52009PC0323

Proposta għal regolament tal-Kunsill (KE) Nru .../… ta’ […] dwar l-introduzzjoni ta' l-euro (Verżjoni kkodifikata) /* KUMM/2009/0323 finali - CNS 2009/0083 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 1.7.2009

KUMM(2009) 323 finali

2009/0083 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru .../…

ta’ […]

dwar l-introduzzjoni ta' l-euro

(Verżjoni kkodifikata)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Fl-isfond ta’ Ewropa għall-poplu, il-Kummissjoni tisħaq li tissimplifika u tiċċara il-liġi tal-Komunita sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli liċ-ċittadin komuni u b’hekk toffrilu aktar opportunitajiet u ċ-ċans li juża d-drittijiet speċifiċi li tagħtih.

Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi b’mod sostanzjali, jibqgħu imferxin bejn l-att oriġinali u atti segwenti li jemendaw l-oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ riċerka mdaqqsa li tqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r-regoli preżenti.

Għalhekk hu essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tal-Komunita tkun ċara u trasparenti.

2. Għalhekk fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att leġislattiv għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, u tenfasizza li din hi kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw li jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anke wara inqas emendi biex jiżguraw li r-regoli tal-Komunita huma ċari u jinftiehmu malajr.

3. Il-Konklużjoni tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) ikkonfermaw dan[2], waqt li saħqu l-importanza tal- kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza għal-liġi applikabbli.

Il-kodifikazzjoni għandha sseħħ skond il-proċedura normali leġislattiva tal-Komunita.

Għalkemm l-ebda bidla sostanzjali ma tista ssir lill-atti li jiġu kkodifikati , il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu permezz ta’ ftehim interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 li jistgħu jużaw proċedura mgħaġġla għall-adozzjoni bikrija ta’ atti ta’ kodifikazzjoni.

4. L-għan ta’ din il-proposta hi li sseħħ il-kodifikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/98 tat-3 ta’ Mejju 1998 dwar l-introduzzjoni ta’ l-euro [3] . Ir-Regolament l-ġdid jissupera lill-atti varji inkorporati fih[4]; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu ta’ l-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kull ma tagħmel hu li tgħaqqadhom bl-emendi formali biss kif meħtieġ mill-eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu.

5. Il-proposta tal- kodifikazzjoni nħasbet a bażi ta’ konsolidazzjoni preliminarja fl-ilsna kollha uffiċjali tar-Regolament (KE) Nru 974/98 u ta’ l-atti li jemendawh, magħmula mill-Uffiċċju għall-Publikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ data . Fejn l-artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri ġodda u qodma tidher fit-tabella misjuba fl-Anness III tar-Regolament kkodifikat.

ê 974/98 (adattat)

2009/0083 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru .../...

ta’ […]

dwar l-introduzzjoni ta' l-euro (verżjoni kkodifikata)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet sentenza ta' l-Artikolu Ö 123(4) Õ, tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew[5],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[6],

Billi:

ê

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/98 tat-3 ta' Mejju 1998 dwar l-introduzzjoni ta’ l-euro[7] ġie emendat kemm-il darba[8] b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

ê 974/98 Premessa 1 (adattat)

(2) Dan ir-Regolament Ö għandu Õ jiddefinixxi d-dispożizzjonijiet tal-liġi monetarja ta' l-Istati Membri li adottaw l-euro. Dispożizzjonijiet dwar il-kontinwità ta' kuntratti, dwar it-tibdil minn referenzi fi strumenti legali ta' l-ecu għal referenzi għall-euro u dwat l-ittundjar diġa' ġew stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) [Nru 1103/97 tas-17 ta' Ġunju 1997] dwar ċerti dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mad-dħul ta' l-euro[9]. Id-dħul ta' l-euro jinteressa operati minn jum għall-ieħor tal-popolazzjoni kollha ta' l-Istati Membri parteċipanti.

ê 974/98 Premessa 2 (adattat)

(3) Fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew f'Madrid fil-15 u s-16 ta' Diċembru 1995, ittieħdet id-deċiżjoni li t-terminu "ecu" użat fit-Trattat sabiex jirreferi għall-unità tal-munita Ewropea huwa terminu ġeneriku. Il-Gvernijiet tal-ħmistax-il Stat Membru laħqu l-ftehim komuni illi din id-deċiżjoni hija l-interpretazzjoni miftiehma u definittiva tad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat. L-isem mogħti lill-munita Ewropea Ö hija Õ l-"euro". L-euro bħala l-munita ta' l-Istati Membri parteċipanti Ö hija maqsuma Õ f'mitt subunità bl-isem ta' "ċenteżmu". Id-definizzjoni ta' "ċenteżmu" ma tipprevjenix l-użu ta' varjanti ta' dan it-terminu komunement użat fl-Istati Membri. Barra minn dan il-Kunsill Ewropew ikkunsidra illi l-isem tal-munita unika għandu jkun l-istess fil-lingwi uffiċjali kollha ta' l-Unjoni Ewropea, filwaqt li jingħata kont ta' l-eżistenza ta' alfabetti differenti.

