52010PC0289




[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 2.6.2010

KUMM(2010) 289 finali

2010/0160 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

Li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu

{SEG(2010) 678}{SEG(2010) 679}

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Kuntest tal-Proposta

L-esperjenza tal-kriżi finanzjarja kixfet nuqqasijiet importanti fis-sorveljanza finanzjarja, kemm f’każijiet partikolari kif ukoll fir-rigward tas-sistema finanzjarja b’mod ġenerali. Il-Kummissjoni Ewropea ppilotat reviżjoni radikali tas-superviżjoni finanzjarja fl-Ewropa bil-għan li tiġi stabbilita sistema Ewropea ta' superviżjoni aktar effiċjenti, integrata u sostenibbli. Dan jibni fuq is-sejbiet tal-grupp ta' esperti ta' livell għoli, ippresedut mis-Sur Jacques de Larosière, li qabel kien id-direttur ġenerali tal-Fond Monetarju Internazzjonali, u maħtur mill-President Barroso biex jagħmel rakkomandazzjonijiet għat-tisħiħ tal-arranġamenti superviżorji Ewropej. Il-Grupp ippreżenta r-rapport tiegħu fil-25 ta’ Frar 2009 u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu ġew approvati mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha lill-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa ta’ Marzu 2009[1].

L-elementi ewlenin tar-riforma proposta mill-Kummissjoni huma:

1. L-istabbiliment ta’ Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji (SESF) , li tikkonsisti f’netwerk ta’ superviżuri finanzjarji nazzjonali li jaħdmu id f’id mal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE), maħluqa bit-trasformazzjoni tal-kumitati ta’ sorveljanza Ewropej eżistenti[2] f’Awtorità Bankarja Ewropea (ABE), l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (AEAPX) u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS), biex b’hekk ikunu kkombinati l-vantaġġi ta’ qafas ġenerali Ewropew għas-sorveljanza finanzjarja mat-tagħrif espert tal-korpi ta’ sorveljanza mikroprudenti lokali li huma l-eqreb lejn l-istituzzjonijiet li joperaw fil-ġuriżdizzjonijiet tagħhom, u

2. L-istabbiliment ta’ Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS), li għandu jimmonitorja u jivvaluta r-riskji potenzjali għall-istabilità finanzjarja li jirriżultaw mill-iżviluppi makroekonomiċi u mill-iżviluppi fi ħdan is-sistema finanzjarja kollha kemm hi. Għal dan il-għan, il-BERS jipprovdi twissija bikrija dwar riskji sistemiċi li jistgħu jkunu qegħdin jakkumulaw u, fejn ikun meħtieġ, joħroġ rakkomandazzjonijiet għal azzjoni biex dawn ir-riskji jiġu indirizzati.

B’mod partikolari, fir-rigward tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu, il-Grupp De Larosière kien tal-fehma li jkun ħafna aktar razzjonali li jafda lill-Kumitat tar-Regolaturi ta’ Titoli Ewropej (KRTE) bil-kompitu tal-ħruġ ta’ liċenzji lill-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu fl-UE, jimmonitorja l-prestazzjoni tagħhom, u fid-dawl ta’ dan jimponi t-tibdil.

Fil-Komunikazzjoni tagħha tas-27 ta’ Mejju 2009 dwar is-Superviżjoni Finanzjarja Ewropea[3], il-Kummissjoni għalhekk ipproponiet li Awtorità Superviżorja Ewropea għandha tingħata r-responsabilità għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta’ ċerti entitajiet b’kopertura pan-Ewropea, pereżempju, l-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu. Dawn ir-responsabbiltajiet jistgħu jinkludu tali setgħat bħalma huma dawk tal-investigazzjoni, l-ispezzjonijiet fil-post u d-deċiżjonijiet superviżorji. Dawn ir-responsabbiltajiet sejrin jiġu ddefiniti fir-Regolament dwar l-Aġenziji li Jiggradaw [Jikklassifikaw][4] il-Kreditu tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Is-suġġeriment tal-Kummissjoni ġie approvat mill-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu f'Ġunju 2009 fejn iddikjara b'mod ċar li l-AETS "għandu jkollu wkoll setgħat superviżorji għal aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu"[5].

Meta jitqies dan l-isfond, l-Artikolu 39 u l-premessa 51 tar-Regolament dwar l-aġenziji li jiggradaw [jikklassifikaw il-kreditu] (ir-Regolament dwar l-AKK) jiddikjaraw li l-arkitettura superviżorja attwali ma għandhiex titqies bħala s-soluzzjoni fuq terminu ta' żmien twil għas-sorveljanza tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu u li anke jekk il-kulleġġi tal-awtoritajiet kompetenti huma mistennija jissemplifikaw il-kooperazzjoni u l-konverġenza superviżorji f'dan il-qasam fil-Komunità, ma jistgħux jissostitwixxu l-vantaġġi kollha ta' superviżjoni aktar ikkonsolidata tal-industrija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill talbu lill-Kummissjoni biex sal-1 ta’ Lulju 2010 tippreżenta rapport u kwalunkwe proposta leġiżlattiva meħtieġa biex jiġu ttrattati n-nuqqasijiet identifikati fir-rigward tal-arranġamenti ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni tas-sorveljanza.

Huwa importanti li wieħed jinnota li din il-proposta ma tintroduċi l-ebda bidla fir-Regolament dwar aġenziji li jiggradaw [jikklassifikaw] il-kreditu fir-rigward ta' kundizzjonijiet sostantivi li l-AKK jeħtieġu jissodisfaw sabiex jiġu rreġistrati u aktar 'il quddiem fuq bażi kontinwa. B'mod simili, il-kundizzjonijiet li skonthom il-klassifikazzjonijiet maħruġa mill-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu li jinsabu f'pajjiżi terzi jistgħu jintużaw fl-Unjoni (permezz tal-mekkaniżmi ta' approvazzjoni[6] u ċertifikazzjoni[7], kif previsti fir-Regolament dwar l-AKK) mhumiex soġġetti għall-emendi proposti iżda se jibqgħu kif provdut fir-Regolament dwar l-AKK attwali.

2. Konsultazzjoni ma’ partijiet interessati

Saru żewġ konsultazzjonijiet miftuħa fl-iżvilupp tal-pakkett leġiżlattiv ta’ proposti dwar l-istruttura l-ġdida ta’ sorveljanza finanzjarja Ewropea, li kienet tinkludi elementi relatati mar-Regolament dwar l-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu. L-ewwel nett, wara r-rapport tal-grupp ta’ livell għoli ppresedut minn Jacques de Larosière u l-pubblikazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Marzu 2009, il-Kummissjoni organizzat l-ewwel konsultazzjoni mill-10 ta’ Marzu sal-10 ta’ April 2009 bħala introduzzjoni għall-Komunikazzjoni tagħha dwar is-Superviżjoni Finanzjarja fl-Ewropa ppubblikata fis-27 ta’ Mejju 2009. Sommarju tas-sottomissjonijiet pubbliċi li waslu jista’ jinstab fuq:

http://ec.europa.eu/internal_market/consultations/docs/2009/fin_supervision/summary_en.pdf

It-tieni nett, mis-27 ta’ Mejju sal-15 ta’ Lulju 2009, il-Kummissjoni organizzat fażi oħra ta’ konsultazzjoni, billi stiednet lill-partijiet interessati kollha biex jikkummentaw dwar ir-riformi aktar dettaljati ppreżentati fil-Komunikazzjoni dwar is-Superviżjoni Finanzjarja fl-Ewropa tas-27 ta’ Mejju 2009. It-tweġibiet li waslu kienu fil-parti l-kbira jappoġġaw ir-riformi ssuġġeriti, b’kummenti dwar aspetti dettaljati tal-BERS u l-SESF proposti. Sommarju tas-sottomissjonijiet pubbliċi li waslu jista’ jinstab fuq:

http://ec.europa.eu/internal_market/consultations/2009/fin_supervision_may_en.htm

3. Valutazzjoni tal-impatt

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ Mejju dwar is-Superviżjoni Finanzjarja fl-Ewropa kienet akkumpanjata minn valutazzjoni tal-impatt li tanalizza l-għażliet ewlenin tal-politika għat-twaqqif tas-SESF u l-BERS. Twettqet it-tieni valutazzjoni tal-impatt biex ikun eżaminat l-impatt tal-proposti relatati mal-istruttura l-ġdida ta’ sorveljanza finanzjarja Ewropea adottata mill-Kummissjoni f’Settembru 2009 li tinkludi wkoll valutazzjoni tal-istabbiliment tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) u t-tibdil fl-istruttura tas-superviżjoni tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu. Għal din il-proposta, sar rapport proporzjonat dwar il-valutazzjoni tal-impatt. Dan jista’ jinstab fuq:

http://ec.europa.eu/internal_market/securities/agencies/index_en.htm

4. Elementi legali tal-proposta

4.1. Bażi legali

Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 114 TFUE.

4.2. Sussidjarjetà u proporzjonalità

Il-kompiti li sejrin jiġu konferiti lill-AETS huma marbutin mill-qrib mal-miżuri li kienu stabbiliti bħala tweġiba għall-kriżi finanzjarja u ma’ dawk imħabbra fil-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Marzu u s-27 ta’ Mejju 2009. Azzjoni Komunitarja tista’ tindirizza d-dgħufijiet enfasizzati mill-kriżi u tista’ tipprovdi sistema li hija konformi mal-objettiv ta’ suq finanzjarju tal-UE, stabbli u uniku, għas-servizzi finanzjarji – biex tagħti lill-AETS is-setgħat superviżorji meħtieġa għar-reġistrazzjoni u s-sorveljanza tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu. Id-diviżjoni tradizzjonali bejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju u l-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn ma tqisitx bħala soluzzjoni fit-tul għas-sorveljanza tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu minħabba n-natura globali tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu, li jintużaw fl-Unjoni Ewropea. Superviżjoni aktar ikkonsolidata tal-industrija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu tqieset bħala aktar vantaġġuża meta ġie adottat ir-Regolament dwar l-Aġenziji li Jiggradaw [Jikklassifikaw] il-Kreditu; madankollu, f’dak il-mument, il-qafas legali eżistenti ma kienx adegwat biex tinħoloq tali struttura. Il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) toħloq qafas adegwat li jagħti lill-AETS is-setgħat meħtieġa biex twettaq il-kompiti għar-reġistrazzjoni u s-sorveljanza tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu.

Madankollu, minħabba li r-Regolament ikopri mhux biss is-superviżjoni tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu – li sejra ssir mill-AETS –, iżda wkoll is-superviżjoni tal-użu tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu minn entitajiet individwali li s-superviżjoni tagħhom issir fil-livell nazzjonali, is-superviżuri nazzjonali sejrin jibqgħu responsabbli għas-superviżjoni tal-użu tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu minn dawk l-entitajiet individwali. Minħabba li s-superviżuri nazzjonali sejrin ikollhom is-setgħa li jiġbru informazzjoni speċifika rigward l-użu tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu, għandu jkollhom is-setgħa li jitolbu lill-AETS sabiex teżamina l-irtirar tar-reġistrazzjoni ta’ aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu jew is-sospensjoni tal-użu ta' klassifikazzjonijiet tal-kreditu. Madankollu, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mhux se jkolhom is-setgħa li jieħdu miżuri ta' superviżjoni fir-rigward ta' aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu meta dawn ikunu qed jiksru r-Regolament.

Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti sejrin ikollhom l-obbligu li jikkoperaw mal-AETS, meta l-AETS tqis li dan ikun meħtieġ; għaldaqstant, l-Istati Membri jridu jżommu l-awtoritajiet kompetenti li ħatru taħt ir-Regolament dwar l-AKK. Id-dispożizzjonijiet ma jmorrux lil hinn min dak li huwa strettament meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi segwiti. Id-dispożizzjonijiet huma konformi mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tat-Trattat, minħabba li l-objettivi tal-proposta ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għaldqastant jistgħu jinkisbu aħjar mill-Komunità.

Regolament li jemenda r-Regolament attwali huwa l-aktar strument xieraq.

4.3. Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta

Ir-Regolament dwar l-Aġenziji li Jiggradaw [Jikklassifikaw] il-Kreditu għandu jiġi rivedut biex tiddaħħal is-sorveljanza ċċentralizzata tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu li joperaw fl-UE. L-AETS għandha tassumi l-kompetenza ġenerali fil-kwistjonijiet li jirrelataw mar-reġistrazzjoni u s-sorveljanza kontinwa tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati kif ukoll il-kwistjonijiet li jirrelataw mal-klassifikazzjonijiet maħruġa minn aġenziji ta' klassifikazzjoni stabbiliti f’pajjiżi terzi li joperaw fl-UE taħt is-sistemi ta’ ċertifikazzjoni jew ta’ approvazzjoni. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li fit-test kollu, kwalunkwe referenza għal awtoritajiet kompetenti inkarigati mir-reġistrazzjoni u s-superviżjoni tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu tkun issostitwita b’referenza għall-AETS. Madankollu, xi setgħat ta’ superviżjoni speċifiċi relatati mal-użu tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu sejrin jibqgħu fil-mandat tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni żżomm il-kompetenza tagħha li tinforza t-Trattati u b’mod partikolari t-Titolu VII tal-Kapitolu 1 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea rigward ir-regoli komuni tal-kompetizzjoni f’konformità mad-dispożizzjonijiet adottati għall-implimentazzjoni ta’ dawk ir-regoli.

4.3.1. Emendi għat-Titolu I (Soġġett, ambitu u definizzjonijiet)

Biex ir-Regolament ikun allinjat mal-proposta l-ġdida għal Direttiva dwar il-Maniġers ta’ Fondi ta’ investiment alternattivi, il-fondi ta’ investiment alternattivi kienu elenkati fl-Artikolu 4(1) biex jiġu ttrattati bl-istess mod bħall-istituzzjonijiet finanzjarji l-oħrajn tal-UE fir-rigward tal-użu tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu. Dan jimplika li fil-każ li l-fondi ta’ investiment alternattivi jużaw klassifikazzjonijiet tal-kreditu għal skopijiet regolatorji, dawk il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu jridu jkunu ħarġu minn aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrata jew iċċertifikata taħt dan ir-Regolament.

4.3.2. Emendi għat-Titolu II (Ħruġ ta’ Klassifikazzjonijiet tal-Kreditu)

Biex ikunu evitati kunflitti ta’ interess potenzjali li jirriżultaw għall-AKK taħt il-mudell fejn l-emittent iħallas li huma partikolarment virulenti fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta’ strumenti finanzjarji strutturati, biex tisseddaq it-trasparenza u biex tiżdied il-kompetizzjoni fost l-AKK, min joħroġ l-istrumenti finanzjarji strutturati jew partijiet terzi relatati għandhom ikunu meħtieġa jagħtu aċċess għall-informazzjoni li huma jkunu taw lill-AKK li krew bl-iskop li jkunu kklassifikati l-istrumenti finanzjarji strutturati lill-AKK kompetituri. Sakemm jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet organizzattivi u ta’ kunfidenzjalità, l-AKK li jikkompetu għandhom jingħataw aċċess, meta jintalab, mill-entità kklassifikata jew minn parti terza relatata għall-informazzjoni mogħtija, għall-iskop ta’ klassifikazzjoni tal-istrumenti finanzjarji strutturati, lill-AKK li tikri. L-AKK li tikkompeti, meta tingħata aċċess għal informazzjoni, ma għandhiex tużaha għal xi skop ieħor għajr għall-klassifikazzjoni u għandha tkun meħtieġa tipprovdi għadd minimu ta’ klassifikazzjonijiet mhux mitluba, biex ikun żgurat li t-talba għall-aċċess għal din l-informazzjoni ma tintużax għal skopijiet oħra.

B'mod kontrastanti mar-rekwiżiti sostantivi l-oħra fir-Regolament dwar l-AKK li huma indirizzati lill-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu u lill-persunal tagħhom, din ir-regola timponi rekwiżiti ta' żvelar lill-emittenti tal-istrumenti finanzjarji strutturati. L-aġenziji kollha ta' klassifikazzjoni tal-kreditu sejrin ikollhom il-possibilità ta' aċċess għall-informazzjoni meħtieġa għall-ħruġ ta' klassifikazzjonijiet mhux mitluba ta' srtumenti finanzjarji strutturati. Dan sejjer iwassal għal aktar kompetizzjoni fis-suq tal-klassifikazzjoni u jżid l-għadd ta' klassifikazzjonijiet sabiex l-utenti tal-klassifikazzjonijiet ikunu jistgħu joqogħdu fuq aktar minn klassifikazzjoni waħda għall-istess strument.

Il-Kummissjoni tinnota li l-Istati Uniti (ir-Regola SEC 17g-5 ippubblikata fl-4 ta' Diċembru 2009 u dieħla fis-seħħ f'Ġunju 2010) introduċiet sistema simili. Meta jitiqesu r-rwol globali u l-attivitajiet tal-AKK, jeħtieġ li jiġi żgurat li regoli simili jiġu applikati lill-AKK li joperaw f'ġuriżdizzjonijiet multipli sabiex jinżammu kundizzjonijiet indaqs għal kulħadd u livell suffiċjenti ta' kompetizzjoni bejn l-AKK. Barra minn hekk, dawn id-dispożizzjonijiet il-ġodda huma mistennija jtaffu kunflitti ta' interessi minħabba l-mudell fejn l-emittent iħallas. F'dan il-kuntest, fid-dawl tal-benefiċċji potenzjali tagħhom u l-fatt li jidhru li jikkostitwixxu prattika tajba fil-livell internazzjonali, l-impatt f'termini ta' kostijiet tad-dispożizzjonijiet il-ġodda msemmija qabel x'aktarx li ma jkunx sostanzjali. Il-miżuri ta' implimentazzjoni huma meħtieġa sabiex jispeċifikaw aktar ir-rekwiżiti li aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu jeħtieġ tissodisfa sabiex tingħata aċċess għas-sit fuq l-internet, inkluża l-kapaċità tagħha li tiżgura l-kunfidenzjalità tad-dejta.

