5.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 212/348


Il-Ħamis, 7 ta’ Mejju 2009
L-istandards minimi dwar l-akkoljenza ta' dawk li jfittxu ażil (tfassil mill-ġdid) ***I

P6_TA(2009)0376

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-istandards minimi dwar l-akkoljenza ta' dawk li jfittxu ażil (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0815 – C6-0477/2008 – 2008/0244(COD))

2010/C 212 E/51

(Proċedura ta' kodeċiżjoni – tfassil mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0815),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 63(1)(b) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0477/2008),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu iżjed strutturat tat-teknika tar-riformulazzjoni tal-atti legali (1),

wara li kkunsidra l-ittra tal-4 ta' April 2009 mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali bi qbil mal-Artikolu 80a(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0285/2009),

A.

billi, skont il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, il-proposta konċernata ma tinkludix emendi sostanzjali ħlief dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li baqgħu ma nbidlux tal-atti eżistenti, il-proposta fiha kodifikazzjoni sempliċi ta' dawn it-testi, bla ebda tibdil fis-sustanza tagħhom,

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, kif emendata hawn taħt;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


Il-Ħamis, 7 ta’ Mejju 2009
P6_TC1-COD(2008)0244

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-7 ta’ Mejju 2009 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-istandards minimi dwar l-lqigħ ta’ persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil (tfassil mill-ġdid)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari il-punt (1)(b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 63 tiegħu,

Wara li kkonsidraw il-proposta mressqa mill-Kummissjoni,

Wara li kkonsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Għandhom isiru numru ta’ bidliet sostantivi lid-Direttiva tal-Kunsill 2003/9/KE tas-27 ta’ Jannar 2003 li tistabbilixxi l-istandards minimi dwar l-akkoljenza ta’ persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil  (4). Fl-interess taċ-ċarezza, dik id-Direttiva għandha tiġi mfassla mill-ġdid.

(2)

Politika komuni dwar ażil, inkluża Sistema ta’ Ażil Komuni Ewropea, hija parti kostitwenti tal-għan tal-Unjoni Ewropea li tistabbilixxi progressivament żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja miftuħa għal dawk li, imġiegħla minn ċirkostanzi, ifittxu b’mod leġittimu protezzjoni fil-Komunita.

(3)

F’laqgħa speċjali f’Tampere fil-15 u 16 ta’ Ottubru 1999, il-Kunsill Ewropew qabel li jaħdem biex jistabbilixi Sistema ta’ Ażil Komuni Ewropea, ibbażata fuq l-applikazzjoni sħiħa u inklużiva tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra dwar l-Istatus tar-Refuġjati tat-28 ta’ Lulju 1951, kif issupplimentata bil-Protokoll ta’ Ġdid York tal-31 ta’ Jannar 1967, hekk iżżomm il-prinċipju ta’ non-refoulement.

(4)

Il-Konklużjonijiet ta’ Tampere jipprovdu li Sistema ta’ Ażil Komuni Ewropea għandha tinkludi, fi żmien qasir, kondizzjonijiet komuni minimi ta’ lqigħ ta’ persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil.

(5)

L-istabbiliment ta’ standards minimi għall-ilqigħ ta’ persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil huwa pass ’il quddiem lejn politika Ewropea dwar l-ażil.

(6)

L-ewwel fażi fil-ħolqien ta’ Sistema ta’ Ażil Komuni Ewropea li għandha twassal, fuq medda twila ta’ żmien, għal proċedura komuni u status uniformi, validu fl-Unjoni kollha, għal dawk li jingħatalhom l-ażil, issa tlestiet. Il-Kunsill Ewropew tal-4 ta’ Novembru 2004 adotta l-programm tal-Aja li jistabbilixxi l-għanijiet li jridu jiġu implimentati fil-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja fil-perjodu 2005-2010. F’dan ir-rigward Il-Programm tal-Aja stieden lill-Kummissjoni biex tikkonkludi l-evalwazzjoni tal-ewwel fażi tal-istrumenti legali u biex tippreżenta proposti għall-miżuri u strumenti tat-tieni fażi lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew bil-ħsieb tal-adozzjoni tagħhom qabel it-tmiem tal-2010.

(7)

Fid-dawl tar-riżultati tal-valutazzjonijiet imwettqa, huwa xieraq, f’dan l-istadju, li jkunu kkonfermati l-prinċipji sottostanti tad-Direttiva 2003/9/KE bil-ħsieb li jiġu żgurati kondizzjonijiet mtejba ta’ lqigħ għal persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil.

(8)

Biex ikun żgurat it-trattament ugwali ta’ persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil fl-Unjoni kollha, din id-Direttiva għandha tapplika matul l-istadji u t-tipi kollha ta’ proċeduri ta’ applikazzjoni ta’ ażil u fil-postijiet u fil-faċilitajiet kollha li jilqgħu lil persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil.

(9)

L-Istati Membri għandhom ifittxu li jiżguraw konformità sħiħa mal-prinċipji tal-aħjar interessi tat-tfal u l-importanza tal-għaqda tal-familja, fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-1989 u l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali rispettivament.

(10)

Fir-rigward tat-trattament ta’ persuni li jaqgħu fl-ambitu ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri huma marbuta b’obbligi taħt strumenti tal-liġi internazzjonali li għalihom huma parti .

(11)

Għandhom jiġu stipulati standards minimi għall-ilqigħ ta’ persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil li normalment għandhom ikunu biżżejjed biex jiżguraw standard ta’ ħajja dinjituż u kondizzjonijiet ta’ ħajja komparabbli fl-Istati Membri kollha ▐.

(12)

L-armonizzazzjoni tal-kondizzjonijiet għall-ilqigħ ta’ persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil għandha tgħin biex tillimita ċ-ċaqliq sekondarju ta’ persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil influwenzati mill-varjetà ta’ kondizzjonijiet għall-ilqigħ tagħhom.

(13)

Bil-ħsieb li jkun żgurat trattament ugwali fost l-applikanti kollha għall-protezzjoni internazzjonali kif ukoll sabiex tkun żgurata konsistenza mal-acquis attwali tal-UE dwar l-ażil║, b’mod partikolari mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (5), huwa xieraq li l-iskop ta’ din id-Direttiva ikun estiż sabiex tinkludi applikanti għall-protezzjoni sussidjarja.

(14)

Sabiex tkun promossa l-awtosuffiċjenza tal-persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil u biex ikunu limitati d-diskrepanzi kbar bejn l-Istati Membri, huwa essenzjali li jkunu provduti regoli ċari dwar l-aċċess għas-suq tax-xogħol tal-persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil.

(15)

L-identifikazzjoni immedjata u l-monitoraġġ xieraq ta’ persuni bi bżonnijiet speċjali għandhom ikunu interess primarju tal-awtoritajiet nazzjonali sabiex ikun żgurat li l-kundizzjonijiet tal-ilqigħ tagħhom ikunu imfassla speċifikament biex jissodisfaw il-ħtiġijiet speċjali tagħhom.

(16)

Id-detenzjoni ta’ persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil għandha tkun applikata skont il-prinċipju riffied li persuna m’għandiex tinżamm f’detenzjoni għall-unika raġuni li hu/hi qed tfittex protezzjoni internazzjonali, b’mod partikolari skont l-obbligi legali internazzjonali tal-Istati Membri u partikolarment l-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra dwar l-Istatus tar-Refuġjati tat-28 ta’ Lulju 1951. B’mod partikolari, l-Istati Membri m’għandhomx jinponu pieni fuq persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil minħabba dħul jew presenza illegali u kwalunkwe restrizzjonijiet fuq il-moviment għandhom ikunu meħtieġa. F’dan ir-rigward, id-detenzjoni ta’ persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil għandha tkun possibbli biss taħt ċirkostanzi eċċezzjonali definiti b’mod ċar ħafna li huma preskritti fid-Direttiva u soġġetti għall-prinċipju ta’ neċessità u proporzjonalità fir-rigward kemm tal-manjiera kif ukoll tal-iskop ta’ detenzjoni bħal din. Fejn persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil jinżammu f’detenzjoni huma għandhom ikollhom id-dritt għal rimedju ġudizzjarju quddiem qorti nazzjonali.

