16.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 95/1


Avviż ġuriżdizzjonali konsolidat tal-Kummissjoni taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi

(2008/C 95/01)

WERREJ

A.

DAĦLA

B.

IL-KUNĊETT TAL-KONĊENTRAZZJONI

I.

L-amalgamazzjonijiet bejn impriżi li qabel kienu indipendenti

II.

L-akkwist tal-kontroll

1.

Il-kunċett tal-kontroll

1.1.

Il-persuna jew l-impriża li qed jakkwistaw il-kontroll

1.2.

Il-mezzi tal-kontroll

1.3.

L-għan tal-kontroll

1.4.

It-tibdil tal-kontroll fuq bażi permanenti

1.5.

It-tranżazzjonijiet interrelatati

1.5.1.

Ir-relazzjoni bejn l-Artikolu 3 u t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 5(2)

1.5.2.

It-tranżazzjonijiet interdipendenti skond l-Artikolu 3

1.5.3.

Serje ta' tranżazzjonijiet fis-sigurtajiet

1.5.4.

Is-subparagrafu 2 ta' l-Artikolu 5(2)

1.6.

Ir-ristrutturar intern

1.7.

Konċentrazzjonijiet li jinvolvu impriżi ta' l-Istat

2.

Il-kontroll esklużiv

3.

Il-kontroll konġunt

3.1.

L-ugwaljanza fid-drittijiet tal-votazzjoni jew il-ħatra għall-entitajiet li jieħdu d-deċiżjonijiet

3.2.

Id-drittijiet ta' veto

3.3.

L-eżerċizzju konġunt tad-drittijiet tal-votazzjoni

3.4.

Konsiderazzjonijiet oħrajn relatati mal-kontroll konġunt

III.

It-tibdil fil-kwalità tal-kontroll

1.

Dħul ta' azzjonisti li jikkontrollaw

2.

Tnaqqis fin-numru ta' azzjonisti

IV.

L-Impriżi Konġunti – il kunċett tal-funzjonalità sħiħa

1.

Riżorsi suffiċjenti għall-operat indipendenti f’suq

2.

Attivitajiet lil hinn minn funzjoni waħda speċfika għall-kumpanniji prinċipali

3.

Ir-relazzjonijiet ta' bejgħ/xiri mal-kumpanniji prinċipali

4.

Operazzjoni fuq bażi fit-tul

5.

Tibdil fl-attivitajiet ta' l-impriża konġunta

V.

Eċċezzjonijiet

VI.

L-abbandun tal-konċentrazzjonijiet

VII.

It-tibdil ta' tranżazzjonijiet wara deċiżjoni ta' awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni

C.

ID-DIMENSJONI KOMUNITARJA

I.

Il-Limiti

II.

Il-kunċett ta' l-impriża kkonċernata

1.

Ġenerali

2.

L-amalgamazzjonijiet

3.

L-akkwist tal-kontroll

III.

Id-data rilevanti għall-istabbiliment tal-ġuriżdizzjoni

IV.

Il-valur tal-bejgħ

1.

Il-kuncett tal-valur tal-bejgħ

2.

Attivitajiet ordinarji

3.

Il-valur tal-bejgħ “Nett”

3.1.

It-tnaqqis ta' roħs u ta' taxxi

3.2.

It-trattament tal-valur tal-bejgħ “intern”

4.

Il-kalkolu tal-valur tal-bejgħ u r-rendikonti finanzjarji

4.1.

Ir-regola ġenerali

4.2.

Aġġustamenti wara d-data ta' l-aħħar rendikonti vverifikati

5.

L-attribuzzjoni tal-valur tal-bejgħ taħt l-Artikolu 5(4)

5.1.

L-identifikazzjoni ta' l-impriżi li jitqies il-valur tal-bejgħ tagħhom

5.2.

L-allokazzjoni tal-valur tal-bejgħ ta' l-impriżi identifikati

5.3.

L-allokazzjoni tal-valur tal-bejgħ fil-każ ta' fondi ta' l-investiment

5.4.

L-allokazzjoni tal-valur tal-bejgħ għall-kumpanniji ta' l-Istat

V.

L-allokazzjoni ġeografika tal-valur tal-bejgħ

VI.

Il-konverżjoni tal-valur tal-bejgħ f’EURO

VII.

Dispożizzjonijiet għall-istituzzjonijiet tal-kreditu u oħrajn finanzjarji u l-impriżi ta' l-assigurazzjoni

1.

L-ambitu ta' l-applikazzjoni

2.

Il-kalkolu tal-valur tal-bejgħ

2.1.

Il-kalkolu tal-valur tal-bejgħ ta' l-istituzzjonijiet tal-kreditu u oħrajn finanzjarji (minbarra kumpanniji holding finanzjarji)

2.1.1.

Ġenerali

2.1.2.

Il-valur tal-bejgħ tal-kumpanniji tal-kiri

2.2.

L-impriżi ta' l-assigurazzjoni

2.3.

Kumpanniji holding finanzjarji


A.   DAĦLA

(1)

L-għan ta' dan l-Avviż huwa li jipprovdi gwida dwar kwistjonijiet ġuriżdizzjonali taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, ĠU L 24, 29.1.2003, paġna 1 (ir-“Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet”) (1) Din il-gwida formali għandha tippermetti lill-impriżi jistabbilixxu b’mod aktar mgħaġġel, qabel kull kuntatt mal-Kummissjoni, jekk u sa fejn l-operazzjonijiet tagħhom jistgħu jkunu koperti mill-kontroll Komunitarju tal-konċentrazzjonijiet.

(2)

Dan l-Avviż jissostitwixxi l-Avviż dwar il-kunċett tal-konċentrazzjoni (2), l-Avviż dwar il-kunċett ta' impriżi konġunti bil-funzjonijiet kollha (3), l-Avviż dwar il-kunċett ta' l-impriżi konċernati (4) u l-Avviż dwar il-kalkolu tal-valur tal-bejgħ (5).

(3)

Dan l-Avviż jittratta dwar il-kunċetti tal-konċentrazzjoni u ta' impriża konġunta bil-funzjonijiet kollha, l-impriżi konċernati u l-kalkolu tal-valur tal-bejgħ kif stabbilit fl-Artikoli 1, 3 u 5 tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet. Il-kwistjonijiet dwar ir-referenzi huma ttrattati fl-Avviż dwar ir-referenzi (6). L-interpretazzjoni tal-Kummissjoni ta' l-Artikoli 1, 3 u 5 f’dan l-Avviż hija mingħajr preġudizzju għall-interpretazzjoni li tista’ tingħata mill-Qorti tal-Ġustizzja jew mill-Qorti ta' l-Ewwel Istanza tal-Komunitajiet Ewropej.

(4)

Il-gwida stabbilita f’dan l-Avviż tirrefletti l-esperjenza tal-Kummissjoni fl-applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet miktub mill-ġdid u tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet preċedenti minn meta dan ta' l-aħħar daħal fis-seħħ fil-21 ta' Novembru 1990. Il-prinċipji ġenerali li jirregolaw il-kwistjonijiet f’dan l-Avviż ma nbidlux bid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, iżda fejn sar tibdil, l-Avviż jittratta dwarhom b’mod espliċitu. Il-prinċipji li jinsabu f’dan l-Avviż se jiġu applikati u żviluppati aktar mill-Kummissjoni f’każijiet individwali.

(5)

Skond l-Artikolu 1, ir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet jgħodd biss għall-operazzjonijiet li jissodisfaw żewġ kondizzjonijiet. L-ewwel, għandu jkun hemm konċentrazzjoni ta' żewġ impriżi jew aktar fis-sens ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet. It-tieni, il-valur tal-bejgħ ta' l-impriżi konċernati, ikkalkolat skond l-Artikolu 5, għandu jissodisfa l-limiti stabbiliti fl-Artikolu 1 tar-Regolament. Il-kunċett ta' konċentrazzjoni (inklużi r-rekwiżiti partikolari għall-impriżi konġunti), bħala l-ewwel kondizzjoni, huwa ttrattat fil-Parti B; l-identifikazzjoni ta' l-impriżi konċernati u l-kalkolu tal-valur tal-bejgħ tagħhom kif inhu rilevanti għat-tieni kondizzjoni huma ttrattati fil-Parti C.

(6)

Il-Kummissjoni tindirizza l-kwistjoni tal-kompetenza tagħha dwar konċentrazzjoni fid-deċiżjonijiet skond l-Artikolu 6 tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet (7).

B.   IL-KUNĊETT TAL-KONĊENTRAZZJONI

(7)

Skond l-Artikolu 3(1) tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet, konċentrazzjoni tkopri biss l-operazzjonijiet fejn iseħħ tibdil tal-kontroll ta' l-impriżi fuq bażi permanenti. Il-Premessa 20 tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet imbagħad jispjega li l-kunċett ta' konċentrazzjoni hu maħsub li jirrelata għal operazzjonijiet li jikkawżaw tibdil permanenti fl-istruttura tas-suq. Minħabba li t-test ta' l-Artikolu 3 huwa ċċentrat fuq il-kunċett tal-kontroll, l-eżistenza ta' konċentrazzjoni hija fil-biċċa l-kbira tagħha ddeterminata minn kriterji kwalitattivi u mhux kwantitattivi.

(8)

L-Artikolu 3(1) tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet jiddefinixxi żewġ kategoriji ta' konċentrazzjonijiet:

dawk li jirriżultaw minn amalgamazzjoni bejn impriżi li qabel kienu indipendenti (il-punt (a));

dawk li jirriżultaw minn akkwist tal-kontroll (il-punt (b)).

Dawn huma ttrattati rispettivament fit-Taqsimiet I u II hawn taħt.

I.   L-AMALGAMAZZJONIJIET BEJN IMPRIŻI LI QABEL KIENU INDIPENDENTI

(9)

Amalgamazzjoni fis-sens ta' l-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet isseħħ meta żewġ impriżi indipendenti jew aktar jamalgamaw f’impriża ġdida u jieqfu milli jeżistu bħala entitajiet legali separati. Amalgamazzjoni tista’ sseħħ ukoll meta impriża tiġi assorbita minn oħra, u din ta' l-aħħar iżżomm l-identità legali tagħha filwaqt li ta' l-ewwel tieqaf milli teżisti bħala entità legali (8).

(10)

Amalgamazzjoni fis-sens ta' l-Artikolu 3(1)(a) tista’ wkoll isseħħ fejn, fin-nuqqas ta' amalgamazzjoni legali, il-kombinazzjoni ta' l-attivitajiet ta' impriżi li qabel kienu indipendenti tirriżulta fil-ħolqien ta' unità ekonomika unika (9). Dan jista’ jsir b’mod partikolari fejn żewġ impriżi jew aktar, filwaqt li jżommu l-personalitajiet legali individwali tagħhom, jistabbilixxu kuntrattwalment amministrazzjoni ekonomika komuni (10) jew l-istruttura ta' kumpannija elenkata darbtejn (11). Jekk dan iwassal għal amalgamazzjoni de facto ta' l-impriżi kkonċernati f’unità ekonomika unika, l-operazzjoni titqies li hija amalgamazzjoni. L-eżistenza ta' ġestjoni ekonomika unika u permanenti hija prerekwiżit għad-determinazzjoni ta' amalgamazzjoni de facto b’dan il-mod. Fatturi oħrajn rilevanti jistgħu jinkludu l-qligħ intern u l-kumpens għat-telf jew distribuzzjoni tad-dħul bejn l-entitatjiet differenti fil-grupp, u l-abilità konġunta tagħhom jew it-tqassim estern tar-riskju. L-amalgamazzjoni de facto tista’ tkun ibbażata biss fuq l-arranġamenti kuntrattwali (12), iżda tista’ wkoll tiġi msaħħa minn azzjonijiet ta' xulxin ta' l-impriżi li jiffurmaw l-unità ekonomika.

II.   L-AKKWIST TAL-KONTROLL

1.   Il-kunċett tal-kontroll

1.1.   Il-persuna jew l-impriża li qed jakkwistaw il-kontroll

(11)

L-Artikolu 3 (1)(b) jipprovdi li konċentrazzjoni sseħħ fil-każ ta' akkwist tal-kontroll. Dan il-kontroll jista’ jiġi akkwistat minn impriża waħda li taġixxi waħedha jew minn bosta impriżi li jaġixxu b’mod konġunt.

(12)

Il-kontroll jista’ wkoll jiġi akkwistat minn persuna f’ċirkostanzi meta dik il-persuna diġà tikkontrolla (waħedha jew b’mod konġunt) għall-inqas impriża oħra, jew inkella, minn kombinazzjoni ta' persuni (li jikkontrollaw impriża oħra) u impriżi. Il-kelma “persuna” f’dan il-kuntest testendi għal korpijiet pubbliċi (13) u entitajiet privati, kif ukoll persuni naturali. L-akkwisti tal-kontroll mill-persuni naturali għalhekk jitqiesu biss li jirriżultaw f’tibdil permanenti fl-istruttura ta' l-impriżi konċernati jekk dawk il-persuni naturali jwettqu aktar attivitajiet ekonomiċi għal rashom jew jekk jikkontrollaw għall-inqas impriża waħda oħra (14).

(13)

Il-kontroll normalment jiġi akkwistat minn persuni jew impriżi li huma d-detenturi tad-drittijiet jew li huma intitolati għal drittijiet li jagħtu l-kontroll taħt il-kuntratti konċernati (l-Artikolu 3(3)(a)). Iżda, hemm ukoll sitwazzjonijiet fejn id-detentur formali ta' interess li jikkontrolla huwa differenti mill-persuna jew impriża li għandha fil-fatt is-setgħa reali li teżerċita d-drittijiet li jirriżultaw minn dan l-interess. Dan jista’, per eżempju, ikun il-każ fejn impriża tuża lil persuna oħra jew lil impriża oħra għall-akkwist ta' l-interess li jikkontrolla u għandha s-setgħa li teżerċita d-drittijiet li jagħtu l-kontroll permezz ta' din il-persuna jew impriża, jiġifieri din ta' l-aħħar hija formalment detentriċi tad-drittijiet, iżda taġixxi biss bħala mezz. F’sitwazzjoni bħal din, il-kontroll jiġi akkwistat mill-impriża li fir-realità hija wara din l-operazzjoni u li fil-fatt tgawdi mis-setgħa li tikkontrolla l-impriża mmirata (l-Artikolu 3(3)(b)). Il-Qorti ta' l-Ewwel Istanza kkonkludiet minn din id-dispożizzjoni li l-kontroll miżmum minn kumpanniji kummerċjali jistgħu jkunu attribwiti għall-azzjonist esklużiv, l-azzjonisti maġġoritarji jew lil dawk li jikkontrollaw b’mod konġunt lill-kumpanniji ladarba dawn il-kumpanniji f’kull każ iħarsu d-deċiżjonijiet ta' dawk l-azzjonisti (15). Sehem ta' azzjonijiet li jikkontrolla li jinżamm minn entitajiet differenti fi grupp normalment huwa attribwit lill-impriża li teżerċita l-kotnroll fuq id-detenturi formali differenti tad-drittijiet. F’każijiet oħrajn, l-evidenza meħtieġa biex jiġi stabbilit dan it-tip ta' kontroll indirett tista’ tinkludi, separatament jew flimkien u li għandu jiġi stmat f’kull każ għalih, fatturi bħas-sehem fl-azzjonijiet, ir-relazzjonijiet kuntrattwali, l-għajn tal-finanzjament jew il-konnessjonijiet familjali (16).

(14)

Jistgħu jqumu kwistjonijiet speċifiċi fil-każ ta' akkwisti tal-kontroll mill-fondi ta' l-investiment. Il-Kummissjoni tanalizza l-istrutturi li jinvolvu l-fondi ta' l-investiment f’kull każ għalih, iżda xi karatteristiċi ġenerali ta' dawn l-istrutturi jistgħu jiġu stabbiliti fuq il-bażi ta' l-esperjenza preċedenti tal-Kummissjoni.

(15)

Il-fondi ta' l-investiment spiss huma stabbiliti fil-forma legali ta' sħubiji limitati, fejn l-investituri jipparteċipaw bħala sħab limitati u normalment ma jeżerċitawx kontroll, la individwalment u lanqas kollettivament. Il-fond ta' l-investiment normalment jakkwista l-ishma u d-drittijiet tal-votazzjoni li jagħtu l-kontroll fuq il-kumpanniji fil-portafoll. Skond iċ-ċirkostanzi, il-kontroll huwa normalment eżerċitat mill-kumpannija ta' l-investiment li tkun stabbiliet il-fond għaliex tipikament il-fond stess huwa sempliċement mezz ta' investiment; f’ċirkostanzi aktar eċċezzjonali, il-kontroll jista’ jiġi eżerċitat mill-fond innifsu. Il-kumpannija ta' l-investiment normalment teżerċita l-kontroll permeżż ta' l-istruttura organizzazzjonali, eż., billi tikkontrolla l-imsieħeb ġenerali ta' l-isħubiji tal-fond, jew b’arranġamenti kuntrattwali, bħall-ftehimiet rakkomandatorji, jew b’taħlita tat-tnejn. Dan jista’ wkoll ikun il-każ jekk il-kumpannija ta' l-investiment stess ma tkunx proprjetarja tal-kumpannija li taġixxi bħala msieħba ġenerali, iżda l-ishma tagħhom huma proprjetà ta' persuni naturali (li jista' jkollhom konnessjoni mal-kumpannija ta' l-investiment) jew minn trust. L-arranġamenti kuntrattwali mal-kumpannija ta' l-investiment, b’mod partikolari ftehimiet rakkomandatorji, isiru aktar importanti jekk l-imsieħeb ġenerali m’għandu ebda riżorsi tiegħu stess jew impjegati biex jamministraw il-kumpanniji fil-portafoll, iżda jikkostitwixxi biss struttura ta' kumpannija li l-atti tagħha huma mwettqa minn persuni konnessi mal-kumpannija ta' l-investiment. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-kumpannija ta' l-investiment normalment takkwista il-kontroll dirett fis-sens ta' l-Artikolu 3(1)(b) u 3(3)(b) tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet, u għandha s-setgħa li teżerċita d-drittijiet li għandu direttament il-fond ta' l-investiment (17).

1.2.   Il-mezzi tal-kontroll

(16)

Il-kontroll huwa ddefinit mill-Artikolu 3(2) tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet bħala l-possibbiltà li tiġi eżerċitata influwenza deċiżiva fuq impriża. Għalhekk mhuwiex meħtieġ li jintwera li l-influwenza deċiżiva hija jew fil-fatt se tiġi eżerċitata. Iżda, il-possibbiltà li tiġi eżerċitata dik l-influwenza għandha tkun effettiva (18). L-Artikolu 3(2) imbagħad jipprovdi li l-possibbiltà li tiġi eżerċitata l-influwenza deċiżiva fuq impriża tista’ teżisti fuq il-bażi ta' drittijiet, kuntratti jew kwalunkwe mezz ieħor, separatament jew konġuntament, u filwaqt li jiġu meqjusa l-konsiderazzjonijiet tal-fatti u tal-liġi involuti. Għalhekk konċentrazzjoni tista’ sseħħ fuq bażi legali jew waħda de facto, tista’ tieħu l-forma ta' kontroll esklużiv jew konġunt, u testendi għal impriża sħiħa jew partijiet minn impriża waħda jew aktar (ara l-Artikolu 3(1)(b)).

(17)

Għalhekk jekk operazzjoni tagħtix lok għall-akkwist tal-kontroll jiddependi fuq għadd ta' elementi legali u/jew fattwali. Il-mezz l-aktar komuni għall-akkwist tal-kontroll huwa l-akkwist ta' l-ishma, possibbilment flimkien ma' ftehim ta' l-azzjonisti fil-każijiet ta' kontroll konġunt, jew l-akkwist ta' l-assi.

(18)

Il-kontroll jista’ wkoll jiġi akkwistat fuq bażi kuntrattwali. Sabiex jingħata l-kontroll, il-kuntratt għandu jwassal għal kontroll simili tal-ġestjoni u tar-riżorsi ta' l-impriża l-oħra fil-każ ta' l-akkwist ta' l-ishma jew l-assi. Minbarra t-trasferiment tal-kontroll fuq il-ġestjoni u r-riżorsi, dawn il-kuntratti għandhom jiġu kkaratterizzati minn durata fit-tul ħafna (normalment mingħajr il-possibbiltà ta' tmiem bikri għall-parti li tkun qed tagħti d-drittijet kuntrattwali). Kuntratti bħal dawn biss jistgħu jirriżultaw f’tibdil strutturali fis-suq (19). Eżempji ta' kuntratti bħal dawn huma l-kuntratti organizzazzjonali taħt il-liġi nazzjonali tal-kumpanniji (20) jew tipi oħrajn ta' kuntratti, per eżempju fil-forma ta' ftehimiet għall-kera tan-negozju, li jagħtu lill-akkwirent il-kontroll fuq il-ġestjoni u r-riżorsi minkejja l-fatt li d-drittijiet ta' proprjetà jew l-azzjonijiet mhumiex trasferiti. F’dan ir-rigward, l-Artikolu 3(2)(a) jispeċifika li l-kontroll jista’ wkoll jiġi kkostitwit minn dritt li jintużaw l-assi ta' impriża (21). Kuntratti bħal dawn jistgħu jwasslu għal sitwazzjoni ta' kontroll konġunt jekk kemm il-proprjetarju ta' l-assi kif ukoll l-impriża li tikkontrolla l-ġestjoni jgawdu minn drittijiet ta' veto fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali strateġiċi (22).

(19)

Skond dawn il-konsiderazzjonijiet, il-ftehimiet tal-franchising fihom infushom normalment ma jagħtux kontroll fuq in-negozju tal-franchisee lill-franchisor. Normalment il-franchisee jisfrutta r-riżorsi ta' l-impriża għan-nom tagħha stess, ukoll jekk parti essenzjali ta' l-assi jkunu l-proprjetà tal-franchisor  (23). Barra minn dan, il-ftehimiet purament finanzjarji, bħat-tranżazzjonijiet tal-bejgħ u l-kiri lura bl-arranġamenti ta' xiri lura ta' l-assi fl-aħħar tat-terminu, normalment ma jikkostitwixxux konċentrazzjoni għax ma jibdlux il-kontroll fuq il-ġestjoni u r-riżorsi.

(20)

Barra minn dan, il-kontroll jista’ wkoll jiġi stabbilit b’mezzi oħrajn. Ir-relazzjonijiet purament ekonomiċi jista’ jkollhom rwol deċiżiv għall-akkwist tal-kontroll. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, sitwazzjoni ta' dipendenza ekonomika tista’ twassal għall-kontroll fuq bażi de facto fejn, per eżempju, ftehimiet importanti ħafna tal-provvista għal żmien twil jew krediti pprovduti minn provdituri jew klijenti, flimkien ma' konnessjonijiet strutturali, jagħtu l-influwenza deċiżiva (24). F’sitwazzjoni bħal din, il-Kummissjoni tanalizza b’attenzjoni jekk dawn il-konnessjonijiet ekonomiċi, flimkien ma' konessjonijiet oħrajn, huma biżżejjed biex iwasslu għal tibdil tal-kontroll fuq bażi permanenti (25).

(21)

Jista’ jkun hemm akkwist tal-kontroll ukoll jekk din mhijiex l-intenzjoni ddikjarata tal-partijiet, jew jekk l-akkwirent huwa passiv biss u l-akkwist tal-kontroll hu kkaġunat minn azzjoni ta' terzi. Eżempji huma sitwazzjonijiet fejn it-tibdil tal-kontroll jiriżulta mill-eredità ta' azzjonist jew fejn il-ħruġ ta' azzjonist iwassal għal tibdil fil-kontroll, b’mod partikolari tibdil minn kontroll konġunt għal dak uniku (26). L-Artikolu 3(1)(b) jkopri dawn is-sitwazzjonijiet billi jispeċifika li l-kontroll jista’ wkoll jiġi akkwistat “b’mezzi oħrajn”.

(22)

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali fi Stat Membru tista’ tipprovdi regoli speċifiċi dwar l-istruttura ta' l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw organizzazzjoni li tieħu d-deċiżjonijiet f'impriża. Filwaqt li liġi bħal din tista’ tagħti xi setgħat ta' kontroll fuq persuni li mhumiex l-azzjonisti, b’mod partikolari lir-rappreżentanti ta' l-impjegati, il-kunċett tal-kontroll taħt ir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet mhuwiex relatat ma' tali mezz ta' influwenza għaliex ir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet jiffoka fuq l-influwenza deċiżiva li titgawda fuq il-bażi ta' drittijiet, assi jew kuntratti jew mezzi ekwivalenti de facto. Ir-restrizzjonijiet fl-artikoli ta' l-assoċjazzjoni jew fil-liġi ġenerali dwar il-persuni li huma eliġibbli li jkunu fuq il-bord, bħad-dispożizzjonijiet li jeżiġu l-appuntament ta' membri indipendenti jew li jeskludu persuni li jokkupaw kariga uffiċjali jew impjieg fil-kumpanniji prinċipali, ma jeskludux l-eżistenza tal-kontroll kemm-il darba l-azzjonisti jiddeċiedu l-kompożizzjoni ta' l-entitajiet li jieħdu d-deċiżjonijiet (27). B’mod simili, minkejja d-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jipprevedu li d-deċiżjonijiet ta' kumpannija għandhom jittieħdu mill-organi tal-kumpannija fl-interessi tagħha, dawk il-persuni li għandhom id-drittijiet tal-votazzjoni għandhom is-setgħa jadottaw dawk id-deċiżjonijiet u għalhekk għandhom il-possibbiltà jerżerċitaw influwenza deċiżiva fuq il-kumpannija (28).

