52009DC0013

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill - Rapport annwali lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-attivitajiet tal-Unità Ċentrali tal-EURODAC fl-2007. /* KUMM/2009/0013 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 26.1.2009

KUMM(2009) 13 finali

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL Rapport annwali lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-attivitajiet tal-Unità Ċentrali tal-EURODAC fl-2007.

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL Rapport annwali lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-attivitajiet tal-Unità Ċentrali tal-EURODAC fl-2007.

1. INTRODUZZJONI

1.1. L-Ambitu

Ir-Regolament tal-Kunsill KE/2725/2000 tal-11 ta' Diċembru 2000, dwar it-twaqqif tal-'EURODAC' għat-tqabbil tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta' Dublin (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ir-"Regolament tal-EURODAC")[1] jistipula li l-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Unità Ċentrali[2]. Il-ħames rapport annwali attwali jinkludi informazzjoni dwar il-ġestjoni u l-prestazzjoni tas-sistema fl-2007. Huwa jagħmel valutazzjoni tar-riżultati u l-effiċjenza ekonomika tal-EURODAC, kif ukoll il-kwalità tas-servizz tal-Unità Ċentrali tagħha.

1.2. Żviluppi legali u tal-politika

F'Ġunju 2007, fuq il-bażi tar-rapporti annwali preċedenti[3] u l-konsultazzjoni mal-Istati Membri, il-Kummissjoni ppubblikat ir-rapport tagħha dwar l-evalwazzjoni tas-sistema ta' Dublin[4] (minn hawn 'il quddiem: ir-Rapport ta' Evalwazzjoni) li jkopri l-ewwel 3 snin tal-operat tal-EURODAC (2003-2005). Dan identifika ċerti kwistjonijiet relatati mal-effiċjenza tad-dispożizzjonijiet leġislattivi attwali u ħabbar miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jitjieb l-appoġġ tal-EURODAC biex tkun iffaċilitata l-applikazzjoni tar-Regolament ta' Dublin.

Sabiex ikunu indirizzati dawn il-kwistjonijiet, il-Kummissjoni ressqet proposta biex temenda r-Regolament tal-Eurodac fit-3 ta' Diċembru 2008[5].

Fl-2007, sar tibdil importanti fl-ambitu ġeografku tar-Regolment tal-EURODAC: il-Bulgarija u r-Rumanija ssieħbu fl-Unjoni Eworpea u (wara li nnotifikaw lill-Kummissjoni li huma lesti li jipparteċipaw fis-sistema skont l-Artikolu 27(2)a tar-Regolament tal-EURODAC) ġew konnessi mal-EURODAC fl-1 ta' Jannar 2007[6].

2. L-UNITÀ ċENTRALI TAL-EURODAC[7]

2.1. Il-ġestjoni tas-sistema

Minħabba l-ammont dejjem jikber ta' dejta li għandha tkun immaniġġjata (ċerti kategoriji ta' tranżazzjonijiet għandhom ikunu merfugħa għal 10 snin), l-iskadenza naturali tal-pjattaforma teknika (mwaqqfa fl-2001) u x-xejriet mhux prevedibbli tal-volum tat-tranżazzjonijiet tal-EURODAC minħabba s-sħubija ta' Stati Membri ġodda[8], għandu jsir titjib fis-sistema tal-EURODAC, li huwa ppjanat li titlesta sat-tieni nofs tal-2009. Madanakollu, it-titjib essenzjali diġà sar. B'mod partikolari, is-Sistema ta' Kontinwità tal-Attività tal-EURODAC ġiet imtejba sabiex tkun tista' tappoġġja bis-sħiħ l-Istati Membri fil-każ ta' nuqqas ta' disponibbilità fit-tul tal-Unità Ċentrali. Il-Kummissjoni ffirmat il-kuntratt tan-"netwerk ta' Servizzi Trans-Ewropej b’Sigurtà għat-Telematika bejn l-Amministrazzjonijiet" (secure-Trans European Services for Telematics between Administrations (s-TESTA) network) fl-2006. Matul l-2007, bdiet il-migrazzjoni tal-Istati Membri minn netwerk TESTA II użata preċedentament għal S-TESTA bi 18-il Stat Membru li emigraw għas-sistema l-ġdida li tipprovdi livell ogħla ta' sigurtà u affidabilità.

2.2. Il-kwalità tas-servizz u l-effiċjenza ekonomika

Il-Kummissjoni ħadet ħsieb sew li twassal servizz ta' kwalità għolja lill-Istati Membri, li huma l-utenti finali tal-Unità Ċentrali tal-EURODAC[9]. Ma kien hemm ebda waqfien tas-sistema mhux skedat fl-2007, iżda fl-aħħar ta' April is-sistema kienet isolata minħabba qtugħ fin-netwerk TESTA II li dam 50 siegħa. Is-sistema l-ġdida sTESTA (li ħadet il-post ta' TESTA II) tipprovdi livell ogħla ta' sigurtà u disponibbiltà. Fl-2007, l-Unità Ċentrali tal-EURODAC kienet disponibbli għal 99.43% tal-ħin.

