17.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/16


Il-pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għal prodotti agrikoli u għal prodotti tal-ikel (titlu mhux uffiċjali)

(2009/C 38/10)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). L-istqarrijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

SINTEŻI

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“BŘEZNICKÝ LEŽÁK”

Nru tal-KE: CZ-PGI-0005-0398-19.10.2004

DPO ( ) IĠP (X)

Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott b'għan informattiv.

1.   Id-Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru

Isem:

Úřad průmyslového vlastnictví

Indirizz:

Antonína Čermáka 2a, 160 68 Praha 6, Česká republika

Tel.

+420 220383111

Fax

+420 224324718

Email:

posta@upv.cz

2.   Grupp

Isem:

Pivovar Herold Březnice, a. s.

Indirizz:

Pivovar Herold, 262 72 Březnice, Česká republika

Tel.

+420 318682047

Fax

+420 318682546

posta elettronika:

herold@heroldbeer.com

Kompożizzjoni:

Prodotturi/Proċessuri ( X ) Oħrajn ( )

Din l-applikazzjoni tidderoga mill-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 minħabba l-fatt li fiż-żona jeżisti produttur wieħed biss. Ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1898/2006 huma sodisfatti peress li l-applikant huwa l-unika produttur fiż-żona definita u, minħabba l-użu tal-ilma lokali bil-proprjetajiet karatteristiċi, “Březnický ležák” hija differenti minn birer magħmula fiż-żoni fil-qrib (ara 4.6).

3.   It-tip ta' Prodott

Klassi 2.1: Birra

4.   Speċifikazzjoni

(Sinteżi tar-rekwiżiti skond l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1.   Titlu: “Březnický ležák”

4.2.   Spjegazzjoni: “Březnický ležák” hija birra ffermentata moderatament għal medju kkaratterizzata minn togħma delikata imma distintivament morra, b'togħma qawwija fil-palat, kulur rikk dehbi ta' 8-12,5 EBC, livell għoli ta' freskezza b'aroma nadifa ta' ħops u mingħajr togħmiet estranji, pH ta' 4,41-4,74, ċarezza ta' 0,30-0,52 EBC, kontenut tal-alkoħol ta' 4,69-5,53 u estratt oriġinali ta' 11,00-12,99 %.

Materja prima:

Ingredjenti bażiċi:

Malt minn xgħir imsajjar, li għandu jkun konformi mal-parametri li ġejjin:

ħops imfarrak mill-varjetà Žatecký poloraný červeňák, estratt tal-ħops, zokkor prodott mill-pitravi taz-zokkor, u jintuża ilma mill-bjar artesjani u mħaffrin. Ingredjenti oħra: il-ħmira għall-produzzjoni tal-birra, aċidu askorbiku. L-ilma jrid ikun mill-muniċipalità ta' Březnice.

4.3.   Iż-żona ġeografika: Il-muniċipalità ta' Březnice.

4.4.   Prova tal-oriġini: Ir-reġistrazzjonijiet tal-fornimenti u tal-fornituri tal-ingredjenti jinżammu mill-produttur u ippreservati għal-skopijiet ta' kontrolli sussegwenti. Jinżammu wkoll ir-reġistrazzjonijiet tax-xerrejja tal-prodotti kompluta. Jitwettaq kontroll dwar il-konformità mal-ispeċifikazzjoni u jiġi rreġistrat skond kull lott ta' birra. Il-kontroll jitwettaq mill-persunal tal-birrerija u, kif rikjest, minn laboratorju estern u ovvjament minn korp ta' monitoraġġ kompetenti, Státní zemědělská a potravinářská inspekce (L-Awtorità għall-Agrikoltura Ċeka u għall-Ispezzjoni tal-Ikel).

L-ilma użat għall-produzzjoni tal-birra huwa kkontrollat fl-laboratorju estern akkreditat. Jitwettqu l-analiżijiet mikrobijoloġiċi, bijoloġiċi u kimiċi. Il-bjar reġistrati minn fejn jiġi l-ilma huma sors tal-ilma magħruf.

Kull lott huwa mmonitorjat għall-kwalità u l-konformità mal-ispeċifikazzjoni matul il-proċess tal-produzzjoni kollu: Il-kwalità tax-xgħir, il-konformità mal-parametri applikati lix-xgħir mitħun u mgħolli, il-progress fil-kamra tal-fermentazzjoni, il-parametri applikabbli fit-tankijiet fejn titħalla toqgħod il-birra u r-riżultati tal-filtrazzjoni jiġu kontrollati kollha.