(23)

Il-kunċett tal-kontroll taħt ir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet jista’ jkun differenti minn dak applikat f’oqsma speċifiċi tal-leġiżlazzjoni Komunitarja u nazzjonali dwar, per eżempju, ir-regoli prudenzjali, it-tassazzjoni, it-trasport bl-ajru jew il-midja. L-interpretazzjoni ta' “kontroll” f’oqsma oħrajn għalhekk mhijiex neċessarjament deċiżiva għall-kunċett tal-kontroll taħt ir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet

1.3.   L-għan tal-kontroll

(24)

Ir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet jipprovdi fl-Artikolu 3(1)(b), (2) li l-għan tal-kontroll jista’ jkun ta' impriża waħda jew aktar, jew ukoll ta' partijiet ta' impriżi li jikkostitwixxu entitajiet legali, jew l-assi ta' dawn l-entitajiet, jew xi wħud minn dawn l-assi biss. L-akkwist tal-kontroll fuq l-assi jista’ biss jitqies bħala konċentrazzjoni jekk dawk l-assi jikkostitwixxu l-impriża sħiħa jew parti minnha, jiġifieri negozju bi preżenza fis-suq, li għaliha jista’ jiġi attribwit b’mod ċar valur tal-bejgħ fis-suq (29). It-trasferiment tal-bażi tal-klijentela ta' negozju jista’ jilħaq dawn il-kriterji jekk dan huwa biżżejjed biex jiġi trasferit negozju li għandu valur tal-bejgħ fis-suq (30). Tranżazzjoni kkonfinata għal assi intanġibbli bħal marki, brevetti jew drittijiet ta' l-awtur tista’ wkoll titqies bħala konċentrazzjoni jekk dawk l-assi jikkostitwixxu negozju b'valur tal-bejgħ tas-suq. Fi kwalunkwe każ, it-trasferiment tal-liċenzi għall-marki, għall-brevetti jew għad-drittijiet ta' l-awtur, mingħajr assi addizzjonali, jista’ biss jilħaq dawn il-kriterji jekk il-liċenzji huma esklużivi għall-inqas f’ċertu territorju u t-trasferiment ta' dawn il-liċenzji jittrasferixxi l-attività li tiġġenera d-dħul (31). Għal liċenzji mhux esklużivi jista’ jiġi eskluż li waħedhom jistgħu jikkostitwixxu negozju li huwa marbut magħhom valur tal-bejgħ.

(25)

Iqumu kwistjonijiet speċifiċi f’każijiet fejn impriża tqabbad lil persuni esterni biex jagħmlu x-xogħol intern, bħall-proviżjon ta' servizzi jew il-manifattura ta' prodotti, lil provditur ta' servizzi. Il-każijiet tipiċi huma l-għoti estern ta' servizzi ta' l-IT lil kumpanniji speċjalizzati ta' l-IT. Il-kuntratti ta' l-għoti estern jistgħu jieħdu bosta forom; il-karatteristika komuni tagħhom hija li l-provditur ta' l-għoti estern għandu jipprovdi dawk is-servizzi lill-klijent li dan ta' l-aħħar ikun wettaq internament qabel. Każijiet ta' għoti estern sempliċi ma jinvolvu ebda trasferiment ta' assi jew impjegati lill-provdituri ta' l-għoti estern, iżda normalment ikun il-każ li l-assi jew l-impjegati jinżammu mill-klijent. Kuntratt ta' għoti estern bħal dan huwa bħal kuntratt ta' servizzi normali u wkoll jekk il-provditur ta' l-għoti estern jakkwista dritt li jidderieġi dawk l-assi u l-impjegati tal-klijent, ebda konċentrazzjoni ma tirriżulta jekk l-assi u l-impjegati jintużaw esklużivament biex jingħata s-servizz lill-klijent.

(26)

Is-sitwazzjoni tista’ tkun differenti jekk il-provditur ta' l-għoti estern, minbarra li jieħu f’idejh xi attività li qabel kienet tingħata internament, jingħata l-assi u/jew l-impjegati assoċjati. Konċentrazzjoni tirriżulta biss f’dawn iċ-ċirkostanzi jekk l-assi jikkostitwixxu l-impriża sħiħa jew parti minnha. Dan jeħtieġ li l-assi li qabel kienu ddedikati għal attivitajiet interni tal-bejjiegħ jippermettu lill-provditur ta' l-għoti estern jipprovdi s-servizzi mhux biss lill-klijent li qed jakkwista s-servizzi bl-għoti estern iżda wkoll lil terzi, mill-ewwel jew fi żmien qasir wara t-trasferiment. Dan ikun il-każ jekk it-trasferiment jirrelata għal unità kummerċjali interna, jew sussidjarja diġà involuta fil-proviżjon ta' servizzi lil terzi. Jekk għadha ma bdietx il-proviżjoni lil partijiet terzi, l-assi trasferiti fil-każ tal-manifattura għandu jkollhom faċilitajiet tal-produzzjoni, l-għarfien dwar il-prodott (huwa biżżejjed jekk l-assi trasferiti jippermettu l-bini ta' dawn il-kapaċitajiet fil-futur qrib) u, jekk ma hemm ebda aċċess għas-suq eżistenti, il-mezzi għax-xerrej biex jiżviluppa aċċess għas-suq fi żmien qasir (eż., inklużi kuntratti jew ditti eżistenti) (32). Dwar il-proviżjon ta' servizzi, l-assi trasferiti għandhom jinkludu l-għarfien meħtieġ (eż., l-impjegati rilevanti u l-proprjetà intellettwali) u dawk il-faċilitajiet li jippermettu l-aċċess għas-suq (bħal per eżempju il-faċilitajiet tal-bejgħ fis-suq) (33). L-assi trasferiti għalhekk għandhom jinkludu għall-inqas dawk l-elementi ewlenin li jippermettu lill-akkwirent jibni preżenza fis-suq fi żmien simili għall-bidu ta' l-impriża kif stabbilit hawn taħt fil-paragrafi 97, 100. Bħal fil-każ ta' impriżi konġunti, il-Kummissjoni tqis il-pjani kummerċjali sostanzjati u l-karatteristiċi ġenerali tas-suq biex tevalwa dan.

(27)

Jekk l-assi ttrasferiti ma jippermettux lix-xerrej għall-inqas jiżviluppa preżenza fis-suq, it-tendenza probabbilment tkun li jintużaw biss għall-proviżjon ta' servizzi lill-klijent ta' l-għoti estern. F’ċirkostanzi bħal dawn, it-tranżazzjoni ma tirriżultax f’tibdil permanenti fl-istruttura tas-suq u l-kuntratt ta' l-għoti estern huwa simili għal kuntratt ta' servizzi. It-tranżazzjoni ma tikkostitwixxix konċentrazzjoni. Ir-rekwiżiti speċifiċi li taħthom impriża konġunta għall-proviżjon ta' servizzi ta' l-għoti estern hija kkwalifikata bħala konċentrazzjoni huma stmati f’dan l-Avviż fit-taqsima dwar l-impriżi konġunti bil-funzjonijiet kollha.

1.4.   It-tibdil tal-kontroll fuq bażi permanenti

(28)

L-Artikolu 3(1) tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet jiddefinixxi l-kunċett ta' konċentrazzjoni b’tali mod li tkopri l-operazzjonijiet biss jekk iwasslu għal tibdil permanenti fil-kontroll ta' l-impriżi konċernati u, kif iżżid il-premessa 20, fl-istruttura tas-suq. Ir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet għalhekk ma jittrattax dwar tranżazzjonijiet li jirriżultaw biss f’tibdil temporanju ta' kontroll. Iżda, tibdil tal-kontroll fuq bażi permanenti mhuwiex eskluż mill-fatt li l-ftehimiet li jirfdu jsiru għal żmien definit, kemm-il darba dawk il-ftehimiet jistgħu jiġġeddu. Konċentrazzjoni tista’ tirriżulta wkoll f’każijiet fejn il-ftehimiet jipprevedu tmiem definit, jekk il-perjodu kkontemplat huwa twil biżżejjed li jwassal għal tibdil permanenti fil-kontroll ta' l-impriżi konċernati (34).

(29)

Il-kwistjoni jekk operazzjoni tirriżultax f’tibdil permanenti fl-istruttura tas-suq hija wkoll rilevanti għall-evalwazzjoni ta' bosta operazzjonijiet li jseħħu wara xulxin, fejn l-ewwel tranżazzjoni hija ta' natura tranżitorja biss. Bosta xenarji jistgħu jiġu distinti f’dan ir-rigward.

(30)

F’sitwazzjoni waħda, bosta impriżi jingħaqdu flimkien biss għall-iskop li jakkwistaw kumpannija oħra fuq il-bażi ta' ftehim biex jaqsmu l-assi akkwistati skond pjan pre-eżistenti, malli titlesta t-tranżazzjoni. F’ħafna ċirkostanzi, fl-ewwel pass, l-akkwist tal-kumpannija mmirata kollha kemm hi ssir minn impriża waħda jew bosta impriżi. Fit-tieni pass, l-assi akkwistati jinqasmu fost bosta impriżi. Il-kwistjoni hija mbagħad jekk l-ewwel tranżazzjoni għandhiex titqies bħala konċentrazzjoni separata, li tinvolvi akkwist tal-kontroll esklużiv (fil-każ ta' xerrej uniku) jew tal-kontroll konġunt (fil-każ ta' xiri konġunt) ta' l-impriża mmirata kollha kemm hi, jew jekk l-akkwisti fit-tieni pass biss jikkostitwixxux konċentrazzjonijiet, li bihom kull waħda mill-impriżi akkwirenti jakkwistaw l-parti rilevanti tagħhom ta' l-impriża mmirata.

(31)

Il-Kummissjoni tqis li l-ewwel tranżazzjoni ma tikkostitwixxix konċentrazzjoni, u teżamina l-akkwisti ta' kontroll mill-akkwirenti aħħarin, kemm-il darba jintlaħqu għadd ta' kondizzjonijiet: L-ewwel, it-tqassim sussegwenti għandu jinftiehem bejn ix-xerrejja differenti f’forma li torbot legalment. It-tieni, m’għandu jkun hemm ebda inċertezza li t-tieni pass, it-tqassim ta' l-assi akkwistati, iseħħ f'perjodu qasir ta' żmien wara l-ewwel akkwist. Il-Kummissjoni tqis li normalment it-terminu massimu għat-tqassim ta' l-assi għandu jkun ta' sena (35).

(32)

Jekk jintlaħqu ż-żewġ kondizzjonijiet, l-ewwel akkwist ma jirriżultax f’tibdil strutturali fuq bażi permanenti. M’hemm ebda konċentrazzjoni effettiva ta' setgħa ekonomika bejn l-akkwirent(i) u l-kumpannija mmirata b’mod ġenerali ladarba l-assi akkwistati mhumiex miżmuma b’mod indiviż fuq bażi permanenti, iżda biss għaż-żmien meħtieġ sabiex jitwettaq it-tqassim immedjat ta' l-assi akkwistati. F’dawk iċ-ċirkostanzi, huwa biss l-akkwist tal-partijiet differenti ta' l-impriża fit-tieni pass li jikkostitwixxu konċentrazzjonijiet, fejn kull wieħed minn dawk l-akkwisti minn xerrejja differenti jikkostitwixxi konċentrazzjoni separata. Dan huwa irrispettivament minn jekk l-ewwel akkwist isirx minn impriża waħda biss (36) jew konġuntament mill-impriżi li huma wkoll involuti fit-tieni pass (37). Fi kwalunkwe każ, għandu jiġi osservat li l-għan ta' deċiżjoni ta' approvazzjoni hu biss li jippermetti teħid tal-kontroll ta' l-impriża mmirata sħiħa biss jekk it-tqassim jista’ jipproċedi fi żmien qasir wara u jekk il-partijiet differenti ta' l-impriża mmirata jinbiegħu direttament lix-xerrej aħħari rispettiv.

(33)

Iżda, jekk dawn il-kondizzjonijiet ma jintlaħqux, b’mod partikolari jekk mhuwiex ċert li t-tieni pass jipproċedi fi żmien qasir wara l-ewwel akkwist, il-Kummissjoni tqis l-ewwel tranżazzjoni bħala konċentrazzjoni separata, li tinvolvi l-impriża mmirata sħiħa. Dan, eż., huwa l-każ jekk l-ewwel impriża tista’ wkoll tipproċedi b’mod indipendenti mit-tieni tranżazzjoni (38) jew jekk hemm bżonn ta' perjodu tranżitorju itwal biex tinqasam l-impriża mmirata (39).

(34)

Sitwazzjoni oħra hija operazzjoni li twassal għall-kontroll konġunt għal perjodu tal-bidu iżda, skond ftehimiet li jorbtu legalment, dan il-kontroll konġunt jiġi kkonvertit għal kontroll esklużiv minn wieħed mill-azzjonisti. Għaliex is-sitwazzjoni tal-kontroll konġunt tista’ ma tikkostitwix tibdil fil-kontroll permanenti, l-operazzjoni sħiħa tista’ titqies bħala l-akkwist ta' kontroll esklużiv. Fl-imgħoddi l-Kummissjoni aċċettat li perjodu bħal dan ta' bidu jista’ jdum sa tliet snin (40). Dan il-perjodu jidher twil wisq biex jiġi eskluż li s-sitwazzjoni tal-kontroll konġunt għandha impatt fuq l-istruttura tas-suq. Għalhekk il-perjodu, b’mod ġenerali, m’għandux jeċċedi sena u l-perjodu tal-kontroll konġunt għandu jkun ta' natura tranżitorja (41). Perjodu relattivament qasir bħal dan biss jagħmilha improbabbli li l-perjodu tal-kontroll konġunt ikollu impatt distint fl-istruttura tas-suq u għalhekk jista’ jitqies li ma jwassalx għal tibdil fil-kontroll fuq bażi permanenti.

(35)

Fit-tielet sitwazzjoni, impriża tkun “ipparkjata” ma' xerrej proviżorju, ġeneralment bank, fuq il-bażi ta' ftehim dwar bejgħ fil-ġejjieni tan-negozju lil impriża akkwirenti finali. Ix-xerrej proviżorju ġeneralment jikseb l-ishma “f'isem” l-akkwirenti finali, li spiss tkun hi li terfa' l-parti kbira tar-riskji ekonomiċi u li tista' wkoll tingħata drittijiet speċifiċi. F'dawn iċ-ċirkustanzi, l-ewwel tranżazzjoni ssir biss biex tiffaċilita t-tieni waħda u l-ewwel xerrej huwa direttament marbut ma' l-akkwirenti finali. Kuntrarjament għas-sitwazzjoni deskritta fl-ewwel xenarju fil-paragrafi 30-33, m'hemm l-ebda akkwirent aħħari ieħor involut, in-negozju fil-mira ma jinbidilx u s-sekwenza ta' tranżazzjonijiet titnieda biss mill-akkwirent aħħari esklużiv. Mid-data ta' meta jkun adottat dan l-Avviż, il-Kummissjoni ser teżamina l-akkwist ta' kontroll mill-akkwirent aħħari, kif previst fil-ftehimiet li laħqu l-partijiet. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra t-tranżazzjoni li permezz tagħha x-xerrej proviżorju jikseb il-kontroll f'dawn iċ-ċirkustanzi bħala l-ewwel fażi ta' konċentrazzjoni unika li tikkonsisti mill-ksib dejjiemi tal-kontroll mill-akkwirenti finali.

1.5.   It-tranżazzjonijiet interrelatati

1.5.1.   Ir-relazzjoni bejn l-Artikolu 3 u t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 5(2)

(36)

Bosta tranżazzjonijiet jistgħu jiġu ttrattati bħala konċentrazzjoni unika taħt ir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet, skond ir-regola ġenerali ta' l-Artikolu 3 – għaliex it-tranżazzjonijiet huma interdependenti – jew skond id-dispożizzjoni speċifika tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 5(2).

(37)

It-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 5(2) jirregola kwistjoni differenti minn dik imsemmija mill-Artikolu 3 tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet. L-Artikolu 3 jiddefinixxi l-eżistenza ta' “konċentrazzjoni” f’termini ġenerali u materjali, iżda ma jiddeterminax direttament il-kwistjoni tal-kompetenza tal-Kummissjoni fir-rigward tal-konċentrazzjonijiet. L-Artikolu 5 huwa maħsub biex jispeċifika l-għan tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet, b’mod partikolari billi jiddefinixxi l-valur tal-bejgħ li għandu jitqies sabiex jiġi determinat jekk konċentrazzjoni għandhiex dimensjoni Komunitarja, u t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 5(2) jippermetti lill-Kummissjoni f’dan ir-rigward tqis żewġ tranżazzjonijiet konċentrattivi jew aktar bħal li jikkostitwixxu konċentrazzjoni unika għall-għanijiet li jikkalkolaw il-valur tal-bejgħ ta' l-impriżi kkonċernati. L-istima ta' jekk, b’applikazzjoni ta' l-Artikolu 3, għadd ta' tranżazzjonijiet tagħtix lok għal konċentrazzjoni unika jew jekk dawk it-tranżazzjonijiet għandhomx jitqiesu bħala li jagħtu lok għal għadd ta' konċentrazzjonijiet għalhekk hija loġikament preċedenti għall-kwistjoni indirizzata fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 5(2) (42).

1.5.2.   It-tranżazzjonijiet interdipendenti skond l-Artikolu 3

(38)

Id-definizzjoni ġenerali u teleoloġika ta' konċentrazzjoni kif stabbilita fl-Artikolu 3(1) – li r-riżultat tagħha huwa l-kontroll ta' impriża waħda jew aktar – timplika li ma hemm ebda differenza jekk il-kontroll inkisibx permezz ta' tranżazzjoni legali waħda jew bosta, kemm-il darba r-riżultat aħħari jikkostitwixxi konċentrazzjoni unika. Żewġ tranżazzjonijiet jew aktar jikkostitwixxu konċentrazzjoni unika għall-għanijiet ta' l-Artikolu 3 jekk huma ta' natura unitarja. Għalhekk għandu jiġi determinat jekk ir-riżultat iwassalx biex jingħata lil impriża waħda jew aktar il-kontroll dirett jew indirett fuq l-attivitajiet ta' impriża waħda jew aktar. Għall-evalwazzjoni, ir-realtà ekonomika li tirfed it-tranżazzjonijiet għandha tiġi identifikata u b’hekk l-għan ekonomiku mfittex mill-partijiet. Fi kliem ieħor, sabiex tiġi determinata n-natura unitarja tat-tranżazzjonijiet ikkonċernati huwa meħtieġ, f’kull każ individwali, li jiġi aċċertat jekk dawk it-tranżazzjonijiet humiex interdipendenti, b’tali mod li tranżazzjoni waħda ma kinitx titwettaq mingħajr l-oħra (43).

(39)

Il-premessa 20 tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet jispjega f’dan ir-rigward li huwa xieraq li jiġu ttrattati bħala konċentrazzjoni unika dawk li huma konnessi fil-qrib, fis-sens li huma marbutin b’kondizzjoni. Ir-rekwiżit li t-tranżazzjonijiet huma interdipendenti kif stabbilit mill-Qorti ta' l-Ewwel Istanza fis-sentenza ta' Cementbouw  (44) b’hekk tikkorrispondi għall-ispjegazzjoni stabbilita fil-premessa 20 li t-tranżazzjonijiet huma marbutin b’kondizzjoni.

(40)

Din l-istrateġija ġenerali tirrefletti, min-naħa l-waħda, li taħt ir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet it-tranżazzjonijiet li huma validi jew jaqgħu flimkien skond l-għanijiet ekonomiċi mfittxija mill-partijiet għandhom ukoll jiġu analizzati fi proċedura waħda. F’dawn iċ-ċirkostanzi, it-tibdil ta' l-istruttura tas-suq huwa kkawżat minn dawn it-tranżazzjonijiet flimkien. Min-naħa l-oħra, jekk it-tranżazzjonijiet differenti mhumiex interdipendenti u jekk il-partijiet jipproċedu b’waħda minn dawn it-tranżazzjonijiet jekk l-oħrajn ma jirnexxux, jidher xieraq li dawn it-tranżazzjonijiet jiġu stmati b’mod individwali taħt ir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet.

(41)

Iżda, bosta tranżazzjonijiet, ukoll jekk marbutin b’kondizzjoni fuq xulxin, jistgħu jiġu ttrattati bħala konċentrazzjoni unika, jekk il-kontroll jiġi akkwistat fl-aħħar mill-aħħar mill-istess impriża/i. Huwa f’dawn iċ-ċirkostanzi biss li żewġ tranżazzjonijiet jew aktar jistgħu jitqiesu li huma ta' natura unitarja u għalhekk li jikkostitwixxu konċentrazzjoni unika għall-għanijiet ta' l-Artikolu 3 (45). Dan jeskludi id-deamalgamazzjoni ta' l-impriżi konġunti li bihom il-partijiet differenti ta' impriża jinqasmu bejn il-kumpanniji li qabel kienu l-kumpanniji prinċipali tagħha. Il-Kummissjoni tqis lil dawk it-tranżazzjonijiet bħala konċentrazzjonijiet separati (46). L-istess jgħodd għal tranżazzjonijiet fejn żewġ kumpanniji jew aktar jiskambjaw l-assi f’tranżazzjonijiet li jinvolvu de-amalgamazzjonijiet ta' impriżi konġunti jew tpartit ta' assi. Għalkemm il-partijiet normalment iqisu lil dawk it-tranżazzjonijiet bħala interdipendenti, l-għan tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet jeħtieġ evalwazzjoni separata tar-riżultati ta' kull waħda mit-tranżazzjonijiet: bosta impriżi jakkwistaw l-kontroll ta' assi differenti; taħlita separata tar-riżorsi ssir għal kull waħda mill-impriżi li qed jakkwistaw; u l-impatt fuq is-suq ta' kull wieħed minn dawk l-akkwisti ta' kontroll jeħtieġ li jiġi analizzat separatament taħt ir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet.

(42)

L-akkwist tal-gradi differenti ta' kontroll (per eżempju, il-kontroll konġunt ta' negozju wieħed u l-kontroll esklużiv ta' negozju ieħor) tqajjem mistoqsijiet speċifiċi. Operazzjoni li tinvolvi l-akkwist tal-kontroll konġunt ta' parti waħda minn impriża u l-kontroll esklużiv ta' parti oħra hija, bħala prinċipju, meqjusa bħala żewġ konċentrazzjonijiet separati skond ir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet (47). Dawn it-tranżazzjonijiet jikkostitwixxu biss konċentrazzjoni waħda jekk huma interdipendenti u jekk l-impriża li takkwista l-kontroll esklużiv ukoll qed takkwista il-kontroll konġunt. Fi kwalunkwe każ, sitwazzjoni bħal dan titqies li tikkostitwixxu konċentrazzjoni waħda fejn tinkiseb entità korporata li hija l-proprjetarja kemm ta' l-impriża kkontrollata esklużivament kif ukoll ta' dik ikkontrollata konġuntament. Fuq il-bażi ta' l-interpretazzjoni fil-premessa 20, is-sitwazzjoni fejn l-istess impriża takkwista l-kontroll esklużiv u konġunt ta' impriżi oħrajn fuq bażi ta' ftehimiet interdipendenti m’għandhiex tiġi ttrattata b’mod differenti. Dawn it-tranżazzjonijiet, jekk inhuma interdipendenti, għalhekk jikkostitwixxu konċentrazzjoni unika.

(43)

Il-kondizzjonalità meħtieġa timplika li ebda waħda mit-tranżazzjonijiet ma sseħħ mingħajr l-oħrajn u għalhekk jikkostitwixxu operazzjoni waħda. (48) Din il-kondizzjonalità normalment tintwera jekk it-tranżazzjonijiet huma marbutin de jure, i.e. l-ftehimiet stess huma marbutin b’kondizzjonalità reċiproka. Jekk tista’ tintwera l-kondizzjonalità de facto b’mod sodisfaċenti, tista’ tkun biżżejjed biex it-tranżazzjonijiet jiġu ttrattati bħala konċentrazzjoni waħda. Dan jinħtieġ evalwazzjoni ekonomika ta' jekk kull waħda mit-tranżazzjonijiet tiddependix neċessarjament fuq il-konklużjonijiet ta' l-oħrajn (49). Indikazzjonijiet ulterjuri ta' l-interdipendenza ta' bosta tranżazzjonijiet jistgħu jkunu d-dikjarazzjonijiet tal-partijiet jew il-konklużjoni simultanja tal-ftehimiet rilevanti. Konklużjoni ta' l-interkondizzjonalità de facto ta' bosta tranżazzjonijiet hija diffiċli li tintlaħaq fin-nuqqas li jkunu simultanji. Nuqqas pronunzjat ta' simultanjetà ta' tranżazzjonijiet legalment interkondizzjonali jista’ bl-istess mod iġib dubji dwar l-interdipendenza vera tagħhom.