"Hit żbaljata" waħda, jiġifieri identifikazzjoni żbaljata magħmula mill-AFIS, kienet irrappurtata fl-2007, b'din tkun l-ewwel hit żbaljata rrapportata minn tiftixa ta' għaxar marki fil-EURODAC minn mindu bdiet taħdem is-sistema. Għalkemm l-Istati Membri huma mitluba jiċċekkjaw il-hits kollha immedjatament, kif spjegat fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament tal-EURODAC 2725/2000/KE, huwa attwalment mhumiex obbligati li jinnotifika lill-Kummissjoni b'hits żbaljati[10]. Madankollu, b'hit waħda żbaljata rrapurtata minn iktar minn 1.1 miljun tiftixa u iktar minn 200 000 hit, is-sistema xorta tista' tkun ikkunsidrata estermament preċiża.

Wara ħames snin ta' operat, in-nefqa tal-Komunità fuq l-attivitajiet esternalizzati kollha speċifiċi għall-EURODAC ammontat għal € 8,1 miljun. In-nefqa għall-manutenzjoni u għall-operat tal-Unità Ċentrali fl-2007 kienet ta' € 820.791,05. Iż-żieda f'din in-nefqa mqabbla mas-snin ta' qabel hija prinċipalment minħabba l-ispejjeż ta' manutenzjoni tas-sistema iktar għolja u t-titjib essenzjali tal-kapaċità tas-Sistema ta' Kontinwità tal-Attività.

Kien possibbli tfaddil min-nefqa tal-EURODAC permezz tal-użu effiċjenti tar-riżorsi u l-infrastruttura eżistenti amministrati mill-Kummissjoni, bħall-użu tan-netwerk TESTA.

Il-Komunità tipprovdi wkoll (permezz tal-Programm IDA) s-servizzi ta' komunikazzjoni u ta' sigurtà għall-iskambju tad-dejta bejn l-Unitajiet Nazzjonali u dik Ċentrali. Dawn l-ispejjeż, li fil-bidu kienu se jsiru minn kull Stat Membru skont l-Artikolu 21 (2) u (3) tar-Regolament, fl-aħħar nett kienu koperti mill-Komunità bl-użu ta' infrastruttura komuni disponibbli, b'hekk sar tfaddil fil-baġits nazzjonali.

2.3. Il-Protezzjoni tad-dejta u s-sigurtà tad-dejta

Għalkemm l-istatistika turi tnaqqis ċar fin-numru ta' każi fejn funzjoni ta' tiftixa unika għal "tiftix speċjali" saret mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha mħassba dwar l-użu tagħha u tikkunsidra li n-numru ta' dan it-tiftix għadu għoli (195 fl-2007, li jvarja minn xejn għall 88 kull Stat Membru). Kif spjegat fir-rapporti annwali preċedenti kif ukoll fir-Rapport ta' Evalwazzjoni, din il-kategorija ta' tranżazzjonijiet twaqqfet mill-Artikolu 18, paragrafu 2 tar-Regolament tal-EURODAC. B'riflessjoni fuq ir-regoli ta' protezzjoni tad-dejta biex jissalvagwardjaw id-drittijiet tal-persuna li dwarha hemm id-dejta biex taċċedi għad-dejta tagħha stess, din id-dispożizzjoni tipprovdi għall-possibbiltà biex issir din "it-tiftixa speċjali" fuq talba tal-persuna li d-dejta dwarha hija maħżuna fid-database ċentrali. Biex dan il-fenomenu ikun segwit aħjar, il-Kummissjoni nkludiet il-ħtieġa li l-Istati Membru jibagħtu kopja tat-talba għal aċċess tal-persuna li dwarha hemm id-dejta lill-awtorità superviżorja nazzjonali kompetenti, fil-proposta tagħha għall-emenda tar-Regolament tal-EURODAC.

B'konsultazzjoni mas-Superviżur tal-Protezzjoni tad-Dejta Ewropew (EDPS), il-Kummissjoni hija impenjata li tieħu passi kontra l-Istati Membri li jkomplu jużaw ħażin din id-dispożizzjoni importanti relatata mal-protezzjoni tad-dejta.

F'konformità mal-Artikolu 20(2) tar-Regolment, l-EDPS fassal verifika fil-fond tas-sigurtà tal-IT tal-Unità Ċentrali tal-EURODAC[11] f'Novembru 2007. Il-politika tas-sigurtà u l-kunċett tas-sigurtà se jkunu definiti mill-ġdid f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet u l-metodoloġija użata waqt din il-verifika.

