8.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 3/5


Aġġornament tal-lista tal-permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għal oħra tal-fruntieri (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 1, ĠU C 153, 6.7.2007, p. 5, ĠU C 192, 18.8.2007, p. 11, ĠU C 271, 14.11.2007, p. 14, ĠU C 57, 1.3.2008, p. 31, ĠU C 134, 31.5.2008, p. 14, ĠU C 207, 14.8.2008, p. 12)

(2009/C 3/04)

Il-pubblikazzjoni tal-lista tal-permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għal oħra tal-fruntieri (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f'konformità ma' l-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.

Flimkien mal-pubblikazzjoni fil-ĠU, aġġornament ta' kull xahar huwa disponibbli fuq is-sit internet tad-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà.

IL-ĠERMANJA

Emenda fl-informazzjoni ppubblikta fil-ĠU C 247, 13.10.2006

Sezzjoni I “Ġenerali” hija sostitwita b'dan li ġej:

“—

Aufenthaltserlaubnis

(permess ta' residenza)

Niederlassungserlaubnis

(permess ta' stabilizzazzjoni)

Erlaubnis zum Daueraufenthalt-EG

(permess ta' residenza permanenti -EU)

Aufenthaltskarte für Familienangehörige eines Unionsbürgers oder eines Staatsangehörigen eines EWR-Staates

(karta ta' residenza għal ċittadin tal-UE jew għall-membri familjari ta' ċittadin ta' Stat Membru li jagħmel parti miż-ŻEE)

Eine vor dem 28. August 2007 ausgestellte ‘Aufenthaltserlaubnis — EU für Familienangehörige von Staatsangehörigen eines Mitgliedstaates der Europäischen Union oder eines EWR-Staates, die nicht Staatsangehörige eines Mitgliedstaates der EU oder des EWR sind’, gilt gemäß §15 des Gesetzes über die allgemeine Freizügigkeit von Unionsbürgern als Aufenthaltskarte fort

(Taħt is-settur 15 tal-Att fuq il-moviment ħieles ġenerali ta' ċittadini tal-UE ‘Aufenthaltserlaubnis — EU für Familienangehörige von Staatsangehörigen eines Mitgliedstaates der Europäischen Union oder eines EWR-Staates, die nicht Staatsangehörige eines Mitgliedstaates der EU oder des EWR sind’ (permess ta' residenza għall-membri tal-familja ta' ċittadini ta' Stati Membri tal-UE jew iż-ŻEE, li ma jkunux ċittadini ta' Stati Membri tal-UE jew iż-ŻEE) li ġie maħruġ qabel it-28 ta' Awwissu 2007 jibqa' validu bħala karta ta' residenza)

Fiktionsbescheinigung

(ċertifikazzjoni interim) fejn tkun immarkata t-tielet kaxxa fuq il-paġna 3 ‘il-permess ta' residenza jibqa' effettiv (§ paragrafu 81(4) AufenthG))’. Id-dħul huwa possibbli biss meta marbut ma' permess ta' residenza jew viża skaduti. L-ewwel u t-tieni kaxxa mmarkati ma jippermettux b'mod espressiv dħul mingħajr viża.

Aufenthaltserlaubnis für Staatsangehörige der Schweizerischen Eidgenossenschaft und ihre Familienangehörigen, die nicht Staatsangehörige der Schweizerischen Eidgenossenschaft sind

(permess ta' residenza għal ċittadini Żvizzeri u għall-membri tal-familja tagħhom li ma jkunux ċittadini Żvizzeri)

Il-permessi li ġejjin maħruġa qabel l-1 ta' Jannar 2005 wkoll jintitolaw lid-detenturi li jidħlu mingħajr viża:

Aufenthaltserlaubnis für Angehörige eines Mitgliedstaates der EWG

(permess ta' residenza għaċ-ċittadini ta' Stat Membru tal-UE)

Aufenthaltsberechtigung für die Bundesrepublik Deutschland

(permess ta' residenza mingħajr limitu għar-Repubblika Federali tal-Ġermanja)

Aufenthaltsbewilligung für die Bundesrepublik Deutschland

(permess ta' residenza għal skop speċifiku għar-Repubblika Federali tal-Ġermanja)

Aufenthaltsbefugnis für die Bundesrepublik Deutschland

(permess ta' residenza eċċezzjonali għar-Repubblika Federali tal-Ġermanja)

Dawn il-permessi huma validi għad-dħul minflok viża biss jekk ikunu maħruġa f'passaport jew b'mod separat flimkien ma' passaport, u mhux jekk maħruġa bħala dokument intern minflok karta ta' l-identità.

