4.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 137/8


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Notifika tal-provi tal-kwalifiki formali tat-tobba speċjalisti, l-infermiera responsabbli għall-kura ġenerali, l-ispeċjalisti tas-snien, il-qwiebel u l-periti

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 137/07)

Id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/100/KE ta' l-20 ta' Novembru 2006 li tadatta ċerti Direttivi fil-qasam tal-moviment liberu tal-persuni, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, partikolarment l-Artikolu 21 (7) tagħha, tipprovdi li l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar id-dispożizzjoniet leġiżlattivi, regolatorji u amministrativi li huma jadottaw fir-rigward ta' ħruġ ta' provi tal-kwalifiki fl-oqsma koperti mill-Kapitolu III tad-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tippubblika komunikazzjoni xierqa fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, fejn tindika t-titli adottati mill-Istati Membri għall-provi tal-kwalifiki formali u fejn xieraq, il-korp li joħroġ il-prova tal-kwalifiki kkonċernati, iċ-ċertifikat li jakkumpanjaha u fejn huwa xieraq, it-titlu professjonali korrispondenti msemmi fl-Anness V, punti 5.1.1, 5.1.2, 5.1.3, 5.1.4, 5.2.2, 5.3.2, 5.3.3, 5.4.2, 5.5.2, 5.6.2 u 5.7.1 rispettivament.

Peress li ħafna Stati Membri nnotifikaw titli ġodda jew bdil f'dawk elenkati, l-Kummissjoni qed tippubblika din il-komunikazzjoni skond l-Artikolu 21(7) tad-Direttiva 2005/36/KE (1).

1.   Tobba Speċjalisti

L-Olanda nnotifikat it-tibdil li ġej fit-titli tal-mediċina speċjalizzata diġà elenkati (l-Anness V, punt 5.1.3, għad-Direttiva 2005/36/KE):

(a)

Taħt “Ostetrija u Ginekoloġija”:

Obstetrie en Gynaecologie.

(b)

Taħt “Gastro-enteroloġija”:

Maag-darm-leverziekten.

(c)

Taħt “Kimika bijoloġika”:

Klinische Chemie (sa l-4 ta' April 2000).

(d)

Taħt “Allergoloġija”:

Allergologie (sat-12 ta' Awwissu 1996).

2.   Infermiera responsabbli għall-kura ġenerali

Il-Polonja nnotifikat l-addizzjoni tat-titlu li ġej għall-infermiera responsabbli għall-kura ġenerali (l-Anness V, punt 5.2.2, għad-Direttiva 2005/36/KE):

Pajjiż

Prova tal-kwalifiki formali

Il-korp li jassenja l-prova tal-kwalifiki

Titlu professjonali

Id-data ta' referenza

Polska

Dyplom ukończenia studiów wyższych zawodowych na kierunku/specjalności pielęgniarstwo z tytułem „licencjat pielęgniarstwa”

Instytucja prowadząca kształcenie na poziomie wyższym uznana przez właściwe władze

Pielęgniarka

1.5.2004

3.   Speċjalisti tas-snien

(1)

Il-Portugall innotifika t-titli li ġejjin għall-ispeċjalisti tas-snien fil-qasam ta' l-ortodonzja u l-kirurġija orali (l-Anness V, punt 5.3.3, għad-Direttiva 2005/36/KE):

(a)

Għall-“Ortodonzja”:

Pajjiż

Prova tal-kwalifiki formali

Il-korp li jassenja l-prova tal-kwalifiki

id-data ta' referenza

Portugal

Título de Especialista em Ortodontia

Ordem dos Médicos Dentistas (OMD)

4.6.2008

(b)

U għall-“Kirurġija orali”:

Pajjiż

Prova tal-kwalifiki formali

Il-korp li jassenja l-prova tal-kwalifiki

Id-data ta' referenza

Portugal

Título de Especialista em Cirurgia Oral

Ordem dos Médicos Dentistas (OMD)

4.6.2008

(2)

L-Iżvezja nnotifikat it-tibdil li ġej fit-titli ta' l-ispeċjalisti diġa elenkati (l-Anness V, punt 5.3.3, għad-Direttiva 2005/36/KE):

(a)

Għall-“Ortodonzja”:

Pajjiż

Prova tal-kwalifiki formali

Il-korp li jassenja l-prova tal-kwalifiki

Id-data ta' referenza

Sverige

Bevis om specialistkompetens i ortodonti

Socialstyrelsen

1.1.1994

(b)

u għall-“Kirurġija orali”:

Pajjiż

Prova tal-kwalifiki formali

Il-korp li jassenja l-prova tal-kwalifiki

Id-data ta' referenza

Sverige

Bevis om specialistkompetens i oral kirurgi

Socialstyrelsen

1.1.1994

4.   Qwiebel

Il-Polonja nnotifikat l-addizzjoni tat-titlu li ġej għall-qwiebel (l-Anness V, punt 5.5.2, għad-Direttiva 2005/36/KE):

Pajjiż

Prova tal-kwalifiki formali

Il-korp li jassenja l-prova tal-kwalifiki

Titlu professjonali

Id-data ta' referenza

Polska

Dyplom ukończenia studiów wyższych zawodowych na kierunku/specjalności położnictwo z tytułem „licencjat położnictwa”

Instytucja prowadząca kształcenie na poziomie wyższym uznana przez właściwe władze

Położna

1.5.2004

5.   Periti

(1)

L-Italja nnotifikat l-addizzjoni tat-titli li ġejjin fil-qasam ta' l-arkitettura (l-Anness V, punt 5.7.1, għad-Direttiva 2005/36/KE):

Pajjiż

Prova tal-kwalifiki formali

Il-korp li jassenja l-prova tal-kwalifiki

Iċ-ċertifikat li jakkumpanja l-prova tal-kwalifiki

Is-sena akkademika ta' referenza

Italia

Laurea specialistica in ingegneria edile — architettura

Università degli Studi di Salerno

Diploma di abilitazione all'esercizio indipendente della professione che viene rilasciato dal ministero dell'Istruzione, dell'università e della ricerca dopo che il candidato ha sostenuto con esito positivo l'esame di Stato davanti ad una commissione competente

2005/2006

Università degli Studi della Calabria

2003/2004

Università degli Studi di Brescia

2001/2002

Laurea specialistica in architettura

Facoltà di architettura dell'Università degli Studi «G. D'Annunzio» di Chieti-Pescara

2001/2002

Facoltà di architettura, pianificazione e ambiente del Politecnico di Milano

2001/2002

Università IUAV di Venezia

2002/2003

Laurea specialistica in architettura (Restauro)

Facoltà di architettura di «Valle Giulia» dell'Università degli Studi «La Sapienza» di Roma

2004/2005

Università degli Studi di Roma Tre — Facoltà di Architettura

2001/2002

Laurea specialistica in architettura — progettazione architettonica e urbana

Facoltà «Ludovico Quaroni» dell'Università degli Studi «La Sapienza» di Roma

2000/2001

Laurea magistrale/specialistica in architettura

Facoltà di architettura dell'Università degli Studi di Trieste

2001/2002

(2)

Is-Slovenja nnotifikat l-addizzjoni tat-titlu li ġej fil-qasam ta' l-arkitettura (l-Anness V, punt 5.7.1, għad-Direttiva 2005/36/KE):

Pajjiż

Prova tal-kwalifiki formali

Il-korp li jassenja l-prova tal-kwalifiki

Iċ-ċertifikat li jakkumpanja l-prova tal-kwalifiki

Is-sena akkademika ta' referenza

Slovenija

Magister inženir arhitekture/Magistrica inženirka arhitekture

Univerza v Ljubljani, Fakulteta za Arhitekturo

 

2007/2008

(3)

Ir-Repubblika Ċeka nnotifikat l-addizzjoni tat-titlu li ġej fil-qasam ta' l-arkitettura (l-Anness V, punt 5.7.1, għad-Direttiva 2005/36/KE):

Pajjiż

Prova tal-kwalifiki formali

Il-korp li jassenja l-prova tal-kwalifiki

Iċ-ċertifikat li jakkumpanja l-prova tal-kwalifiki

Is-sena akkademika ta' referenza

Česká republika

Architektura a urbanismus

Fakulta architektury, České vysoké učení technické (ČVUT) v Praze

 

2007/2008


(1)  Verżjoni kkonsolidata ta' l-Anness V tad-Direttiva 2005/36/KE tinsab fuq:

http://ec.europa.eu/internal_market/qualifications/