma xolti mingħajr ma jispiċċaw f'likwidazzjoni u jittrasferixxu l-attiv u l-passiv kollu tagħhom lil kumpannija oħra li jkollha l-ishma u t-titoli l-oħra kollha tagħhom li jagħtu d-dritt tal-vot f'laqgħat ġenerali. Operazzjonijiet bħal dawn għandhom ikunu regolati mid-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II. Madanakollu, l-Istati Membri m’għandhomx jimponu r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(2), l-Artikoli 9 u 10, il-punti (d) u (e) tal-Artikolu 11(1), il-punt (b) tal-Artikolu 19(1) u l-Artikoli 20 u 21.”.

(17) Il-kliem ta` l-Artikolu 25 huwa sostitwit bil-kliem segwenti:

“ L-Istati Membri m’għandhomx japplikaw l-Artikolu 7 għall-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 24 kemm-il darba jiġu sodisfatti l-kondizzjoniet li ġejjin:

(a) il-pubblikazzjoni prevista fl-Artikolu 6 għandha tkun effettwata, fir-rigward ta' kull kumpannija involuta fl-operazzjoni, ta' l-anqas xahar qabel ma' l-operazzjoni tibda sseħħ;

(b) ta' l-anqas xahar qabel l-operazzjoni tibda sseħħ, l-azzjonijisti kollha tal-kumpannija li qed takkwista għandu jkollhom il-jedd li jispezzjonaw id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 11(1)(a) (b) u (ċ) fl-uffiċċju reġistrat tal-kumpannija. L-Artikolu 11(2) u (3) għandu japplika;

(ċ) L-Artikolu 8(ċ) għandu japplika.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel paragrafu, l-Artikolu 11(2), (3) u (4) għandu japplika.”

(18) Il-kliem ta` l-Artikolu 27 huwa sostitwit bil-kliem segwenti:

“ Fejn issir għaqda b’akkwist minn kumpannija li jkollha 90 % jew aktar, iżda mhux it-total kollu, tal-ishma u titoli oħra li jagtħu d-dritt għall-vot fil-laqgħat ġenerali tal-kumpannija jew kumpanniji akkwistati, l-Istati Membri m’għandhomx jeħtieġu l-approvazzjoni tal-għaqda mil-laqgħa ġenerali tal-kumpannija akkwerenti jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-pubblikazzjoni prevista fl-Artikolu 6 għandha tkun effettwata,fejn għandha x'taqsam il-kumpannija li qed takkwista, ta' l-anqas xahar qabel id-data stabbilita għall-laqgħa ġenerali tal-kumpannija jew kumpanniji li qed jiġu akkwistati li għandha tiddeċiedi dwar l-abbozz tat-termini tal-merger;

(b) tal-anqas xahar qabel id-data speċifikata fil-punt (a), l-azzjonisti kollha tal-kumpannija akkwerenti jridu jkunu intitolati li jispezzjonaw id-dokumenti speċifikati fil-punti (a), (b) u, fejn hu applikabbli, (c), (d) u (e) tal-Artikolu 11(1) fl-uffiċċju reġistrat tal-kumpannija;

(ċ) L-Artikolu 8(ċ) għandu japplika.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel paragrafu, l-Artikolu 11(2), (3) u (4) għandu japplika.”.

(19) Il-kliem ta` l-Artikolu 28 huwa sostitwit bil-kliem segwenti:

“ L-Istati Membri m’għandhomx jimponu r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 9, 10 u 11 fil-każ ta’ għaqda fit-tifsira tal-Artikolu 27 kemm-il darba jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-azzjonijisti f'minoranza tal-kumpannija li qed tiġi akkwistata għandu ikollhom id-dritt li jkollhom l-ishma tagħhom akkwistati mill-kumpannija li qed takkwista;

(b) jekk jeżerċitaw dak id- dritt, għandu ikollhom id-dritt li jirċievu kunsiderazzjoni li tikkorrispondi għall-valur ta' l ishma tagħhom;

(ċ) fil-każ ta' nuqqas ta' qbil dwar din il-kunsiderazzjoni, għandu ikun possibbli li l-valur tal-kunsiderazzjoni ikun determinat minn qorti jew minn awtorità amministrattiva maħtura mill-Istat Membru għal dak il-għan.

Stat Membru m’għandux għalfejn japplika l-ewwel paragrafu jekk il-liġijiet ta’ dak l-Istat Membru jintitolaw lill-kumpannija akkwerenti, mingħajr offerta preċedenti ta’ akkwiżizzjoni pubblika, li teħtieġ li d-detenturi kollha tal-bqija tat-titoli tal-kumpannija jew kumpanniji li se jkunu akkwistati jbigħulha dawk it-titoli qabel l-għaqda bi prezz ġust. ”

(20) Il-kliem ta` l-Artikolu 33 huwa sostitwit bil-kliem segwenti:

“ Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta` Lulju 2011. ”.

(21) Fl-Anness I, Parti A, tiġi miżjuda l-linja li ġejja:

“ Direttiva 2009/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 259, 2.10.2009, p. 14.) / Artikolu 2 biss ”.

(22) Fl-Anness I, Parti B, tiġi miżjuda l-linja li ġejja:

“ 2009/109/KE / 30 ta' Ġunju 2011. ”.

(23) Fl-Anness II, ir-referenzi għal “ Kapitolu I ”, “ Kapitoli I sa VI ” u “ Kapitoli II sa VII ” huma mħassra.

5. Sabiex jiġi ffaċilitat il-qari u r-reviżjoni, it-test sħiħ tal-proposta emendata għall-kodifikazzjoni huwa hawnhekk mehmuż.

ê 78/855/KEE (adattat)

2008/0009 (COD)

Proposta emendata għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il- mergers ta' kumpanniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata

(kodifikazzjoni)

(Test b’rilevanza ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu Ö 50(2) Õ (g) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara trażmissjoni tal-proposta tal-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5],

Mal-proċedura ordinarja leġiżlattiva,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

ê

1. It-tielet Direttiva tal-Kunsill 78/855/KEE tad-9 t’Ottubru 1978 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(ġ) tat-Trattat dwar l-għaqda ta' kumpanniji b'responsabbiltà pubblika limitata[6] ġiet emendata[7] diversi drabi. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata.

ê 78/855/KEE Premessa 1 (adattat)

2. Il-koordinazzjoni prevista fl-Artikolu Ö 44 (2)Õ(ġ) tat-Trattat u fil-programm ġenerali għall-abolizzjoni ta' restrizzjonijiet fuq il-libertà ta' stabbiliment[8] kienet inbdiet bl-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 68/151/KEE tad-9 ta’ Marzu ta’ l-1968 dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni ta’ l-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 58 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti f’kull parti tal-Komunità[9].

ê 78/855/KEE Premessa 2

3. Din il-koordinazzjoni tkompliet fejn għandha x'taqsam il-formazzjoni ta' kumpanniji pubbliċi b' responnsabbiltà limitata u l-manteniment u t-tibdil tal-kapital tagħhom bit-Tieni Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE tat-13 ta' Diċembru 1976 dwar il-koordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni ta' l-interessi ta' membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta` kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 58 tat-Trattat, dwar il-formazzjoni ta' kumpanniji pubbliċi ta' responsabbilità limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti[10], u fejn għandhom x'jaqsmu l-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpanniji mar-Raba' Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25ta' Lulju 1978 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(ġ) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpanniji[11].