3. FIGURI U OSSERVAZZJONIJIET

L-anness mehmuż ma' dan ir-rapport annwali fih tabelli b'dejta fattwali prodotta mill-Unita Ċentrali għall-perjodu 01.01.2007 – 31.12.2007. L-istatistika tal-EURODAC hija bbażata fuq rekords ta' marki tas-swaba' mill-individwi kollha ta' 14-il sena jew iktar li applikaw għal ażil fi Stat Membru, li nqabdu meta kienu qed jaqsmu l-fruntiera esterna ta' Stat Membru b'mod irregolari, jew li nstabu preżenti illegalment fit-territorju ta' Stat Membru (fil-każ li l-awtoritajiet kompetenti jikkonsidrawha neċessarja jivverifikaw fuq applikazzjoni potezjonali għall-ażil minn qabel).

Għandu jkun innutat li d-dejta tal-EURODAC dwar l-applikazzjonijiet għall-ażil ma jistgħux jitqabblu ma' dawk prodotti mill-Eurostat, li huma bbażati fuq dejta statistika ta' kull xahar ipprovduta mill-Ministeri tal-Ġustizzja u l-Intern. Hemm numru ta' raġunijiet metodoloġiċi għal dawn id-differenzi. Id-definizzjonijiet tal-Eurostat jinkludu l-applikanti kollha għall-ażil (ta' kull età), b'distinzjoni bejn l-ewwel applikazzjoni u dawk suċċessivi. Fil-prattika, l-Istati Membri huma differenti f'termini ta' jekk il-persuni dipendenti mill-applikanti għall-ażil humiex inkluzi fid-dejta tal-ażil tagħhom. Hemm ukoll differenza ta' kif l-applikazzjonijiet suċċessivi huma kkalkulati fl-istatistika.

3.1. It-tranżazzjonijiet b'suċċess

"Tranżazzjoni b'suċċess" hija tranżazzjoni li kienet ipproċessata sew mill-Unità Ċentrali, mingħajr rifjut minħabba kwistjoni ta' validità tad-dejta, żbalji fil-marki tas-swaba' jew kwalità mhix suffiċjenti[12].

Fl-2007, l-Unità Ċentrali rċeviet total ta' 300.018 tranżazzjonijiet b'suċċess, li hija żieda kumplessiva meta mqabbla mal-2006 (270.611). Wara li kien hemm tnaqqis bejn l-2005 u l-2006, l-istatistika tal-EURODAC tal-2007 turi żieda ta' 19% (197.284 mqabbla ma' 165.958 fl-2006) fin-numru ta' tranżazzjonijiet ta' dejta dwar persuni jfittxu l-ażil.(" kategorija 1 "[13]). Din iż-żieda tirrifletti ż-żieda ġenerali tan-numru ta' applikanti għall-ażil fl-UE fl-2007.

It-tendenza dwar in-numru ta' persuni li nqabdu f'konnessjoni ma' qsim irregolari ta' fruntieri esterni (" kategorija 2 "[14]) ukoll inbidlet fl-2007. Wara żieda sinifikanti bejn l-2004 (16.183) matul l-2005 (25.162) u l-2006 (41.312), kien hemm tnaqqis ta' 8% fl-2007 (38.173). Wieħed jista' jinnota li l-Italja (15.053), il-Greċja (11.376) u Spanja (9.044) daħħlu l-maġġoranza tal-marki tas-swaba' tal-kategorija 2, u warajhom kien hemm l-Ungerija (894), ir-Renju Unit (480) u Malta (384). Madanakollu, il-problema tar-riluttanza tal-Istati Membri biex jibgħatu t-tranżazzjonijiet tal–"kategorija 2" li ħarġet mir-Rapport ta' Evalwazzjoni għandha teżisti. Kuntrarjament għall-obbligu tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-EURODAC, 8 Stati Membri (Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, l-Iżlanda, il-Latvja, il-Lussemburgu u l-Portugall) ma bagħtu ebda tranżazzjoni tal-"kategorija 2" fl-2007.

Ma kienet innutata ebda bidla sostanzjali fl-għażla biex jintgħatu[15] t-tranżazzjonijiet tal-" kategorija 3 "[16] (dejta dwar persuni maqbuda waqt li qed jgħixu illegalment fit-territorju ta' Stat Membru) fl-2007. Kienet osservata biss żieda ta' 2%: 64.561 mqabbla ma' 63.341 fl-2006. L-Irlanda u Malta ma bagħtu ebda tranżazzjoni tal-"kategorija 3".

3.2. “Hits”

