29.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 176/10


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

2009/C 176/04

Għajnuna Nru: XA 436/08

Stat Membru: Spanja

Reġjun: Castilla y León (provincia de Salamanca)

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Subvenciones dirigidas a asociaciones y cooperativas de ganaderos para la financiación de sistemas de control lechero, anualidad 2009

Bażi legali: Proyecto de bases reguladoras de la convocatoria de subvenciones dirigidas a asociaciones y cooperativas de ganaderos para la financiación de sistemas de control lechero, anualidad 2009

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont globali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: In-nefqa ppjanata għall-iskema ta' għajnuna għall-2008 huwa ta' EUR 20 500 (għoxrin elf u ħames mitt euro), bi kreditu globali ta' EUR 12 000 (tnax-il elf euro) għall-kooperattivi u kreditu globali ta' EUR 8 500 (tmint elef u ħames mitt euro) għall-għaqdiet.

Intensità massima tal-għajnuna: L-ammont massimu tas-sussidju ma jistax jaqbeż il-50 % tal-ispejjeż eliġibbli, jew l-ammont ta' EUR 12 000 għall-kooperattivi u EUR 8 500 għall-għaqdiet applikanti.

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru ta' reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.

Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għajnuna individwali: Sal-31.12.2009

Għan tal-għajnuna: L-għan ta' dan is-sussidju huwa li jippromwovi ż-żamma u t-titjib tal-kwalità ġenetika tal-popolazzjoni tal-bhejjem ta' Salamanca, permezz ta' kontrolli tal-livelli tal-kwalità tal-ħalib u l-ġenetika tal-annimali tal-ispeċijiet bovini, tan-nagħaġ u tal-mogħoż li jipproduċu l-ħalib. Dawn il-kontrolli għandhom jitwettqu mill-għaqdiet u l-kooperattivi tat-trobbija tal-bhejjem fil-provinċja ta' Salamanca.

Din l-iskema ta’ għajnuna ssir fil-qafas tal-Artikolu 16(1)(b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju li huma attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli.

L-ispejjeż eliġibbli, għall-għaqdiet kif ukoll għall-kooperattivi tat-trobbija tal-bhejjem, huwa dawk kurrenti li mingħajr l-ebda dubju huma direttament marbutin mal-attività sussidjata (it-twettiq ta' programmi għad-determinazzjoni tal-kwalità ġenetika jew ir-rendiment tal-bhejjem), relatati ma':

Verifiki mwettqa minn partijiet terzi għad-determinazzjoni tal-kwalità ġenetika jew ir-rendiment tal-bhejjem.

It-taxxi indiretti mhumiex eliġibbli.

Is-settur(i) benefiċjarju/I: Is-settur tat-trobbija tal-bhejjem

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Excma. Diputación Provincial de Salamanca

C/Felipe Espino, 1

37002 Salamanca

ESPAÑA

Indirizz tal-internet: http://www.lasalina.es/areas/eh/ProyConvocatorias/2009/ControlLechero.pdf

Tagħrif ieħor: Dan is-sussidju huwa kompatibbli ma' kwalunkwe sussidju, għajnuna, riżorsa jew dħul ieħor għall-attività sussidjata mogħtija minn kwalunkwe awtorità jew organizzazzjoni pubblika, privata, nazzjonali, Komunitarja jew internazzjonali, dejjem jekk ma jinqabżux il-limiti kwantitattivi tal-għajnuna stabbiliti fl-Artikolu 16(1)(b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 (sa 70 % tal-ispejjeż tal-verifiki mwettqa).

Jekk l-applikant ikun ingħata għajnuna oħra, għall-istess għan, li ma tkunx kompatibbli ma' dik mogħtija mill-Gvern Lokali, għandu japplika l-Artikolu 33 tar-Real Decreto 887/2006, de 21 de julio 2006, por el que se aprueba el Reglamento de la Ley General de Subvenciones.

Madankollu, l-ammont tas-sussidji li jingħataw mill-Gvern Lokali fl-ebda każ ma jista' jkun ta' ammont li, waħdu jew flimkien ma' sussidji, għajnuna, dħul u riżorsi oħra, jaqbeż l-ispejjeż tal-attività sussidjata.

Bl-istess mod, is-sussidju mhuwiex kompatibbli mal-ebda sussidju, għajnuna, riżors jew dħul ieħor għall-istess attività sussidjata, mogħtija mill-Gvern Lokali ta’ Salamanca sew permezz ta’ konċessjoni diretta, sew permezz ta’ proċedura ta’ konkors kompetittiv, fejn l-ispejjeż eliġibbli jistgħu jikkoinċidu.

Il-benefiċjarji tas-sussidju għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stipulati fl-Artikolu 16(1)(b) tar-Regolament, li skonthom għandhom jiġu esklużi mill-għajnuna l-kontrolli regolari tal-kwalità tal-ħalib.

Għajnuna Nru: XA 167/09

Stat Membru: Ir-Renju Unit

Reġjun: L-Irlanda ta' Fuq

Titlu tal-iskema tal-Għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: BSE testing of cattle over 48 Months of age slaughtered for human consumption (Northern Ireland)

Bażi legali: SR 2008 No 508 — Transmissible Spongiform Encephalopathies Regulations (Northern Ireland) 2008; Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001; Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/908/KE

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew l-ammont kumplessiv tal-għajnuna individwali mogħti lill-impriża: GBP 4,60 miljun Sterlina mħallsa fuq perjodu ta' 6 snin

Intensità massima tal-għajnuna: 100 %

Data tal-implimentazzjoni:

Tul ta' żmien tal-iskema jew l-għoti tal-għajnuna individwali:

Għan tal-għajnuna: Settur tat-trobbija tal-bhejjem (Art. 16 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)

Settur(i) konċernat(i): A1 – Il-produzzjoni tal-uċuħ tar-raba’ u l-bhejjem, il-kaċċa u l-attivitajiet tas-servizz relatati

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Department of Agriculture and Rural Development

Dundonald House

Upper Newtownards Road

Belfast

BT4 3SB

Northern Ireland

UNITED KINGDOM

Indirizz tas-sit elettroniku: http://www.dardni.gov.uk/index/animal-health/animal-diseases/bse/active-surveillance.htm

Tagħrif ieħor: L-għajnuna konċernata tirrigwarda l-provediment ta' servizz sabiex jgħin lill-Irlanda ta' Fuq tkun konformi mar-rekwiżiti mandatorji tal-UE għall-eżaminazzjoni tal-BSE fil-bhejjem bovini ta’ iktar minn 48 xahar għall-konsum tal-bniedem. Hija għajnuna indiretta — il-bidwi ma għandux għalfejn japplika u ma jirċevix ħlas. Id-dettalji tad-Dipartiment tal-monitoraġġ tat-TSE jinstabu fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment u ġie pprovdut indirizz elettroniku.

Din l-iskema għandha tapplika għall-għajnuna trasparenti mogħtija lill-impriżi agrikoli (farms) żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli ġewwa l-Irlanda ta' Fuq.

L-ispejjeż eliġibbli huma l-ispejjeż tat-test tat-TSE (l-ispejjeż kollha, inkluż dawk għall-kits tat-testijiet, u t-teħid, it-trasport, l-eżaminazzjoni, il-ħażna u d-distruzzjoni tal-kampjuni, meħtieġa għat-testijiet li jsiru b'konformità mal-Anness X, Kapitolu C tar-Regolament (KE) Nru 999/2001. L-Iskema se tkopri sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli imma se tkun limitata għall-massimu ta' EUR 40 kull test b'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) 1857/2006.