4.3.3. Emendi għat-Titolu III (Sorveljanza tal-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu)

4.3.3.1. Emendi għall-Kapitolu I (Proċedura tar-reġistrazzjoni) tat-Titolu III

Bħala riżultat tal-introduzzjoni ta’ awtorità superviżorja unika, ġdida għas-sorveljanza tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu, id-dispożizzjonijiet eżistenti, li jipprevedu koordinazzjoni superviżorja ta’ tip kolleġġjali u teħid ta’ deċiżjonijiet formali finali minn awtorità kompetenti tal-Pajjiż Membru ta’ domiċilju, għandhom jiġu eliminati. It-trasferiment tal-kompetenzi superviżorji għand l-AETS mistenni jindirizza aħjar fil-qafas tal-UE l-isfida li tkun żgurata sorveljanza effettiva u effiċjenti ta’ dawk l-entitajiet li spiss jiżviluppaw preżenzi multiġuriżdizzjonali u li għandhom impatt transkonfinali wiesa’. Konsegwentement, fil-kuntest tas-superviżjoni ċċentralizzata proposta fil-livell tal-UE, il-kulleġġi tas-superviżuri, li kienu previsti biex jissemplifikaw il-kooperazzjoni tas-sorveljanza u l-konverġenza mhumiex aktar meħtieġa. Il-ħolqien tal-AETS sejjer itejjeb u jissemplifika l-proċedura tar-reġistrazzjoni, jagħmilha aktar sempliċi (bħala riżultat tal-eliminazzjoni ta’ passi konsultattivi żejda bejn l-awtoritajiet fil-kulleġġ u l-KRTE) u b’hekk ikun possibbli li jitnaqqsu l-limiti taż-żmien fl-istadji differenti tal-proċess tar-reġistrazzjoni.

4.3.3.2. Emendi għall-Kapitolu II (Sorveljanza mill-AETS) tat-Titolu III

Biex titħaffef l-applikazzjoni ta’ kuljum tar-Regolament, l-AETS għandha tingħata s-setgħa li tipproponi abbozzi ta’ standards tekniċi biex ikunu approvati mill-Kummissjoni dwar: (i) il-proċess tar-reġistrazzjoni, inkluż dwar l-informazzjoni stabbilita fl-Anness II; (ii) l-informazzjoni li l-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu trid tipprovdi għall-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni u għall-valutazzjoni tal-importanza sistemika tagħha għall-istabilità finanzjarja jew l-integrità tas-swieq finanzjarji msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament; u (iii) il-preżentazzjoni tal-informazzjoni, inkluża l-istruttura, il-format, il-metodu u l-perjodu tar-rappurtar li għandhom jiġu żvelati mill-aġenziji skont l-Artikolu 11(2) u l-punt 1 tal-Parti II tat-Taqsima E tal-Anness I tar-Regolament.

Biex tkun żgurata kapaċità superviżorja u tal-infurzar suffiċjenti, l-AETS sejra tingħata s-setgħa li tesiġi l-informazzjoni kollha meħtieġa mingħand l-AKK u persuni oħra relatati mal-attività ta' klassifikazzjoni tal-kreditu. Sejra tkun tista’ tibda investigazzjonijiet dwar il-ksur potenzjali tar-Regolament u fl-ambitu ta’ dawn, trid tkun tista’ twettaq setgħat superviżorji bħall-eżami tar-reġistri u materjal rilevanti ieħor u t-teħid ta’ kopji/estratti minnhom, tirrikjedi spjegazzjonijiet bil-fomm, tisma’ persuna, tirrikjedi r-rekords tat-traffiku tat-telefown u tad-dejta. L-AETS trid tkun ukoll kapaċi twettaq spezzjonijiet fil-post. Id-dritt tad-difiża tal-persuni kkonċernati għandu jiġi rispettat b’mod sħiħ fil-proċedimenti. B'mod partikolari, l-AETS trid tagħti lill-persuni kollha kkonċernati l-opportunità li jinstemgħu dwar il-kwistjonijiet li għalihom l-AETS tkun oġġezzjonat.

4.3.3.3. Emendi għall-Kapitolu III (Kooperazzjoni bejn l-AETS u l-awtoritajiet kompetenti) tat-Titolu III

L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu r-responabbiltajiet ta’ sorveljanza fir-rigward tal-użu ta' klassifikazzjonijiet tal-kreditu mill-entitajiet taħt superviżjoni (bħall-istituzzjonijiet tal-kreditu, jew impriżi tal-assigurazzjoni) li jużaw dawk il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu għal skopijiet regolatorji. Dawk l-awtoritajiet nazzjonali jibqgħu fl-aħjar pożizzjoni biex jeżaminaw kif l-entitajiet taħt superviżjoni jużaw il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu fl-attivitajiet tagħhom ta’ kuljum u biex iwettqu azzjoni adattata, fejn ikun meħtieġ.

L-awtoritajiet ta’ superviżjoni nazzjonali jridu jikkontribwixxu wkoll għall-attività superviżorja tal-AETS, billi jiżguraw l-iskambju tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni kollha meħtieġa, li jistgħu jkunu meħtieġa fit-twettiq tas-setgħat ta’ superviżjoni u infurzar tal-AETS. Huma sejrin ikunu jistgħu jitolbu lill-AETS biex teżamina jekk ikunux ġew issodisfati l-kundizzjonijiet għall-irtirar tar-reġistrazzjoni ta’ aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu u li jitolbu lill-AETS sabiex teżamina s-sospensjoni tal-użu tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġa minn aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu, li huma jqisu li tkun fi ksur serju u persistenti tar-Regolament dwar l-agenziji li jiggradaw [jikklassifikaw] il-kreditu.

Meta jkun meħtieġ jew xieraq għal raġunijiet ta’ effiċenzja, fl-attività superviżorja tagħha, l-AETS trid tkun kapaċi tfittex l-għajnuna ta’ awtorità superviżorja kompetenti fil-livell nazzjonali. Għandha tiġi pprovduta għajnuna mill-awtoritajiet kompetenti meta l-AETS tkun qed twettaq investigazzjonijiet u spezzjonijiet fil-post.

L-AETS tista' tiddelega wkoll ċerti kompiti superviżorji lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti eż. meta miżuri superviżorji jkollhom jitwettqu fil-bini mbiegħed ta' AKK jew ikunu jeħtieġu għarfien u esperjenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' kundizzjonijiet lokali, inklużi ħiliet marbuta ma' ilsna barranin. Id-delegazzjoni tal-kompiti għandha tintuża sabiex jiġu evitati kostijiet sproporzjonati għall-AETS u l-AKK taħt superviżjoni. Kompiti possibbli li jistgħu jiġu ddelegati jinkludu t-twettiq ta' ħidmiet speċifiċi ta' investigazzjoni u spezzjonijiet fil-post, il-valutazzjoni ta' applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, iżda wkoll ħidmiet relatati mas-superviżjoni ta' kuljum. Id-delegazzjoni tal-kompiti mhix se taffettwa r-responsabbiltà tal-AETS li tista' tagħti struzzjonijiet lil dik l-awtorità li ddelegatilha ħidma partikolari. L-AETS għandha tispeċifika wkoll fil-linji gwida l-oqsma li fihom bi ħsiebha tuża s-setgħa li tiddelega l-kompiti, inklużi l-proċeduri ta' delegazzjoni li għandhom jiġu applikati u kwalunkwe kumpens li għandu jingħata lill-awtorità kompetenti għat-twettiq tal-ħidmiet.

4.3.4. Emendi għat-Titolu IV (Penali, Proċeduri tal-kumitat, rappurtar u dispożizzjonijiet tranżitorji u finali)

4.3.4.1. Emendi għall-Kapitolu I (Penali, Proċeduri tal-kumitat u rappurtar ) tat-Titolu IV

Bħala l-bażi meħtieġa għall-awtorità superviżorja tagħha, l-AETS tista’ tipproponi lill-Kummissjoni li perjodikament timponi l-ħlas ta’ penali. Din il-miżura koersiva se tgħin biex jinkiseb li: (i) ksur tal-liġi jkun mitmum; (ii) informazzjoni kompluta u korretta li l-AETS tkun talbet tiġi fornuta; (iii) aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu u persuni oħra jissottomettu rwieħhom għal investigazzjoni. L-AETS tista’ tipproponi wkoll multi biex ikunu adottati mill-Kummissjoni, meta, intenzjonalment jew b’negliġenza, uħud mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar l-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu jinkisru. Kriterji dettaljati għall-istabbiliment tal-ammont ta' multi kif ukoll tal-aspetti proċedurali relatati mal-multi se jiġu stabbiliti f'att iddelegat.

L-AETS, minbarra li tipproponi sanzjonijiet, se jkollha s-setgħa wkoll tadotta miżuri superviżorji meta aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu tkun wettqet ksur ta' Regolament. Dawk il-miżuri jinkludu l-projbizzjoni temporanja tal-ħruġ ta' klassifikazzjonijiet tal-kreditu u s-sospensjoni tal-użu ta' klassifikazzjonijiet tal-kreditu konċernati sa mal-ksur ikun mitmum. Meta tkun falliet kull miżura oħra, l-AETS għandha s-setgħa tirtira r-reġistrazzjoni ta' aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu.

Barra minn hekk, l-AETS għandha s-setgħa tesiġi li l-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu jtemmu proċedura ta' ksur u jippubblikaw avviżi pubbliċi. Dawk il-miżuri għandhom jiġu applikati f'każijiet li ma jiġġustifikawx l-adozzjoni ta' sanzjoni jew miżuri superviżorja aktar severa, filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-proporzjonalità, Sanzjonijiet, ħlas ta' penali u miżuri superviżorji huma partijiet komplementari ta' sistema ta' infurzar effettiva.

Il-proċeduri tal-kumitat ġew allinjati mat-Trattat ta’ Lisbona.

4.3.4.2. Emendi għall-Kapitolu II (Dispożizzjonijiet tranżitorji u finali) tat-Titolu IV

Meta l-AETS tiġi stabbilita u tkun operattiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jridu jtemmu l-kompetenzi u d-dmirijiet tagħhom relatati mal-attività superviżorja u tal-infurzar fil-qasam tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu li kienu ngħataw lilhom mir-Regolament dwar l-aġenziji li jiggradaw [jikklassifikaw] il-kreditu.

Iridu jiġu stabbiliti wkoll regoli ċari għat-trażmissjoni tal-fajls u d-dokumenti ta' ħidma mill-awtoritajiet kompetenti lill-AETS.

5. Implikazzjonijiet baġitarji

Deskrizzjoni ġenerali tal-implikazzjonijiet baġitarji tal-proposti li jistabbilixxu l-AETS ġiet ippreżentata f’Settembru 2009 fir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji leġiżlattivi li jakkumpanjaw tali proposti leġiżlattivi (ara d-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva miżjuda mal-proposta dwar it-twaqqif tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq). L-implikazzjonijiet speċifiċi fuq l-AETS li jikkonċernaw is-superviżjoni u s-sorveljanza diretti tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu huma speċifikati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji leġiżlattivi li jakkumpanjaw din il-proposta. Iż-żewġ dikjarazzjonijiet finanzjarji jridu jitqiesu flimkien. L-implikazzjonijiet baġitarji speċifiċi għall-Kummissjoni huma wkoll evalwati fid-dikjarazzjoni finanzjarja li takkumpanja din il-proposta.

Il-proposta għandha implikazzjonijiet għall-baġit Komunitarju.

2010/0160 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT (UE) Nru …/… TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

Li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea[8],

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[9],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja[10],

Billi:

(1) Fuq talba tal-Kummissjoni, rapport ippubblikat fil-25 ta’ Frar 2009 minn grupp ta’ esperti ta’ livell għoli ppresedut minn J. de Larosière kkonkluda li l-qafas superviżorju tas-settur finanzjarju fl-Ewropa kien jeħtieġ jissaħħaħ biex jitnaqqsu kemm ir-riskju kif ukoll il-gravità tal-kriżijiet finanzjarji fil-ġejjieni u rrakkomanda riformi estensivi fl-istruttura tas-superviżjoni, inkluż il-ħolqien ta’ Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji, magħmula minn tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, waħda għas-settur tat-titoli, waħda għas-settur tal-assigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol u oħra għas-settur bankarju, u l-ħolqien ta’ Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku.

(2) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Marzu 2009, “Nixprunaw l-Irkupru Ewropew”[11] ipproponiet li jitressaq abbozz ta’ leġiżlazzjoni li toħloq Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji, u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Mejju 2009 “Superviżjoni Finanzjarja Ewropea”[12] ipprovdiet aktar dettalji rigward l-arkitettura possibbli ta’ tali qafas superviżorju ġdid, b’enfasi fuq l-ispeċifiċità tas-superviżjoni tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu.

(3) Il-Kunsill Ewropew, fil-konklużjonijiet tiegħu tad-19 ta’ Ġunju 2009, irrakkomanda li tkun stabbilita Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji, li tikkonsisti minn netwerk ta’ superviżuri finanzjarji nazzjonali, li taħdem id f’id mal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej il-ġodda, l-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE), l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (AEAPX), u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS), bil-għan li ttejjeb il-kwalità u l-konsistenza tas-superviżjoni nazzjonali, issaħħaħ is-sorveljanza tal-gruppi transkonfinali permezz tat-twaqqif ta’ kulleġġi superviżorji u tistabbilixxi ġabra unika tar-regoli Ewropej applikabbli għall-parteċipanti kollha fis-suq finanzjarju tas-suq intern. Il-Kunsill enfasizza li l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandu jkollha setgħat superviżorji fuq l-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha żżomm il-kompetenza tagħha li tinforza t-Trattati u b’mod partikolari t-Titolu VII tal-Kapitolu 1 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea rigward ir-regoli komuni tal-kompetizzjoni f’konformità mad-dispożizzjonijiet adottati għall-implimentazzjoni ta’ dawk ir-regoli.

(4) L-ambitu tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandu jkun definit b’mod ċar biex il-parteċipanti fis-suq finanzjarju jkunu jistgħu jidentifikaw l-awtorità kompetenti fil-qasam tal-attività tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu. L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tassumi kompetenza ġenerali fil-kwistjonijiet relatati mar-reġistrazzjoni u s-sorveljanza kontinwa ta’ aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati.

(5) Sabiex tissaħħaħ il-kompetizzjoni bejn l-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu, sabiex jiġu evitati kunflitti possibbli ta' interess taħt il-mudell fejn l-emittent iħallas, li huma partikolarment virulenti fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta’ strumenti finanzjarji strutturati, u biex tisseddaq it-trasparenza u l-kwalità tal-klassifikazzjonijiet għal strumenti finanzjarji strutturati, aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati jew iċċertifikati għandu jkollhom id-dritt għal aċċess għal lista ta' strumenti finanzjarji strutturati li jkun qed jiġu kklassifikati mill-kompetituri tagħhom. L-informazzjoni għal din il-klassifikazzjoni għandha tiġi pprovduta mill-emittent jew minn parti terza relatata sabiex b'hekk jinħarġu klassifikazzjonijiet mhux mitluba li jkunu qed jikkompetu ma' xulxin dwar strumenti finanzjarji strutturati. Il-ħruġ ta' tali klassifikazzjonijiet mhux mitluba għandu jippromwovi l-użu ta' aktar minn klassifikazzjoni waħda għal kull strument finanzjarju strutturat. Aċċess għas-siti fuq l-internet għandu jingħata biss jekk aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu tkun tista' tiżgura l-kunfidenzjalità tat-tagħrif mitlub.

(6) Minħabba li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu jintużaw fl-Unjoni kollha, id-distinzjoni tradizzjonali bejn l-awtorità kompetenti ta’ domiċilju u l-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn u l-użu ta’ koordinazzjoni superviżorja ta’ tip kolleġġjali mhijiex l-aktar waħda adegwata għas-sorveljanza tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu. Bit-twaqqif tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, m’hemmx aktar ħtieġa li tinżamm tali struttura. Il-proċess tar-reġistrazzjoni għandu b’hekk ikun issemplifikat u l-limiti taż-żmien għandhom għaldaqstant jitnaqqsu.

(7) L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tkun responsabbli għar-reġistrazzjoni u s-superviżjoni kontinwa tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu, madankollu ma għandhiex tkun responsabbli għas-sorveljanza tal-utenti tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu. Għaldaqstant, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jibqgħu responsabbli għas-superviżjoni tal-użu ta' klassifikazzjonijiet tal-kreditu minn istituzzjonijiet finanzjarji u entitajiet oħrajn (bħall-istituzzjonijiet tal-kreditu, id-ditti ta’ investiment, l-impriżi tal-assigurazzjoni, l-impriżi tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja, l-impriżi ta’ riassigurazzjoni, l-impriżi għall-investiment kollettiv f’titoli trasferibbli, l-istituzzjonijiet għall-provvediment ta’ rtirar okkupazzjonali u fondi ta’ investiment alternattivi), li jkunu taħt superviżjoni f'livell nazzjonali fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ direttivi oħra dwar is-servizzi finanzjarji, u l-użu ta' klassifikazzjonijiet tal-kreditu fil-prospetti.