ê 974/98 Premessa 3 (adattat)

(4) Meta jaġixxi skond it-tielet sentenza ta' l-Artikolu Ö 123(4) Õ tat-Trattat, il-Kunsill Ö għandu Õ jieħu l-miżuri kollha meħtieġa għall-introduzzjoni ta' malajr ta' l-euro għajr l-adozzjoni tar-rati tal-kambju.

ê 974/98 Premessa 4 (adattat)

(5) Filwaqt li skond l-Artikolu Ö 122(2) Õ tat-Trattat Stat Membru jsir Stat Membru parteċipanti, il-Kunsill Ö bi qbil ma’ Õ l-Artikolu Ö 123(5) Õ tatTrattat Ö għandu Õ jieħu l-miżuri l-oħra meħtieġa għad-dħul rapidu ta' l-euro bħala l-munita unika ta' dan l-Istat Membru.

ê 974/98 Premessa 5 (adattat)

(6) Ö Bi qbil ma’ Õ l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu Ö 123(4) Õ tat-Trattat, il-Kunsill fid-data tal-bidu tat-tielet stadju Ö adotta Õ r-rati tal-konverżjoni li magħhom il-muniti ta' l-Istati Membri parteċipanti Ö kellhom Õ ikunu fissati irrevokabbilment u f'liema rata ffissata irrevokabbilment l-euro Ö inbidel Õ minflok dawn il-muniti.

ê 974/98 Premessa 6

(7) Minħabba n-nuqqas ta' riskju fir-rati tal-konverżjoni kemm bejn l-unità ta' l-euro u l-unitajiet ta' muniti nazzjonali kif ukoll fost dawn l-unitajiet ta' muniti nazzjonali, id-dispożizzjonjiet legislattivi għandhom jiġu interpretati kif jixraq.

ê 974/98 Premessa 7 (adattat)

(8) It-terminu "kuntratt" użat fid-definizzjoni ta' strumenti legali Ö għandu Õ jinkludi kull tip ta' kuntratti, irispettivament mill-mod li fih ikunu konklużi.

ê 974/98 Premessa 8

(9) Sabiex titħejja qalba bla tfixkil għall-euro jinħtieġ perjodu ta' żmien transitorju bejn is-sostituzzjoni ta' l-euro minflok il-muniti ta' l-Istati Membri parteċipanti u d-dħul ta' flus tal-karta u muniti fl-euro. Matul dan il-perjodu ta' żmien l-unitajiet ta' muniti nazzjonali għandhom jiġu definiti bħala subdiviżjonijiet ta' l-euro. B'dan tiġi stabbilita ekwivalenza legali bejn l-unità ta' l-euro u l-unitajiet tal-muniti nazzjonali.

ê 974/98 (adattat)

(10) Kull Stat Membru parteċipanti Ö għandu jkun Õ jista' jagħti lok għall-użu totali ta' l-unità ta' l-euro fit-territorju tiegħu matul il-perjodu transitorju.

(11) Matul il-perjodu transitorju Ö għandu jkun possibbli għal Õ kuntratti, liġijiet nazzjonali u strumenti oħra legali Ö sabiex ikunu Õ jistgħu jitfasslu b'mod validu fl-unità ta' l-euro jew fl-unità tal-munita nazzjonali. Matul dan il-perjodu, xejn f'dan ir-Regolament ma għandu jaffettwa l-validità ta' kull referenza għall-munita nazzjonali f'kull strument legali.

(12) Sakemm ma jkunx miftiehem xorta oħra, aġenti ekonomiċi Ö għandhom Õ jirrispettaw id-denominazzjoni ta' strument legali fit-twettiq ta' l-azzjonijiet kollha mwettqa taħt dak l-istrument.

(13) L-unità ta' l-euro u l-unitajiet ta' muniti nazzjonali huma unitajiet ta' l-istess munita. Għandu jiġi żgurat illi ħlasijiet ġewwa Stat Membru parteċipanti bl-akkreditazzjoni ta' kont jistgħu jsiru jew fl-unità ta' l-euro jew tal-munita nazzjonali rispettiva. Id-dispożizzjonijiet dwar ħlasijiet bl-akkreditazzjoni ta' kont għandhom japplikaw ukoll għal ħlasijiet bejn il-fruntieri li jkunu denominati fl-unità ta' l-euro jew fl-unità tal-munita nazzjonali tal-kont tal-kreditur. Huwa meħtieġ illi jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-sistema tal-ħlasijiet billi jiġu preskritti dispożizzjonijiet li jittrattaw ma' l-akkreditazzjoni ta' kontijiet bi strumenti ta' ħlasijiet akkreditati minn dawn is-sistemi. Id-dispożizzjonijiet dwar ħlasijiet permezz ta' akkreditazzjoni ta' kont ma għandhomx jimplikaw illi l-intermedjarji finanzjarji huma obbligati li jagħmlu disponibbli jew faċilitajiet oħra ta' ħlasijiet jew prodotti denominati f'xi unità partikolari ta' l-euro. Id-dispożizzjonijiet dwar ħlasijiet bl-akkreditazzjoni ta' kont ma Ö għandhomx Õ jipprojbixxu intermedjarji finanzjarji milli jikkoordinaw l-introduzzjoni ta' faċilitajiet ta' ħlasijiet denominati fl-unità ta' l-euro li jserrħu fuq infrastruttura teknika komuni matul il-perjodu transitorju.

