22.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-3 ta’ April 2009

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tad-De Nederlandsche Bank

(BĊE/2009/8)

2009/C 93/01

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Fit-12 ta’ Lulju 2005, Josephus Andreas Nijhuis, accountant reġistrat u president tal-bord ta’ PricewaterhouseCoopers Accountants N.V. (“PWC”), li aġixxa fil-kapaċità personali tiegħu, inħatar bħala l-awditur estern tad-De Nederlandsche Bank (DNB) mis-sena finanzjarja 2005 għal perijodu indefinit.

(3)

Josephus Andreas Nijhuis irriżenja minn PWC b’effett mill-1 ta’ Ottubru 2008. Għalhekk id-DNB jeħtieġ li jaħtar awdituri ġodda.

(4)

Id-DNB jixtieq jagħżel lil PWC bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2008 sa 2011,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrakkomandat li PricewaterhouseCoopers Accountants N.V. għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tad-De Nederlandsche Bank għas-snin finanzjarji 2008 sa 2011.

Magħmula fi Frankfurt am Main, 3 de Abril de 2009.

Il-President tal-BĊE

Jean Claude-TRICHET