2.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 196/15


Avviż dwar talba skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/17/KE — Estensjoni tad-data ta' l-għeluq

Talba mingħand entità li tagħti l-kuntratti

(2008/C 196/11)

Fid-19 ta' Ġunju 2008, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 30(5) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/17/KE tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta' l-ilma, l-enerġija, it-trasport u dawk postali (1).

Din it-talba, li saret minn Posten AB, tirrigwarda servizzi postali kif ukoll servizzi oħra barra dawk postali (cf. l-Artikolu 6(2), ittra b u c) tad-Direttiva 2004/17/KE) fl-Iżvezja. It-talba kienet ippubblikata fil-ĠU C 166, 1.7.2008, p. 26. Il-perjodu inizjali jiskadi fl-20 ta' Settembru 2008.

Ladarba s-servizzi tal-Kummissjoni jeħtiġilhom jiksbu u jeżaminaw informazzjoni supplimentari, skont id-dispożizzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 30(6), it-tieni sentenza, iż-żmien li l-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha biex tieħu deċiżjoni dwar din it-talba qed jiġi estiż bi tliet xhur.

Il-perjodu għalhekk jiskadi fl-20 ta' Diċembru 2008.


(1)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.