10.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/3


OPINJONI TAL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-4 ta’ Marzu 2010

dwar rakkomandazzjoni dwar il-ħatra tal-Viċi-President tal-Bank Ċentrali Ewropew

(CON/2010/19)

2010/C 58/03

Introduzzjoni u bażi legali

Fil-24 ta’ Frar 2010 il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-ħatra tal-Viċi-President tal-Bank Ċentrali Ewropew.

Il-kompetenza tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 283(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Osservazzjonijiet Ġenerali

1.

Ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill, li se tiġi ppreżentata lill-Kunsill Ewropew u li dwarha qed jiġu kkonsultati l-Parlament Ewropew u l-Kunsill Governattiv tal-BĊE, tirrakkomada illi Vítor CONSTÂNCIO jinħatar bħala l-Viċi-President tal-BĊE għal mandat ta’ tmien snin b’effett mill-1 ta’ Ġunju 2010.

2.

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE huwa tal-fehma illi l-kandidat propost huwa persuna ta’ pożizzjoni rikonoxxuta u li għandu esperjenza professjonali f’affarijiet monetarji u bankarji kif mitlub mill-Artikolu 283(2) tat-Trattat.

3.

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE m’għandu ebda oġġezzjoni għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill biex jaħtar lil Vítor CONSTÂNCIO bħala l-Viċi-President tal-BĊE.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-4 ta’ Marzu 2010.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET