8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/192


L-Erbgħa, 22 ta' April 2009
Magni għall-applikazzjoni ta' pestiċidi ***I

P6_TA(2009)0247

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar makkinarju għall-applikazzjoni tal-pestiċidi, li temenda d-Direttiva 2006/42/KE tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-makkinarju (COM(2008)0535 – C6-0307/2008 – 2008/0172(COD))

2010/C 184 E/53

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0535),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0307/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A6-0137/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni anness hawnhekk;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
P6_TC1-COD(2008)0172

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-22 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/42/KE fir-rigward ta' makkinarju għall-applikazzoni tal-pestiċidi

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2009/127/KE.)

L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
ANNESS

L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-istandardizzazzjoni tal-makkinarju għall-applikazzjoni tal-pestiċidi

Biex tappoġġja r-rekwiżiti essenzjali inklużi fit-Taqsima 2.4 tal-Anness I, il-Kummissjoni ħatret lis-CEN sabiex tiżviluppa standards armonizzati għal kull kategorija ta’ makkinarju għall-applikazzjoni tal-pestiċidi bbażat fuq l-aħjar tekniki disponibbli biex jiġi evitat l-esponiment mhux intenzjonat tal-ambjent għall-pestiċidi. B’mod partikulari, il-mandat se jirrikjedi l-istandards biex jingħataw kriterji u speċifikazzjonijiet tekniċi għat-twaħħil ta’ lqugħ mekkaniku, “tunnel spraying” u sistemi ta’ assistenza bl-arja (pnewmatika) għall-isprej, biex jiġi evitat li jkun hemm tniġġis tas-sors tal-ilma waqt il-mili u t-tbattil, u speċifikazzjonijiet preċiżi għall-istruzzjonijiet tal-manifattur biex jiġi evitat li jkun hemm tixrid tal-pestiċidi, filwaqt li jitqiesu l-parametri rilevanti kollha bħaż-żnienen, il-pressjoni, l-għoli tal-“boom”, il-qawwa tar-riħ, it-temperatura tal-arja, l-umdità, u l-veloċità tal-moviment tal-makkinarju.