4.5.   Metodu ta' produzzjoni: “Březnický ležák” tiġi prodotta bl-użu ta' teknoloġija tradizzjonali. L-ingredjenti bażiċi huma x-xgħir (għall-proprjetajiet, ara 4.2), ħops ippreparat (ara 4.2), estratt tal-ħops, pitrava taz-zokkor, ilma, ħmira għall-produzzjoni tal-birra, aċidu askorbiku. Il-metodu ta' produzzjoni:

Il-produzzjoni tax-xgħir: ix-xgħir jista' jinxtara jew jiġi prodott fil-birrerija u l-produzzjoni ssegwi l-metodu klassiku: Ix-xgħir jitħalla fl-ilma (f'tankijiet fondi għal perjodu ta' 72 siegħa sakemm il-livell ta' umdità jilħaq 45-46 %), il-ġerminazzjoni (fuq il-qiegħa fejn ixerrdu dan ix-xgħir għal bejn 6-7 ijiem, b'temperatura tal-massa ta' bejn 12 u 22 °C), it-tnixxif (fil-forn għal 2 x 24 siegħa f'temperatura ta' bejn 25-85 °C), it-tindif u l-ħażna.

Il-preparazzjoni tax-xgħir: l-użin, it-tifrik.

Il-post fejn tiġi prodotta l-birra (l-ingredjenti primarji huma x-xgħir mfarrak u l-ilma, u l-post fejn tiġi prodotta l-birra jkollu disinn sempliċi u klassiku b'żewġ reċipjenti, u jintuża metodu ta' dekozzjoni ta' mmaxxjar doppju għal bejn 8-9 sigħat): it-taħlit (għal 20 minuta fl-ilma b'temperatura ta' 37 °C, jibqa jissaħħan għal 52 °C għal 20 minuta), immaxxjar (metodu ta' dekozzjoni ta' mmaxxjar doppju): l-ewwel maxx titpoġġa f'kitla (il-bdil tal-istrutturi kimiċi tal-proteini għal 15-il minuta f'temperatura ta' bejn 62-64 °C, sakkarifikazzjoni għal 30 minuta f'temperatura ta' bejn 72-74 °C, titgħalla għal 20 minuta, titgħadda minn sifun għal ġewwa bittija, it-temperatura tiżdied għal 65 °C), it-tieni maxx titpoġġa fil-kitla (sakkarifikazzjoni għal 30 minuta f'temperatura ta' bejn 72-74 °C, titgħalla għal 25 minuta, immaxxjar għal 200 minuta b'temperatura ta' 75 °C fil-bittija, tissaffa miz-zokkor żejjed (titħalla toqgħod għal 30 minuta); titraxxax biex tirtab, tissaffa l-ewwel taħlita ta' xgħir mitħun, it-taħlita ewlenija ta' xgħir mitħun, jintefa' r-raxx, għal total ta' madwar 130 minuta; Tinħareġ l-ewwel taħlita msajra ta' xgħir mitħun, jitgħalla l-ħop (jiżdiedu l-ħops u z-zokkor, 90-120 minuta, ħoppjar fi 3 stadji: 1. Fil-bidu tal-proċess tal-ewwel taħlita ta' xgħir mitħun, 2 taħlit ta' xgħir mitħun, fil-bidu ta' tgħollija tal-ħop, 3,20 minuta qabel it-tmiem tat-tgħollija tal-ħops).

Titħalla tibred t-taħlita ħħoppjata ta' xgħir mitħun: is-separazzjoni u t-tneħħija tal-qamħ użat (ġewwa belliegħa tal-ilma tonda), titħalla tibred it-taħlita ta' xgħir mitħun għat-temperatura ta' fermentazzjoni ta' bejn 6-9 °C).

Il-kamra tal-fermentazzjoni ( il-fermentazzjoni ġewwa tankijiet miftuħa minn 7 sa 9 ijiem f'temperatura bejn 6-11,5 °C filwaqt li l-ħmira tal-produtturi tal-birra li tkun qed tiffermenta fil-qiegħ tkun qiegħda attiva): Il-kultura tal-ħmira distillata tiżdied mat-taħlita ta' xgħir mitħun (0,5 litru ta' ħmira għal kull ettolitru ta' taħlita tax-xgħir), pitching, fermentazzjoni primarja (f'temperatura ambjentali ta' 10 °C).

Il-kantina fejn titħalla toqgħod il-birra: jiżdiedu l-istabbilizzaturi, is-saturazzjoni ta' CO2, kjarifikazzjoni, il-fermentazzjoni sekondarja (tankijiet magħluqa fejn titħalla toqgħod il-birra, 45-70 jum, bit-temperatura tal-kantina bejn 2-4 °C).

It-tisfija tal-birra: it tisfija (filter tax-xemgħa dijatomiku), it-tieni tisfija (filter ta' folja sterilizzanti).

It-tankijiet tal-birra mdawwla: jiġu miżjuda l-antiossidanti u dijossidu tal-karbonju.

It-tiswib (fi fliexken jew btieti), l-ippakkjar, il-ħażna, il-kunsinna.