(44)

Il-prinċipju li bosta tranżazzjonijiet jistgħu jiġu ttrattati bħala konċentrazzjoni unika taħt il-kondizzjonijiet imsemmija jgħodd biss jekk ir-riżultat huwa li l-kontroll ta' waħda mill-impriżi jiġi akkwistat mill-istess persuna/i jew impriża/i. L-ewwel dan jista’ jkun il-każ jekk negozju wieħed jew impriża waħda j/tinkiseb permezz ta' bosta tranżazzjonijiet legali. It-tieni, l-akkwist tal-kontroll ta' bosta impriżi wkoll – li jikkostitwixxu konċentrazzjonijiet fihom infushom – jistgħu jiġu marbuta b’tali mod li jikkostitwixxu konċentrazzjoni waħda. Iżda mhuwiex possibbli taħt ir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet li jiġu marbuta tranżazzjonijiet legali differenti li jikkonċernaw biss parzjalment l-akkwist tal-kontroll ta' l-impriżi, iżda wkoll parzjalment l-akkwist ta' assi oħrajn, bħall-interessi minoritarji li ma jikkontrollawx f’kumpanniji oħrajn. Ma jkunx skond il-qafas u l-għan ġenerali tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet jekk tranżazzjonijiet differenti, marbuta bil-kondizzjonalità, jiġu stmati f’daqqa taħt ir-Regolamenti dwar l-Amalgamazzjonijiet jekk xi wħud biss minn dawn it-tranżazzjonijiet iwasslu għal tibdil fil-kontroll ta' impriża mmirata definita.

(45)

Konċentrazzjoni waħda għalhekk tista’ teżisti jekk l-istess xerrejj(a) jakkwista/jakkwistaw l-kontroll ta' negozju wieħed, jiġifieri entità ekonomika waħda, permezz ta' bosta tranżazzjonijiet legali jekk dawk huma inter-kondizzjonali. Dan huwa l-każ irrispettivament minn jekk in-negozju jiġix akkwistat fi struttura korporattiva, li tikkonsisti minn waħda jew minn bosta kumpanniji, jew jekk jiġux akkwistati bosta assi li jiffurmaw negozju wieħed, jiġifieri entità ekonomika waħda amministrata għal skop kummerċjali komuni li għaliha jikkontribwixxu l-assi kollha. Negozju bħal dan jista’ jinkludi interessi tal-maġġoranza u tal-minoranza fil-kumpanniji kif ukoll assi tanġibbli u intanġibbli. Jekk bosta tranżazzjonijiet legali li huma interdipendenti huma meħtieġa li jittrasferixxu negozju bħal dan, dawn it-tranżazzjonijiet jikkostitwixxu konċentrazzjoni waħda (50).

(46)

Biex bosta akkwisti tal-kontroll jiġu ttrattati bħala konċentrazzjoni unika, qamu bosta sitwazzjonijiet fil-prattika tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fl-imgħoddi. Sitwazzjoni bħal din hija l-akkwist parallel tal-kontroll, jiġifieri l-impriża A takkwista l-kontroll ta' l-impriżi B u C b’mod parallel minn bejjiegħa separati b’kondizzjoni li A mhi obbligata li tixtri l-ebda waħda minnhom u l-ebda wieħed mill-bejjiegħa mhu obbligat ibiegħ, kemm-il darba ma jipproċedux iż-żewġ tranżazzjonijiet (51). Sitwazzjoni oħra hija l-akkwist serjali tal-kontroll, jiġifieri l-impriża A takkwista il-kontroll ta' l-impriża B bil-kondizzjoni li B qabel jew fl-istess ħin takkwista lill-impriża C, kif jidher fil-każ ta' Kingfisher (52).

(47)

Bl-istess mod bħas-sitwazzjoni ta' Kingfisher, il-Kummissjoni tħares lejn każijiet fejn, fi tranżazzjoni serjali, impriża taqbel li takkwista l-ewwel il-kontroll esklużiv ta' l-impriża mmirata, bl-għan li terġa’ tbiegħ direttament partijiet mill-interess akkwistat fl-impriża mmirata lil impriża oħra, li fl-aħħar jirriżulta fil-kontroll konġunt taż-żewġ akkwirenti fuq l-impriża. Jekk iż-żewġ akkwisti huma inter-kondizzjonali, iż-żewġ tranżazzjonijiet jikkostitwixxu konċentrazzjoni unika u l-Kummissjoni tqis il-kibsa tal-kontroll konġunt biss, bħala r-riżultat finali tat-tranżazzjonijiet (53).

1.5.3.   Serje ta' tranżazzjonijiet fis-sigurtajiet

(48)

Il-premessa 20 tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet tispjega ulterjorment li konċentrazzjoni waħda sseħħ ukoll f’każijiet fejn il-kontroll fuq impriża waħda jiġi akkwistat permezz ta' serje ta' tranżazzjonijiet minn bejjiegħ wieħed jew bosta bejjiegħa, li jsiru fi ħdan żmien raġonevolment qasir. Il-konċentrazzjoni f’dawn ix-xenarji mhijiex limitata għall-akkwist tas-sehem “wieħed u deċiżiv”, iżda tkopri l-akkwisti kollha tas-sigurtajiet li jsiru fiż-żmien raġonevolment qasir.

1.5.4.   Is-subparagrafu 2 ta' l-Artikolu 5(2)

(49)

Is-subparagrafu 2 ta' l-Artikolu 5(2) jipprovdi regola speċifika li tippermetti lill-Kummissjoni tqis tranżazzjonijiet suċċessivi li jseħħu f’perjodu fiss bħala konċentrazzjoni waħda sabiex tikkalkula l-valur tal-bejgħ ta' l-impriżi kkonċernati. L-għan ta' din id-dispożizzjoni hija li jiġi żgurat li l-istess persuni ma jaqsmux tranżazzjoni f’serje ta' bejgħ ta' assi tul perjodu ta' żmien, bl-għan li jevitaw il-kompetenza mogħtija lill-Kummissjoni mir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet (54).

(50)

Jekk żewġ tranżazzjonijiet jew aktar (li kull waħda twassal għall-akkwist tal-kontroll) iseħhu f’perjodu ta' sentejn bejn l-istess persuni jew impriżi, dawn jikkwalifikaw bħala konċentrazzjoni waħda (55), irrespettivament minn jekk dawn it-tranżazzjonijiet humiex relatati għal partijiet ta' l-istess negozju jew jikkonċernawx l-istess settur. Din id-dispożizzjoni ma tapplikax fejn l-istess persuni jew impriżi huma marbuta ma' persuni jew impriżi oħrajn għal xi ftit mit-tranżazzjonijiet involuti biss. Huwa biżżejjed jekk jt-tranżazzjonijiet, għalkemm mhux imwettqa bejn l-istess kumpanniji, isiru bejn kumpanniji li jappartjenu għall-istess gruppi rispettivi. Id-dispożizzjoni tgħodd ukoll għal żewġ tranżazzjonijiet jew aktar bejn l-istess persuni jew impriżi jekk jitwettqu fl-istess ħin. Kulmeta jwasslu għal akkwisti ta' kontroll mill-istess impriża, dawn it-tranżazzjonijiet simultanji bejn l-istess partijiet jiffurmaw konċentrazzjoni waħda wkoll jekk ma humiex kondizzjonati fuq xulxin (56). Madankollu, is-subparagrafu 2 ta' l-Artikolu 5(2) ma jidhirx li japplika għal tranżazzjonijiet differenti f’każijiet li mill-inqas wieħed minnhom jinvolvi impriża konċernata li hija distinta mill-bejjiegħ(a) u x-xerrej(ja) komuni. F’sitwazzjonijiet li jinvolvu żewġ tranżazzjonijiet fejn tranżazzjoni waħda tirriżulta f’kontroll esklużiv u l-oħra f’kontroll konġunt, għalhekk ma jgħoddx is-subparagrafu 2 ta' l-Artikolu 5(2) kemm-il darba l-prinċipali l-oħra/jn li tikkontrolla/jikkontrollaw konġuntament fit-tieni tranżazzjoni hija/huma l-bejjiegħ(a) ta' l-interess li jikkontrolla b'mod eskużiv fl-ewwel tranżazzjoni.

1.6.   Ir-ristrutturar intern

(51)

Konċentrazzjoni fis-sens tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet hija limitata għal tibdil fil-kontroll. Ristrutturar intern fi grupp ta' kumpanniji ma jikkostitwixxix konċentrazzjoni. Dan jgħodd, per eżempju, għal żidiet mhux akkumpanjati minn tibdil fil-kontroll jew fl-operazzjonijiet tar-ristrutturar bħal amalgamazzjoni ta' kumpannija elenkata darbtejn f’entità legali unika jew amalgamazzjoni tas-sussidjarji. Konċentrazzjoni tista’ tirriżulta biss jekk l-operazzjoni twassal għal tibdil fil-kwalità tal-kontroll ta' impriża waħda u għalhekk m’għadhiex purament interna.

1.7.   Konċentrazzjonijiet li jinvolvu impriżi ta' l-Istat

(52)

Teżisti sitwazzjoni eċċezzjonali fejn kemm l-impriża akkwirenti kif ukoll dik akkwistata huma kumpanniji ta' l-istess Stat (jew ta' l-istess entità pubblika jew muniċipalità). F’dan il-każ, jekk l-operazzjoni għandhiex titqies bħala ristrutturar intern jiddependi fuq il-kwistjoni jekk iż-żewġ intrapriżi qabel kinux parti mill-istess unità ekonomika. Fejn l-impriżi qabel kienu parti minn unitajiet ekonomiċi differenti li għandhom setgħa indipendenti ta' deċiżjoni, l-operazzjoni titqies li tikkostitwixxi konċentrazzjoni u mhux ristrutturar intern (57). Iżda, fejn l-unitajiet ekonomiċi differenti jkomplu jkollhom setgħa ta' deċiżjoni indipendenti wkoll wara l-operazzjoni, l-operazzjoni għandha titqies biss bħala ristrutturar intern, ukoll jekk l-ishma fl-impriżi, li jikkostitwixxu unitajiet ekonomiċi differenti, għandhom jinżammu minn entità waħda, bħal kumpannija li hija purament tat-tip holding  (58).

(53)

Iżda, il-prerogattivi eżerċitati minn Stat li jaġixxi bħala awtorità pubblika minflok bħala azzjonist, sa fejn huma limitati għall-protezzjoni ta' l-interess pubbliku, ma jikkostitwixxux kontroll fis-sens tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet sa fejn ma għandhom la l-għan u lanqas l-effett li jippermettu lill-Istat jeżerċita influwenza deċiżiva fuq l-attività ta' l-impriża (59).

2.   Il-kontroll esklużiv

(54)

Il-kontroll esklużiv jiġi akkwistat jekk impriża waħda, waħedha, tista’ teżerċita influwenza deċiżiva fuq impriża. Żewġ sitwazzjonijiet ġenerali li fihom impriża għandha l-kontroll esklużiv jistgħu jiġu distinti. L-ewwel, l-impriża li għandha l-kontroll esklużiv għandha s-setgħa li tiddetermina d-deċiżjonijiet kummerċjali strateġiċi ta' l-impriża l-oħra. Din is-setgħa tinkiseb tipikament bl-akkwist ta' maġġoranza tad-drittijiet tal-votazzjoni f’kumpannija. It-tieni, sitwazzjoni li wkoll tagħti l-kontroll esklużiv teżisti fejn azzjonist wieħed biss jista’ jwaqqaf deċiżjonijiet strateġiċi f’impriża, iżda dan l-azzjonist m’għandux is-setgħa, waħdu, li jimponi dawn id-deċiżjonijiet (l-hekk imsejjaħ kontroll esklużiv negattiv). F’dawn iċ-ċirkostanzi, azzjonist wieħed għandu l-istess livell ta' influwenza bħal dak li normalment igawdi azzjonist individwali li jikkontrolla kumpannija konġuntament, jiġifieri s-setgħa li jimblokka l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet strateġiċi. B’kuntrast għas-sitwazzjoni f’kumpannija kkontrollata konġuntament, m’hemm l-ebda azzjonist ieħor li jgawdi mill-istess livell ta' influwenza u l-azzjonist li jgawdi l-kontroll esklużiv negattiv m'għandux bilfors jikkoopera ma' azzjonisti oħrajn speċifiċi fid-determinazzjoni ta' l-imġiba strateġika ta' l-impriża kkontrollata. Ladarba dan l-azzjonist jista’ jipproduċi sitwazzjoni ta' nuqqas ta' qbil, l-azzjonist jakkwista influwenza deċiżiva fis-sens ta' l-Artikolu 3 (2) u għalhekk il-kontroll fis-sens tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet (60).

(55)

Il-kontroll esklużiv jista’ jiġi akkwistat fuq bażi de jure u/jew de facto.

(56)

Il-kontroll esklużiv normalment jiġi akkwistat fuq bażi legali fejn impriża takkwista il-maġġoranza tad-drittijiet tal-votazzjoni ta' kumpannija. Fin-nuqqas ta' elementi oħrajn, akkwist li ma jinkludix maġġoranza tad-drittijiet tal-votazzjoni normalment ma jagħtix kontroll ukoll jekk jinvolvi l-akkwist ta' maġġoranza tal-kapital ta' l-ishma. Meta l-istatut ta' kumpannija jeħtieġ supermaġġoranza għal deċiżjonijiet strateġiċi, l-akkwist ta' maġġoranza sempliċi tad-drittijiet tal-votazzjoni jista’ ma jagħtix is-setgħa li tiddetermina d-deċiżjonijiet strateġiċi, iżda jista’ jkun biżżejjed biex jingħata dritt ta' imblukkar fuq l-akkwirent u għalhekk il-kontroll negattiv.

(57)

Ukoll fil-każ ta' minoranza ta' ishma, il-kontroll esklużiv jista’ jsir fuq bażi legali fejn id-detenzjoni ta' ishma għandha drittijiet speċifiċi annessi magħha. Dawn jistgħu jkunu ishma preferenzjali li magħhom hemm annessi drittijiet speċjali li jippermettu lill-azzjonist minoritarju jiddetermina l-imġiba kummerċjali strateġika tal-kumpannija mmirata, bħas-setgħa li wieħed jaħtar aktar minn nofs tal-membri tal-bord tas-sorveljanza jew il-bord amministrattiv. Il-kontroll esklużiv jista’ wkoll jiġi eżerċitat minn azzjonist minoritarju li għandu d-driitt jamministra l-attivitajiet tal-kumpannija u jiddetermina l-politika kummerċjali fuq il-bażi ta' l-istruttura organizzazzjonali (per eżempju, bħala msieħeb ġenerali fi sħubija limitat li spiss lanqas ikollu ishma).

(58)

Sitwazzjoni tipika ta' kontroll esklużiv negattiv isseħħ fejn l-azzjonist għandu 50 % ta' impriża filwaqt li l-50 % l-oħra huma ta' bosta azzjonisti oħrajn (bl-ipoteżi li dan ma jwassalx għal kontroll esklużiv pożittiv fuq bażi de facto), jew fejn hija meħtieġa supermaġġoranza għal deċiżjonijiet strateġiċi li fil-fatt tagħti dritt ta' veto fuq azzjonist wieħed biss, irrispettivament minn jekk l-azzjonist għandux maġġoranza jew minoranza (61).

(59)

Azzjonist li għandu minoranza jista’ wkoll jitqies li għandu l-kontroll esklużiv fuq bażi de facto. B’mod partikolari dan huwa l-każ fejn l-azzjonist x’aktarx jakkwista maġġoranza fil-laqgħa ta' l-azzjonisti, minħabba l-livell ta' l-ishma tiegħu u l-evidenza li tirriżulta mill-preżenza ta' l-azzjonisti fil-laqgħat ta' l-azzjonisti fis-snin ta' qabel (62). Fuq bażi tat-tendenzi tal-votazzjoni fl-imgħoddi, il-Kummissjoni tagħmel analiżi prospettiv u tqis it-tibdil prevedibbli fil-preżenza ta' l-azzjonisti li jista’ jsir fil-futur wara l-operazzjoni (63). Il-Kummissjoni mbagħad tanalizza l-pożizzjoni ta' azzjonisti oħrajn u tistma r-rwol tagħhom. Il-kriterji għal tali evalwazzjoni huma b’mod partikolari jekk l-ishma li jifdal humiex imxerrda ħafna, jekk azzjonisti oħrajn importanti għandhomx konnessjonijiet strutturali, ekonomiċi jew familjali ma' l-azzjonist minoritarju l-kbir jew hekk azzjonisti oħrajn għandhomx interess strateġiku jew purament finanzjarju fl-impriża mmirata; dawn il-kriterji jiġu evalwati f’kull każ għalihom (64). Fejn, fuq il-bażi ta' l-ishma, it-tendenza storika tal-votazzjoni fil-laqgħa ta' l-azzjonisti u l-pożizzjoni ta' azzjonisti oħrajn, azzjonist tal-minoranza x’aktarx ikollu maġġoranza stabbli tal-voti fil-laqgħa ta' l-azzjonisti, allura dak l-azzjonist minoritarju l-kbir huwa meqjus li għandu l-kontroll esklużiv (65).

(60)

Għażla li jinxtraw jew jiġu konvertiti l-ishma ma tistax waħedha tagħti l-kontroll esklużiv kemm-il darba l-għażla se tiġi eżerċitata fil-futur qrib skond ftehimiet li jorbtu legalment (66). Iżda f’ċirkostanzi eċċezzjonali għażla, flimkien ma' elementi oħrajn, jistgħu jwasslu għall-konklużjoni li hemm kontroll esklużiv de facto  (67).

(61)

Minbarra l-akkwist tal-kontroll esklużiv fuq il-bażi tad-drittijiet tal-votazzjoni, japplikaw ukoll il-konsiderazzjonijiet sottolinejati fit-taqsima 1.2 dwar l-akkwist tal-kontroll esklużiv bix-xiri ta' l-assi, bil-kuntratt jew bi kwalunkwe mezz ieħor.

3.   Il-kontroll konġunt

(62)

Il-kontroll konġunt jeżisti fejn żewġ impriżi jew persuni jew aktar għandhom il-possibbiltà li jeżerċitaw influwenza deċiżiva fuq impriża oħra. L-influwenza deċiżiva f’dan is-sens normalment tfisser is-setgħa li jiġu mblukkati azzjonijiet li jiddeterminaw l-imġiba strateġika kummerċjali ta' impriża. B’mod differenti mill-kontroll esklużiv, li jagħti lil azzjonist speċifiku s-setgħa li jiddetermina d-deċiżjonijiet strateġiċi f’impriża, il-kontroll konġunt huwa kkaratterizzat mill-possibbiltà ta' sitwazzjoni ta' nuqqas ta' qbil li tirriżulta mis-setgħa ta' żewġ kumpanniji prinċipali jew aktar li jiċħdu d-deċiżjonijiet strateġiċi proposti. Għalhekk, dawn l-azzjonisti għandhom jilħqu ftehim komuni fid-determinazzjoni tal-politika kummerċjali ta' l-impriża konġunta u huma meħtieġa jikkooperaw (68).

(63)

Fil-każ tal-kontroll esklużiv, l-akkwist tal-kontroll konġunt jista’ wkoll jiġi stabbilit fuq bażi de jure jew de facto. Hemm kontroll konġunt jekk l-azzjonisti (il-kumpanniji prinċipali) għandhom jilħqu ftehim fuq deċiżjonijiet ewlenin dwar l-impriża kkontrollata (l-impriża konġunta).

3.1.   L-ugwaljanza fid-drittijiet tal-votazzjoni jew il-ħatra għall-entitajiet li jieħdu d-deċiżjonijiet

(64)

Il-forma l-aktar ċara tal-kontroll konġunt teżisti fejn hemm biss żewġ kumpanniji prinċipali li jaqsmu ndaqs bejniethom id-drittijiet tal-votazzjoni fl-impriża konġunta. F’dan il-każ, mhuwiex neċessarju li jeżisti ftehim formali bejniethom. Iżda, fejn hemm ftehim formali, għandu jkun konsistenti mal-prinċipju ta' l-ugwaljanza bejn il-kumpanniji prinċipali, billi jistabbilixxi, per eżempju, li kull waħda hija intitolata għall-istess numru ta' rappreżentanti fl-entitajiet ta' ġestjoni u li ebda mill-membri m’għandu vot deċiżiv (69). L-ugwaljanza tista’ wkoll tinkiseb fejn iż-żewġ kumpanniji prinċipali  għandhom id-dritt li jaħtru għadd indaqs ta' membri fl-entitajiet li jieħdu d-deċiżjonijiet ta' l-impriża konġunta.

3.2.   Id-drittijiet ta' veto

(65)

Il-kontroll konġunt jista’ jeżisti wkoll fejn m’hemm ebda ugwaljanza bejn iż-żewġ kumpanniji prinċipali fil-voti jew fir-rapprentanza fl-entitajiet li jieħdu d-deċiżjonijiet jew fejn hemm aktar minn żewġ kumpanniji prinċipali. Dan huwa l-każ fejn l-azzjonisti tal-minoranza għandhom drittijiet addizzjonali li jippermettuhom jimblukkaw deċiżjonijiet li huma essenzjali għall-imġiba strateġika kummerċjali ta' l-impriża konġunta (70). Dawn id-drittijiet ta' veto jistgħu jkunu stabbiliti fl-istatut ta' l-impriża konġunta jew mogħtija bi ftehim bejn il-kumpanniji prinċipali tagħha. Id-drittijiet ta' veto stess jistgħu joperaw permezz ta' kworum speċifiku meħtieġ għad-deċiżjonijiet meħuda fil-laqgħa ta' l-azzjonisti jew mill-bord tad-diretturi sal-grad li l-kumpanniji huma rrappreżentati fuq dan il-bord. Huwa wkoll possibbli li d-deċiżjonijiet strateġiċi huma soġġetti għall-approvazzjoni ta' entità, eż., bord tas-sorveljanza, fejn l-azzjonisti tal-minoranza huma rappreżentati u jiffurmaw parti mill-kworum meħtieġ għal dawn id-deċiżjonijiet.

(66)

Dawn id-drittijiet ta' veto għandhom ikunu relatati ma' deċiżjonijjiet strateġiċi dwar il-politika ta' l-impriża konġunta. Għandhom imorru lil minn mid-drittijiet ta' veto normalment mogħtija lill-azzjonisti tal-minoranza sabiex jiġu mħarsa l-interessi finanzjarji tagħhom bħala investituri fl-impriża konġunta. Din il-protezzjoni normali ta' l-azzjonisti tal-minoranza hija rrelatata ma' deċiżjonijiet dwar l-essenza ta' l-impriża konġunta, bħal tibdil fl-istatut, żjieda jew tnaqqis fil-kapital, jew likwidazzjoni. Dritt ta' veto, per eżempju, li jrażżan il-bejgħ jew il-likwidazzjoni ta' l-impriża konġunta ma jagħtix kontroll konġunt lill-azzjonist tal-minoranza kkonċernat (71).

(67)

B’kuntrast, id-drittijiet ta' veto li jagħtu l-kontroll konġunt tipikament jinkludu deċiżjonijiet dwar il-kwistjonijiet bħalma huma l-baġit, il-pjan kummerċjali, l-investimenti ewlenin jew il-ħatra ta' maniġers fi grad ogħli. L-akkwist tal-kontroll konġunt, madankollu, ma jeħtieġx li l-akkwirent ikollu s-setgħa ll jeżerċita influwenza deċiżiva fuq il-ġestjoni ta' kuljum ta' impriża. L-element kruċjali huwa li d-drittijiet tal-veto huma biżżejjed biex jippermettu lill-kumpanniji prinċipali jeżerċitaw tali influwenza konnessa ma' l-imġiba strateġika kummerċjali ta' l-impriża konġunta. Ukoll, mhuwiex meħtieġ li jiġi stabbilit li min jikseb il-kontroll konġunt ta' l-impriża konġunta attwalment se jagħmel użu mill-influwenza tiegħu. Il-possibbiltà li tiġi eżerċitata din l-influwenza u, għalhekk, hija biżżejjed is-sempliċi eżistenza tad-drittijiet tal-veto.

(68)

Sabiex jiġi akkwistat il-kontroll konġunt, mhuwiex neċessarju li azzjonist fil-minoranza jkollu d-drittijiet tal-veto kollha msemmija hawn fuq. Jista’ jkun biżżejjed li xi wħud biss, jew wieħed biss, minn dawn id-drittijiet jeżistu. Jekk dan ikunx il-każ jiddependi fuq il-kontenut preċiż tad-dritt tal-veto stess u wkoll fuq l-importanza ta' dan id-dritt fil-kuntest tan-negozju speċifiku ta' l-impriża konġunta.

(69)

Importanti ħafna huma d-drittijiet tal-veto li jikkonċernaw id-deċiżjonijiet dwar il-ħatra u t-tneħħija ta' maniġers fi grad ogħli u l-approvazzjoni tal-baġit. Din is-setgħa li biha tiġi ko-determinata l-istruttura tal-maniġers fi grad ogħli, bħal pereżempju l-membri tal-bord, ġeneralment tagħti lid-detentur is-setgħa li jeżerċita influwenza deċiżiva fuq il-politika kummerċjali ta' impriża. L-istess jgħodd fir-rigward ta' deċiżjonijiet dwar il-baġit għaliex il-baġit jiddetermina l-qafas preċiż ta' l-attivitajiet ta' l-impriża konġunta u, b’mod partikolari, l-investimenti li tista’ tagħmel.

(70)

Il-pjan kummerċjali normalment jipprovdi dettalji dwar l-għanijiet ta' kumpannija flimkien mal-miżuri li għandhom jittieħdu biex jinkisbu dawn l-għanijiet. Dritt ta' veto fuq dan it-tip ta' pjan kummerċjali jista’ jkun biżżejjed sabiex jingħata l-kontroll konġunt ukoll fin-nuqqas ta' kwalunkwe dritt ieħor tal-veto. B’kuntrast, fejn il-pjan kummerċjali jkun fih biss dikjarazzjonijiet dwar l-għanijiet kummerċjali ta' l-impriża konġunta, l-eżistenza ta' dritt tal-veto jkun biss element wieħed fl-evalwazzjoni ġenerali tal-kontroll konġunt iżda waħdu ma jkunx biżżejjed biex jagħti l-kontroll konġunt.