Lanqas ma huma validi għal dħul mingħajr viża l-‘Aussetzung der Abschiebung (Duldung’ (differiment għal tkeċċija (permess eċċezzjonali biex wieħed jibqa')) jew l-‘Aufenthaltsgestattung für Asylbewerber’ (permess ta' residenza temporanju għal dawk li jkunu qegħdin ifittxu ażil).”

SPANJA

Sostituzzjoni tal-lista ppubblikta fil-ĠU C 247, 13.10.2006

Autorización de Regreso

(dħul mill-ġdid awtorizzazzjoni)

Modelo uniforme de permiso de residencia conforme al Reglamento no (CE) 1030/2002 del Consejo, de 13 de Junio de 2002.

(format uniformi għal permessi reżidenzjali skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002)

Tarjeta de extranjeros “régimen comunitario”

(Karta ta' l-identità ta' barrani “reġim Komunitarja”)

Tarjeta de extranjeros “estudiante”

(Karta ta' l-identità ta' barrani “student”)

Lista de personas que participan en un viaje escolar dentro de la Unión Europea

(Lista ta' persuni li jieħdu sehem f'ġita skolastika fl-Unjoni Ewropea)

Id-detenturi tal-karti ta' akkreditazzjoni validi li ġejjin maħruġa mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin jistgħu jidħlu mingħajr viża:

Karta ta' l-identita tal-ambaxxatur (aħmar)

Fuq il-qoxra ta' barra hemm miktub “Documento de Identidad Diplomático” (document ta' l-identità diplomatiku) bir-referenza “Embajador/Ambassador” fuq in-naħa tax-xellug; maħruġ lil ambaxxaturi akkreditati,

Karta ta' l-identità diplomatika (aħmar)

Fuq il-qoxra ta' barra hemm miktub “Documento de Identidad Diplomático” (Document ta' l-identità diplomatiku); maħruġ għal persunal bi status diplomatiku akkreditati għal missjonijiet diplomatiċi Fuq id-dokument tiżdied F meta dan jinħareġ għall-konjugi jew għat-tfal,

Karta ta' l-identità konsulari (aħdar skur)

Fuq il-qoxra ta' barra hemm miktub “Documento de Identidad” (Document ta' l-identità konsulari); maħruġ lil uffiċjali konsulari ta' karriera akkreditati fi Spanja. Fuq id-dokument tiżdied F meta dan jinħareġ għall-konjugi jew għat-tfal,

Karta tal-ħaddiem konsulari (aħdar ċar)

Fuq il-qoxra ta' barra hemm miktub “Tarjeta de Identidad Consular” (karta ta' l-identità Konsulari); maħruġ lill-uffiċjali konsulari ta' karriera akkreditati fi Spanja. Fuq id-dokument tiżdied F meta dan jinħareġ għall-konjugi jew għat-tfal,

Karta ta' l-identità għall-persunal ammistrattiv jew tekniku ta' missjoni diplomatika akkreditata (isfar)

Fuq il-qoxra ta' barra hemm miktub “Documento de Identidad Diplomático” (Document ta' l-identità diplomatiku); maħruġ lil uffiċjali amministrattivi fuq missjonijiet diplomatiċi akkreditati. Fuq id-dokument tiżdied F meta dan jinħareġ għall-konjugi jew għat-tfal,

Karta ta' l-identità għall-membri tal-persunal diplomatiku, amministrattiv u tekniku ta' organizzazzjonijiet internazzjonali u tal-uffiċċji tal-Unjoni Ewropea (ikħal)

Fuq il-qoxra ta' barra hemm miktub “Documento de Identidad Diplomático” (Document ta' l-identità diplomatiku); maħruġa lill-membri tal-persunal diplomatiku, amministrattiv u tekniku akkreditati f'organizzazzjonijiet internazzjonali u tal-uffiċċji tal-Unjoni Ewropea. Fuq id-dokument tiżdied F meta dan jinħareġ għall-konjugi jew għat-tfal,

Karta ta' l-identità lill-persunal domestiku tal-missjonijiet diplomatiċi, postijiet konsulari, organizzazzjonijiet internazzjonali u uffiċċji tal-Unjoni Ewropea u lill-persunal domestiku privat ta' uffiċjali diplomatiċi u konsulari akkreditati (griża)