(8) Hemm il-ħtieġa li jkun introdott strument effettiv biex ikunu stabbiliti standards tekniċi armonizzati li jħaffu l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fil-prattika ta’ kuljum u biex ikunu żgurati kundizzjonijiet indaqs għal kulħadd u protezzjoni adegwata tal-investituri u l-konsumaturi fl-Unjoni kollha. Bħala korp b’esperti speċjalizzati ħafna, huwa effiċjenti u xieraq li l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq tkun fdata bl-elaborazzjoni tal-abbozz tal-istandards tekniċi.

(9) Fil-qasam tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu, għandu jkun propost abbozz ta’ standards tekniċi fir-rigward tal-proċess tar-reġistrazzjoni, l-informazzjoni li l-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu trid tipprovdi għall-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni u għall-evalwazzjoni tal-importanza sistemika tagħha għall-istabilità finanzjarja jew l-integrità tas-swieq finanzjarji u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni, inkluża l-istruttura, il-format, il-metodu u l-perjodu tar-rappurtar li għandhom ikunu żvelati mill-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu skont dan ir-Regolament. L-abbozz ta’ standards tekniċi għandu jkun adottat mill-Kummissjoni biex dawn jingħataw effett legali vinkolanti, skont ir-Regolament …/… [AETS].

(10) F’oqsma mhux koperti mill-istandards tekniċi, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandu jkollha s-setgħa li toħroġ linji gwida mhux vinkolanti dwar kwistjonijiet relatati mal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(11) Biex twettaq id-dmirijiet tagħha b’mod effettiv, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandu jkollha d-dritt li titlob l-informazzjoni kollha meħtieġa direttament mingħand il-parteċipanti fis-suq finanzjarju. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom ikunu obbligati jgħinu lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq sabiex tinforza talbiet bħal dawn.

(12) Biex twettaq is-setgħat superviżorji tagħha b’mod effettiv, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandu jkollha d-dritt twettaq investigazzjonijiet u spezzjonijiet fil-post. Meta twettaq is-setgħat superviżorji tagħha, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tagħti lill-persuni li huma soġġetti għall-proċedimenti, l-opportunità li jinstemgħu biex ikun rispettat id-dritt ta’ difiża tagħhom.

(13) L-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħinu u jikkooperaw mal-Awtorità Ewropea tat-Titolu u s-Swieq. Din tal-aħħar tista' tiddelega kompiti superviżorji speċifiċi lil awtoritajiet kompetenti pereżempju fejn ħidma superviżorja tkun teħtieġ għarfien u esperjenza f'dak li għandu x'jaqsam mal-kundizzjonijiet lokali, li huma disponibbli aktar faċilment fil-livel nazzjonali. Ħidmiet possibbli li jistgħu jiġu ddelegati jinkludu t-twettiq ta' kompiti speċifiċi ta' investigazzjoni u spezzjonijiet fil-post, il-valutazzjoni ta' applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, iżda wkoll ħidmiet speċifiċi relatati mas-superviżjoni ta' kuljum. Id-dettalji ta' tali delegazzjoni, inklużi l-proċeduri u kwalunkwe kumpens li jkun se jingħata lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandu jiġi speċifikat fil-linji gwida.

(14) Huwa meħtieġ li jkun żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jkunu kapaċi jitolbu lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq biex teżamina jekk ġewx issodisfati l-kundizzjonijiet għall-irtirar tar-reġistrazzjoni ta’ aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu u biex jitolbu mingħand l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq is-sospensjoni tal-użu ta' klassifikazzjonijiet tal-kreditu fil-każ li aġenzija li tikklassifika l-kreditu titqies li tkun tinsab fi ksur serju u persistenti tar-Regolament. L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tevalwa t-talba u twettaq kwalunkwe miżura adattata.

(15) L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tkun tista' tipproponi lill-Kummissjoni timponi ħlasijiet perjodiċi ta' penali. L-iskop ta’ dawk il-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali għandu jkun li ksur tal-liġi stabbilit mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ikun mitmum, li informazzjoni kompluta u korretta li tkun talbet l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq tiġi fornuta u li l-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu u persuni oħra jissottomettu rwieħhom għal investigazzjoni. Barra minn hekk, bl-iskop li sservi bħala deterrent u biex l-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu jkunu mġiegħla jikkonformaw mar-Regolament, il-Kummissjoni għandha wkoll tkun tista' timponi multi, fuq talba mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, meta intenzjonalment jew b’negliġenza, jinkisru dispożizzjonijiet speċifiċi tar-Regolament. Il-multa għandha tkun dissważiva u proporzjonata man-natura u l-gravità tal-ksur, it-tul ta' żmien tal-ksur u l-kapaċità ekonomika tal-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu konċernata. Kriterji dettaljati għall-istabbiliment tal-ammont tal-multi kif ukoll tal-aspetti proċedurali relatati mal-multi għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni f'att iddelegat. L-Istati Membri għandhom jibqgħu biss kompetenti għall-istipular u l-implimentazzjoni tar-regoli dwar penali applikabbli għall-ksur tal-obbligu ta' ditti finanzjarji li jużaw, għal skopijiet regolatorji l-klassifikazzjoni tal-kreditu biss maħruġa minn aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu skont dan ir-Regolament.

(16) F'każ ta' ksur li jitwettaq minn aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandu jkollha s-setgħa li twettaq firxa ta' miżuri superviżorji, li jinkludu l-miżuri li ġejjin iżda li ma jkunux limitati għalihom, li tesiġi li aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu ttemm proċedura ta' ksur, li tissospendi l-użu ta' klassifikazzjonijiet, li b'mod temporanju tipprojbixxi aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu milli toħroġ klassifikazzjonijiet u – bħala l-aħħar miżura – li tirtira r-reġistrazzjoni meta l-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu tibqa' tikser b'mod serju d-dispożizzjoni ta' dan ir-Regolament. Il-miżuri superviżorji għandhom ikunu applikati mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq billi tqis in-natura u l-gravità tal-ksur u l-prinċipju tal-proporzjonalità. Sanzjonijiet, ħlas ta' penali u miżuri superviżorji huma partijiet komplementari ta' sistema ta' infurzar effettiva.

(17) Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, huwa xieraq li jkunu stabbiliti miżuri tranżizzjonali ċari għat-trażmissjoni ta’ fajls u dokumenti ta' ħidma mingħand l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għal għand l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.

(18) Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat fir-rigward tal-emendar u aktar speċifikar tal-kriterji għall-valutazzjoni tal-ekwivalenza tal-qafas regolatorju u superviżorju ta’ pajjiż terz biex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji, l-adozzjoni ta’ regolament dwar l-imposti u l-emendar tal-annessi.

(19) Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' tali dejta tapplika għall-ipproċessar ta' dejta personali li jsir fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament minn Stati Membri u operaturi li għalihom japplika dan ir-Regolament.

(20) Il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali hija rregolata mir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta[13], li huwa applikabbli b’mod sħiħ għall-ipproċessar ta’ dejta personali għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament imwettqa bl-applikazzjoni ta' danir-Regolament minn korpojiet u aġenziji tal-Unjoni.

(21) Minħabba li l-għanijiet tal-azzjoni li għandha tittieħed, i.e. l-istabbiliment ta' qafas superviżorju effiċjenti u effettiv għall-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu billi awtorità superviżorja waħda tingħata r-responsabilità għas-superviżjoni tal-attivitajiet ta' klassifikazzjoni fl-Unjoni, sabiex jiġi pprovdut punt uniku ta' kuntatt għall-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu u tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti tar-regoli, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed fil-livell tal-Istati Membri iżda jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, filwaqt li jitqiesu l-istruttura pan-Ewropea u l-impatt tal-attivitajiet ta' klassifikazzjoni li għandhom ikunu taħt superviżjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(22) Is-superviżjoni tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tinbeda biss meta tkun ġiet stabbilita l-AETS. Għalehkk l-applikabilità ta' dan ir-Regolament għandha tiġi ddiferita sa meta r-Regolament .../... li jistabbilixxi l-AETS ikun daħal fis-seħħ.

(23) Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar l-aġenziji li jiggradaw [jikklassifikaw] il-kreditu għandu jkun emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 huwa emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a) L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Istituzzjonijiet tal-kreditu kif iddefiniti fid-Direttiva 2006/48/KE, ditti ta’ investiment kif iddefiniti fid-Direttiva 2004/39/KE, impriżi tal-assigurazzjoni soġġetti għad-Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE[14], impriżi tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja kif iddefiniti fid-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[15], impriżi ta’ riassigurazzjoni kif iddefiniti fid-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[16], impriżi għall-investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) kif iddefinit fid-Direttiva 2009/65/KE, istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali kif iddefiniti fid-Direttiva 2003/41/KE u fondi ta’ investiment alternattivi kif iddefiniti fid-Direttiva 2010/…/KE jistgħu jużaw il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu għal skopijiet regolatorji biss jekk dawn jinħarġu minn aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu stabbiliti fl-Unjoni u rreġistrati skont dan ir-Regolament.”

(b) Il-paragrafu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:

(i) Il-punti (b), (c) u (d) jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

"(b) l-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu vverifikat u kapaċi turi fuq bażi kontinwa lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-“AETS”) li t-twettiq tal-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu mill-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ pajjiż terz li jirriżultaw fil-ħruġ ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu li għandu jiġi approvat jissodisfa r-rekwiżiti li huma stretti tal-anqas daqs ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 6 sa 12;

(c) il-kapaċità tal-AETS li tevalwa u timmonitorja l-konformità tal-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu stabbilita fil-pajjiż terz mar-rekwiżiti msemmija fil-punt (b) mhijiex limitata;

(d) l-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu meta tintalab, tagħmel disponibbli lill-AETS l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex l-AETS tkun tista’ tissorvelja fuq bażi kontinwa l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;”

(ii) Il-punt (h) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(h) hemm arranġament xieraq ta’ kooperazzjoni bejn l-AETS u l-awtorità kompetenti rilevanti tal-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu stabbilita f’pajjiż terz. L-AETS għandha tiżgura li tali arranġamenti ta’ kooperazzjoni għandhom tal-anqas jispeċifikaw:

(i) il-mekkaniżmu għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-AETS u l-awtorità kompetenti rilevanti tal-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu stabbilita f’pajjiż terz; u

(ii) il-proċeduri li jirrigwardaw il-koordinazzjoni ta’ attivitajiet superviżorji sabiex l-AETS tkun tista' timmonitorja l-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu li jirriżultaw fil-ħruġ ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu approvata fuq bażi kontinwa.”

2. L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a) Paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"2. L-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tapplika għal ċertifikazzjoni. L-applikazzjoni għandha titressaq lill-AETS skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikolu 15.”

(b) L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“L-AETS għandha teżamina u tiddeċiedi dwar l-applikazzjoni għal ċertifikazzjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16. Id-deċiżjoni ta’ ċertifikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-kriterji stabbiliti fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.”

(c) Il-paragrafu 4 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"4. L-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tapplika wkoll biex tkun eżentata:

(a) fuq bażi ta’ każ b’każ milli tikkonforma ma’ xi wħud mir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima A tal-Anness I u l-Artikolu 7(4) jew milli tikkonforma magħhom kollha jekk l-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu hija kapaċi turi li r-rekwiżiti m’humiex proporzjonati minħabba n-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tagħha, u n-natura u l-firxa tal-ħruġ minnha ta' klassifikazzjonijiet tal-kreditu;

(b) mir-rekwiżit tal-preżenza fiżika fl-Unjoni fejn rekwiżit bħal dan ikun ta’ piż żejjed u sproporzjonat minħabba n-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tagħha, u n-natura u l-firxa tal-ħruġ minnha ta' klassifikazzjonijiet tal-kreditu.

Applikazzjoni għal dawk l-eżenzjonijiet għandha tkun sottomessa mill-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu b’mod konġunt mal-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni. Meta tkun qed tevalwa dik l-applikazzjoni, l-AETS għandha tqis id-daqs tal-aġenzija ta' applikazzjoni tal-kreditu applikanti msemmija fil-paragrafu 1, filwaqt li titqies in-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tagħha, u n-natura u l-firxa tal-ħruġ minnha ta' klassifikazzjonijiet tal-kreditu, kif ukoll tal-impatt ta' klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġa mill-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu għall-istabilità u l-integrità finanzjarja tas-swieq finanzjarji ta’ Stat Membru wieħed jew aktar. Fuq il-bażi ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, l-AETS tista’ tagħti tali eżenzjoni lill-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu msemmija fil-paragrafu 1.”

(d) Il-paragrafu 5 għandu jitħassar.

(e) Fil-paragrafu 6, it-tielet subparagrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha tispeċifika aktar jew temenda l-kriterji stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tat-tieni subparagrafu sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji. Dawk il-miżuri għandhom jiġu adottati permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 38a u soġġetti għall-kundizzjonijiet tal-Artikolu 38b u 38c.”

(f) Il-paragrafi 7 u 8 għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

"7. L-AETS għandha tistabbilixxi ftehimiet ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti ta’ pajjiżi terzi li l-oqfsa legali u superviżorji tagħhom ikunu tqiesu ekwivalenti għal dan ir-Regolament skont il-paragrafu 6. Tali arranġamenti għandhom jispeċifikaw tal-anqas:

(a) il-mekkaniżmu għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-AETS u l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi konċernati; u

(b) il-proċeduri li jirrigwardaw il-koordinazzjoni ta' attivitajiet superviżorji.

8. L-Artikoli 20 u 24 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu u għall-klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġa minnhom.”

3. L-Artikolu 6(3) huwa emendat kif ġej:

(a) Il-parti introduttorja tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“Fuq talba ta’ aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu, l-AETS tista’ teżenta aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu milli tikkonforma mar-rekwiżiti tal-punti 2, 5 u 6 tat-Taqsima A tal-Anness I u l-Artikolu 7(4) jekk l-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu tkun kapaċi turi li dawk ir-rekwiżiti mhumiex proporzjonati fid-dawl tan-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tagħha, u n-natura u l-firxa tal-ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu u li:”

(b) It-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Fil-każ ta’ grupp ta’ aġenziji li ta' klassifikazzjoni tal-kreditu, l-AETS għandha tiżgura li tal-anqas waħda mill-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu fil-grupp ma tkunx eżentata milli tikkonforma mar-rekwiżiti tal-punti 2, 5 u 6 tat-Taqsima A tal-Anness I u l-Artikolu 7(4).”

4. Jiddaħħlu l-Artikoli 8a u 8b li ġejjin:

“Artikolu 8a Informazzjoni dwar strumenti finanzjarji strutturati

1. L-emittent ta' strument finanzjarju strutturat jew parti terza relatata għandu jipprovdi lill-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu li tkun inħatret minnu, fuq websajt protetta minn password li tkun immaniġġata minnu, l-informazzjoni kollha meħtieġa biex l-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu inizjalment tiddetermina jew timmonitorja klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ strument finanzjarju strutturat skont il-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 8(1).

2. Meta aġenziji oħra li jikklassifikaw il-kreditu rreġistrati jew iċċertifikati skont dan ir-Regolament jitolbu aċċess għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, huma għandhom jingħataw aċċess mingħajr dewmien sakemm ikunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) ikollhom is-sistemi u l-istruttura organizzattiva stabbiliti biex jiżguraw il-kunfidenzjalità ta’ din l-informazzjoni;

(b) jipprovdu klassifikazzjonijiet fuq bażi annwali għal tal-anqas 10% tal-istrumenti finanzjarji strutturati li għalihom jitolbu aċċess għal informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

3. Sabiex tiżgura applikazzjoni koerenti ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 38(2), regoli dettaljati li jispeċifikaw b’mod partikolari l-kundizzjonijiet ta’ aċċess u r-rekwiżiti tal-websajt sabiex tkun żgurata l-preċiżjoni u l-kunfidenzjalità tad-dejta u l-protezzjoni ta' dejta personali skont id-Direttiva 95/46/KE.

Artikolu 8bAċċess għal informazzjoni dwar il-klassifikazzjonijiet

1. Aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrata fl-Unjoni għandha żżomm websajt protetta minn password li jkun fiha:

(a) lista tal-istrumenti finanzjarji strutturati li għalihom tkun tinsab fil-proċess li tipprovdi klassifikazzjoni tal-kreditu, tidentifika t-tip ta’ strument finanzjarju strutturat, l-isem tal-emittent u d-data meta l-proċess ta’ klassifikazzjoni nbeda;

(b) konnessjoni mal-websajt protetta minn password li fiha l-emittent tal-istrument finanzjarju strutturat jew parti terza relatata jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 8a(1), minnufih malli tkun fil-pussess ta’ din il-konnessjoni.

2. Aġenzija li tikklassifika l-kreditu għandha tagħti aċċess mingħajr dewmien għall-websajt protetta minn password imsemmija fil-paragrafu 1 lil kwalunkwe aġenzija li tikklassifika l-kreditu reġistrata jew iċċertifikata taħt dan ir-Regolament sakemm l-aġenzija li tikklassifika l-kreditu li titlob aċċess tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8a (2).”

5. L-Artikolu 9 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 9Esternalizzazzjoni

Ma tistax issir esternalizzazzjoni ta’ funzjonijiet operattivi importanti b’tali mod li ssir ħsara materjali lill-kwalità tal-kontroll intern tal-aġenzija li tikklassifika l-kreditu u l-ħila tal-AETS li tissorvelja l-konformità tal-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu mal-obbligi taħt dan ir-Regolament.”