(71)

Fil-każ ta' dritt ta' veto fuq l-investimenti, l-importanza ta' dan id-dritt jiddependi, l-ewwel, fuq il-livell ta l-investimenti li huma soġġetti għall-approvazzjoni tal-kumpanniji prinċipali u, it-tieni, fuq l-estent sa fejn l-investimenti jikkostitwixxu karatteristika essenzjali tas-suq fejn hija attiva l-impriża konġunta. Fir-rigward ta' l-ewwel kriterji, fejn il-livell ta' l-investimenti li jinneċessitaw l-approvazzjoni tal-kumpanniji prinċipali huwa estremament għoli, dan id-dritt ta' veto jista’ jkun eqreb għall-ħarsien normali ta' l-interessi ta' azzjonist minoritarju milli għal dritt li jagħti s-setgħa ta' ko-determinazzjoni fuq il-politika kummerċjali ta' l-impriża konġunta. Fir-rigward tat-tieni, il-politika ta' l-investiment ta' impriża hija normalment element importanti biex jiġi evalwat jekk hemmx kontroll konġunt jew le. Iżda, jista’ jkum hemm xi swieq fejn l-investiment m’għandux rwol sinifikanti fl-imġiba ta' impriża fis-suq.

(72)

Minbarra d-drittijiet ta' veto tipiċi msemmija hawn fuq, jeżistu għadd ta' drittijiet ta' veto oħrajn possibbli li huma relatati ma' deċiżjonijiet speċifiċi li huma importanti fil-kuntest tas-suq partikolari ta' l-impriża konġunta. Eżempju wieħed hija d-deċiżjoni dwar it-teknoloġija li se tintuża mill-impriża konġunta fejn it-teknoloġija hija karatteristika ewlenija ta' l-attivitajiet ta' l-impriża konġunta. Eżempju ieħor huwa relatat mas-swieq karatterizzati minn differenzjament tal-prodott u livell sinifikanti ta' innovazzjoni. F’dawn is-swieq, dritt ta' veto fuq id-deċiżjonijiet relatati ma' linji ġodda ta' prodotti li għandhom jiġu żviluppati mill-impriża konġunta jistgħu wkoll ikunu element importanti biex jiġi stabbilit il-kontroll konġunt.

(73)

Fl-evalwazzjoni ta' l-importanza relattiva tad-drittijiet tal-veto, fejn hemm għadd minnhom, dawn id-drittijiet m’għandhomx jiġu evalwati għal rashom. Anzi, id-determinazzjoni jekk jeżistix il-kontroll konġunt hija bbażata fuq evalwazzjoni ta' dawn id-drittijiet b’mod ġenerali. Iżda dritt ta' veto li ma jirrelatax għall-politika kummerċjali strateġika, għall-ħatra ta' maniġers fi grad ogħli jew għall-baġit jew il-pjan kummerċjali ma jistax jitqies li jagħti l-kontroll konġunt lill-proprjetarju (72).

3.3.   L-eżerċizzju konġunt tad-drittijiet tal-votazzjoni

(74)

Ukoll fin-nuqqas ta' drittijiet ta' veto speċifiċi, żewġ impriżi jew aktar li jakkwistaw ishma minoritarji f’impriża oħra jistgħu jakkwistaw l-kontroll konġunt. Dan jista’ jkun il-każ fejn l-ishma minoritarji flimkien jipprovdu l-mezzi biex tiġi kkontrollata l-impriża mmirata. Dan ifisser li l-azzjonisti minoritarji, flimkien, ikollhom maġġoranza tad-drittijiet tal-votazzjoni u jaġixxu flimkien fl-eżerċizzju ta' dawn id-drittijiet tal-votazzjoni. Dan jista’ jirriżulta fi ftehim li jorbot legalment f’dan is-sens, jew jista’ jiġi stabbilit fuq bażi de facto.

(75)

Il-mezzi legali biex jiġi żgurat l-eżerċizzju konġunt tad-drittijiet tal-votazzjoni jistgħu jkunu fil-forma ta' impriża (ikkontrollata konġuntament) li hija kumpannija holding li lilha l-azzjonisti minoritarji jittrasferixxu d-drittijiet tagħhom, jew ftehim li bih jintrabtu li jaġixxu bl-istess mod (ftehim ta' l-ippuljar).

(76)

Eċċezzjonalment ħafna, fejn jeżistu interessi komuni qawwijin bejn l-azzjonisti minoritarji l-azzjoni kollettiva tista’ ssir fuq bażi de facto li effettivament ma jaġixxux kontra xulxin fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom relatati ma' l-impriża konġunta. Madankollu, aktar ma jkun kbir l-għadd ta' kumpanniji prinċipali involuti f’tali impriża konġunta, aktar ma tkun remota l-possibbiltà li jsir dan.

(77)

Indikattiv ta' interessi komuni bħal dawn huwa livell għoli ta' dipendenza reċiproka bejn il-kumpanniji prinċipali biex jilħqu l-għanijiet strateġiċi ta' l-impriża konġunta. B’mod partikolari dan huwa l-każ meta kull kumpannija prinċipali tipprovdi kontribuzzjoni għall-impriża konġunta li hija vitali għall-operazzjoni tagħha (eż., teknoloġiji speċifiċi, għarfien lokali jew ftehimiet tal-provvediment) (73). F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-kumpanniji prinċipali jistgħu jkunu jistgħu jimblukkaw id-deċiżjonijiet strateġiċi ta' l-impriża konġunta u, għalhekk, jistgħu jħaddmu lill-impriża konġunta b’suċċess biss bi qbil bejn xulxin dwar id-deċiżjonijiet strateġiċi, ukoll hekk m’hemm ebda dispożizzjoni espressa għal drittijiet ta' veto. Għalhekk il-kumpanniji prinċipali jkunu meħtieġa jikkooperaw (74). Fatturi oħrajn huma l-proċeduri biex jittieħdu d-deċiżjonijiet li huma mfassla b’tali mod li jippermettu lill-kumpanniji prinċipali jeżerċitaw il-kontroll konġunt ukoll fin-nuqqas ta' ftehimiet espliċiti li jagħtu drittijiet ta' veto jew konnessjonijiet oħrajn bejn l-azzjonisti minoritarji u l-impriża konġunta (75).

(78)

Sitwazzjoni bħal din tista’ mhux biss tinsab f’sitwazzjoni fejn żewġ azzjonisti minoritarji jew aktar jikkontrollaw konġuntament impriża fuq bażi de facto, iżda wkoll fejn hemm dipendenza qawwija ta' azzjonist maġġoritarju fuq azzjonist minoritarju. Dan jista’ jkun il-każ fejn l-impriża konġunta tiddependi ekonomikament u finanzjarjament fuq l-azzjonist minoritarju jew fejn l-azzjonist minoritarju biss għandu l-kapaċita meħtieġa għal, u jkollu rwoll importanti fl-operazzjoni ta' l-impriża konġunta filwaqt li l-azzjonist maġġoritarju huwa sempliċement investitur finanzjarju (76). F’dawn il-każijiet, l-azzjonist maġġoritarju ma jkunx jista’ jsaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu, iżda s-sieħeb fl-impriża konġunta jista’ jkun jista’ jimblokka d-deċiżjonijiet strateġiċi sabiex iż-żewġ impriżi prinċipali ikunu jeħtieġu jikkooperaw b’mod permanenti. Dan iwassal għal sitwazzjoni ta' kontroll konġunt de facto li tipprevali fuq valutazzjoni purament de jure skond liema l-azzjonist maġġoritarju seta’ jitqies li għandu l-kontroll esklużiv.

(79)

Dawn il-kriterji japplikaw għall-formazzjoni ta' impriża konġunta ġdida kif ukoll għall-akkwisti ta' ishma minoritarji, li fl-istess ħin jikkonferixxu l-kontroll konġunt. Fil-każ ta' akkwisti ta' ishma, hemm probabbiltà ogħla ta' interess komuni jekk l-ishma huma akkwistati permezz ta' azzjoni miftiehma. Iżda, akkwist permezz ta' azzjoni miftiehma waħdu mhux biżżejjed sabiex jiġi stabbilit il-kontroll konġunt de facto. B’mod ġenerali, interess komuni bħala investituri finanzjarji (jew kredituri) ta' kumpannija fi dħul lura fuq investiment ma jikkostitwixxix interess komuni li jwassal għall-eżerċizzju tal-kontroll konġunt de facto.

(80)

Fin-nuqqas ta' interessi komuni qawwija bħal dawk sottolinjati hawn fuq, il-possibbiltà li jinbidlu l-koalizzjonijiet bejn l-azzjonisti minoritarji normalment teskludi l-assunzjoni tal-kontroll konġunt. Fejn ma hemm ebda maġġoranza stabbli fil-proċedura tat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-maġġoranza tista’, f’kull okkażjoni, tkun kwalunkwe mill-kombinazzjonijiet differenti possibbli fost l-azzjonisti minoritarji, ma jistax jiġi assunt li l-azzjonisti minoritarji (jew xi grupp minnhom) se jikkontrollaw l-impriża konġuntament (77). F’dan il-kuntest mhuwiex biżżejjed li hemm ftehimiet bejn żewġ partijiet jew aktar li għandhom ishma ndaqs fil-kapital ta' impriża li jistabbilixxu drittijiet u setgħat indentiċi bejn il-partijiet, fejn dawn ma jammontawx għal drittijiet strateġiċi ta' veto. Per eżempju, fil-każ ta' impriża fejn tliet azzjonisti għandhom terz kull wieħed mill-kapital azzjonarju u kull wieħed jagħżel terz mill-membri tal-Bord tad-Diretturi, l-azzjonisti m’għandhomx kontroll konġunt ladarba d-deċiżjonijiet huma meħtieġa jittieħdu fuq il-bażi ta' maġġoranza sempliċi.

3.4.   Konsiderazzjonijiet oħrajn relatati mal-kontroll konġunt

(81)

Il-kontroll konġunt mhuwiex inkompatibbli mal-fatt li waħda mill-kumpanniji prinċipali tgawdi għarfien speċifiku ta' u esperjenza fin-negozju ta' l-impriża konġunta. F’tali każ, il-kumpannija prinċipali l-oħra jista’ jkollha rwol modest jew saħansitra ineżistenti fil-ġestjoni ta' kuljum ta' l-impriża konġunta fejn il-preżenza tagħha hija motivata minn konsiderazzjonijiet ta' natura finanzjarja, ta' strateġiija fit-tul, ta' l-immaġini tal-marka jew ta' politika ġenerali. Iżda, għandha dejjem iżżomm il-possibbltà reali li tikkontesta d-deċiżjonijiet meħuda mill-kumpannija prinċipali l-oħra fuq il-bażi ta' l-ugwaljanza fid-drittijiet tal-votazzjoni jew id-drittijiet ta' ħatra għal entitajiet li jieħdu d-deċiżjonijiet jew ta' drittijiet ta' veto relatati ma' kwistjonijiet strateġiċi. Mingħajr dan, ikun hemm kontroll esklużiv.

(82)

Biex ikun jeżisti l-kontroll konġunt, m’għandux ikun hemm vot deċiżiv għal kumpannija prinċipali waħda biss għax dan iwassal għall-kontroll esklużiv tal-kumpannija li għandha l-vot deċiżiv. Iżda jista’ jkun hemm il-kontroll konġunt meta fil-prattika dan il-vot deċiżiv għandu rilevanza u effettività limitati. Dan jista’ jkun il-każ meta l-vot deċiżiv jista’ jiġi eżerċitat biss wara serje ta' stadji ta' arbitraġġ u attentati ta' rikonċiljazzjoni jew f’qasam limitat ħafna jew jekk l-eżerċizzju tal-vot deċiżiv jikkawża put option li timplika piż finanzjarju serju jew jekk l-interdipendenza reċiproka tal-kumpanniji prinċipali jagħmlilha improbabbli li jiġi eżerċitat il-vot deċiżiv (78).

III.   IT-TIBDIL FIL-KWALITÀ TAL-KONTROLL

(83)

Ir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet ikopri operazzjonijiet li jirriżultaw fl-akkwist tal-kontroll esklużiv jew konġunt, inklużi operazzjonijiet li jwasslu għal tibdil fil-kwalità tal-kontroll. L-ewwel, tibdil bħal dan fil-kwalità tal-kontroll, li jirriżulta f’konċentrazzjoni, iseħħ biss jekk hemm tibdil bejn il-kontroll esklużiv u konġunt. It-tieni, tibdil fil-kwalità tal-kontroll iseħħ bejn xenarji ta' kontroll konġunt qabel u wara t-tranżazzjoni jekk hemm tibdil fl-għadd jew tibdil fl-identità ta' l-azzjonisti li jikkontrollaw. Iżda, ma hemm ebda tibdil fil-kwalità tal-kontroll jekk iseħħ tibdil mill-kontroll esklużiv negattiv għal dak pożittiv. Tibdil bħal dan la jeffettwa l-inċentivi ta' l-azzjonist tal-kontroll negattiv u lanqas in-natura ta' l-istruttura tal-kontroll, għaliex l-azzjonist li jikkontrolla ma kellux neċessarjament għalfejn jikkoopera ma' azzjonisti speċifiċi fiż-żmien meta kien igawdi minn kontroll negattiv. Fi kwalunke każ, sempliċi tibdil fil-livelli ta' l-ishma, mingħajr tibdil fis-setgħat li għandhom f’kumpannija u tal-kompożizzjoni ta' l-istruttura tal-kontroll, ma jikkostitwixxux tibdil fil-kwalità tal-kontroll u għalhekk mhumiex konċentrazzjoni li għandha tiġi nnotifikata.

(84)

Dan it-tibdil fil-kwalità tal-kontroll jiġi diskuss f’żewġ kategoriji: l-ewwel dħul ta' azzjonist wieħed jew aktar ġodda li jikkontrollaw irrispettivament minn jekk jissostitwixxux lill-azzjonisti li jikkontrollaw eżistenti, u t-tieni, tnaqqis fl-għadd ta' azzjonisti li jikkontrollaw.

1.   Dħul ta' azzjonisti li jikkontrollaw

(85)

Dħul ta' azzjonisti ġodda li jikkontrollaw li jwassal għal sitwazzjoni ta' kontroll konġunt jista’ jirriżulta minn tibdil minn kontroll esklużiv għal dak konġunt jew inkella minn dħul ta' azzjonist addizzjonali jew sostituzzjoni ta' wieħed eżistenti f’impriża li diġà hija kkontrollata konġuntament.

(86)

Ċaqliq minn kontroll esklużiv għal dak konġunt jitqies bħala operazzjoni notifikabbli għaliex dan jibdel il-kwalità tal-kontroll ta' l-impriża konġunta. L-ewwel, hemm akkwist ġdid tal-kontroll għall-azzjonist li dieħel fl-impriża kkontrollata. It-tieni, l-akkwist l-ġdid tal-kontroll biss jagħmel lill-impriża kontrollata f’waħda konġunta li jibdel b’mod deċiżiv ukoll is-sitwazzoni għall-impriża kkontrollata li jifdal taħt ir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet: Fil-futur, ikollha tqis l-interessi ta' azzjonist li jikkontrolla jew aktar minn wieħed u hija meħtieġa tikkoopera b’mod permanenti ma' l-azzjonist(i) l-ġdid/ġodda. Qabel, setgħat tiddetermina l-imġiba strateġika ta' l-impriża kkontrollata biss (fil-każ tal-kontroll esklużiv) jew ma kinitx imġiegħla tqis l-interessi ta' azzjonisti speċifiċi oħrajn u ma kinitx imġiegħla tikkoopera ma' dawk l-azzjonisti fuq bażi permanenti.

(87)

Id-dħul ta' azzjonist ġdid f’impriża kkontrollata konġuntament – jew minbarra l-azzjonisti li diġà jikkontrollaw jew minflok xi ħadd minnhom – ukoll jikkostitwixxi konċentrazzjoni notifikabbli, għalkemm l-intrapriża hija kkontrollata konġuntament qabel u wara ċ-ċaqliq (79). L-ewwelnett, ukoll f’din is-sitwazzjoni hemm azzjonist li qed jakkwista mill-ġdid il-kontroll ta' l-impriża konġunta. It-tieni, il-kwalità tal-kontroll ta' l-impriża konġunta hija determinata mill-identità ta' l-azzjonisti kollha li jikkontrollaw. Huwa fin-natura tal-kontroll konġunt li, ladarba kull azzjonist waħdu għandu dritt li jimblokka deċiżjonijiet strateġiċi, l-azzjonisti li jikkontrollaw konġuntament għandhom iqisu l-interessi ta' xulxin u huma meħtieġa jikkooperaw għad-determinazzjoni ta' l-imġiba strateġika ta' l-impriża konġunta (80). Għalhekk in-natura tal-kontroll konġunt ma tiġix eżawrita f’sempliċi addizzjoni matematika tad-drittijiet ta' l-imblukkar li jeżerċitaw bosta azzjonisti, iżda hija ddeterminata mill-kompożizzjoni ta' l-ishma li jikkontrollaw konġuntament. Waħda mis-sitwazzjonijiet l-aktar ovvji li jwasslu għal tibdil deċiżiv ta' l-istruttura tal-kontroll ta' impriża kkontrollata konġuntament hija s-sitwazzjoni fejn f’impriża konġunta kkontrollata konġuntament minn kompetitur ta' l-impriża konġunta u investitur finanzjarju, dan ta' l-aħħar huwa sostitwit minn kompetitur ieħor. F’dawn iċ-ċirkostanzi l-istruttura tal-kontroll u l-inċentivi jistgħu jinbidlu għal kollox, mhux biss minħabba d-dħul ta' l-azzjonist li jikkontrolla l-ġdid, iżda wkoll minħabba t-tibdil fl-imġiba ta' l-azzjonist li jifdal. Is-sostituzzjoni ta' azzjonist li jikkontrolla jew id-dħul ta' azzjonist ġdid f’impriża kkontrollata konġuntament għalhekk jikkostitwixxu tibdil fil-kwalità tal-kontroll (81).

(88)

Madankollu d-dħul ta' azzjonisti ġodda jirriżulta biss f’konċentrazzjoni notifikabbli jekk wieħed mill-bosta azzjonisti jakkwista l-kontroll esklużiv jew konġunt permezz ta' l-operazzjoni. Id-dħul ta' azzjonisti ġodda jista’ jwassal għal sitwazzjoni fejn il-kontroll konġunt la jista’ jiġi stabbilit fuq bażi de jure u lanqas fuq bażi de facto għaliex id-dħul ta' l-azzjonist l-ġdid iwassal għall-konsegwenza li huwa possibbli li jinbidlu l-koalizzjonijiet bejn l-azzjonisti minoritarji (82).

2.   Tnaqqis fin-numru ta' azzjonisti

(89)

Tnaqqis fin-numru ta' azzjonisti li jikkontrollaw jikkostitwixxi tibdil fil-kwalità tal-kontroll u għalhekk għandu jitqies bħala konċentrazzjoni jekk il-ħruġ ta' azzjonist wieħed jew aktar li jikkontrolla jirriżulta minn tibdil mill-kontroll konġunt għal dak esklużiv. L-influwenza deċiżiva eżerċitata esklużivament hija sostanzjalment differenti mill-influwenza deċiżiva eżerċitata konġuntament, għaliex f’din ta' l-aħħar l-azzjonisti li jikkontrollaw konġuntament għandhom iqisu l-interessi potenzjalment differenti tal-parti jew partijiet oħrajn involuti (83).

(90)

Fejn l-operazzjoni tinvolvi tnaqqis fl-għadd ta' azzjonisti li jikkontrollaw konġuntament, mingħajr ma twassal għal tibdil minn kontroll konġunt għal dak esklużiv, it-tranżazzjoni normalment ma twassalx għal konċentrazzjoni notifikabbli.

IV.   L-IMPRIZI KONGUNTI – IL KUNCETT TAL-FUNZJONALITA SHIHA

(91)

L-Artikolu 3(1)(b) jipprovdi li konċentrazzjoni għandha tiġi preżunta meta impriża waħda jew aktar jakkwistaw il-kontroll ta' impriża oħra jew parti minnha. Għalhekk l-akkwist ġdid ta' impriża oħra minn bosta impriżi li jikkontrollaw konġuntament jikkostitwixxi konċentrazzjoni fis-sens tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet. Bħal fil-każ ta' l-akkwist tal-kontroll esklużiv ta' impriża, akkwist bħal dak ta' kontroll konġunt iwassal għal tibdil strutturali fis-suq ukoll jekk, skond il-pjanijiet ta' l-impriżi li qed jakkwistaw, l-impriża akkwistata ma tkompliex titqies ta' funzjonalità sħiħa wara t-tranżazzjoni (eż., minħabba li se tbiegħ esklużivament lill-impriżi prinċipali fil-futur). Għalhekk, tranżazzjoni li tinvolvi bosta impriżi li jakkwistaw l-kontroll konġunt ta' impriża oħra jew ta' partijiet minn impriża oħra, li jilħqu l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 26, minn partijiet terzi tikkostitwixxi konċentrazzjoni skond l-Artikolu 3(1) mingħajr ma jkun meħtieġ li jitqies il-kriterju tal-funzjonalità sħiħa (84).

(92)

Barra minn hekk l-Artikolu 3(4) jipprovdi li l-ħolqien ta' impriża konġunta li twettaq fuq bażi dejjiema, il-funzjonijiet kollha ta' entità ekonomika awtonoma għandha tammonta għal konċentrazzjoni (hekk imsejħa impriżi konġunti bil-funzjonalità sħiħa) għanda tikkostitwixxi konċentrazzjoni fis-sens tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet. Għalhekk il-kriterju tal-funzjonalità sħiħa jiddelinja l-applikjazzjoni tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet għall-ħolqien ta' l-impriżi konġunti mill-partijiet, irrispettivament minn jekk tali impriża konġunta hijjiex maħluqa bħala “greenfield operation” jew jekk il-partijiet jikkontribwixxux assi lill-impriża konġunta li qabel kienu proprjetà individwali tagħhom. F’dawn iċ-ċirkostanzi l-impriża konġunta għandha tilħaq il-kriterju tal-funzjonalità sħiħa sabiex tikkostitwixxi konċentrazzjoni.

(93)

Il-fatt li impriża konġunta jista’ jkollha funzjonalità sħiħa u għalhekk tkun ekonomikament awtonoma minn perspettiva operattiva ma jfissirx li tgawdi l-awtonomija fir-rigward ta' l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet strateġiċi tagħha. Mod ieħor, impriża kkontrollata konġuntament qatt ma tista’ titqies impriża konġunta bil-funzjonalità sħiħa u għalhekk il-kondizzjoni stabbilita fl-Artikolu 3(4) qatt ma tkun imħarsa (85). Għalhekk huwa biżżejjed għall-kriterju tal-funzjonalità sħiħa li l-impriża konġunta hija awtonoma fir-rigward ta' l-operazzjonijiet.

1.   Riżorsi suffiċjenti għall-operat indipendenti f’suq

(94)

Il-karattru tal-funzjonalità sħiħa essenzjalment tfisser li impriża konġunta għandha topera f’suq, u twettaq funzjonijiet normalment inwettqa minn impriżi li joperaw fl-istess suq. Sabiex tagħmel dan, l-impriża konġunta għandu jkollha amministrazzjoni ddedikata għall-operat tagħha ta' kuljum u aċċess għal riżorsi suffiċjenti inklużi l-finanzi, impjegati u assi (tanġibbli u intanġibbli) sabiex twettaq fuq bażi dejjiema l-attivitajiet kummerċjali tagħha fil-qasam provdut fil-ftehim ta' l-impriża konġunta (86). L-impjegati m’għandhomx għalfejn ikunu impjegati ta' l-impriża konġunta stess. Jekk hija l-prattika standard fl-industrija fejn topera l-impriża konġunta, jista’ jkun biżżejjed jekk il-partijiet terzi jippjanaw li jkun hemm impjegati taħt ftehim operattiva jew jekk l-impjegati huma assenjati minn aġenzija temporanja ta' l-impjegati. Is-sekondar ta' impjegati mill-kumpanniji prinċipali jista’ wkoll ikun biżżejjed jekk dan isir jew biss għall-perjodu tal-bidu jew jekk l-impriża konġunta tittratta mal-kumpanniji prinċipali bl-istess mod bħalma tagħmel ma' terzi. Dan il-każ ta' l-aħħar jeħtieġ li l-impriża konġunta tittratta lill-kumpanniji prinċipali b’mod li kien jiġi miftiehem fin-nuqqas ta' relazzjonijiet speċjali u fuq il-bażi ta' kondizzjonijiet kummerċjali normali u li l-impriża konġunta hija wkoll ħielsa li taħtar lill-impjegati tagħha jew li tikseb l-impjegati permezz ta' partijiet terzi.

2.   Attivitajiet lil hinn minn funzjoni waħda speċfika għall-prinċipali

(95)

Impriża konġunta mhijiex ta' funzjonalità sħiħa jekk tieħu biss funzjoni speċifika waħda fl-attivitajiet kummerċjali tal-kumpanniji prinċipali mingħajr ma jkollha aċċess tagħha proprju jew preżenza fis-suq. Dan huwa l-każ, per eżempju, għall-impriżi konġunti limitati għar-riċerka u l-iżvilupp jew għall-produzzjoni. Dawn l-impriżi konġunti huma awżiljarji għall-attivitajiet kummerċjali tal-kumpanniji prinċipali. Dan huwa wkoll il-każ fejn l-impriża konġunta hija essenzjalment limitata għad-distribuzzjoni jew għall-bejgħ tal-prodotti tal-kumpanniji prinċipali tagħha u għalhekk, taġixxi prinċipalment bħala aġenzija tal-bejgħ. Madankollu, il-fatt li impriża konġunta tagħmel użu min-netwerk jew ħanut tad-distribuzzjoni ta' waħda mill-kumpanniji parent tagħha normalment ma jiskwalifikahiex milli tkun ‘bil-funzjonalità sħiħa’ kemm-il darba l-kumpanniji prinċipali qed jaġixxu biss bħala aġenti ta' l-impriża konġunta (87).