Fuq il-qoxra ta' barra hemm miktub “Documento de Identidad Diplomático” (Document ta' l-identità diplomatiku); maħruġ lill-persunal fis-servizz domestiku tal-missjonijiet diplomatiċi, postijiet konsulari, organizzazzjonijiet internazzjonali u uffiċċji tal-Unjoni Ewropea u lill-persunal domestiku privat ta' uffiċjali diplomatiċi u konsulari akkreditati. Fuq id-dokument tiżdied F meta dan jinħareġ għall-konjugi jew għat-tfal,

Karta ta' l-identità għall-ġenituri tal-persunal akkreditati u għat-tfal tagħhom li għandhom bejn it-tmintax u t-tlieta u għoxrin sena (kannella ċar)

Fuq il-qoxra ta' barra hemm miktub “Tarjeta de Identidad” (Karta ta' l-identità); maħruġ għall-ġenituri tal-persunal akkreditat u għat-tfal tagħhom li għandhom bejn it-tmintax u t-tlieta u għoxrin sena.

L-UNGERIJA

Sostituzzjoni tal-lista ppubblikta fil-ĠU C 247, 13.10.2006

Permessi ta' residenza

Bevándoroltak és letelepedettek részére kiadott tartózkodási engedély, matrica nemzeti útlevélben elhelyezve

(Permess ta' residenza għal dawk li għandhom permess jew stiker ta' immigrazzjoni jew biex tissetilja, imwaħħal fuq il-passport tagħhom. maħruġ skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002

Data tal-ħruġ: mill-1 ta' Lulju 2007.

Fir-rubrika MEGJEGYZÉSEK (kummenti) fil-każ tat-tipi ta' permessi ta' residenza li ġejjin:

(a)

“bevándorlási engedély” — għal permess ta' immigrazzjoni;

(b)

“letelepedési engedély” — għal permess li tissetilja;

(c)

“ideiglenes letelepedési engedély” — għal permess ta' rsidenza temporanju;

(d)

“nemzeti letelepedési engedély” — għal permess li tissetilja nazzjonali;

(e)

“huzamos tartózkodási engedéllyel rendelkező-EK” — għal permess li tissetilja tal-UE)

Tartózkodási engedély

(Permess ta' residenza fil-forma ta' karta — flimkien ma' passaport nazzjonali maħruġ skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002)

Tartózkodási engedély

(Permess ta' residenza f'forma ta' stiker imwaħħal fuq passaport nazzjonali; maħruġ skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002)

Letelepedési engedély

(Permess ta' residenza permanenti, akkumpanjat minn passaport nazzjonali li jindika l-ħruġ ta' awtorizzazzjoni għal residenza permanenti

Tip: karta laminata

Data tal-ħruġ: bejn 2002-2004

Validità: sa ħames snin mid-data ta' ħruġ, iżda li ma jaqbiżx l-2009)

Tartózkodási engedély az Európai Gazdasági Térség Állampolgárai (EGT) és családtagjai számára

(Permess ta' residenza għaċ-ċittadini taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u għall-membri familjari tagħhom

Tip: karta laminata, dokument tal-karti b'kitba fuq żewġ naħat f'format ID-2 (105 x 75 mm) li għandu kopertura laminata li teħel bis-sħana

Maħruġ: mill-2004

Validità: sa ħames snin, iżda li ma taqbiżx id-29 ta' Ġunju 2012)

Állandó tartózkodási kártya

(Karta ta' residenza permanenti, flimkien ma' passaport nazzjonali

Data li fiha ġiet introdotta: L-1 ta' Lulju 2007, fuq il-bażi tal-Att I tal-2007 dwar id-dħul tal-persuni li għandhom id-dritt għal moviment u residenza ħielsa.

Fil-każ li l-karta ta' residenza hija maħruġa f'isem ċittadini taż-ŻEE u l-membri familjarji tagħhom li jgawdu mid-dritt għal residenza permanenti, din hija valida flimkien ma' karta ta' l-identità nazzjonali jew passaport nazzjonali.

Fil-każ ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, il-karta ta' residenza hija valida biss meta din tkun preżentata flimkien ma' passaport nazzjonali)

Tartózkodási kártya EGT állampolgár családtagja részére

(Karta ta' residenza għall-membri familjari taċ-ċittadini taż-ŻEE

Data li fiha ġiet introdotta: L-1 ta' Lulju 2007, fuq il-bażi tal-Att I tal-2007 dwar id-dħul tal-persuni li għandhom id-dritt għal moviment u residenza ħielsa; validità: perjodu massimu ta' ħames snin. Il-dokumenti tal-karta b'kitba fuq żewġ naħat huwa f'format ID-2, b'kopertura laminatata li teħel bis-sħana.