(14) Skond il-konklużjonijiet milħuqa mill-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu miżmuma f'Madrid, dejn pubbliku negozjabbli ġdid Ö kellu Õ jinħareġ fl-unità ta' l-euro mill-Istati Membri parteċipanti mill-1 ta' Jannar 1999. Huwa mixtieq li min joħroġ dejn jitħalla jiddenomina mill-ġdid fl-unità ta' l-euro d-dejn li għadu mhux imħallas. Id-dispożizzjonijiet dwar id-denominazzjoni mill-ġdid għandhom ikunu tali li jistgħu jiġu applikati wkoll fil-ġurisdizzjonijiet ta' pajjiżi terzi. Dawk li joħorġu d-dejn għandhom ikunu jistgħu jiddenominaw mill-ġdid dejn li għadu mhux imħallas jekk dan id-dejn ikun denominat fl-unità tal-munita nazzjonali ta' Stat Membru li jkun iddenomina mill-ġdid kollu kemm hu jew parti minnu tad-dejn li għadu mhux imħallas tal-gvern ġenerali tiegħu. Dawn id-dispożizzjonijiet ma jindirizzawx id-dħul ta' miżuri addizzjonali sabiex jemendaw it-termini ta' djun li għadhom mhux imħallsa biex jibdlu, fost ħwejjeġ oħra, l-ammont nominali tad-dejn li jkun għadu mhux imħallas, b'dawn ikunu kwistjonijiet suġġetti għall-liġijiet nazzjonali rilevanti. Huwa mixtieq li Stat Membru jitħalla jieħu miżuri xierqa għall-bdil ta' l-unità tal-kont tal-proċeduri ta' operazzjoni ta' swieq organiżżati.

ê 974/98

(15) Tista' wkoll tinħtieġ iktar azzjoni fil-livell tal-Komunità sabiex tikkjarifika l-effett tad-dħul ta' l-euro ma' l-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet eżistenti fil-liġijiet tal-Komunità, partikolarment dawk li għandhom x'jaqsmu ma' netting, tpaċċija u metodi ta' teknika b'effett simili.

ê 974/98 (adattat)

(16) Kull obbligu ta' l-użu ta' l-unità ta' l-euro jista' jiġi impost Ö biss Õ fuq il-bażi ta' leġiżlazzjoni tal-Komunità. Fi transazzjonijiet mas-settur pubbliku l-Istati Membri parteċipanti Ö għandhom ikunu Õ jistgħu jippermettu l-użu ta' l-unità ta' l-euro. Skond ix-xenarju ta' referenza deċiż mill-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu miżmuma f'Madrid, il-leġiżlazzjoni tal-Komunità li tippreskrivi l-limitu taż-żmien għall-ġeneraliżżazzjoni ta' l-użu ta' l-unità ta' l-euro tista' tħalli xi libertà lill-Istati Membri individwali.

(17) Skond l-Artikolu Ö 106(2) Õ tat-Trattat, il-Kunsill jista' jadotta miżuri biex jarmonizza d-denominazzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti kollha.

ê 974/98

(18) Il-flus tal-karti u l-muniti jeħtieġu protezzjoni adegwata kontra l-falsifikazzjoni.

ê 974/98 (adattat)

(19) Flus tal-karti u muniti denominati fl-unitajiet ta' muniti nazzjonali Ö għandhom Õ jitilfu l-istatus legali tagħhom ta' munita legali l-iktar tard sa sitt xhur wara Ö d-data rispettiva tal-bidla tal-flus kontanti Õ. Limitazzjonijiet fuq ħlasijiet bil-flus tal-karti u l-muniti, stabbiliti mill-Istati Membri għal raġunijiet Ö ta' interess pubbliku Õ, Ö m'għandhomx ikunu Õ inkompatibbli ma' l-istatus ta' munita legali ta' flus tal-karti u muniti, sakemm ikunu disponibbli mezzi oħra legali għall-ħlas ta' djun monetarji.

(20) Mit-tmiem tal-perjodu transitorju referenzi fi strumenti legali li jkunu jeżistu fit-tmiem tal-perjodu transitorju Ö għandhom jinqraw Õ bħala referenzi għall-unità ta' l-euro skond ir-rati rispettivi ta' konverżjoni. Id-denominazzjoni materjali ta' strumenti legali eżistenti hija għalhekk mhux meħtieġa sabiex jinkiseb dan ir-riżultat. Ir-regoli ta' l-ittundjar definiti fir-Regolament (KE) Nru [1103/97] għandhom ukoll japplikaw għall-konverżjonijiet li għandhom isiru fit-tmiem tal-perjodu transitorju jew wara l-perjodu transitorju. Minħabba raġunijiet ta' ċarezza jista' jkun mixtieq illi d-denominazzjoni mill-ġdid materjali Ö sseħħ Õ malajr kemm jista' jkun xieraq.