ê 78/855/KEE Premessa 3

4. Il-protezzjoni ta' l-interessi tal-membri u terzi persuni tirrikjedi li l-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandom x'jaqsmu ma' merger s ta' kumpanniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata jkunu koordinati u li għandha ssir dispożizzjoni għal merger s fil-liġijiet ta' l-Istati Membri kollha.

ê 78/855/KEE Premessa 4 u 2007/63/KE Premessa 4 (adattat)

5. Fil-kuntest ta' din il-koordinazzjoni huwa partikolarment importanti li l-azzjonisti tal-kumpanniji li qed jiġu nkorporati jibqgħu jiġu adegwatament infurmati bl-aktar mod oġġettiv possibbli u li d-drittijiet tagħhom ikunu protetti kif xieraq. Ö Madankollu, m'hemmx għalfejn jintalab eżami ta' l-abbozz tal-klawsoli tal- merger minn espert independenti għall-azzjonisti jekk l-azzjonisti kollha jaqblu li m'hemmx bżonn li dan iseħħ. Õ

ê 78/855/KEE Premessa 5 (adattat)

6. Il-protezzjoni tad-drittijiet ta' l-impjegati fil-każ ta' trasferimenti ta' intrapriżi, negozji jew partijiet ta' Ö impriżi jew Õ negozji hi fil-preżent regolata bid-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta' Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri relatati mas-salvagwardji tad-drittijiet ta' l-impjegati fil-każ ta' trasferiment ta' impriżi, negozji jew partijiet ta' impriżi jew negozji[12].

ê 78/855/KEE Premessa 6

7. Kredituri, flimkien ma' detenturi ta' obbligazzjonijiet, u persuni li għandhom pretensjonijiet fuq il-kumpanniji li qed jiġu inkorporati għandhom ikunu protetti sabiex il- merger ma' teffettwax l-interessi tagħhom b' mod negattiv.

ê 78/855/KEE Premessa 7

8. Il-ħtiġijiet dwar żvelar fid-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta` Settembru 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta'membri u terzi persuni, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 48 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti [13] għandhom jiġu estiżi biex jinkludu għaqdiet ħalli terzi persuni jibqgħu jiġu adegwatament infurmati.

ê 78/855/KEE Premessa 8 (adattat)

9. Ö Is-salvagwardji Õ għal membri u terzi persuni fir-rigward ta' għaqdiet għandhom jiġu estiżi biex ikopru ċerti prattiċi legali li f'xi aspetti importanti jixbħu il-mergers , biex wieħed ma jaħrabx mill-obbligu li tingħata din il-protezzjoni.

ê 78/855/KEE Premessa 9 (adattat)

10. Sabiex tkun żgurata ċertezza fil-liġi fejn għandhom x'jaqsmu r-relazzjonijiet bejn il-kumpanniji konċernati, bejnhom u terzi persuni, u bejn il-membri, Ö huwa meħtieġ li Õ l-każijiet fejn jista' jkun hemm annullament ikunu limitati billi ssir dispożizzjoni biex difetti jkunu msewwija kull meta possibbli u billi jkun ristrett il-perjodu li fih jistgħu jinbdew proċedimenti ta' annullament.

ê

11. Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti B,

ê 78/855/KEE

ADDOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

Kamp ta' applikazzjoni

Artikolu 1

1. Il-miżuri ta' koordinazzjoni stabbiliti f'din id-Direttiva m'għandhomx japplikaw għall-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li jirrigwardaw it-tipi ta' kumpanniji li ġejjin:

- fil-Belġju:

la société anonyme/de naamloze vennootschap;

ê 2006/99/KE Art. 1 u Anness, sezzjoni A. 3.

- fil-Bulgarija:

акционерно дружество;

ê 2003 Att ta' Adeżjoni, Art. 20 u Anness II, p. 339

- fir-Repubblika Ċeka:

akciová společnost;

ê 78/855/KEE

- fid-Danimarka:

aktieselskaber;

- fil-Ġermanja:

die Aktiengesellschaft;

ê 2003 Att ta' Adeżjoni, Art. 20 u Anness II, p. 339

- fl-Estonja:

aktsiaselts;

ê 78/855/KEE

- fl-Irlanda:

public companies limited by shares, and public companies limited by guarantee having a share capital;

ê 1979 Att ta' Adeżjoni, Art. 21 u Anness I, p. 89

- fil-Greċja:

η ανώνυμη εταιρία;

ê 1985 Att ta' Adeżjoni, Art. 26 u Anness I, p. 157

- fi Spanja:

- la sociedad anónima;

ê 78/855/KEE

- fi Franza:

la société anonyme;

- fl-Italja:

la società per azioni;

ê 2003 Att ta' Adeżjoni, Art. 20 u Anness II, p. 339

- f'Ċipru:

Δημόσιες εταιρείες περιορισμένης ευθύνης με μετοχές, δημόσιες εταιρείες περιορισμένης ευθύνης με εγγύηση που διαθέτουν μετοχικό κεφάλαιο;

- fil-Latvja:

akciju sabiedrība;

- fil-Litwanja:

akcinė bendrovė;

ê 78/855/KEE

- fil-Lussemburgu:

la société anonyme;

ê 2003 Att ta' Adeżjoni, Art. 20 u Anness II, p. 339

- fl-Ungerija:

részvénytársaság;

- f'Malta:

kumpanija pubblika/public limited liability company, kumpanija privata/private limited liability company;

ê 78/855/KEE

- fl-Olanda:

de naamloze vennootschap;

ê 1994 Att ta' Adeżjoni, Art. 29 u Anness I, p. 194

- fl-Awstrija:

die Aktiengesellschaft;

ê 2003 Att ta' Adeżjoni, Art. 20 u Anness II, p. 339

- fil-Polonja:

spółka akcyjna;

ê 1985 Att ta' Adeżjoni, Art. 26 u Anness I, p. 157

- fil-Portugall:

a sociedade anónima de responsabilidade limitada;

ê 2006/99/KE Art. 1 u Anness, sezzjoni A. 3.

- fir-Rumanija:

societate pe acţiuni;

ê 2003 Att ta' Adezjoni, Art. 20 u Anness II, p. 339

- fis-Slovenja:

delniška družba;

- fis-Slovakkja:

akciová spoločnosť;

ê 2009/109/KE, Art. 2 pt. 1

- fil-Finlandja:

julkinen osakeyhtiö/publikt aktiebolag;

ê 1994 Att ta' Adezjoni, Art. 29 u Anness I, p. 194

- fl-Isvezja:

aktiebolag;

ê 78/855/KEE

- fir-Renju Unit:

public companies limited by shares, and public companies limited by guarantee having a share capital.

2. L-Istati Membri m'għandhomx għalfejn japplikaw din id-Direttiva għal kooperattivi inkorporati bħala wieħed mit-tipi ta' kumpanniji elenkati fil-paragrafu 1. Sa fejn il-liġijiet ta' l-Istati Membri jagħmlu użu minn din l-għażla, huma għandhom jeħtieġu li dawn il-kumpanniji jinkludu l-kelma “kooperattiva” fid-dokumenti kollha msemmijin fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/101/KE.

3. L-Istati Membri m'għandhomx għalfejn japplikaw din id-Direttiva fil-każijiet meta l-kumpannija jew kumpanniji li qed ikunu jiġu akkwistati jew li se jtemmu l-eżistenza tagħhom huma s-suġġett ta' proċeduri ta' falliment, proċeduri li għandom x'jaqsmu max-xoljiment ta' kumpanniji falluti, arranġamenti ġudizzjali, komposizzjonijiet u proċeduri analogi.