(96)

Eżempju frekwenti fejn tqum din il-kwistjoni huma l-impriżi konġunti involuti fil-holding ta' proprjetà immobbli, li huma tipikament stabbliti għal raġunijiet ta' taxxa u raġunijiet oħrajn finanzjarji. Kemm-il darba l-għan ta' l-impriża konġunta jkun limitat għall-akkwist u/jew holding ta' xi proprjetà immobbli għall-kumpanniji prinċipali u tkun ibbażata fuq riżorsi finanzjarji pprovduti mill-kumpanniji prinċipali, normalment ma ttiqiesx li hija ta' funzjonalità sħiħa, għaliex m’għandhiex attività kummerċjali awtonoma u fuq perjodu dewwiem fis-suq u tipikament ma jkollhiex ir-riżorsi meħtieġa sabiex taħdem għal rasha. Dan għandu jiġi distint minn impriżi konġunti li attivament qed jamministraw portafoll ta' proprjetà immobbli u li jaġixxu f’isimhom proprju fis-suq, li tipikament jindika funzjonalità sħiħa (88).

3.   Ir-relazzjonijiet ta' bejgħ/xiri mal-kumpanniji prinċipali

(97)

Il-preżenza qawwija tal-kumpanniji prinċipali fis-swieq ’il fuq jew ’l isfel hija fattur li għandu jitqies meta jiġi stmat il-karattru ta' funzjonalità sħiħa ta' l-impriża konġunta fejn din il-preżenza tirriżulta f’bejgħ jew xiri sostanzjali bejn il-kumpanniji prinċipali u l-impriża konġunta. Il-fatt li, għal perjodu inizjali tal-bidu biss, l-impriża konġunta tiddependi kważi għal kollox fuq il-bejgħ lil jew xiri mill-kumpanniji prinċipali tagħha normalment ma jaffettwax il-karattru tagħha ta' funzjonalità sħiħa. Dan il-perjodu tal-bidu jista’ jkun meħtieġ sabiex l-impriża konġunta tiġi stabbilita fis-suq. Iżda l-perjodu normalment ma jeċċedix tliet snin, skond il-kondizzjonijiet speċifiċi tas-suq ikkonċernat (89).

(98)

Fejn il-bejgħ mill-impriża konġunta lill-kumpanniji prinċipali huwa maħsub li jsir fuq bażi dejjiema, il-mistoqsija essenzjali hija jekk, irrispettivament minn dan il-bejgħ l-impriża konġunta hijiex attrezzata biex ikollha rwol attiv fis-suq u tistax titqies ekonomikament awtonoma minn perspettiva operattiva. F’dan ir-rigward, il-proporzjon relattiv tal-bejgħ magħmul lill-kumpanniji prinċipali tagħha meta mqabbla mal-produzzjoni totali ta' l-impriża konġunta huwa fattur importanti. Minħabba l-partikolaritajiet ta' kull każ individwali, huwa impossibbli li jiġi definit proporzjon speċifiku ta' valur tal-bejgħ li jiddistingwi l-karattru ta' funzjonalità sħiħa minn impriżi konġunti oħrajn. Jekk l-impriża konġunta takkwista aktar minn 50 % tal-valur tal-bejgħ tagħha mingħand terzi dan tipikament ikun indikazzjoni ta' funzjonalità sħiħa. Inqas minn dan il-limitu indikattiv, hija meħtieġa analiżi ta' kull każ għalih, li biha biex tinsab l-awtonomija operattiva, ir-relazzjoni bejn l-impriża konġunta u l-kumpanniji prinċipali tagħha għandha tkun tassew ta' karattru kummerċjali. Għal dan l-iskop, għandu jintwera li l-impriża konġunta se tipprovdi l-prodotti jew is-servizzi tagħha lix-xerrej li se jivvalutahom l-aktar u li se jħallas l-aktar u li l-impriża konġunta se tittratta lill-kumpanniji prinċipali tagħha b’mod li kien jiġi miftiehem fin-nuqqas ta' relazzjonijiet speċjali u fuq il-bażi ta' kondizzjonijiet kummerċjali normali (90). Taħt dawn iċ-ċirkostanzi, jiġifieri jekk l-impriża konġunta se tittratta lill-kumpanniji prinċipali tagħha bl-istess mod kummerċjai bħal terzi, jista’ jkun biżżejjed li għall-inqas 20 % tal-bejgħ previst ta' l-impriża konġunta se jmur lil terzi. Iżda, akbar ma jkun il-proporjzon tal-bejgħ li x’aktarx isir lill-kumpanniji prinċipali, akbar tkun il-ħtieġa ta' evidenza ċara tal-karattru kummerċjali tar-relazzjoni.

(99)

Biex jiġi determinat il-proporzjon bejn il-bejgħ lill-kumpanniji prinċipali u lil terzi, il-Kummissjoni tqis ir-rendikonti ta' l-imgħoddi u pjani kummerċjali sostanzjati. Iżda, speċjalment fejn ma jistax faċilment jiġi previst bejgħ sostanzjali lil terzi, il-Kummissjoni se tibbaża s-sejba taghħha wkoll fl-istruttura ġenerali tas-suq. Dan jista’ jkun fattur rilevanti wkoll għall-evalwazzjoni ta' jekk l-impriża konġunta hijiex se tittratta lill-kumpanniji prinċipali b’mod li kien jiġi miftiehem fin-nuqqas ta' relazzjonijiet speċjali.

(100)

Dawn il-kwistjonijiet spiss iqumu fir-rigward ta' ftehimiet għall-għoti estern, fejn impriża toħloq impriża konġunta ma' provditur tas-servizzi (91) li twettaq il-funzjonijiet li qabel kienu jsiru internament mill-impriża. L-impriża konġunta tipikament ma tistax titqies li hija ta' funzjonalità sħiħa f’dawn ix-xenarji: hija tipprovdi s-servizzi tagħha esklużivament lill-impriża klijenta, u hija dipendenti għas-servizzi tagħha fuq id-dħul mill-provditur tas-servizz. Il-fatt li l-pjan kummerċjali ta' l-impriża konġunta spiss għall-inqas ma jeskludix li l-impriża konġunta tista’ tipprovdi s-servizzi tagħha lil terzi ma jibdilx din l-evalwazzjoni, għaliex fl-istruttura tipika ta' l-għoti estern kwalunkwe dħul minn terzi tipikament jibqa’ anċillari għall-attivitajiet ewlenin għall-impriża klijenta. Iżda, din ir-regola ġenerali ma teskludix li hemm sitwazzjonijiet ta' ksib ta' servizzi esternament fejn per eżempju s-sħab fl-impriża konġunta, għal raġunijiet ta' ekonomiji ta' l-iskala, jistabbilixxu impriża konġunta bl-għan ta' aċċess sinifikanti fis-suq. Dan jista’ jikkwalifika lill-impriża konġunta bħala waħda ta' funzjonalità sħiħa jekk huwa previst bejgħ sinifikanti lil terzi u jekk ir-relazzjoni bejn l-impriża konġunta u l-kumpannija prinċipali tkunx verament ta' karattru kummerċjali u jekk l-impriża konġunta tittrattax lill-kumpanniji prinċipali fuq il-bażi ta' kondizzjonijiet kummerċjali normali.

(101)

Dwar xiri li tagħmel l-impriża konġunta mill-kumpanniji prinċipali tagħha, il-karattru ta' funzjonalità sħiħa huwa b’mod partikolari dubitabbli fejn jiżdied ftit valur għall-prodotti jew is-servizzi konċernati fil-livell ta' l-impriża konġunta stess. F’din is-sitwazzjoni, l-impriża konġunta tista’ tkun eqreb għal aġenzija tal-bejgħ konġunta.

(102)

Iżda, b’kuntrast għal din is-sitwazzjoni fejn l-impriża konġunta hija attiva f’suq tal-kummerċ u twettaq il-funzjonijiet normali ta' kumpannija tal-kummerċ f’suq bħal dak, normalment ma tkunx aġenzija tal-bejgħ awżiljarja iżda impriża konġunta ta' funzjonalità sħiħa. Suq tal-kummerċ huwa karatterizzat mill-eżistenza ta' kumpanniji li jispeċjalizzaw fil-bejgħ u d-distribuzzjoni ta' prodotti mingħajr ma jkunu integrati vertikalment minbarra dawk li huma integrati, fejn hemm disponibbbli għejun differenti ta' provvista għall-prodotti kkonċernati. Barra minn dan, ħafna swieq tal-kummerċ jistgħu jeħtieġu operaturi biex jinvestu f’faċilitajiet speċifiċi, bħal ħwienet, żamma ta' ħażniet, imħażen, depow, flotot tat-trasport u impjegati tal-bejgħ u tas-servizz. Sabiex tikkostitwixxi impriża konġunta ta' funzjonalità sħiħa f’suq tal-kummerċ, impriża għandu jkollha l-faċilitajiet meħtieġa u tkun x’aktarx se takkwista proporzjon sostanzjali tal-provvisti tagħha mhux biss mill-kumpanniji prinċipali tagħha iżda wkoll minn għejun oħrajn li jikkompetu (92).

4.   Operazzjoni fuq bażi fit-tul

(103)

Barra minn dan, l-impriża konġunta għandha tkun maħsuba li topera fuq bażi fit-tul. Il-fatt li l-kumpanniji prinċipali jorbtu lejn l-impriża konġunta r-riżorsi deskritti hawn fuq normalment juri li dan huwa l-każ. Barra min dan, il-ftehimiet li jistabbilixxu l-impriża konġunta spiss jipprovdu għal xi kontinġenzi, per eżempju, li tfalli l-impriża konġunta jew diżgwid fundamentali bejn il-kumpanniji prinċipali (93). Dan jista’ jiġi akkwistat bl-inkorporazzjoni ta' dispożizzjonijiet għax-xoljiment eventwali ta' l-impriża konġunta stess jew il-possibbiltà li kumpannija waħda prinċipali jew aktar jirtiraw mill-impriża konġunta. Dan it-tip ta' dispożizzjoni ma jrażżanx lill-impriża konġunta milli titqies bħala li qed topera fuq bażi permanenti. L-istess normalment jgħodd meta l-ftehim jispeċifika perjodu għad-dewmien ta' l-impriża konġunta fejn dan il-perjodu huwa twil biżżejjed sabiex iwassal għal tibdil permanenti fl-istruttura ta' l-impriżi konċernati (94), jew fejn il-ftehim jipprovdi għall-possibbiltà li l-impriża konġunta tkompli wara dan il-perjodu.

(104)

B’kuntrast, l-impriża konġunta ma titqiesx li qed topera fuq bażi permanenti fejn hija stabbilita għal żmien qasir limitat. Dan ikun il-każ fejn, per eżempju, impriża konġunta hija stabbilita sabiex tibni proġett speċifiku bħal impjant ta' l-enerġija, iżda ma tkunx involuta fl-operazzjoni ta' l-impjant ladarba l-kostruzzjoni tkun tlestiet.

(105)

Impriża konġunta wkoll m’għandhiex biżżejjed operazzjonijiet fuq bażi permanenti fi stadju meta hemm deċiżjonijiet ta' terzi pendenti li huma ta' importanza essenzjali biex tinbeda l-attività kummerċjali ta' l-impriża konġunta. Huma biss id-deċiżjonijiet li jmorru lil hinn minn sempliċi formalitajiet u li t-teħid tagħhom huwa tipikament mhux ċert li jikkwalifikaw għal dawn ix-xenarji. Eżempji huma l-għotja ta' kuntratt (eż., f’sejħa pubblika għall-offerti), liċenzji (eż., fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet) jew drittijiet ta' aċċess għall-proprjetà (eż., drittijiet ta' esplorazzjoni għaż-żejt u l-gass). Sakemm tittieħed deċiżjoni dwar dawn il-fatturi, mhuwiex ċar jekk l-impriża konġunta hijiex qatt se tibda taħdem. Għalhekk, f’dak l-istadju l-impriża konġunta ma tistax titqies li twettaq funzjonijiet ekonomiċi fuq bażi permanenti u għalhekk ma tikkwalifikax bħala impriża ta' funzjonalità sħiħa. Iżda, ladarba tkun ittieħdet deċiżjoni favur l-impriża konġunta kkonċernata, dan il-kriterju jintlaħaq u sseħħ konċentrazzjoni (95).

5.   Tibdil fl-attivitajiet ta' l-impriża konġunta

(106)

Il-kumpanniji prinċipali jistgħu jiddeċiedu li jkabbru l-ambitu ta' l-attivitajiet ta' l-impriża konġunta matul ħajjitha. Dan jitqies bħala konċentrazzjoni ġdida li tista’ tqajjem rekwiżit ta' notifika jekk dan it-tkabbir jimplika l-akkwist ta' impriża oħra jew parti minnha mill-kumpanniji prinċipali li kieku jiġu meqjusa għal rashom, jikkwalifikaw bħala konċentrazzjoni kif inhu spjegat fil-paragrafu 26 ta' dan l-Avviż (96).

(107)

Konċentrazzjoni tista’ wkoll isseħħ jekk il-kumpanniji prinċipali jittrasferixxu assi addizzjonali sinifikanti, kuntratti, għarfien jew drittijiet oħrajn lill-impriża konġunta u dawn l-assi u d-drittijiet jikkostitwixxu l-bażi jew in-nukleju ta' estensjoni ta' l-attivitajiet ta' l-impriża konġunta fi swieq ta' prodotti oħrajn jew fi swieq ġeografiċi oħrajn li ma kinux l-għan ta' l-impriża konġunta oriġinali u jekk l-impriża konġunta twettaq dawn l-attivitajiet fuq bażi ta' funzjonalità sħiħa. Ladarba t-trasferiment ta' l-assi jew id-drittijiet juri li l-kumpanniji prinċipali huma l-parteċipanti reali wara l-estensjoni ta' l-ambitu ta' l-impriża konġunta, it-tkabbir ta' l-attivitajiet ta' l-impriża konġunta jistgħu jitqiesu bl-istess mod bħall-ħolqien ta' impriża konġunta ġdida fis-sens ta' l-Artikolu 3(4) (97).

(108)

Jekk l-ambitu ta' l-impriża konġunta jitkabbar mingħajr it-trasferiment ta' drittijiet addizzjonali, kuntratti, għarfien jew drittijiet oħrajn, ma jitqies li hemm ebda konċentrazzjoni.

(109)

Ikun hemm konċentrazzjoni jekk ikun hemm tibdil fl-attività ta' impriża konġunta ta' funzjonalità sħiħa eżistenti sabiex tinħoloq impriża konġunta ta' funzjonalità sħiħa fis-sens ta' l-Artikolu 3(4). Jistgħu jingħataw l-eżempji li ġejjin: bidla fl-istruttura organizzattiva ta' l-impriża konġunta sabiex tilħaq il-kriterju ta' funzjonalità sħiħa (98); impriża konġunta li kienet tipprovdi biss lill-kumpanniji prinċipali, li sussegwentement tibda attività sinifikanti fis-suq; jew sitwazzjonijiet, kif deskritt fil-paragrafu 105 ta' hawn fuq, fejn l-impriża konġunta tista’ biss tibda l-attività tagħha fis-suq ladarba għandha l-input essenzjali (bħal-liċenzja għal impriża konġunta fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet). Tali tibdil fl-attività ta' l-impriża konġunta spiss jeħtieġ deċiżjoni mill-azzjonisti tagħha jew mill-amministrazzjoni tagħha. Ladarba tittieħed id-deċiżjoni li twassal lill-impriża konġunta biex tilħaq il-kriterju ta' funzjonalità sħiħa, ikun hemm konċentrazzjoni.

V.   ECCEZZJONIJIET

(110)

L-Artikolu 3(5) jistabbilixxi tliet sitwazzjonijiet eċċezzjonali fejn l-akkwist ta' interess li jikkontrolla ma jikkostitwixxix konċentrazzjoni skond ir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet.

(111)

L-ewwel, l-akkwist ta' sigurtajiet minn kumpanniji li l-attivitajiet normali tagħhom jinkludu tranżazzjonijiet u negozjati fis-sigurtajiet għall-kont tagħhom jew għall-kont ta' oħrajn ma titqiesx li tikkostitwixxi konċentrazzjoni jekk dan l-akkwist isir fil-qafas ta' dawn in-negozji u jekk is-sigurtajiet huma detenuti biss fuq bażi temporanja (l-Artikolu 3(5)(a)). Sabiex ikun hemm din l-eċċezzjoni, għandhom jintlaħqu dawn ir-rekwiżiti:

l-impriża li takkwista għandha tkun istituzzjoni tal-kreditu jew istituzzjoni oħra finanzjarja jew kumpannija ta' l-assigurazzjoni li l-attivitajiet normali tagħha huma deskritti hawn fuq;

is-sigurtajiet għandhom jiġu akkwistati bl-għan li jerġgħu jinbiegħu;

l-impriża li qed takkwista m’għandhiex teżerċita d-drittijiet tal-votazzjoni bl-għan li tiddetermina l-imġiba strateġika kummerċjali tal-kumpannija mmirata jew għandha teżerċita dawn id-drittijiet biss bl-għan li tipprepara biex tiddisponi b’mod totali jew parzjali mill-impriża, mill-assi tagħha jew mis-sigurtajiet tagħha;

l-impriża li qed takkwista għandha tiddisponi mill-interess li jikkontrolla fi żmien sena mid-data ta' l-akkwist, jiġifieri għandha tnaqqas is-sehem tagħha f’dan il-perjodu ta' sena għall-inqas sa livell li ma jagħtix kontroll. Iżda dan il-perjodu jista’ jiġi estiż mill-Kummissjoni meta l-impriża li qed takkwista tista’ turi li ma kienx raġonevolment possibbli li tiddisponi fi żmien sena.

(112)

It-tieni, m’hemm ebda tibdil ta' kontroll, u għalhekk ebda konċentrazzjoni fis-sens tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet, fejn il-kontroll jiġi akkwistat minn uffiċjal skond il-liġi ta' Stat Membru dwar il-likwidazzjoni, ix-xoljiment, l-insolvenza, il-waqfien tal-ħlasijiet, il-kompożizzjoni jew proċeduri analogi (l-Artikolu 3(5)(b));

(113)

It-tielet, ma jkunx hemm konċentrazzjoni fejn kumpannija holding finanzjarja fis-sens ta' l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE (99) takkwista l-kontroll. Il-kunċett ta' “kumpannija holding finanzjarja” għalhekk huwa limitat għal kumpannija li l-uniku għan tagħha huwa li takkwista interessi f’impriżi oħrajn mingħajr ma tinvolvi ruħha direttament jew indirettament fil-ġestjoni ta' dawk l-impriżi, u dan mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tagħhom bħala azzjonisti. Dawn il-kumpanniji mbagħad għandhom jiġu strutturati b’tali mod li l-ħarsien ta' dawn il-limitazzjonijiet jistgħu jiġu sorveljati minn awtorità amministrattiva jew ġudizzjarja. Ir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet jipprovdi li tgħodd kondizzjoni addizzjonali biex tapplika din l-eċċezzjoni: dawn il-kumpanniji jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tal-votazzjoni fl-impriżi l-oħrajn biss biex izommu l-valur sħiħ ta' dawk l-investimenti u mhux biex jiddeterminaw direttament jew indirettament l-mġieba strateġika kummerċjali ta' l-impriża kkontrollata.

(114)

L-eċċezzjonijiet skond l-Artikolu 3(5) tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet japplikaw biss għal qasam limitat ħafna. L-ewwelnett, dawn l-eċċeżżjonijiet japplikaw biss jekk l-operazzjoni kellha tkun altrimenti konċentrazzjoni fiha nnifisha, imma mhux jekk it-tranżazzjoni hija parti minn konċentrazzjoni unika aktar wiesgħa, f'ċirkustanzi li fihom l-akkwirent finali tal-kontroll ma jaqax taħt it-termini ta' l-Artikolu 3(5) (ara pereżempju l-paragrafu 35 iktar 'il fuq). It-tieninett, l-eċċezzjonijiet taħt l-Artikolu 3(5)(a) u (c) japplikaw, biss għal kisbiet ta' kontroll permezz ta' xiri ta' sigurtajiet u mhux xiri ta' assi.

(115)

L-eċċezzjonijet ma japplikawx għal strutturi tipiċi ta' fondi ta' l-investiment. Skond l-għanijiet tagħhom, dawn il-fondi normalment ma jillimitawx ruħhom fl-eżerċizzju ta' d-drittijiet tal-votazzjoni, iżda jadottaw deċiżjonijiet biex jaħtru membri ta' l-entitajiet ta' ġestjoni u tas-sorveljanza ta' l-intrarpriża jew saħansitra biex jirristrutturaw dawk l-impriżi. Dan ma jkunx kompatibbli mar-rekwiżit taħt l-Artikolu 3(5)(a) u (c) li l-kumpanniji li qed jakkwistaw ma jeżerċitawx id-drittijiet tal-votazzjoni bl-għan li jiddeterminaw l-imgiba kompetittiva ta' l-impriża l-oħra (100).

(116)

Tista’ tqum il-kwistjoni jekk operazzjoni biex tiġi salvata impriża qabel jew minn proċeduri ta' likwidazzjoni tikkostitwixxix konċentrazzjoni skond ir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet. Operazzjoni ta' salvataġġ bħal din tipikament tinvolvi l-konverżjoni tad-dejn eżistenti f’kumpannija, li permezz tagħha sindikat ta' banek jista’ jakkwista l-kontroll konġunt tal-kumpannija kkonċernata. Meta tali operazzjoni tilħaq il-kondizzjonijiet għall-kontroll konġunt, kif definit hawn fuq, normalment titqies li hija konċentrazzjoni (101). Għalkemm l-intenzjoni primarja tal-banek hija li jirristrutturaw il-finanzjament ta' l-impriża kkonċernata biex wara terġa’ tinbiegħ, l-eċċezzjoni stabbilita fl-Artikolu 3(5)(a) normalment ma tgħoddx għal tali operazzjoni. B’mod simili għal kif inhu stabbiliti għall-fondi ta' l-investiment, programm tar-ristrutturar normalment jeħtieġ lill-banek li jikkontrollaw jiddeterminaw l-imġiba strateġika kummerċjali ta' l-impriża kkontrollata. Barra minn hekk normalment mhuwiex realistiku li kumpannija tiġi trasformata f’entità vijabbli u terġa’ tinbiegħ fiż-żmien permess ta' sena. Ukoll, it-tul ta' żmien meħtieġ biex jinkieb dan l-għan jista’ jkun tant inċert li jkun diffiċli li tingħata estensjoni tal-perjodu għad-disponiment.

VI.   L-ABBANDUN TAL-KONCENTRAZZJONIJIET

(117)

Konċentrazzjoni tieqaf milli teżisti u r-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet jieqaf jgħodd meta l-impriżi kkonċernati jabbandunaw il-konċentrazzjoni.

(118)

F’dan ir-rigward, ir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet 139/2004 rivedut introduċa dispożizzjoni ġdida relatata ma' l-għeluq tal-proċeduri dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet mingħajr deċiżjoni finali wara l-Kummissjoni tkun bdiet proċeduri taħt l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 6(1)(c). Dik is-sentenza taqra kif ġej “Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9, dawn il-proċeduri għandhom jingħalqu permezz ta' deċiżjoni skond l-Artikolu 8(1) sa (4), sakemm l-impriżi konċernati ma jikkonvinċux lill-Kummissjoni li huma abbandunaw il-konċentrazzjoni”. Qabel jibdew il-proċeduri, dawn ir-rekwiżiti ma japplikawx.

(119)

Bħala prinċipju ġenerali, ir-rekwiżiti għall-prova ta' l-abbandunament għandhom jikkorrispondu bħala forma legali, intensità eċċ ma' l-att inizjali li tqies suffiċjenti biex il-konċentrazzjoni tkun notifikabbli. Jekk il-partijiet jipproċedu minn dak l-att inizjali għal tisħiħ tar-rabiet kuntrattwali matul il-proċedura, per eżempju billi jikkonkludu ftehim li jorbot wara li t-tranżazzjoni tkun iet notifikata fuq il-bażi ta' bwona fede, ir-rekwiżiti għall-prova ta' l-abbandunament għandhom jikkorrispondu wkoll għan-natura ta' l-aħħar att.

(120)

Skond dan il-prinċipju, fil-każ li l-konċentrazzjoni tiġi implimentata qabel deċiżjoni tal-Kummissjoni, għandu jintwera li ġie stabbilit mill-ġdid ta' l-istatus quo ante. Is-sempliċi rtirar tan-notifika ma jitqiesx bħala prova biżżejjed li l-konċentrazzjoni ġiet abbandunata fis-sens ta' l-Artikolu 6(1)c. Bl-istess mod, modifiki minuri ta' konċentrazzjoni li ma jaffettwawx it-tibdil tal-kontroll jew il-kwalita ta' dak it-tibdil fil-kontroll jew il-kwalità ta' dak it-tibdil, ma jistgħux jitqiesu bħala abbandun tal-konċentrazzjoni oriġinali (102).