6. L-Artikolu 10(6) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"6. Aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu ma għandhiex tuża l-isem tal-AETS jew kwalunkwe awtorità kompetenti b’tali mod li jkun indikat jew issuġġerit endorsjar jew approvazzjoni minn dik l-awtorità ta' klassifikazzjonijiet tal-kreditu jew kwalunkwe attività ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu tal-aġenzija li tikklassifika l-kreditu.”

7. Fl-Artikolu 11, il-paragrafi 2 u 3 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

"2. Aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tagħmel disponibbli f’maħżen ċentrali stabbilit mill-AETS informazzjoni dwar id-dejta tal-prestazzjoni storika tagħha, inkluża l-frekwenza tat-tranżizzjoni tal-klassifikazzjonijiet u informazzjoni dwar klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġa fil-passat u dwar il-bidliet fihom. L-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi informazzjoni lil dak il-maħżen fuq formola standard kif provduta mill-AETS. L-AETS għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku u għandha tippubblika informazzoni fil-qosor dwar l-iżviluppi ewlenin osservati fuq bażi annwali.

3. Kull sena, aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi lill-AETS bl-informazzjoni dwar il-kwistjonijiet stabbiliti fil-punt 2 tal-Parti II tat-Taqsima E tal-Anness I.”

8. L-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"2. Ir-reġistrazzjoni għandha tkun effettiva għat-territorju kollu tal-Unjoni ladarba d-deċiżjoni tar-reġistrazzjoni maħruġa mill-AETS kif hemm imsemmi fl-Artikolu 16(3) jew l-Artikolu 17(3) tkun daħlet fis-seħħ.”

(b) It-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tinnotifika, mingħajr dewmien żejjed, lill-AETS dwar kwalunkwe bidla materjali fil-kundizzjonijiet tar-reġistrazzjoni inizjali, inkluż kwalunkwe ftuħ jew għeluq ta’ fergħat fl-Unjoni.”

(c) Il-paragrafi 4 u 5 għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

"4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 16 u 17, l-AETS għandha tirreġistra l-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu, jekk hija tikkonkludi mill-eżami tal-applikazzjoni li l-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu tikkonforma mal-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu stabbiliti f’dan ir-Regolament, filwaqt li tqis l-Artikoli 4 u 6.”

5. L-AETS ma għandhiex timponi rekwiżiti rigward ir-reġistrazzjoni li mhemmx ipprovdut għalihom f’dan ir-Regolament.”

9. L-Artikoli 15 sa 20 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 15Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni

1. Aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tissottometti applikazzjoni għar-reġistrazzjoni lill-AETS. L-applikazzjoni għandu jkun fiha informazzjoni dwar il-kwistjonijiet stabbiliti fl-Anness II.

2. Meta grupp ta’ aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu japplika għar-reġistrazzjoni, il-membri tal-grupp għandhom jagħtu s-setgħa lil wieħed mill-membri tal-grupp tagħhom biex jibgħat l-applikazzjonijiet kollha lill-AETS f’isem il-grupp. L-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu maħtura għandha tipprovdi l-informazzjoni dwar il-kwistjonijiet stabbiliti fl-Anness II għal kull membru tal-grupp.

3. Aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tissottometti l-applikazzjoni tagħha b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.

4. Fi żmien għaxart ijiem xogħol minn meta tasal l-applikazzjoni, l-AETS għandha tevalwa jekk l-applikazzjoni hijiex kompluta. Jekk l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, l-AETS għandha tistabbilixxi data ta’ skadenza sa meta l-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi informazzjoni addizzjonali.

Wara li tevalwa applikazzjoni bħala kompluta, l-AETS għandha tinnotifika lill-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu skont dan.

“Artikolu 16Eżami tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditumill-AETS

1. L-AETS għandha fi żmien 30 jum tax-xogħol min-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(4) teżamina l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni abbażi tal-konformità tal-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.

2. L-AETS tista’ testendi l-perjodu tal-eżami bi ħmistax-il jum xogħol, b’mod partikolari jekk l-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu tipprevedi xi waħda minn dawn li ġejjin:

(a) li tapprova l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu kif imsemmi fl-Artikolu 4(3);

(b) li tuża l-esternalizzazzjoni;

(c) eżenzjoni mill-konformità skont l-Artikolu 6(3).

3. Fi żmien 40 jum tax-xogħol min-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(4), u fi żmien 55 jum tax-xogħol minnha meta jkun japplika l-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tadotta deċiżjoni raġunata b’mod sħiħ ta’ reġistrazzjoni jew ċaħda.

4. Id-deċiżjoni maħruġa mill-AETS skont il-paragrafu 3 għandha tidħol fis-seħħ fil-ħames jum tax-xogħol wara l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 17Eżami tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' gruppta' aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu mill-AETS

1. L-AETS għandha, fi żmien 40 jum ta’ xogħol min-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(4), teżamina l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni abbażi tal-konformità ta’ dawk l-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.

2. L-AETS tista’ testendi l-perjodu tal-eżami bi ħmistax-il jum tax-xogħol, b’mod partikolari jekk l-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu jipprevedu xi waħda minn dawn li ġejjin:

(a) li japprovaw il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu kif imsemmi fl-Artikolu 4(3);

(b) jipprevedu l-użu tal-esternalizzazzjoni;

(c) eżenzjoni mill-konformità skont l-Artikolu 6(3).

3. Fi żmien 50 jum tax-xogħol min-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(4), u fi żmien 65 jum tax-xogħol minnha meta jkun japplika l-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tadotta deċiżjonijiet raġunati b’mod sħiħ ta’ reġistrazzjoni jew ċaħda individwali.

4. Id-deċiżjonijiet maħruġa mill-AETS skont il-paragrafu 3 għandhom jidħlu fis-seħħ fil-ħames jum tax-xogħol wara l-adozzjoni tagħhom.

Artikolu 18Notifika tad-deċiżjoni dwar ir-reġistrazzjoni,iċ-ċaħda ta’ reġistrazzjoni jew l-irtirar ta' reġistrazzjonita’ aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu

1. Fi żmien ħamest (5) ijiem tax-xogħol wara l-adozzjoni ta’ deċiżjoni skont l-Artikoli 16, 17 jew 20, l-AETS għandha tinnotifika lill-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu konċernata. Meta l-AETS tirrifjuta li tirreġistra l-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu jew tirtira r-reġistrazzjoni tal-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu, hija għandha tagħti raġunijiet sħaħ fid-deċiżjoni tagħha.

2. L-AETS għandha tikkomunika lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti kwalunkwe deċiżjoni taħt l-Artikolu 16, 17 jew 20.

3. L-AETS għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha lista tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati skont dan ir-Regolament. Dik il-lista għandha tiġi aġġornata fi żmien ħamest (5) ijiem tax-xogħol wara l-adozzjoni ta’ deċiżjoni taħt l-Artikolu 16, 17 jew 20.

Artikolu 19Imposti għar-reġistrazzjoni u għas-superviżjoni

1. L-AETS għandha timponi imposti fuq l-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu li jkopru b’mod sħiħ l-infiq tal-AETS meħtieġ għar-reġistrazzjoni u għas-superviżjoni tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu skont dan ir-Regolament u r-regolament dwar l-imposti msemmi fil-paragrafu 2.

2. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 38a, regolament dwar l-imposti. Dak ir-regolament għandu jiddetermina b’mod partikolari t-tip ta' imposti u l-kwistjonijiet li għalihom huma dovuti l-imposti, l-ammont tal-imposti u l-mod kif jitħallsu. L-ammont ta' imposti ċċarġjari lil aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu għandu jkun proporzjonat mad-daqs u s-saħħa ekonomika tagħha.

“Artikolu 20Irtirar ta’ reġistrazzjoni

1. L-AETS għandha tirtira r-reġistrazzjoni ta’ aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu meta l-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu:

(a) espressament tirrinunzja r-reġistrazzjoni jew ma tipprovdi l-ebda klassifikazzjoni tal-kreditu għas-sitt xhur ta’ qabel;

(b) tkun kisbet ir-reġistrazzjoni billi għamlet dikjarazzjonijiet foloz jew b’xi mezz irregolari ieħor;

(c) ma tkunx għadha tissodisfa l-kundizzjonijiet li skonthom kienet irreġistrata; jew

(d) kisret b’mod serju jew ripetutament id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li jirregolaw il-kundizzjonijiet tal-operat tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu.

2. L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li fih jintużaw il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġa mill-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu konċernata u li tikkunsidra li waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ġiet issodisfata, tista’ titlob lill-AETS biex teżamina jekk il-kundizzjonijiet għall-irtirar tar-reġistrazzjoni humiex issodisfati. Jekk l-AETS tiddeċiedi li ma tirtirax ir-reġistrazzjoni tal-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu konċernata, għandha tipprovdi r-raġunijiet sħaħ.

3. Id-deċiżjoni dwar l-irtirar tar-reġistrazzjoni għandha tidħol fis-seħħ minnufih fl-Unjoni kollha, soġġett għall-perjodu tranżitorju għall-użu ta' klassifikazzjonijiet tal-kreditu msemmija fl-Artikolu 24(2).”

10. It-titolu tal-Kapitolu II fit-Titolu III għandu jiġi sostitwit b’“Sorveljanza mill-AETS”.

11. L-Artikolu 21 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 21Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 25a, l-AETS għandha tiżgura li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

2. L-AETS għandha toħroġ u taġġorna linji gwida dwar:

(a) l-applikazzjoni tas-sistema ta’ approvazzjoni skont l-Artikolu 4(3);

(b) il-valutazzjoni tal-konformità tal-metodoloġiji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(3).

(c) il-kooperazzjoni bejn l-AETS u l-awtoritajiet kompetenti għall-iskop ta’ dan ir-regolament inklużi l-proċeduri u d-dettalji rigward id-delegazzjoni tal-kompiti.

3. Sa [disa’ xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], l-AETS għandha tipproponi abbozz ta’ standards tekniċi għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament …/… [AETS] dwar:

(a) il-proċess tar-reġistrazzjoni, inkluż dwar l-informazzjoni stabbilita fl-Anness II;

(b) informazzjoni li l-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu trid tipprovdi għall-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni u għall-evalwazzjoni tal-importanza sistemika tagħha għall-istabilità u l-integrità finanzjarja tas-swieq finanzjarji msemmija fl-Artikolu 5.

(c) il-preżentazzjoni tal-informazzjoni, inkluża l-istruttura, il-format, il-metodu u l-perjodu tar-rappurtar, li l-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jiżvelaw skont l-Artikolu 11(2) u l-punt 1 tal-Parti II tat-Taqsima E tal-Anness I.

4. L-AETS għandha tippubblika, kull sena u għall-ewwel darba sal-1 ta’ Jannar 2012, rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jkun fih, b’mod partikolari, valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Anness I mill-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati skont dan ir-Regolament.

5. L-AETS għandha tikkoopera mal-Awtorità Bankarja Ewropea stabbilita mir-Regolament …/…[17] u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol stabbilita mir-Regolament …/…[18] u għandha tikkonsulta ma' dawk l-Awtoritajiet qabel toħroġ gwida u tipproponi abbozzi ta’ standards tekniċi msemmija fil-paragrafi 2 u 3.”

12. L-Artikolu 23 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 23Nuqqas ta' interferenza mal-kontenut tal-klassifikazzjonijiet

Fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom taħt dan ir-Regolament, la l-AETS u lanqas kwalunkwe awtorità pubblika ta’ Stat Membru ma għandha tinterferexxi mal-kontenut ta' klassifikazzjonijiet tal-kreditu jew ta' metodoloġiji.”

13. Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli 23a, 23b u 23c li ġejjin:

“Artikolu 23aTalbiet għal informazzjoni

1. L-AETS tista’ teħtieġ li l-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu, persuni involuti fl-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, entitatjiet relatati u partijiet terzi relatati, partijiet terzi li lilhom l-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu esternalizzaw ċerti funzjonijiet jew attivitajiet u persuni li huma b’xi mod ieħor relatati jew konnessi mal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu jew l-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu jipprovdu l-informazzjoni kollha li hija meħtieġa biex twettaq id-dmirijiet tagħha skont dan ir-Regolament.

2. Meta titlob l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-AETS għandha tirreferi għal dan l-Artikolu bħala l-bażi legali tat-talba u għandha tiddikjara l-iskop tagħha, tispeċifika x’informazzjoni hija meħtieġa u tistabbilixxi l-limitu taż-żmien li fih trid tingħata. Hija għandha tindika wkoll il-penali provduti fl-Artikolu 36b fil-każ li l-produzzjoni tal-informazzjoni meħtieġa ma tkunx kompluta jew meta t-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru ma jkunux korretti jew ikunu jiżgwidaw.

3. Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 jew ir-rappreżentanti tagħhom u, fil-każ ta’ persuni legali jew assoċjazzjonijiet li ma għandhomx personalità legali msemmija fil-paragrafu 1, il-persuni awtorizzati biex jirrapreżentawhom bil-liġi jew mill-kostituzzjoni tagħhom, għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba f’isem il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 konċernat. . Ir-rappreżentanti jibqgħu kompletament responsabbli jekk l-informazzjoni mogħtija ma tkunx kompleta, ma tkunx korretta jew tkun tiżgwida.

Artikolu 23b Investigazzjonijiet ġenerali

1. L-AETS tista’ twettaq l-investigazzjonijiet kollha meħtieġa dwar persuni msemmija fl-Artikolu 23a(1). Għal dak il-għan, l-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-AETS għandu jkollhom is-setgħa:

(a) jeżaminaw kwalunkwe rekord, dejta, proċedura u kwalunkwe materjal ieħor rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tagħhom;

(b) li jieħdu kopji ta’ jew estratti minn tali rekords, dejta, proċeduri u materjal ieħor;

(c) li jitolbu għal spjegazzjoni bil-fomm;

(d) li jsejħu għal persuna u jisimgħuha;

(e) li jesiġu rekords tat-traffiku tat-telefown u tad-dejta;

(f) jintervistaw kwalunkwe persuna bl-iskop li tinġabar informazzjoni relatata mas-suġġett tal-investigazzjoni.

2. Il-persuni msemmija fl-Artikolu 23a(1) għandhom jissottomettu rwieħhom għal investigazzjonijiet imnedija b’deċiżjoni tal-AETS. Il-persuni awtorizzati għall-iskop ta' dawn l-investigazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom filwaqt li jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-iskop tal-investigazzjoni. Dik l-awtorizzazzjoni għandha tindika wkoll il-ħlasijiet perjodiċi ta' penali provduti fl-Artikolu 36b fil-każ li l-produzzjoni tar-rekords, dejta, proċeduri jew kwalunkwe materjal ieħor meħtieġ ma tiġix provduta jew ma tkunx kompluta jew meta t-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru ma jkunux korretti jew ikunu jiżgwidaw.

3. Fi żmien xieraq qabel l-investigazzjoni, l-AETS għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru konċernat li għandha ssir l-investigazzjoni fit-territorju tiegħu, bl-investigazzjoni u l-identità tal-persuni awtorizzati. Uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru konċernat għandhom, fuq talba tal-AETS, jgħinu lill-persuni awtorizzati fit-twettiq ta' dmirijiethom.

Artikolu 23cSpezzjonijiet fil-post

1. Biex twettaq id-dmirijiet tagħha skont dan ir-Regolament, l-AETS tista’ twettaq l-ispezzjonijiet kollha meħtieġa fil-post b’avviż jew mingħajru fil-bini tal-persuni msemmija fl-Artikolu 23a (1).

2. L-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-AETS biex iwettqu spezzjonijiet fil-post jistgħu jidħlu fi kwalunkwe bini ta’ negozju u art tal-persuni soġġetti għad-deċiżjoni ta’ investigazzjoni adottata mill-AETS u għandu jkollhom is-setgħat kollha stipulati fl-Artikolu 23b(1). Huma għandu jkollhom ukoll is-setgħa li jissiġillaw kwalunkwe bini u kotba jew reġistri ta’ negozju għall-perjodu u sal-limitu meħtieġa għall-ispezzjoni.

3. L-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-AETS biex iwettqu spezzjonijiet fil-post għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom billi jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-iskop tal-ispezzjoni u l-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 36b fil-każ li l-persuni konċernati ma jissottomettux rwieħhom għall-ispezzjoni. Fi żmien adattat qabel l-ispezzjoni, l-AETS għandha tagħti avviż tal-ispezzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun sejra titwettaq l-ispezzjoni.

4. Il-persuni msemmija fl-Artikolu 23a(1) għandhom jissottomettu rwieħhom għall-investigazzjonijiet fil-post ordnati b’deċiżjoni tal-AETS. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-għan tal-ispezzjoni, taħtar id-data li fiha tkun sejra tibda u tindika l-ħlasijiet perjodiċi ta' penali provduti fl-Artikolu 36b. L-AETS għandha tieħu tali deċiżjonijiet wara li tikkonsulta mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu għandha titwettaq l-ispezzjoni.

5. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu għandha titwettaq l-ispezzjoni għandhom kif ukoll dawk awtorizzati jew maħtura minnha, fuq talba tal-AETS, jgħinu attivament lill-uffiċjali u persuni oħra awtorizzati mill-AETS. Għal dan il-għan, huma għandhom igawdu s-setgħat stabbiliti fil-paragrafu 2.

6. L-AETS tista’ tesiġi wkoll li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jwettqu kompiti investigattivi speċifiċi u spezzjonijiet fil-post kif previst f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 23b(1) f’isimha. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom igawdu l-istess setgħat tal-AETS kif stabbilit f'dan l-Artikolu u l-Artikolu 23b(1).

