52009PC0154

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-atti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u l-ħolqien ta' ċertifikat Ewropew tas-suċċessjoni {SEG(2009) 410} {SEG(2009) 411} /* KUMM/2009/0154 finali - COD 2009/0157 */


[pic] | IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 14.10.2009

KUMM(2009) 154 finali

2009/0157 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-atti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u l-ħolqien ta' ċertifikat Ewropew tas-suċċessjoni

{SEG(2009) 410}{SEG(2009) 411}

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Il-Kuntest tal-Proposta

1.1. L-Isfond Ġenerali

L-Artikolu 61 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (minn hawn 'il quddiem it-"Trattat") jipprovdi għall-istabbiliment progressiv ta' spazju komuni ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, b'mod partikolari bl-adozzjoni ta' miżuri li jagħmlu parti mill-qasam ta' kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili. L-Artikolu 65 tat-Trattat isemmi espressament miżuri bl-għan tat-"it-titjib u s-simplifikazzjoni tar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi ċivili u kummerċjali, inklużi deċiżjonijiet f’każijiet exta-ġudizzjarji" kif ukoll tal-"promozzjoni tal-kumpatibilità tar-regoli applikabbli fl-Istati Membri li jikkonċernaw il-kunflitt bejn il-liġijiet u l-ġuriżdizzjonijiet". Ġew diġà adottati diversi miżuri fuq din il-bażi, b'mod partikolari r-Regolament (KE) 44/2001[1], li jeskludu s-suċċessjonijiet mill-ambitu tal-applikazzjoni tagħhom.

L-adozzjoni ta' strument Ewropew fil-qasam tas-suċċessjonijiet kienet diġà fost il-prijoritajiet tal-Pjan ta' Azzjoni ta' Vjenna[2] tal-1998. Il-Programm tal-Aja[3] jsejjaħ għall-preżentazzjoni ta' strument li jkopri din il-kwistjoni kollha: il-liġi applikabbli, il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent, miżuri amministrattivi (ċertifikati ta' wirt, reġistrazzjoni tat-testmenti). Skont il-konklużjonijiet tal-istudju tal-impatt, il-kwistjoni tar-reġistru tat-testmenti se tkun is-suġġett ta' inizjattiva ulterjuri tal-Komunità.

1.2. Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha

L-importanza tas-suċċessjonijiet transfruntiera fi ħdan l-Unjoni Ewropea ġiet enfasizzata fir-rapport tal-istudju tal-impatt li jinsab anness mal-proposta. Id-diversità kemm tar-regoli tad-dritt sostantiv, kif ukoll ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni internazzjonali jew tal-liġi applikabbli, l-ammont ta' awtoritajiet li jistgħu jieħdu konjizzjoni ta' suċċessjoni internazzjonali kif ukoll id-diviżjoni tas-suċċessjonijiet li tista' tirriżulta minn dawn ir-regoli diverġenti, huma ta' xkiel għall-moviment liberu tal-persuni fl-Unjoni. Għaldaqstant, dawn il-persuni huma llum ikkonfrontati minn diffikultajiet sostanzjali biex jimplimentaw id-drittijiet tagħhom fil-kuntest ta' suċċessjoni internazzjonali. Dawn ir-regoli differenti jfixklu wkoll l-eżerċizzju sħiħ tad-dritt għal proprjetà privata, liema dritt, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, huwa parti integrali mid-drittijiet fundamentali li l-Qorti tiżgura li jiġu rispettat[4]i. Din il-proposta għandha l-għan li tippermetti lill-persuni li jirrisjedu fl-Unjoni Ewropea li jorganizzaw minn qabel is-suċċessjoni tagħhom u li jiżguraw b'mod effettiv id-drittijiet tal-werrieta u/jew legatarji u tal-persuni l-oħra konnessi mal-mejjet, kif ukoll tal-kredituri tas-suċċessjoni.

2. Riżultat tal-konsultazzjonijiet – analiżi tal-impatt

IT-TħEJJIJA TA' DIN IL-PROPOSTA KIENET IPPREċEDU ta minn konsultazzjoni wiesgħa mal-Istati Membri, mal-istituzzjonijiet l-oħra u mal-pubbliku. Il-Kummissjoni rċeviet "Studju fuq is-suċċessjonijiet internazzjonali fl-Unjoni Ewropea", li twettaq mill-Istitut Notarili Ġermaniż f'Novembru 2002[5]. Il-Green Paper dwar is-suċċessjoni u t-testmenti[6], li ġiet ippubblikata fl-1.3.2005, wasslet għal madwar 60 reazzjoni u ġiet segwita minn smigħ pubbliku fit-30.11.2006[7]. Fl-1.3.2006, il-Kummissjoni waqqfet grupp ta' esperti magħruf bħala "PRM III/IV"[8], li ltaqa' seba' darbiet bejn l-2006 u l-2008 filwaqt li l-Kummissjoni organizzat laqgħa ta' esperti nazzjonali fit-30.6.2008. Il-kontribuzzjonijiet li ġew riċevuti jikkonfermaw il-ħtieġa għal strument Komunitarju f'dan il-qasam u jappoġġjaw l-adozzjoni ta' proposta li tkopri, fost affarijiet oħrajn, il-kwistjonijiet tal-liġi applikabbli, il-ġuriżdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-ħolqien ta' ċertifikat Ewropew tas-suċċessjoni[9]. L-adozzjoni ta' istrument bħal dan għandha l-appoġġ tal-Parlament Ewropew[10] u tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[11]. Il-Kummissjoni għamlet evalwazzjoni tal-impatt li hu mehmuż mal-Proposta.

3. Aspetti legali tal-proposta

3.1. BAżI LEGALI

L-Artikolu 67(5) tat-Trattat jipprovdi li l-Kunsill għandu jadotta l-miżuri previsti fl-Artikolu 65 tal-istess Trattat skont il-proċedura ta' kodeċiżjoni msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, bl-esklużjoni tal-"aspetti li jolqtu l-liġi tal-familja".

Qabel kollox, għandu jiġi enfasizzat li l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, bl-eċċezzjoni tal-pajjiżi Nordiċi, jikklassifikaw id-dritt tas-suċċessjoni bħala qasam distint mid-dritt tal-familja, minħabba l-aspetti patrimonjali dominanti tiegħu. Anki fil-livell tad-dritt sostantiv, hemm differenzi kbar bejn iż-żewġ oqsma. L-għan prinċipali tad-dritt tas-suċċessjoni huwa li jiddefinixxi r-regoli tal-allokazzjoni tas-suċċessjoni kif ukoll li jirregola t-trażmissjoni tas-suċċessjoni nfisha. B'kuntrast mad-dritt tas-suċċessjoni, id-dritt tal-familja għandu l-għan li jirregola r-relazzjonijiet legali kollha relatati maż-żwieġ u l-ħajja bħala koppja, ir-relazzjoni mal-ulied u l-istat ċivili tal-persuni. Il-funzjoni soċjali essenzjali tiegħu hija li tipproteġi r-rabtiet familjari. Barra minn dan, kuntrarjament għad-dritt tal-familja li fih ir-rieda tal-individwi għandha biss post żgħir u l-biċċa l-kbira tar-relazzjonijiet huma rregolati minn regoli ta' politika pubblika, id-dritt tas-suċċessjoni huwa qasam fejn ir-rieda tal-persuna li jkollha d-drittijiet għandha post importanti.

Hemm għalhekk awtonomija biżżejjed bejn dawn iż-żewġ fergħat tad-dritt ċivili sabiex dawn l-oqsma jkunu jistgħu jiġu trattati separatament minn xulxin. Barra minn dan, peress li din hija eċċezzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom jinterpretaw u japplikaw it-tieni inċiż tal-Artikolu 67(5) b'mod strett. Għaldaqstant, din l-eċċezzjoni mhijiex applikabbli għal dan ir-Regolament fil-qasam tas-suċċessjonijiet.

L-istituzzjonijiet tal-Komunità għandhom ċertu marġni ta' diskrezzjoni biex jiddeterminaw jekk miżura hijiex meħtieġa għat-tħaddim xieraq tas-suq intern. Din il-proposta għandha l-għan li trażżan ix-xkiel kollu għall-moviment liberu tal-persuni li jirriżulta mid-differenzi bejn ir-regoli tal-Istati Membri li jirregolaw is-suċċessjonijiet internazzjonali.

3.2. Il-prinċipju ta' sussidjarjetà

L-għanijiet ta' din il-proposta jistgħu biss jintlaħqu fil-forma ta' regoli komuni fil-qasam tas-suċċessjonijiet internazzjonali, li għandhom ikunu identiċi sabiex ikun hemm ċertezza legali u prevedibbiltà għaċ-ċittadini. Azzjoni unilaterali mill-Istati Membri għalhekk tmur kontra dan l-għan. Hemm Konvenzjoni tal-Aja dwar il-liġi applikabbli għas-suċċessjonijiet (minn hawn 'il quddiem "il-Konvenzjoni") li qatt ma daħlet fis-seħħ[12]. Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-5 ta' Ottubru 1961 fuq il-kunflitti tal-liġijiet fil-qasam tad-dispożizzjonijiet testamentarji ġiet irratifikata minn 16-il Stat Membru. Ikun tajjeb kieku l-Istati Membri l-oħra jirratifikaw din il-Konvenzjoni fl-interess tal-Komunità.

Il-konsultazzjonijiet u l-istudji kollha żvelaw kemm huma kbar il-problemi koperti minn din il-proposta.

3.3. Il-prinċipju ta' proporzjonalità u l-għażla tal-miżura

Il-proposta hija strettament limitata għal dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet tagħha. Il-proposta la tarmonizza d-dritt tas-suċċessjoni u lanqas id-dritt tal-proprjetà fl-Istati Membri. Lanqas ma tolqot is-sistema tat-tassazzjoni tal-wirt tal-Istati Membri. Konsegwentement, is-suċċessjonijiet internazzjonali xorta waħda jkunu jistgħu jagħtu lok għal nuqqas ta’ konsistenza bejn is-sistemi nazzjonali ta’ tassazzjoni u bħala riżultat jista’ jkun hemm tazzazzjoni doppja jew diskriminazzjoni. Il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tippreżenta komunikazzjoni sabiex tindirizza dawn il-kwistjonijiet matul l-2010.

Il-ħtieġa ta’ ċertezza legali u prevedibbiltà tirrikjedi regoli ċari u uniformi u l-forma ta' regolament. Dawn l-għanijiet jiġu ppreġudikati jekk l-Istati Membri jkollhom marġni ta' diskrezzjoni fl-implimentazzjoni tar-regoli.

4. Kummenti dwar l-Artikoli

4.1. KAPITOLU I: KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Il-kunċett ta' "suċċessjoni" għandu jiġi interpretat b'mod awtonomu u jinkludi l-aspetti kollha ta' suċċessjoni, b'mod partikolari l-allokazzjoni, l-amministrazzjoni u l-likwidazzjoni.

L-esklużjoni tad-drittijiet u l-beni maħluqa jew ittrasferiti b'mod li mhuwiex is-suċċessjoni causa mortis tkopri mhux biss it-tipi ta' "proprjetà konġunta" li jagħmlu parti mill- common law , iżda wkoll it-tipi kollha ta' donazzjonijiet tad-dritt ċivili.

L-eċċezzjoni prevista għat- trusts ma tipprekludix l-applikazzjoni għas-suċċessjoni tal-liġi li tirregolaha bis-saħħa ta' dan ir-Regolament.

Il-paragrafu j) jippreċiża li r-Regolament japplika għall-akkwist ta' dritt reali li jirrigwarda proprjetà permezz ta' suċċessjoni, iżda mhux il-kontenut ta' dritt bħal dan. Ir-Regolament m'għandux effett fuq in-" numerus clausus " tad-dritt tal-proprjetà tal-Istati Membri, il-klassifikazzjoni tal-proprjetà u d-drittijiet u d-determininazzjoni tal-prerogattivi tal-persuna li tgawdi minn drittijiet bħal dawn. Konsegwentement, fil-prinċipju, il-kostituzzjoni ta' dritt reali li mhuwiex rikonoxxut mid-dritt tal-post fejn tinsab il-proprjetà mhijiex valida. Il-liġi tas-suċċessjoni ma jistax ikollha l-konsegwenza li tintroduċi fl-Istat fejn tinsab il-proprjetà separazzjoni tad-dritt tal-proprjetà jew modalità tal-istess dritt li dan l-Istat ma jirrikonoxxix. Pereżempju, ma jistax jiġi introdott użufrutt f'pajjiż li ma jirrikonoxxihx. Min-naħa l-oħra, l-eċċezzjoni ma tapplikax għat-trasferiment permezz ta' suċċessjoni ta' dritt reali rikonoxxut fl-Istat Membru tal-post fejn tinsab il-proprjetà.