(17)

L-applikanti li huma f’detenzjoni għandhom ikunu ttrattati b’rispett sħiħ għad-dinjità tal-bniedem u l-kundizzjonijiet għall-ilqigħ tagħhom għandhom ikunu b’mod speċifiku biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom f’dik is-sitwazzjoni. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-konformità mal-Artikolu 37 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-1989.

(18)

Biex tkun żgurata osservanza tas-salvagwardji proċedurali minimi li jikkonsistu fl-opportunità li jkunu kkuntattjati organizzazjonijiet u gruppi ta’ persuni li jipprovdu assistenza legali, informazzjoni dwar organizzazzjonijiet u gruppi ta’ persuni tali għandha tkun ipprovduta.

(19)

Il-possibilità ta’ abbuż tas-sistemi ta’ lqigħ għandha tkun ristretta billi jkunu speċifikati ċ-ċirkustanzi fejn il-kondizzjonijiet ta’ lqigħ għal persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil jistgħu jitnaqqsu jew tali lqigħ jiġi rtirat filwaqt li fl-istess ħin għandu jkun żgurat standard ta’ ħajja dinjituż għall-persuni kollha li jkunu qed ifittxu l-ażil.

(20)

Għandhom ikunu żgurati l-effiċjenza ta’ sistemi nazzjonali ta’ lqigħ u l-koperazzjoni fost Stati Membri fil-qasam ta’ lqigħ ta’ persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil.

(21)

Għandha tkun imħajra koordinazzjoni xierqa bejn l-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-ilqigħ ta’ persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil, u għalhekk għandhom ikunu promossi relazzjonjijiet armonjużi bejn komunitajiet lokali u ċentri ta’ akkomodazzjoni.

(22)

Hija fl-istess natura ta’ standards minimi li Stati Membri jkollhom is-setgħa li jintroduċu jew iżommu provvedimenti iktar favorevoli għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni bla Stat li jitolbu għal protezzjoni internazzjonali mingħand Stat Membru.

(23)

F’dan l-ispirtu, Stati Membri huma wkoll mistiedna li japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva b’rabta ma’ proċeduri biex ikunu deċiżi applikazzjonijiet għal għamliet ta’ protezzjoni oħrajn barra dawk applikabbli taħt id-Direttiva 2004/83/KE.

(24)

Sabiex jiġi kopert kull titjib fl-istandards minimi dwar l-ilqigħ ta’ persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil, għandu jkun hemm żieda proporzjonata fil-fondi disponibbli mill-Unjoni Ewropea bil-għan li jkunu koperti l-ispejjeż ta’ tali titjib, b’mod partikulari fil-każijiet ta’ Stati Membri li qegħdin jiffaċċjaw pressjonijiet speċifiċi u sproporzjonati fuq is-sistema nazzjonali ta’ ażil tagħhom, partikolarment minħabba l-qagħda ġeografika jew demografika tagħhom.

(25)

L-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandha tkun ivvalorizzata f’intervalli regolari.

(26)

Ladarba l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jiġu stabbiliti standards minimi dwar l-ilqigħ ta’ persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil fi Stati Membri, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-kobor u l-effetti tal-azzjoni proposta, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipji tas-sussidjaretà kif iddikjarati fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, iddikjarat f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lilhinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu dak l-għan.

(27)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta ta’ Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta). B’mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tiżgura rispett sħiħ għad-dinjità tal-bniedem u li tippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikoli 1, 4 , 6, 7, 18, 24 and 47 tal-Karta u għandha tiġi implimentata skont dan.

(28)

L-obbligu li tiġi trasposta din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali għandu jiġi limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw bidla sostantiva meta mqabbla mad-Direttiva preċedenti. L-obbligu li jiġu trasposti d-dispożizzjonijiet li mhumiex mibdula, joħroġ mid-Direttiva preċedenti.

(29)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri marbuta mal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali ta’ din id-Direttiva, mniżżla fl-Anness II, Parti B,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

GĦAN, DEFINIZZJONIJIET U KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Artikolu 1

Għan

L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li tippreskrivi standards minimi għall-ilqigħ ta’ persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil fl-Istati Membri.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva:

(a)

‘applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali’ tfisser applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali kif definita fl-Artikolu 2(g) tad -Direttiva 2004/83/KE;

(b)

‘applikant’ jew ‘persuna li tkun qed tfittex l-ażil’ tfisser ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna bla stat li għamel applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali li fir-rigward tagħha ma tkunx għadha ittieħdet deċizjoni aħħarija;

(c)

‘membri tal-familja’ tfisser, sakemm il-familja kienet diġà teżisti fil-pajjiż ta’ oriġini, il-membri tal-familja tal-applikant li ġejjin li huma preżenti fl-istess Stat Membru in relazzjoni mal-applikant għal protezzjoni internazzjonali:

(i)

ir-raġel/il-mara ta’ min ifittex il-ażil jew il-partner mhux miżżewweġ tiegħu jew tagħha f’relazzjoni stabbli, fejn il-leġislazzjoni jew prassi tal-Istat Membru kkonċernat tittratta lill-koppji mhux miżżewġa b’mod komparabbli ma’ koppji miżżewġa taħt il-liġi tiegħu dwar persuni barranin;

(ii)

it-tfal minuri ta’ koppji imsemmijin fil-punt (i) hawn fuq jew tal-applikant, fuq kondizzjoni li mhumiex miżżewġa u mingħajr ma jittieħed każ ta’ jekk twildux ġewwa jew barra ż-żwieġ jew adottati kif iddefinit taħt il-liġi nazzjonali;

(iii)

it-tfal minuri miżżewġa ta’ koppji imsemmijin fil-punt (i) hawn fuq jew tal-applikant, mingħajr ma jittieħed każ ta’ jekk twildux ġewwa jew barra ż-żwieġ jew adottati kif iddefinit taħt il-liġi nazzjonali u kemm-il darba ma jkunux akkumpanjati mill-konjuġi tagħhom, fejn hu għall-aħjar interessi tagħhom li jirrisedju mal-applikant;

(iv)

Il-missier, l-omm jew il-gwardjan tal-applikant, meta l-applikant ikun minuri u mhux miżżewweġ, jew meta meta l-applikant ikun minuri u miżżewweġ iżda mhux akkumpanjat mill-konjuġi tiegħu/tagħha u jkun fl-aħjar interessi tiegħu/tagħha li jirrisjedi ma’ missieru/ha, ommu/ha jew l-gwardjan tiegħu/tagħha;

(v)

ħut minuri mhux miżżewġa tal-applikant, meta l-applikant ikun minuri u mhux miżżewweġ, jew meta l-applikant jew ħutu/ha jkunu minuri u miżżewġa iżda mhux akkumpanjat mill-konjuġi tiegħu/tagħha u jkun fl-aħjar interessi ta’ wieħed jew iktar minnhom li jirrisjedu flimkien;

(vi)

adulti dipendenti bi bżonnijiet speċjali;

(d)

‘proċeduri’ u ‘appelli’, ifissru l-proċeduri u l-appelli stabbiliti minn Stati Membri fil-liġi nazzjonali tagħhom;

(e)

minuri’ tfisser ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna bla stat taħt l-età ta’ tmintax;

(f)

minuri mhux akkompanjat’ tfisser minuri li jasal fit-territorju tal-Istati Membri mhux akkompanjat minn adult responsabbli għalih/għaliha bil-liġi jew b’użanza, u għaż-żmien sakemm hu/hi ma jittiħidtx effettivament fir-responsabbiltà ta’ persuna tali; tinkludi minuri li tħalla mhux akkompanjat wara li jkun daħal fit-territorju ta’ Stati Membri;

(g)

‘kondizzjonijiet ta’ lqigħ’ tfisser is-sett sħiħ ta’ miżuri li Stati Membri japplikaw għal persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil skont din id-Direttiva;

(h)

‘kondizzjonijiet ta’ lqigħ materjali’ tfisser kondizzjonijiet ta’ lqigħ li jinkludu akkomodazzjoni, ikel u ħwejjeġ, ipprovduti in natura, jew bħala konċessjonijiet finanzjarji jew f’vouchers, jew kombinazzjoni tat-tlieta , u konċessjoni għal spejjeż ta’ kuljum;

(i)

‘detenzjoni’ tfisser restrizzjoni ta’ persuna li tkun qed tfittex l-ażil għal post partikulari minn Stat Membru, fejn l-applikant ikun imċaħħad mil-libertà ta’ moviment tiegħu jew tagħha;

(j)

‘ċentru ta’ akkomodazzjoni’ tfisser kull post użat għal akkomodazzjoni kollettiva ta’ persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil.