3.2.1. Hits "kategorija 1 mqabbla ma' kategorija 1"

It-tabella 3 tal-Anness turi, għal kull Stat Membru, in-numru ta' applikazzjonijiet għall-ażil li jikkorispondu għall-applikazzjonijiet għall-ażil reġistrati qabel fl-istess Stat Membru ("hits lokali[17]") jew fi Stat Membru ieħor ("hits barranin"). Hija tagħti wkoll indikazzjoni tal-movimenti sekondarji tal-persuni jfittxu l-ażil fl-UE. Minbarra r-rottot 'loġiċi' bejn l-Istati Membri viċini, wieħed jista' jinnota li numru kbir (1.116[18]) ta' applikanti għall-ażil fi Franza qabel kienu tefgħu l-applikazzjoni tagħhom il-Polonja, jew li l-ogħla ammont ta' hits barranin fil-Greċja (177) u fl-Italja (287) instabu meta mqabbla mad-dejta tal-applikanti għall-ażil reġistrati fir-Renju Unit. F'dan l-aħħar każ, il-moviment huwa simettriku u l-parti l-kbira tal-hits fit-tranżazzjonijiet "kategorija 1" introdotti mir-Renju Unit huma fuq dejta mibgħuta mill-Italja (370). Huma ta' min jinnota li 44,37% tal-applikazzjonijiet sussegwenti kienu mitfugħa fl-istess Stat Membru li fih kienet mitfugħa l-ewwel waħda. F'Ċipru (87%), fil-Polonja (82%), l-Ungerija (75%) u r-Repubblika Ċeka (61%), ħafna iktar minn nofs l-applikazzjonijiet sussegwenti kienu mitfugħa fl-istess Stat Membru.

3.2.2. Applikazzjonijiet għall-ażil multipli

Minn total ta' 197.284 applikazzjoni għall-ażil reġistrati fil-EURODAC fl-2007, 31.910 applikazzjonijiet kienu 'applikazzjonijiet għall-ażil multipli', li jfisser li f'31.190 każ, il-marki tas-swaba' tal-istess persuna kienu diġà reġistrati bħala tranżazzjoni tal-"kategorija 1" (fl-istess jew fi Stat Membru ieħor). L-ewwel qari tal-istatistika tas-sistema għalhekk jissuġerixxi li 16% tal-applikazzjonijiet għall-ażil fl-2007 kienu applikazzjonijiet għall-ażil sussegwenti (jiġifieri t-tieni jew iktar), li jirrapprezentaw tnaqqis ta' 1% meta mqabbla mas-sena ta' qabel. It-trażmissjoni ta' tranżazzjoni tal-"kategorija 1" madanakollu, ma tfissirx f'kull każ li l-persuna fil-kwistjoni għamlet applikazzjoni ġdida għall-ażil. Fil-fatt, il-prattika ta' uħud mill-Istati Membri li jieħdu l-marki tas-swaba' meta jittieħdu lura skont ir-Regolament ta' Dublin jirriżulta f'distorzjoni fl-istatistika dwar l-applikazzjonijiet multipli: it-teħid u t-trażmissjoni mill-ġdid tal-marki tas-swaba' tal-applikant meta jasal wara trasferiment skont ir-Regolament ta' Dublin jindika bi żball li l-applikant applika għall-ażil mill-ġdid. Il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li ssolvi din il-problema u, fil-proposta tagħha ta' emenda għar-Regolament tal-EURODAC, introduċiet il-ħtieġa li t-trasferiment m'għandhomx ikunu reġistrati bħala applikazzjonijiet ġodda għall-ażil.

3.2.3. Hits "kategorija 1 mqabbla ma' kategorija 2"

Dawn il-hits jagħtu indikazzjoni tar-rotot li użaw persuni li daħlu irregolarment fit-territorju tal-Unjoni Ewropea, qabel applikaw għall-ażil. Bħal fis-snin ta' qabel, il-parti l-kbira tal-hits instabu meta mqabbla ma' dejta mibgħuta mill-Greċja u mill-Italja u fuq livell ħafna inqas, minn Spanja u s-Slovakkja. Il-parti l-kbira ta' dawn il-hits huma 'lokali' (li jfisser li persuni li jidħlu b'mod irregolari fit-territorju ta' pajjiż, wara japplikaw għall-ażil f'dak il-pajjiż stess[19]). Jekk wieħed jieħu f'konsiderazzjoni l-Istati Membri kollha, iktar minn nofs (63,2%) tal-persuni maqbuda f'konnessjoni ma' qsim tal-fruntiera irregolari u li jiddeċiedu li jitfgħu talba għall-ażil, jagħmlu dan fl-istess Stat Membru fejn daħlu irregolarment.

Il-maġġoranza ta' dawk li daħlu fl-UE illegalment mill-Greċja u mbagħad komplew jivvjaġġaw, imorru prinċipalment lejn l-Italja, l-Isveżja u r-Renju Unit. Dawk li jidħlu mill-Italja jkomplu jivvjaġġaw prinċipalment lejn ir-Renju Unit u l-Isveżja u dawk li daħlu minn Spanja spiss jitilqu lejn l-Italja u l-Awstrija. Dawk li daħlu mis-Slovakkja jivvjaġġaw prinċipalment lejn l-Awstrija u Franza.