Il-pubbliċità tad-drittijiet tal-proprjetà, b'mod partikolari, tal-funzjonament tar-reġistru tal-proprjetà immobbli u l-effetti ta' iskrizzjoni jew ta' nuqqas ta' iskrizzjoni f'dan ir-reġistru, huma wkoll esklużi.

Artikolu 2

Qorti : Is-suċċessjonijiet huma ta' spiss deċiżi barra l-qrati. Il-kunċett ta' qorti kif użat minn dan ir-Regolament huwa f'sens estiż u jinkludi awtoritajiet oħrajn meta dawn iwettqu funzjoni ta' qorti, b'mod partikolari permezz ta' delega, li jinkludi, b'mod partikolari, in-nutara u r-reġistraturi.

4.2. Kapitolu II: Ġuriżdizzjoni

Artikolu 4

Ir-regoli tal-ġuriżdizzjoni tal-qrati dwar is-suċċessjonijiet ivarjaw ħafna bejn l-Istati Membri. Minn dan jirriżultaw kunflitti pożittivi, meta l-qrati ta' diversi Stati jiddikjaraw li jkollhom ġuriżdizzjoni, jew kunflitti negattivi, meta l-ebda qorti ma tqis li jkollha ġuriżdizzjoni. Sabiex jiġu evitati dawn id-diffikultajiet għaċ-ċittadini, tinħtieġ regola uniformi. Il-ġuriżdizzjoni tal-Istat Membru tal-aħħar residenza abitwali tal-mejjet hija l-aktar waħda komuni fost l-Istati Membri u ta' spiss tikkoinċidi ma' fejn tinsab il-proprjetà tal-mejjet. Dawn il-qrati jkollhom il-ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu fuq l-aspetti kollha tas-suċċessjoni, kemm jekk il-ġuriżdizzjoni tkun volontarja u kemm jekk tkun kontenzjuża.

Artikolu 5

Ir-rinviju lil qorti li tkun f'pożizzjoni aħjar biex tieħu konjizzjoni tal-kawża m'għandux ikun awtomatiku meta l-mejjet ikun għażel liġi ta' Stat Membru ieħor. Il-qorti kompetenti għandha tqis, b'mod partikolari, l-interessi tal-mejjet, tal-werrieta, il-legatarji u l-kredituri u r-residenza abitwali tagħhom. Din ir-regola għandha fuq kollox tippermetti li tinstab soluzzjoni ekwilibrata meta l-mejjet ikun ilu jgħix ftit żmien fi Stat Membru li ma jkunx dak li jkollu ċ-ċittadinanza tiegħu u fejn il-familja tiegħu tkun baqgħet fl-Istat Membru tal-oriġini tiegħu.

Artikolu 6

Din ir-regola tiggarantixxi l-aċċess għall-ġustizzja għall-werrieta u l-kredituri Komunitarji f'każ fejn il-mejjet kellu r-residenza tiegħu fi Stat terz, meta s-sitwazzjoni jkollha rabtiet mill-qrib ma' Stat Membru minħabba l-preżenza ta' proprjetà.

Artikolu 9

Ir-rabtiet mill-qrib bejn is-sitwazzjoni tas-suċċessjoni u s-sitwazzjoni tal-proprjetà jeħtieġu ġuriżdizzjoni eċċezzjonali tal-qrati tal-Istat Membru tal-post fejn tinsab il-proprjetà meta l-liġi ta' dan l-aħħar Stat Membru tkun teħtieġ l-intervent tal-qrati tiegħu. Madankollu, din il-ġuriżdizzjoni hija strettament limitata għall-aspetti tad-dritt reali tat-trażmissjoni tal-proprjetà.

4.3. Kapitolu III: Liġi applikabbli

Artikolu 16

Sistema unitarja

L-iżvantaġġi tas-sistema ta' "separazzjoni" fejn is-suċċessjoni ta' proprjetà mobbli tkun suġġetta għal-liġi tad-domiċilju tal-mejjet u s-suċċessjoni tal-proprjetà immobbli għal-liġi tal-Istat fejn tinsab il-proprjetà, ġew enfasizzati matul il-konsultazzjonijiet. Din is-sistema toħloq diversi akkumulazzjonijiet ta' wirt, kull waħda suġġetta għal liġi differenti li tistabbilixxi b'mod differenti l-werrieta u s-sehem rispettiv tagħhom, kif ukoll it-tqassim u l-likwidazzjoni tas-suċċessjoni. L-għażla mir-Regolament ta' sistema unitarja tippermetti li s-suċċessjoni tkun suġġetta għal liġi waħda, fatt li jevita dawn l-iżvantaġġi. Sistema unitarja tippermetti wkoll lit-testatur li jippjana t-tqassim tal-beni tiegħu fost il-werrieta b'mod ekwu, ikun fejn ikun il-post fejn jinsabu dawn il-beni.

Il-fattur ta' konnessjoni: il-liġi tal-aħħar residenza abitwali tal-mejjet

Ir-Regolament jagħżel din il-liġi, minflok dik taċ-ċittadinanza, minħabba li hija tikkoinċidi maċ-ċentru tal-interessi tal-mejjet u ta' spiss mal-post fejn tkun tinsab il-biċċa l-kbira tal-proprjetà tiegħu. Konnessjoni bħal din hija aktar favorevoli għall-integrezzjoni fl-Istat Membru tar-residenza abitwali u tevita kull diskriminazzjoni kontra persuni li jkunu residenti fih mingħajr ma jkollhom iċ-ċittadinanza tiegħu. Ir-residenza abitwali għalhekk ġiet magħżula fir-regoli ta' kunflitti ta' diversi Stati Membri u fl-istrumenti l-moderni kollha, b'mod partikolari fil-Konvenzjoni.

Artikolu 17

Is-sistemi legali kollha tal-Istati Membri għandhom mekkaniżmi li għandhom l-għan li jiżguraw is-sussistenza tal-qraba tal-mejjet u prinċipalment mekkaniżmi ta' sehem riżervat tal-wirt. Madankollu, it-testaturi li jkunu ċittadini ta’ Stat Membru li fih id-donazzjonijiet inter vivos ikunu irrevokabbli, jistgħu jikkonfermaw il-validità ta’ dawn id-donazzjonijiet billi jagħżlu d-dritt nazzjonali tagħhom bħala d-dritt applikabbli għas-suċċessjoni tagħhom. Għan ċentrali tar-Regolament huwa li jiżgura li dawn il-mekkaniżmi jkunu rispettati. Peress li ngħatat il-possibbiltà lit-testatur ta' għażla tal-liġi, kien meħtieġ li jinstab kompromess bejn il-vantaġġi ta' għażla bħal din, bħaċ-ċertezza legali u possibbiltà akbar għat-testatur biex jippjana s-suċċessjoni tiegħu, u l-ħarsien tal-interessi leġittimi tal-qraba tal-mejjet, b'mod partikolari tal-konjuġi u tal-ulied li jkunu għadhom ħajjin. Għal din ir-raġuni, ir-Regolament jippermetti lit-testatur li jagħżel biss il-liġi taċ-ċittadinanza tiegħu u dan għandu jiġi evalwat fil-konfront tar-regola ġenerali li twassal għall-applikazzjoni tal-liġi tar-residenza. Din l-għażla tippermetti lit-testatur li jkun gawda mil-libertà tal-moviment offruta fl-Unjoni, iżda li jkun jixtieq iżomm rabtiet mill-qrib mal-pajjiż ta' oriġini tiegħu, biex iżomm dawn ir-rabtiet kulturali permezz tas-suċċessjoni tiegħu. Din is-soluzzjoni ġiet ukoll rakkomandata mill-Parlament Ewropew.

Esklużjoni ta' għażliet oħrajn : Ir-Regolament iwarrab il-possibbiltà li l-liġi applikabbi għas-sistema matrimonjali tat-testatur tiġi magħżula bħala l-liġi applikabbli għas-suċċessjoni. Dispożizzjoni bħal din kienet tippermetti għażliet multipli meta, għas-sistemi matrimonjali, il-konjuġi jkunu jgawdu minn flessibbiltà akbar fl-għażla tal-liġi applikabbli. Dan kien ikun imur kontra l-għanijiet imsemmijin hawn fuq.

Artikolu 18

Huwa indispensabbli li jiġu previsti regoli dwar il-liġi applikabbli għall-patti ta' suċċessjoni u testmenti konġunti, użati f'xi Stati, sabiex, pereżempju, jiġi organizzat it-trasferiment ta' impriża u biex, fil-każ tal-koppji, jippermettu lill-konjuġi li jibqa' ħaj li jibbenefika mill-patrimonju komuni.

Artikolu 21

Dan l-Artikolu għandu l-għan, b'mod partikolari li jqis il-partikolaritajiet tas-sistemi legali tal- common law , bħal dik tal-Ingilterra, fejn il-werrieta ma jidħlux direttament fid-drittijiet tal-mejjet mill-mewt tiegħu, iżda fejn is-suċċessjoni tkun amministrata minn amministratur innominat u ssorveljat mill-imħallef.

Artikolu 22

Minħabba l-għan ekonomiku, familjari jew soċjali tagħhom, xi proprjetà immobbli, impriżi jew kategoriji oħra ta' beni huma s-suġġett ta' sistema ta' suċċessjoni partikolari fl-Istat Membru fejn jinsabu, fatt li għandu jiġi rrispettat. Sistema bħal din hija prevista, pereżempju, għall-impriżi familjari agrikoli. Din l-eċċezzjoni teħtieġ interpretazzjoni stretta sabiex tibqa' kompatibbli mal-għan ġenerali ta' dan ir-Regolament. Ma tapplikax, b'mod partikolari, għal sistema ta' separazzjoni jew għas-sehem riżervat tal-wirt.

Artikolu 27

L-użu tal-politika pubblika għandu jkun ta' natura eċċezzjonali. Id-differenza bejn il-liġijiet dwar il-ħarsien tal-interessi leġittimi tal-qraba tal-mejjet ma tistax tiġġustifika l-użu tal-politika pubblika, minħabba li dan ikun inkompatibbli mal-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni ta' liġi waħda għall-beni kollha tas-suċċessjoni.

4.4. Kapitolu IV: Rikonoxximent u eżekuzzjoni

Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu huma bbażati fuq ir-regoli korrispondenti tar-Regolament (KE) Nru 44/2001. Ir-rikonoxximent tad-deċiżjonijiet u t-tranżazzjonijiet ġudizzjarji kollha hija prevista sabiex il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku jiġi konkretizzat fil-qasam tas-suċċessjoni, liema prinċipju huwa bbażat fuq il-prinċipju tal-fiduċja reċiproka. Ir-raġunijiet għal nuqqas ta' riknoxximent għandhom għalhekk jinżammu għall-minimu possibbli.

4.5. Kapitolu V: Atti awtentiċi

Fid-dawl tal-importanza prattika tal-atti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet, dan ir-Regolament għandu jiżgura r-rikonoxximent tagħhom sabiex il-moviment liberu tagħhom ikun possibbli. Dan ir-rikonoxximent ifisser li huma jgawdu mill-istess valur sħiħ bħala evidenza rigward il-kontenut tal-att u l-fatti li jkunu mniżżla fih, bħal dak tal-atti awtentiċi nazzjonali jew, fuq l-istess bażi, bħal fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom, mill-preżunzjoni ta' awtentiċità kif ukoll min-natura eżekuttiva fil-limiti stabbiliti minn dan ir-Regolament.

4.6. Kapitolu VI: Ċertifikat Ewropew tas-suċċessjoni

Sabiex suċċessjoni internazzjonali tkun tista' tiġi riżolta malajr, dan ir-Regolament jintroduċi ċ-Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni. Sabiex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu tiegħu fl-Unjoni Ewropea, jeħtieġ li jiġi adottat mudell uniformi ta' ċertifikat u li tiġi nnominata l-awtorità bil-kompetenza internazzjonali biex toħorġu. Il-koerenza mar-regoli sostantivi tal-ġuriżdizzjoni teħtieġ li l-istess qorti tkun kompetenti biex tiddeċiedi dwar is-suċċessjoni.