Artikolu 3

Skop

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni bla stat kollha li jagħmlu applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali fit-territorju, inkluż fil-konfini jew fiż-żoni ta’ tranżitu, ta’ Stat Membru, għaż-żmien kollu li huma permessi joqgħodu fit-territorju bħala persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil, kif ukoll għal membri tal-familja, jekk ikunu koperti minn tali applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali skont il-liġi nazzjonali applikabbli.

2.   Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal talbiet għal ażil diplomatiku jew territorjali ssottomessi lil rappreżentanzi ta’ Stati Membri.

3.   Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika meta jkunu applikati d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE tal-20 ta’ Lulju 2001dwar l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta’ influss bil-massa ta’ persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta’ dawn  (6).

4.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw din id-Direttiva f’konnessjoni ma’ proċeduri biex ikunu deċiżi applikazzjonijiet għal għamliet ta’ protezzjoni għajr dawk applikabbli taħt id-Direttiva 2004/83/KE.

Artikolu 4

Dispożizzjonijiet iktar favorevoli

Stati Membri jistgħu jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet iktar favorevoli fil-qasam ta’ kondizzjonijiet ta’ lqigħ ta’ persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil u qraba stretti ta’ persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil li jkunu preżenti fl-istess Stat Membru meta huma dipendenti fuq il- persuna li tkun qed tfittex l-ażil jew għal raġunijiet umanitarji sakemm dawk id-dispożizzjonijiet ikunu kompatibbli ma’ din id-Direttiva.

KAPITOLU II

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR KONDIZZJONIJIET TA’ LQIGĦ

Artikolu 5

Informazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil, fi żmien raġonevoli li ma jeċċedix ħmistax-il jum wara li jkunu ddepożitaw l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali tagħhom mal-awtorità kompetenti, għall-inqas b’xi benefiċċji stabbiliti u bl-obbligi li magħhom għandhom jikkonformaw ruħhom konnessi mal-kondizzjonijiet ta’ lqigħ.

Stati Membri għandhom jiżguraw li applikanti tingħatalhom informazzjoni dwar organizzazzjonijiet jew gruppi ta’ persuni li jipprovdu assistenza legali speċifika u organizzazzjonijiet li jistgħu jgħinuhom jew jinformawhom dwar il-kondizzjonijiet ta’ lqigħ disponibbli, inkluża l-kura tas-saħħa.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li jirreferi għaliha l-paragrafu 1 tkun bil-miktub u, ▐ b’lingwa li l-applikanti jifhmu jew li jista jkun hemm preżunzjoni raġonevoli li jifhmu. Fejn xieraq, din l-informazzjoni tista’ wkoll tkun fornita bil-fomm.

Artikolu 6

Dokumentazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fi żmien tlett ijiem wara li applikazzjoni tkun iddepożitata mal-awtorita kompetenti, l-applikant jingħata dokument maħruġ f’ismu jew isimha stess li jiċċertifika l-istatus tiegħu jew tagħha bħala persuna li tkun qed tfittex l-ażil jew li jiddikjara li hu jew hi huwa/hija permess/a j(t)oqgħod fit-territorju tal-Istat Membru waqt li l-applikazzjoni tiegħu jew tagħha tkun pendenti jew tkun qiegħda tiġi eżaminata.

M’għandux ikun hemm bżonn ta’ dokumenti addizzjonali sabiex wieħed jingħata aċċess għad-drittijiet mogħtija lil persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil taħt din id-Direttiva.

Jekk id-detentur tad-dokument imsemmi fl-ewwel subparagrafu ma jkunx liberu li jiċċaqlaq ġewwa t-territorju kollu jew parti minnu tal-Istat Membru, id-dokument għandu wkoll jiċċertifika dan il-fatt.

2.   L-Istati Membri jistgħu jeskludu l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu meta persuna li tkun qed tfittex l-ażil tkun f’detenzjoni u matul l-eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali magħmula fil-konfini jew fil-kuntest ta’ proċedura biex ikun deċiż id-dritt tal-applikant biex jidħol legalment fit-territorju ta’ Stat Membru. F’każijiet speċifiċi, matul l-eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, L-Istati Membri jistgħu jipprovdu lil applikanti evidenza oħra ekwivalenti għad-dokument imsemmi fil-paragrafu 1.

3.   Id-dokument li jirreferi għalih il-paragrafu 1 mhux meħtieġ li jiċċertifika l-identità tal-persuna li tkun qed tfittex l-ażil.

4.   L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jipprovdu lill-persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil id-dokument li jirreferi għalih il-paragrafu 1, li għandu jkun validu sakemm ikunu awtorizzati joqgħodu fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat jew fil-konfini tiegħu.

5.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu lil dawk li jfittxu kenn dokument tal-ivvjaġġar meta raġunijiet umanitarji serji jirrekjedu l-preżenza tagħhom fi Stat ieħor.

Artikolu 7

Residenza u libertà ta’ moviment

1.   Il-persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil jistgħu jiċċaqalqu b’mod liberu fit-territorju tal-Istat Membru li jilqagħhom jew f’żona assenjata lilhom minn dak l-Istat Membru. Iż-żona assenjata m’għandhiex taffettwa l-isfera inaljenabbli tal-ħajja privata u għandha tippermetti ambitu suffiċjenti biex tiggarantixxi aċċess għall-benefiċċji kollha taħt din id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu dwar ir-residenza tal- persuna li tkun qed tfittex l-ażil minħabba raġunjiet ta’ interess pubbliku, ordni pubblika jew, meta meħtieġ, ta’ pproċessar ta’ malajr u mmonitorjar effettiv tal-applikazzjoni tiegħu jew tagħha.

3.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu l-kondizzjonijiet materjali ta’ lqigħ suġġetti għal residenza attwali mill-applikanti f’post speċifiku, li għandu jkun detterminat mill-Istati Membri. Deċiżjoni bħal din, li tista’ tkun ta’ natura ġenerali, għandha tittieħed b’mod individwali u stabbilita mil-leġislazzjoni nazzjonali.

4.     Meta jkun meħtieġ, pereżempju għal raġunijiet legali jew raġunijiet ta’ politika pubblika, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw applikant għal post speċifiku skont il-liġi nazzjonali tagħhom.

5.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal possibbiltà li jagħtu lill-applikanti permess temporanju li jħallu l-post ta’ residenza msemmi fil-paragrafi 2 u 3 u/jew iż-żona assenjata msemmija fil-paragrafu 1. Deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b’mod individwali, oġġettivament u imparzjalment u jingħataw raġunijiet jekk ikunu negattivi.

L-applikant m’għandux jirrikjedi permess biex iżomm appuntamenti ma’ awtoritajiet u qrati jekk il-preżenza tiegħu jew tagħha tkun meħtieġa.

6.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li applikanti jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti bl-indirizz kurrenti tagħhom u jinnotifikaw kull bdil fl-indirizz lill-awtoritajiet tali malajr kemm jista’ jkun possibbli.

Artikolu 8

Detenzjoni

1.   L-Istati Membri ma jistgħux iżommu persuna f’detenzjoni għall-unika raġuni li hu/hi applikant għal protezzjoni internazzjonali skont id-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE ta’ l- 1 ta’ Diċembru 2005 dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar ta’ l-istatus ta’ rifuġjat  (7).