3.2.4. Hits "kategorija 3 mqabbla ma' kategorija 1"

Dawn il-hits jagħtu indikazzjoni fejn immigranti illegali applikaw għall-ażil qabel ivvjaġġaw lejn Stat Membru ieħor. Madanakollu, wieħed għandu jżomm f'moħħu, li t-tranżazzjonijiet tal-kategorija 3 mhumiex obbligatorji u li mhux l-Istati Membri kollha jużaw il-possibbiltà ta' din il-verifika sistematikament. Madanakollu, fuq il-bażi tad-dejta disponibbli, wieħed jista' jinnota pereżempju, li persuni li nqabdu residenti illegalment fil-Ġermanja spiss kienu qabel talbu ażil fl-Awstrija jew fl-Iżvezja, u dawk li nqabdu residenti illegalment fi Franza, spiss kienu qabel talbu ażil fir-Renju Unit jew fl-Italja. Tajjeb wieħed jinnota li fuq medja madwar 18% tal-persuni li nstabu illegalment fit-territorju kienu qabel applikaw għall-ażil fi Stat Membru.

3.3. Id-dewmien tat-tranżazzjonijiet

Ir-Regolament EURODAC bħalissa jipprovdi biss skadenza vaga għat-trażmissjoni ta' marki tas-swaba’, li tista' twassal għal dewmien sinifikanti fil-prattika. Din hi kwistjoni kruċjali minħabba li dewmien fit-trażmissjoni jista' jwassal għal riżultati li jmorru kontra l-prinċipji ta' responsabbiltà stabbiliti fir-Regolament ta' Dublin. Il-kwistjoni ta' dewmien esaġerat bejn it-teħid tal-marki tas-swaba' u li dawn jintbgħatu lill-Unità Ċentrali tal-EURODAC kien imsemmi fir-rapport annwali preċedenti u enfasizzat bħala problema ta' implimentazzjoni fir-Rapport ta' Evalwazzjoni.

Għalkemm dan il-fenomenu m'għandux ġeneralizzat, xi Stati Membri (Spanja, l-Bulgarija, il-Greċja u d-Danimarka) għandhom jipproduċu dewmien importanti billi jibgħatu il-marki tas-swaba' sa kważi 12-il ġurnata [20]iktar tard minn meta ttieħdu. Is-servizzi tal-Kummissjoni jkollhom itennu li trażmissjoni tard tista' tirriżulta f'denominazzjoni żbaljata ta' Stat Membru minħabba żewġ każijiet imsemmija fir-rapport annwali preċedenti tal-2006: "hits żbaljati"[21] and "hits mitlufa"[22].

Fl-2007, l-Unità Ċentrali sabet 60 "hit mitlufa", li minnhom 57 "favur" l-istess Stat Membru, u 233 "hits żbaljati", li minnhom 183 kienu minħabba dewmien mill-istess Stat Membru. Meta mqabbel mas-sena ta' qabel, dan juri żieda ta' 28% f'"hits mitlufa", waqt li n-numru ta' "hits żbaljati" ittrippla. Għalhekk, is-servizzi tal-Kummissjoni mill-ġdid iħeġġu lill-Istati Membri biex jagħmlu l-isforzi kollha neċessarji biex jibgħatu d-dejta skont l-Artikoli 4 u 8 tar-Regolament tal-EURODAC.

Fil-proposta tagħha għar-Regolament tal-EURODAC, il-Kummissjoni pproponiet żmien limitu ta' 48 siegħa biex ikunu trażmessi d-dejta lill-Unità Ċentrali tal-EURODAC.

3.4. Il-kwalità ta' tranżazzjonijiet

Ir-rata medja ta' tranżazzjonijiet rifjutati fl-2007 għall-Istati Membri kollha hija ta' 6,13% li hija kważi l-istess bħal dik tal-2006 (6,03%). Xi wħud kellhom rata ta' rifjut ħafna ogħla (18% fil-Finlandja) minn oħrajn (3,59% fin-Noveġja). Erbatax-il Stat Membru kellhom rata ta' rifjut ogħla mill-medja, inklużi tliet Stat Membri b'figuri iktar mid-doppju tal-medja (il-Finlandja, il-Latvja u l-Olanda). Għandu jkun innutat li r-rata ta' rifjut ma tiddependix mit-teknoloġija jew mid-djgħufija tas-sistema. Il-kawża ta' din ir-rata ta' rifjut hija prinċipalment minħabba l-kwalità baxxa tal-immaġini tal-marki tas-swaba' mibgħuta mill-Istati Membri, żbalji umani jew il-konfigurazzjoni żbaljata tat-tagħmir tal-Istat Membru li qed jibgħat. Min-naħa l-oħra, għandu jkun innutat li f'xi każi dawn il-figuri jinkludi numru ta' provi biex jintbgħatu l-istess marki tas-swaba' wara li dawn kienu rifjutati mis-sistema għal raġunijiet ta' kwalità. Madanakollu, is-servizzi tal-Kummissjoni jtennu l-problema ta' rati ta' rifjut ġeneralment għoljin li diġà kienet enfasizzata fir-rapporti annwali preċedenti u jħeġġu lil dawk l-Istati Membri biex jipprovdu taħriġ speċifiku lill-operaturi nazzjonali tal-EURODAC, kif ukoll biex jikkonfiguraw sew it-tagħmir tagħhom sabiex tonqos ir-rata ta' rifjut.