Dan iċ-ċertifikat ma jissostitwixxix iċ-ċertifikati eżistenti f'uħud mill-Istati Membri. Fl-Istat Membru tal-awtorità kompetenti, l-istatus ta' eredi u s-setgħat ta' amministratur jew eżekutur tas-suċċessjoni għandhom jiġu ppruvati skont il-proċedura interna.

2009/0157 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-atti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u l-ħolqien ta' ċertifikat Ewropew tas-suċċessjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 61(c), u t-tieni inċiż tal-Artikolu 67(5) tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta tal-Kummissjoni,[13]

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[14],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat,

Billi:

(1) Il-Komunità għandha l-għan li żżomm u tiżviluppa spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja. Sabiex jiġi progressivament stabbilit dan l-ispazju, il-Komunità għandha tadotta miżuri relatati li jagħmlu parti mill-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili b' impatt transkonfinali, safejn dan huwa meħtieġ għall-funzjonament korrett tas-suq intern.

(2) Skont l-Artikolu 65(b) tat-Trattat, dawn il-miżuri għandhom ikollhom il-għan, fost affarijiet oħrajn, li jippromwovu l-kompatibbiltà tar-regoli applikabbli fl-Istati Membri fil-qasam tal-kunflitti tal-liġijiet u l-ġuriżdizzjoni.

(3) Waqt il-laqgħa tiegħu f'Tampere fil-15 u s-16 ta' Ottubru 1999, il-Kunsill Ewropew approva l-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi u ta' deċiżjonijiet oħra ta' awtoritajiet ġudizzjarji bħala s-sisien tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u stieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jadottaw programm ta' miżuri sabiex jiġi implimentat dan il-prinċipju.

(4) Fit-30 ta' Novembru 2000, il-Kunsill adotta abbozz ta' programm tal-miżuri dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet fil-qasam ċivili u kummerċjali[15] Il-Programm jiddeskrivi l-miżuri dwar l-armonizzazzjoni tar-regoli ta' kunflitti ta' liġijiet li għandhom l-għan li jiffaċilitaw ir-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet. Jipprovdi għat-tħejjija ta' strument fil-qasam tas-suċċessjonijiet u t-testmenti, qasam eskluż, b'mod partikolari, mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar ġuriżdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali[16].

(5) Il-Kunsill Ewropew, fil-laqgħa ta' Brussell fl-4 u l-5 ta' Novembru 2004, adotta programm ġdid, bl-isem "Il-Programm tal-Aja: it-tisħiħ tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja fl-Unjoni Ewropea"[17]. Dan il-programm jenfasizza l-ħtieġa li, sal-2011, jiġi adottat strument fuq id-dritt tas-suċċessjonijiet, li jittratta, b'mod partikolari, il-kwistjoni tal-kunflitti tal-liġijiet, il-ġuriżdizzjoni tal-qrati, ir-rikonoxximent reċiproku u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet f'dan il-qasam, iċ-ċertifikat Ewropew tas-suċċessjoni u mekkaniżmu li jippermetti li jiġi vverifikat bi preċiżjoni jekk resident tal-Unjoni Ewropea ħalliex l-aħħar volontajiet tiegħu jew testment.

(6) Hemm lok li jiġi ffaċilitat t-tħaddim tajjeb tas-suq intern billi jitneħħew l-ostakoli għall-moviment liberu ta' persuni li llum il-ġurnata jiġu affaċċjati b'diffikultajiet biex jimplimentaw id-drittijiet tagħhom fil-kuntest ta' suċċessjoni internazzjonali. Fiż-żona Ewropea tal-ġustizzja, iċ-ċittadini għandhom ikunu fil-pożizzjoni li jorganizzaw is-suċċessjoni tagħhom bil-quddiem. Id-drittijiet tal-werrieta u l-legatarji, tal-persuni l-oħra marbutin mal-mejjet kif ukoll tal-kredituri tas-suċċessjoni għandhom ikunu garantiti b'mod effettiv.

(7) Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, dan ir-Regolament għandu jiġbor id-dispożizzjonijiet fuq il-ġuriżdizzjoni tal-qrati, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u tal-atti awtentiċi f'dan il-qasam kif ukoll fuq iċ-ċertifikat Ewropew tas-suċċessjoni.

(8) Il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandu jestendi għall-kwistjonijiet ċivili kollha li jirrigwardaw suċċessjoni causa mortis , jiġifieri kull forma ta' trasferiment ta' proprjetà causa mortis , kemm jekk dan ikun permezz ta' att volontarju ta' trasferiment, fil-forma ta' testment jew dik ta' patt ta' suċċessjoni, jew jekk ikun permezz ta' trasferiment ta' proprjetà causa mortis b'riżultat ta' dispożizzjoni tal-liġi.

(9) Il-validità u l-effetti tad-donazzjonijiet huma koperti mir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I)[18]. Dawn għandhom għalhekk jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, bl-istess mod bħal drittijiet u beni oħra maħluqa jew ittrasferiti b'xi mod'ieħor għajr is-suċċessjoni. Madankollu, hija l-liġi tas-suċċessjoni identifikata skont dan ir-Regolament li għandha tippreċiża jekk din id-donazzjoni jew forma oħra ta' dispożizzjoni inter vivos b'effett immedjat ta' dritt reali tistax tagħti lok għal obbligu ta' restituzzjoni jew tnaqqis jew ta' teħid f'kunsiderazzjoni fil-kalkolu tal-ishma fil-wirt skont il-liġi tas-suċċessjoni.

(10) Filwaqt li dan ir-Regolament għandu jkopri l-mezz ta' akkwist ta' dritt reali li jirrigwarda proprjetà korporali jew inkorporali, kif previst mil-liġi applikabbli għas-suċċessjoni, il-lista ristretta (" numerus clausus ") tad-drittijiet reali li jisgħu jeżistu fid-dritt nazzjonali tal-Istati Membri, regolata fil-prinċipju mil- lex rei sitae , għandha tagħmel parti mir-regoli nazzjonali ta' kunflitti tal-liġijiet. Il-pubbliċità ta' dawn id-drittijiet, b'mod partikolari il-funzjonament tar-reġistru tal-artijiet u l-effetti ta' iskrizzjoni jew ta' nuqqas ta' iskrizzjoni f'dan ir-reġistru, li huma wkoll irregolati mil-liġi lokali, għandha wkoll tiġi eskluża.

(11) Sabiex jitqiesu l-metodi differenti kif tiġi rregolata suċċessjoni fl-Istati Membri, dan ir-Regolament għandu jiddefinixxi l-ġuriżdizzjoni tal-qrati f'sens wiesa', inkluża l-ġuriżdizzjoni tal-awtoritajiet mhux ġudizzjarji meta dawn iwettqu funzjoni ta' qorti, b'mod partikolari permezz ta' delega.

(12) Fid-dawl tal-mobilità li dejjem tikber taċ-ċittadini Ewropej u sabiex jiffavorixxi l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja fl-Unjoni Ewropea u jiżgura li jkun hemm rabta reali bejn is-suċċessjoni u l-Istat Membru li jkollu ġuriżdizzjoni, dan ir-Regolament għandu jipprevedi l-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru tal-aħħar residenza abitwali tal-mejjet għas-suċċessjoni kollha. Għall-istess raġunijiet, dan ir-Regolament għandu jippermetti, bħala eċċezzjoni u taħt ċerti kundizzjonijiet, lill-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni tirrinvija l-kawża lill-qorti tal-Istat li tiegħu il-mejjet kellu ċ-ċittadinanza jekk din tkun f'pożizzjoni aħjar biex tieħu konjizzjoni tal-kawża.

(13) Sabiex jitħaffef ir-rikonoxximent reċiproku, m'għandux jibqa' jsir riferiment għar-regoli tal-ġuriżdizzjoni tad-dritt nazzjonali. Għaldaqstant hemm lok li f'dan ir-Regolament jiġu stabbiliti l-każijiet li fihom qorti ta' Stat Membru tkun tista' teżerċita ġuriżdizzjoni sussidjarja.

(14) Sabiex titħaffef il-ħajja tal-eredi u l-legatarji li jgħixu fi Stat Membru apparti minn dak li l-qrati tiegħu jkollhom il-ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu dwar is-suċċessjoni, ir-Regolament għandu jawtorizzahom jagħmlu d-dikjarazzjonijiet dwar l-aċċettazzjoni jew ir-rinunzja għas-suċċessjoni fil-forma prevista mil-liġi tar-residenza abitwali tagħhom, jekk ikun il-każ, quddiem il-qrati ta' dan l-Istat.

(15) Mir-rabta stretta bejn is-sitwazzjoni tas-suċċessjoni u s-sitwazzjoni tal-proprjetà jirriżulta li r-Regolament għandu jipprovdi għall-ġuriżdizzjoni eċċezzjonali tal-qrati tal-Istat Membru tal-post fejn tinsab il-proprjetà meta l-liġi ta' dan l-Istat Membri teħtieġ l-intervent tal-qrati tagħha biex jittieħdu miżuri li jaqgħu taħt il-liġi dwar il-proprjetà immobbli rigward it-trażmissjoni ta' din il-proprjetà u r-reġistrazzjoni tagħha fir-reġistri pubbliċi tal-proprjetà.

(16) Il-funzjonament tajjeb tal-ġustizzja jeħtieġ li jiġi evitat li jingħataw deċiżjonijiet kontradittorji f'żewġ Stati Membri. Għal dan l-iskop, dan ir-regolament għandu jipprovdi għal regoli ġenerali ta' proċedura, fuq il-mudell tar-Regolament (KE) Nru 44/2001.

(17) Sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jgawdu, biċ-ċertezza legali kollha, mill-vantaġġi offruti mis-suq intern, dan ir-Regolament għandu jippermettilhom jkunu jafu minn qabel il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni tagħhom. Għandhom jiġu introdotti regoli armonizzati ta' kunflitti ta' liġijiet biex jiġi evitat li jingħataw deċiżjonijiet kontradittorji fl-Istati Membri. Ir-regola prinċipali għandha tiżgura li s-suċċessjoni tkun irregolata minn liġi prevedibbli li magħha jkollha rabtiet mill-qrib. Iċ-ċertezza legali teħtieġ li din il-liġi tkopri l-beni kollha tas-suċċessjoni, irrispettivament min-natura tagħhom jew il-post fejn jinsabu, sabiex jiġu evitati d-diffikultajiet li jirriżultaw mill-frammentazzjoni tas-suċċessjoni.

(18) Dan ir-Regolament għandu jżid il-possibbiltà taċ-ċittadini li jorganizzaw minn qabel is-suċċessjoni tagħhom billi jippermettilhom jagħżlu l-liġi applikabbli. Din l-għażla għandha tkun irregolata strettament biex jiġu rispettati l-aspettattivi leġittimi tal-werrieta u l-legatarji.

(19) Dan ir-Regolament ma jkoprix il-validità rigward il-forma tad-dispożizzjonijiet causa mortis . Fil-każ tal-Istati Membri li rratifikaw il-Konvenzjoni tal-Aja tal-5 ta' Ottubru 1961 fuq il-kunflitti tal-liġijiet fil-qasam tad-dispożizzjonijiet testamentarji, fil-każ tal-kamp ta' applikazzjoni ta' din il-Konvenzjoni, din il-validità hija rregolata mid-dispożizzjonijiet tal-istess Konvenzjoni.

(20) Sabiex jiġi ffaċilitat ir-rikonoxximent tad-drittijiet tas-suċċessjoni miksuba fi Stat Membru, ir-regola ta' kunflitti tal-liġijiet għandha tiffavorixxi l-validità tal-patti ta' suċċessjoni billi taċċetta konnessjonijiet alternattivi. L-aspettattivi leġittimi ta' terzi persuni għandhom jitħarsu.

(21) Safejn ikun kompatibbli mal-għan ġenerali ta' dan ir-Regolament u sabiex jiġi ffaċilitat it-trasferiment ta' dritt reali miksub taħt il-liġi tas-suċċessjoni, dan ir-Regolament m'għandux jipprekludi l-applikazzjoni ta' xi regoli imperattivi tal-liġi tal-post fejn jinsab il-beni, liema regoli għandhom ikunu elenkati b'mod restrittiv.