(21) Il-paragrafu 2 tal-Protokoll dwar ċerti dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mar-Renju Unit tal-Gran Britannja u l-Irlanda ta' Fuq Ö anness mat-Trattat Õ Ö jistabbilixxi Õ illi, fost ħwejjeġ oħra, il-paragrafu 5 ta' dan il-Protokoll għandu jkollu effett jekk ir-Renju Unit jgħarraf lill-Kunsill li mhux beħsiebu jimxi lejn it-tielet stadju. Ir-Renju Unit avża lill-Kunsill fit-30 ta' Ottubru 1997 li mhux beħsiebu jimxi għat-tielet stadju. Il-paragrafu 5 Ö jistabbilixxi Õ li, fost ħwejjeġ oħra, l-Artikolu Ö 123(4) Õ tat-Trattat ma għandux japplika għar-Renju Unit.

(22) Id-Danimarka, waqt li tirriferi għall-paragrafu 1 tal-Protokoll dwar ċerti dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mad-Danimarka Ö anness mat-Trattat Õ għarrfet, fil-kuntest tad-deċiżjoni ta' Edinburgu tat-12 ta' Diċembru 1992, li mhix sejra tipparteċipa fit-tielet stadju. Għalhekk, skond il-paragrafu 2 tal-Protokoll imsemmi, l-Artikoli u d-dispożizzjonijiet kollha tat-Trattat u ta' l-Istatut ta' l-SEBĊ li għandhom x'jaqsmu ma' derogi Ö għandhom ikunu applikabbli Õ għad-Danimarka.

(23) Skond l-Artikolu Ö 123(4) Õ tat-Trattat, il-munita unika Ö għandha Õ tidħol biss fl-Istati Membri li ma jkollhomx deroga.

(24) Dan ir-Regolament, għalhekk, għandu jiġi applikat skond l-Artikolu Ö 249 Õ tat-Trattat, suġġett għall-Protokoll dwar ċerti dispożizzjonijiet rigward ir-Renju Unit tal-Gran Britanja u l-Irlanda ta' Fuq u l-Protokol dwar ċerti dispożizzjonijiet rigward id-Danimarka u l-Artikolu Ö 122(1) tat-Trattat Õ,

ê 974/98

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITLU I

DEFINIZZJONIJIET

ê 2169/2005 Art. 1 pt. 1 (adattat)

Artikolu 1

Ö 1. Õ Għall-finijet ta' dan ir-Regolament:

(a) ‘Stati Membri parteċipanti’ tfisser l-Istati Membri elenkati fit-tabella ta' l-Anness I;

(b) ‘strumenti legali’ tfisser dispożizzjonijiet legislattivi u statutarji, atti ta' amministrazzjoni, deċiżjonijiet ġudizzjarli, kuntratti, atti legali unilaterali, strumenti ta' ħlas għajr flus tal-karta u muniti, u strumenti oħra b'effett legali ;

(ċ) ‘rata tal-konverżjoni’ tfisser ir-rata tal-konverżjoni irrevokabbilment stabbilita adottata mill-Kunsill għall-munita ta' kull Stat Membru parteċipanti skond l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 123(4) tat-Trattat jew skond il-paragrafu 5 ta' dak l-Artikolu;

(d) ‘data ta' l-adozzjoni ta' l-euro’ tfisser jew id-data li fiha l-Istat Membru rispettiv jidħol fit-tielet stadju taħt l-Artikolu 121(3) tat-Trattat jew id-data li fiha l-abrogazzjoni tad-deroga ta' l-Istat Membru rispettiv taħt l-Artikolu 122(2) tat-Trattat tidħol fis-seħħ, skond il-każ;

(e) ‘data tal-bidla tal-flus kontanti’ tfisser id-data li fiha flus tal-karta u muniti ta' l-euro jiksbu l-istatus ta' munita legali fi Stat Membru parteċipanti partikolari;

(f) ‘unita' ta' l-euro’ tfisser l-unita' tal-munita kif imsemmija fit-tieni sentenza ta' l-Artikolu 3;

(g) ‘unitajiet tal-munita nazzjonali’ tfisser l-unitajiet tal-munita ta' Stat Membru parteċipanti, bħala dawk l-unitajiet kif definiti fil-jum qabel l-adozzjoni ta' l-euro f'dak l-Istat Membru;

(h) ‘perjodu transitorju’ tfisser perjodu ta' tliet snin li jibda mhux qabel 00.00 ta' filgħodu fid-data ta' l-adozzjoni ta' l-euro u li jispiċċa mhux wara 00.00 ta' filgħodu fid-data tal-bidla tal-flus kontanti;

(i) ‘perjodu ta' tneħħija gradwali’ tfisser perjodu ta' sena li jibda mhux aktar tard mid-data ta' l-adozzjoni ta' l-euro, li tista' tapplika Ö biss Õ għall-Istati Membri fejn id-data ta' l-adozzjoni ta' l-euro u d-data tal-bidla tal-flus kontanti jsiru fl-istess jum;

(j) ‘denominazzjoni mill-ġdid’tfisser il-bidla ta' l-unita' li fiha l-ammont ta' dejn li għadu jrid jitħallas jiġi ddikjarat minn unita' ta' munita nazzjonali għall-unita' ta' l-euro, iżda li permezz ta' l-att ta' denominazzjoni mill-ġdid m'għandiex l-effett li tibdel kwalunkwe terminu ieħor tad-dejn, filwaqt li din tkun kwistjoni suġġetta għal-liġi nazzjonali rilevanti;

(k) ‘istituzzjonijiet ta' kreditu’tfisser istituzzjonijiet ta' kreditu kif imfissra Ö fil-punt 4(1) ta' l-Artikolu 4 Õ tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[10].