It-tiswiba fi fliexken (fliexken tan-0,5 litru u 0,335 litru): Il-ħasil tal-fliexken f'ħassiel tal-fliexken, il-monitoraġġ tal-indafa tal-fliexken, il-mili tal-fliexken, il-pastorizzazzjoni, l-ittikkettjar, l-ippakkjar (jitpoġġew f'qartalli jew f'kaxxi tal-kartun, il-kunsinna.

It-tiswiba fi btieti (btieti tat-30 litru u 50 litru): il-pastorizzazzjoni f'leħħa (flash pasteurisation, il-mili tal-btieti, l-ippakkjar, il-kunsinna.

Il-produzzjoni tal-birra trid tilħaq l-istadju tat-tieni fermentazzjoni, it-tisfija u t-trasferiment għat-tankijiet tal-birra mdawwla fiż-żona definita. It-tiswib, l-ippakkjar, il-ħażna u l-kunsinna jistgħu jsiru xi mkien ieħor.

4.6.   Ir-rabta: L-ewwel referenza miktuba lill-birrerija fi Březnice tmur lura għall-1506. Inbniet birrerija barokka ġdida fis-seklu 18, u ġiet sussegwentement mibnija mill-ġdid u estiża. Fl-1945 saret il-proprjetà tal-Istat taċ-Ċekoslovakkja. Madwar l-1960 l-iżvilupp tat-tħaffir fil-minjieri għall-uranju fil-viċinanza wassal għall-akbar tkabbir tal-birrerija fl-istorja tagħha. Bit-tnaqqis tat-tħaffir fil-minjieri għall-uranju, il-produzzjoni tal-birra naqset sew u l-birrerija kienet iddestinata biex tagħlaq. Madankollu fl-1989, Výzkumný ústav pivovarský a sladařský (l-Istitut tar-Riċerka għad-Distillazzjoni u x-Xgħir) ħa f'idejh il-ġestjoni tal-birrerija, bniha mill-ġdid u qajjem mill-ġdid il-produzzjoni tal-birra tradizzjonali ta' Březnice, li baqgħet sejra sa mill-1999 mill-uniku produttur attwali — il-kumpanija Pivovar Herold Březnice, a.s.

Ġeneralment jintuża l-ilma minerali tal-ogħla kwalità jiġi ppumpjat mill-bjar protetti artesjani u mħaffrin fil-muniċipalità ta' Březnice biex tiġi prodotta “Březnický ležák” u l-birra ta' Březnice. Il-bjar attwalment huma 14-16-il metru fondi u l-ispieri 37,5 u 61 metru fond. Huma stabbiliti fil-granodijoriti fiż-żona Plutonika tal-Boemja Ċentrali, massa differenzjata u varjata. Fit-termini ġeoloġiċi iż-żona madwar Březnice hija magħmula minn bijotit ta' grana medja blu fil-griż u bijotit amfiboliku granodijoriti. Il-konfini bejn iż-żona Plutonika tal-Boemja Ċentrali u l-metabasiti tal-Jílovské Belt jinsabu fil-qrib. Il-bjar u l-ispieri huma fornuti b'ilma minn xquq fil-blat u b'ilma miż-żona esposta għall-elementi bi xquq qrib wiċċ l-art kemm miż-żona Plutonika tal-Boemja Ċentrali u sa ċertu punt, mill-metabasiti tal-Jílovské Belt. Iċ-ċirkolazzjoni tal-ilma ta' taħt l-art permezz ta' xquq fil-granodijoriti hija pjuttost attiva minħabba il-livell sostanzjali ta' fissurazzjoni u tiġi supplimentata parzjalment biss minn tnixxija ta' preċipitazzjoni atmosferika peress li l-xquqmhumiex issiġillati. Il-kundizzjonijiet klimatiċi fiż-żona madwar Březnice jistgħu jiġu klassifikati bħala moderatament sħan bi preċipitazzjoni ftit taħt in-normal. It-togħma karatteristika tal-birra u l-effetti ta' benefiċċju għad-dieta li ġejjin mill-istess proċess teknoloġiku li jiddependi mhux biss fuq l-ingredjenti iżda wkoll fuq il-kompożizzjoni tal-ilma (il-komponenti ewlenin, traċċi ta' sustanzi u proporzjon ta' persentaġġ). Huwa prattikament impossibli biex issib żona oħra fejn, tuża l-istess teknoloġija mingħajr l-ilma miż-żona definita, tista' tiġi prodotta l-birra tal-istess kwalità u togħma

Id-denominazzjoni tal-oriġini “Březnický ležák” tniżżlet taħt in-Nru 148 fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini tar-Repubblika Ċeka fit-2 ta' April 1984.

4.7.   Korp ta' spezzjoni:

Isem:

Státní zemědělská a potravinářská inspekce, Inspektorát v Praze

Indirizz:

Za Opravnou 300/6, 150 00 Praha 5, Česká republika

Tel.

+420 257199512

Fax

+420 257199529

Email:

praha@szpi.gov.cz

4.8.   L-ittikkettar: —


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.