Ftehim li jorbot: prova tal-kanċellament li jorbot legalment fil-forma maħsuba fil-ftehim inizjali (jiġifieri normalment dokument iffirmat mill-partijiet kollha. L-espressjoni ta' intenzjoni li jiġi kkanċellat il-ftehim jew li ma tiġix implimentata l-konċentrazzjoni nnotifikata, kif ukoll dikjarazzjonijiet unilaterali minn (waħda mill-) partijiet ma jitqisux suffiċjenti (103).

L-intenzjoni tal-bwona fede li jiġi konkluż ftehim: Fil-każ ta' ittra ta' intendiment jew memorandum ta' ftehim li jirrefletti din l-intenzjoni tal-bwona fede, ikunu meħtieġa dokumenti li jipprovaw li din il-bażi għall-intenzjoni tal-bwona fede ġiet ikkanċellata. Dwar forom oħrajn possibbli li indikaw l-intenzjoni tal-bwona fede, l-abbandun għandu jreġġa’ lura din l-intenzjoni tal-bwona fede u jikkorrispondi bħala forma u intensità għall-espressjoni ta' intenzjoni inizjali.

Avviż ta' sejħa għall-offerti pubblika jew ta' l-intenzjoni li ssir sejħa għall-offerti pubblika: ikun meħtieġ avviż pubbliku li jtemm il-proċedura ta' l-offerti jew li jirrinunzja l-intenzjoni li ssir sejħa għall-offerti pubblika. Il-forma u l-wesgħa pubblika ta' dan l-avviż għandhom ikunu komparabbli ma' l-avviż inizjali.

Il-konċentrazzjonijiet implimentati: fil-każ li l-konċentrazzjoni ġiet implimentata qabel ma ttieħdet deċiżjoni tal-Kummissjoni, il-partijiet ikunu meħtieġa juru li s-sitwazzjoni prevalenti qabel l-implimentazzjoni tal-konċentrazzjoni reġgħet ġiet stabbilita.

(121)

Hija r-responsabbiltà tal-partijiet li jissottomettu d-dokumentazzjoni neċessarja biex jilħqu dawn ir-rekwiżiti fi żmien xieraq.

VII.   IT-TIBDIL TA' TRANZAZZJONIJIET WARA DECIZJONI TA' AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

(122)

F’xi każijiet, il-partijiet jistgħu jixtiequ ma jimplimentawx il-konċentrazzjoni fil-forma prevista wara l-awtorizzazzjoni tal-konċentrazzjoni mill-Kummissjoni. Tqum il-mistoqsija jekk id-deċiżjoni ta' awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni għadhiex tkopri l-istruttura mibdula tat-tranżazzjoni.

(123)

B’mod ġenerali, jekk, qabel l-implimentazzjoni tal-konċentrazzjoni awtorizzata, l-istruttura tranżitorja tinbidel minn akkwist tal-kontroll, li jaqa’ taħt l-Artikolu 3(1)(b), għal amalgamazzjoni skond l-Artikolu 3(1)(a), jew vice versa, it-tibdil fl-istruttura tranżitorja jitqies li huwa konċentrazzjoni differenti taħt ir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet u hija meħtieġa notifika ġdida (104). Iżda, modifiki inqas sinifikanti tat-tranżazzjoni, per eżempju, tibdil minuri fil-perċentwali ta' l-ishma li ma jaffettwawx it-tibdil fil-kontroll jew fil-kwalità ta' dak it-tibdil, it-tibdil fil-prezz ta' l-offerta fil-każ ta' sejħiet pubbliċi għall-offerti jew tibdil fl-istruttura korporattiva li bihom hija implimentata t-tranżazzjoni mingħajr l-effetti fuq is-sitwazzjoni rilevanti ta' kontroll taħt ir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet, jitqiesu li huma koperti mid-deċiżjoni ta' awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni.

C.   ID-DIMENSJONI KOMUNITARJA

I.   IL-LIMITI

(124)

Test doppju jiddefinixxi l-operazzjonijiet li jgħodd għalihom ir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet. L-ewwel test huwa li l-operazzjoni għandha tkun konċentrazzjoni fis-sens ta' l-Artikolu 3. It-tieni jinkludi l-limiti ta' valur tal-bejgħ li jinsabu fl-Artikolu 1, iddiżinjati biex jidentifikaw dawk l-operazzjonijiet li għandhom impatt fuq il-Komunità u jistgħu jitqiesu li huma ta' “dimensjoni Komunitarja”. Il-valur tal-bejgħ jintuża minflok ir-riżorsi ekonomiċi li huma miġbura f’konċentrazzjoni, u huwa allokat ġeografikament sabiex tiġi riflessa d-distribuzzjoni ġeografika ta' dawk ir-riżorsi.

(125)

Fl-Artikolu 1 hemm żewġ gruppi ta' limiti stabbiliti sabiex jiġi determinat jekk l-operazzjoni għandhiex dimensjoni Komunitarja. L-Artikolu 1(2) jistabblixxi tliet kriterji differenti: il-limitu tal-valur tal-bejgħ mad-dinja kollha huwa maħsub li jkejjel id-dimensjoni totali ta' l-impriżi kkonċernati; il-limitu tal-valur tal-bejgħ Komunitarju jipprova jiddetermina jekk il-konċentrazzjoni tinvolvix livell minumu ta' attivitajiet fil-Komunità; u r-regola taż-żewġ terzi timmira li teskludi tranżazzjonijiet purament domestiċi mill-ġuriżdizzjoni Komunitarja.

(126)

Dan it-tieni grupp ta' limiti, li jinsab fl-Artikolu 1(3), huwa diżinjat li jittratta dawk il-konċentrazzjonijiet li ma jilħqux dimensjoni Komunitarja taħt l-Artikolu 1(2), iżda jkollhom effett sostanzjali f’għall-inqas tliet Stati Membri li jwassal għal notifiki multipli taħt ir-regoli nazzjonali tal-kompetizzjoni ta' dawk l-Istati Membri. Għal dan l-iskop, l-Artikolu 1(3) jipprovdi għal limiti ta' valur tal-bejgħ aktar baxxi, kemm fuq bażi dinjija kif ukoll fuq bażi Komunitarja, u għal livell minimu ta' attivitajiet ta' l-impriżi kkonċernati, konġuntament u individwalment, f’għall-inqas tliet Stati Membri. B’mod simili għall-Artikolu 1(2), l-Artikolu 1(3) fih ukoll regola ta' żewġ terzi li teskludi l-konċentrazzjonijiet li huma predominantement domestiċi (105).

(127)

Il-limiti nfishom huma ddiżinjati li jirregolaw il-ġuriżdizzjoni u li ma jevalwawx il-pożizzjoni fis-suq tal-partijiet tal-konċentrazzjonijiet u lanqas l-impatt ta' l-operazzjoni. Billi jagħmlu dan, jinkludu l-valur tal-bejgħ idderivat minn, u għalhekk ir-riżorsi ddedikati għall-oqsma kollha ta' attività tal-partijiet, u mhux biss dawk direttament involuti fil-konċentrazzjoni. Il-limiti huma purament kwantitattivi, għaliex huma bbażati biss fuq il-kalkolu tal-valur tal-bejgħ miflok is-sehem tas-suq jew kriterji oħrajn. Huma jfittxu l-għan li jipprovdu mekkaniżmu sempliċi u oġġettiv li jista’ jkun ġestit faċilment mill-kumpanniji involuti f’amalgamazzjoni sabiex jiġi ddeterminat jekk it-tranżazzjoni tagħhom għandhiex dimensjoni Komunitarja u għalhekk għandhiex tiġi notifikata.

(128)

Filwaqt li l-Artikolu 1 jistabbilixxi limiti numeriċi biex jistabbilixxi l-ġuriżdizzjoni, l-għan ta' l-Artikolu 5 huwa li jispjega kif għandu jiġi kkalkolat il-valur tal-bejgħ biex jiġi żgurat li l-figuri li jirriżultaw huma rappreżentazzjoni vera ta' realità ekonomika.

II.   IL-KUNCETT TA' L-IMPRIZA KKONCERNATA

1.   Ġenerali

(129)

Mill-perspettiva tad-determinazzjoni tal-ġuriżdizzjoni, l-impriżi kkonċernati huma dawk li qed jipparteċipaw f’konċentrazzjoni, jiġifieri amalgamazzjoni jew l-akkwist tal-kontroll kif previst fl-Artikolu 3(1). Il-valur tal-bejgħ individwali u dak aggregat ta' dawk l-impriżi jkun deċiżiv biex jiġi ddeterminat jekk jintlaħqux il-limiti.

(130)

Ladarba l-impriżi kkonċernati ġew identifikati f’tranżazzjoni determinata, il-valur tal-bejgħ tagħhom sabiex tiġi ddeterminata l-ġuriżdizzjoni għandu jiġi kkalkulat skond ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 5. L-Artikolu 5(4) jistabblixxi kriterji dettaljati biex jiġu identifikati intrapriżi li l-valur tal-bejgħ tagħhom jista’ jiġi attribwit lill-impriża kkonċernata minħabba xi konnessjonijiet diretti jew indiretti ma' din ta' l-aħħar. L-intenzjoni tal-leġiżlatur kienet li jistabblixxi regoli konkreti li, moqrija flimkien, jistgħu jitqiesu li jistabbilixxu l-kunċett ta' “grupp” għall-għanijiet tal-limiti tal-valur tal-bejgħ fir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet. Il-kelma “grupp” tintuża f’dawn it-taqsimiet esklużivament biex tirreferi għall-kollezzjoni ta' impriżi li r-relazzjonijet tagħha ma' impriża kkonċernata jaqgħu taħt l-ambitu ta' subparagrafu wieħed jew aktar ta' l-Artikolu 5(4) tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet.

(131)

Meta ssir riferenza għall-bosta impriżi li jistgħu jkunu involuti f’proċedura, huwa importanti li ma ssirx konfużjoni bejn il-kunċett ta' “impriżi konċernati” taħt l-Artikoli 1 u 5 mat-terminoloġija użata band’oħra fir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004 tas-7 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (minn hawn ’il quddiem imsejħa r-“Regolament li Jimplimenta”) (106) li jirreferi għall-bosta impriżi li jistgħu jkunu involuti f’proċedura. Din it-terminoloġija tirreferi għall-partijiet li jinnotifikaw, partijiet oħrajn involuti, partijiet terzi u partijiet li jistgħu jkunu soġġetti għal multii jew ħlasijiet perjodiċi ta' penali, u huma ddefiniti fil-Kapitolu IV tar-Regolament li Jimplimenta, flimkien mad-drittijiet u d-dmirijiet rispettivi.

2.   L-amalgamazzjonijiet

(132)

F’amalgamazzjoni, l-impriżi kkonċernati huma kull waħda mill-entitajiet li qed jamalgamaw.

3.   L-akkwist tal-kontroll

(133)

Fil-każijiet li jifdal, huwa l-kunċett ta' l-“akkwist tal-kontroll” li jiddetermina liema huma l-impriżi kkonċernati. Fuq in-naħa ta' l-akkwist, jista’ jkun hemm impriża waħda jew aktar li takkwista l-kontroll esklużiv jew konġunt. Fuq in-naħa tal-akkwistat, jista’ jkun hemm impriża waħda jew aktar sħaħ jew partijiet minnhom. Bħala regola ġenerali, kull waħda minn dawn l-impriżi tkun impriża kkonċernata fis-sens tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet.

(134)

L-akkwist tal-kontroll esklużiv ta' l-impriża sħiħa hija l-każ l-aktar sempliċi ta' l-akkwist tal-kontroll. L-impriżi kkonċernati jkunu l-impriża li qed takkwista u l-impriża mmirata.

(135)

Fejn l-impriża mmirata tinkiseb minn grupp permezz ta' sussidjarja minn tiegħu, l-impriżi kkonċernati huma l-impriża mmirata u s-sussidjarja li qed takkwista jekk din mhijiex sempliċement mezz għall-akkwist. Iżda għalkemm normalment is-sussidjarja hija l-impriża kkonċernata sabiex jiġi kkalkolat il-valur tal-bejgħ, il-valur tal-bejgħ ta' l-impriżi kollha li magħhom l-impriża kkonċernata għandha l-konnessjonijiet kif spjegat fl-Artikolu 5(4) għandhom ikunu inklużi fil-kalkoli tal-limitazzjonijiet. F’dan ir-rigward il-grupp jitqies li huwa unità ekonomika waħda u l-kumpanniji differenti li jappartjenu għall-istess grupp ma jistgħux jitqiesu bħala impriżi kkonċernati differenti għall-iskopijiet ġuriżdizzjonali taħt ir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet. In-notifika attwali tista’ ssir mis-sussidjarja kkonċernata jew mill-kumpannija prinċipali tagħha.

(136)

L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 5(2) tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet jipprovdi li meta l-operazzjoni tikkonċerna l-akkwist ta' partijiet minn impriża waħda jew aktar, huma biss dawk il-partijiet li huma s-suġġett tat-tranżazzjoni li jitqiesu fir-rigward tal-bejjiegħ. L-impatt possibbli tat-tranżazzjoni fis-suq jiddependi biss fuq il-kombinazzjoni tar-riżorsi ekonomiċi u finanzjarji li huma s-suġġett tat-tranżazzjoni ma' dawk ta' min qed jakkwista u mhux fuq in-negozju l-ieħor tal-bejjiegħ. F’dan il-każ, l-impriżi kkonċernati jkunu min qed jakkwista u l-parti(jiet) akkwistata/i ta' l-impriża mmirata, iżda n-negozji li jifdal tal-bejjiegħa jiġu injorati.

(137)

It-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 5(2) jinkludi dispożizzjoni speċjali dwar operazzjonijiet imtawla jew negozju li jkompli fuq dawk ta' qabel. Il-konċentrazzjonijiet ta' qabel (fi żmien sentejn) li jinvolvu l-istess partijiet isiru notifikabbli mill-ġdid mat-tranżazzjoni l-aktar riċenti, kemm-il darba dan jikkostitwixxi konċentrazzjoni, jekk il-limiti huma milħuqa kemm għal waħda jew aktar mit-tranżazzjonijiet weħidha kif ukoll kumulattivament. F’dan il-każ, l-impriżi kkonċernati huma l-akkwirent(i) u l-parti(jiet) differenti akkwistati tal-kumpannija mmirata f’daqqa.

(138)

Jekk l-akkwist tal-kontroll iseħħ permezz ta' tibdil mill-kontroll konġunt għal dak esklużiv, azzjonist wieħed normalment jakkwista l-interess li qabel kellhom l-azzjonisti l-oħrajn. F’din is-sitwazzjoni, l-impriżi kkonċernati huma l-azzjonist li qed jakkwista u l-impriża konġunta. Bħalma huwa l-każ għal kwalunkwe bejjiegħ ieħor, l-azzjonist “li ħiereġ” mhuwiex impriża kkonċernata (107).

(139)

Fil-każ ta' l-akkwist tal-kontroll ta' impriża maħluqa mill-ġdid, l-impriżi kkonċernati huma kull waħda mill-kumpanniji li qed jakkwistaw l-kontroll ta' l-impriża konġunta maħluqa mill-ġdid (li, minħabba li għadha ma teżistix, ma tistax titqies li hija impriża kkonċernata u barra minn dan, għad m’għandhiex valur tal-bejgħ tagħha stess). L-istess regola tgħodd meta impriża waħda tikkontribwixxi lil sussidjarja jew negozju pre-eżistenti (li fuqha jew fuqu kellha l-kontroll esklużiv) lil impriża konġunta maħluqa mill-ġdid. F’dawn iċ-ċirkostanzi, kull waħda mill-impriżi kkontrollati konġuntament titqies li hija impriża kkonċernata filwaqt li kwalunkwe kumpannija jew negozju kkontribwiti lill-impriża konġunta mhumiex impriża kkonċernata, u l-valur tal-bejgħ tagħha huwa parti mill-valur tal-bejgħ tal-kumpannija prinċipali inizjali.

(140)

Is-sitwazzjoni hija differenti jekk impriżi jakkwistaw mill-ġdid il-kontroll konġunt ta' impriża jew negozju pre-eżistenti. L-impriżi kkonċernati huma kull waħda mill-impriżi li jakkwistaw l-kontroll konġunt min-naħa l-waħda, u l-impriża jew negozju pre-eżistenti akkwistati min-naħa l-oħra.

(141)

L-akkwist ta' kumpannija bl-għan li l-assi jinqasmu mill-ewwel, kif spjegat hawn fuq fil-paragrafu 34, mhix normalment meqjusa bħala l-akkwist tal-kontroll konġunt ta' l-impriża mmirata kollha, iżda bħala l-akkwist tal-kontroll esklużiv minn kull waħda mill-akkwirenti aħħarin tal-partijiet rispettivi tal-kumpannija mmirata. Skond il-konsiderazzjonijiet għall-akkwist tal-kontroll esklużiv, l-impriżi kkonċernati huma l-impriżi li qed jakkwistaw u l-partijiet li ġew akkwistati f’kull waħda mit-tranżazzjonijiet.

(142)

Konċentrazzjoni notifikabbli tista’ sseħħ, kif spjegat hawn fuq, fejn tibdil fil-kwalità tal-kontroll iseħħ fi struttura tal-kontroll konġunt minħabba d-dħul ta' azzjonisti li jikkontrollaw ġodda, irrispettivament minn jekk humiex qed jissostitwixxu azzjonisti li jikkontrollaw eżistenti.

(143)

Fil-każ fejn azzjonist wieħed jew aktar jakkwista l-kontroll, bid-dħul jew b’sostituzzjoni ta' azzjonist wieħed jew aktar, f’sitwazzjoni ta' kontroll konġunt kemm qabel u wara l-operazzjoni, l-impriżi kkonċernati huma l-azzjonisti (kemm eżistenti kif ukoll ġodda) li jeżerċitaw il-kontroll konġunt u l-impriża konġunta stess (108). Min-naħa l-waħda, simili għall-akkwist tal-kontroll konġunt ta' kumpannija eżistenti, l-impriża konġunta stess tista’ titqies impriża kkonċernata għaliex hija impriża diġa’ pre-eżistenti. Min-naħa l-oħra, kif stabbilit hawn fuq, id-dħul ta' azzjonist ġdid mhuwiex biss fih innifsu akkwist ta' kontroll mill-ġdid, iżda wkoll iwassal għal tibdil fil-kwalità tal-kontroll għall-azzjonisti li jikkontrollaw l-oħrajn għaliex il-kwalità tal-kontroll ta' l-impriża konġunta hija ddeterminata mill-identità u l-kompożizzjoni ta' l-azzjonisti li jikkontrollaw u għalhekk ukoll mir-relazzjoni bejniethom. Barra minn dan, ir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet iqis impriża konġunta bħala kombinazzjoni tar-riżorsi ekonomiċi tal-kumpanniji prinċipali, flimkien ma' l-impriża konġunta jekk din diġà tiġġenera valur tal-bejgħ fis-suq. Għal dawn ir-raġunijiet, l-azzjonisti li jikkontrollaw ġodda huma impriżi kkonċernati flimkien ma' l-azzjonisti li jikkontrollaw li jifdal. Minħabba t-tibdil fil-kwalità tal-kontroll, kollha jitqiesu li qed jaġixxu f’akkwist tal-kontroll.

(144)

Minħabba li l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 4(2) tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet tipprevedi li l-akkwisti kollha tal-kontroll konġunt għandhom jiġu nnotifikati b’mod konġunt mill-impriżi li qed jakkwistaw l-kontroll konġunt, azzjonisti eżistenti u ġodda bħala prinċipju għandhom jinnotifikaw il-konċentrazzjonijiet li jirriżultaw minn dan it-tibdil fis-sitwazzjonijiet tal-kontroll konġunt flimkien.

(145)

Fi tranżazzjonijiet fejn l-impriża konġunta takkwista l-kontroll ta' kumpannija oħra, tqum l-mistoqsija jekk l-impriża konġunta għandhiex titqies bħala l-impriża kkonċernata (li l-valur tal-bejgħ tagħha jinkludi l-valur tal-bejgħ tal-kumpanniji prinċipali tagħha), jew jekk kull waħda mill-kumpanniji prinċipali tagħha għandhomx individwalment jitqiesu bħala impriżi kkonċernati. Din il-kwistjoni tista’ tkun deċiżiva għal skopijiet ġuriżdizzjonali (109). Filwaqt li, bħala prinċipju, l-impriża kkonċernata hija l-impriża konġunta bħala l-parteċipanti diretta fl-akkwist tal-kontroll, jista’ jkun hemm ċirkostanzi fejn il-kumpanniji jistabbilixxu kumpanniji “qafas” (shell) u l-kumpanniji prinċipali jitqiesu individwalment bħala impriżi kkonċernati. F’dan it-tip ta' sitwazzjoni, il-Kummissjoni tħares lejn ir-realtà ekonomika ta' l-operazzjoni sabiex tiddetermina liema huma l-impriżi kkonċernati.

(146)

Fejn l-akkwist ssir minn impriża konġunta ta' funzjonalità sħiħa, li għandha l-karatteristiċi stabbiliti hawn fuq, u diġà topera fuq l-istess suq, il-Kummissjoni normalment tqis lill-impriża konġunta stess u l-impriża mmirata bħala l-impriżi kkonċernati (u mhux il-kumpanniji prinċipali ta' l-impriża konġunta).

(147)

Konversament, fejn l-impriża konġunta tista’ titqies bħala sempliċi mezz għall-akkwist mill-kumpanniji prinċipali, il-Kummissjoni tqis lil kull waħda mill-kumpanniji prinċipali stess bħala impriżi kkonċernati, miflok l-impriża konġunta, flimkien mal-kumpannija mmirata. Dan huwa b’mod partikolari l-każ fejn l-impriża konġunta hija stabbilita speċjalment għall-iskopijiet li takkwista l-impriża mmirata jew għadha ma bdietx topera, fejn impriża konġunta eżistenti m’għandhiex karattru ta' funzjonalità sħiħa kif imsemmi hawn fuq jew fejn l-impriża konġunta hija assoċjazzjoni ta' impriżi. L-istess jgħodd fejn hemm elementi li juru li l-kumpanniji prinċipali fil-fatt huma l-parteċipanti reali wara l-operazzjoni. Dawn l-elementi jistgħu jinkludu involviment sinifikanti mill-kumpanniji prinċipali infishom fl-inizjazzjoni, l-organizzazzjoni u l-finanzjament ta' l-operazzjoni. F’dawk il-każijiet, il-kumpanniji prinċipali jitqiesu li huma l-impriżi kkonċernati.

(148)

Meta żewġ impriżi (jew aktar) jaqsmu impriża konġunta u jaqsmu l-assi (u jikkostitwixxu n-negozji) bejniethom, dan normalment jitqies bħala aktar minn akkwist wieħed tal-kontroll, kif inhuwa spjegat hawn fuq fil-paragrafu 43. Per eżempju, l-impriżi A u B jiffurmaw impriża konġunta u wara jaqsmuha, b’mod partikolari b’konfigurazzjoni ġdida ta' l-assi. It-tqassim ta' l-impriża konġunta tinvolvi tibdil minn kontroll konġunt fuq l-assi kollha ta' l-impriża konġunta għal kontroll esklużiv fuq l-assi mqassma minn kull waħda mill-impriżi li qed jakkwistaw (110).

(149)

Għal kull operazzjoni ta' tqassim, u skond il-konsiderazzjoni għall-akkwist tal-kontroll konġunt, l-impriżi kkonċernati jkunu, min-naħa l-waħda, il-parti li qed takkwista u, min-naħa l-oħra, l-assi li se takkwista din l-impriża.

(150)

Simili għas-sitwazzjoni tat-tqassim hija s-sitwazzjoni fejn żewġ kumpanniji (jew aktar) jiskambjaw l-assi li jikkostitwixxu negozju fuq kull naħa. F’dan il-każ, kull akkwist tal-kontroll jitqies li huwa akkwist indipendenti tal-kontroll esklużiv. L-impriżi kkonċernati ikunu, għal kull tranżazzjoni, il-kumpanniji li qed jakkwistaw u l-impriżi jew l-assi akkwistati.

(151)

Il-kontroll jista’ wkoll jiġi akkwistat minn persuni naturali, fis-sens ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet, jekk dawk il-persuni nfushom iwettqu attivitajiet ekonomiċi oħrajn (u għalhekk huma kklassifikati bħala impriżi ekonomiċi fihom infushom) jew jekk jikkontrollaw impriża ekonomika oħra waħda jew aktar. F’din is-sitwazzjoni, l-impriżi kkonċernati huma l-impriża mmirata u l-akkwirent individwali (u l-valur tal-bejgħ ta' l-impriża/i kkontrollata/i minn dik il-persuna naturali huwa inkluż fil-kalkolu tal-valur tal-bejgħ tal-persuna naturali sal-grad li t-termini ta' l-Artikolu 5(4) huma sodisfatti) (111).

(152)

L-akkwist tal-kontroll ta' impriża mill-maniġers tagħha hu wkoll akkwist minn persuni naturali, u l-paragrafu 151 ta' hawn fuq jgħodd ukoll. Iżda, il-maniġers jistgħu jiġbru l-interessi tagħhom permezz ta' “kumpannija mezz”, sabiex taġixxi b’leħen wieħed u wkoll biex jiffaċilitaw it-teħid tad-deċiżjonijiet. Tali kumpannija mezz tista’ tkun, iżda mhijiex neċessarjament, impriża kkonċernata. Il-gwida ġenerali mogħtija hawn fuq fil-paragrafi 145-147 dwar l-akkwisti tal-kontroll minn impriża konġunta tgħodd hawn ukoll.