Fir-rubrika “EGYÉB MEGJEGYZÉSEK” (kummenti oħra): “tartózkodási kártya EGT állampolgár családtagja részére” (karta ta' residenza għall-membri familjari taċ-ċittadini taż-ŻEE)

Tartózkodási kártya magyar állampolgár harmadik ország állampolgárságával rendelkező családtagja részére

(Karta ta' residenza għall-membri familjari taċ-ċittdini Unġeriżi li jinsabu fil-pajjiżi terzi)

Tip: stiker imwaħħal fuq passaport nazzjonali

Data tal-ħruġ: Mill-1 ta' Lulju 2007, 'il quddiem

Validità: ħames snin mid-data ta' ħruġ

tabella “Tartózkodási engedély” (“Permess ta' residenza”)

Fir-rubrika ta' “AZ ENGEDÉLY TÍPUSA” (it-tip ta' permess): “Tartózkodási kártya” (karta ta' residenza)

Fir-rubrika “EGYÉB MEGJEGYZÉSEK” (kummenti): “tartózkodási kártya magyar állampolgár családtagja részére” (Karta ta' residenza għall-membri familjari taċ-ċittdini Unġeriżi li jinsabu fil-pajjiżi terzi)

Humanitárius tartózkodási engedély

(Permess ta' residenza umanitarja

Tip: f'forma ta' karta, akkumpanjata b'passaport nazzjonali; maħruġ skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002)

Rimarka:

Bil-permess ta' residenza umanitarja maħruġ għal persuni li jfittxu l-kenn politiku (bi qbil mas- Sezzjoni 29(1)(c) tal-Att II tal-2007) jew persuni li huma projbiti li jidħlu u jirrisjedu (skont Art.25 tal-Konvenzjoni li Timplimenta l-Ftehim Schengen) l-utent jista' joqogħod biss fl-Ungerija u ma jistax jivvjaġġja fi ħdan l-UE u lanqas jaqsam il-fruntieri esterni.

Dokumenti oħra:

A menedékes személyazonosságát és tartózkodási jogát igazoló dokumentum

(Dokument li jiċċertifika l-identità u d-dritt ta' residenza tal-benefiċjarji ta' protezzjoni temporanja flimkien mal-passaport nazzjonali; maħruġ skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002)

Menekült, illetve oltalmazott személyek részére kiadott magyar személyazonosító igazolvány menekültek esetén a konvenciós úti okmánnyal, oltalmazottak esetén a magyar hatóságok által kiállított úti okmánnyal együtt

(Karta ta' l-identità għal refuġjati u għal persuni li jgawdu mid-dritt għal protezzjoni sussidjarja

Fil-każ ta' refuġjati, hija valida flimkien ma' dokument ta' vjaġġar maħruġ skont il-Konvenzjoni ta' Ġeneva tal-1951

Fil-każ ta' persuni li jgawdu minn protezzjoni sussidjarja, hija valida meta ppreżentata ma' dokument ta' vjaġġar maħruġ f'isem persuni li jgawdu minn protezzjoni sussidjarja)

Diáklista

(Lista ta' persuni li jieħdu sehem f'ġita skolastika fi ħdan l-UE)

Igazolvány diplomáciai képviselők és családtagjaik részére

(Ċertifikat speċjali għal diplomatiċi u l-membri tal-familja tagħhom (karta ta' l-identità ta' diplomatiku), flimkien ma' viża D maħruġa mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, jekk tkun meħtieġa)

Igazolvány konzuli képviselet tagjai és családtagjaik részére

(Ċertifikat speċjali għal membri ta' karigi konsulari u l-membri tal-familja tagħhom (karta ta' l-identità konsulari), flimkien ma' viża D maħruġa mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, jekk tkun meħtieġa

Igazolvány képviselet igazgatási és műszaki személyzete és családtagjaik részére

(Ċertifikat speċjali għall-membri tal-istaff amministrattiv u tekniku ta' missjonijiet diplomatiċi u għall-membri tal-familja tagħhom, flimkien ma' viża D maħruġa mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, jekk tkun meħtieġa)

Igazolvány képviselet kisegítő személyzete, háztartási alkalmazottak és családtagjaik részére

(Ċertifikat speċjali għal staff ta' servizz ta' missjonijiet diplomatiċi, uffiċjali privati u l-membri tal-familja tagħhom, flimkien ma' viża D maħruġa mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, jekk tkun meħtieġa)