2.   Meta jkun meħtieġ u fuq il-bażi ta’ valutazzjoni individwali ta’ kull każ, u sakemm miżuri oħrajn inqas dixxiplinari ma jistgħux ikunu applikati b’mod effettiv, l-Istati Membri jistgħu skont il-leġiżlazzjoni tagħhom jillimitaw applikant għal post partikolari biss. Applikant jista’ jinżamm biss f’post partikolari:

(a)

sabiex jiddeterminaw, jaċċertaw jew jivverifikaw l-identità jew in-nazzjonalità tiegħu;

(b)

sabiex jiddeterminaw l-elementi li fuqhom hi bbażata l-applikazzjoni tiegħu għal protezzjoni internazzjonali, li f’ċirkostanzi oħrajn jistgħu jkunu mitlufa;

(c)

fil-kuntest ta’ proċedura, sabiex jiddeċiedu fuq id-dritt tiegħu li jidħol fit-territorju;

(d)

meta l-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali jew l-ordni pubblika jeħtieġu hekk.

Dan il-paragrafu hu mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli li jitrattaw mal-alternattivi tad-detenzjoni, bħal rappurtaġġ regolari lill-awtoritajiet, id-depożitu ta’ garanzija finanzjarja, jew obbligu li joqgħod f’żona ġeografika indikata, huma pprovduti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Artikolu 9

Garanziji ta’ persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil li jkunu detenuti

1.   Detenzjoni ser tkun ordnata għall-iqsar żmien possibbli. B’mod partikolari l-perijodu ta’ d etenzjoni applikat taħt l-Artikolu 8 (2) (a), (b) u (c) m’għandux jisboq ż-żmien meħtieġ b’mod raġonevoli biex ikunu sodisfatti l-proċeduri amministrattivi meħtieġa sabiex tkun miksuba informazzjoni dwar in-nazzjonalità jew l-identità ta’ persuna li tkun qed tfittex l-ażil jew dwar l-elementi fuqiex hi bbażata l-applikazzjoni tagħha jew biex titwettaq il-proċedura relevanti bil-ħsieb tad-deċiżjoni għad-dritt tagħha tad-dħul fir-territorju.

Il-proċeduri ta’ dan it-tip għandhom jitwettqu bil-ħeffa li jistħoqqu. Dewmien fl-ipproċessar tal-proċedura amministrattiva li ma jistax ikun attribwit lil persuna li tkun qed tfittex l-ażil m’għandux jiġġustifika kontinwazjoni tad-detenzjoni.

2.   Id-detenzjoni għandha tkun ordnata mill-awtoritajiet ġudizzjarji. F’każijiet urġenti tista’ tkun ordnata mill-awtoritajiet amministrattivi, li f’dak il-każ l-ordni ta’ detenzjoni għandu jkun ikkonfermat mill-awtoritajiet ġudizzjarji fi żmien 72 siegħa mill-bidu tad-detenzjoni. Fejn l-awtorità ġudizjarja ssib li d-detenzjoni hi illegali, jekk jekk ma jkun hemm ebda deċiżjoni f’dak il-perijodu ta’ 72 siegħa, il-persuna li tkun qed tfittex l-ażil ikkonċernata għandha tinħeles minnufih.

3.   Id-detenzjoni għandha tkun ordnata bil-miktub. L-ordni tad-detenzjoni għandha tistqarr fil-fatt u bi dritt fuq xiex hi bbażata u għandha tispeċifika l-perjodu massimu ta’ detenzjoni.

4.   Il-persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil li jkunu detenuti għandhom ikunu mgħarrfa minnufih bir-raġunijiet ta’ detenzjoni, it-tul ta’ żmien massimu tad-detenzjoni u l-proċeduri stabbiliti fil-liġi nazzjonali għall-kontestazzjoni tad-deċiżjoni tad-detenzjoni, f’lingwa li jifhmu jew li jew li jista jkun hemm preżunzjoni raġonevoli li jifhmu.

5.   Id-detenzjoni kontinwa għandha tkun riveduta minn awtorità ġudizzjarja f’intervalli ta’ żmien raġonevoli, fuq talba tal-persuna kkonċernata li tkun qed tfittex l-ażil jew ex officio.

Id-detenzjoni qatt m’għandha tkun mtawla b’mod mhux mistħoqq.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tingħata mingħajr ħlas , fuq talba, l-assistenza legali u/jew ir-rappreżentazzjoni meħtieġa, skont l-Artikolu 15(3) sa (6) tad-Direttiva 2005/85/KE .

Proċeduri għal aċċess għal assistenza legali f’każijiet bħal dawn għandhom ikunu preskritti fil-liġi nazzjonali.

Artikolu 10

Kondizzjonijiet ta’ detenzjoni

1.   L-Istati Membri m’għandhomx iżommu lil persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil fil-ħabs. Id-detenzjoni għandha sseħħ biss f’faċilitajiet ta’ detenzjoni speċjalizzati.

Persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil li jkunu f’detenzjoni għandhom jinżammu separatament minn ċittadini oħrajn ta’ pajjiżi terzi li ma ddepożitawx applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, ħlief jekk dan ikun meħtieġ biex tkun żgurata l-għaqda tal-familja u jekk l-applikant jagħti kunsens.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil li jkunu f’detenzjoni jkollhom l-opportunità li jistabbilixxu kuntatt, inkluż drittijiet ta żjara, ma’ rapprezentanti legali u membri tal-familja , ħaddiema soċjali u persuni li jżuru bi skop reliġjuż . Il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR) u organizzazzjonijiet u entitajiet oħrajn nazzjonali, internazzjonali u mhux governamentali relevanti u kompetenti għandhom ukoll ikollhom l-opportunità li jikkomunikaw mal-applikanti u jżuruhom f’żoni ta’ detenzjoni.

3.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil li jinżammu f’detenzjoni jkollhom aċċess għal kura medika xierqa u konsulenza psikoloġika, fejn xieraq.

4.   L-Istati Membri għandhom minnufih jipprovdu lill-persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil li jkunu f’detenzjoni b’informazzjoni aġġornata dwar ir-regoli li japplikaw fil-faċilità u jistabbilixxu d-drittijiet u l-obbligi tagħhom f’lingwa li huma jifhmu jew li jew li jista jkun hemm preżunzjoni raġonevoli.

Artikolu 11

Detenzjoni ta’ gruppi vulnerabbli u persuni bi bżonnijiet speċjali

1.   Minuri m’għandhomx ikunu detenuti ħlief jekk hux fl-aħjar interess tagħhom, kif preskritt fl-Artikolu 22 tad-Direttiva u biss wara l-kunsiderazzjoni tas-sejbiet tal-eżaminazzjoni individwali tas-sitwazzjoni tagħhom skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

Minuri mhux akkumpanjati m’għandhom qatt ikunu detenuti.

2.   Fejn il-minuri ikunu detenuti huma għandhom ikollhom il-possibbiltà li jieħdu sehem f’attivitajiet ta’ rikreazzjoni, inkluż logħob u attivitajiet ta’ rekreazzjoni li huma xierqa għall-età tagħhom , u attivitajiet fil-beraħ .

3.   Familji detenuti għandhom ikunu provduti b’akkomodazzjoni separata li tiżgura privatezza xierqa.

4.   Fejn nisa li jkunu qed ifittxu l-ażil ikunu detenuti l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu akkomodati separatament mill-irġiel li jkunu qed ifittxu l-ażil, ħlief jekk dawn ikunu membri ta’ familja u li l-individwi kollha kkonċernati jagħtu l-kunsens tagħhom.

5.   Persuni bi bżonnijiet speċjali m’għandhomx ikunu detenuti ħlief jekk eżaminazzjoni individwali tas-sitwazzjoni tagħhom minn professjonali kwalifkat u indipendenti jiċċertifika li s-saħħa tagħhom, inkluż is-saħħa mentali tagħhom, mhux ser imorru għall-agħar bħala riżultat tad-detenzjoni.

Fejn persuni bi bżonnijiet speċjali huma detenuti l-Istati Membri għandhom jiżguraw monitoraġġ regolari u appoġġ xieraq.

Artikolu 12

Familji

Stati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex iżommu kemm jista’ jkun possibbli l-unità tal-familja ta’ persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil li jkunu preżenti fit-territorju tagħhom, jekk huma jkunu pprovduti b’akkomodazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat. Miżuri tali għandhom ikunu implimentati bi qbil mal-persuna li tkun qed tfittex l-ażil.

Artikolu 13

Kontroll mediku

Stati Membri jistgħu jirrikjedu tgħarbila medika għal applikanti għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika.

