25.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/11


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet ristrettivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-1 ta’ Lulju 2008 rigward abbozz ta' deċiżjoni dwar il-każ COMP/39.125 – PO/Carglass (1)

Rapporteur: IL-Litwanja

2009/C 173/07

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-evalwazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea tal-fatti bħala ftehim u/jew prattika miftiehma fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 81 tat-Trattat u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-iskop tal-ksur li jikkorrispondi, għall-prodott kollu, mal-fornitura tal-partijiet tal-ħġieġ tal-karozzi lill-impriżi li jimmanifatturaw il-vetturi.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li l-iskop ġeografiku ta’ dan il-każ hu ż-ŻEE, peress li l-bejgħ tal-partijiet tal-ħġieġ tal-karozzi huma fornuti lill-impriżi li jimmanifatturaw il-karozzi fiż-ŻEE.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-imġiba illegali, li tikkorrispondi mal-ftehimiet u/jew mal-prattiki miftehma li jikkordinaw il-prezzijiet, ifornu strateġiji, jaqsmu bejniethom il-klijenti kif ukoll il-monitoraġġ u japplikaw mekkaniżmu ta’ kumpens biex iżommu ċerta stabbiltà tas-sehem mis-suq.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li l-ksur beda mill-inqas fl-10 ta’ Marzu 1998 u dam sa mill-inqas il-11 ta’ Marzu 2003.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li l-iskambju tal-informazzjoni bejn il-kumpaniji relevanti hu inerenti fil-prattiki illegali u jagħmel parti integrali minnhom.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li l-għan u l-effetti tal-prattiki illegali msemmija huma restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 81 tat-Trattat u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE u li huma kapaċi jfixklu l-kompetizzjoni.

8.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni li l-prattiki illegali msemmija huma parti minn skema globali biex jintlaħaq għan ekonomiku antikompetittiv wieħed, u b’hekk jikkostitwixxi ksur wieħed, kontinwu u kumpless tal-Artikolu 81 tat-Trattat u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE.

9.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li l-Artikolu 81(3) tat-Trattat jista’ jiġi implimentat fil-każ attwali.

10.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tad-destinatarji tad-deċiżjoni, speċifikament b'referenza għall-attribuzzjoni ta' responsabbiltà lill-kumpaniji possedenti tal-gruppi kkonċernati.

11.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li għandha tiġi imposta multa fuq id-destinatarji tal-abbozz ta' deċiżjoni.

12.

Il-maġġoranza tal-Kumitat Konsultattiv taqbel mar-raġunament tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-ammont bażiku tal-multi kif ukoll dwar iċ-ċirkustanżi mitiganti u aggravanti. Minoranza tastjeni.

13.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea dwar l-applikazzjoni tal-avviż tal-2002 tal-Kummissjoni dwar li ma jiġux imposti jew li jitnaqqsu l-multi, inkluż ir-rifjut li tingħata l-immunità.

14.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

BELGIË/BELGIQUE

BULGARIA

ČESKÁ REPUBLIKA

DANMARK

DEUTSCHLAND

 

 

 

 

 

Mr Dirk VERTONGEN

 

 

 

Mr Tobias GLASS


EESTI

ÉIRE-IRELAND

ELLADA

ESPAÑA

FRANCE

 

 

 

 

 

 

Mr. John BURKE

 

Mr. Oswaldo GARCIA-HERNAN

Ms Catherine AMIEL


ITALIA

KYPROS/KIBRIS

LATVIJA

LIETUVA

LUXEMBOURG

 

 

 

 

 

Mr Flavio PAPADIA

 

 

Ms Giedre JARMALYTE

 


MAGYARORSZÁG

MALTA

NEDERLAND

ÖSTERREICH

POLSKA

 

 

 

 

 

 

 

Ms. HIJMANS

Mr KOPRIVNIKAR

 


Il-PORTUGALL

ROMANIA

SLOVENIJA

SLOVENSKO

SUOMI-FINLAND

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ms Pirjo ASPINEN


SVERIGE

UNITED KINGDOM

 

 

Mr. Peter DELDEN

Mr Terry BUTLER