Ö 2. Õ Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, l-istituzzjonijiet elenkati fl-Artikolu 2 tad-Direttiva Ö 2006/48/KE Õ bl-eċċezzjoni ta' istituzzjonijiet giro ta' uffiċċji postali mhux ser ikunu kkunsidrati bħala istituzzjonijiet ta' kreditu Ö skond it-tifsira fil-punt (k) tal-Paragrafu 1 Õ.

ê 2169/2005 Art. 1 pt. 2

Artikolu 2

Id-data ta' l-adozzjoni ta' l-euro, id-data tal-bidla tal-flus kontanti, u l-perjodu ta' tneħħija gradwali, jekk applikabbli, ser ikun stabbilit fl-Anness I għal kull Stat Membru parteċipanti.

ê 974/98

KAPITLU II

IS-SOSTITUZZJONI TA' L-EURO MINFLOK IL-MUNITI TA' L-ISTAT MEMBRI PARTEĊIPANTI

ê 2169/2005 Art. 1 pt. 3

Artikolu 3

B'effett mid-dati ta' l-adozzjoni ta' l-euro rispettivi tagħhom, il-munita ta' l-Istati Membri parteċipanti ser tkun l-euro. L-unita' tal-munita ser tkun euro. Euro ser ikun diviż f'mitt ċenteżmu.

ê 974/98 (adattat)

Arti kolu 4

L-euro għandu jissostitwixxi l-munita ta' l-Istati Membri partecipanti kollha skond ir-rata tal-konverżjoni.

Article 5

L-euro għandu jkun l-unità tal-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali ta' l-Istati Membri parteċipanti.

KAPITLU III

DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI

Artikolu 6

L-Artikoli 7 sa 10 għandhom japplikaw matul il-perjodu transitorju.

Artikolu 7

1. L-euro għandu jinqasam fl-unitajiet tal-munita nazzjonali skond ir-rati ta' konverżjoni. Kull subdiviżjoni tiegħu għandha tinżamm. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament il-liġi monetarja ta' l-Istati Membri parteċipanti għandha tibqa' tapplika.

2. Fejn fi strument legali issir referenza għall-unità tal-munita nazzjonali, din ir-referenza għandha tkun valida daqs li kieku r-referenza tkun saret għall-unità ta' l-euro skond ir-rati ta' konverżjoni.

Artikolu 8

Is-sostituzzjoni ta' l-euro għall-munita ta' kull Stat Membru parteċipanti ma għandux ikollha fiha nfisha l-effett li tbiddel id-denominazzjoni ta' strumenti legali eżistenti fid-data tas-sostituzzjoni.

Artikolu 9

1. Atti li għandhom isiru skond strumenti legali li Ö jistabbilixxu għall- Õużu ta' unità ta' munita nazzjonali jew denominati fiha għandhom isiru f'dik l-unità ta' munita nazzjonali. Atti li jridu jsiru skond strumenti legali li Ö jistabbilixxu għall- Õużu ta' l-unità ta' l-euro jew denominati fih għandhom isiru f'din l-unità.

2. Il-paragrafu 1 Ö huwa Õ suġġett għal dak kollu li l-partijiet ikunu ftiehmu fuqu.

3. Minkejja l-paragrafu 1, kull ammont denominat jew fl-unità ta' l-euro jew fl-unità tal-munita nazzjonali ta' Stat Membru parteċipanti partikolari u pagabbli ġewwa dak l-Istat Membru bl-akkreditazzjoni tal-kont tal-kreditur, jista' jitħallas mid-debitur jew fl-unità ta' l-euro jew fl-unità tal-munita nazzjonali. L-ammont għandu jkun akkreditat lill-kont tal-kreditur fid-denominazzjoni tal-kont tiegħu, b'kull konverżjoni tiġi effettwata skond ir-rati ta' konverżjoni.