Artikolu 14

Tagħlim u edukazzjoni tal- minuri

1.   L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-ulied minuri ta’ persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil u lil persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil li jkunu minuri aċċess għas-sistema ta’ edukazzjoni taħt l-istess kondizzjonijiet bħal taċ-ċittadini tal-Istat Membru ospitanti sakemm ma tkunx tabilħaqq infurzata miżura ta’ tkeċċija kontra tagħhom jew il-ġenituri tagħhom. Edukazzjoni bħal din tista’ tkun ipprovduta f’ċentri ta’ akkomodazzjoni.

L-Istati Membri m’għandhomx jirtiraw edukazzjoni sekondarja biss għar-raġuni li l-minuri laħaq l-età maġġoritarja.

2.   L-aċċess għas-sistema ta’ edukazzjoni għandu jkun żgurat mill-aktar fis possibbli wara li ssir it-talba għall-protezzjoni internazzjonali minn jew f’isem il-minuri u, fi kwalunkwe każ, m’għandux ikun pospost għal iktar minn tliet xhur mid-data li fiha tkun saret l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali║.

Klassijiet preparatorji, inkluż il-klassijiet tal-lingwa, li l-għan tagħhom hu li jiffaċilitaw l-aċċess tal-minuri għas-sistema nazzjonali tal-edukazzjoni, u/jew edukazzjoni speċifika ddisinjata biex tgħin l-integrazzjoni tagħhom f’dik is-sistema, għandhom ikunu pprovduti fejn meħtieġ.

3.   Fejn aċċess għas-sistema ta’ edukazzjoni kif iddikjarat fil-paragrafu 1 mhux possibbli minħabba s-sitwazzjoni speċifika tal-minuri, l-Istat Membru għandu joffri arranġamenti edukattivi oħra skont il-liġi u l-prattika nazzjonali.

Artikolu 15

Impjieg

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol mhux iktar tard minn sitt xhur wara d-data meta l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjoni kienet iddepożitata.

2.   Stati Membri għandhom jiddeċiedu l-kondizzjonijiet għall-għotja ta’ aċċess għas-suq tax-xogħol għall-applikant, skont il-liġi nazzjonali tagħhom, mingħajr ma jirristrinġu b’mod mhux xieraq l-aċċess ta’ persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil għas-suq tax-xogħol

3.   Aċċess għas-suq tax-xogħol m’għandux ikun irtirat matul proċeduri ta’ appell, meta appell kontra deċiżjoni negattiva fi proċedura ordinarja għandu effett ta’ sospensjoni, sa meta deċiżjoni negattiva wara l-appell tkun innotifikata.

Artikolu 16

Formazzjoni professjonali

Stati Membri jistgħu jippermettu lil persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil l-aċċess għal formazzjoni professjonali irrispettivament jekk huma jkollhomx aċċess għas-suq tax-xogħol.

Aċċess għal formazzjoni professjonali konnessa ma’ appalt ta’ xogħol għandha tiddependi minn kemm l-applikant għandu aċċess għas-suq tax-xogħol skont l-Artikolu 15.

Artikolu 17

Regoli ġenerali dwar kondizzjonijiet ta’ lqigħ materjali u kura tas-saħħa

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kondizzjonijiet ta’ lqigħ materjali jkunu disponibbli lill-applikanti meta jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom għal protezzjoni internazzjonali.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet ta’ lqigħ materjali jipprovdu standard ta’ ħajja xieraq għall-applikanti ║, li jiżgura s-sussistenza tagħhom kif ukoll jipproteġilhom is-saħħa fiżika u mentali.

Stati Membri għandhom jiżguraw li dak l-istandard ta’ ħajja ikun issodisfatt fis-sitwazzjoni speċifika ta’ persuni li għandhom bżonnijiet speċjali, skont l-Artikolu 22, kif ukoll fir-rigward tas-sitwazzjoni ta’ persuni li huma f’detenzjoni.

3.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal kondizzjonijiet ta’ lqigħ materjali kollha jew xi wħud minnhom u kura tas-saħħa suġġetti għall-kondizzjoni li l-applikanti m’għandhomx mezzi biżżejjed biex ikollhom standard ta’ ħajja adegwat għal saħħithom u biex jiżguraw is-sussistenza tagħhom.

4.   L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu lill-applikanti biex ikopru jew jikkontribwixxu għall-ispejjeż tal-kondizzjonijiet ta’ lqigħ materjali u għall-kura tas-saħħa li tipprovdi għalihom din id-Direttiva, skont id-dispożizzjoni tal-paragrafu 3, jekk l-applikanti għandhom riżorsi suffiċjenti, per eżempju jekk kienu qegħdin jaħdmu għal perjodu ta’ żmien raġonevoli.

Jekk jinstab li applikant kellu mezzi suffiċjenti biex ikopri kondizzjonijiet ta’ lqigħ materjali u kura tas-saħħa fiż-żmien meta dawk il-ħtiġiet bażiċi kienu qegħdin ikunu koperti, l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-persuna li tkun qed tfittex l-ażil għa rimborż.

5.     Il-kundizzjonijiet materjali tar-riċeviment jistgħu jiġu provduti in natura jew f’forma ta’ allowances finanzjarji jew vawċers jew taħlita tat-tliet elementi.

Meta l-Istati Membri jipprovdu kundizzjonijiet materjali ta’ riċeviment f’forma ta’ allowances finanzjarji jew vawċers, l-ammont tagħhom għandu jiġi determinat skont il-prinċipji mniżżla f’dan l-Artikolu.

Artikolu 18

Modalitajiet għal kondizzjonijiet ta’ lqigħ materjali

1.   Fejn akkomodazzjoni tkun ipprovduta fi djar, għandha tieħu waħda jew għaqda tal-forom li ġejjin::

(a)

binjiet użati għall-għan biex tingħata dar lill-applikanti matul l-eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali iddepożitata fil-konfini;

(b)

ċentri ta’ akkomodazzjoni li jiggarantixxu standard ta’ ħajja adegwat;

(c)

djar privati, appartamenti, lukandi jew binjiet oħra li jsiru addattati għall-applikanti għal akkomodazzjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li applikanti pprovduti b’akkomodazzjoni li jirreferi għaliha l-paragrafu 1(a), (b) u (ċ) jkunu assigurati:

(a)

protezzjoni tal-ħajja familjari tagħhom;

(b)

il-possibilità li jikkomunikaw ma’ qraba, konsulenti legali u rappreżentanti tal-║ UNHCR ║ u organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) rikonoxxuti mill-Istati Membri.

L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw interessi speċifiċi tas-sess u l-età u s-sitwazzjoni tal-persuni bi bżonnijiet speċjali fir-rigward ta’ applikanti ġewwa binijiet u ċentri ta’ akkomodazzjoni li jirreferi għalihom il-paragrafu 1(a) u (b).

Stati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa sabiex jipprevjenu attakk vjolenza bbażata fuq is-sess inkluż l-attakk sesswali, ġewwa l-binjiet u ċentri ta’ akkomodazzjoni li jirreferi għalihom il-paragrafu 1(a) u (b).

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw, li t-tfal minuri ta’ applikanti jew applikanti li jkunu minuri jkunu joqgħodu mal-ġenituri tagħhom jew ma’ membru adult tal-familja responsabbli għalihom kemm bil-liġi kemm b’użanza provdut li dan hu fl-aħjar interessi tal-minuri kkonċernati.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li trasferimenti ta’ applikanti minn faċilità ta’ akkomodazzjoni għal oħra jsiru biss meta meħtieġa. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-possibilità lill-applikanti biex jinformaw lilll-konsulenti legali tagħhom bit-trasferiment u l-indirizz ġdid tagħhom.

5.   Persuni li jaħdmu f’ċentri ta’ akkomodazzjoni għandhom ikunu mħarrġa b’mod adegwat u għandhom ikunu marbuta bil-prinċipju ta’ segretezza kif iddefinit fil-liġi nazzjonali in konnessjoni ma’ kull informazzjoni li jiksbu matul xogħlhom.

6.   L-Istati Membri jistgħu jinvolvu applikanti fl-amministrazzjoni tar-riżorsi materjali u aspetti mhux materjali tal-ħajja fiċ-ċentru permezz ta’ bord konsultattiv jew kunsill li jirrappreżenta lir-residenti.