KAPITOLU II

ê 78/855/KEE (adattat)

Regolar ta' mergers bix-xiri ta' waħda jew aktar kumpanniji minn Ö kumpannija Õ oħra u ta' mergers bil-formazzjoni ta' kumpannija ġdida

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom, fejn għandhom x'jaqsmu kumpanniji regolati bil-liġijiet nazzjonali tagħhom, jiddisponu għal regoli dwar il- mergers permezz ta' l-akkwist ta' waħda jew aktar kumpanniji minn Ö kumpannija Õ oħra u il- merger s bil-formazzjoni ta' kumpannija ġdida.

ê 78/855/KEE

Artikolu 3

1. Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, “ merger permezz ta' akkwist” għandha tfisser l-operazzjoni li biha kumpannija waħda jew aktar jiġu xolti mingħajr ma' jispiċċaw f'likwidazzjoni u jittrasferixxu lil xi oħra l-attiv u l-passiv kollu tagħhom bi bdil mal-ħruġ lill-azzjonisti tal-kumpannija jew kumpanniji li qed jiġu akkwistati ta' ishma fil-kumpannija li qed takkwista u pagament fi flus, jekk ikun il-każ, li ma jeċċedix l-10 % tal-valur nominali ta' l-ishma hekk maħruġa, jew meta m'għandhomx valur nominali, tal-parità kontabbli tagħhom.

2. Liġijiet ta' Stat Membru jistgħu jiddisponu li merger permezz ta' akkwist tista' tkun effettwata wkoll meta kumpannija waħda jew aktar li qed jiġu akkwistati huma fi stat ta' likwidazzjoni, dejjem jekk din l-għażla hi ristretta għal kumpanniji li għadhom ma' bdewx jiddistribwixxu l-assi tagħhom lill-azzjonisti.

Artikolu 4

1. Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, “ merger permezz tal-formazzjoni ta' kumpannija ġdida” għandha tfisser l-operazzjoni li biha bosta kumpanniji huma xolti mingħajr ma' jispiċċaw f'likwidazzjoni u jittrasferixxu lil xi kumpannija li jkunu ffurmaw l-attiv u l-passiv kollu tagħhom bi bdil mal-ħruġ lill-azzjonisti tagħhom ta' ishma fil-kumpannija l-ġdida u pagament fi flus, jekk ikun il-każ, li ma jeċċedix l-10 % tal-valur nominali ta' l-ishma hekk maħruġa, jew meta m'għandhomx valur nominali, tal-valur tal-parità kontabbli tagħhom.

2. Liġijiet ta' Stat Membru jistgħu jiddisponu li merger permezz tal-formazzjoni ta' kumpannija ġdida tista' tkun effettwata wkoll meta kumpannija waħda jew aktar li qed itemmu l-eżistenza tagħhom ikunu fi stat ta' likwidazzjoni, dejjem jekk din l-għażla hi ristretta għal kumpanniji li għadhom ma bdewx jiddistribwixxu l-assi tagħhom lill-azzjonisti.

KAPITOLU III

Merger permezz ta' akkwist

Artikolu 5

1. Il-korpi amministrattivi jew ta' tmexxija tal-kumpanniji li qed jiġu inkorporati għandhom ifasslu abbozz bil-miktub tat-termini tal -merger .

2. L-abbozz tat-termini ta' merger għandu jispeċifika għall-inqas:

(a) it-tip, isem u uffiċċju reġistrat ta' kull waħda mill-kumpanniji li qed jiġu inkorporati;

(b) il-proporzjon tal-bdil ta' l-ishma u l-ammont ta' kull pagament fi flus;

(ċ) it-termini li għandhom x'jaqsmu mat-tqassim ta' l-ishma fil-kumpannija li qed takkwista;

(d) id-data li minnha l-pussess ta' dawn l-ishma jagħti d-dritt lid-detenturi li jipparteċipaw fil-profitti u kull kundizzjonijiet speċjali li jaffettwaw dak id-dritt;

(e) id-data li minnha t-tranżazzjonijiet tal-kumpannija li qed tiġi akkwistata għandhom ikunu meqjusa għal skopijiet ta' kontijiet bħala dawk tal-kumpannija li qed takkwista;

(f) id-drittijiet mogħtija mill-kumpannija li qed takkwista lid-detenturi ta' ishma li magħhom hemm drittijiet speċjali u lid-detenturi ta' titoli barra ishma, jew il-miżuri proposti dwarhom;

(ġ) kull vantaġġ speċjali mogħti lill-esperti msemmijin fl-Artikolu 10(1) u l-membri tal-korpi amministrattivi, ta' tmexxija, ta' sorveljanza jew ta' kontroll tal-kumpanniji li qed jiġu inkorporati.

Artikolu 6

L-abbozz tat-termini ta' merger għandu jkun pubblikat skond kif stabbilit fil-liġijiet ta' kull Stat Membru skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/101/KE, għal kull waħda mill-kumpanniji li qed jiġu inkporporati, għall-inqas xahar qabel id- data ffissata għal laqgħa ġenerali li għandha tiddeċiedi dwar dan.

ê 2009/109/KE Art. 2 pt. 2

Kwalunkwe waħda mill-kumpanniji li qed jingħaqdu għandha tkun eżentata mir-rekwiżit tal-pubblikazzjoni stabbilit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/101/KE jekk, għal perijodu kontinwu ta’ żmien li jibda mill-inqas xahar qabel il-jum stabbilit għal-laqgħa ġenerali li għandha tiddeċiedi dwar l-abbozz ta’ termini tal-għaqda u li jispiċċa mhux qabel il-konklużjoni ta’ dik il-laqgħa, hija tagħmel disponibbli l-abbozz tat-termini tal-għaqda bħal din fuq il-websajt tagħha mingħajr ħlas għall-pubbliku. L-Istati Membri m’għandhomx jissoġġettaw dik l-eżenzjoni għal xi rekwiżiti jew restrizzjonijiet minbarra dawk li huma meħtieġa biex tkun żgurata s-sigurtà tal-websajt u l-awtentiċità tad-dokumenti, u jistgħu jimponu rekwiżiti jew restrizzjonijiet bħal dawn biss sal-punt li jkunu proporzjonati sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

B’deroga mit-tieni paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-pubblikazzjoni ssir permezz tal-bażi elettronika ċentrali msemmija fl-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2009/101/KE . L-Istati Membri jistgħu b’mod alternattiv jeħtieġu li din il-pubblikazzjoni ssir fuq kwalunkwe websajt oħra magħżula minnhom għal dan il-għan. Meta l-Istati Membri jagħmlu użu minn waħda minn dawk il-possibilitajiet, huma għandhom jiżguraw li l-kumpanniji ma jintalbux tariffa speċifika għal din il-pubblikazzjoni.

Meta tintuża websajt oħra minbarra l-bażi elettronika ċentrali, referenza li tagħti aċċess għal dik il-websajt għandha tiġi ppubblikata fuq il-bażi elettronika ċentrali mill-inqas xahar qabel il-jum stabbilit għal-laqgha ġenerali. Dik ir-referenza għandha tinkludi d-data tal-pubblikazzjoni tal-abbozz tat-termini tal-għaqda fuq il-websajt u għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku mingħajr ħlas. Il-Kumpanniji m’għandhomx jintalbu tariffa speċifika għal din il-pubblikazzjoni.