4. Minkejja l-paragrafu 1, kull Stat Membru parteċipanti jista' jieħu l-miżuri li jkunu jistgħu jinħtieġu sabiex:

(a) jiddenomina mill-ġdid fl-unità ta' l-euro dejn li għadu mhux imħallas maħruġ mill-gvern ġenerali ta' dan l-Istat Membru, kif definit fis-sistema Ewropea ta' kontijiet integrati, denominati fl-unità tal-munita nazzjonali tiegħu u maħruġa skond il-liġijiet tiegħu stess. Jekk Stat Membru ikun ħa miżura bħal din, dawk li joħorġu d-djun jistgħu jiddenominaw mill-ġdid fl-unità ta' l-euro dejn denominat fl-unità tal-munita ta' dan l-Istat Membru sakemm id-denominazzjoni mill-ġdid ma tkunx espressament eskluża bit-termini tal-kuntratt; din id-dispożizzjoni għandha tapplika għal dejn maħruġ mill-gvern ġenerali ta' Stat Membru kif ukoll għall-bonds u forom oħra ta' dejn assigurat negozjabbli fis-swieq tal-kapital, u għal strumenti tas-swieq tal-flus, maħruġa minn debituri oħra,

(b) jgħinu fil-bdil ta' l-unità ta' kontijiet fil-proċeduri ta' operati tagħhom mill-unità tal-munita nazzjonali għall-unità ta' l-euro minn:

(i) swieq għall-kambju regolari, tneħħija u ħlas ta' kull strument imniżżel fil-lista tat-taqsima Ö Ċ Õ ta' Anness Ö I Õ fid-Direttiva Ö 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Õ[11] u komoditajiet; u

(ii) sistemi għall-kambju, ikklirjar u l-ħlas regolari ta' pagamenti.

5. Dispożizzjonijiet oħra għajr dawk tal-paragrafu 4 li jimponu l-użu ta' l-unità ta' l-euro jistgħu jiġu adottati biss mill-Istati Membri parteċipanti skond kull limitu ta' żmien preskritt bil-leġiżlazzjoni tal-Komunità.

6. Dispożizzjonijiet legali nazzjonali ta' l-Istati Membri parteċipanti li jippermettu jew jimponu netting, tpaċċija jew metodi ta' teknika b'effetti simili għandhom japplikaw għal obbligi monetarji, irrispettivament mid-denominazzjoni tal-munità tagħhom, jekk din id-denominazzjoni tkun fl-unità ta' l-euro jew fl-unità tal-munita nazzjonali, b'kull konverżjoni ssir skond ir-rati ta' konverżjoni.

ê 2169/2005 Art. 1 pt.4

Artikolu 10

Flus tal-karti u muniti denominati f'unita' ta' munita nazzjonali għandhom iżommu l-istatus tagħhom bħala munita legali fil-limiti tat-territorju tagħhom mill-jum ta' qabel id-data ta' l-adozzjoni ta' l-euro fl-Istat Membru parteċipanti kkonċernat.

ê 2169/2005 Art. 1 pt. 5

Article 11

Dan li jmiss ser japplika fi Stat Membru b'perjodu ta' 'tneħħija gradwali'. Fi strumenti legali maħluqa matul il-perjodu ta' tneħħija gradwali u li għandhom jitwettqu f'dak l-Istat Membru, tista' tibqa ssir referenza għall-unita' tal-munita nazzjonali. Dawn ir-referenzi għandhom jinqraw bħala referenzi għall-unita' ta' l-euro skond ir-rati ta' konverżjoni rispettivi. Bla ħsara għall-Artikolu 17, l-atti mwettqa taħt dawk l-istrumenti legali għandhom jitwettqu fl-unita' ta' l-euro. Għandhom japplikaw ir-regoli dwar l-ittundjar stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru [1103/97].

L-Istat Membru kkonċernat għandu jillimita l-applikazzjoni ta' l-ewwel paragrafu għal ċerti tipi ta' strumenti legali, jew għal strumenti legali adottati f'ċerti oqsma.

L-Istat Membru kkonċernat jista' jqassar il-perjodu.

ê 974/98

KAPITLU IV

FLUS TAL-KARTI U MUNITI FL-EURO

ê 2169/2005 Art. 1 pt. 6 (adattat)

Artikolu 12

B'effett mid-dati tal-bidla tal-flus kontanti rispettivi, il-BĊE u l-banek ċentrali ta' l-Istati Membri parteċipanti għandhom jiċċirkulaw flus tal-karti demoninati f'euro fl-Istati Membri parteċipanti.

Bla ħsara għall-Artikolu 17, dawn il-flus tal-karti denominati f'euro għandhom ikunu l-uniċi flus tal-karti li għandhom status ta' munita legali fl-Istati Membri parteċipanti.

Artikolu 13

B'effett mid-data tal-bidla tal-flus kontanti rispettivi, l-Istati Membri parteċipanti għandhom joħorġu muniti denominati f'euro jew ċenteżmi u li jikkonformaw mad-denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi li l-Kunsill jista' jistabbilixxi skond it-tieni sentenza ta' l-Artikolu 106(2) tat-Trattat. Bla ħsara għall-Artikolu 17 Ö ta' dan ir-Regolament Õ u għad-dispożizzjonijiet ta' kull ftehim taħt l-Artikolu 111(3) tat-Trattat dwar kwistjonijiet monetarji, dawk il-muniti ser ikunu l-uniċi muniti li jkollhom l-istatus ta' munita legali fl-Istati Membri parteċipanti. Għajr għall-awtorita' li toħroġhom u dawk il-persuni maħtura b'mod speċifiku mil-leġislazzjoni nazzjonali ta' l-Istat Membru li joħroġhom, l-ebda persuna ma ser ikollha l-obbligu li taċċetta aktar minn 50 munita fi kwalunkwe pagament singolu.