7.   Il-konsulenti legali jew il-counsellors ta’ persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil u r-rappreżentanti tal-UNHCR jew ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi maħtura mill-UNHCR u rikonoxxuti mill-Istati Membri kkonċernati għandhom jingħataw aċċess għaċ-ċentri ta’ akkomodazzjoni u faċilitajiet oħra ta’ akkomodazzjoni biex jgħinu lill-persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil. Restrizzjonijiet għal tali aċċess jistgħu jkunu imposti biss għal raġunijiet konnessi mas-sigurtà taċ-ċentri u l-faċilitajiet u tal-persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil.

8.   F’każijiet ġġustifikati b’mod xieraq, L-Istati Membri jistgħu b’mod eċċezzjonali jistabbilixxu regoli għal kondizzjonijiet ta’ lqigħ materjali differenti minn dawk li jipprovdi għalihom dan l-Artikolu, għal perjodu raġonevoli li għandu jkun qasir kemm jista’ jkun, meta:

(a)

stima inizjali tal-ħtiġiet speċifiċi tal-applikant hija rekwiżita,

(b)

kapaċitajiet ta’ akkomodazzjoni normalment disponibbli huma temporanjament eżawriti,

(c)

il-persuna li tkun qed tfittex l-ażil tkun f’detenzjoni jew ristretta għal postijiet ta’ konfini.

Dawn il-kondizzjonijiet differenti għandhom ikopru f’kull każ ħtiġiet bażiċi.

Artikolu 19

Kura tas-saħħa

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jirċievu l-kura tas-saħħa meħtieġa li għandha tinkludi, għall-inqas, kura ta’ emerġenza u trattament essenzjali ta’ mard jew disturbi mentali.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu assistenza medika jew assistenza oħra meħtieġa lil applikanti li għandhom bżonnijiet speċjali inkluż kura tas-saħħa mentali xierqa fejn ikun meħtieġ ▐.

Artikolu 20

Vittmi ta’ tortura

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vittmi tat- tortura jittieħdu malajr f’ċentru ta’ kura adegwat għas-sitwazzjoni tagħhom.

KAPITOLU III

TNAQQIS JEW IRTIRAR TA’ KONDIZZJONIJIET TA’ LQIGĦ MATERJALI

Artikolu 21

Tnaqqis jew irtirar ta’ kondizzjonijiet ta’ lqigħ materjali

1.   L-Istati Membri jistgħu jnaqqsu kondizzjonijiet ta’ lqigħ materjali ║ fejn persuna li tkun qed tfittex l-ażil:

(a)

tabbanduna l-post ta’ residenza ddeterminat mill-awtorita kompetenti mingħajr ma tinformaha jew, jekk dan ikun mitlub, mingħajr permess, jew

(b)

ma tikkonformax ruħha ma’ doveri ta’ rrapportar jew ma’ talbiet biex tipprovdi informazzjoni jew tidher għal intervisti personali dwar il-proċedura ta’ ażil matul perjodu raġonevoli stabbilit mil-liġi nazzjonali, jew

(c)

tkun diġa ddepożitat applikazzjoni fl-istess Stat Membru.

Meta l-applikant jinstab jew jirrapporta volontarjament lill-awtorita kompetenti, għandha tittieħed deċiżjoni immotivata kif xieraq, ibbażata fuq ir-raġunijiet tal-għajbien, dwar l-introduzzjoni mill-ġdid tal-għotja ta’ x’uħud mill-kondizzjonijiet ta’ lqigħ materjali mnaqqsa jew kollha kemm huma

2.   L-Istati Membri jistgħu jnaqqsu jew jirtiraw kondizzjonijiet ta’ lqigħ fejn l-applikant ikun ħeba riżorsi finanzjarji, u għalhekk ikun ibbenefika b’mod illeċitu minn kondizzjonijiet ta’ lqigħ materjali.

3.   L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw is-sanzjonijiet applikabbli għal ksur serju tar-regoli taċ-ċentri ta’ akkomodazzjoni kif ukoll għal imġiba serjament vjolenti.

4.   Deċiżjonijiet għal tnaqqis jew irtirar ta’ kondizzjonijiet ta’ lqigħ materjali jew sanzjonijiet li jirreferu għalihom il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom jittieħdu b’mod individwali, oġġettivament u b’mod imparzjali u għandhom jingħataw raġunijiet. Deċiżjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq is-sitwazzjoni partikolari tal-persuna kkonċernata, b’mod speċjali fir-rigward ta’ persuni koperti bl-Artikolu 22, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta’ proporzjonalità. L-Istati Membri għandhom fiċ-ċirkustanzi kollha jiżguraw sussistenza, aċċess għal kura tas-saħħa ta’ emerġenza u trattament essenzjali ta’ mard jew disturbi mentali.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kondizzjonijiet ta’ lqigħ materjali ma jkunux irtirati jew imnaqqsa qabel ma tittieħed deċiżjoni negattiva.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET GĦAL PERSUNI BI BŻONNIJIET SPEĊJALI

Artikolu 22

Prinċipji ġenerali

1.   L-Istati Membri għandhom iqisu s-sitwazzjoni speċifika ta’ persuni bi bżonnijiet speċjali fil-leġiżlazzjoni nazzjonali li timplimenta din id-Direttiva. Persuni vulnerabbli bħalma huma minuri, minuri mhux akkompanjati, persuni b’diżabilità, nies anzjani, nisa tqal, ġenitur waħdu bi tfal minuri, vittmi ta’ trafikkar, vittmi ta’ mutilazzjoni ġenitali femminili, persuni bi problemi ta’ saħħa mentali u persuni li kienu ssoġġettati għal tortura, stupru jew forom serji oħra ta’ vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali, dejjem għandhom jitqiesu bħala persuni li għandhom bżonnijiet speċjali.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri fil-leġiżlazzjoni nazzjonali bl-għan li jidentifikaw, hekk kif tkun iddepożitata applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, jekk l-applikant għandhux bżonnijiet speċjali bl-indikazzjoni tan-natura ta’ dawn il-bżonnijiet. L-Istati Membri għandhom jiżguraw appoġġ adegwat għall-individwi bi bżonnijiet speċjali matul il-proċedura tal-ażil u għandhom jipprovdu għall-monitoraġġ xieraq tas-sitwazzjoni tagħhom.

Artikolu 23

Minuri

1.   L-aħjar interessi tal-wild għandhom ikunu l-konsiderazzjoni primarja għal Stati Membri meta jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li japplikaw għall-minuri. L-Istati Membri għandhom jiżguraw standard ta’ ħajja xieraq għall-iżvilupp fiżiku, mentali, spiritwali, morali u soċjali tal-wild.

2.   Meta jivvalutaw l-aħjar interessi tal-wild, l-Istati Membri għandhom iqisu b’mod partikolari dawn il-fatturi li ġejjin:

(a)

possibbilitajiet ta’ riunifikazzjoni tal-familja;

(b)

Il-kumdità u l-iżvilupp soċjali tal-minuri, billi jitqiesu b’mod partikolari l-isfond etniku, reliġjuż, kulturali u lingwistiku tal-minuri;

(c)

Konsiderazzjonijiet ta’ sigurtà u sikurezza, b’mod partikolari fejn hemm riskju li l-wild hu vittma ta’ traffikar;

(d)

L-opinjonijiet tal-minuri skont l-età u l-maturità tiegħu/tagħha.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-minuri jkollhom aċċess għal attivitajiet ta’ rekreazzjoni, inkluż logħob u attivitajiet ta’ rekreazzjoni li jkunu xierqa għall-età tagħhom, fil-postijiet u ċ-ċentri ta’ akkomodazzjoni imsemmija fl-Artikolu 18, paragrafu 1(a) u (b).

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw aċċess għal servizzi ta’ riabilitazzjoni għal minuri li kienu vittmi ta’ xi forma ta’ abbuż, negliġenza, esplojtazzjoni, tortura jew trattament kiefer, inuman jew degradanti, jew li jkunu sofrew minn taqbid bl-armi, u għandhom jiżguraw li jingħataw kura ta’ saħħa mentali xierqa u konsulenza kkwalifikata meta dawn ikunu meħtieġa.