Il-projbizzjoni li teżenta lill-kumpanniji milli jħallsu tariffa speċifika għall-pubblikazzjoni, stabbilità fit-tielet u r-raba’ paragrafu, m’għandhiex taffettwa l-kapaċità tal-Istati Membri li jgħaddu lill-kumpanniji l-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu mal-bażi elettronika ċentrali.

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-kumpanniji jżommu l-informazzjoni għal perijodu speċifiku wara l-laqgħa ġenerali fil-websajt tagħhom jew, fejn ikun applikabbli, fil-bażi elettronika ċentrali jew il-websajt l-ieħor magħżul mill-Istat Membru konċernat. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-konsegwenzi ta’ interruzzjoni temporananja tal-aċċess għall-websajt jew għall-bażi elettronika ċentrali, ikkawżati minn fatturi tekniċi jew fatturi oħrajn.

ê 78/855/KEE

Artikolu 7

1. Merger għandha teħtieġ għall-anqas l-approvazzjoni tal-laqgħa ġenerali ta' kull waħda mill-kumpanniji li qed jiġu inkorporati. Il-liġijiet ta' l-Istati Membri għandhom jiddisponu li din id-deċiżjoni tkun teħtieġ maġġoranza ta' mhux anqas minn żewġ terzi tal-voti relatati ma' l-ishma jew mal-kapital rappreżentat sottoskritt.

Il-liġijiet ta' Stat Membru, jistgħu iżda, jiddisponu li maġġoranza sempliċi tal-voti speċifikati fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu biżżejjed meta għall-anqas nofs il-kapital sottoskritt huwa rappreżentat. Barra hekk, fejn xieraq, ir-regoli dwar bidliet fil-memorandum u l-artikoli ta' assoċjazzjoni għandhom japplikaw.

2. Meta jkun hemm aktar minn klassi waħda ta' ishma, id-deċiżjoni dwar merger għandha tkun suġġetta għal vot separat ta' għall-anqas kull klassi ta' azzjonisti li d-drittijiet tagħhom huma effettwati bit-tranżazzjoni.

3. Id-deċiżjoni għandha tkopri kemm l-approvazzjoni ta' l-abbozz tat-termini tal- merger u kemm kull bdil fil-memorandum u l-artikoli ta' l-assoċjazzjoni li jkun meħtieġ bil- merger .

Artikolu 8

Il-liġijiet ta' Stat Membru m'għandhomx għalfejn jeħtieġu l-approvazzjoni tal- merger mill-laqgħa ġenerali tal-kumpannija li qed takkwista jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu mħarsa:

ê 78/855/KEE (adattat)

(a) il-pubblikazzjoni prevista fl-Artikolu 6 għandha tkun effettwata, għall-kumpannijja li qed takkwista, għall-anqas xahar qabel id-data stabbilita għal-laqgħa ġenerali tal-kumpannija jew kumpanniji li qed jiġu akkwistati li Ögħandha tiddeċiediÕ dwar l-abbozz tat-termini tal- merger ;

ê 78/855/KEE

(b) għall-anqas xahar qabel id-data speċifikata f'punt (a), l-azzjonisti tal-kumpannija li qed takkwista għandu ikollhom id-dritt li jispezzjonaw id-dokumenti speċifikati fl-Artikolu 11(1) fl-uffiċċju reġistrat tal-kumpannija li qed takkwista;

(ċ) wieħed jew aktar mill-azzjonisti tal-kumpannija li qed takkwista u li għandha perċentwal minimu tal-kapital sottoskritt għandu jkollhom id-dritt jitolbu li laqgħa ġenerali tal-kumpannija li qed takkwista tkun imsejħa biex tiddeċiedi jekk għandhiex tapprova l- merger; dan il-perċentwal minimu ma jistax jiġi fissat għal aktar minn 5 %. L-Istati Membri jistgħu, madankollu, jiddisponu għall-esklużjoni ta' ishma bla vot minn din il-kalkolazzjoni.

ê 2009/109/KE Art. 2 pt. 3

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel paragrafu, l-Artikolu 11(2), (3) u (4) għandu japplika.

ê 2009/109/KE Art. 2 pt. 4

Artikolu 9

1. Il-korpi amministrattivi jew ta’ tmexxija ta’ kull waħda mill-kumpanniji li qegħdin jinagħaqdu għandhom ifasslu rapport dettaljat bil-miktub li jispjega l-abbozz tat-termini tal-għaqda u jagħti r-raġunijiet legali u ekonomiċi tagħhom, b’ mod partikolari l-proporzjon tal-bdil tal-ishma.

Dak ir-rapport għandu jiddeskrivi wkoll kwalunkwe diffikultajiet speċjali ta’ valutazzjoni li jkunu nqalgħu.

2. Il-korpi amministrattivi jew ta’ tmexxija ta’ kull waħda mill-kumpanniji involuti għandhom jinfurmaw lil-laqgħa ġenerali tal-kumpannija tagħhom u lill-korpi amministrattivi jew ta’ tmexxija tal-kumpanniji l-oħra involuti biex dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jinfurmaw il-laqgħat ġenerali rispettivi tagħhom b’kwalunkwe bidla materjali fl-attiv u l-passiv bejn id-data ta’ preparazzjoni tal-abbozz ta’ termini tal-għaqda u d-data tal-laqgħat ġenerali li għandhom jiddeċiedu l-abbozz ta’ termini tal-għaqda.

3. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li r-rapport msemmi fil-paragrafu 1 u/jew l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 m’għandhomx ikunu meħtieġa kemm-il darba l-azzjonisti kollha u d-detenturi ta’ titoli oħra li jagħtu d-dritt tal-vot ta’ kull kumpannija involuta fl-għaqda hekk ftiehmu.

ê 78/855/KEE

Artikolu 10

1. Wieħed jew aktar esperti, li jaġixxu f'isem kull waħda mill-kumpanniji li qed jiġu inkorporati imma independentement minnhom, maħtura jew approvati minn awtorità ġudizzjali jew amministrattiva, għandhom jeżaminaw l-abbozz tat-termini ta' merger u jħejju rapport bil-miktub lill-azzjonisti. Madankollu, l-liġijiet ta' Stat Membru jistgħu jiddisponu għall-ħatra ta' wieħed jew aktar esperti indipendenti għal kull waħda mill-kumpanniji li qed jiġu inkorporati, jekk dik il-ħatra hi magħmula minn awtorità ġudizzjali jew amministrattiva fuq talba konġunta ta' dawk il-kumpanniji. Dawn l-esperti jistgħu, skond il-liġijiet ta' kull Stat Membru, ikunu persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew kumpanniji jew ditti kummerċjali.

2. Fir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 l-esperti għandhom fi kwalunkwe każ jgħidu jekk fl-opinjoni tagħhom il-proporzjon tal-bdil ta' l-ishma huwiex ġust u raġonevoli. L-istqarrija tagħhom għandha ta' l-anqas:

(a) tindika l-metodu jew metodi użati li jwasslu għall-proporzjon ta' bdil tal-ishma propost;

(b) tgħid jekk dan il-metodu jew metodi humiex adegwati fil-każ in-kwistjoni, tindika l-valuri li wasslu għalihom bl-użu ta' kull wieħed minn dawn il-metodi u tagħti opinjoni dwar l-importanza relattiva attribwita għal dawn il-metodi biex wasslu għall-valur li jkun ġie deċiż.