(153)

Kif inhu deskritt hawn fuq, amalgamazzjoni jew l-akkwist tal-kontroll li jseħħu bejn żewġ impriżi li huma l-proprjetà ta' l-Istat (jew ta' l-istess entità pubblika) tista’ tikkostitwixxi konċentrazzjoni jekk l-impriżi qabel kienu parti minn unitajiet ekonomiċi differenti li għandhom setgħa ta' deċiżjoni indipendenti. Jekk dan huwa l-każ, it-tnejn jikkwalifikaw bħala impriżi kkonċernati għalkemm it-tnejn huma l-proprjetà ta' l-istess Stat (112).

III.   ID-DATA RILEVANTI GĦALL-ISTABBILIMENT TAL-ĠURIŻDIZZJONI

(154)

Is-sitwazzjoni legali għall-istabbiliment tal-ġuriżdizzjoni tal-Kummissjoni nbidlet taħt ir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet miktub mill-ġdid. Taħt ir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet preċedenti, id-data rilevanti kienet il-ġrajja li tirrikjedi n-notifika skond l-Artikolu 4(1) ta' dan ir-Regolament – il-konklużjoni ta' ftehim finali jew l-avviż ta' sejħa pubblika għall-offerti jew l-akkwist ta' interess li jikkontrolla – jew, mhux aktar tard mill-ħin meta l-partijiet kienu obbligati jinnotifikaw (jiġifieri ġimgħa wara l-ġrajja li tirrikjedi n-notifika) (113).

(155)

Taħt ir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet miktub mill-ġdid, m’għadx hemm obbligu biex il-partijiet jinnotifikaw fi żmien terminu fiss (kemm-il darba l-partijiet ma jimplimentawx il-konċentrazzjoni ppjanata qabel in-notifika). Madankollu, skond it- tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 4(1), l-impriżi kkonċernati jistgħu diġà jinnotifikaw it-tranżazzjoni fuq il-bażi ta' intenzjoni fi bwona fede li jikkonkludu ftehim jew, fil-każ ta' sejħa pubblika għall-offerti, fejn ħabbru pubblikament intenzjoni li jagħmlu din is-sejħa. Mhux aktar tard mill-ħin tan-notifika, il-Kummissjoni – kif ukoll l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni – għandhom ikunu jistgħu jiddeterminaw il-ġuriżdizzjoni tagħhom. Is-subparagrafu 1 ta' l-Artikolu 4(1) tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet jipprovdi, b’mod ġenerali, li l-konċentrazzjonijiet għandhom jiġu nnotifikati wara l-konklużjoni tal-ftehim, l-avviż tas-sejħa pubblika għall-offerti, jew l-akkwist tas-sehem li jikkontrolla. Id-dati ta' dawn il-ġrajjiet għalhekk għadhom deċiżivi taħt ir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet miktub mill-ġdid sabiex tiġi ddeterminata d-data rilevanti għall-istabbiliment tal-ġuriżdizzjoni, jekk notifika ma sseħħx qabel dawn il-ġrajjiet fuq bażi ta' intenzjoni fi bwona fede jew intenzjoni mħabbra (114).

(156)

Id-data rilevanti għall-istabbiliment tal-ġuriżdizzjoni Komunitarja fuq konċentrazzjoni hija għalhekk id-data tal-konklużjoni tal-ftehim legali li jorbot, l-avviż ta' sejħa pubblika għall-offerti jew l-akkwist ta' interess li jikkontrolla jew id-data ta' l-ewwel notifika, liema hija l-ewwel (115). Dwar id-data tan-notifika, hija rilevanti notifika jew lill-Kummissjoni jew lil awtorità ta' Stat Membru. Id-data rilevanti teħtieġ b’mod partikolari li titqies għall-mistoqsija jekk l-akkwisti jew id-divestituri li jseħħu wara l-perjodu koperti mill-kont rilevanti, iżda qabel id-data rilevanti, jeħtiġux adattamenti għal dawk ir-rendikonti skond il-prinċipji stabbiliti fil-paragrafi 172, 173.

IV.   IL-VALUR TAL-BEJGH

1.   Il-kuncett tal-valur tal-bejgħ

(157)

Il-kuncett tal-valur tal-bejgħ kif inhuwa użat fl-Artikolu 5 tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet jinkludi “l-ammonti li l-impriżi konċernati jkunu akkwistaw […] mill-bejgħ ta' prodotti u mill-provvista ta' servizzi li jagħmlu parti mill-attività ordinarja ta' l-impriżi”. Normalment dawn l-ammonti jidhru fir-rendikonti tal-kumpannija taħt l-intestatura “bejgħ”. Fil-każ ta' prodotti, il-valur tal-bejgħ jista’ jiġi determinat mingħajr diffikultà, l-aktar billi jiġi identifikat kull att kummerċjali li jinvolvi trasferiment tal-proprjetà.

(158)

Fil-każ tas-servizzi, il-metodu tal-kalkolu tal-valur tal-bejgħ b’mod ġenerali mhuwiex different minn dak użat fil-każ tal-prodotti: il-Kummissjoni tqis l-ammont totali tal-bejgħ. Iżda, il-kalkolu ta' l-ammonti derivati mill-proviżjon tas-servizzi jista’ jkun aktar kumpless għaliex dan jiddependi fuq is-servizz eżatt provdut u l-arranġamenti legali u ekonomiċi li jirfdu fis-settur ikkonċernat. Fejn impriża waħda tipprovdi s-servizz kollu direttament lill-klijent, il-valur tal-bejgħ ta' l-impriża kkonċernata tikkonsisti fl-ammont totali tal-bejgħ għall-proviżjon tas-servizzi fl-aħħar sena finanzjarja.

(159)

F’oqsma oħrajn, dan il-prinċipju ġenerali għandu bżonn ikun adattat għal kondizzjonijiet speċifiċi tas-servizz provdut. F’xi setturi ta' attività (bħall-pakketti ta' vakanzi u r-reklamar), is-servizz jista’ jinbiegħ permezz ta' intermedjarji (116). Ukoll jekk l-intermedjarju jagħmel fattura għall-ammont kollu lill-klijent aħħari, il-valur tal-bejgħ ta' l-impriża li taġixxi bħala intermedjarja jikkonsisti biss fl-ammont tal-kummissjoni tagħha. Għall-pakketti ta' vakanzi, l-ammont kollu mħallas mill-klijent aħħari mbagħad huwa allokat għall-operatur tal-vjaġġ li juża lill-aġenzija ta' l-ivvjaġġar bħala netwerk tad-distribuzzjoni. Fil-każ ta' reklamar, l-ammonti rċevuti (mingħajr kummissjoni) jitqiesu li jikkostitwixxi l-valur tal-bejgħ ta' l-istazzjoni tat-televixin jew il-ġurnal ladarba l-aġenziji tal-medja, bħala intermedjarji, ma jikkostitwixxux il-mezz ta' distribuzzjoni għall-bejjiegħa ta' l-ispazju tar-reklamar, iżda jintgħażlu mill-klijenti, jiġifieri dawk l-impriżi li jridu jirreklamaw.

(160)

L-eżempji msemmija juru li, minħabba d-diversità tas-servizzi, jistgħu jqumu bosta sitwazzjonijiet differenti u r-relazzjonijiet legali u ekonomiċi li jirfdu għandhom jiġu analizzati bir-reqqa. B’mod simili, jistgħu jirriżultaw sitwazzjonijiet speċifiċi għall-kalkolu tal-valur tal-bejgħ fl-oqsma tal-kreditu, tas-servizzi finanzjarji u ta' l-assigurazzjoni. Dawn il-kwistjonijiet jiġu ttrattati fit-Taqsima VI.

2.   Attivitajiet ordinarji

(161)

L-Artikolu 5(1) jipprovdi li l-ammonti li għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu tal-valur tal-bejgħ għandhom jikkorrispondu għall-“attivitajiet ordinarji” ta' l-impriżi kkonċernati. Dan huwa l-valur tal-bejgħ miksub mill-bejgħ tal-prodotti jew il-proviżjon tas-servizzi matul il-kummerċ normali tagħha. Ġeneralment jeskludi dawk l-oġġetti elenkati taħt l-intestaturi “dħul finanzjarju” jew “dħul straordinarju” fir-rendikonti tal-kumpannija. Dan id-dħul straordinarju jista’ jiġi mill-bejgħ ta' negozji jew ta' assi fissi. Iżda, ir-rendikonti tal-kumpannija mhux neċessarjament jiddelinjaw id-dħul derivat mill-attivitajiet ordinarji fil-mod li hu meħtieġ sabiex jiġi kkalkulat il-valur tal-bejgħ taħt ir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet. F’dawn il-każijiet, il-kwalifika ta' l-oġġetti fir-rendikonti jistgħu jkunu jridu jiġu adattati għar-rekwiżiti tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet (117).

(162)

Id-dħul mhux neċessarjament irid ikun ġej mill-klijent tal-prodotti jew tas-servizzi. Dwar l-għajnuna mogħtija lil impriżi minn organizzazzjonijiet pubbliċi, kwalunkwe għajnuna għandha tkun inkluża fil-kalkolu tal-valur tal-bejgħ jekk l-impriża stess hija r-reċipjent ta' l-għajnuna u jekk l-għajnuna hija direttament konnessa mal-bejgħ tal-prodotti u l-proviżjon tas-servizzi mill-impriża. Għalhekk l-għajnuna hija dħul ta' l-impriża mill-bejgħ tal-prodotti u l-proviżjoni tas-servizzi b’żjieda mal-prezz imħallas mill-konsumatur (118).

(163)

Qamu kwistjonijiet speċifiċi għall-kalkolu tal-valur tal-bejgħ ta' unità tal-kummerċ li kellu biss valur tal-bejgħ intern fl-imgħoddi. Dan jista’ jgħodd b’mod partikolari għal tranżazzjonijiet li jinvolvu l-għoti estern ta' servizzi permezz ta' trasferiment ta' unità tal-kummerċ. Jekk din it-tranżazzjoni tikkostitwixxi konċentrazzjoni fuq il-bażi tal-konsiderazzjonijiet deskritti fil-qosor fil-paragrafi 27 ff. ta' dan l-Avviż, il-prattika tal-Kummissjoni hija li l-valur tal-bejgħ normalment għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi tal-valur tal-bejgħ li qabel kien intern jew ta' prezzijiet ikkwotati pubblikament fejn jeżistu dawn il-prezzijiet (eż., fl-industrija taż-żejt). Fejn il-valur tal-bejgħ li qabel kien intern ma jidhirx li jikkorrispondi għal valutazzjoni tas-suq ta' l-attivitajiet ikkonċernati (u għalhekk, għall-valur tal-bejgħ mistenni fil-futur fuq is-suq), jista’ minflok jintuża d-dħul previst li għandu jiġi rċevut fuq il-bażi ta' ftehim mal-kumpannija li qabel kienet prinċipali.

3.   Il-valur tal-bejgħ “Nett”

(164)

Il-valur tal-bejgħ li għandu jitqies huwa l-valur tal-bejgħ “nett”, wara t-tnaqqis ta' għadd ta' komponenti speċifikati fir-Regolament. L-għan huwa li l-valur tal-bejgħ jiġi aġġustat b’tali mod li jkun jista’ jirrifletti s-saħħa ekonomika reali ta' l-impriża.

3.1.   It-tnaqqis ta' roħs u ta' taxxi

(165)

L-Artikolu 5(1) jipprovdi li “jitnaqqsu l-iskontijiet fuq il-bejgħ, t-taxxa fuq il-valur miżjud u taxi oħra marbuta b'mod dirett mal-valur tal-bejgħ”. “L-iskontijiet fuq il-bejgħ” ifisser t-tnaqqis jew ir-roħs kollu li jingħata mill-impriżi lil-klijenti tagħhom u li għandhom influwenza diretta fuq l-ammonti tal-bejgħ.

(166)

Dwar it-tnaqqis tat-taxxi, ir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet jirreferi għall-VAT u “taxxi oħra marbuta b'mod dirett mal-valur tal-bejgħ”. Il-kunċett ta' “taxxi marbuta b'mod dirett mal-valur tal-bejgħ” jirreferi għat-taxxi indiretti marbuta mal-valur tal-bejgħ, per eżempju, bħat-taxxi fuq ix-xorb alkoħoliku jew is-sigaretti.

3.2.   It-trattament tal-valur tal-bejgħ “intern”

(167)

L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 5(1) jgħid li “l-valur tal-bejgħ totali ta' impriża konċernata ma għandux jinkludi il-bejgħ ta' prodotti jew il-provvista ta' servizzi bejn uħud mill-impriżi msemmija fil-paragrafu 4”, jiġifieri l-grupp li tappartjeni għalih l-impriża kkonċernata. L-għan huwa li jiġi eskluż id-dħul minn negozji kummerċjali fi grupp sabiex titqies is-saħħa ekonomika reali ta' kull entità fil-forma ta' valur tal-bejgħ fis-suq. Għalhekk l-“ammonti” li jqis ir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet jirreflettu biss it-tranżazzjonijiet li jseħħu bejn il-grupp ta' l-impriżi min-naħa l-waħda u partijiet terzi min-naħa l-oħra.

(168)

L-Artikolu 5(5)(a) tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet japplika l-prinċipju li l-għadd doppju għandu jiġi evitat b’mod speċifiku għas-sitwazzjoni fejn żewġ impriżi jew aktar ikkonċernati f’konċentrazzjoni għandhom konġuntament id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fl-Artikolu 5(4)(b) f’kumpannija oħra. Skond din id-dispożizzjoni, il-valur tal-bejgħ li jirriżulta mill-bejgħ tal-prodotti jew mill-proviżjon tas-servizzi bejn l-impriża konġunta u kull waħda mill-impriżi kkonċernati (jew kwalunkwe impriża oħra konnessa magħhom fis-sens ta' l-Artkolu 5(4)) għandu jiġi eskluż. Dwar l-impriżi konġunti bejn l-impriżi kkonċernati u terzi, sa fejn il-valur tal-bejgħ tagħhom jitqies skond l-Artikolu 5(4)(b) kif stabbilit fil-paragrafu 181 hawn taħt, il-valur tal-bejgħ iġġenerat mill-bejgħ bejn l-impriża konġunta u l-impriża kkonċernata skond il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5(4)) ma jitteħdix skond l-Artikolu 5(1).

4.   Il-kalkolu tal-valur tal-bejgħ u r-rendikonti finanzjarji

4.1.   Ir-regola ġenerali

(169)

Il-Kummissjoni tipprova tibbaża ruħha fuq il-figuri l-aktar preċiżi u dipendibbli li huma disponibbli. B’mod ġenerali, il-Kummissjoni tirreferi għar-rendikonti li jirrelataw għall-eqreb sena finanzjarja għad-data tat-tranżazzjoni u li huma vverifikati taħt l-istandard applikabbli għall-impriża kkonċernata u obbligatorji għas-sena finanzjarja rilevanti (119). Aġġustament tal-figuri vverifikati għandu jseħħ biss jekk dan ikun meħtieġ mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet, inklużi l-każijiet spjegati f’aktar dettal fil-paragrafu 172.

(170)

Il-Kummissjoni ma tixtieqx tiddependi fuq ir-rendikonti tal-ġestjoni jew forma oħra ta' rendikonti provviżorji f’ċirkostanzi li ma jkunux eċċezzjonali (120). Fejn konċentrazzjoni sseħħ fl-ewwel sitt xhur tas-sena u r-rendikonti vverifikati għad mhumiex disponibbli għas-sena finanzjarja l-aktar reċenti, il-figuri li għandhom jitqiesu huma dawk relatati għas-sena ta' qabel. Fejn hemm diverġenza ewlenija bejn iż-żewġ settijiet ta' rendikonti, minħabba tibdil sinifikanti u permanenti fl-impriża kkonċernata, u, b’mod partikolari, meta l-figuri abbozzati finali għas-sena l-aktar riċenti ġew approvati mill-bord tal-ġestjoni, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tqis dawk il-figuri.

(171)

Minkejja r-regola ġenerali, fil-każijiet fejn huma osservati differenzi ewlenin bejn l-istandards Komunitarji dwar iż-żamma tar-rendikonti u dawk ta' pajjiż mhux membru, il-Kummissjoni tista’ tqis li huwa meħtieġ li dawn ir-rendikonti jiġu mfassla mill-ġdid skond l-istandards Komunitarji applikabbli għall-valur tal-bejgħ.

4.2.   Aġġustamenti wara d-data ta' l-aħħar rendikonti vverifikati

(172)

Minkejja l-paragrafi ta' hawn fuq, aġġustament għandu dejjem isir biex jitqiesu t-tibdiliet permanenti fir-realtà ekonomika ta' l-impriżi kkonċernati, bħall-akkwisti u ċ-ċessjonijiet li mhumiex, jew mhumiex għal kollox, riflessi fir-rendikonti vverifikati. Dan it-tibdil għandu jitqies sabiex jiġu identifikati r-riżorsi veri li qed jiġu kkonċentrati u biex tkun riflessa aħjar is-sitwazzjoni ekonomika ta' l-impriżi kkonċernati. Dawk l-aġġustamenti huma ta' natura selettiva biss u ma jqiegħdux fil-periklu l-prinċipju li għandu jkun hemm biss mekkaniżmu sempliċi u oġġettiv biex tiġi ddeterminata l-ġuriżdizzjoni tal-Kummissjoni għaliex ma jeħtiġux reviżjoni sħiħa tar-rendikonti vverifikati (121). L-ewwel, dan jgħodd għall-akkwisti, ċessjonijiet jew għeluq ta' parti min-negozju tagħha wara d-data tar-rendikonti vverifikati. Dan huwa rilevanti jekk kumpannija tagħlaq tranżazzjoni dwar iċ-ċessjoni u l-għeluq ta' parti min-negozju tagħha fi kwalunkwe ħin qabel id-data rilevanti biex tiġi stabbilita l-ġuriżdizzjoni (ara l-paragrafu 154) jew fejn tali ċessjoni jew għeluq tan-negozju huma prekondizzjoni għall-operazzjoni (122). F’dan il-każ, il-valur tal-bejgħ li għandu jiġi attribwit għal dik il-parti tan-negozju għandu jitnaqqas mill-valur tal-bejgħ tal-parti li qed tinnotifika, kif jidher mill-aħħar rendikonti vverifikati. Jekk jiġi ffirmat ftehim għall-bejgħ ta' parti min-negozju tagħha, iżda d-data ta' l-għeluq tal-bejgħ (fi kliem ieħor, l-implimentazzjoni legali tiegħu u t-trasferiment tat-titolu legali għall-ishma jew assi akkwistati) għadha ma seħħitx, dan it-tibdil m’għandux jiġi meqjus (123), sakemm il-bejgħ mhux prekondizzjoni għall-operazzjoni notifikata. Konversament, il-valur tal-bejgħ ta' dawn in-negozji li l-akkwist tagħhom ingħalqet wara l-preparazzjoni tar-rendikonti vverifikati l-aktar riċenti, iżda qabel id-data rilevanti biex tiġi stabbilita, għandu jiżdied mal-valur tal-bejgħ tal-kumpannija għall-għanijiet tan-notifika.

(173)

It-tieni, jista’ wkoll ikun meħtieġ aġġustament għall-akkwisti, iċ-ċessjonijiet jew l-għeluq ta' parti min-negozju li seħħu matul is-sena finanzjarja li għalihom saru r-rendikonti vverifikati. Jekk isiru l-akkwisti, iċ-ċessjonijiet jew l-għeluq ta' parti min-negozju f’dan il-perjodu, it-tibdil fir-riżorsi ekonomiċi jista’ biss ikun rifless parzjalment fir-rendikonti vverifikati ta' l-impriża kkonċernata. Minħabba li l-valur tal-bejgħ tan-negozji kkonċernati jista’ jkun inkluż fil-kontijiet biss miż-żmien meta ġew akkwistati, dan jista’ ma jirreflettix il-valur tal-bejgħ sħiħ annwali tan-negozju akkwistat. Konversament, il-valur tal-bejgħ tan-negozji ċeduti jew magħluqa jista’ xorta jkun inkluż fir-rendikonti vverifikati sal-punt taċ-ċessjoni jew għeluq attwali tagħhom. F’dawn il-każijiet, għandhom bżonn isiru aġġustamenti biex jitneħħa l-valur tal-bejgħ iġġenerat min-negozji ċeduti jew magħluqa mir-rendikonti vverifikati sal-ħin tad-dekonsolidazzjoni u biex jiżdied il-valur tal-bejgħ li ġġeneraw in-negozji akkwistati fis-sena sal-ħin meta ġew ikkonsolidati fir-rendikonti. Bħala riżultat, il-valur tal-bejgħ tan-negozji ċeduti jew magħluqa għandu jiġi eskluż kollu u l-ammont sħiħ tal-valur tal-bejgħ annwali tan-negozji akkwistati għandu jiġi inkluż.

(174)

Fatturi oħrajn li jistgħu jaffettwaw il-valur tal-bejgħ tal-kumpannija fuq bażi temporanja bħal tnaqqis fl-ordnijiet għal prodott, jew tnaqqis fil-proċess tal-produzzjoni fil-perjodu qabel it-tranżazzjoni jiġu injorati għall-iskopijiet tal-kalkolu tal-valur tal-bejgħ. Ma jsir ebda aġġustament għar-rendikonti definittivi biex dawn jiġu inkorporati.

5.   L-attribuzzjoni tal-valur tal-bejgħ taħt l-Artikolu 5(4)

5.1.   L-identifikazzjoni ta' l-impriżi li jitqies il-valur tal-bejgħ tagħhom

(175)

Meta impriża kkonċernata minn konċentrazzjoni hija parti minn grupp, ma jitqisx biss il-valur tal-bejgħ ta' l-impriża kkonċernata, iżda r-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet jeħtieġ ukoll li jitqies il-valur tal-bejgħ ta' dawk l-impriżi li magħhom l-impriża kkonċernata għandha konnessjonijiet li jikkonsistu fid-drittijiet jew fis-setgħat elenkati fl-Artikolu 5(4) sabiex jiġi ddeterminat jekk intlaħqux il-limiti li jinsabu fl-Artikolu 1 tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet. L-għan huwa għal darb’oħra li jinġabar il-volum totali tar-riżorsi ekonomiċi li qed jiġu kkombinati permezz ta' l-operazzjoni irrispettivament minn jekk l-attivitajiet ekonomiċi jitwettqux direttament mill-impriża kkonċernata jew jekk jitwettqux direttament permezz tq’ impriża li magħhom l-impriża kkonċernata għandha l-konnessjonijiet deskritti fl-Artikolu 5(4).

(176)

Ir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet ma jiddelinjax il-kunċett ta' grupp f’definizzjoni waħda astratta, iżda fl-Artikolu 5(4)(b) jistabbilixxi xi drittijiet jew setgħat. Jekk impriża kkonċernata direttament jew indirettament għandha dawn il-konnessjonijiet ma' kumpanniji oħrajn, dawk għandhom jitqiesu bħala parti mill-grupp tagħha għall-iskopijiet tal-kalkolu tal- valur tal-bejgħ skond ir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet.

(177)

L-Artikolu 5(4) tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet jipprovdi dan li ġej:

“Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 [akkwist tal-partijiet], il-valur tal-bejgħ totali ta' impriża konċernata fis-sens ta' dan ir-Regolament għandu jkun ikkalkulat billi jintgħaddu flimkien il-valuri tal-bejgħ rispettivi ta' dawn li ġejjin:

(a)

l-impriża konċernata;

(b)

dawk l-impriżi li fihom l-impriża konċernata, b'mod dirett jew indirett:

(i)

għandha aktar minn nofs il-kapital jew l-assi kummerċjali, jew

(ii)

għandha l-poter li teżerċita aktar minn nofs id-drittijiet tal-vot, jew

(iii)

għandha l-poter li taħtar aktar minn nofs il-membri tal-bord ta' sorveljanza, l-bord amministrattiv jew entitajiet li jirrappreżentaw legalment l-impriżi, jew

(iv)

għandha d-dritt li tiġġestixxi l-kummerċ ta' l-impriża;

(ċ)

dawk l-impriżi li għandhom id-drittijiet jew il-poteri msemmija f'(b) fl-impriża konċernata ;

(d)

dawk l-impriżi li fihom impriża msemmija f'(c) għandha d-drittijiet jew poteri msemmija f'(b);

(e)

dawk l-impriżi li fihom żewġ impriżi jew aktar, msemmija f'(a) sa (d) flimkien għandhom d-drittijiet jew poteri msemmija f’(b).”

Impriża li għandha, f’impriża oħra, id-drittijiet u s-setgħat imsemmija fl-Artikolu 5(4)(b) tiġi msejħa l-“prinċipali” ta' din ta' l-aħħar f’din it-taqsima ta' dan l-Avviż dwar il-kalkolu tal- valur tal-bejgħ, filwaqt li din ta' l-aħħar tissejjaħ “sussidjarja” ta' dik ta' l-ewwel. Fil-qosor, għalhekk l-Artikolu 5(4) jipprovdi li l-valur tal-bejgħ ta' l-impriża kkonċernata mill-klonċentrazzjoni (il-punt (a)) għandu jinkludi s-sussidjarji tagħha (il-punt (b)), il-kumpanniji prinċipali tagħha (il-punt (c)), is-sussidjarji l-oħrajn ta' l-impriżi prinċipali tagħha (il-punt (d)) u kwalunkwe sussidjarja oħra proprjetà konġunta ta' tnejn jew aktar mill-impriżi identifikati taħt (a)-(d) (il-punt (e)).