7. Fejn l-uffiċjali u persuni oħra li jakkumpanjawhom awtorizzati mill-AETS isibu li persuna topponi xi spezzjoni ordnata skont dan l-Artikolu, l-Istat Membru konċernat għandu jagħtihom l-għajnuna neċessarja, u jitlob fejn xieraq l-għajnuna tal-pulizija jew ta' awtorità ta' infurzar oħra ekwivalenti, sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-ispezzjoni tagħhom fil-post.

8. Jekk l-għajnuna prevista fil-paragrafu 7 tkun teħtieġ awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja skont ir-regoli nazzjonali, tali awtorizzazzjoni għandha ssir applikazzjoni għaliha inkluż b’antiċipazzjoni.

9. Fejn l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 8 tkun saret applikazzjoni għaliha, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali għandha tikkontrolla li d-deċiżjoni tal-AETS tkun awtentika u li l-miżuri koersivi previsti la jkunu arbitrarji u lanqas eċċessivi wara li jkun tqies is-suġġett tal-ispezzjoni. Meta tikkontrolla l-proporzjonalità tal-miżuri, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tista' titlob lill-AETS għal spjegazzjonijiet dettaljati, b'mod partikolari abbażi ta' raġunijiet li minħabba fihom l-AETS tkun qed tissuspetta ksur ta' dan ir-Regolament, kif ukoll abbażi tal-gravità tal-ispezzjoni fil-post u n-natura tal-persuna konċernata involuta. Madankollu, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali ma tistax tiddubita n-neċessità tal-ispezzjoni u lanqas titlob li tiġi provduta bl-informazzjoni fil-fajl tal-AETS. Il-legalità tad-deċiżjoni tal-AETS għandha tkun soġġetta għal analiżi mill-Qorti tal-Ġustizzja biss skont il-proċedura stabbilita fir-Regolament XX/2010 [AETS]."

14. L-Artikoli 24 u 25 għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“Artikolu 24Miżuri superviżorji mill-AETS

1. Meta jseħħ wieħed mill-ksur elenkati fl-Anness III mwettaq minn aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrata, l-AETS għandha tieħu deċiżjoni waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a) tirtira r-reġistrazzjoni ta’ dik l-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu skont l-Artikolu 20;

(b) tipprojbixxi temporanjament lil dik l-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu milli toħroġ klassifikazzjonijiet tal-kreditu b’effett fl-Unjoni kollha, sakemm jintemm il-ksur;

(c) tissospendi l-użu, għal skopijiet regolatorji, tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġa minn dik l-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu b’effett fl-Unjoni kollha, sakemm jintemm il-ksur;

(d) tesiġi li l-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu ttemm il-ksur;

(e) tesiġi li l-emittent ta' strumenti finanzjarji strutturati jew parti terza relatata jipprovdu aċċess għall-websajt li jimmaniġġaw lill-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu li jitolbu dak l-aċċess skont l-Artikolu 8a(1);

(f) toħroġ avviżi pubbliċi.

2. Meta tieħu d-deċiżjonijiet imsemmija fil-punti (b) sa (f) tal-paragrafu 1, l-AETS għandha tqis in-natura u l-gravità tal-ksur, inkluż:

(i) it-tul taż-żmien u l-frekwenza tal-ksur;

(ii) jekk il-ksur kixifx dgħufijiet serji jew sistemiċi fil-proċeduri jew fis-sistemi tal-ġestjoni jew fil-kontrolli interni tal-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu;

(iii) jekk l-offiża finanzjarja kinitx iffaċilitata mill-ksur, ikkawżata mill-ksur jew b’xi mod ieħor attribwibbli għall-ksur;

(iv) it-telf jew ir-riskju ta’ telf ikkawżat lill-investituri.

Barra minn hekk, l-AETS tista’ tirreferi l-kwistjonijiet għal prosekuzzjoni kriminali lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti.

3. Il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu jistgħu jkomplu jintużaw għal skopijiet regolatorji wara l-adozzjoni ta’ miżuri fil-punti (a) u (c) tal-paragrafu 1 matul perjodu li ma jaqbiżx:

(a) għaxart ijiem tax-xogħol jekk hemm klassifikazzjonijiet tal-kreditu tal-istess strument finanzjarju jew entità finanzjarja maħruġin minn aġenziji oħrajn ta' klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati skont dan ir-Regolament; jew

(b) tliet xhur jekk m’hemm l-ebda klassifikazzjoni tal-kreditu tal-istess strument finanzjarju jew entità finanzjarja maħruġa minn aġenziji oħra ta' klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati skont dan ir-Regolament.

L-AETS tista’ testendi l-perjodu msemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu bi tliet xhur f’ċirkostanzi eċċezzjonali relatati mal-potenzjal għal tfixkil fis-suq jew instabilità finanzjarja.

4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20, l-AETS għandha tikkomunika kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont il-paragrafu 1, mingħajr dewmien żejjed, lill-awtoritajiet kompetenti u lill-Kummissjoni u għandha tiżvela pubblikament kwalunkwe deċiżjoni tali fuq il-websajt tagħha fi żmien ħamest (5) ijiem tax-xogħol mid-data meta tkun ittieħdet.”

Artikolu 25Smigħ tal-persuni konċernati

1. Qabel tieħu deċiżjonijiet kif provdut fl-Artikolu 24(1), l-AETS għandha tagħti l-opportunità lill-persuni li huma soġġetti għal proċediment li jinstemgħu fuq il-kwistjonijiet li dwarhom l-AETS tkun għamlet oġġezzjoni. L-AETS għandha tibbaża d-deċiżjonijiet tagħha biss fuq oġġezzjonijiet li dwarhom il-partijiet konċernati setgħu jikkummentaw.

L-obbligu msemmi fl-ewwel subparagrafu ma japplikax jekk tkun meħtieġa azzjoni urġenti biex ma titħalliex li ssir ħsara sinifikanti lis-sistema finanzjarja u f’dak il-każ l-AETS tista’ tadotta deċiżjonijiet temporanji. F’każ bħal dan, l-AETS għandha tagħti lill-persuni konċernati l-opportunità li jinstemgħu malajr kemm jista’ jkun wara li tkun ħadet id-deċiżjoni tagħha.

2. Id-dritt ta' difiża tal-persuni konċernati għandu jiġi rispettat b’mod sħiħ fil-proċedimenti. Huma għandhom ikunu intitolati għal aċċess għall-fajl tal-AETS, soġġett għall-interess leġittimu ta’ persuni oħrajn fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. Id-dritt għal aċċess għall-fajl ma għandux ikun estiż għal informazzjoni kunfidenzjali u għad-dokumenti interni tal-AETS.”

15. It-titolu tal-Kapitolu III fit-Titolu III għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Kooperazzjoni bejn l-AETS u l-Awtoritajiet Kompetenti”

16. Għandu jiddaħħal l-Artikolu 25a li ġej:

“Artikolu 25aAwtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni u l-infurzar tal-Artikolu 4(1)(l-użu tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu)

1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu responsabbli għas-superviżjoni u l-infurzar tal-Artikolu 4(1).

2. Biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom fir-rigward tal-istabbiliment ta’ kwalunkwe ksur tal-Artikolu 4(1), l-awtoritajiet kompetenti għandhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali, ikollhom is-setgħat superviżorji u investigattivi kollha li huma meħtieġa għall-eżerċitar tal-funzjonijiet tagħhom. Huma jeżerċitaw is-setgħat tagħhom:

(a) direttament;

(b) f’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħra, inkluża l-AETS; jew

(c) b’applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

3. Biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom fir-rigward tal-istabbiliment ta’ kwalunkwe ksur tal-Artikolu 4(1), l-awtoritajiet kompetenti għandhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali, ikollhom is-setgħa fil-kapaċità superviżorja tagħhom li:

(a) ikollhom aċċess għal kwalunkwe dokument fi kwalunkwe forma u li jirċievu jew jieħdu kopja tiegħu;

(b) jitolbu informazzjoni mingħand kwalunkwe persuna u jekk ikun meħtieġ li jsejħu u jistaqsu persuna bil-għan li jiksbu informazzjoni;

(c) iwettqu spezzjonijiet fil-post b’avviż jew mingħajru; u

(d) jesiġu rekords tat-traffiku tat-telefown u tad-dejta.”

17. L-Artikoli 26 u 27 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

“Artikolu 26Obbligu ta' kooperazzjoni

L-AETS u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw fejn ikun meħtieġ għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 27Skambju ta’ informazzjoni

1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien mhux xieraq, jipprovdu lill-AETS u lil xulxin bl-informazzjoni meħtieġa għall-finijiet li jwettqu dmirijiethom skont dan ir-Regolament.

2. L-AETS tista’ tibgħat lill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-impriżi msemmija fl-Artikolu 4(1), lill-banek ċentrali, lis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u lill-Bank Ċentrali Ewropew, fil-kapaċità tagħhom bħala awtoritajiet monetarji, lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku u, fejn xieraq, lill-awtoritajiet pubbliċi l-oħrajn responsabbli mis-sorveljanza tas-sistemi tal-ħlasijiet u tas-soluzzjoni tat-tilwim, informazzjoni kunfidenzjali maħsuba għat-twettiq tal-kompiti tagħhom. Bl-istess mod, tali awtoritajiet jew korpi ma għandhomx jitwaqqfu milli jgħaddu lill-AETS, informazzjoni li l-AETS tista’ tkun teħtieġ għat-twettiq tad-dmiriijet tagħha skont dan ir-Regolament.”

18. L-Artikoli 28 u 29 għandhom jitħassru.

19. L-Artikoli 30, 31 u 32 għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“Artikolu 30Delegazzjoni ta’ kompiti mingħand l-AETS lill-awtoritajiet kompetenti

L-AETS tista’ tiddelega kompiti superviżorji speċifiċi lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru. Dawk il-kompiti superviżorji jistgħu b'mod partikolari jinkludu talbiet ta' informazzjoni skont l-Artikolu 23a u investigazzjonijiet u spezzjonijiet fil-post skont l-Artikolu 23c(6).

Id-delegazzjoni tal-kompiti ma għandhiex taffettwa r-responsabilità tal-AETS.

Artikolu 31Notifiki u talbiet għal sospensjoni mill-awtoritajiet kompetenti

1. Meta awtorità kompetenti tkun konvinta li atti li jmorru kontra d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ikunu qegħdin, jew kienu qed, jitwettqu fit-territorju tagħha jew fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, hija għandha tagħti avviż ta’ dan il-fatt bl-aktar mod speċifiku possibbli lill-AETS.

L-AETS għandha tieħu azzjoni xierqa. Hija għandha tinforma lill-awtorità kompetenti li tinnotifika bir-riżultat u, safejn ikun possibbli, bi żviluppi temporanji sinifikanti.

2. Mingħajr preġudizzju għad-dmir ta’ notifika stabbilit fil-paragrafu 1, meta l-awtorità kompetenti li tinnotifika tqis li aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrata, li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu tagħha jintużaw fit-territorju tagħha, tikser l-obbligi li jirriżultaw minn dan ir-Regolament u l-ksur ikun gravi u persistenti biżżejjed biex ikollu impatt sinifikanti fuq il-protezzjoni tal-investituri jew l-istabilità tas-sistema finanzjarja f’dak l-Istat Membru, l-awtorità kompetenti li tinnotifika tista’ titlob lill-AETS sabiex timponi sospensjoni tal-użu tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu tal-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu konċernata għal finijiet regolatorji mill-persuni msemmija fl-Artikolu 4(1). L-awtorità kompetenti li tinnotifika għandha tipprovdi lill-AETS bir-raġunijiet sħaħ għal din it-talba.

Fil-każ li l-AETS tqis li t-talba mhijiex iġġustifikata, hija għandha tinforma lill-awtorità kompetenti li tinnotifika. Fil-każ li l-AETS tqis li t-talba hija ġġustifikata, hija għandha timplimenta miżuri xierqa biex issolvi din il-kwistjoni.

Artikolu 32Segretezza professjonali

1. L-obbligu tas-segretezza professjonali għandu japplika għall-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għall-AETS, u għall-awtoritajiet kompetenti jew għal kwalunkwe persuna oħra li l-AETS tkun iddelegat xi kompiti lilha, inklużi awdituri u esperti li jkunu ngħataw kuntratt mill-AETS. L-informazzjoni koperta mis-sigriet professjonali ma għandhiex tiġi żvelata lil xi persuna jew awtorità oħra għajr meta tali żvelar ikun meħtieġ għal proċedimenti legali.

2. L-informazzjoni kollha skambjata skont dan ir-Regolament bejn l-AETS, l-awtoritajiet kompetenti u awtoritajiet u korpi oħrajn imsemmija fl-Artikolu 27(2) għandha titqies kunfidenzjali, ħlief meta l-AETS jew l-awtorità kompetenti jew awtorità jew korp ieħor konċernat jiddikjaraw fil-ħin tal-komunikazzjoni li tali informazzjoni tista’ tkun żvelata jew meta tali żvelar ikun meħtieġ għal proċedimenti legali.”

20. L-Artikolu 33 għandu jitħassar.

21. L-Artikoli 34 u 35 għandhom jiġu sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 34Ftehim dwar skambju ta’ informazzjoni

L-AETS tista’ tikkonkludi ftehimiet ta’ kooperazzjoni dwar l-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi biss jekk l-informazzjoni żvelata tkun soġġetta għal garanziji ta’ segretezza professjonali li jkunu tal-anqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 32.

Tali skambju ta’ informazzjoni għandu jkun maħsub għat-twettiq tal-kompiti ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti.

Fir-rigward tat-trasferiment ta’ dejta personali lil pajjiż terz, l-AETS għandha tapplika r-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 35Żvelar ta’ informazzjoni minn pajjiżi terzi

L-AETS tista’ tiżvela l-informazzjoni li rċeviet mingħand awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi biss jekk l-AETS tkun kisbet il-qbil espliċitu tal-awtorità kompetenti li tkun bagħtet l-informazzjoni u, fejn ikun applikabbli, l-informazzjoni għandha tkun żvelata biss għall-finijiet li għalihom dik l-awtorità kompetenti tkun tat il-qbil tagħha jew fejn tali żvelar huwa meħtieġ għal proċedimenti legali.”

22. Fil-Kapitolu 1 tat-Titolu IV, it-titolu huwa emendat kif ġej:

“Penali, multi, ħlasijiet perjodiċi ta’ penali, komitoloġija, setgħat iddelegati u rappurtar”

23. Fl-Artikolu 36, l-ewwel subparagrafu huwa emendat kif ġej:

"1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-Regolament u għandhom iwettqu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.”

24. Jiddaħħlu l-Artikoli 36a sa 36d li ġejjin:

“Artikolu 36a Multi

1. Meta mitluba mill-AETS, il-Kummissjoni tista’ b’deċiżjoni timponi multa fuq aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu meta, intenzjonalment jew b’negliġenza, l-aġenzija ta' klassifikazzjopni tal-kreditu tkun wettqet xi wieħed mill-ksur elenkati fl-Anness III.

2. Il-multi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu dissważivi u proporzjonati man-natura u l-gravità tal-ksur, it-tul ta' żmien tal-ksur u l-kapaċità ekonomika tal-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu konċernata. L-ammont tal-multa ma għandux jaqbeż 20% tad-dħul jew l-introjtu annwali tal-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu tas-sena tan-negozju preċedenti.

3. Minkejja l-paragrafu 2, meta l-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu tkun direttament jew indirettament kisbet benefiċċju finanzjarju kwantifikabbli mill-ksur, l-ammont tal-multa jrid ikun tal-inqas daqs dak il-benefiċċju.

4. Il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta' atti ddelegati skont l-Artikolu 38a regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, fejn tispeċifika b'mod partikolari:

(a) kriterji dettaljati biex jiġi stabbilit l-ammont tal-multa;

(b) il-proċeduri għal inkjesti, miżuri assoċjati u rappurtar kif ukoll regoli ta' proċedura għat-teħid tad-deċiżjonijiet, inklużi dispożizzjonijiet dwar id-dritt għal difiża, aċċess għall-fajl, rappreżentazzjoni legali, dispożizzjonijiet ta' kunfidenzjalità u dispożizzjonijiet temporali u l-kwantifikazzjoni u l-ġbir ta' multi.

Artikolu 36b

Ħlasijiet perjodiċi ta’ penali

1. Meta mitluba mill-AETS, il-Kummissjoni tista’, b’deċiżjoni, timponi fuq il-persuni msemmija fl-Artikolu 23a(1) ħlasijiet perjodiċi ta’ penali biex iġġegħilhom:

(a) itemmu l-ksur, f’konformità mad-deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 24(1)(d);

(b) ifornu informazzjoni kompluta u korretta li tkun intalbet b’deċiżjoni skont l-Artikolu 23a;

(c) jissottomettu rwieħhom għal investigazzjoni u b’mod partikolari li jipproduċu reġistri, dejta, proċeduri jew kwalunkwe materjal ieħor meħtieġ b’mod komplut u li jtemmu u jikkoreġu kwalunkwe informazzjoni oħra pprovduta f’investigazzjoni mnedija b’deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 23b;

(d) jissottomettu għal spezzjoni fil-post ordnata b’deċiżjoni skont l-Artikolu 23c.

2. Il-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali provduti għandu jkun effettiv u proporzjonat. L-ammont tal-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali għandu jkun impost għal kull jum ta’ dewmien. Dan ma għandux jaqbeż 5% tal-introjtu medju ta’ kuljum fis-sena kummerċjali preċedenti u għandu jkun ikkalkulat mid-data stipulata fid-deċiżjoni.

