15.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 178/29


Notifika dwar talba skond l-Artikolu 30 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/17/KE

Talba mingħand Stat Membru

(2008/C 178/25)

Fit-3 ta' Lulju 2008, il-Kummissjoni rċeviet talba skond l-Artikolu 30(4) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/17/KE tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta' l-ilma, l-enerġija, it-trasport u dawk postali (1). L-ewwel ġurnata tax-xogħol wara l-wasla tat-talba kienet l-4 ta' Lulju 2008.

Din it-talba, mingħand ir-Repubblika Ċeka, tikkonċerna l-produzzjoni ta' l-elettriku f'dan il-pajjiż. L-Artikolu 30 imsemmi jistipula li d-Direttiva 2004/17/KE ma tapplikax meta l-attività kkonċernata tkun direttament esposta għall-kompetizzjoni fi swieq li l-aċċess għalihom ma jkunx limitat. L-evalwazzjoni ta' dawn il-kundizzjonijiet issir biss skond id-Direttiva 2004/17/KE, u ma tippreġudikax l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tliet xhur mill-ġurnata tax-xogħol imsemmija hawn fuq biex tieħu deċiżjoni dwar din it-talba. Id-data ta' l-għeluq hija għalhekk l-4 ta' Ottubru 2008.

Mhumiex applikabbli d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4, it-tielet inċiż, imsemmi aktar 'il fuq. Għaldaqstant, iż-żmien li l-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha jista' eventwalment jiġi estiż bi tliet xhur. Estensjoni bħal din tiġi ppubblikata.


(1)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.