Ir-rapport għandu jiddeskrivi wkoll kwalunkwe diffikultajiet speċjali ta' valutazzjoni li jkunu nqalgħu.

3. Kull espert għandu jkollu d-dritt li jikseb mill-kumpanniji li jiġu inkorporati l-informazzjoni u d-dokumenti kollha rilevanti u biex iwettaq l-investigazzjonijiet neċessarji kollha.

ê 2007/63/KE Art. 2(1)

4. M'għandu jintalab la eżami ta' l-abbozz tal-klawsoli tal- merger u lanqas rapport tal-esperti jekk l-azzjonisti kollha u d-detenturi tat-titoli l-oħra li jagħtu d-dritt għall-vot ta' kull wieħed mill-kumpanniji involuti fil- merger jaqblu għal dan l-iskop.

ê 78/855/KEE

Artikolu 11

1. L-azzjonisti kollha għandu jkollhom id-dritt li jispezzjonaw għall-inqas id-dokumenti li ġejjin fl-uffiċċju reġistrat għall-inqas xahar qabel id-data fissata għall-laqgħa ġenerali li għandha tiddeċiedi dwar l-abbozz tat-termini tal- merger :

(a) l-abbozz tat-termini tal- merger ;

(b) il-kontijiet annwali u r-rapport annwali tal-kumpanniji li qed jiġu inkorporati għat-tliet snin finanzjarji ta' qabel;

ê 2009/109/KE Art. 2 pt. 5(a)(i)

(ċ) fejn hu applikabbli, dikjarazzjoni ta’ kontijiet mfassla f’data li ma tistax tkun aktar kmieni mill-ewwel jum tat-tielet xahar li jippreċedi d-data tal-abbozz tat-termini tal-għaqda, jekk l-aħħar kontijiet annwali jirrelataw għal sena finanzjarja li tkun intemmet aktar minn sitt xhur qabel dik id-data;

(d) fejn hu applikabbli, ir-rapporti tal-korpi amministrattivi jew ta’ tmexxija tal-kumpanniji li qegħdin jingħaqdu previsti fl-Artikolu 9;

ê 2007/63/KE Art. 2(2) (adattat)

(e) fejn applikabbli, ir-rapporti Ö msemmija Õ fl-Artikolu 10 Ö (1) Õ.

ê 2009/109/KE Art. 2 pt. 5(a)(ii)

Għall-fini ta’ punt (ċ) tal-ewwel subparagrafu, dikjarazzjoni ta’ kontijiet m’għandhiex tkun meħtieġa kemm-il darba l-kumpannija tippubblika rapport finanzjarju ta’ kull sitt xhur skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[14] u tagħmlu disponibbli għall-azzjonijsti b’konformità ma’ dan il-paragrafu. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li dikjarazzjoni ta’ kontijiet m’għandhiex tkun meħtieġa kemm-il darba l-azzjonisti kollha u d-detenturi ta’ titoli oħra li jagħtu d-dritt tal-vot ta’ kull waħda mill-kumpanniji involuti fl-għaqda jkunu hekk ftiehmu.

ê 78/855/KEE (adattat)

2. Id-dikjarazzjoni tal-kontijiet prevista Öfil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1Õ għandha tkun imfassla billi jintużaw l-istess metodi u l-istess għamla kif hemm użati fl-aħħar karta tal-bilanċ annwali.

Madankollu, il-liġijiet ta' Stat Membru jistgħu jiddisponu li:

(a) Ö m'huwiex meħtieġ Õ li jsir inventarju fiżiku ġdid;

(b) il-valutazzjonijiet murija fl-aħħar karta tal-bilanċ għandhom jinbidlu biss biex jirriflettu annotazzjonijiet fil-kotba tal-kontijiet; dawn li ġejjin, madankollu, għandhom jiġu kkunsidrati:

ê 78/855/KEE

- deprezzament u riżervi interim,

- tibdil materjali fil-valur attwali li ma jidhirx fil-kotba.

3. Kull azzjonist għandu jkun intitolat li jikseb, wara talba u bla ħlas, kopji sħaħ jew, jekk hekk ikun mixtieq, kopji parzjali tad-dokumenti msemmijin fil-paragrafu 1.

ê 2009/109/KE Art. 2 pt. 5(b)

Fejn azzjonista jkun ta l-kunsens tiegħu li tħalli lill-kumpannija tuża mezzi elettroniċi biex twassal l-informazzjoni, tali kopji ta’ din l-informazzjoni jistgħu jiġu fornuti permezz tal-posta elettronika.

ê 2009/109/KE Art. 2 pt. 5(ċ)

4. Kumpannija għandha tkun eżentata mill-ħtieġa li tagħmel id-dokumenti msemmijin fil-paragrafu 1 disponibbli fl-indirizz tal-uffiċċju rreġistrat tagħha kemm-il darba, għal perijodu kontinwu ta’ żmien li jibda mill-inqas xahar qabel il-jum stabbilit għal-laqgħa ġenerali li għandha tiddeċiedi dwar l-abbozz tat-termini tal-għaqda u li jintemm mhux qabel il-konklużjoni ta’ dik il-laqgħa, tagħmilhom disponibbli fuq il-websajt tagħha. L-Istati Membri m’għandhom jissoġġettaw dik l-eżenzjoni għall-ebda rekwiżit jew restrizzjoni minbarra dawk li huma meħtieġa biex tkun assigurata s-sigurtà tal-websajt u l-awtentiċità tad-dokumenti u jistgħu jimponu dawn ir-rekwiżiti jew ir-restrizzjonijiet biss sal-punt li jkunu proporzjonati sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

Il-paragrafu 3 m’għandux japplika kemm-il darba l-websajt joffri lill-azzjonijisti l-possibbiltà, matul il-perijodu msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, li jniżżlu elettronikament u jistampaw id-dokumenti msemmijin fil-paragrafu 1. Madankollu, f’dak il-każ, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-kumpannija għandha tagħmel dawn id-dokumenti disponibbli fl-uffiċċju reġistrat tagħha biex jiġu kkonsultati mill-azzjonisti.

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-kumpanniji jżommu l-informazzjoni fil-websajt tagħhom għal perijodu speċifiku wara l-laqgħa ġenerali. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-konsegwenzi ta’ interruzzjoni temporananja ta’ aċċess għall-websajt ikkawżata minn fatturi tekniċi jew fatturi oħrajn.

ê 78/855/KEE (adattat)

Artikolu 12

Il-protezzjoni tad-drittijiet ta' l-impjegati ta' kull waħda mill-kumpanniji li qed jiġu inkorporati għandha tkun regolata skond id-Direttiva Ö 2001/23/KE Õ.

ê 78/855/KEE

Artikolu 13

1. Il-liġijiet ta' l-Istati Membri għandhom jiddisponu għal sistema adegwata ta' protezzjoni ta' l-interessi tal-kredituri tal-kumpanniji li qed jiġu inkorporati li l-pretensjonijiet tagħhom kienu saru qabel il-publikazzjoni ta' l-abbozz tat-termini tal- merger u li ma' kienux jagħlqu fil-ħin ta' dik il-pubblikazzjoni.

