52009PC0306

Opinjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 251(2), , it-tielet subparagrafu, punt c) tat-Trattat tal-KE dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu rrispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni tat-trasportatur bit-triq li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE /* KUMM/2009/0306 finali */


[pic] | IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussell, il- 22.6.2009

KUMM(2009)306 finali

2007/0098/COD

OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 251(2), , it-tielet subparagrafu, punt c) tat-Trattat tal-KE dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu rrispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni tat-trasportatur bit-triq

LI JEMENDA L-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE

OPINJONI TAL-KUMMISSJONIskont l-Artikolu 251(2), , it-tielet subparagrafu, punt c) tat-Trattat tal-KEdwar l-emendi tal-Parlament Ewropewgħall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigwardproposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu rrispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni tat-trasportatur bit-triq

1. Daħla

L-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, punt c) tat-Trattat tal-KE jistipula li l-Kummissjoni għandha tressaq opinjoni dwar l-emendi proposti mill-Parlament Ewropew fit-tieni qari. Il-Kummissjoni tressaq l-opinjoni tagħha dwar l-emendi proposti mill-Parlament f'dan li ġej.

2. Sfond tal-Fajl

Data tat-trażmissjoni tal-proposta lill-PE u lill-Kunsill (dokument COM(2007) 263 finali – 2007/0098 COD): | it-23 ta’ Mejju 2007. |

Data tal-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: | is-16 ta' Jannar 2008. |

Data tal-opinjoni tal-Parlament Ewropew, fl-ewwel qari: | il-21 ta' Mejju 2008. |

Data tat-trażmissjoni tal-proposta emendata: | it-13 ta' Ġunju 2008. |

Data tal-adozzjoni tal-pożizzjoni komuni: | id-9 ta' Jannar 2009. |

Data tal-opinjoni tal-Parlament Ewropew, fit-tieni qari | it-23 ta' April 2009. |

3. Għan tal-proposta

L-għan tal-proposta huwa li tistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li jridu jiġu rrispettati għall-eżerċizzju tat-trasportatur bit-triq. Il-proposta hija maħsuba biex tissostitwixxi d-Direttiva 96/26/KE b’regolament ġdid sabiex tinkiseb armonizzazzjoni aħjar u tinkuraġixxi l-kompetizzjoni aktar ġusta bejn it-trasportaturi fis-suq intern.

4. Opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew

Wara bosta xhur ta' negozjati taħt il-presidenza Ċeka, il-Parlament u l-Kunsill qablu fuq kompromess fit-tieni qari, b'mod partikulari li jirrigwarda r-reġistri elettroniċi tal-impriżi tat-trasport. Il-Kummissjoni tista' taċċetta l-emendi tal-kompromess adottati mill-Parlament Ewropew fi tmiem it-tieni qari sabiex jiġi kkonfermat il-ftehim.

5. Konklużjoni

Skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE, il-Kummissjoni temenda l-proposta tagħha kif stabbilit hawn fuq.