ê 974/98

Arti kolu 14

L-Istati Membri parteċipanti għandhom jiżguraw sanzjonijiet kontra l-frodi u l-iffalsifikar ta' flus tal-karti u muniti f'euro.

KAPITLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

ê 2169/2005 Art. 1 pt. 7

Artikolu 15

L-Artikoli 12, 13, 16, 17 u 18 għandhom japplikaw b'effett mid-dati tal-bidla tal-flus kontanti rispettivi f'kull Stat Membru parteċipanti.

Artikolu 16

Fejn, fi strumenti legali li jeżistu fil-jum ta' qabel id-data tal-bidla tal-flus kontanti, issir referenza għall-unitajiet tal-munita nazzjonali, dawn ir-referenzi għandhom jinqraw bħala referenzi għall-unita' ta' l-euro skond ir-rata ta' konverżjoni rispettiva. Għandhom japplikaw ir-regoli dwar l-ittundjar stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru [1103/97].

ê 974/98

è1 2169/2005 Art. 1 pt. 8(a)

Arti kolu 17

1. Flus tal-karti u muniti denominati fl-unità ta' munita nazzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 7(1) għandhom jibqgħu muniti legali ġewwa l-limiti territorjali tagħhom sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara è1 d-data tal-bidla tal-flus kontanti rispettivi ç; dan il-perjodu jista' jitqassar b'liġi nazzjonali.

2. Kull Stat Membru parteċipanti jista', għal perjodu ta' żmien ta' mhux aktar minn sitt xhur è1 mid-data tal-bidla tal-flus kontanti rispettivi ç,jippreskrivi regoli għall-użu ta' flus tal-karti u muniti denominati fl-unità tal-munita nazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 7(1) u jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jitħaffef l-irtirar tagħhom.

ê 2169/2005 Art. 1 pt. 8(b)

3. Matul il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet ta' kreditu fi Stati Membri parteċipanti li jadottaw l-euro fl-1 ta' Jannar 2002 għandhom jibdlu l-flus tal-karti u l-muniti tal-konsumaturi tagħhom denominati fl-unita' tal-munita nazzjonali ta' dak l-Istat Membru għal flus tal-karti u muniti f'euro, mingħajr ħlas, sa limitu li jista' jiġi stabbilit mil-liġi nazzjonali. L-istituzzjonijiet ta' kreditu jistgħu jeħtieġu li jingħata avviż jekk l-ammont li għandu jinbidel huwa aktar mil-limitu stabbilit mil-liġi nazzjonali jew, fin-nuqqas ta' dispożizzjonijiet bħal dawn, waħedhom u jikkorrispondi ma' ammont domestiku.

L-istituzzjonijiet ta' kreditu msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jibdlu flus tal-karti u muniti denominati fl-unita' tal-munita nazzjonali ta' dak l-Istat Membru ta' persuni għajr il-konsumaturi tagħhom, mingħajr ħlas sa limitu stabbilit mil-liġi nazzjonali jew, fin-nuqqas ta' dispożizzjonijiet bħal dawn, waħedhom.

Il-liġi nazzjonali tista' tillimita l-obbligu taħt l-ewwel u t-tieni subparagrafi għal tipi ta' istituzzjonijiet ta' kreditu speċifiċi. Il-liġi nazzjonali tista' wkoll testendi dan l-obbligu għal persuni oħra.

ê 974/98

Arti kolu 18

Skond il-liġijiet jew prattiċi ta' l-Istati Membri parteċipanti, dawk li rispettivament joħorġu flus tal-karti u muniti għandhom jissoktaw jaċċettaw, minflok l-euro u skond ir-rati ta' konverżjoni, il-flus tal-karti u l-muniti maħruġa minnhom qabel.

ê

Arti kolu 19

Ir-Regolament (KE) Nru 974/98 hu mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

ê 974/98 (adattat)

KAPITLU VI

DĦUL FIS-SEĦĦ

Artikolu 20

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-Ö għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea Õ.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha, skond Ö L-Artikolu 249 tat- Õ Trattat, bla ħsara għall-Protokoll dwar ċerti dispożizzjonijiet rigward ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u l-Protokoll dwar ċerti dispożizzjonijiet rigward id-Danimarka u l-ArtikoluÖ 122(1) tat-Trattat Õ.