ê 2009/109/KE Art. 2 pt. 6

2. Għal dak il-għan, il-liġijiet tal-Istati Membri għandhom tal-anqas jipprevedu li dawn il-kredituri għandhom ikunu intitolati jiksbu salvagwardji adegwati meta s-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanniji li qegħdin jingħaqdu tagħmel din il-protezzjoni neċessarja u meta dawk il-kredituri m’għandhomx diġà dawn is-salvagwardji.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-protezzjoni prevista fil-paragrafu 1 u fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Fi kwalunkwe każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri jkunu awtorizzati li japplikaw lill-awtorità amministrattiva jew ġudizzjarja kompetenti għal salvagwardji adegwati bil-kondizzjoni li jkunu jistgħu juru b’mod kredibbli li minħabba fl-għaqda qed jiġu mhedda l-pretensjonijiet tagħhom u li ma nkisbu ebda salvagwardji adegwati mill-kumpannija.

ê 78/855/KEE

3. Din il-protezzjoni tista' tkun differenti għall-kredituri tal-kumpannija li qed takkwista u għal dawk tal-kumpannija li qed tiġi akkwistata.

Artikolu 14

Bla ħsara għar-regoli dwar l-eżerċizzju kollettiv tad-drittijiet tagħhom, l-Artikolu 13 għandu japplika għad-detenturi ta' obbligazzjonijiet tal-kumpanniji li qed jiġu inkorporati, ħlief fejn il- merger kienet approvata minn laqgħa tad-detenturi ta' l-obbligazzjonijiet, jekk laqgħa bħal din hemm dispożizzjoni għaliha fil-liġijiet nazzjonali, jew tad-detenturi ta' l-obbligazzjonijiet individwalment.

Artikolu 15

Id-detenturi ta' titoli, għajr ishma, li għandhom magħhom drittijiet speċjali, għandhom jkunu mogħtija drittijiet fil-kumpannija li qed takkwista ta' l-anqas ekwivalenti għal-dawk li kellhom fil-kumpannija li qed tiġi akkwistata, sakemm il-bidla ta' dawk id-drittijiet ġiet approvata permezz ta' laqgħa tad-detenturi ta' dawk it-titoli, jekk laqgħa bħal din ikun hemm dispożizzjoni għaliha fil-liġijiet nazzjonali, jew mid-detenturi ta' dawk it-titoli individwalment, jew sakemm id-detenturi jkollhom il-jedd għax-xiri mill-ġdid tat-titoli tagħhom mill-kumpannija li qed takkwista.

Artikolu 16

1. Meta l-liġijiet ta' Stat Membru ma jiddisponux għal sorveljanza preventiva ġudizzjali jew amministrattiva tal-legalità ta' għaqdiet, jew meta din is-sorveljanza ma' tapplikax ukoll għall-atti legali kollha meħtieġa għal merger , il-minuti tal-laqgħat ġenerali li jiddeċiedu dwar il- merger u, fejn xieraq, il-kuntratt tal- merger ta' wara dawn il-laqgħat ġenerali għandhom jitħejjew u jiġu ċertifikati f'għamla legali kif suppost. F'każijiet meta merger m' għandhiex għalfejn tkun approvata mill-laqgħat ġenerali tal-kumpanniji kollha li qed jiġu inkorporati, l-abbozz tat-termini tal- merger għandu ikun imħejji u ċċertifikat f'għamla legali kif suppost.

2. In-nutar jew l-awtorità kompetenti biex tħejji u tiċċertifika d-dokument f'għamla legali kif suppost għandha tiċċekkja u tiċċertifika l-eżistenza u l-validità ta' l-atti legali u l-formalitajiet meħtieġa mil-kumpannija li għaliha hu jew hi qed jaġixxu u ta' l-abbozz tat-termini tal- merger.

Artikolu 17

Il-liġijiet ta' l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw id-data li fiha merger tibda sseħħ.

Artikolu 18

1. Merger għandha tingħata pubbliċità bil-mod stabbilit fil-liġijiet ta' kull Stat Membru, skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/101/KE, fir-rigward ta' kull waħda mill-kumpanniji li qed jiġu inkorporati.

2. Il-kumpannija li qed takkwista tista' hi nnifisha twettaq il-formalitajiet ta' pubblikazzjoni li għandhom x'jaqsmu mal-kumpannija jew kumpanniji li qed jiġu akkwistati.

Artikolu 19

1. Merger għandu jkollha l-konsegwenzi li ġejjin ipso jure u fl-istess ħin:

(a) it-trasferiment, kemm bejn il-kumpannija li qed tiġi akkwistata u l-kumpannija li qed takkwista u fejn għandhom x'jaqsmu terzi persuni, lill-kumpannija li qed takkwista ta' l-attiv u l-passiv kollu tal-kumpannija li qed tiġi akkwistata;

(b) l-azzjonisti tal-kumpannija li qed tiġi akkwistata jsiru azzjonisti tal-kumpannija li qed takkwista;

(ċ) il-kumpannija li qed tiġi akkwistata ma tibqax teżisti.

2. L-ebda ishma fil-kumpannija li qed takkwista m'għandhom jinbidlu ma' ishma fil-kumpannija li qed tiġi akkwistata li jkunu jew:

(a) f'idejn il-kumpannija li qed takkwista innifisha jew permezz ta' persuna li taġixxi f'isimha iżda għan-nom tagħha; jew

(b) mill-kumpannija stess li qed tiġi akkwistata jew permezz ta' persuna li taġixxi f'isimha iżda għan-nom tagħha;

3. Dan ta' hawn fuq m'għandux jaffettwa l-liġijiet ta' Stati Membri li jeħtieġu l-kompletar ta' formalitajiet speċjali għat-trasferiment ta' ċerti assi, drittijiet u obbligazzjonijiet mill-kumpannija li qed tiġi akkwistata li jkunu effettivi kontra terzi persuni. Il-kumpannija li qed takkwista tista' twettaq dawn il-formalitajiet hi stess; iżda l-liġijiet ta' l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-kumpannija li qed tiġi akkwistata li tkompli twettaq dawn il-formalitajiet għal perijodu limitat li ma' jistax, ħlief f'każijiet eċċezzjonali, ikun iffissat għal aktar minn sitt xhur mid-data li fiha tibda sseħħ il- merger .

Artikolu 20

Il-liġijiet ta' l-Istati Membri għandhom ta' l-anqas jistabbilixxu regoli dwar ir-responsabbilta ċivili lejn l-azzjonisti tal-kumpannija li qed tiġi akkwistata tal-membri tal-korpi amministrattivi jew ta' tmexxija ta' dik il-kumpannija dwar imġieba ħażina min-naħa tal-membri ta' dawk il-korpi waqt il-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tal- merger .

Artikolu 21

Il-liġijiet ta' l-Istati Membri għandhom ta' l-anqas jistabbilixxu regoli dwar ir- responsabbiltà ċivili lejn l-azzjonisti tal-kumpannija li qed tiġi akkwistata ta' l-esperti responsabbli għat-tħejjija f'isem dik il-kumpannija tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 10(1) dwar imġieba ħażina min-naħa ta' dawk l-esperti fit-twettiq tad- dmirijiet tagħhom.

Artikolu 22

1. Il-liġijiet ta' l-Istati Membri jistgħu jagħmlu regoli ta' annullament ta' għaqdiet skond il-kundizzjonijiet li ġejjin biss:

(a) annullament għandu ikun ordnat f'deċiżjoni ta' xi qorti.