4. KONKLUZJONIJIET

Fl-2007, l-Unità Ċentrali tal-EURODAC kompliet tipprovdi riżultati sodisfaċenti ħafna f'termini ta' veloċità, sigurtà u effiċjenza ekonomika.

Bħala konsegwenza loġika taż-żieda kumplessiva (wara 5 snin ta' xejra ta' tnaqqis) fl-applikazzjonijiet għall-ażil fl-UE fl-2007, l-ammont ta' 'tranżazzjonijiet tal-kategorija 1' mdaħħla fil-EURODAC żdid ukoll. Min-naħa l-oħra, in-numru ta' 'tranżazzjonijet tal-kategorija 2' naqas bi ftit, waqt li ma kien osservat ebda tibdil sinifikattiv fin-numru ta' 'tranżazzjonijet tal-kategorija 3'. Huwa wkoll ta' min jinnota li n-numru ta' applikazzjonijiet multipli naqas b'1% meta mqabbel mas-sena ta' qabel.

Jibqa' t-tħassib dwar id-dewmien eċċessiv fit-trażimissjoni tad-dejta lill-Unità Ċentrali tal-EURODAC, kif ukoll dwar il-kwalità baxxa tad-dejta u numru għoli ta' "tiftixa speċjali" użati minn ċerti Stati Membri.

Anness: Statistika

Tabella 1: L-Unità Ċentrali tal-EURODAC, l-istat tal-kontenut tad-Database fil-31/12/2007

[pic]

Tabella 2: Tranżazzjonijiet b'suċċess lejn l-Unità Ċentrali tal-EURODAC, fl-2007[23]

Category 1 | Category 2 | Category 3 3Kategorija 3 | TOTAL |

AT | 8.467 | 143 | 1.938 | 10.548 |

BE | 10.243 | 8 | 686 | 10.937 |

BG | 847 | 343 | 426 | 1.616 |

CY | 4.090 | 0 | 151 | 4.241 |

CZ | 1.807 | 0 | 2.466 | 4.273 |

DE | 19.130 | 17 | 15.948 | 35.095 |

DK | 1.449 | 0 | 532 | 1,981 |

EE | 13 | 0 | 10 | 23 |

ES | 4.622 | 9.044 | 2.418 | 16.084 |

FI | 1.127 | 1 | 194 | 1.322 |

FR | 24.100 | 9 | 9.067 | 33.176 |

GR | 23.343 | 11.376 | 16 | 34.735 |

HU | 3.087 | 894 | 60 | 4.041 |

IC | 36 | 0 | 1 | 37 |

IE | 3.284 | 1 | 0 | 3.285 |

IT | 15.003 | 15.053 | 1.088 | 31.144 |

LT | 67 | 7 | 49 | 123 |

LU | 331 | 0 | 313 | 644 |

LV | 33 | 0 | 13 | 46 |

MT | 904 | 384 | 0 | 1.288 |

NL | 7.159 | 4 | 12.156 | 19.319 |

NO | 5.218 | 1 | 6.066 | 11.285 |

PL | 5.608 | 8 | 320 | 5.936 |

PT | 184 | 0 | 36 | 220 |

RO | 588 | 207 | 328 | 1.123 |

SE | 29.636 | 2 | 239 | 29.877 |

SI | 347 | 6 | 622 | 975 |

SK | 2.311 | 185 | 1.186 | 3682 |

UK | 24.250 | 480 | 8.232 | 32.962 |

TOTALTOTAL | 197.284[24] | 38.173[25] | 64.561[26] | 300.018[27] |

Tabella 3: Tqassim tal-hits – Kategorija 1 mqabbla ma' Kategorija 1, fl-2007

[pic]

Tabella 4: Tqassim tal-hits – Kategorija 1 mqabbla ma' Kategorija 2, fl-2007

[pic]

Tabella 5: Tqassim tal-hits – Kategorija 3 mqabbla ma' Kategorija 1, fl-2007

[pic]

Tabella 6: Tranżazzjonijiet rifjutati, perċentwal fl-2007

[pic]

Tabella 7: Tul ta' żmien medju bejn id-data meta ttieħdu l-marki tas-swaba' u meta ntbagħtu lill-Unità Ċentrali tal-EURODAC, fl-2007

[pic]

Tabella 8: Hit ta' Kategorija 1 mqabbla ma' Kategorija1 fis-sens ħażin, fl-2007

[pic]

Tabella 9: Distribuzzjoni tal-hits ta' CAT1/CAT2 li ntilfu minħabba li damu ma ntbagħtu l-CAT 2, fl-2007

[pic]

Tabella 10: Distribuzzjoni ta' hits mqabbla ma' każi bblokkati (art. 12 tar-Regolament tal-KE 2725/2000), fl-2007

[pic]

Tabella 11: In-numru tal-kategorija 9[28] għal kull Stat Membru, fl-2007

[pic]

[1] ĠU L 316, 15.12.2000, p. 1.

[2] L-Artikolu 24(1) tar-Regolament EURODAC.