(22) Minħabba l-għan ekonomiku, familjari jew soċjali tagħhom, xi proprjetà immobbli, impriżi jew kategoriji oħra ta' beni huma s-suġġett ta' sistema ta' suċċessjoni partikolari fl-Istat Membru fejn jinsabu. Dan ir-Regolament għandu jirrispetta din is-sistema partikolari. Madankollu, din l-eċċezzjoni għall-applikazzjoni tal-liġi tas-suċċessjoni teħtieġ interpretazzjoni stretta sabiex tibqa' kompatibbli mal-għan ġenerali ta' dan ir-Regolament. L-eċċezzjoni ma tirrigwardax, b'mod partikolari, ir-regola ta' kunflitti ta' liġijiet li tissuġġetta l-proprjetà immobbli għal liġi differenti minn dik tal-proprjetà mobbli jew is-sehem riżervat tal-wirt.

(23) Id-differenzi bejn, min-naħa, is-soluzzjonijiet nazzjonali rigward id-dritt tal-Istat li jieħu suċċessjoni vakanti u, min-naħa l-oħra, it-trattament tas-sitwazzjoni li fiha l-ordni tal-mewt ta' persuna waħda jew ta' diversi persuni ma jkunx magħruf, jistgħu jwasslu għal riżultati kontradittorji jew, għall-kuntrarju, għal nuqqas ta' soluzzjoni. Dan ir-Regolament għandu jipprevedi riżultat koerenti li jirrispetta d-dritt sostantiv tal-Istati Membri.

(24) F'ċirkustanzi eċċezzjonali, xi kunsiderazzjonijiet ta’ interess pubbliku għandhom jagħtu lill-qrati tal-Istati Membri l-possibilità li jinjoraw il-liġi barranija meta l-applikazzjoni ta' tali liġi f'każ preċiż tmur kontra l-politika pubblika tal-forum. Madankollu, il-qrati m'għandhom ikunu jistgħu japplikaw l-eċċezzjoni tal-politika pubblika sabiex jinjoraw liġi ta' Stat Membru ieħor jew jirrifjutaw li jirrikonoxxu jew jeżegwixxu deċiżjoni li tkun ingħatat, att awtentiku, tranżazzjoni ġudizzjarja jew ċertifikat Ewropew tas-suċċessjoni li jkunu saru fi Stat Membru ieħor, meta dan imur kontra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropew, b'mod partikolari l-Artikolu 21 tagħha li jipprojbixxi kull tip ta' diskriminazzjoni.

(25) Fid-dawl tal-għan ġenerali ta' dan ir-Regolament, li hu r-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet mogħtija fl-Istati Membri fil-qasam tas-suċċessjonijiet causa mortis , dan għandu jipprevedi regoli dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet, fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 u adattati, jekk ikun il-każ, għall-eżiġenzi speċifiċi tas-suġġett kopert minn dan ir-Regolament.

(26) Sabiex jitqiesu l-metodi differenti li bihom jiġu deċiżi l-kwistjonijiet dwar is-suċċessjonijiet fl-Istati Membri, dan ir-Regolament għandu jiżgura r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tal-atti awtentiċi. Għalhekk l-atti awtentiċi ma jistgħux jiġu assimilati ma' deċiżjonijiet tal-qrati f'dak li jirrigwarda r-rikonoxximent tagħhom. Ir-rikonoxximent tal-atti awtentiċi jfisser li dawn igawdu mill-istess valur bħala evidenza rigward il-kontenut tal-att u mill-istess effetti bħal fil-pajjiż tal-oriġini tagħhom, kif ukoll minn preżunzjoni ta' validità li tista' taqa' fil-każ ta' kontestazzjoni. B'hekk din il-validità tista' dejjem tiġi kkontestata quddiem qorti tal-Istat Membru tal-oriġini tal-att awtentiku, taħt il-kundizzjonijiet proċedurali stabbiliti minn dan l-Istat Membru.

(27) Soluzzjoni mħaffa, aċċessibbli u effettiva tas-suċċessjonijiet internazzjonali fl-Unjoni Ewropea timplika l-possibbiltà għall-werriet, il-legatarju, l-eżekutur testamentarju jew l-amministratur li jippruvaw b'faċilità u mingħajr qrati l-istatus tagħhom fl-Istati Membri fejn jinsabu l-beni tas-suċċessjoni. Sabiex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu ta' din il-prova fl-Unjoni Ewropea, jeħtieġ li dan ir-Regolament jintroduċi mudell uniformi ta' ċertifikat Ewropew tas-suċċessjoni u jinnomina l-awtorità kompetenti biex toħorġu. Sabiex jiġi mħares il-prinċipju ta' sussidjarjetà, dan iċ-ċertifikat m'għandux jissostitwixxi l-proċeduri interni fl-Istati Membri. Ir-Regolament għandu jippreċiża r-relazzjoni ma' dawn il-proċeduri.

(28) L-impenji internazzjonali assunti mill-Istati Membri jiġġustifikaw li dan ir-Regolament ma jaffettwax il-konvenzjonijiet internazzjonali li għalihom Stat Membru wieħed jew aktar ikunu Partijiet meta jiġi adottat. Il-koerenza mal-għanijiet ġenerali ta' dan ir-Regolament tirrikjedi madankollu li, fost l-Istati Membri, ir-Regolament jipprevali fuq il-konvenzjonijiet.

(29) Sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jeħtieġ li jiġi previst obbligu għall-Istati Membri li jikkomunikaw ċerta informazzjoni dwar id-dritt tas-suċċessjoni tagħhom fil-kuntest tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali li nħoloq bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE tat-28 ta' Mejju 2001[19].

(30) Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[20].

(31) B'mod partikolari, jeħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta kull emenda għall-formoli previsti f'dan ir-Regolament skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(32) Meta l-kunċett ta' "ċittadinanza" jservi biex tiġi stabbilita l-liġi applikabbli, ikun tajjeb li jitqies il-fatt li ċerti Stati, li s-sistema legali tagħhom hija bbażata fuq il- common law jużaw il-kunċett tad-"domiċilju" u mhux taċ-"ċittadinanza" bħala kriterju ta' konnessjoni ekwivalenti fil-qasam tas-suċċessjonijiet.

(33) Peress illi l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-moviment liberu tal-persuni, l-organizzazzjoni minn qabel miċ-ċittadini Ewropej tas-suċċessjoni tagħhom f'kuntest internazzjonali, id-drittijiet tal-werrieta u l-legatarji, tal-persuni l-oħra marbuta mal-mejjet u tal-kredituri tas-suċċessjoni, ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti ta' dan ir-Regolament, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tieħu miżuri, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stipulat fl-imsemmi Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet.

(34) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 21 tagħha li jipprojbixxi kull diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza, il-lewn, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjonijiet politiċi jew kwalunkwe opinjoni oħra, l-appartenenza għal xi minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentament sesswali. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat mill-qrati tal-Istati Membri fir-rispett ta' dawn id-drittijiet u l-prinċipji.

(35) Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, [ir-Renju Unit u l-Irlanda nnotifikaw ix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament]/[bla ħsara għall-Artikolu 4 tal-imsemmi Protokoll, ir-Renju Unit u l-Irlanda mhumiex se jieħdu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhumiex marbutin minnu jew suġġetti għall-applikazzjoni tiegħu].

(36) Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhux se tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u għalhekk mhijiex marbuta minnu jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I

Kamp ta' applikazzjoni u definizzjonijiet

Artikolu 1Kamp ta' applikazzjoni

1. Dan ir-Regolament japplika għas-suċċessjonijiet causa mortis . Ma japplikax għall-materji fiskali, doganali u amministrattivi.

2. F'dan ir-Regolament, bi “Stat Membru” wieħed għandu jifhem l-Istati Membri kollha ħlief għad-Danimarka, [ir-Renju Unit u l-Irlanda].

3. Dawn li ġejjin huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament:

1. l-istatus tal-persuni fiżiċi kif ukoll ir-relazzjonijiet tal-familja u r-relazzjonijiet li għandhom effetti paragunabbli;

2. il-kapaċità legali tal-persuni fiżiċi, bla ħsara għall-Artikolu 19(2)(c) u (d);

3. l-għejbien, l-assenza u l-mewta preżunta ta' persuna fiżika;

4. il-kwistjonijiet li jaqgħu taħt is-sistema li tirregola ż-żwieġ kif ukoll taħt is-sistema patrimonjali applikabbli għar-relazzjonijiet li għandhom effetti paragunabbli maż-żwieġ;

5. l-obbligi ta' manteniment;

6. id-drittijiet u l-beni maħluqa jew ittrasferiti b'xi mod li mhux is-suċċessjoni causa mortis , bħad-donazzjonijiet, il-proprjetà konġunta ta' diversi persuni bid-dritt ta' riversibbiltà favur dak li jibqa' ħaj, il-pjanijiet ta' pensjoni, il-kuntratti ta' assigurazzjoni u arranġamenti analogi, bla ħsara għall-Artikolu 19(2)(j);

7. il-kwistjonijiet li jaqgħu taħt id-dritt tal-kumpaniji, bħall-klawżoli li jinsabu fil-memorandum u l-artikoli tal-assoċjazzjoni ta' kumpaniji, fl-istatuti ta' assoċjazzjonijiet u ta' persuni ġuridiċi li jistabbilixxu dak li għandu jsir mill-ishma fihom meta jmutu l-membri tagħhom;

8. ix-xoljiment, l-estinzjoni u l-amalgamazzjoni ta' kumpaniji, ta' assoċjazzjonijiet u ta' persuni ġuridiċi;

9. il-ħolqien, il-funzjonament u x-xoljiment tat- trusts ;

10. in-natura tad-drittijiet in rem li jirrigwardaw il-proprjetà u l-pubbliċità ta' dawn id-drittijiet.

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament:

11. "suċċessjoni causa mortis " tfisser kull forma ta' trasferiment ta' proprjetà causa mortis , kemm jekk dan ikun permezz ta' att volontarju ta' trasferiment, fil-forma ta' testment jew f'dik ta' patt ta' suċċessjoni, jew jekk ikun permezz ta' trasferiment ta' proprjetà causa mortis b'riżultat ta' dispożizzjoni tal-liġi;

12. "qorti" tfisser kull awtorità ġudizzjarja jew kull awtorità kompetenti tal-Istati Membri li teżerċita funzjoni ġudizzjarja fil-qasam tas-suċċessjoni. Jitqiesu bħala qrati, l-awtoritajiet l-oħra li jwettqu b’delega setgħat pubbliċi tal-funzjonijiet li jaqgħu fil-kompetenzi tal-qrati kif previst f'dan ir-Regolament.

13. "patt ta' suċċessjoni" tfisser ftehim li jagħti, jimmodifika jew jirtira, b'korrispettiv jew mingħajru, drittijiet fis-suċċessjoni futura ta' persuna waħda jew aktar li jkun partijiet fil-ftehim;

14. "testmenti konġunti" tfisser it-testmenti magħmula minn żewġ persuni jew aktar fl-istess att, favur terza persuna u/jew bis-saħħa ta' dispożizzjoni reċiproka u komuni;

15. "Stat Membru ta' oriġini" tfisser l-Istat Membru li fih, skont il-każ, ingħatat id-deċiżjon., ġiet approvata jew konkluża t-tranżazzjoni ġudizzjarja u ġie ppubblikat att awtentiku;

16. "Stat Membru mitlub" tfisser l-Istat Membru li fih huma mitluba r-rikonoxximent u/jew l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni, tat-tranżazzjoni ġudizzjarja jew tal-att awtentiku;

17. "deċiżjoni" tfisser kull deċiżjoni mogħtija fil-qasam tas-suċċessjoni minn qorti ta’ Stat Membru, ikun xi jkun l-isem li jingħatalha, bħal sentenza, ġudizzju, digriet jew mandat ta’ eżekuzzjoni, kif ukoll id-determinazzjoni tal-ammont tal-ispejjeż tal-proċess mir-Reġistratur;

18. "att awtentiku" tfisser dokument li jkun tħejja jew ġie rreġistrat formalment bħala att awtentiku u li l-awtentiċità tiegħu:

19. tirrigwarda l-firma u l-kontenut tal-att awtentiku, u

20. ikun tħejja minn awtorità pubblika jew kwalunkwe awtorità oħra bis-setgħa li tagħmel dan mill-Istat Membru tal-oriġini;

21. "ċertifikat Ewropew tas-suċċessjoni" tfisser iċ-ċertifikat maħruġ mill-qorti kompetenti bis-saħħa tal-Kapitolu VI ta' dan ir-Regolament.