Artikolu 36cSmigħ tal-persuni konċernati

1. Qabel tieħu deċiżjoni dwar multa jew ħlas perjodiku ta’ penali kif provdut fl-Artikoli 36a u 36b, il-Kummissjoni għandha tagħti lill-persuni li huma soġġetti għal proċedimenti, l-opportunità li jinstemgħu fuq il-kwistjonijiet li dwarhom il-Kummissjoni tkun għamlet oġġezzjoni. Il-Kummissjoni għandha tibbaża d-deċiżjonijiet tagħha biss fuq oġġezzjonijiet li dwarhom il-partijiet konċernati setgħu jikkummentaw.

2. Id-dritt ta' difiża tal-persuni konċernati għandu jiġi rispettat b’mod sħiħ fil-proċedimenti. Huma għandhom ikunu intitolati għal aċċess għall-fajl tal-Kummissjoni, soġġett għall-interess leġittimu ta’ persuni oħrajn fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom. Id-dritt għal aċċess għall-fajl ma għandux ikun estiż għal informazzjoni kunfidenzjali u d-dokumenti interni tal-Kummissjoni.”

Artikolu 36dDispożizzjonijiet komuni għall-multi u l-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali

1. Il-Kummissjoni għandha tiżvela lill-pubbliku kull multa u ħlas perjodiku ta’ penali li jkunu ġew imposti skont l-Artikoli 36a u 36b.

2. Il-multi u l-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali imposti skont l-Artikoli 36a u 36b huma ta’ natura amministrattiva.

Artikolu 36eReviżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja

Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha ġurisdizzjoni mingħajr limitu biex tirrevedi d-deċiżjonijiet li bihom il-Kummissjoni tkun stabbiliet multa jew imponiet ħlas perjodiku ta’ penali. Hija tista’ tannulla, tnaqqas jew iżżid il-multa jew il-ħlas perjodiku ta’ penali imposti.”

25. L-Artikoli 37 u 38 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

“Artikolu 37Emendi għall-Annessi

Il-Kummissjoni tista’ temenda l-Annessi permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 38a u soġġetta għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 38b u 38c biex tqis l-iżviluppi, inklużi l-iżviluppi internazzjonali, fis-swieq finanzjarji, b’mod partikolari fir-rigward ta’ strumenti finanzjarji ġodda.

Artikolu 38Komitoloġija

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Ewropew tat-Titoli stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE[19].

2 Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

3. Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.”

26. Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli 38a, 38b u 38c li ġejjin:

“Delegazzjoni tas-setgħat

Artikolu 38aEżerċitar tad-delegazzjoni

1. Is-setgħat biex jiġu adottati l-atti ddelegati msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(6), l-Artikolu 19(2) u l-Artikolu 36a(4) u l-Artikolu 37 għandhom jiġu konferiti lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat.

2. Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha simultanjament tinnotifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan.

3. Is-setgħat biex tadotta atti ddelegati jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 38b u 38c.

Artikolu 38bRevoka tad-delegazzjoni

1. Id-delegazzjoni ta’ setgħa msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(6), l-Artikolu 19(2), l-Artikolu 36a(4) u l-Artikolu 37 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

2. L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna biex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delegazzjoni ta’ setgħa għandha tinforma lil-leġiżlatur l-ieħor u lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahar qabel tittieħed l-aħħar deċiżjoni, tiddikjara s-setgħat iddelegati li jistgħu jkunu soġġetti għar-revoka u r-raġunijiet għar-revoka.

3. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Hija tidħol fis-seħħ minnufih jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati diġà fis-seħħ. Għandha tiġi ppubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 38cOġġezzjonijiet għal atti ddelegati

1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-att iddelegat fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu għandu jkun estiż b’xahar.

2. Jekk, meta jiskadi dak il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att iddelegat, l-att iddelegat għandu jidħol fis-seħħ fid-data indikata fih.

L-att iddelegat jista’ jkun ippubblikat f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jressqux oġġezzjonijiet.

3. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għall-att iddelegat adottat, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għaliex oġġezzjonat għall-att iddelegat.”

27. L-Artikolu 39 huwa emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 2 għandu jitħassar.

(b) Il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"3. Sal-1 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni għandha, fid-dawl tal-iżviluppi fil-qafas regolatorju u superviżorju għall-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu f’pajjiżi terzi, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rigward l-effetti ta’ dawk l-iżviluppi u tad-dispożizzjonijiet tranżitorji msemmija fl-Artikolu 40 fuq l-istabilità tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni.”

28. It-tielet paragrafu tal-Artikolu 40 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu eżistenti jistgħu jkomplu joħorġu klassifikazzjonijiet tal-kreditu li jistgħu jintużaw għal skopijiet regolatorji mill-istituzzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 4(1) sakemm ir-reġistrazzjoni ma tkunx ġiet irrifjutata. Meta r-reġistrazzjoni tiġi rrifjutata, għandu japplika l-Artikolu 24(2) u (3).”

29. Għandu jiddaħħal l-Artikolu 40a li ġej:

“Artikolu 40aMiżuri tranżizzjonali relatati mal-AETS

1. Il-kompetenzi u l-kompiti kollha relatati mal-attività superviżorja u ta' infurzar fil-qasam tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu, li ġew konferiti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kemm jekk jaġixxu bħala awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju kemm jekk le, u l-kulleġġi tagħhom jekk dawn ikunu ġew stabbiliti, għandhom jintemmu fi [ xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ].

2. Kwalunkwe fajl jew dokument ta' ħidma relatat mal-attività superviżorja u ta' infurzar fil-qasam tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu, inkluż kwalunkwe eżami jew azzjoni ta' infurzar li jkun/tkun għaddej/għaddejja għandu/ha jgħaddi/tgħaddi f'idejn l-AETS ... [ xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ].

3. L-awtoritajiet kompetenti u l-kulleġġi msemmija fil-paragrafu 1 għandom jiżguraw li kwalunkwe reġistru u dokument ta' ħidma għandu jiġi ttrasferit għand l-AETS [ xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament ]. Dawk l-awtoritajiet kompetenti u l-kulleġġi għandhom jagħtu wkoll lill-AETS l-għajnuna u l-pariri kollha meħtieġa biex jitħaffef it-trasferiment u t-twaqqif effettiv u effiċjenti tal-attività superviżorja u tal-infurzar fil-qasam tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu.

4. L-ESMA għandha taġixxi bħala s-suċċessur legali tal-awtoritajiet kompetenti u l-kulleġġi msemmija fil-paragrafu 1 fi kwalunkwe proċediment amministrattiv jew ġuridiku li jirriżulta minn attività superviżorja u tal-infurzar segwita taħt dan ir-Regolament qabel [ xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament ].

5. Meta analiżi ġuridika ta’ deċiżjoni, li tkun ittieħdet minn awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 taħt dan ir-Regolament, tkun għadha għaddejja fi [ xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament ], il-każ għandu jiġi ttrasferit lill-Qorti Ġenerali, sakemm is-sentenza tal-qorti li tkun qed tanalizza dik id-deċiżjoni fl-Istat Membru ma tkunx se tingħata fi żmien xahrejn wara [ xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament ].”

30. L-Anness I huwa emendat skont l-Anness I għal dan ir-Regolament.

31. L-Anness III ġdid għandu jiżdied kif stabbilit fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament .../... [AETS].

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

Anness I

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 huwa emendat kif ġej:

1. Fit-Taqsima A, l-aħħar subparagrafu tal-punt 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“L-opinjonijiet tal-membri indipendenti tal-bord amministrattiv jew superviżorju maħruġa dwar il-kwistjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) għandhom ikunu ppreżentati lill-bord perjodikament u għandhom isiru disponibbli għall-AETS meta jintalbu.”

2. Fit-Taqsima B, l-ewwel subparagrafu tal-punt 8 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Ir-reġistri u s-sekwenzi ta’ verifika msemmija fil-punt 7 għandhom jinżammu fil-bini tal-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrata għal tal-anqas ħames snin u jsiru disponibbli meta jintalbu mill-AETS.”

Anness II

L-Anness III li ġej għandu jiżdied mar-Regolament (KE) Nru 1060/2009:

“ANNESS III

SANZJONIJIET

Ksur

I. Ksur relatat ma’ kunflitti ta’ interess, rekwiżiti organizzattivi jew operattivi

a) L-AKK tikser l-Artikolu 6(2) fir-rigward tal-Anness I it-Taqsima B il-punt 3 bil-ħruġ ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu jew fil-każ ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu eżistenti billi ma tiżvelax minnufih li l-klassifikazzjoni tal-kreditu tista’ tkun affettwata fis-sitwazzjonijiet deskritti fil-punt 3 (a) sa (d).

b) L-AKK tikser l-Artikolu 6(2) fir-rigward tal-Anness I it-Taqsima B il-punt 4 l-ewwel subparagrafu billi tipprovdi servizzi ta’ konsulenza jew ta' pariri.

c) L-AKK tikser l-Artikolu 6 (2) fir-rigward tal-Anness I it-Taqsima B il-punt 4, it-tielet subparagrafu billi ma tiżgurax li l-provvediment ta’ servizz anċillari ma jippreżentax kunflitt ta’ interess bl-attività tagħha ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu.

d) L-AKK tikser l-Artikolu 4(3) billi tapprova klassifikazzjoni tal-kreditu maħruġa f’pajjiż terz mingħajr ma jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kif elenkati fl-Artikolu 4(3)(a) sa (h).

e) L-AKK tikser l-Artikolu 6(2) fir-rigward tal-Anness I it-Taqsima A il-punt 2 it-tielet subparagrafu billi ma taħtarx l-għadd meħtieġ ta’ membri indipendenti fil-bord amministrattiv jew superviżorju.

f) L-AKK tikser l-Artikolu 6(2) fir-rigward tal-Anness I it-Taqsima A il-punt 2 ir-raba’ subparagrafu l-ewwel jew it-tieni sentenza billi tistabbilixxi sistema ta’ kumpens għall-membri indipendenti relatata mal-prestazzjoni tan-negozju tal-AKK jew billi tistabbilixxi l-mandat għal perjodu li jaqbeż ħames snin.

g) L-AKK tikser l-Artikolu 6(2) fir-rigward tal-Anness I it-Taqsima A il-punt 6 billi ma tiżgurax li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li jippermettu li l-funzjoni ta’ konformità twettaq ir-responsabiltajiet tagħha kif jixraq u b’mod indipendenti kif iddefinit fl-Anness I it-Taqsima A il-punt 6 (a) sa (d).

h) L-AKK tikser l-Artikolu 7(2) billi ma tiżgurax li persuna msemmija f’dak l-Artikolu tibda jew tipparteċipa f’negozjati rigward imposti jew ħlasijiet.

i) L-AKK tikser l-Artikolu (3) fir-rigward tal-Anness I it-Taqsima C il-punt 1 billi ma tiżgurax li persuna rilevanti ma tixtrix jew ma tbigħx jew ma tidħolx fi tranżazzjoni ma’ strument finanzjarju affettwat.

j) L-AKK tikser l-Artikolu 7(3) fir-rigward tal-Anness I it-Taqsima C il-punt 2 billi ma tiżgurax li persuna rilevanti ma tipparteċipax jew ma tinfluwenzax id-determinazzjoni ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu.

k) L-AKK tikser l-Artikolu 7(3) fir-rigward tal-Anness I it-Taqsima C il-punt 3(b), (c) u (d), billi ma tiżgurax li persuna rilevanti ma tiżvelax jew ma tużax jew ma tikkondividix informazzjoni kunfidenzjali.

l) L-AKK tikser l-Artikolu 7(3) fir-rigward tal-Anness I it-Taqsima C il-punt 4 billi ma tiżgurax li persuna rilevanti ma titlobx jew ma taċċettax flus, rigali jew favuri.

m) L-AKK tikser l-Artikolu 7(3) fir-rigward tal-Anness I it-Taqsima C il-punt 7 billi ma tiżgurax li persuna rilevanti ma tassumix pożizzjoni maniġerjali ewlenija.

n) L-AKK tikser l-Artikolu 7(4) fir-rigward tal-Anness I it-Taqsima C il-punt 8(a) billi ma tiżgurax li l-analista ewlieni tal-klassifikazzjoni mhuwiex involut f’attivitajiet ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu relatati mal-istess entità kklassifikata jew il-partijiet terzi relatati tagħha għal perjodu li jaqbeż erba’ snin.

o) L-AKK tikser l-Artikolu 7(4) fir-rigward tal-Anness I it-Taqsima C il-punt 8(b) billi ma tiżgurax li l-analista tal-klassifikazzjoni mhuwiex involut f’attivitajiet ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu relatati mal-istess entità kklassifikata jew il-partijiet terzi relatati magħha għal perjodu li jaqbeż ħames snin.

p) L-AKK tikser l-Artikolu 7(4) fir-rigward tal-Anness I it-Taqsima C il-punt 8(c) billi ma tiżgurax li persuna li tapprova l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu mhijiex involuta f’attivitajiet ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu relatati mal-istess entità kklassifikata jew il-partijiet terzi relatati magħha għal perjodu li jaqbeż seba’ snin.

q) L-AKK tikser l-Artikolu 7(4) fir-rigward tal-Anness I it-Taqsima C il-punt 8 t-tieni subparagrafu billi ma tiżgurax li persuna rilevanti mhijiex involuta f’attivitajiet ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu fi żmien sentejn mit-tmiem tal-perjodi msemmija.

r) L-AKK tikser l-Artikolu 7(5) billi tintroduċi kumpens u evalwazzjoni tal-prestazzjoni kontinġenti fuq l-ammont ta’ dħul li l-AKK jiksbu mingħand l-entitajiet ikklassifikati jew partijiet terzi relatati.

s) L-AKK tikser l-Artikolu 8(5) billi ma tissorveljax il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu tagħha jew billi ma tirrevedix il-klassifikazzjonijiet jew il-metodoloġiji tal-kreditu tagħha fuq bażi kontinwa u mill-inqas kull sena.

t) L-AKK tikser l-Artikolu 8(6) (b) billi ma tirrevedix, jew ma tirrevedix fil-ħin, il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu affettwati meta l-metodoloġiji, il-mudelli jew l-ipoteżijiet ewlenin tal-klassifikazzjoni jinbidlu.

u) L-AKK tikser l-Artikolu 8(6)(c) billi ma tikklassifikawx mill-ġdid klassifikazzjoni tal-kreditu jekk l-effett ikkombinat ġenerali tal-bidliet fil-metodoloġiji, il-mudelli jew l-ipoteżijiet tal-klassifikazzjonijiet jaffettwaw din il-klassifikazzjoni tal-kreditu.

v) L-AKK li titlob aċċess għall-websajt ta’ min joħroġ strument finanzjarju strutturat jew parti terza relatata tikser l-Artikolu 8a(2)(a) jekk ma jkollhiex is-sistemi u l-istruttura organizzattiva fis-seħħ biex tiżgura l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni miksuba b'dan il-mod.

w) L-AKK tikser l-Artikolu 8a(2)(b) meta tonqos milli tipprovdi, fuq bażi ta’ kull sena, klassifikazzjonijiet għal tal-anqas 10% tal-istrumenti finanzjarji strutturati li għalihom tkun talbet aċċess għall-informazzjoni fuq il-websajt ipprovduta mill-emittent jew parti terza relatata.

x) L-AKK tikser l-Artikolu 10(2) fir-rigward tal-Anness I it-Taqsima D il-Parti I il-punt 4 t-tieni paragrafu bil-ħruġ ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu jew billi ma tirtirax klassifikazzjoni eżistenti.

II. Ksur relatat mal-ostakli għall-attivitajiet superviżorji

a) L-AKK tikser l-Artikolu 6(2) fir-rigward tal-Anness I it-Taqsima B il-punt 7(a) sa (h) billi ma tagħmilx arranġamenti għal reġistri jew sekwenzi ta’ verifika kif meħtieġ minn dawn id-dispożizzjonijiet.

b) L-AKK tikser l-Artikolu 6(2) fir-rigward tal-Anness I it-Taqsima B il-punt 8 l-ewwel subparagrafu billi ma żżommx reġistri jew sekwenzi ta’ verifika għal tal-anqas ħames snin jew billi ma tagħmilx dawk ir-reġistri jew sekwenzi ta’ verifika disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti.

c) L-AKK tikser l-Artikolu 6(2) fir-rigward tal-Anness I it-Taqsima B il-punt 9 billi ma żżommx ir-rekords għat-tul taż-żmien tar-relazzjoni mal-entità kklassifikata jew il-parti terza relatata magħha.

d) L-AKK tikser l-Artikolu 11(2) billi ma tagħmilx disponibbli l-informazzjoni meħtieġa jew billi ma tipprovdix dik l-informazzjoni fil-format meħtieġ.

e) L-AKK tikser l-Artikolu 11(3) fir-rigward tal-Anness I it-Taqsima E il-Parti II il-punt 2 billi ma tipprovdix il-listi meħtieġa.

f) L-AKK tikser t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(3) billi ma tinnotifikax jew ma tinnotifikax fil-ħin lill-AETS dwar bidliet materjali fil-kundizzjonijiet tar-reġistrazzjoni inizjali.