[3] Ir-rapporti annwali preċedenti kienu ppubblikati bħala Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni bir-referenzi li ġejjin: SEC(2004) 557, SEC(2005) 839, SEC(2006) 1170, SEC (2007) 1184.

[4] Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-evalwazzjoni tas-sistema ta' Dublin, COM (2007) 299 final {SEC(2007) 742}.

[5] Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif tal-'Eurodac' għat-tqabbil ta' marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament ta' Dublin COM(2008) XXX.

[6] Is-servizzi tal-Kummissjoni pprovdewlhom għajnuna biex ikunu konnessi mas-sistema tal-EURODAC, inkluż ittestjar operattiv preċedenti, li involva 69 test.

[7] Deskrizzjoni ġenerali tal-Unità Ċnetrali tal-EURODAC, kif ukoll id-definizzjonijiet ta' tipi differenti ta' tranżazzjonijiet ipproċessati mill-Unità Ċentrali u l-hits li dawn jistgħu joħolqu, jistgħu jinstabu fl-ewwel rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Unità Ċentrali tal-EURODAC, Ara r-Rapport ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni - L-Eweel Rapport Annwali lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-attivitajiet tal-Unità Ċentrali tal-EURODAC, SEC (2004)557, p.6.

[8] L-Istati Membri tal-UE kollha, kif ukoll in-Norveġja u l-Iżlanda, japplikaw ir-Regolamenti ta' Dublin u tal-EURODAC, għalhekk it-terminu "Stat Membru" huwa użat f'din il-Komunikazzjoni biex ikopri d-29 Stat li jużaw id-database tal-EUORAC.

[9] Dawn is-servizzi mhux biss jinkludu dawk pprovuti direttament mill-Unità Ċnetrali (pereżempju t-tqabbil tal-kapaċità, il-ħażna tad-dejta, eċċ), iżda jkopru wkoll servizzi ta' komunikazzjoni u sigurtà għat-trażmissjoni tad-dejta bejn l-Unità Ċentrali u l-Punti ta' Aċċess Nazzjonali.

[10] Il-Kummissjoni pproponiet li żżid l-obbligu lill-Istati Mrmbti li jinfurmaw dwar kull hit żbaljata fir-reviżjoni tar-Regolament tal-EURODAC.

[11] "Rapport dwar il-verifika tal-EURODAC", dokument klassifkat bħala UE RISTRESS, sommarju qasir disponibbli fuq http://www.edps.europa.eu/EDPSWEB/webdav/site/mySite/shared/Documents/Supervision/Eurodac/07-11-09_Eurodac_audit_summary_EN.pdf

[12] It-Tabella 2 tal-Anness turi fid-dettall it-tranżazzjonijiet b'suċċess għal kull Stat Membru, mqassma skont il-kategorija, bejn l-1 ta' Jannar 2007 u t-31 ta' Diċembru 2007.

[13] Dejta dwar l- applikazzjonijiet għall-ażil. Marki tas-swaba' (l-immaġini sħiħa tal-għaxar marki) tal-applikanti għall-ażil mibgħuta biex jitqabblu ma' marki tas-swaba' ta' applikanti għall-ażil oħra li kienu qabel tefgħu applikazzjoni għall-ażil fi Stati Membru ieħor. L-istess dejta tkun imqabbla wkoll mad-dejta tal-"kategorija 2". Din id-dejta tinżamm għal 10 snin bl-eċċezzjoni ta' xi każi speċifiċi previsti fir-Regolament (pereżempju dawk li jġibu ċittadinanza ta' xi Stat Membru ieħor) u f'każi bħal dawn id-dejta tal-persuna kkonċernata tkun imħassra.

[14] Dejta dwar aljeni maqbuda f'konnessjoni ma' qsim irregolari ta' fruntieri esterni u li ma ntbagħtux lura . Din id-dejta (l-immaġini sħiħa tal-għaxar marki) tintbagħat għall-ħażna biss, sabiex tkun tista' tiġi mqabbla ma' dejta ta' applikanti għall-ażil sottomessi aktar tard lill-Unità Ċentrali. Din id-dejta tinżamm għal sentejn b'eċċezzjoni ta' każi li jkunu mħassra immedjatament meta l-individwu jirċievi permess ta' residenza, jitlaq mit-territorju tal-Istat Membru jew iġib iċ-ċittadinanza ta' wieħed minnhom.

[15] U b'hekk jitqabblu d-dejta ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi maqbuda meta qed jgħixu illegalment fit-territorju ma' marki tas-swaba' ta' persuni jfittxu l-ażil innutati qabel.

[16] Dejta dwar aljeni misjuba illegalment preżenti fi Stat Membru . Din id-dejta, li mhix maħżuna, hija mqabbla mad-dejta tal-applikanti għall-ażil maħżuna fid-database ċentrali. It-trażmissjoni ta' din il-kategorija ta' dejta mhix bil-fors għall-Istati Membri.