Kapitolu II

Ġuriżdizzjoni

Artikolu 3Qrati

Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu japplikaw għall-qrati kollha tal-Istati Membri iżda japplikaw biss safejn ikun meħtieġ għall-awtoritajiet li mhumiex awtoritajiet ġudizzjarju.

Artikolu 4Ġuriżdizzjoni ġenerali

Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, il-qrati tal-Istat Membru fit-territorju fejn il-mejjet kellu r-residenza abitwali tiegħu meta miet għandhom il-ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu fil-qasam tas-suċċessjonijiet.

Artikolu 5Rinviju għal qrati f'pożizzjoni aħjar biex jieħdu konjizzjoni tal-kawża

1. Meta l-liġi ta' Stat tkun intagħżlet mill-mejjet biex tirregola s-suċċessjoni tiegħu skont l-Artikolu 17, il-qorti li jitressqu l-proċedimenti quddiemha skont l-Artikolu 4 tista', fuq talba ta' parti u jekk tikkunsidra li l-qrati tal-Istat Membru li l-liġi tiegħu ġiet magħżula huma f'pożizzjoni aħjar biex jiddeċiedu fuq is-suċċessjoni, tissospendi l-proċedimenti quddiemha u tistieden lill-partijiet biex iressqu proċedimenti quddiem il-qrati ta' dan l-Istat Membru.

2. Il-qorti li għandha ġuriżdizzjoni skont l-Artikolu 4 għandha tistabbilixxi terminu li fih għandhom jitressqu l-proċedimenti quddiem il-qrati tal-Istat Membru li l-liġi tiegħu ntagħżlet skont il-paragrafu 1. Jekk ma jitressqux proċedimenti quddiem il-qrati matul dan it-terminu, il-qorti li tressqu l-proċedimenti quddiemha żżomm il-ġuriżdizzjoni.

3. Il-qrati tal-Istat Membru li tkun intagħżlet il-liġi tiegħu għandhom jiddikjaraw li għandhom ġuriżdizzjoni f'terminu massimu ta' tmien ġimgħat li jibda jiddekorri mid-data li fiha tressqu l-proċedimenti quddiemhom skont il-paragrafu 2. F'dan il-każ, il-qorti li tressqu l-ewwel il-proċedimenti quddiemha għandha tirrinunzja għall-ġuriżdizzjoni tagħha mingħajr dewmien. Fil-każ kuntrarju, il-qorti li tressqu l-ewwel il-proċedimenti quddiemha għandha żżomm il-ġuriżdizzjoni tagħha.

Artikolu 6Ġuriżdizzjoni reżidwa

Meta r-residenza abitwali tal-mejjet fil-mument tal-mewt ma tkunx tinsab fi Stat Membru, il-qrati ta' Stat Membru għandhom madankollu ġuriżdizzjoni bis-saħħa tal-fatt li l-proprjetà tas-suċċessjoni tinsab f'dan l-Istat Membru u li:

22. il-mejjet kellu r-residenza abitwali preċedenti tiegħu fl-imsemmi Stat Membru sakemm din ir-residenza ma tkunx intemmet aktar minn ħames snin qabel ma jitressqu l-proċedimenti quddiem il-qorti; jew, fin-nuqqas ta' dan,

23. il-mejjet kellu ċ-ċittadinanza ta' dan l-Istat Membru fil-mument tal-mewt tiegħu; jew, fin-nuqqas ta' dan,

24. werriet jew legatarju għandu r-residenza abitwali tiegħu fl-imsemmi Stat Membru; jew, fin-nuqqas ta' dan,

25. it-talba tirrigwarda biss din il-proprjetà.

Artikolu 7 Kontrotalba

Il-qorti li quddiemha huma pendenti l-proċedimenti bis-saħħa tal-Artikoli 4, 5 jew 6 għandha wkoll ġuriżdizzjoni biex teżamina l-kontrotalba, safejn din tkun taqa' fil-kamp tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 8Kompetenza għall-aċċettazzjoni tas-suċċessjoni jew għar-rinunzja għaliha

Il-qrati tal-Istat Membru tar-residenza abitwali tal-werriet jew tal-legatarju it-tnejn għandhom ġuriżdizzjoni li jirċievu dikjarazzjonijiet dwar l-aċċettazzjoni tas-suċċessjoni jew ta' legat jew dwarc ir-rinunzja għalihom jew dikjarazzjoni bil-għan li tillimita r-responsabbiltà tal-werriet jew tal-legatarju meta dawn għandhom isiru quddiem qorti.

Artikolu 9Ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-post fejn tinsab proprjetà

Meta l-liġi tal-Istat Membru tal-post fejn tinsab proprjetà teħtieġ l-intervent tal-qrati tiegħu biex jittieħdu miżuri li jagħmlu parti mil-liġi dwar il-proprjetà immobbli rigward it-trażmizzjoni, ir-reġistrazzjoni jew it-trasferiment ta' din il-proprjetà fir-reġistru pubbliku, il-qrati ta' dan l-Istat Membru jkollhom il-ġuriżdizzjoni biex jieħdu dawn il-miżuri.

Artikolu 10Tressiq ta' proċedimenti quddiem qorti

Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, huwa meqjus li tressqu proċedimenti quddiem qorti:

26. fid-data meta l-att promotur tal-kawża jew att ekwivalenti jiġi ppreżentat lill-qorti, sakemm ir-rikorrent ma jonqosx sussegwentement milli jieħu l-miżuri li kellu l-obbligu li jieħu biex l-att ikun notifikat jew ikkomunikat lill-konvenut, jew

27. jekk l-att għandu jkun notifikat jew ikkomunikat qabel ma jiġi ppreżentat lill-qorti, fid-data li fiha jiġi rċevut mill-awtorità inkarigata bin-notifika jew komunikazzjoni, sakemm ir-rikorrent ma jonqosx sussegwentement milli jieħu l-miżuri li kellu l-obbligu li jieħu biex l-att jiġi ppreżentat lill-qorti.

Artikolu 11 Eżami tal-ġuriżdizzjoni

Il-qorti ta’ Stat Membru li titressaq kawża quddiemha li ma taqax fil-ġuriżdizzjoni tagħha bis-saħħa ta' dan ir-Regolament għandha tiddikjara, ex officio , li m'għandhiex ġuriżdizzjoni.

Artikolu 12Eżami tal-ammissibbilità

1. Meta l-konvenut, b'residenza abitwali fit-territorju ta’ Stat Membru li mhux l-Istat Membru fejn l-azzjoni tressqet, ma jidhirx, il-qorti kompetenti hija marbuta li tissospendi l-proċedimenti quddiemha sakemm jiġi stabbilit li l-konvenut kien f’pożizzjoni li jirċievi l-att promotur tal-kawża jew att ekwivalenti fi żmien biżżejjed biex ikun jista' jiddefendi ruħu jew li ttieħdu l-passi kollha biex dan isir.

2. L-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali[21] għandu japplika minflok id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jekk l-att promotur tal-kawża jew att ekwivalenti kellu jiġi trażmess minn Stat Membru wieħed lil Stat Membru ieħor skont l-imsemmi Regolament.

3. Meta d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 ma jkunux applikabbli, l-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-15 ta' Novembru 1965 dwar in-notifika barra mill-pajjiż ta' atti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali għandu japplika jekk l-att promotur tal-kawża jew dokument ekwivalenti kellu jiġi trażmess barra mill-pajjiż skont din il-Konvenzjoni.

Artikolu 13Lis pendens

1. Meta jitressqu proċedimenti bl-istess għan u bl-istess kawża bejn l-istess partijiet quddiem qrati ta' Stati Membri differenti, il-qorti li titressaq quddiemha t-tieni kawża għandha tissospendi l-proċedimenti quddiemha ex officio sakemm il-ġuriżdizzjoni tal-qorti li tressqet l-ewwel kawża quddiemha tiġi stabbilita.

2. Meta tiġi stabbilita l-ġuriżdizzjoni tal-qorti li tressqet l-ewwel kawża quddiemha, il-qorti li tressqet it-tieni kawża quddiemha għandha ċċedi l-ġuriżdizzjoni favur l-ewwel qorti.

Artikolu 14Konnessjoni tal-kawżi

1. Meta jkun hemm pendenti talbiet konnessi quddiem qrati ta' Stati Membri differenti, il-qorti li tkun tressqet it-tieni kawża quddiemha tista' tissospendi l-proċedimenti quddiemha.

2. Meta dawn it-talbiet ikunu pendenti fl-ewwel grad, il-qorti li tkun tressqet it-tieni kawża quddiemha tista' wkoll iċċedi l-ġuriżdizzjoni, fuq it-talba ta' waħda mill-partijiet, sakemm il-qorti li tkun tressqet l-ewwel kawża quddiemha tkun kompetenti li teżamina t-talbiet kkonċernati u sakemm il-liġi tagħha tkun tippermetti li dawn it-talbiet jingħaqdu.

3. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, dawk it-talbiet li huma marbutin ma’ xulxin permezz ta’ relazzjoni tant stretta li hemm interess li jiġu ttrattati u deċiżi fl-istess ħin sabiex jiġu evitati soluzzjonijiet li jistgħu jkunu inkompatibbli jekk il-kawżi jiġu deċiżi separatament, huma talbiet konnessi.

Artikolu 15Miżuri provviżorji u kawtelatorji

Il-miżuri provviżorji jew kawtelatorji previsti mil-liġi ta’ Stat Membru jistgħu jintalbu mill-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ dan l-Istat, anke jekk, bis-saħħa ta' dan ir-Regolament, il-qrati ta’ Stat Membru ieħor jkollhom il-ġuriżdizzjoni dwar il-mertu.

Kapitolu III

Liġi applikabbli

Artikolu 16Regola ġenerali

Bla ħsara għal dispożizzjoni mod'ieħor ta' dan ir-Regolament, il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni kollha hija dik tal-Istat li fih il-mejjet kellu r-residenza abitwali tiegħu meta miet.

Artikolu 17Libertà tal-għażla

1. Persuna tista' tagħżel il-liġi tal-Istat li għandha ċ-ċittadinanza tiegħu bħala l-liġi li tirregola s-suċċessjoni kollha tagħha.

2. L-għażla tal-liġi applikabbli għas-suċċessjoni għandha tkun waħda espressa u tinsab f'dikjarazzjoni li tkun fil-forma ta' dispożizzjoni causa mortis .

3. L-eżistenza u l-validità sostantiva tal-kunsens rigward din l-għażla huma rregolati mil-liġi magħżula.

4. Il-modifika jew ir-revoka ta' għażla tal-liġi applikabbli mill-awtur tagħha għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet li jirrigwardaw il-forma tal-modifika jew tar-revoka ta' dispożizzjoni causa mortis .

Artikolu 18Patti ta' suċċessjoni

1. Patt li jirrigwarda s-suċċessjoni ta' persuna huwa rregolat mil-liġi li, bis-saħħa ta' dan ir-Regolament, kienet tkun applikabbli għas-suċċessjoni ta' din il-persuna fil-każ tal-mewta tagħha dakinhar li l-ftehim ġie konkluż. Jekk, skont din il-liġi, il-patt ma jkunx validu, il-validità tiegħu tkun madankollu ammessa jekk tkun ammessa skont il-liġi applikabbli, fil-mument tal-mewt, għas-suċċessjoni bis-saħħa ta' dan ir-Regolament. Il-patt huwa għaldaqstant irregolat minn din il-liġi.

2. Patt li jirrigwarda s-suċċessjoni ta' diversi persuni huwa biss sostantivament validu jekk din il-validità hija ammessa mil-liġi li, bis-saħħa tal-Artikolu 16, kienet tkun applikabbli għas-suċċessjoni ta' waħda mill-persuni li s-suċċessjoni tagħha tkun ikkonċernata fil-każ ta' mewt dakinhar li l-ftehim ġie konkluż. Meta l-kuntratt ikun validu skont il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni ta' waħda biss minn dawn il-persuni, tapplika din il-liġi. Meta l-kuntratt ikun validu skont il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni ta' diversi minn dawn il-persuni, il-patt huwa rregolat mil-liġi li magħha jkollu l-aktar rabtiet mill-qrib.

3. Il-partijiet jisgħu jagħżlu bħala l-liġi li tirregola l-ftehim tagħhom il-liġi li l-persuna jew waħda mill-persuni li s-suċċessjoni tagħha hija involuta, setgħat tagħżel bis-saħħa tal-Artikolu 17.