Artikolu 24

Minuri mhux akkompanjati

1.   L-Istati Membri għandhom ▐jieħdu miżuri biex jiżguraw ir-rappreżentanza meħtieġa ta’ minuri mhux akkompanjati minn kuratur legali ▐. Għandu jinħatar kuratur bil-għan li jagħti pariri u li jipproteġi lill-minuri u li jiżgura li d-deċiżjonijiet kollha jittieħdu fl-aħjar interess tal-minuri. Il-kuratur għandu jkollu l-esperjenza meħtieġa fil-qasam tal-kura tat-tfal biex jiġi żgurat li jkunu salvagwardjati l-interessi tal-minuri u li jintlaħqu b’mod adegwat il-bżonnijiet legali, soċjali, mediċi, psikoloġiċi, materjali u ta’ edukazzjona tiegħu. L-Aġenziji jew l-individwi li l-interessi tagħhom jistgħu jkunu kunflittwali ma’ dawk tat-tfal m’għandhomx ikunu eliġibbli biex ikunu kuraturi. Evalwazzjonijiet regolari għandhom isiru mill-awtoritajiet addattati.

2.   Minuri mhux akkompanjati li jagħmlu applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali għandhom jitqiegħdu, mill-mument li jkunu ammessi fit-territorju sal-mument li huma obbligati jħallu it-territorju tal-Istat Membru li fih l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali tkun saret jew tkun qiegħda tiġi eżaminata:

(a)

ma’ qraba adulti;

(b)

ma’ famija ta’ trobbija;

(c)

f’ċentri ta’ akkomodazzjoni b’faċilitajiet speċjali għall-minuri;

(d)

f’akkomodazzjoni oħra addattata għall-minuri.

Stati Membri jistgħu jqiegħdu minuri mhux akkompanjati ta’ età ta’ 16 jew iktar f’ċentri ta’ akkomodazzjoni għal persuni adulti li jkunu qed ifittxu l-ażil.

Sakemm hu possibbli, aħwa għandhom jinżammu flimkien, filwaqt li jitqiesu l-aħjar interessi tal-minuri kkonċernat u, b’mod partikolari, l-età tiegħu jew tagħha u l-grad ta’ maturità. Bidliet fir-residenza ta’ minuri mhux akkompanjati għandha tkun limitata għal minimu.

3.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom biex isibu l-membri tal-familja ta’ minuri mhux akkompanjat. Huma għandhom jibdew isibu l-membri tal-familja tal-minuri mhux akkompanjat kemm jista’ jkun malajr wara li tkun iddepożitata applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali filwaqt li jipproteġu l-aħjar interessi tiegħu/tagħha. F’każijiet fejn jista’ jkun hemm theddida għall-ħajja jew integrità tal-minuri jew il-qraba stretti tiegħu jew tagħha, b’mod partikulari jekk huma baqgħu fil-pajjiż ta’ orġini tagħhom, trid issir attenzjoni biex ikun żgurat li l-ġbir, l-ipproċessar u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar dawk il-persuni ssir fuq bażi konfidenzjali, biex ikun evitat li s-sigurta tagħhom titqiegħed fil-periklu.

4.   Persuni li jaħdmu ma’ minuri mhux akkompanjati għandhom ikunu irċevew u għandhom jinqgħu irċievu taħriġ xieraq dwar il-ħtiġiet tagħhom, u għandhom jintrabtu bil-prinċipju ta’ konfidenzjalità kif iddefinit fil-liġi nazzjonali, in konnessjoni ma’ kull informazzjoni li jiksbu matul xogħolhom.

Artikolu 25

Vittmi ta’ tortura u vjolenza

1.   Stati Membri għandhom jiżguraw li , persuni li kienu ssuġġettati għal tortura, stupru jew atti ta’ vjolenza serji oħra jirċievu t-trattament meħtieġ għall-ħsara kkaġunta b’dawn l-atti, b’mod partikolari aċċess għal servizzi ta’ riabilitazzjoni li jinkludu l-possibbilità li jinkiseb ta’ trattament medikali u psikoloġiku.

2.   Dawk li jaħdmu ma’ vittmi ta’ tortura, stupru jew atti serji oħra ta’ vjolenza għandhom jirċievu taħriġ xieraq dwar il-ħtiġiet tagħhom, u għandhom jintrabtu bil-prinċipju ta’ konfidenzjalità kif iddefinit fil-liġi nazzjonali, in konnessjoni ma’ kull informazzjoni li jiksbu matul xogħlhom.

KAPITOLU V

APPELLI

Artikolu 26

Appelli

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li deċiżjonijiet konnessi mal-għoti, l-irtirar jew it-tnaqqis ta’ benefiċċji taħt din id-Direttiva jew deċiżjonijiet meħuda taħt l-Artikolu 7 li jolqtu individwalment lill-persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil jistgħu jkunu suġġetti għal appell ġewwa l-proċedura preskritta fil-liġi nazzjonali. Għall-inqas fl-aħħar istanza għandu jingħata l-jedd ta’ appell jew reviżjoni, fil-fatt u fil-liġi quddiem korp ġudizzjarju.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tingħata mingħajr ħlas, fuq talba, l- -assistenza legali u/jew ir-rappreżentazzjoni meħtieġa, skont l-Artikolu 15(3) sa (6) tad-Direttiva 2005/85/KE .

Proċeduri għal aċċess għal assistenza legali u/jew rappreżentanza f’każijiet bħal dawn għandhom ikunu preskritti fil-liġi nazzjonali.

KAPITOLU VI

AZZJONIJIET BIEX TITJIEB L-EFFIĊJENZA TAS-SISTEMA TA’ LQIGĦ

Artikolu 27

Awtoritajiet kompetenti

Kull Stat Membru għandu javża lill-Kummissjoni dwar l-identità tal-awtoritajiet responsabbli għat-twettiq tal-obligi li jirriżultaw taħt din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidliet fl-identità ta’ dawn l-awtoritajiet.

Artikolu 28

Sistema ta’ gwida, immonitorjar u kontroll

1.   L-Istati Membri għandhom, b’rispett dovut għall-istruttura kostituzzjonali tagħhom, jistabbilixxu mekkaniżmi relevanti sabiex jiżguraw li gwida, immonitorjar u kontroll xierqa tal-livell ta’ kondizzjonijiet ta’ lqigħ jkunu stabbiliti.

2.   L-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni informazzjoni relevanti kif inhu preskritt fil-formola stabbilita fl-Anness fuq bażi annwali, li jibdew minn […].

Artikolu 29

Staff u riżorsi

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-awtoritajiet u organizzazzjonijiet oħra li jimplimentaw din id-Direttiva jkunu rċevew it-taħriġ bażiku meħtieġ fir-rigward tal-ħtiġiet tal-applikanti kemm irġiel u kemm nisa.

2.   L-Istati Membri għandhom jallokaw ir-riżorsi meħtieġa in konnessjoni mal-provvedimenti nazzjonali ppromulgati biex tkun implimentata din id-Direttiva.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 30

Rapporti

Sas-mhux aktar tard minn […], il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u għandha tipproponi kull emendi li jkunu meħtieġa.

Stati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjooni l-informazzjoni kollha li hija xierqa għall-kitba tar-rapport, inklużi data statistiċi kif jipprovdi l-Artikolu 28(2) sa […].

Wara li tippreżenta r-rapport, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għall-inqas kull ħames snin.

Artikolu 31

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ Artikoli […] [L-Artikoli li ġew emendati Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, kif ukoll tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta Stati Membri jadottaw, dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandhom jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkompanjati b’referenza tali fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir referenza tali. Għandhom ukoll jinkludu dikjarazzjoni li fiha jingħad li referenzi għad-Direttivi mħassra minn din id-Direttiva fil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza u kif tiġi mfassla t-tali dikjarazzjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 32

Tħassir

Id-Direttiva 2003/9/KE hi mħassra bis-seħħ minn [jum wara d-data stabbilita fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 31(1) ta’ din id-Direttiva], mingħajr preġudizzji tal-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward għall-limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttiva stabbilita fl-Anness II, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 33

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl- għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikoli […] [l-artikoli li m’humiex mibdula b’paragun ma’ Direttiva preċedenti] u l-Anness I għandhom japplikaw minn [jum wara d-data stabbilita fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 31(1)].

