30.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 265/47


It-Tlieta, 20 ta’ Ottubru 2009
Abbozz tal-baġit ta' Emenda 9/2009: Terremot fl-Italja

P7_TA(2009)0048

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Ottubru 2009 dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 9/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, terremot fl-Italja, Taqsima III – Il-Kummissjoni (14265/2009 - C7-0214/2009 - 2009/2087(BUD))

2010/C 265 E/27

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 (2), adottat b'mod aħħari fit-18 ta' Diċembru 2008,

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (3),

wara li kkunsidra l-Abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda Nru 9/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, ippreżentat mill-Kummissjoni fit-28 ta' Awwissu 2009 (COM(2009)0448),

wara li kkunsidra l-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 9/2009, imħejji mill-Kunsill fid-9 ta' Ottubru 2009 (14265/2009 – C7-0214/2009),

wara li kkunsidra l-Artikolu 75 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0023/2009),

A.

billi l-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 9 għall-baġit ġenerali 2009 jkopri l-punti li ġejjin:

Il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE għall-ammont ta' EUR 493 780 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' ħlas li għandhom x'jaqsmu mal-effetti tat-terremot li laqat l-Italja f'April 2009,

Tnaqqis korrispondenti f'approprjazzjonijiet ta' ħlas globali ta' EUR 493 780 000 mil-linji baġitarji li ġejjin:

05 04 02 01 Tlestija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija, Taqsima tal-Gwida – Reġjuni tal-Objettiv 1 (2000-2006);

06 02 06 Programm Marco Polo II;

06 04 06 Programm ta' Qafas tal-Kompetittività u l-Innovazzjoni, il-Programm “Intelligent Energy Europe”;

06 06 01 02 Riċerka relatata mal-enerġija – Impriża Konġunta Ċelloli tal-Fjuwil u Idroġenu (FCH);

06 06 02 01 Riċerka relatata mat-trasport (inkluża l-Aeronawtika);

06 06 02 03 Impriża Konġunta SESAR;

06 06 05 02 Tlestija tas-sitt programm ta' qafas tal-KE (2003-2006);

07 03 07 - LIFE+ (Strument Finanzjarju għall-Ambjent – 2007-2013;

08 02 01 000 : Koperazzjoni – Saħħa;

08 07 02 Koperazzjoni – Trasport - Impriża Konġunta Sema Nadif;

08 10 01 Ideas;

11 06 01 Tlestija tal-Istrument Finanzjarju għall-Gwida tas-Sajd (FIFG) – Objettiv 1 (2000-2006); u

11 06 04 Tlestija tal-Istrument Finanzjarju għall-Gwida tas-Sajd (FIFG) – barra ż-żoni tal-Objettiv 1 (2000-2006),

B.

billi l-iskop tal-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 9/2009 huwa li jiddaħħal b'mod formali l-aġġustament baġitarju fil-baġit 2009,

1.

Jinnota l-Abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda Nru 9/2009, li huwa l-ħames baġit ta' emenda ddedikat biss għall-Fond ta' Solidarjetà tal-UE, kif mitlub mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fid-dikjarazzjoni konġunta adottata waqt il-laqgħa ta' Konċiljazzjoni tas-17 ta' Lulju 2008;

2.

Japprova l-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 9/2009 mingħajr emendi;

3.

Jagħti istruzzjonijet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 69, 13.3.2009.

(3)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.