4. L-applikazzjoni tal-liġi prevista f'dan l-Artikolu ma tippreġudikax id-drittijiet ta' persuna li ma tkunx parti mill-patt u li, bis-saħħa tal-liġi indikata fl-Artikolu 16 jew 17, għandha dritt għal sehem riżervat tal-wirt jew dritt ieħor li ma tistax tiċċaħħad minnu mill-persuna li hemm involuta s-suċċessjoni tagħha.

Artikolu 19Ambitu tal-liġi applikabbli

1. Il-liġi definita mill-Kapitolu III tirregola s-suċċessjoni kollha, mill-ftuħ tagħha sat-trażmissjoni definittiva tal-wirt lill-aventi kawża.

2. Din il-liġi tirregola, b'mod partikolari:

28. il-kawżi, il-mument u l-post tal-ftuħ tas-suċċessjoni;

29. l-eliġibbiltà tal-werrieta u tal-legatarji, inklużi d-drittijiet ta' suċċessjoni tal-konjugi li jibqa' ħaj, l-istabbiliment tal-ishma rispettivi ta' dawn il-persuni, il-piżijiet li ġew imposti fuqhom mill-mejjet, kif ukoll id-drittijiet l-oħra fuq is-suċċessjoni li joriġinaw mill-mewt;

30. il-kapaċità ta' persuna li tiret;

31. ir-raġunijiet partikolari ta' inkapaċità ta' persuna li tirċievi;

32. id-diżeredazzjoni u meta persuna ma tkunx denja li tiret;

33. it-trażmizzjoni tal-beni u d-drittijiet li flimkien jagħmlu l-wirt lill-eredi u lill-legatarji, inklużi l-kundizzjonijiet u l-effetti tal-aċċettazzjoni tas-suċċessjoni jew tal-legat, jew tar-rinunzja għalihom;

34. is-setgħat tal-eredi, tal-eżekuturi testamentarji u amministraturi oħrajn tas-suċċessjoni, b'mod partikolari il-bejgħ tal-proprjetà u l-ħlas tal-kredituri;

35. ir-responsabbiltà għad-djun tas-suċċessjoni;

36. is-sehem li jista' jitħalla liberament, l-ishma riżervati u r-restrizzjonijiet l-oħrajn għal-libertà li wieħed jiddisponi causa mortis , inklużi l-allokazzjonijiet mnaqqsa mis-suċċessjoni minn awtorià ġudizzjarja jew minn awtorità oħra għall-benefiċċju ta' persuni qrib il-mejjet;

37. il-ġabra u t-tnaqqis tad-donazzjonijiet kif ukoll it-teħid f'kunsiderazzjoni tagħhom fil-kalkolu tal-ishma fil-wirt;

38. il-validità, l-interpretazzjoni, il-modifika u t-tħassir ta' dispożizzjoni causa mortis , bl-eċċezzjoni tal-validità formali tagħha;

39. it-tqassim tas-suċċessjoni.

Artikolu 20 Validità rigward il-forma tal-aċċettazzjoni jew tar-rinunzja

Bla ħsara għall-Artikolu 19, l-aċċettazzjoni jew ir-rinunzja għas-suċċessjoni jew għal legat jew dikjarazzjoni li tillimita r-responsabbiltà tal-werriet jew tal-legatarju hija wkoll valida meta tħares il-kundizzjonijiet kollha tal-liġi tal-Istat fejn dan il-werriet jew il-legatarju jkollu r-residenza abitwali tiegħu.

Artikolu 21Applikazzjoni tal-liġi tal-post fejn tinsab il-proprjetà

1. Il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni ma tipprekludix l-applikazzjoni tal-liġi tal-Istat Membru tal-post fejn tinsab il-proprjetà safejn din il-liġi, għall-aċċettazzjoni tas-suċċessjoni jew ta' legat jew għar-rinunzja għalihom, tippreskivi formalitajiet oħrajn minbarra dawk preskritti mil-liġi applikabbli għas-suċċessjoni.

2. Il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni ma tipprekludix l-applikazzjoni tal-liġi tal-Istat Membru tal-post fejn tinsab il-proprjetà:

40. meta din tissuġġetta l-amministrazzjoni u l-likwidazzjoni tas-suċċessjoni għall-ħatra ta' amministratur jew eżekutur testamentarju minn awtorità ta' dan l-Istat Membru. Il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni tirregola l-identifikazzjoni tal-persuni, bħall-werrieta, il-legatarji, l-eżekuturi testamentarji jew l-amministraturi li jistgħu jiġu inkarigati bl-amministrazzjoni u l-likwidazzjoni tas-suċċessjoni;

41. meta din tissuġġetta t-trażmissjoni definittiva tal-wirt lill-aventi kawżi għall-ħlas minn qabel tat-taxxi tas-suċċessjoni.

Artikolu 22 Sistemi speċjali ta' suċċessjoni

Il-liġi applikabbli bis-saħħa ta' dan ir-Regolament ma tippreġudikax is-sistemi ta' suċċessjoni partikolari li għalihom il-liġi tal-Istat Membru fejn jinsabu tissuġġetta xi proprjetà immobbli, impriżi jew kategoriji speċjali oħrajn ta' proprjetà minħabba l-iskop ekonomiku, familjari jew soċjali tagħhom, meta, skont din il-liġi, din is-sistema hija applikabbli irrispettivament mil-liġi li tirregola s-suċċessjoni.

Artikolu 23Persuni li jmutu fl-istess żmien

Meta żewġ persuni jew aktar li s-suċċessjoni tagħhom tkun irregolata minn liġijiet differenti jmutu f'ċirkustanzi li ma jippermettux li jiġi stabbilit l-ordni tal-imwiet tagħhom, u meta dawn il-liġijiet jirregolaw din is-sitwazzjoni b'dispożizzjonijiet inkompatibbli jew ma jirregolawha bl-ebda mod, l-ebda waħda minn dawn il-persuni m'għandu jkolla dritt għas-suċċessjoni tal-oħra jew tal-oħrajn.

Artikolu 24 Suċċessjoni battala

Meta, skont liġi applikabbli bis-saħħa ta' dan ir-Regolament, la hemm werriet jew legatarju indikat minn dispożizzjoni causa mortis u lanqas persuna fiżika li taqa' fil-grad ta' qrubija ab intestato , l-applikazzjoni tal-liġi li tiġi determinata b'dan il-mod m'għandhiex tipprekludi d-dritt ta' Stat Membru jew istituzzjoni nnominata mil-liġi tal-imsemmi Stat Membru li jaqbad il-proprjetà tas-suċċessjoni li tinsab fit-territorju tiegħu.

Artikolu 25Applikazzjoni universali

Il-liġi indikata f’dan ir-Regolament tapplika anke jekk din il-liġi ma tkunx dik ta’ Stat Membru.

Artikolu 26Renvoi

Meta dan ir-Regolament jippreskrivi l-applikazzjoni tal-liġi ta’ Stat, dan ifisser ir-regoli tad-dritt fis-seħħ f'dan l-Istat ħlief għar-regoli tad-dritt internazzjonali privat.

Artikolu 27Politika pubblika

1. L-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni tal-liġi indikata minn dan ir-Regolament tista’ tiġi biss skartata jekk din l-applikazzjoni tkun manifestament inkompatibbli mal-politika pubblika tal-forum.

2. B'mod partikolari, l-applikazzjoni ta' dispożizzjoni tal-liġi indikata minn dan ir-Regolament ma tistax tiġi kkunsidrata li tmur kontra l-politika pubblika minħabba l-unika raġuni li l-modalitajiet tagħha dwar is-sehem riżervat tal-wirt huma differenti minn dawk fis-seħħ fil-forum.

Artikolu 28Sistemi mhux unifikati

1. Meta Stat jinkludi diversi unitajiet territorjali, b'kull waħda minnhom bir-regoli legali tagħha rigward suċċessjonijiet causa mortis , kull unità territorjali għandha titqies bħala Stat għall-finijiet tal-identifikazzjoni tal-liġi applikabbli skont dan ir-Regolament.

2. Stat Membru li fih l-unitajiet territorjali differenti jkollhom ir-regoli legali proprji tagħhom fir-rigward tas-suċċessjoni m'għandux ikun obbligat japplika dan ir-Regolament għall-kunflitti tal-liġijiet li jirrigwardaw dawn l-unitajiet territorjali biss.

Kapitolu IV

Rikonoxximent u eżekuzzjoni

Artikolu 29Rikonoxximent ta' deċiżjoni

Id-deċiżjonijiet mogħtija bis-saħħa ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu rikonoxxuti fl-Istati Membri l-oħrajn, mingħajr ma jkun meħtieġ xi proċediment ieħor.

Fil-każ ta' kontestazzjoni, kull parti interessata li tinvoka bħala talba prinċipali r-rikonoxximent ta' deċiżjoni, tista' titlob li jiġi kkonstatat, skont il-proċeduri previsti fl-Artikoli 38 sa 56 tar-Regolament (KE) Nru 44/2001, li d-deċiżjoni għandha tiġi rikonoxxuta. Jekk ir-rikonoxximent jiġi invokat bħala talba inċidentali quddiem il-qorti ta' Stat Membru, din ikollha ġuriżdizzjoni biex tieħu konjizzjoni tagħha.

Artikolu 30Raġunijiet għal nuqqas ta' rikonoxximent

Deċiżjoni m'għandhiex tiġi rikonoxxuta fil-każijiet segwenti:

42. jekk ir-rikonoxximent imur manifestament kontra l-politika pubblika tal-Istat Membru fejn ir-rikonoxximent qiegħed jiġi mitlub, sakemm il-kriterju tal-politika pubblika ma jiġix applikat fil-konfront tar-regoli ta' ġuriżdizzjoni;

43. jekk l-att promotur tal-istanza jew att ekwivalenti ma jiġix notifikat lill-konvenut li ma jidhirx fi żmien suffiċjenti u b'tali manjiera li dan ikun jista' jiddefendi ruħu, sakemm il-konvenut ma jkunx naqas milli jikkontesta d-deċiżjoni meta kien f'pożizzjoni li jagħmel dan;

44. jekk ma tkunx tista' tiġi konċiljata ma' deċiżjoni mogħtija bejn l-istess partijiet fl-Istat Membru fejn ir-rikonoxximent jiġi mitlub;

45. jekk ma tkunx tista' tiġi konċiljata ma' deċiżjoni li tkun ingħatat qabel fi Stat Membru ieħor jew fi Stat terz bejn l-istess partijiet f'kwistjoni bl-istess suġġett u bl-istess kawża, meta d-deċiżjoni mogħtija qabel tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għar-rikonoxximent tagħha fl-Istat Membru fejn jintalab ir-rikonoxximent.

Artikolu 31 Nuqqas ta’ rieżami fil-mertu

Id-deċiżjoni barranija ma tista', fl-ebda ċirkustanza, tkun is-suġġett ta' rieżami fil-mertu.

Artikolu 32 Sospensjoni tal-proċedimenti

Qorti ta' Stat Membru li jkollha quddiemha talba għar-rikonoxximent ta' deċiżjoni mogħtija fi Stat Membru ieħor tista' tissospendi l-proċedimenti quddiemha jekk din id-deċiżjoni tkun is-suġġett ta' appell.

Artikolu 33 Eżegwibbiltà tad-deċiżjonijiet

Id-deċiżjonijiet mogħtija fi Stat Membru u li huma eżegwibbli ġo fih u t-tranżazzjonijiet ġudizzjarji huma eżegwiti fl-Istati Membri l-oħra, skont il-proċedura prevista fl-Artikoli 38 sa 56 u 58 tar-Regolament (KE) Nru 44/2001.

Kapitolu V

Atti awtentiċi

Artikolu 34Rikonoxximent tal-atti awtentiċi

L-atti awtentiċi rċevuti fi Stat Membru huma rikonoxxuti fl-Istati Membri l-oħra ħlief jekk ikun hemm kontestazzjoni dwar il-validità ta' dawn l-atti skont il-proċeduri previsti fl-Istat Membru ta' oriġini u bil-kundizzjoni li dan ir-rikonoxximent ma jkunx kontra l-politika pubblika tal-Istat Membru li ssirlu t-talba.