Artikolu 34

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri

Magħmul ,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C […], […], p. […].

(2)  ĠU C […], […], p. […].

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Mejju 2009.

(4)  ĠU L 31, 6.2.2003, p. 18.

(5)  ĠU L 304, 30.9.2004, p. 12 .

(6)  ĠU L 212, 7.8.2001, p. 12.

(7)  ĠU L 326, 13.12.2005, p. 13.

Il-Ħamis, 7 ta’ Mejju 2009
ANNESS I

Formola ta' rapportaġġ dwar l-informazzjoni li trid tiġi ppreżentata mill-Istati Membri fu bażi annwali, kif inhu meħtieġ taħt l-Artikolu 28(2) tad-Direttiva […/…/KE]

1.

Indika n-numru totali tal-persuni fl-Istat Membru tiegħel li attwalment huma koperti mill-kondizzjonijiet ta' lqigħ stipulati fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva […/…/KE], skont is-sess u l-età. Għal kull persuna, indika jekk ║hijiex persuna li tkun qed tfittex l-ażil jew membru tal-familja kif definit fl-Artikolu2(c) tad-Directive […/…/KE].

 

2.

Fuq il-bażi tal-Artikolu 22 tad-Direttiva […/…/KE] jekk jogħġbok pprovdi dejta statistika dwar in-numru ta' persuni bi bżonnijiet speċjali li jkunu qed ifittxu l-ażil identifikati diviżi fil-gruppi li ġejjin ta' persuni bi bżonnijiet speċjali:

minuri mhux akkompanjati

persuni b'diżabilità

anzjani

nisa tqal

ġenituri waħedhom bi tfal minuri

persuni li kienu soġġetti għal tortura, stupru jew forom serji oħrajn ta' vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali

vittmi ta' traffikar

persuni bi problemi ta' saħħa mentali

oħrajn (jekk jogħġbok spjega)

 

3.

Provdi informazzjoni dettaljata dwar id-dokumenti pprovduti fl-Artikolu 6 tad-Direttiva […/…/KE], inkluż b'mod partikolari t-tip, l-isem u format ta' dawn id-dokumenti.

 

4.

Fir-rigward tal-Artikolu 15 tad-Direttiva […/…/EC], indika n-numru totali ta' persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil fl-Istat Membru tiegħek li għandhom aċċess għas-suq tax-xogħol, kif ukoll in-numru totali li huma attwalment impjegati, skont is-settur ekonomiku. Sal-punt li kwalunkwe kondizzjonijiet partikolari huma marbuta mal-aċċess għas-suq tax-xogħol għall- persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil, iddeskrivi fid-dettall tali restrizzjonijiet.

 

5.

Skont l-Artikolu 17(5) tad-Direttiva […/…/KE], iddeskrivi fid-dettall in-natura tal-kondizzjonijiet ta' lqigħ materjali, inkluż il-valur monetrju tagħhom, u kif inhuma pprovduti (jiġifieri liem kondizzjonijiet ta' lqigħ materjali huma pprovduti in natura, fi flus jew f'kumbinazzjoni ta' dawn l-elementi) u indika l-livell tal-konċessjoni tal-ispejjeż ta' kuljum pprovduta lill- persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil.

 

Il-Ħamis, 7 ta’ Mejju 2009
ANNESS II

Parti A

Direttiva Mħassra

(imsemmija fl-Artikolu 32)

Direttiva tal-Kunsill 2003/9/KE

(ĠU L 31, 6.2.2003, p. 18)

Parti B

Limitu ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsemmija fl-Artikolu 31)

Direttiva

Limitu ta' żmien għat-traspożizzjoni

2003/9/KE

6 ta' Frar 2005

Il-Ħamis, 7 ta’ Mejju 2009
ANNESS III

Tabella ta' korrelazzjoni

Direttiva 2003/9/KE

Din id-Direttiva

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2, kliem ta' introduzzjoni

Artikolu 2, kliem ta' introduzzjoni

Artikolu 2(a)

Artikolu 2(b)

Artikolu 2(a)

Artikolu 2(c)

Artikolu 2(b)

Artikolu 2(d) kliem ta' introduzzjoni u punti (i) u (ii)

Artikolu 2(c) kliem ta' introduzzjoni u punti (i) u (ii)

Artikolu 2(c) punti (iii), (iv), (v) u (vi)

Artikolu 2(e) u (f)

Artikolu 2(g)

Artikolu 2(d)

Artikolu 2(e)

Artikolu 2(h)

Artikolu 2(f)

Artikolu 2(i)

Artikolu 2(g)

Artikolu 2(j)

Artikolu 2(h)

Artikolu 2(k)

Artikolu 2(i)

Artikolu 2(l)

Artikolu 2(j)

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6(l) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 6(l) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 6(l) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 6(l) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 6(2) sa (5)

Artikolu 6(2) sa ║(5)

Artikolu 7(1) u (2)

Artikolu 7(1) u (2)

Artikolu 7(3)

Artikolu 7(4) ║

Artikolu 7(3) ║

Artikolu 7(4)

Artikolu 7(5) u (6)

Artikolu 7(5) u (6)

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 8

Artikolu 12

Artikolu 9

Artikolu 13

Artikolu 10(1) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 14(1) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 10(1) it-tieni subparagrafu

Artikolu 10(1) it-tielet subparagrafu

Artikolu 14(1) it-tieni subparagrafu

Artikolu 10(2)

Artikolu 14 (2) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 14 (l) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 10(3)

Artikolu 14(3)

Artikolu 11(1)

Artikolu 15(1)

Artikolu 11(2) u (3)

Artikolu 15 (2) u (3)

Artikolu 11(4)

Artikolu 12

Artikolu 16

Artikolu 13 ▐

Artikolu 17 ▐

Artikolu 14(1)

Artikolu 18(1)

Artikolu 14(2) kliem ta' introduzzjoni u l-ewwel subparagrafu

Artikolu 18(2) kliem ta' introduzzjoni u l-ewwel subparagrafu

Artikolu 18(l) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 14(l) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 18(2) it-tieni subparagrafu

Artikolu 14(3) sa (7)

Artikolu 18(3) sa (7)

Artikolu 14(8) kliem ta' introduzzjoni

Artikolu 18(8) kliem ta' introduzzjoni

Artikolu 14(8) l-ewwel subparagrafu l-ewwel inċiż

Artikolu 18(8) l-ewwel subparagrafu punt (a)

Artikolu 14(8) l-ewwel subparagrafu t-tieni inċiż

Artikolu 14(8) l-ewwel subparagrafu t-tielet u r-raba' inċiż

Artikolu 18(8) l-ewwel subparagrafu punt (b) u (c)

Artikolu 14(8) t-tieni subparagrafu

Artikolu 18(8) t-tieni subparagrafu

Artikolu 15

Artikolu 19

Artikolu 20

Artikolu 16(1) kliem ta' introduzzjoni

Artikolu 21(1) kliem ta' introduzzjoni

Artikolu 16(1) (a)

Artikolu 16(1) (a) l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż

Artikolu 21(1) punt a, b u c

Artikolu 16(1) (b) ║

Artikolu 21(2) ║

Artikolu 16(2)

Artikolu 16(3) sa (5)

Artikolu 21(3) sa (5)

Artikolu 17(1)

Artikolu 22(1) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 22(1) t-tieni subparagrafu

Artikolu 17(2)

Artikolu 22(2)

Artikolu 18(1)

Artikolu 23(1)

Artikolu 23(2) u (3)

Artikolu 18(2)

Artikolu 23(4)

Artikolu 19

Artikolu 24

Artikolu 20

Artikolu 25(1)

Artikolu 25(2)

Artikolu 21(1)

Artikolu 26(1)

Artikolu 26(2) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 21(2)

Artikolu 26(l) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 22

Artikolu 27

Artikolu 23

Artikolu 28(1)

Artikolu 28(2)

Artikolu 24

Artikolu 29

Artikolu 25

Artikolu 30

Artikolu 26

Artikolu 31

Artikolu 32

Artikolu 27

Artikolu 33 l-ewwel subparagrafu

Artikolu 33 it-tieni subparagrafu

Artikolu 28

Artikolu 34

Anness I

Anness II

Anness III