(b) għaqdiet li seħħew skond l-Artikolu 17 jistgħu jiġu dikjarati nulli biss jekk ma kienx hemm sorveljanza preventiva ġudizzjali jew amministrattiva tal-legalita tagħhom, jew jekk ma ġewx imħejjija u ċertifikati fl-għamla legali kif suppost, jew jekk ikun jidher li d- deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali hi invalida jew tista' tkun invalidata taħt liġi nazzjonali;

(ċ) proċedimenti ta' annullament ma' jistgħux jinbdew aktar minn sitt xhur wara d-data li fiha tkun seħħet il- merger kontra l-persuna li qed tallega annullament jew jekk is-sitwazzjoni ġiet irranġata;

(d) meta jkun possibbli li jissewwa difett li jista' jagħmel merger mhux valida, il-qorti kompetenti għandha tagħti lill-kumpanniji involuti perjodu ta' żmien li fih tkun tista' tiġi ranġata s-sitwazzjoni;

(e) deċiżjoni li tiddikjara merger mhux valida għandha tiġi pubblikata kif stabbilit fil-liġijiet ta' kull Stat Membru skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/101/KE;

(f) meta l-liġijiet ta' Stat Membru jippermettu li terza persuna tisfida deċiżjoni bħal din, dan jista' jagħmel hekk biss fi żmien sitt xhur mill-publikazzjoni tad-deċiżjoni kif stabbilita fid-Direttiva 2009/101/KE;

ê 78/855/KEE (adattat)

(g) sentenza li tiddikjara merger mhux valida m'għandhiex fiha nnifisha taffettwa l-validità ta' obbligazzjonijiet dovuti mill-, jew relatati ma', l-kumpannija li qed takkwista u li kienu hemm qabel id-deċiżjoni ġiet ippubblikata u wara d-data Ö li fiha l- merger tibda sseħħ Õ;

(h) kumpanniji li kienu parti f' merger għandhom ikunu responsabbli flimkien u separatament fejn għandhom x'jaqsmu l-obligazzjonijiet tal-kumpannija li qed takkwista msemmija f'punt (ġ).

2. B'deroga mill-paragrafu 1(a), il-liġijiet ta' Stat Membru jistgħu ukoll jiddisponu biex annullament ta' merger ikun ordnat minn awtorità amministrattiva jekk appell kontra deċiżjoni bħal din jiġi quddiem qorti. Punti (b) u punti (d) sa (h) għandhom japplikaw b'analoġija ma' l-awtorità amministrattiva. Proċedimenti ta' annullament bħal dawn ma' jistgħux jinbdew aktar min sitt xhur wara d-data Ö li fiha l- merger tibda sseħħ Õ.

3. Il-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-annullament ta' merger dikjarat wara xi sorveljanza għajr sorveljanza preventiva ġudizzjali jew amministrattiva ta' legalità Ö m'għandhomx jiġu affettwati Õ.

ê 78/855/KEE

KAPITOLU IV

Merger permezz ta' formazzjoni ta' kumpannija ġdida

Artikolu 23

1. L-Artikoli 5, 6, 7 u 9 sa 22 għandhom japplikaw, bla ħsara għall-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva 2009/101/KE, għal merger bil-formazzjoni ta' kumpannija ġdida. Għal dan l-iskop “kumpanniji li qed jiġu inkorporati” u “kumpannija li qed tiġi akkwistata” għandhom ifissru l-kumpanniji li ma jibqgħux jeżistu iktar u “kumpannija li qed takkwista” għandha tfisser il-kumpannija l-ġdida.

ê 78/855/KEE (adattat)

L-Artikolu 5(2)(a) Ö ta' din id-Direttiva Õ għandu japplika wkoll għall-kumpannija l-ġdida.

ê 78/855/KEE

è1 2009/109/KE Art. 2 pt. 8(a)

è2 2009/109/KE Art. 2 pt. 8(b)

2. L-abbozz tat-termini tal- merger u, jekk dan ikun f'dokument separat, il-memorandum u l-artikoli ta' assoċjazzjoni u l-artikoli jew l-abbozz ta' l-artikoli ta' assoċjazzjoni tal-kumpannija l-ġdida għandhom ikunu approvati f'laqgħa ġenerali ta' kull waħda mill-kumpanniji li mhux se jibqgħu jeżistu.

KAPITOLU V

Akkwist ta' kumpannija waħda minn kumpannija oħra li għandha 90 % jew aktar mill-ishma tagħha.

Artikolu 24

L-Istati Membri għandhom jagħmlu dispożizzjonijiet, dwar kumpanniji regolati mil-liġijiet tagħhom, għall-operazzjoni li biha waħda jew aktar kumpanniji huma xolti mingħajr ma jispiċċaw f'likwidazzjoni u jittrasferixxu l-attiv u l-passiv kollu tagħhom lil kumpannija oħra li jkollha l-ishma u t-titoli l-oħra kollha tagħhom li jagħtu d-dritt tal-vot f'laqgħat ġenerali. è1 Operazzjonijiet bħal dawn għandhom ikunu regolati mid-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II.ç è2Madanakollu, l-Istati Membri m’għandhomx jimponu r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(2), l-Artikoli 9 u 10, il-punti (d) u (e) tal-Artikolu 11(1), il-punt (b) tal-Artikolu 19(1) u l-Artikoli 20 u 21.ç

Artikolu 25

ê 2009/109/KE Art. 2 pt. 9(a)

L-Istati Membri m’għandhomx japplikaw l-Artikolu 7 għall-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 24 kemm-il darba jiġu sodisfatti l-kondizzjoniet li ġejjin:

ê 78/855/KEE

(a) il-pubblikazzjoni prevista fl-Artikolu 6 għandha tkun effettwata, fir-rigward ta' kull kumpannija involuta fl-operazzjoni, ta' l-anqas xahar qabel ma' l-operazzjoni tibda sseħħ;

ê 78/855/KEE (adattat)

(b) ta' l-anqas xahar qabel l-operazzjoni tibda sseħħ, l-azzjonijisti kollha tal-kumpannija li qed takkwista għandu jkollhom il-jedd li jispezzjonaw id-dokumenti Ö msemmija Õ fl-Artikolu 11(1)(a) (b) u (ċ) fl-uffiċċju reġistrat tal-kumpannija; L-Artikolu 11(2) u (3) għandu japplika. L-Artikolu 11(2) u (3) għandu japplika;

ê 78/855/KEE

(ċ) L-Artikolu 8(ċ) għandu japplika.

ê 2009/109/KE Art. 2 pt. 9(ċ)

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel paragrafu, l-Artikolu 11(2), (3) u (4) għandu japplika.

ê 78/855/KEE

Artikolu 26

L-Istati Membri jistgħu japplikaw l-Artikoli 24 u 25 għal operazzjonijiet li bihom waħda jew aktar kumpanniji jiġu xolti mingħajr ma jispiċċaw f'likwidazzjoniji u jittrasferixxu l-attiv u l-passiv kollu tagħhom lil xi kumpannija oħra, jekk l-ishma u t-titoli l-oħra kollha speċifikati fl-Artikolu 24 tal-kumpannija jew kumpanniji li qed jiġu akkwistati ikunu tal-kumpannija li qed takkwista u/jew ta'persuni li jżommu dawn l-ishma u titoli f'isimhom imma mhux għan-nom ta' dik il-kumpannija.