Artikolu 35 Eżegwibbiltà tal-atti awtentiċi

L-atti awtentiċi rċevuti u eżegwibbli fi Stat Membru għandhom, fuq rikors, jiġu ddikjarati eżegwibbli fi Stat Membru ieħor, skont il-proċedura prevista fl-Artikoli 38 sa 57 tar-Regolament (KE) Nru 44/2001. Il-qorti li quddiemha jiġi ppreżentat ir-rikors bis-saħħa tal-Artikoli 43 u 44 ta' dan ir-Regolament tista' biss tiċħad jew tirrevoka dikjarazzjoni li tikkonstata l-eżegwibbiltà jekk l-eżekuzzjoni tal-att awtentiku tkun manifestament kontra l-politika pubblika tal-Istat Membru li ssirlu t-talba jew jekk ikun hemm kontestazzjoni dwar il-validità tal-att pendenti quddiem qorti tal-Istat Membri ta' oriġini tal-att awtentiku.

Kapitolu VI

Ċertifikat Ewropew tas-suċċessjoni

Artikolu 36Ħolqien ta' Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni

1. Dan ir-Regolament jintroduċi ċ-Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni, li jammonta għall-prova tal-istat ta' werriet, ta' legatarju u tas-setgħat tal-eżekuturi testamentarji jew tal-amministraturi terzi. Dan iċ-ċertifikat jinħareġ mill-awtorità kompetenti bis-saħħa ta' dan il-kapitolu, skont il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni bis-saħħa tal-Kapitolu III ta' dan ir-Regolament.

2. L-użu taċ-Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni mhuwiex obbligatorju. Iċ-ċertifikat ma jissostitwixxix il-proċeduri interni. Madankollu, l-effetti taċ-ċertifikat huma rikonoxxuti bl-istess mod fl-Istat Membru li l-awtoritajiet tiegħu jkunu ħarġuh bis-saħħa ta' dan il-Kapitolu.

Artikolu 37Kompetenza biex jinħareġ iċ-ċertifikat

1. Iċ-ċertifikat jinħareġ fuq l-applikazzjoni ta' kull persuna bl-obbligu li tipprova l-istat ta' werriet jew ta' legatarju u s-setgħat tal-eżekuturi testamentarji jew tal-amministraturi terzi.

2. Iċ-ċertifikat jitħejja mill-qorti kompetenti tal-Istat Membri li l-qrati tiegħu huma kompetenti bis-saħħa tal-Artikoli 4, 5 u 6 .

Artikolu 38Kontenut tal-applikazzjoni

1. Dak li japplika sabiex jinħareġ ċertifikat tas-suċċessjoni għandu jindika, permezz tal-formola li l-mudell tagħha jinsab fl-Anness I u safejn din l-informazzjoni tinsab fil-pussess tiegħu:

46. id-dettalji tal-mejjet: il-kunjom, l-isem/ismijiet, is-sess, l-istat ċivili, iċ-ċittadinanza, jekk disponibbli l-kodiċi ta' identifikazzjoni tiegħu, l-indirizz tal-aħħar residenza abitwali tiegħu, id-data u l-post tal-mewt tiegħu;

47. id-dettalji dwar l-applikant: il-kunjom, l-isem/ismijiet, is-sess, iċ-ċittadinanza, jekk disponibbli il-kodiċi ta' identifikazzjoni tiegħu, l-indirizz, it-tip ta' relazzjoni tal-familja jew biż-żwieġ mal-mejjet;

48. l-elementi ta' fatt jew ta' liġi li jiġġustifikaw id-dritt ta' suċċessjoni tiegħu u/jew id-dritt tiegħu li jamministra jew jeżegwixxi s-suċċessjoni. Meta jkun jaf b'dispożizzjoni causa mortis , kopja ta' din id-dispożizzjoni għandha tkun annessa mal-applikazzjoni;

49. jekk ikun qed jissostitwixxi werrieta jew legatarji oħrajn u, f'dan il-każ, il-prova tal-mewt tagħhom jew ta' kwalunkwe avveniment li jwaqqafhom milli jippreżentaw irwieħhom għas-suċċessjoni;

50. jekk il-mejjet kienx daħal f'kuntratt ta' żwieġ; jekk iva, għandu jehmeż kopja tal-kuntratt ta' żwieġ mal-applikazzjoni tiegħu;

51. jekk jafx bl-eżistenza ta' kontestazzjoni dwar id-drittijiet ta' suċċessjoni.

2. L-applikant għandu jipprova l-eżatezza tal-informazzjoni li jipprovdi permezz ta' dokumenti awtentiċi. Fil-każ li dawn id-dokumenti ma jkunux jistgħu jiġu ppreżentati jew jisgħu jiġu biss ippreżentati b'diffikultajiet sproporzjonati, huma ammessi mezzi oħra ta' prova.

3. Il-qorti kompetenti għandha tieħu l-mizuri xierqa biex tivverifika li d-dikjarazzjonijiet magħmula huma veri. Il-qorti għandha teħtieġ li dawn id-dikjarazzjonijiet jsiru taħt ġurament meta dan jista' jsir skont il-liġi interna tagħha.

Artikolu 39Ċertifikat parzjali

Jista' jintalab u jinħareġ ċertifikat parzjali sabiex jikkonferma:

52. id-drittijiet ta' kull werriet jew legatarju u s-sehem li huma intitolati għalih;

53. it-trażmissjoni ta' proprjetà determinata meta dan huwa permess mil-liġi applikabbli għas-suċċessjoni;

54. l-amministrazzjoni tas-suċċessjoni.

Artikolu 40 Ħruġ taċ-Ċertifikat

1. Iċ-ċertifikat jinħareġ biss jekk il-qorti kompetenti tqis li l-fatti ppreżentati bħala bażi għall-applikazzjoni ġew stabbiliti. Il-qorti kompetenti għandha toħroġ iċ-ċertifikat mingħajr dewmien.

2. Il-qorti kompetenti għandha tħaffef ex officio , abbażi tad-dikjarazzjonijiet tal-applikant, tal-atti jew tal-mezzi ta' prova l-oħra pprovduti minnu, l-inkjesti meħtieġa għall-verifika tal-fatti u r-riċerka ta' provi ulterjuri li jidhru opportuni.

3. Għall-iskopijiet ta' dan il-Kapitolu, l-Istati Membri għandhom jagħtu aċċess lill-qrati kompetenti tal-Istati Membri l-oħra, b'mod partikolari għar-reġistri tal-istat ċivili, għar-reġistri fejn jiġu ppubbliċizzati l-atti jew fatti li jirrigwardaw is-suċċessjoni jew għas-sistema matrimonjali tal-familja tal-mejjet u għar-reġistri tal-proprjetà immobbli.

4. Il-qorti emettenti tista' tħarrek biex jidhru quddiemha l-persuni interessati u l-amministraturi jew l-eżekuturi eventwali, u tipproċedi b'pubblikazzjonijiet sabiex tistieden aventi kawża eventwali oħrajn għas-suċċessjoni sabiex jasserixxu d-drittijiet tagħhom.

Artikolu 41Kontenut taċ-ċertifikat

1. Iċ-Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni jinħareġ permezz ta' formola standard li tinsab fl-Anness II.

2. Iċ-Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni jinkludi n-noti segwenti:

55. il-qorti emettenti, l-elementi ta' fatt u ta' dritt li għalihom din il-qorti tqis li għandha ġuriżdizzjoni li toħroġ iċ-ċertifikat flimkien mad-data ta' emissjoni;

56. id-dettalji tal-mejjet: il-kunjom, l-ismijiet, is-sess, l-istat ċivili, iċ-ċittadinanza, jekk disponibbli l-kodiċi ta' identifikazzjoni tiegħu, l-indirizz tal-aħħar residenza abitwali tiegħu, id-data u l-post tal-mewt tiegħu;

57. il-kuntratti taż-żwieġ li setgħu ġew konklużi mill-mejjet;

58. il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni bis-saħħa ta' dan ir-Regolament u ċ-ċirkustanzi ta' fatt u ta' dritt li, fuq il-bażi tagħhom, din ġiet determinata;

59. l-elementi ta' fatt u ta' dritt li minnhom jirriżultaw id-drittijiet u/jew is-setgħat tal-eredi, legatarji, eżekuturi tat-testment jew amministraturi terzi: is-suċċessjoni legali u/jew testamentarja u/jew li tirriżulta minn patti ta' suċċessjoni;

60. id-dettalji dwar l-applikant: il-kunjom, l-ismijiet, is-sess, iċ-ċittadinanza, jekk disponibbli l-kodiċi ta' identifikazzjoni tiegħu, l-indirizz, it-tip ta' relazzjoni tal-familja jew biż-żwieġ mal-mejjet;

61. jekk ikun il-każ, nota għal kull werriet dwar in-natura tal-aċċettazzjoni tal-wirt;

62. jekk ikun hemm diversi eredi, is-sehem li kull wieħed minnhom hu intitolat għalih kif ukoll, jekk ikun il-każ, il-lista tal-proprjetà jew drittijiet li jmissu lil werriet determinat;

63. il-lista tal-proprjetà jew drittijiet dovuti lill-legatarji bis-saħħa tal-liġi applikabbli għas-suċċessjoni;

64. ir-restrizzjonijiet għad-dritt tal-werriet bis-saħħa tal-liġi applikabbli għas-suċċessjoni skont il-Kapitolu III u/jew skont id-dispożizzjonijiet li jinsabu fit-testment jew fil-patt ta' suċċessjoni;

65. il-lista tal-atti li l-werriet, il-legatarju jew l-eżekutur tetamentarju u/jew l-amministratur jistgħu jwettqu fuq il-proprjetà tas-suċċessjoni bis-saħħa tal-liġi applikabbli għas-suċċessjoni.

Artikolu 42 L-effetti taċ-Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni

1. Iċ-Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni huwa rikonoxxut ipso iure fl-Istati Membri kollha f'dak li jipprova l-istat tal-werrieta, tal-legatarji, tas-setgħat tal-eżekuturi testamentarji jew tal-amministraturi terzi.

2. Il-kontenut taċ-ċertifikat huwa preżunt li jikkorrispondi għall-verità fl-Istati Membri kollha matul il-validità tiegħu. Huwa preżunt li dak li ċ-ċertifika jindika bħala werriet, legatarju, eżekutur testamentarju jew amministratur huwa titulari tad-dritt ta' suċċessjoni jew tas-setgħat ta' amministrazzjoni indikati fiċ-ċertifikat u li l-uniċi kundizzjonijiet u restrizzjonijiet huma dawk indikati fl-istess ċertifikat.

3. Kull persuna li tħallas jew trodd lura proprjetà lit-titulari ta' ċertifikat awtorizzat li jwettaq tali atti bis-saħħa taċ-ċertifikat, għandha titqies meħlusa mill-obbligu tagħha ħlief jekk tkun taf li l-kontenut taċ-ċertifikat ma jirriflettix ir-realtà.

4. Kull persuna li tkun kisbet proprjetà tas-suċċessjoni mit-titulari ta' ċertifikat awtorizzat li jiddisponi mill-proprjetà bis-saħħa tal-lista annessa maċ-ċertifikat, għandha titqies meħlusa mill-obbligu tagħha ħlief jekk tkun taf li l-kontenut taċ-ċertifikat ma jirriflettix ir-realtà.

5. Iċ-ċertifikat jammonta għal titolu validu għat-traskrizzjoni jew l-iskrizzjoni tal-akkwist permezz ta' suċċessjoni fir-reġistri pubbliki tal-Istat Membru fejn tinsab il-proprjetà. It-traskrizzjoni sseħħ skont il-modalitajiet stabbiliti mil-liġi tal-Istat Membru li tirregola ż-żamma tar-reġistru u li tagħti lok għall-effetti previsti minnha.

Artikolu 43Rettifika, sospensjoni jew annullament taċ-Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni

1. L-oriġinal taċ-ċertifikat jinżamm mill-qorti emettenti li għandha toħroġ kopja waħda jew aktar lil kull applikant jew lil kull persuna li jkollha interess leġittimu.

2. Il-kopji li jinħarġu joħolqu l-effetti previsti fl-Artikolu 42 matul perjodu limitat ta' tliet xhur. Meta jiskadi dan it-terminu, it-titulari taċ-ċertifikat jew persuni oħra interessati għandhom jitolbu li tintbagħat kopja ġdida lill-qorti emettenti sabiex jinfurzaw id-drittijiet ta' suċċessjoni tagħhom.

3. Iċ-ċertifikat jagħti lok, fuq talba ta' persuna interessata indirizzata lill-qorti emettenti jew ex officio mill-imsemmija awtorità:

66. għar-rettifika tiegħu, fil-każ ta' żball sostantiv;

67. għal nota fil-marġni dwar is-sospensjoni tal-effetti tiegħu jekk jiġi kkontestat il-fatt li ċ-ċertifikat jikkorrispondi għar-realtà;

68. għall-annullament tiegħu, jekk jiġi stabbilit li ċ-Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni ma jikkorrispondix għar-realtà.