[17] L-istatistika dwar il- hits lokali fit-tabelli mhux bil-fors taqbel mat-tweġibiet għall-hits trażmessi mill-Unità Ċentrali u rreġistrati mill-Istati Membri. Ir-raġuni għal dan hi li l-Istati Membri mhux dejjem jużaw il-possibbiltà, stipulata fl-Art, 4(4), li titlob lill-Unità Ċentrali biex tfittex li tqabbel mad-dejta tagħhom stess li diġà qegħda fid-database. Madanakollu, ukoll meta l-Istati Membri ma jużawx din il-possibbiltà, l-Unità Ċentrali għandha, għal raġunijiet tekniċi, dejjem tagħmel tqabbil mad-dejta kollha (nazzjonali u barranija) miżmuma fl-Unità Ċentrali. F'dawn il-każijiet konkreti, ukoll jekk ikun hemm qbil ma' dejta nazzjonali, l-Unità Ċentrali tirrispondi sempliċiment "ma kienx hemm hit" billi l-Istat Membru ma saqsiex għat-tqabbil tad-dejta sottomessa mad-dejta tiegħu stess.

[18] Li jirrapreżenta żieda ta' 230% meta mqabbel mal-istatistika tal-2006 (486). Persuni jfittxu l-ażil li l-ewwel darba applikaw fil-Polonja jidher li jmorru fuq skala kbira lejn il-Belġju ukoll.

[19] Applikazzjoni għall-ażil tannulla dħul irregolari, għalhekk mhuhiex neċessarju li tintbgħat 'tranżazzjoni tal-kategorija 2' fil-każijiet fejn persuna li nqabdet fil-fruntiera fl-istess ħin applikat għall-ażil.

[20] Medja annwali tad-dewmien tat-trażmissjoni ta' kategorija waħda ta' dejta tal-Istat Membru bl-għar rekord.

[21] Fil-każ tal-hekk imsejħa " hit żbaljata ", ċittadin ta' pajjiz terz jitfa' applikazzjoni għall-ażil fi Stat Membru (A), fejn l-awtoritajiet jieħdulu/ha l-marki tas-swaba'. Fil-waqt li dawk il-marki tas-swaba' għadhom qed jistennew biex ikunu trażmessi lill-Unità Ċentrali (tranżazzjoni tal-kategorija 1), l-istess persuna tista' tippreżenta lilha nnifisha fi Stat Membru B (B) u tagħmel talba oħra għall-ażil. Jekk il-marki tas-swaba' jintbagħtu l-ewwel mill-Istat Membru B, il-marki tas-swaba' mibgħuta mill-Istat Membru A jkunu rreġistrati fid-database Ċentrali aktar tard mill-marki tas-swaba' mibgħuta mill-Istat Membru B u għandhom b'hekk jirriżultaw bħala hit mid-dejta mibgħuta mill-Istat Membru B meta mqabbla mad-dejta mibgħuta mill-Istat Membru A. B'hekk, l-Istat Membru B jkun ddeterminat li jkun responsabbli minflok l-Istat Membru A fejn applikazzjoni għall-ażil kienet l-ewwel iddepożitata.

[22] Fil-każ tal-hekk imsejħa " hit mitlufa ", ċittadin ta' pajjiż terz maqbud f'konnessjoni ma' qsim tal-fruntiera irregolari u l-marki tas-swaba' tiegħu/tagħha jittieħdu mill-awtoritajiet tal-Istat Membru (A) fejn hu/hi j/tkun daħal/daħlet. Fil-waqt li dawk il-marki tas-swaba' għadhom qed jistennew biex ikunu trażmessi lill-Unità Ċentrali (tranżazzjoni tal-kategorija 2), l-istess persuna tista' tippreżenta lilha nnifisha fi Stat Membru ieħor (B) u tistaqsi għal darba oħra għall-ażil. F'dik l-okkażjoni, il-marki tas-swaba' tiegħu/tagħha jittieħdu mill-awtoritajiet tal-Istat Membru (B). Jekk dan l-Istat Membru (B) jibgħat il-marki tas-swaba' (tranżazzjoni tal-kategorija 1) qabel, l-Unità Ċentrali jirreġistraw it-tranżazzjoni tal-kategorija 1 l-ewwel, u l-Istat Membru (B) ikollu jieħu ħsieb l-applikazzjoni minflok l-Istat Membru A. Fil-fatt, meta tranżazzjoni tal-kategorija 2 tasal iktar tard, tintilef hit għaliex id-dejta tal-kategorija 2 ma jistgħux ikunu mfittxa.

[23] "Tranżazzjoni b'suċċess" hija tranżazzjoni li kienet ipproċessata sew mill-Unità Ċentrali, mingħajr rifjut minħabba kwistjoni ta' validità tad-dejta, żbalji fil-marki tas-swaba' jew kwalità mhix suffiċjenti.

[24] 16.5958 fl-2006.

[25] 41.312 fl-2006.

[26] 63.341 fl-2006.

[27] 270611 fl-2006.

[28] Il-Kategorija 9 turi t-tiftix speċjali skont l-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kunsill 2725/2000/KE.