ê 974/98

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

ê 2169/2005 Art. 1 pt. 9 u Anness

ANNE SS I

Stat Membru | Data għall-adozzjoni ta’ l-euro | Data tal-bidla fil-flus kontanti | Stat Membru b’perjodu ta’ “tneħħija gradwali” |

Belġju | 1 ta' Jannar 1999 | 1 ta' Jannar 2002 | mhux disponibbli |

Ġermanja | 1 ta' Jannar 1999 | 1 ta' Jannar 2002 | mhux disponibbli |

Irlanda | 1 ta' Jannar 1999 | 1 ta' Jannar 2002 | mhux disponibbli |

Greċja | 1 ta' Jannar 2001 | 1 ta' Jannar 2002 | mhux disponibbli |

Spanja | 1 ta' Jannar 1999 | 1 ta' Jannar 2002 | mhux disponibbli |

Franza | 1 ta' Jannar 1999 | 1 ta' Jannar 2002 | mhux disponibbli |

Italja | 1 ta' Jannar 1999 | 1 ta' Jannar 2002 | mhux disponibbli |

ê 835/2007 Art. 1 u Anness

Ċipru | L-1 ta’ Jannar 2008 | L-1 ta’ Jannar 2008 | Le |

ê 2169/2005 Art. 1 pt. 9 u Anness

Lussemburgu | 1 ta' Jannar 1999 | 1 ta' Jannar 2002 | mhux disponibbli |

ê 836/2007 Art. 1 u Anness

Malta | L-1 ta’ Jannar 2008 | L-1 ta’ Jannar 2008 | Le |

ê 2169/2005 Art. 1 pt. 9 u Anness

Olanda | 1 ta' Jannar 1999 | 1 ta' Jannar 2002 | mhux disponibbli |

Awstrija | 1 ta' Jannar 1999 | 1 ta' Jannar 2002 | mhux disponibbli |

Portugal | 1 J ta' Jannar 1999 | 1 ta' Jannar 2002 | mhux disponibbli |

ê 1647/2006 Art. 1 u Anness

Slovenja | L-1 ta’ Jannar 2007 | L-1 ta’ Jannar 2007 | Le |

ê 693/2008 Art. 1 u Anness

Is-Slovakkja | L-1 ta’ Jannar 2009 | L-1 ta’ Jannar 2009 | Le |

ê 2169/2005 Art. 1 pt. 9 u Anness

Finlandja | 1 ta' Jannar 1999 | 1 ta' Jannar 2002 | mhux disponibbli |

_____________

é

ANNE SS II

Regolament imħassar flimkien ma’ l-emendi suċċessivi tiegħu

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/98 | (ĠU L 139, 11.5.1998, p. 1) |

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2596/2000 | (ĠU L 300, 29.11.2000, p. 2) |

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2169/2005 | (ĠU L 346, 29.12.2005, p. 1) |

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1647/2006 | (ĠU L 309, 9.11.2006, p. 2) |

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 835/2007 | (ĠU L 186, 18.7.2007, p. 1) |

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 836/2007 | (ĠU L 186, 18.7.2007, p. 3) |

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 693/2008 | (ĠU L 195, 24.7.2008, p. 1) |

_____________

ANNE SS III

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Regolament (KE) Nru 974/98 | Dan ir-Regolament |

Artikolu 1, punti (a) sa (k), l-ewwel sentenza | Artikolu 1(1), punti (a) sa (k) |

Artikolu 1, punt (k), it-tieni sentenza | Artikolu 1(2) |

Artikolu 1a | Artikolu 2 |

Artikolu 2 | Artikolu 3 |

Artikolu 3 | Artikolu 4 |

Artikolu 4 | Artikolu 5 |

Artikolu 5 | Artikolu 6 |

Artikolu 6 | Artikolu 7 |

Artikolu 7 | Artikolu 8 |

Artikolu 8(1), (2) u (3) | Artikolu 9(1), (2) u (3) |

Artikolu 8(4), kliem tal-bidu | Artikolu 9(4), kliem tal-bidu |

Artikolu 8(4), l-ewwel inċiż | Artikolu 9(4)(a) |

Artikolu 8(4), it-tieni inċiż, kliem tal-bidu | Artikolu 9(4)(b), kliem tal-bidu |

Artikolu 8(4), it-tieni inċiż, (a) | Artikolu 9(4)(b)(i) |

Artikolu 8(4), it-tieni inċiż, (b) | Artikolu 9(4)(b)(ii) |

Artikolu 8(5) u (6) | Artikolu 9(5) u (6) |

Artikolu 9 | Artikolu 10 |

Artikolu 9a | Artikolu 11 |

Artikolu 10 | Artikolu 12 |

Artikolu 11 | Artikolu 13 |

Artikolu 12 | Artikolu 14 |

Artikolu 13 | Artikolu 15 |

Artikolu 14 | Artikolu 16 |

Artikolu 15 | Artikolu 17 |

Artikolu 16 | Artikolu 18 |

- | Artikolu 19 |

Artikolu 17 | Artikolu 20 |

Anness | Anness I |

- | Anness II |

- | Anness III |

_____________

[1] KUMM(87) 868 PV.

[2] Ara l-Anness 3 għal Parti A tal-Konklużjonijiet.

[3] Magħmul skond il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Kodifikazzjoni ta’ l- Acquis Communautaire, KUMM(2001) 645 finali.

[4] Ara l-Anness II għal din il-proposta.

[5] ĠU C […], […], p. […].

[6] ĠU C […], […], p. […].

[7] ĠU L 139, 11.5.1998, p. 1.

[8] Ara l-Anness II.

[9] [ĠU L 162, 19.6.1997, p. 1.]

[10] ĠU L Ö 177, 30.6.2006, p. 1 Õ.

[11] ĠU L Ö 145, 30.4.2004, p. 1 Õ.