4. Il-qorti emettenti għandha tagħmel nota fil-marġni tal-oriġinal taċ-ċertifikat dwar ir-rettifika tiegħu, is-sospensjoni tal-effetti tiegħu jew l-annullament tiegħu u għandha tinnotifika lill-applikant(i) b'dan.

Artikolu 44Rimedji

Kull Stat Membru għandu jipprovdi għal rimedji kontra deċiżjoni li jingħata jew ma jingħatax ċertifikat u dwar ir-rettifika, is-sospensjoni jew l-annullament tiegħu.

Kapitolu VII

Dispożizzjonijiet ġenerali u finali

Artikolu 45Relazzjonijiet mal-Konvenzjonijiet internazzjonali eżistenti

1. Dan ir-regolament m'għandux effett fuq l-applikazzjoni tal-konvenzjonijiet bilaterali jew multilaterali li Stat Membru wieħed jew diversi Stati Membri jkunu jagħmlu parti minnhom meta jiġi adottat dan ir-Regolament u li jirrigwardaw oqsma rregolati minn dan ir-Regolament, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri bis-saħħa tal-Artikolu 307 tat-Trattat.

2. Minkejja l-paragrafu 1, bejn l-Istati Membri, dan ir-Regolament jipprevali fuq il-konvenzjonijiet li jirrigwardaw oqsma rregolati minn dan ir-Regolament u li l-Istati Membri huma partijiet tagħhom.

Artikolu 46Informazzjoni disponibbli għall-pubbliku

L-Istati Membri għandhom jipprovdu deskrizzjoni tal-liġijiet u proċeduri nazzjonali li jirrigwardaw id-dritt tas-suċċessjoni, kif ukoll it-testi relevanti fil-qafas tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-qasam ċivili u kummerċjali, fid-dawl tat-tqegħid tagħhom għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'kull modifika ulterjuri ta' dawn id-dispożizzjonijiet.

Artikolu 47 Modifika tal-formoli

Kull modifika tal-formoli imsemmija fl-Artikoli 38 u 41 għandha tiġi adottata skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 48(2).

Artikolu 48Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 44/2001.

2. Fil-każ li ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 ta' din l-istess Deċiżjoni.

Artikolu 49Klawżola ta’ eżami mill-ġdid

Sa […], il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun il-każ, minn proposti ta' adattament.

Artikolu 50Dispożizzjonijiet tranżitorji

1. Dan ir-regolament japplika għas-suċċessjonijiet ta' persuni li jmutu wara d-data tal-applikazzjoni tiegħu.

2. Meta, qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-mejjet ikun għażel il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni tiegħu, din l-għażla titqies valida safejn tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 17.

3. Meta, qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-partijiet f'patt ta' suċċessjoni, kienu għażlu l-liġi applikabbli għal dan il-patt, din l-għażla titqies valida safejn tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 18.

Artikolu 51Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Dan ir-regolament japplika minn [sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropew.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

[pic] |

ANNESS I: APPLIKAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 38 TAR-REGOLAMENT

APPLIKAZZJONI GħAL ċERTIFIKAT EWROPEW TAS-SUċċESSJONI

(Artikoli 36 et seq. tar-Regolament […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq is-suċċessjonijiet[22])

1. Stat Membru BE □ BG □ CZ □ DE □ EE □ [IE □] EL □ ES □ FR □ IT □ CY □ LV □ LT □ LU □ HU □ MT □ NL □ AT □ PL □ PT □ RO □ SI □ SK □ FI □ SE □ [UK □] |

2. Informazzjoni dwar il-mejjet

2.1. Kunjom:

2.2. Isem/Ismijiet:

2.3. Sess:

2.4. Stat ċivili:

2.5. Nazzjonalità:

2.6. Kodiċi ta' Identifikazzjoni*:

2.7. Data tal-mewt:

2.8. Post tal-mewt:

Indirizz tal-aħħar residenza abitwali tiegħu:

2.9. Triq u numru/kaxxa postali:

2.10. Lokalità u kodiċi postali:

2.11. Pajjiż:

3. Informazzjoni dwar l-applikant

3.1. Kunjom:

3.2. Isem/Ismijiet:

3.3. Sess:

3.4. Nazzjonalità:

3.5. Kodiċi ta' Identifikazzjoni*:

3.6. Triq u numru/kaxxa postali:

3.7. Lokalità u kodiċi postali:

3.8. Tel.:

3.9. Indirizz tal-posta elettronika:

3.10. Tip ta' relazzjoni tal-familja jew biż-żwieġ mal-mejjet*:

*jekk applikabbli

4. Informazzjoni oħra:

4.1. Elementi ta' fatt jew ta' liġi li jiġġustifikaw dritt ta' suċċessjoni:

4.2. Elementi ta' fatt jew ta' liġi li jiġġustifikaw dritt ta' eżekuzzjoni u/jew amministrazzjoni tas-suċċessjoni:

4.3. Il-mejjet għamel dispożizzjonijiet causa mortis ? iva ( le (

Jekk weġibt "iva", jekk jogħġbok ehmeż id-dispożizzjonijiet causa mortis. *

4.4. Il-mejjet kellu kuntratt taż-żwieġ? iva ( le (

Jekk weġibt "iva", jekk jogħġbok ehmeż il-kuntratt taż-żwieġ . *

4.5. Inti qed tissostitwixxi eredi jew legatarju ieħor? iva ( le (

Jekk weġibt "iva", jekk jogħġbok ehmeż il-prova tal-mewt tagħhom jew tal-avveniment li jwaqqafhom milli jippreżentaw irwieħhom għas-suċċessjoni.*

4.6. Inti taf bl-eżistenza ta' kontestazzjoni dwar id-drittijiet ta' suċċessjoni? iva ( le (

Jekk weġibt "iva", jekk jogħġbok ipprovdi tagħrif dwar il-kontestazzjoni . *

4.7. Jekk jogħġbok ipprovdi, f'anness, lista tal-qraba kollha tal-mejjet filwaqt li tippreċiża kunjomhom, isimhom/ismijiethom, in-natura tar-relazzjoni mal-mejjet, id-data tat-twelid, iċ-ċittadinanza u l-indirizz.

*Jekk jogħġbok ipprovdi dokumenti awtentiċi jew kopji awtentikati, jekk ikun possibbli. |

Jiena niddikjara sollennement li dan it-tagħrif ingħata skont l-għarfien li jiena għandi.* |

Data:

Firma:

*L-Artikolu 38(3), fil-każ li d-dikjarazzjonijiet isiru b'ġurament.

ANNESS II: ĊERTIFIKAT EWROPEW TAS-SUĊĊESSJONI MSEMMI FL-ARTIKOLU 41 TAR-REGOLAMENT

ċERTIFIKAT EWROPEW TAS-SUċċESSJONI

(Artikoli 41 et seq. tar-Regolament ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq is-suċċessjonijiet[23])

1. Stat Membru tal-qorti li ħarġet iċ-ċertifikat BE □ BG □ CZ □ DE □ EE □ [IE □] EL □ ES □ FR □ IT □ CY □ LV □ LT □ LU □ HU □ MT □ NL □ AT □ PL □ PT □ RO □ SI □ SK □ FI □ SE □ [UK □] |

2. Informazzjoni fuq il-qorti 2.1. Qorti kompetenti bis-saħħa tal-Artikolu li jmiss tar-Regolament: Artikolu 4( Artikolu 5 ( Artikolu 6 ( 2.2. Persuna ta’ kuntatt: 2.3. Indirizz: |

3. Informazzjoni dwar il-mejjet

3.1. Kunjom:

3.2. Isem/Ismijiet:

3.3. Sess:

3.4. Stat ċivili:

3.5. Nazzjonalità:

3.6. Kodiċi ta' Identifikazzjoni*:

3.7. Data tal-mewt:

3.8. Post tal-mewt:

Indirizz tal-aħħar residenza abitwali tiegħu:

3.9. Triq u numru/kaxxa postali:

3.10. Lokalità u kodiċi postali:

3.11. Pajjiż:

3.12 Ftehimiet taż-żwieġ:

3.13 Liġi applikabbli għas-suċċessjoni:

4. Informazzjoni dwar l-applikant

4.1. Kunjom:

4.2. Isem/Ismijiet:

4.3. Sess:

4.4. Nazzjonalità:

4.5. Kodiċi ta' Identifikazzjoni*:

4.6. Triq u numru/kaxxa postali:

4.7. Lokalità u kodiċi postali:

4.8. Tel.:

4.9. Indirizz tal-posta elettronika:

4.10. Tip ta' relazzjoni tal-familja jew biż-żwieġ mal-mejjet*:

*jekk applikabbli |

5. Prova tal-istat ta' werriet

5.1. Dan id-dokument jagħti l-prova tal-istat ta' werriet iva ( le (

5.2. Lista tal-werrieta:*

Kunjom | Isem (ismijiet) | Data tat-twelid | Sehem fil-wirt | Restrizzjonijiet |

*jekk ikun meħtieġ, ehmeż folja supplementari.

5.3. L-aċċettazzjoni tal-wirt, f'dan il-każ,hija suġġetta għal kundizzjoni (eż. il-benefiċċju tal-inventarju)? iva ( le (

Jekk iva, jekk jogħġbok ippreċiża fuq folja mehmuża n-natura tal-kundizzjoni u l-effetti tagħha.

5.4. Lista tal-beni jew drittijiet dovuti lil werriet partikolari:*

Kunjom | Isem (ismijiet) | Dettalji tal-beni jew tad-dritt |

*jekk ikun meħtieġ, ehmeż folja supplementari. |

6. Prova tal-istat ta' legatarju

6.1. Dan id-dokument jagħti l-prova tal-istat ta' legatarju iva ( le (

6.2. Lista tal-legatarji:*

Kunjom | Isem (ismijiet) | Data tat-twelid | Dritt(ijiet) jew beni dovuti lill-legatarju bis-saħħa tad-dispożizzjoni causa mortis |

*jekk ikun meħtieġ, ehmeż folja supplementari.

7. Prova tal-kariga ta' amministratur u/jew ta' eżekutur

7.1. Dan id-dokument jagħti l-prova tal-istat ta' amministratur iva ( le (

7.2. Dan id-dokument jagħti l-prova tal-istat ta' eżekutur iva ( le (

7.3. Jekk jogħġbok ippreċiża n-natura tad-drittijiet tal-amministratur u/jew l-eżekutur, il-bażi legali ta' dawn id-drittijiet u agħti lista indikattiva tal-atti li jista' jwettaq bis-saħħa tad-drittijiet tiegħu:

[1] ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1.

[2] ĠU C 19, 23.1.1999.

[3] Ara l-Konklużjonijiet tal-Presidenza, il-Kunsill Ewropew ta’ Brussell, 4 u 5 ta' Novembru 2004.

[4] Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, 28.4.1998, C-200/96 – Metronome Musik , Ġabra 1998 I-01953; 12.7.2005, C-154 u 155/04 – Alliance for Natural Health et , Ġabra 2005 I-06451

[5] http://www.successions.org.

[6] COM (2005) 65, http://europa.eu/scadplus/leg/en/lvb/l16017.htm.

[7] http://ec.europa.eu/justice_home/news/consulting_public/successions/news_contributions__en.htm.

[8] ĠU C 51, 1.3.2006, p. 3.

[9] http://ec.europa.eu/justice_home/news/consulting_public/successions/contributions/summary_contributions_successions_fr.pdf

[10] Riżoluzzjoni tas-16.11.2006, P6_TA(2006)0496.

[11] Opinjoni tas-26.10.2005, ĠU C 28, 3.2.2006, p. 1–5.

[12] Konvenzjoni tal-Aja tal-1.8.1989 fuq il-liġi applikabbli għas-suċċessjonijiet causa mortis .

[13] ĠU C […], […], p.[..]

[14] ĠU C […] ta' […], p.[..].

[15] ĠU C 12, 15.1.2001, p. 1.

[16] ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1.

[17] ĠU C 53, 3.3.2005, p. 1.

[18] ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6.

[19] ĠU L 174, 27.6.2001, p. 25.

[20] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

[21] ĠU L 324, 10.12.2007, p. 79.

[22] ĠU L […]

[23] ĠU L […].