Artikolu 27

ê 2009/109/KE Art. 2 pt. 10(a)

Fejn issir għaqda b’akkwist minn kumpannija li jkollha 90 % jew aktar, iżda mhux it-total kollu, tal-ishma u titoli oħra li jagħtu d-dritt għall-vot fil-laqgħat ġenerali tal-kumpannija jew kumpanniji akkwistati, l-Istati Membri m’għandhomx jeħtieġu l-approvazzjoni tal-għaqda mil-laqgħa ġenerali tal-kumpannija akkwerenti jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

ê 78/855/KEE

(a) il-pubblikazzjoni prevista fl-Artikolu 6 għandha tkun effettwata, fejn għandha x'taqsam il-kumpannija li qed takkwista, ta' l-anqas xahar qabel id-data stabbilita għall-laqgħa ġenerali tal-kumpannija jew kumpanniji li qed jiġu akkwistati li għandha tiddeċiedi dwar l-abbozz tat-termini tal- merger ;

ê 2009/109/KE Art. 2 pt. 10(b)

(b) tal-anqas xahar qabel id-data speċifikata fil-punt (a), l-azzjonisti kollha tal-kumpannija akkwerenti jridu jkunu intitolati li jispezzjonaw id-dokumenti speċifikati fil-punti (a), (b) u, fejn hu applikabbli, (ċ), (d) u (e) tal-Artikolu 11(1) fl-uffiċċju reġistrat tal-kumpannija;

ê 78/855/KEE

(ċ) L-Artikolu 8(ċ) għandu japplika.

ê 2009/109/KE Art. 2 pt. 10(ċ)

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel paragrafu, l-Artikolu 11(2), (3) u (4) għandu japplika.

ê 78/855/KEE

Artikolu 28

ê 2009/109/KE Art. 2 pt. 11(a)

L-Istati Membri m’għandhomx jimponu r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 9, 10 u 11 fil-każ ta’ għaqda fit-tifsira tal-Artikolu 27 kemm-il darba jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

ê 78/855/KEE

è1 2009/109/KE Art. 2 pt. 11(b)

(a) l-azzjonijisti f'minoranza tal-kumpannija li qed tiġi akkwistata għandu ikollhom id-dritt li jkollhom l-ishma tagħhom akkwistati mill-kumpannija li qed takkwista;

(b) jekk jeżerċitaw dak id- dritt, għandu ikollhom id-dritt li jirċievu kunsiderazzjoni li tikkorrispondi għall-valur ta' l ishma tagħhom;

(ċ) fil-każ ta' nuqqas ta' qbil dwar din il-kunsiderazzjoni, għandu ikun possibbli li l-valur tal-kunsiderazzjoni ikun determinat minn qorti è1 jew minn awtorità amministrattiva maħtura mill-Istat Membru għal dak il-għan ç.

ê 2009/109/KE Art. 2 pt. 11(ċ)

Stat Membru m’għandux għalfejn japplika l-ewwel paragrafu jekk il-liġijiet ta’ dak l-Istat Membru jintitolaw lill-kumpannija akkwerenti, mingħajr offerta preċedenti ta’ akkwiżizzjoni pubblika, li teħtieġ li d-detenturi kollha tal-bqija tat-titoli tal-kumpannija jew kumpanniji li se jkunu akkwistati jbigħulha dawk it-titoli qabel l-għaqda bi prezz ġust.

ê 78/855/KEE

Artikolu 29

L-Istati Membri jistgħu japplikaw l-Artikoli 27 u 28 għal operazzjonijiet li bihom waħda jew aktar kumpanniji jkunu xolti mingħajr ma jispiċċaw f'likwidazzjoni u jittrasferixxu l-attiv u l-passiv kollu tagħhom lil xi kumpannija oħra jekk 90 % jew iktar, iżda mhux it-total kollu, ta' l-ishma u t-titoli msemmijin fl-Artikolu 27 tal-kumpannija jew kumpanniji li qed jiġu akkwistati jkunu tal-kumpannija li qed takkwista u/jew minn persuni li għandhom dawn l-ishma u titoli f'isimhom imma mhux għan-nom tal-kumpannija.

KAPITOLU VI

Operazzjonijiet oħra meqjusa bħala għaqdiet

Artikolu 30

Meta fil-każ ta' xi waħda mill-operazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 2 il-liġijiet ta' Stat Membru jippermettu li pagament fi flus jeċċedi l-10 %, il-Kapitoli III u IV u l-Artikoli 27, 28 u 29 għandhom japplikaw.

Artikolu 31

Meta l-liġijiet ta' Stat Membru jippermettu xi waħda mill-operazzjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 2, 24 u 30, mingħajr ma l-kumpanniji għaddejjin minn trasferiment ma jibqgħux jeżistu, il-Kapitolu III, ħlief l-Artikolu 19(1)(ċ), il-Kapitolu IV jew il-Kapitolu V għandhom japplikaw kif xieraq.

KAPITOLU VI I

Dispożizzjonijiet finali

ê

Artikolu 32

Id-Direttiva 78/855/KEE, kif emendata mill-atti mniżżla fl-Anness I, Parti A hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 33

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta` Lulju 2011.

ê 78/855/KEE

Artikolu 34

Din id-Direttiva hi ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi […], […]

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

[…] […]

é

ANNESS I

Parti A

Direttiva mħassra flimkien ma l-lista tal-emendi suċċessivi tagħha (imsemmi fl-Artikolu 32)

Direttiva tal-Kunsill 78/855/KEE (ĠU L 295, 20.10.1978, p. 36) |

Anness I, Punt III.C ta' l-Att ta' Adeżjoni 1979 (ĠU L 291, 19.11.1979, p. 89) |

Anness I, Punt II.(d) ta' l-Att ta' Adeżjoni 1985 (ĠU L 302, 15.11.1985, p. 157) |

Anness I, Punt XI.A.3 ta' l-Att ta' Adeżjoni 1994 (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 194) |

Anness II, punt 4.A.3 ta' l-Att ta' Adeżjoni 2003 (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 338) |

Direttiva tal-Kunsill 2006/99/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 137) | Kif jirrigwarda biss ir-referenza għad-Direttiva 78/855/KEE f’Artikolu 1 u Anness, Sezzjoni A. 3. |

Direttiva 2007/63/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 300, 17.11.2007, p. 47) | Artikolu 2 biss |

Direttiva 2009/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 259, 2.10.2009, p. 14) | Artikolu 2 biss |

Parti B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali (imsemmi fl-Artikolu 32)

Direttiva | Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |

78/855/KEE | 13 t’Ottubru 1981 |

2006/99/KEE | 1 ta’ Jannar 2007 |

2007/63/ΚΕΕ | 31 ta' Diċembru 2008 |

2009/109/ΚΕΕ | 30 ta' Ġunju 2011 |

___________

ANNESS II

Tabella Ta’ Korrelazzjoni

Direttiva 78/855/KEE | Din id-Direttiva |

Artikoli 1 – 31 | Artikoli 1 – 31 |

Artikolu 32 | ______ |

_______ | Artikolu 32 |

_______ | Artikolu 33 |

Artikolu 33 | Artikolu 34 |

______ | Anness I |

______ | Anness II |

_____________[pic][pic][pic]

[1] KUMM(2008) 26 finali.

[2] ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.

[3] ĠU L 259, 2.10.2009, p. 14.

[4] Ara l-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-27.2.2008.

[5] ĠU C [...], [...] p. [...].

[6] ĠU L 295, 20.10.1978, p. 36.

[7] Ara l-Anness I, Parti A.

[8] ĠU 2, 15.1.1962, p. 36/62.

[9] ĠU L 65, 14.3.1968, p. 8.

[10] ĠU L 26, 31.1.1977, p. 1.

[11] ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11.

[12] GU Ö L 82, 22.3.2001, p. 16. Õ

[13] ĠU L 258, 1.10.2009, p. 11.

[14] ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38.