III. Ksur relatat mad-dispożizzjonijiet dwar l-iżvelar

a) L-AKK tikser l-Artikolu 6(2) fir-rigward tal-Anness I it-Taqsima B il-punt 2 billi ma tiżvelax l-ismijiet tal-entitajiet kklassifikati jew tal-partijiet terzi relatati li mingħandhom tirċievi aktar minn 5 % tad-dħul annwali tagħha.

b) L-AKK tikser l-Artikolu 6(2) fir-rigward tal-Anness I it-Taqsima B il-punt 4 t-tielet subparagrafu billi ma tiżvelax fir-rapport finali servizz anċillari pprovdut lill-entità kklassifikata jew lill-parti terza relatata magħha.

c) L-AKK tikser l-Artikolu 8(1) billi ma tiżvelax il-metodoloġiji, il-mudelli u l-ipoteżijiet ewlenin tal-klassifikazzjoni li tuża fl-attivitajiet tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tagħha.

d) L-AKK tikser l-Artikolu 8(6) a) billi ma tiżvelax minnufih il-firxa potenzjali tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu affettwati meta l-metodoloġiji, il-mudelli jew l-ipoteżijiet ewlenin tal-klassifikazzjoni jinbidlu.

f) L-AKK tikser l-Artikolu 8b(1) billi ma tiżvelax minnufih fil-websajt protetta minn password l-informazzjoni skont l-Artikolu 8b(1)(a) u (b).

g) L-AKK tikser l-Artikolu 8b(2) billi ma tagħtix aċċess għall-websajt lil aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati jew iċċertifikati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 8a(2).

h) L-emittent ta' strument finanzjarju strutturat jew parti terza relatata jikser/tikser l-Artikolu 8a(2) billi ma jipprovdix/tipprovdix aċċess għall-websajt protetta minn password li huwa/hija jimmaniġġja/timmaniġġja, lil aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 8a(2).

i) L-AKK tikser l-Artikolu 8a(2) billi timponi fuq l-emittent jew parti terza relatata kwalunkwe dispożizzjoni li għandha l-għan li tostakola l-aċċess għall-websajt lil kwalunkwe aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu li titlob dan u tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 8a(2).

j) L-AKK tikser l-Artikolu 10(2) fir-rigward tal-Anness I it-Taqsima D il-Parti I il-punt 1, il-punt 2(a) sa (e), il-punt 4 l-ewwel subparagrafu jew il-punt 5 jew il-Parti II il-punti 1, 2, 3 jew 4 billi ma tipprovdix l-informazzjoni kif meħtieġ minn dawn id-dispożizzjonijiet meta tippreżenta klassifikazzjoni.

k) L-AKK tikser l-Artikolu 10(2) fir-rigward tal-Anness I it-Taqsima D il-Parti I il-punt 3 billi ma tinformax lill-entità kklassifikata tal-anqas 12-il siegħa qabel il-pubblikazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

l) L-AKK tikser l-Artikolu 10(3) billi ma tiżgurax li jintuża simbolu addizzjonali li jiddistingwi l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu għall-istrumenti finanzjarji strutturati minn klassifikazzjonijiet tal-kreditu oħra.

m) L-AKK tikser l-Artikolu 10(4) billi ma tiżvelax il-politiki u l-proċeduri tagħha rigward il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu mhux mitluba.

n) L-AKK tikser l-Artikolu 10(5) billi ma tipprovdix l-informazzjoni kif meħtieġ minn dan l-Artikolu jew billi ma tidentifikax klassifikazzjoni tal-kreditu mhux mitluba.

o) L-AKK tikser l-Artikolu 11(1) billi ma tiżvelax jew ma taġġornax informazzjoni relatata mal-kwistjonijiet stabbiliti fl-Anness I, il-Parti I, it-Taqsima E.

p) L-AKK tikser l-Artikolu 12 billi ma tippubblikax, jew ma tippubblikax fil-ħin, rapport dwar it-trasparenza inkluża l-informazzjoni stabbilita fil-Parti III tat-Taqsima E tal-Anness I."

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

biex tintuża għal kwalunkwe proposta jew inizjattiva sottomessa lill-awtorità leġiżlattiva

(L-Artikoli 28 tar-Regolament Finanzjarju u 22 tar-regoli implimentattivi)

1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1. Titolu tal-proposta/inizjattiva

1.2. Qasam/oqsma tal-politika konċernata/i fl-istruttura ABM/ABB

1.3. Natura tal-proposta/inizjattiva

1.4. Objettiv(i)

1.5. Bażi għall-proposta/inizjattiva

1.6. Tul taż-żmien u impatt finanzjarju

1.7. Metodu/i ta’ ġestjoni previst(i)

2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1. Regoli ta’ monitoraġġ u rappurtar

2.2. Sistema ta' ġestjoni u kontroll

2.3. Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

3. IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1. Titolu/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u tal-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata/i

3.2. Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1 Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2 Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

3.2.3 Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.4 Kompatibilità mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

3.2.5 Parteċipazzjoni minn partijiet terzi fil-finanzjament

3.3. Impatt stmat fuq id-dħul

I. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva

Ir-Regolament (KE) Nru xxx tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar l-aġenziji li jiggradaw [jikklassifikaw] il-kreditu

1.2. Qasam/oqsma tal-politika konċernata/i fl-istruttura ABM/ABB[20]

Suq Intern – Swieq finanzjarji

1.3. Natura tal-proposta/inizjattiva

( Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida

( Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja [21]

( Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

( Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

1.4. Għanijiet

1.4.1 L-objettiv(i) strateġiku/ċi multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

Il-fatt li l-ESMA tiġi fdata b’setgħat superviżorji sejjer iwassal biex is-superviżjoni tal-AKK fil-Komunità ssir aktar effiċjenti u effettiva.

Dan il-qafas superviżorju aktar effettiv sejjer jiżgura aħjar il-konformità tal-AKK mar-rekwiżiti sostantivi tar-Regolament dwar l-AKK u b’hekk jikkontribwixxi għall-objettivi strateġiċi ġenerali tal-Kummissjoni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, jiġifieri biex tkun żgurata l-istabilità tas-swieq finanzjarji, biex tisseddaq il-protezzjoni tal-investitur u biex tisseddaq it-trasparenza fis-swieq finanzjarji.

1.4.2 Objettiv(i) speċifiku/ċi u l-attività/ajiet ABM/ABB konċernata/i

Objettiv speċifiku

Ġew identifikati l-objettivi li ġejjin tal-miżura proposta:

1. L-iżgurar ta' superviżjoni effettiva tal-AKK fl-UE;

2. Semplifikazzjoni tal-arkitettura superviżorja għas-sorveljanza tal-AKK, u

3. L-iżgurar ta’ ċertezza legali għall-AKK u l-investituri.

Ġew iddefiniti għadd ta’ objettivi operattivi li jirriżultaw minn dawn l-objettivi:

1. Li jkun żgurat punt ta’ kuntatt uniku għall-AKK u kompetenzi ċari,

2. Li jkunu żgurati kisbiet fl-effikaċja tal-proċess tar-reġistrazzjoni u s-superviżjoni,

3. Li tkun żgurata applikazzjoni konsistenti tar-regoli sostantivi tar-Regolament dwar l-AKK,

4. Li jkun żgurat allinjament aħjar tal-inċentivi għall-awtoritajiet superviżorji biex ilaħħqu mal-attività pan-Ewropea tal-entitajiet taħt superviżjoni

Attività/ajiet ABM/ABB konċernata/i

1.4.3 Riżultat(i) mistenni(ja) u l-impatt

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

1. Superviżjoni aktar effettiva tal-AKK fl-UE li sejra sseddaq il-kwalità u t-trasparenza tal-attività tal-klassifikazzjoni għall-benefiċċju tal-investituri u l-istabilità finanzjarja

2. Punt ta’ kuntatt uniku u kompetenzi ċari li jnaqqsu l-piż għall-entitajiet taħt superviżjoni u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali

3. Applikazzjoni konsistenti tar-regoli sostantivi tar-Regolament dwar l-AKK sejra ttejjeb iċ-ċertezza legali għall-industrija tal-AKK u sejra ttejjeb il-kwalità u t-trasparenza tal-attività tal-klassifikazzjoni.

4. Kisbiet fl-effikaċja tal-proċess tar-reġistrazzjoni u s-superviżjoni Dan sejjer inaqqas il-piż għall-entitajiet taħt superviżjoni, is-superviżuri u l-aħħar iżda mhux l-inqas l-Ewropej li jħallsu t-taxxi.

1.4.4. Indikaturi tar-riżultati u l-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

1. Riżultat mistenni: Superviżjoni aktar effettiva tal-AKK fl-UE

- L-għadd ta’ ksur tar-Regolament dwar l-AKK

- L-għadd ta’ sanzjonijiet u ħlasijiet ta' penali imposti b’reazzjoni għall-ksur

- L-għadd ta’ spezzjonijiet fil-post

- L-għadd ta’ miżuri superviżorji

2. Riżultat mistenni: Li jkun stabbilit punt ta’ kuntatt uniku għall-AKK taħt superviżjoni u kompetenzi ċari

Indikaturi:

• L-għadd ta’ awtoritajiet superviżorji involuti fil-proċess tar-reġistrazzjoni/superviżjoni

• L-għadd ta’ kunflitti ta’ kompetenzi bejn awtoritajiet involuti fis-superviżjoni tal-AKK

3. Riżultat mistenni: Applikazzjoni konsistenti tar-regoli sostantivi tar-Regolament dwar l-AKK

Indikaturi:

• L-għadd ta’ ksur tar-Regolament dwar l-AKK

• L-għadd ta' lmenti li jaslu għand il-Kummissjoni mingħand l-AKK/utenti tal-klassifikazzjonijiet

• L-għadd ta' appelli mill-AKK lill-AETS/ Qrati

4. Riżultat mistenni: Kisbiet fl-effikaċja tal-proċess tar-reġistrazzjoni u s-superviżjoni

Indikatur:

• Il-perjodu taż-żmien meħtieġ għar-reġistrazzjoni (mis-sottomissjoni tal-applikazzjoni sal-ħruġ tad-deċiżjoni dwar ir-reġistrazzjoni)

• Il-perjodu taż-żmien biex jittieħdu miżuri superviżorji (mill-individwazzjoni tal-ksur ta’ regola għall-adozzjoni ta’ miżura superviżorja)

• L-għadd ta' persunal involut fis-superviżjoni tal-AKK

1.5. Bażi għall-proposta/inizjattiva

1.5.1 Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfatt(i) fuq medda qasira jew medda twila ta’ żmien

Fuq medda qasira ta’ żmien, l-AETS għandha tkun fdata bis-setgħa li tirreġistra u li tissorvelja l-AKK li sejrin jiġġeneraw kisbiet fl-effikaċja, superviżjoni aktar effettiva u jsaħħu l-applikazzjoni konsistenti tar-Regolament dwar l-AKK. Fuq medda twila ta’ żmien, il-miżura sejra twassal għal konformità aħjar tal-AKK mar-regoli tar-Regolament dwar l-AKK u b’hekk ittejjeb il-kwalità u t-trasparenza tal-attività tal-klassifikazzjoni.

L-AETS sejra tkun fdata bis-superviżjoni tal-AKK għal perjodu mhux stabbilit.

1.5.2 Il-valur miżjud tal-involviment tal-UE

Għalkemm il-qafas superviżorju attwalment preskritt mir-Regolament dwar l-AKK għadu ma ġiex implimentat, diġà huwa possibbli li jkunu identifikati ċerti nuqqasijiet li jenfasizzaw il-ħtieġa għal involviment Komunitarju. Dawk in-nuqqasijiet u l-konsegwenzi ewlenin tagħhom għall-AKK u s-superviżuri huma (ara t-Taqsima 3 tal-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja din il-proposta):

• Multipliċità ta’ superviżuri involuti u riskji ta’ kunflitti fuq il-kompetenzi;

• Riskju ta’ applikazzjoni diverġenti u inkonsistenti tar-Regolament dwar l-AKK f’atti individwali minn awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri;

• Proċess tar-reġistrazzjoni u tas-superviżjoni li huwa ta’ piż u

jieħu ħafna ħin;

• Riskju ta’ inċentivi allinjati ħażin u n-nuqqas ta’ perspettiva Komunitarja tas-superviżuri nazzjonali

Kif intwera fl-valutazzjoni tal-impatt, jekk l-AETS tiġi fdata bir-reġistrazzjoni u s-superviżjoni tal-AKK, dan sejjer jirrimedja jew itejjeb b’mod sinifikanti dawk il-problemi.

1.5.3 Lezzjonijiet mitgħallma minn esperjenzi simili fil-passat

Din hija l-ewwel darba li setgħat superviżorji diretti fuq istituzzjonijiet finanzjarji qed jingħataw lill-Awtorità Superviżorja Ewropea.

1.5.4 Koerenza u sinerġija possibbli ma’ strumenti rilevanti oħrajn

Din il-proposta hija koerenti mal-abbozz tar-Regolament li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (COM (2009) 503) tat-23.09.2009.

1.6. Tul taż-żmien u impatt finanzjarju

( Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien mingħajr limitu

1. 7. Metodu(i) ta’ ġestjoni previst(i) [22]

( Ġestjoni ċentralizzata diretta mill-Kummissjoni

( Ġestjoni indiretta ċentralizzata bid-delegazzjoni tal-kompiti tal-implimentazzjoni lil:

( aġenziji eżekuttivi

( korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[23]

( korpi nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b’missjoni tas-servizz pubbliku

( persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

( Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

( Ġestjoni deċentralizzata ma’ pajjiżi terzi

( Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali ( li jridu jiġu speċifikati )

Jekk ikun indikat aktar minn mod wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fit-Taqsima tal-“Kummenti”.

Kummenti

2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1. Regoli ta’ monitoraġġ u rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

L-Artikolu 66 tal-abbozz tar-Regolament li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq jipprovdi għal evalwazzjoni tal-esperjenza miksuba bħala riżultat tal-ħidma tal-Awtorità fi żmien tliet snin mill-bidu effettiv tal-operat tagħha, li tkun tinkludi valutazzjoni tas-setgħat tal-AETS ta’ superviżjoni diretta fuq l-AKK. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport ġenerali li għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2.2. Sistema ta' ġestjoni u kontroll

2.2.1 Riskju/i identifikat/i

Twettqet valutazzjoni tal-impatt ta’ din il-proposta dwar emendi għar-Regolament dwar l-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu li identifikat il-punti pożittivi u dawk negattivi ta’ għażliet politiċi differenti biex ikunu indirizzati l-problemi identifikati.

Ir-riskju ta’ finanzjament tal-attivitajiet tal-AETS mill-imposti tal-industrija fl-ewwel sena tal-operat tagħha (2011) kien eliminat billi ġie pprovdut għal finanzjament mill-baġit Komunitarju/ Stati Membri kif previst fir-Regolament dwar l-AETS (proporzjon ta’ 40/60).

2.2.2 Metodu/i ta’ kontroll previst(i)

Sistemi ta’ ġestjoni u kontroll kif hemm ipprovdut għalihom fl-abbozz ta' Regolament dwar l-AETS sejrin japplikaw ukoll fir-rigward tas-superviżjoni tal-AKK.

Is-sett ta’ indikaturi finali biex tkun ivvalutata l-prestazzjoni tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq fil-qasam tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu sejjer ikun deċiż mill-Kummissjoni meta titwettaq l-ewwel evalwazzjoni meħtieġa. Għall-valutazzjoni finali, l-indikaturi kwantitattivi sejrin ikunu importanti daqs l-evidenza kwalitattiva miġbura fil-konsultazzjonijiet. L-evalwazzjoni għandha tiġi ripetuta kull tliet snin.

2.3. Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti.

Għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) sejrin japplikaw għall-AETS mingħajr l-ebda restrizzjoni.

L-Awtorità għandha taċċetta l-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej rigward l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u għandha tadotta minnufih dispożizzjonijiet xierqa għall-persunal kollu tal-Awtorità.

Id-deċiżjonijiet dwar il-finanzjament u l-ftehimiet u l-istrumenti implimentattivi li jirriżultaw minnhom għandhom jistipulaw b’mod espliċitu li l-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF jistgħu, jekk ikun hemm il-ħtieġa, iwettqu kontrolli fil-post fuq il-benefiċjarji ta’ flejjes imħallsa mill-Awtorità kif ukoll fuq il-persunal responsabbli għall-allokazzjoni ta’ dawn il-flejjes.

3. IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1. Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u tal-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata/i

- Linji tal-baġit tan-nefqa eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi u l-linji tal-baġit tal-qafas finanzjarju multiannwali.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali | Linja tal-baġit | Tip ta’ nefqa | Kontribuzzjoni |

Numru 1A…… Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi | AD/AMD ([24]) | mill-pajjiżi tal-EFTA[25] | mill-pajjiżi kandidati[26] | minn pajjiżi terzi | fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju |

12.0404.01. Sussidju tal-AETS skont it-Titoli 1 u 2 (Nefqa tal-persunal u nefqa amministrattiva) | Diff | IVA | LE | LE | LE |

12.0404.02 AETS – Sussidju skont it-Titolu 3 (Nefqa operattiva) | Diff | IVA | LE | LE | LE |

3.2. Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1 Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

Miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: | 1A | Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi |

DĠ: MARKT | Sena 2011 | Sena 2012 | Sena 2013 | TOTAL |

( Approprjazzjonijiet operattivi |

Miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

3.2.3.2 Rekwiżiti stmati ta' riżorsi umani

Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima għandha titfisser f’ammonti sħaħ (jew sa mhux aktar minn ċifra waħda wara l-punt deċimali)

Sena 2011 | Sena 2012 | Sena 2013 |

( Karigi fil-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji) |

XX 01 01 01 (Kwartieri ġenerali u l-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni) | 4 | 4 | 4 |

( Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għal Full Time: FTE) |

TOTAL | 4 | 4 | 4 |

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji | Jadottaw deċiżjonijiet dwar multi u deċiżjonijiet dwar ħlasijiet perjodiċi ta’ penali fuq l-AKK fuq proposta tal-AETS skont l-Artikoli 36 u 36a tal-proposta, inklużi l-inkjesti tagħhom stess, is-smigħ tal-AKK u l-persuni konċernati, iwieġbu għal talbiet għal aċċess għal fajls, jiddefendu d-deċiżjonijiet dwar multi u ħlasijiet perjodiċi ta’ penali quddiem il-Qrati u jiġbru l-multi u l-ħlasijiet perjodċu ta’ penali. Għall-2011 l-erba' (4) karigi kollha sejrin ikunu allokati mill-ġdid fid-DĠ MARKT. Minħabba l-limitazzjonijiet baġitarji marbuta mal-impenn attwali tal-Kummissjoni li ma titlobx aktar karigi sal-2013, ir-riżorsi umani meħtieġa se jkunu mill-persunal tad-DĠ li diġà huma assenjati bil-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew allokati mill-ġdid fid-DĠ, flimkien ma', jekk ikun meħtieġ, kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ ta' ġestjoni taħt l-proċedura ta' allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limiti baġitarji. Tal-anqas kariga waħda se tiġi allokata mill-ġdid bl-użu tar-riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ta’ ġestjoni (allokazzjoni mill-ġdid interna). |

- 3.2.4 Kompatibilità mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

( Proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali.

