19.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/8


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni li tħassar u tieħu post il-Komunikazzjoni Nru 178/05 tal-31 ta' Lulju 2009 dwar l-organizzazzjoni awtorizzata biex toħroġ iċ-ċertifikati tal-awtentiċità fil-kuntest tar-Regolament (KE) Nru 620/2009

2009/C 195/03

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 617/2009 tat-13 ta' Lulju 2009, ippubblikat f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 182 tal-15 ta' Lulju 2009, infetħet kwota tariffarja għall-importazzjoni tal-laħam tal-bovini ta' kwalità għolja.

L-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 620/2009 tat-13 ta’ Lulju 2009 jippreċiża li t-tqegħid fil-kummerċ ħieles tal-prodotti importati skont din il-kwota huwa soġġett għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat tal-awtentiċità.

L-awtoriità li ġejja hija awtorizzata toħroġ iċ-ċertifikati tal-awtentiċità fil-kuntest ta' dan ir-Regolament.

Food Safety and Inspection Service (FSIS) of the United States Department of Agriculture (USDA)

Washington D.C., 20250

UNITED STATES OF AMERICA