( Proposta/inizjattiva tinvolvi l-ipprogrammar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju multiannwali.

Azzjoni ġdida tal-Kummissjoni

( Proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibilità jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali.

3.2.5 Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

Il-proposta/inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Sena 2011 | Sena 2012 | Sena 2013 | Total |

Speċifika l-korp tal-kofinanzjament | 60% tal-ħtiġijiet totali mill-Istati Membri, permezz tas-Superviżuri Nazzjonali tal-UE (mekkaniżmu ta’ finanzjament standardizzat tal-AETS propost) | L-ebda kofinanzjament. Superviżjoni tal-AKK iffinanzjata b’mod sħiħ permezz tal-imposti |

TOTAL approprjazzjonijiet kofinanzjati | 1,501 | 0 | 0 | 1,501 |

3.3. Impatt stmat fuq id-dħul

( Il-proposta għandha implikazzjonijiet finanzjarji fuq id-dħul. Skont il-proposta, il-Kummissjoni tista’ timponi multi u ħlasijiet perjodiċi ta’ penali fuq l-AKK (ara l-Artikolu 36, 36a). Huwa diffiċli li wieħed jipprevedi l-ammont ta’ multi u ħlasijiet perjodiċi ta’ penali li l-Kummissjoni tista’ timponi fuq l-AKK għax dan jiddependi fost affarijiet oħrajn, fuq il-konformità futura tal-AKK mar-Regolament.

ANNESS għad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva għal Proposta għal Regolament li jemenda r-Regolament Nru 1060/2009 dwar l-aġenziji li jiggradaw [jikklassifikaw] il-kreditu

Metodoloġija applikata u l-ipoteżijiet bażi ewlenin

Il-kostijiet relatati mas-superviżjoni diretta tal-AKK mill-AETS ġew stmati skont tliet kategoriji ta' kostijiet: l-ispejjeż tal-persunal, l-ispejjeż tal-infrastruttura u l-ispejjeż tal-operazzjonijiet, f’konformità mal-klassifikazzjoni fl-abbozz tal-baġit ġenerali tal-AETS (ara d-dikjarazzjoni finanzjarja li takkumpanja l-proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-AETS mit-23.09.2009 COM(2009) 503).

Skont l-istimi attwali mingħand is-segretarjat tal-KRTE u l-istimi tal-Kummissjoni stess, l-attività ta’ sorveljanza tal-AKK se tkun teħtieġ 12-il membru tal-persunal ġdid (6 aġenti temporanji u 6 esperti nazzjonali ssekondati) minbarra t-tliet (3) membri tal-persunal li attwalment qed jaħdmu fuq l-AKK mal-KRTE u li huma koperti mill-abbozz tal-baġit għall-AETS diġà prevista fl-abbozz tar-Regolament dwar l-AETS.

Il-ħtieġa għal żieda fl-għadd ta' persunal tirrifletti l-kompiti ġodda relatati mas-superviżjoni diretta tal-AKK li l-awtorità tkun trid twettaq minbarra r-responsabbiltajiet preċedenti tagħha fil-qasam tal-AKK (pereżempju l-għoti ta’ pariri lill-Kummissjoni, l-iżvilupp ta’ linji gwida u standards tekniċi vinkolanti, it-tħaffif tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, medjazzjoni).

Dawn il-kompiti ġodda huma stabbiliti fir-Regolament propost u spjegati aktar fil-memorandum ta’ spjegazzjoni (4.3.3. u 4.3.4.). Huma jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, ir-reġistrazzjoni tal-AKK lokalizzati fil-Komunità, iċ-ċertifikazzjoni ta’ AKK iżgħar lokalizzati f’pajjiżi terzi, is-superviżjoni ta’ kuljum ta’ AKK rreġistrati, il-ħtieġa ta’ kuntatti regolari mal-maniġment/ persunal tal-entitajiet taħt superviżjoni, il-kooperazzjoni ma’ superviżuri ta’ pajjiż terz rigward l-AKK ta’ pajjiż terz, it-tweġib ta’ mistoqsijiet, ilmenti jew talbiet minn awtoritajiet kompetenti nazzjonali, AKK jew investituri, il-monitoraġġ tal-konformità tal-AKK mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament dwar l-AKK, il-ħtieġa ta’ informazzjoni mingħand l-AKK jew persuni involuti fl-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni, it-twettiq ta’ spezzjonijiet fil-post, il-kontroll tar-rekords u s-smigħ ta’ persuni dwar ksur allegat tar-Regolament. L-AETS sejra jkollha wkoll is-setgħa li tirtira r-reġistrazzjoni u twettaq miżuri superviżorji oħrajn kif elenkat fl-Artikolu 24 tar-Regolament u li titlob lill-Kummissjoni biex timponi multi u ħlas perjodiku ta’ penali fuq l-AKK li jkunu fi ksur tar-Regolament, tipprovdi evidenza rigward il-ksur u tipproponi l-ammont tal-multa jew il-ħlas tal-penali.

Skont l-informazzjoni li għandna, madwar 50 AKK sejrin japplikaw għar-reġistrazzjoni u, meta jkunu ġew irreġistrati, dawn jeħtieġ li jkunu kkontrollati mill-AETS. Meta wieħed iqis l-għadd ta' AKK li sejrin ikunu taħt superviżjoni, l-għadd, it-tip u l-kumplessità tal-kompiti li jridu jitwettqu mill-AETS u xi indikazzjonijiet ġenerali dwar l-għadd tal-persunal li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jipprevedu għar-registrazzjoni u s-superviżjoni taħt il-qafas attwali, l-għadd ta’ 12-il kariga addizzjonali għall-KRTE huwa xieraq.

L-ispjegazzjoni dettaljata tal-għadd tal-persunal stmat skont il-kategoriji differenti hija ppreżentata fit-Tabella 3.

L-impatt tal-lok tal-AETS f’Pariġi tqies ukoll bl-applikazzjoni tal-koeffiċjent tal-korrezzjoni rilevanti li jirrifletti l-kostijiet tal-ħajja f’Pariġi.

L-evoluzzjoni tal-ispejjeż tal-persunal fis-snin sussegwenti tiddependi fost affarijiet oħrajn fuq l-għadd ta' entitajiet taħt superviżjoni iżda mill-perspettiva ta’ llum ma nistennewx tibdil sinifikanti.

Iċ-ċifri taħt it-Titolu 2 relatati mal-kost tal-infrastruttura kienu bbażati fuq il-kontribut mill-istimi tal-KRTE u l-Kummissjoni. Il-KRTE pprovda stimi tal-ispejjeż tiegħu f’din il-kategorija, abbażi tal-estrapolazzjoni tal-kostijiet reali tiegħhu marbuta mat-tmexxija ta’ uffiċji u l-amministrazzjoni fil-postijiet attwali tiegħu. Billi Pariġi hija fost l-aktar postijiet kummerċjali għoljin fl-Ewropa, naturalment, l-istima tal-kostijiet qabżet il-livelli medji għall-aġenziji regolatorji tal-UE. Il-kostijiet għat-traduzzjoni tar-reġistrazzjonijiet u deċiżjonijiet oħrajn sejrin ikunu sinifikanti minħabba li s-sistema tal-lingwi tal-UE sejra tapplika b’mod sħiħ għall-AETS.

Kostijiet ta’ operazzjoni ġodda marbuta mas-superviżjoni diretta tal-AKK huma marbuta mal-ġbir tal-informazzjoni. Dan jinkludi t-tħaddim ta’ bażi ta’ dejta ġdida għas-superviżjoni diretta tal-AKK. Barra minn hekk, is-setgħa ġdida tal-AETS li twettaq spezzjonijiet fil-post teħtieġ riżorsi ġodda.

Il-metodi tal-kalkolu tal-baġit tal-AETS huma ppreżentati fit-Tabella 2.

Skont l-Artikolu 48 (1) c) tar-Regolament tal-AETS, id-dħul tal-AETS jista’ jinkludi wkoll kwalunkwe imposta mħallsa lill-Awtorità fil-każijiet speċifikati fil-leġiżlazzjoni rilevanti. L-Artikolu 19 tal-proposta jipprevedi li n-nefqa tal-AETS meħtieġa għar-reġistrazzjoni u s-superviżjoni tal-AKK skont ir-Regolament għandha tkun koperta b’mod sħiħ mill-imposti ċċarġjati lill-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu. It-tipi ta' imposti, il-kwistjonijiet li għalihom għandhom jitħallsu l-imposti u l-ammont tal-imposti għandhom skont l-Artikolu 19 (2) jiġu stabbiliti minn att iddelegat tal-Kummissjoni li jiġi adottat matul l-2011 u li mistenni jidħol fis-seħħ fil-bidu tal-2012. Fl-2011, is-sena ta’ tranżizzjoni, ir-riżorsi għas-superviżjoni diretta tal-AKK għandhom jaslu mill-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri u l-Komunità skont il-proporzjon previst fl-abbozz tar-Regolament dwar l-AETS (kontribuzzjonijiet ta’ 40 % mill-Komunità u 60 % mill-Istati Membri). Il-kostijiet tas-superviżjoni tal-AKK fl-2011 għandhom jiġu kklejmjati lura mill-industrija tal-AKK meta jidħol fis-seħħ l-att iddelegat.

Tabella 1: Bagit stmat għall-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq relatat mas-superviżjoni diretta tal-AKK

F’eluf ta’ €

2011 | 2012 | 2013 |

Titolu 1 – Kostijiet tal-persunal | 1574,8 | 1574,8 | 1574,8 |

Persunal superjuri / espert: |

Aġenti temporanji | 847,8 | 847,8 | 847,8 |

Esperti nazzjonali ssekondati | 507 | 507 | 507 |

Persunal amministrattiv u persunal ieħor ta’ appoġġ: |

Benefiċċji tal-persunal | 203,2 | 203,2 | 203,2 |

Taħriġ tal-persunal: ġenerali | 7,2 | 7,2 | 7,2 |

Nefqa relatata mar-reklutaġġ tal-persunal | 9,6 | 9,6 | 9,6 |

Titolu 2 – Nefqa fuq il-bini, it-tagħmir u l-amministrazzjoni | 628 | 628 | 628 |

Kiri ta’ bini u spejjeż assoċjati | 216 | 216 | 216 |

Teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni | 72 | 72 | 72 |

Proprjetà mobbli u kostijiet assoċjati | 12 | 12 | 12 |

Nefqa amministrattiva attwali | 12 | 12 | 12 |

Posta / Telekomunikazzjonijiet | 36 | 36 | 36 |

Spejjeż tal-laqgħat / Spejjeż tal-ivvjaġġar | 180 | 180 | 180 |

Traduzzjonijiet | 100 | 100 | 100 |

Titolu 3 - Operazzjonijiet | 300 | 300 | 300 |

Ġbir ta’ informazzjoni: żvilupp | 150 | 150 | 150 |

Spezzjonijiet fil-post | 150 | 150 | 150 |

TOTAL | 2502,8 | 2502,8 | 2502,8 |

Li minnhom il-kontribuzzjoni Komunitarja | 1001,12 | 0 | 0 |

Li minnhom il-kontribuzzjoni tal-Istati Membri (awtoritajiet superviżorji nazzjonali jew il-ministeri tal-finanzi) | 1501,68 | 0 | 0 |

Imposti u taxxi mill-industrija tal-AKK | 0 | 2502,8 | 2502,8 |

Sors: Il-Kummissjoni u l-KRTE, stimi u kalkoli

Tabella 2: Baġit stmat tal-AETS relatat mas-superviżjoni diretta tal-AKK fl-ewwel sena tal-operat (2011) inklużi ipoteżijiet dwar kalkoli

F’eluf ta’ €

Titolu 1 – Kostijiet tal-persunal | 1574,8 |

Total tal-persunal: | 12 | Kost annwali medju kull ras (abbażi tal-linji gwida tad-DĠ BUDG u pariri tat-3L3) |

Koeffiċjent ta’ korrezzjoni (adattament għall-għoli tal-ħajja) | Pariġi | 1,158 |

Aġenti temporanji | 6 | 141,3 (122x1,158) | 847,8 |

Esperti nazzjonali ssekondati | 6 | 84,5 (73x1,158) | 507 |

Benefiċċji tal-persunal | 15% tat-total tal-kostijiet tal-persunal | 203,2 |

Taħriġ tal-persunal: ġenerali | Ammont medju kull persuna (dejta tal-COM) | 0,6 | 7,2 |

Nefqa relatata mar-reklutaġġ tal-persunal | Bħala medja, 3 kandidati intervistati għal kull kariga | 0,8 | 9,6 |

Titolu 2 – Nefqa fuq il-bini, it-tagħmir u l-amministrazzjoni | 628 |

Kiri ta’ bini u spejjeż assoċjati | Dejta u stimi tal-KRTE | 18 | 216 |

Teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni | Dejta u stimi tal-KRTE | 6 | 72 |

Proprjetà mobbli u spejjeż assoċjati | Dejta u stimi tal-KRTE | 1 | 12 |

Nefqa amministrattiva attwali | Dejta u stimi tal-KRTE | 1 | 12 |

Posta / Telekomunikazzjonijiet | Dejta u stimi tal-KRTE | 3 | 36 |

Spejjeż tal-ivvjaġġar u l-laqgħat | Dejta u stimi tal-KRTE | 15 | 180 |

Traduzzjonijiet | Stimi tal-Kummissjoni | 100 |

Titolu 3 - Operazzjonijiet | 300 |

Ġbir ta’ informazzjoni | Stabbiliment u adattament ta’ sistemi tal-IT (sistema u bażi tad-dejta ġodda għas-superviżjoni diretta tal-AKK) | 150 |

Spezzjonijiet fil-post | Stimi tal-KRTE | 150 |

TOTAL | 2502,8 |

Sors: Il-Kummissjoni u l-KRTE, stimi u kalkoli

Tabella 3: Pjan ta' Stabbiliment (preliminari)

Grupp tal-kariga u grad |

2011 | 2012 | 2013 |

AD 16 |

AD 15 |

AD 14 |

AD 13 |

AD 12 |

AD 11 | 1 | 1 | 1 |

AD 10 | 1 | 1 | 1 |

AD 9 | 2 | 2 | 2 |

AD 8 | 1 | 1 | 1 |

AD 7 | 1 | 1 | 1 |

AD 6 |

AD 5 |

Total ta' AD | 6 | 6 | 6 |

Sors: Il-Kummissjoni[pic][pic][pic][pic][pic][pic]

[1] Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, Nixprunaw l-Irkupru Ewropew, 4.3.2009, COM(2009) 114 finali

[2] Dawn huma l-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej (KSBE), il-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (KSEAPX) u l-Kumitat tar-Regolaturi ta’ Titoli Ewropej (KRTE).

[3] Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Superviżjoni Finanzjarja Ewropea, 27.5.2009, COM(2009) 252 finali

[4] Ir-Regolament dwar l-Aġenziji li Jiggradaw il-Kreditu adottat mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fi xx ta’ Settembru 2009.

[5] Kunsill Ewropew tat-18/19. ta' Ġunju 2009, Konklużjonijiet tal-Presidenza, N. 20.

[6] L-Artikolu 4 (3) tar-Regolament dwar aġenziji li jiggradaw [jikklassifikaw] il-kreditu

[7] L-Artikolu 5 tar-Regolament dwar aġenziji li jiggradaw [jikklassifikaw] il-kreditu

[8] ĠU C , , p. .

[9] ĠU C , , p. .

[10] ĠU C , , p. .

[11] COM(2009) 114 finali.

[12] COM(2009) 252 finali.

[13] ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

[14] ĠU L 228, 16.8.1973, p. 3.

[15] ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1.

[16] ĠU L 323, 9.12.2005, p. 1.

[17] ĠU L 25, 29.1.2009, p. 23.

[18] ĠU L 25, 29.1.2009, p. 28.

[19] ĠU L 191, 13.7.2001, p. 45.

[20] ABM: Ġestjoni Abbażi tal-Attivitajiet – ABB: Ibbaġitjar Abbażi tal-Attivitajiet.

[21] Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

[22] Id-dettalji dwar il-modi ta' ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fuq is-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[23] Kif hemm referenza għalihom fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

[24] AD = Approprjazzjonijiet differenzjati / AMD = Approprjazzjonijiet Mhux differenzjati

[25] EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

[26] Pajjiżi kandidati u, fejn huwa applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

[27] Għajnuna u nefqa teknika u/jew amministrattiva b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (preċedentemant linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.