(178)

Eżempju grafiku huwa dan li ġej:

L-impriża kkonċernata u l-grupp tagħha:

Image

a

:

L-impriża kkonċernat (124)

b

:

Is-sussidjarji tagħha, il-kumpanniji miżmuma flimkien ma' terzi (b3) u s-sussidjarji tagħhom (b1 and b2)

c

:

Il-kumpanniji prinċipali tagħha u l-kumpanniji prinċipali tagħhom (c1)

d

:

Sussidjarji oħrajn tal-kumpanniji parent ta' l-impriża kkonċernata

e

:

Il-kumpanniji miżmuma flimkien ma' żewġ kumpanniji (jew aktar) tal-grupp

x

:

Terza parti

Nota: l-ittri a – e jikkorrispondu għall-punti rilevanti ta' l-Artikolu 5(4). Il-perċentwali stabbiliti fil-grafika huma relatati mal-perċentwal tad-drittijiet tal-votazzjoni tal-kumpannija prinċipali rispettiva.

(179)

Id-drittijiet jew setgħat elenkati fl-Artikolu 5(4)(b)(i)-(iii) jistgħu jiġu identifikati b’mod pjuttost sempliċi għaliex jirreferu għal limiti kwantitattivi. Dawn il-limiti jintlaħqu jekk l-impriża kkonċernata ghandha aktar min-nofs tal-kapital jew ta' l-assi kummerċjali jew għandha s-setgħa li taħtar legalment aktar min-nofs tal-membri tal-bord f’impriżi oħrajn. Iżda, il-limiti jintlaħqu wkoll jekk l-impriża kkonċernata għandha de facto s-setgħa li teżerċita aktar min-nofs tad-drittijiet tal-votazzjoni fil-laqgħa ta' l-azzjonisti jew is-setgħa li taħtar aktar min-nofs tal-membri tal-bord f’impriżi oħrajn (125).

(180)

Id-dispożizzjoni fl-Artikolu 5(4)(b)(iv) tirreferi għad-dritt li jiġi ġġestit il-kummerċ ta' l-impriża. Dan id-dritt tal-ġestjoni jeżisti taħt il-liġi tal-kumpanniji b’mod partikolari fuq il-bażi ta' kuntratti organizzazzjonali bħal “Beherrschungsvertrag” taħt il-liġi Ġermaniża, fuq il-bażi ta' kuntratti ta' kirjiet kummerċjali jew fuq il-bażi ta' l-istruttura ta' l-organizzazzjoni għall-imsieħeb ġenerali fi sħubija limitata (126). Iżda, id-“dritt tal-ġestjoni” jista’ wkoll jirriżulta mid-detenzjoni tad-drittijiet tal-votazzjoni (waħedhom jew flimkien ma' ftehimiet kuntrattwali, bħal ftehim ta' l-azzjonisti) li jippermettu, fuq bażi stabbli u de jure, li tiġi ddeterminata l-imġiba strateġika ta' l-impriża.

(181)

Id-dritt tal-ġestjoni jkopri wkoll sitwazzjonijiet fejn l-impriża kkonċernata għandha dritt konġunt li ġġestixxi n-negozju ta' impriża flimkien ma' terzi (127). Il-konsiderazzjoni li tirfed hija li l-impriżi li jeżerċitaw il-kontroll konġunt għandhom id-dritt konġunt li jiġġestixxu n-negozju ta' l-impriża kkontrollata wkoll jekk kull waħda minnhom jista’ jkollha dawk id-drittijiet individwalment biss fis-sens negattiv, jiġifieri fil-forma ta' drittijiet ta' veto. Fl-eżempju, l-impriża (b3) li hija kkontrollata konġuntament mill-impriża kkonċernata (a) u terza parti (x) titqies għaliex kemm (a) kif ukoll (x) għandha drittijiet ta' veto f’(b3) fuq il-bażi ta' l-ishma indaqs tagħhom f’(b3) (128). Skond l-Artikolu 5(4)(b)(iv) il-Kummissjoni tqis biss dawn l-impriżi konġunti li fihom l-impriża kkonċernata u terzi partijiet għandhom drittijiet de jure li jagħtu lok għal dritt ċar tal-ġestjoni. L-inklużjoni ta' l-impriżi konġunti hija għalhekk limitata għal sitwazzjonijiet fejn l-impriża kkonċernata u terzi partijiet għandhom dritt konġunt li jiġġestixxu fuq il-bażi ta' ftehim, eż., ftehim ta' l-azzjonisti jew fejn l-impriża kkonċernata u terza parti għandhom ugwaljanza tad-drittijiet tal-votazzjoni bl-effett li għandhom id-dritt jaħtru numru indaqa ta' membri ta' l-entitajiet li jieħdu d-deċiżjonijiet ta' l-impriża konġunta.

(182)

Bl-istess mod, fejn żewġ kumpanniji jew aktar jikkontrollaw konġuntament lill-impriża kkonċernata fis-sens li l-ftehim ta' kull waħda minnhom hija meħtieġa sabiex jiġu ġestiti l-affarijiet ta' l-impriża, huwa inkluż il-valur tal-bejgħ tagħhom kollha. Fl-eżempju, iż-żewġ kumpanniji prinċipali (c) ta' l-impriża kkonċernata (a) jkunu meqjusa kif ukoll il-kumpanniji prinċipali tagħhom stess (c1 fl-eżempju). Din l-interpretazzjoni tirriżulta mir-referenza mill-Artikolu 5(4)(c), li jittratta dwar dan il-każ, għall-Artikolu 5(4)(b), li jgħodd għall-kumpanniji kkontrollati konġuntament kif stabbilit fil-paragrafu ta' qabel.

(183)

Meta xi waħda mill-kumpanniji identifikati fuq il-bażi ta' l-Artikolu 5(4) għandha wkoll konnessjonijiet kif definiti fl-Artikolu 5(4) ma' impriżi oħrajn, dawn għandhom jiddaħħlu fil-kalkolu. Fl-eżempju, waħda mis-sussidjarji ta' l-impriża kkonċernata a (imsejħa b) għandha s-sussidjarji tagħha stess b1 u b2 u waħda mill-kumpanniji prinċipali (imsejħa c) għandha s-sussidjarja tagħha stess (d).

(184)

L-Artikolu 5(4) jistabbilixxi kriterji speċifiċi biex jiġu identifikati l-impriżi li l- valur tal-bejgħ tagħhom jista’ jiġi attribwit għall-impriża kkonċernata. Dawn il-kriterji, inkluż “id-dritt tal-ġestjoni tan-negozju ta' l-impriża”, mhumiex koestensivi man-nozzjoni ta' “kontroll” skond l-Artikolu 3(2). Jeżistu differenzi kbar bejn l-Artikoli 3 u 5, minħabba li dawk id-dispożizzjonijiet jissodisfaw rwoli differenti. Id-differenzi huma l-aktar apparenti fil-qasam tal-kontroll de facto. Filwaqt li taħt l-Artikolu 3(2) anki sitwazzjoni ta' dipendenza ekonomika tista’ twassal għall-kontroll fuq bażi de facto (ara fid-dettal hawn fuq), sussidjarja kkontrollata unikament titqies biss fuq bażi de facto taħt l-Artikolu 5(4)(b) jekk jintwera b’mod ċar li l-impriża kkonċernata għandha s-setgħa li teżerċita aktar min-nofs tad-drittijiet tal-votazzjoni jew li taħtar aktar min-nofs tal-membri tal-bord. Dwar xenarji ta' kontroll konġunt, l-Artikolu 5(4)(b)(iv) ikopri dawk ix-xenarji fejn l-impriżi li jikkontrollaw għandhom flimkien dritt li jiġġestixxu fuq il-bażi ta' drittijiet individwali ta' veto. Iżda, l-Artikolu 5(4) ma jkoprix sitwazzjonijiet fejn iseħħ il-kontroll konġunt fuq bażi de facto minħabba interessi komuni qawwija bejn azzjonisti minoritarji differenti tal-kumpannija li hija l-impriża konġunta fuq il-bażi ta' l-attendenza ta' l-azzjonisti. Id-differenza hija riflessa fil-fatt li l-Artikolu 5(4)(b)(iv) jirreferixxi għad-dritt tal-ġestjoni, u mhux setgħa (bħal fis-subparagrafu (b)(ii) u (iii)) u hija spjegata mill-bżonn għall-preċiżjoni u ċ-ċertezza fil-kriterji applikati għall-kalkolu tal-fatturat sabiex il-ġuriżdizzjoni tkun tista’ tiġi vverifikata b’mod faċli. Iżda taħt l-Artikolu 3(3), il-kwistjoni jekk isseħħx konċentrazzjoni tista’ tiġi investigata b’mod aktar komprensiv. Barra minn dan, is-sitwazzjonijiet tal-kontroll esklużiv negattiv huma biss eċċezzjonalment koperti (jekk il-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 5(4)(b)(i)-(iii) jintlaħqu fil-każ speċifiku); id-“dritt tal-ġestjoni” skond l-Artikolu 5(4)(b)(iv) ma jkoprix sitwazzjonijiet ta' kontroll negattiv. Fl-aħħarnett, l-Artikolu 5(4)(b)(i), pereżempju, ikopri sitwazzjonijiet fejn “kontroll” skond l-Artikolu 3(2) jista' ma jkunx jeżisti.

5.2.   L-allokazzjoni tal-valur tal-bejgħ ta' l-impriżi identifikati

(185)

B’mod ġenerali, sakemm it-test taħt l-Artikolu 5(4)(b) huwa sodisfatt, jitqies il-valur tal-bejgħ kollu tas-sussidjarja kkonċernata irrispettivament mis-sehem attwali li għandha l-impriża kkonċernata fis-sussidjarja. Fit-tabella, jitqies il-valur tal-bejgħ kollu tas-sussidjarji msejħa b ta' l-impriża kkonċernata a.

(186)

Iżda, ir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet jinkludi regoli speċifiċi għall-impriża konġunta. L-Artikolu 5(5)(b) jipprovdi li għall-impriżi konġunti bejn żewġ impriżi kkonċernati jew aktar, il-valur tal-bejgħ ta' l-impriża konġunta (sa fejn il-valur tal-bejgħ huwa ġġenerat mill-attivitajiet ma' terzi kif stabbilit hawn fuq fil-paragrafu 168) għandu jinqasam b’mod indaqs fost l-impriżi kkonċernati, irrispettivament mis-sehem taghhom tal-kapital jew tad-drittijiet tal-votazzjoni.

(187)

Il-prinċipju li jinsab fl-Artikolu 5(5)(b) huwa segwit b’analoġija għall-allokazzjoni tal-valur tal-bejgħ għall-impriżi konġunti bejn l-impriżi kkonċernati u terzi jekk il- valur tal-bejgħ tagħhom huwa meqjus skond l-Artikolu 5(4)(b) kif stabbilit hawn fuq fil-paragrafu 181. Il-prattika tal-Kummissjoni kienet li talloka lill-impriża kkonċernata l-valur tal-bejgħ fuq bażi per capita skond l-għadd ta' impriżi li jeżerċitaw il-kontroll konġunt. Fl-eżempju, jitqies nofs il-valur tal-bejgħ ta' b3.

(188)

Ir-regoli ta' l-Artikolu 5(4) għandhom ukoll jiġu adattati f’sitwazzjonijiet li jinvolvu tibdil mill-kontroll konġunt għal dak esklużiv sabiex jiġi evitat li jingħadd darbtejn il-valur tal-bejgħ ta' l-impriża konġunta. Anki jekk l-impriża li qed takkwista għandha drittijiet jew setgħat fl-impriża konġunta li jilħqu r-rekwiżiti ta' l-Artikolu 5(4), il-valur tal-bejgħ ta' l-azzjonist li qed jakkwista għandu jiġi kkalkulat mal-valur tal-bejgħ ta' l-impriża konġunta, u l-valur tal-bejgħ ta' l-impriża konġunta għandu jitqies mingħajr il- valur tal-bejgħ ta' l-azzjonist li qed jakkwista.

5.3.   L-allokazzjoni tal-valur tal-bejgħ fil-każ ta' fondi ta' l-investiment

(189)

Il-kumpannija ta' l-investiment, kif stabbilit hawn fuq fil-paragrafu 15, normalment takkwista kontroll indirett fuq il-kumpanniji tal-portafoll li għandu fond ta' l-investiment. Bl-istess mond, il-kumpannija ta' l-investiment tista’ titqies li indirettament għandha s-setgħat u d-drittijiet li huma stabbiliti fl-Artikolu 5(4)(b), b’mod partikolari biex indirettament ikollha s-setgħa li teżerċita d-drittijiet tal-votazzjoni li għandu l-fond ta' l-investiment fil-kumpanniji tal-portafoll.

(190)

Jistgħu wkoll jgħoddu l-istess konsiderazzjonijiet, kif stabbilit hawn fuq fil-qafas ta' l-Artikolu 3 (paragrafu 15), jekk kumpannija ta' l-investiment tikkostitwixxi bosta fondi ta' l-investiment b’investituri possibbilment differenti. Tipikament, fuq il-bażi ta' l-istruttura organizzazzjonali, b’mod partikolari l-konnessjonijiet bejn il-kumpannija ta' l-investiment u l-imsieħeb/l-isħab ġenerali tal-fondi differenti organizzati bħala sħubiji limitati, jew ftehimiet kuntrattwali, b’mod speċjali ftehimiet rakkomandatorji bejn l-imsieħeb ġenerali jew il-fond ta' l-investiment u l-kumpannija ta' l-investiment, il-kumpannija ta' l-investiment ikollha indirettament s-setgħa li teżerċita d-drittijiet tal-votazzjoni li għandu l-fond ta' l-investiment fil-kumpanniji tal-portafoll jew indirettament ikollha waħda mis-setgħat jew id-drittijiet l-oħrajn stabbiliti fl-Artikolu 5(4)(b). F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-kumpannija ta' l-investiment tista’ teżerċita kontroll komuni bejn il-fondi differenti li tkun stabbiliet u l-operazzjoni komuni tal-fondi differenti mill-kumpannija ta' l-investiment spiss hija indikata minn marka komuni għall-fondi.

(191)

Konsegwentament, tali organizzazzjoni tal-fondi differenti mill-kumpannija ta' l-investiment tista’ twassal għar-riżultat li l-valur tal-bejgħ tal-kumpanniji kollha fil-portafoll miżmuma mill-fondi differenti jitqies għall-għanijiet ta' l-evalwazzjoni dwar jekk il-limiti tal-valur tal-bejgħ fl-Artikolu 1 jintlaħqux jekk il-kumpannija ta' l-investiment takkwista l-kontroll indirett ta' kumpannija fil-portafall permezz ta' wieħed mill-fondi.

5.4.   L-allokazzjoni tal-valur tal-bejgħ għall-kumpanniji ta' l-Istat

(192)

Dwar il-kalkolu tal-valur tal-bejgħ ta' l-impriżi ta' l-Istat, l-Artikolu 5(4) għandu jinqara flimkien mal-premessa 22 tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet. Din il-premessa tiddikjara li, sabiex tiġi evitata d-diskriminazzjoni bejn is-settur pubbliku u dak privat, “fis-settur pubbliku, l-kalkulazzjoni tal-valur tal-bejgħ ta' impriża konċernata f'konċentrazzjoni għandha tieħu in-konsiderazzjoni l-impriżi li jifformaw unità ekonomika b'setgħa indipendenti li tieħu deċiżjoni, irrispettivament minn kif il-kapital tagħhom huwa mqassam jew mir-regoli ta' sorveljanza amministrattiva applikabbli fil-konfront tagħhom” (129).

(193)

Din il-premessa tiċċara li l-Istati Membri (jew entitajiet pubbliċi oħrajn) mhumiex meqjusa bħala “impriżi” taħt l-Artikolu 5(4) sempliċement għaliex għandhom interessi fl-impriżi l-oħrajn li jilħqu l-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 5(4). Għalhekk, għall-iskopijiet tal-kalkolu tal-valur tal-bejgħ, jittieħed kont biss ta' dawk l-impriżi li huma parti mill-istess unità ekonomika, li għandhom l-istess setgħa indipendenti ta' deċiżjoni.

(194)

Għalhekk, fejn kumpannija ta' l-Istat ma hija soġġetta għal ebda koordinazjzoni ma' holdings oħrajn ikkontrollati mill-Istat, għandha tiġi ttrattata bħala indipendenti għall-għanijiet ta' l-Artikolu 5, u l-valur tal-bejgħ ta' kumpanniji oħrajn ta' dak l-Istat m’għandux jitqies. Iżda, fejn bosta kumpanniji ta' l-Istat huma taħt l-istess ċentru indipendenti tat-teħid tad-deċiżjonijiet kummerċjali, il-valur tal-bejgħ ta' dawk in-negozji għandu jitqies bħala parti mill-grupp ta' l-impriża kkonċernata għall-għanijiet ta' l-Artikolu 5.

V.   L-ALLOKAZZJONI ĠEOGRAFIKA TAL-VALUR TAL-BEJGĦ

(195)

Il-limiti li jikkonċernaw il-valur tal-bejgħ Komunitarju u dak fl-Istati Membri fl-Artikolu 1(2) u (3) jimmiraw li jidentifikaw każijiet li għandhom biżżejjed valur tal-bejgħ fil-Komunità sabiex ikunu ta' interess Komunitarju u li huma primarjament ta' natura transkonfinali. Jeħtieġ li l-valur tal-bejgħ ikun allokat ġeografikament lill-Komunità u lill-Istati Membri individwali. Minħabba li spiss ir-rendikonti vverifikati ma jipprovdux tqassim ġeografiku kif jeħtieġ ir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet, il-Kummissjoni se tiddependi fuq l-aħjar figuri disponibbli li jipprovdu l-impriżi. It-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 5(1) jipprovdi li l-lok tal-valur tal-bejgħ huwa determinat mill-lok tal-klijent fil-ħin tat-tranżazzjoni:

“Valur tal-bejgħ, fil-Komunità jew fi Stat Membru, għandu jinkludi prodotti mibjugħa u servizzi provvduti lil impriżi u konsumaturi, fil-Komunità jew f'dak l-Istat Membru, skond il-każ.”

(196)

Ir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet ma jiddiskriminax bejn “prodotti mibjugħa” u “servizzi pprovduti” għall-allokazzjoni ġeografika tal-valur tal-bejgħ. Fiż-żewġ każijiet, ir-regola ġenerali hija li l-valur tal-bejgħ għandu jiġi attribwit għall-post fejn jinsab il-konsumatur. Il-prinċipju li jirfed huwa li l-valur tal-bejgħ għandu jiġi allokati għall-post fejn isseħħ il-kompetizzjoni ma' provdituri alternattivi. Dan il-post huwa wkoll normalment il-post fejn għandha ssir l-azzjoni karatteristika taħt il-kuntratt kkonċernat, jiġifieri fejn is-servizz huwa attwalment provdut u l-prodott huwa attwalment ikkonsenjat. Fil-każ tat-tranżazzjonijiet bl-Internet, jista’ jkun diffiċli biex l-impriżi jiddeterminaw il-post tal-klijent fil-ħin meta l-kuntratt huwa konkluż bl-Internet. Jekk il-prodott jew is-servizz stess mhuwiex provdut bl-Internet, wieħed jista’ jiffoka fuq il-post fejn tittieħed l-azzjoni karatteristika taħt il-kuntratt sabiex jevita dawn id-diffikultajiet. F’dawn li ġejjin il-bejgħ tal-prodotti u l-proviżjon tas-servizzi huma ttrattati separatament għaliex juru xi karatteristiċi differenti f’termini ta' l-allokazzjoni tal-valur tal-bejgħ.

(197)

Għall-bejgħ tal-prodotti, jistgħu jirriżultaw sitwazzjonijiet partikolari li fihom il-post fejn kien jinsab il-klijent fil-ħin tal-konklużjoni tal-kuntratt tax-xiri huwa differenti mill-post fejn tintbagħat il-fattura u/jew mill-post tal-konsenja. F’dawn is-sitwazzjonjijiet, il-post fejn sar il-kuntratt tax-xiri u l-post tal-konsenja huma aktar importanti mill-post fejn tintbagħat il-fattura. Minħabba li b’mod ġenerali l-post tal-konsenja huwa l-azzjoni karatteristika għall-bejgħ tal-prodotti, il-post tal-konsenja jista’ wkoll ikun prevalenti fuq il-post fejn kien jinsab il-klijent fil-ħin meta ġie konkluż il-kuntratt tax-xiri. Dan jiddependi fuq jekk il-post tal-konsenja għandux jitqies il-post fejn isseħħ il-kompetizzjoni jew jekk il-kompetizzjoni minflok isseħħ fir-residenza tal-klijent. Fil-każ ta' bejgħ ta' oġġetti mobbli, bħal karozza, lil klijent finali, il-post fejn hija kkonsenjata l-karozza huwa deċiżiv ukoll jekk il-ftehim ġie kkonkluż bit-telefon jew bl-Internet minn qabel.

(198)

Tqum sitwazzjoni speċifika f’każijiet fejn korporazzjoni multinazzjonali għandha strateġija ta' xiri Komunitarja u taqdi l-bżonnijiet kollha tagħha għal prodott minn post wieħed. Peress illi kumpannija ċentrali tax-xiri tista’ tieħu forom differenti, huwa meħtieġ li titqies il-forma konkreta tagħha għaliex din tista’ tiddetermina kif jiġi allokat il-valur tal-bejgħ. Fejn jinxtraw il-prodotti minn u huma kkonsenjati lill-organizzazzjoni ċentrali tax-xiri, u mbagħad huma mqassma internament lil impjanti differenti f’bosta Stati Membri, il-valur tal-bejgħ huwa allokat biss għall-Istat Membru fejn tinsab l-organizzazzjoni ċentrali tax-xiri. F’dan il-każ, il-kompetizzjoni sseħħ fil-post ta' l-organizzazzjoni ċentrali tax-xiri u dan huwa wkoll il-post fejn issir l-azzjoni karatteristika taħt il-kuntratt tal-bejgħ. Is-sitwazzjoni hija differenti fil-każ ta' konnessjonijiet diretti bejn il-bejjiegħ u s-sussidjarji differenti. Dan jinkludi l-każ fejn l-organizzazzjoni ċentrali tax-xiri tikkonkludi biss ftehim qafas, iżda l-ordnijiet individwali jsiru minn, u l-prodotti huma kkonsenjati direttament lis-sussidjarji individwali fl-Istati Membri differenti kif ukoll fil-każ fejn l-ordnijiet individwali jsiru mill-organizzazzjoni ċentrali tax-xiri użda l-prodotti huma kkonsenjati direttament lis-sussidjarji individwali fl-Istati Membri differenti. Fiż-żewġ każijiet, il-valur tal-bejgħ għandu jiġi allokat lill-Istati Membri differenti fejn jinsabu s-sussidjarji, irrispettivament minn jekk l-organizzazzjoni ċentrali tax-xiri jew is-sussidjarji jirċevux il-kontijiet u jwettqux il-ħlas. Ir-raġuni hija li fiż-żewġ każijiet il-kompetizzjoni mal-provdituri alternattivi sseħħ għall-konsenja tal-prodotti lis-sussidjarji differenti wkoll jekk il-kuntratt huwa konkluż ċentralment. Fl-ewwel każ, is-sussidjarji kkonċernati attwalment jiddeċiedu wkoll dwar il-kwantitajiet li għandhom jiġu kkonsenjati u dwar element essenzjali għall-kompetizzjoni għal rashom.

(199)

Għas-servizzi, ir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet jipprevedi li l-post fejn jiġu provduti lill-klijent huwa rilevanti. Is-servizzi li għandhom elementi transkonfinali jistgħu jitqiesu li jaqgħu taħt tliet kategoriji ġenerali. L-ewwel kategorija tikkomprendi l-każijiet fejn il-provditur tas-servizzi jivvjaġġa, it-tieni kategorija tikkomprendi l-każijiet fejn jivvjaġġa l-klijent. It-tielet kategorija tikkomprendi dawk il-każijiet fejn jingħata servizz mingħajr ma jivvjaġġa la l-provditur tas-servizz u lanqas il-klijent. Fl-ewwel żewġ kategoriji, il-valur tal-bejgħ iġġenerat għandu jiġi allokat għad-destinazzjoni tal-vjaġġaturi, jiġifieri l-post fejn is-servizz huwa attwalment provdut lill-klijenti. Fit-tielet kategorija, il-valur tal-bejgħ ġeneralment għandu jiġi allokat għall-post tal-konsumatur. Għall-proviżjon ċentrali tas-servizz il-prinċipji delinjati hawn fuq għax-xiri ċentrali tal-prodotti japplikaw b’mod analogu.

(200)

Eżempju ta' l-ewwel kategorija tkun sitwazzjoni fejn kumpannija mhux Ewropea tipprovdi servizzi speċjali tal-manutenzjoni ta' l-ajruplani lil min iġorr fi Stat Membru. F’dan il-każ, il-provditur tas-servizz jivvjaġġa lejn il-Komunità fejn attwalment jingħata s-servizz u wkoll fejn isseħħ il-kompetizzjoni għal dan is-servizz. Jekk turist Ewropew jikri karozza jew jibbukkja lukanda direttament fl-Istati Uniti, dan jaqa’ fit-tieni kategorija għaliex is-servizz huwa provdut barra mill-Komunità u wkoll il-kompetizzjoni sseħħ bejn il-lukandi u bejn il-kumpanniji tal-kiri tal-karozzi fil-post magħżul. Iżda, il-każ huwa differenti għal pakketti ta' vaganzi. Għal dan it-tip ta' vaganza, is-servizz jibda bil-bejgħ tal-pakkett permezz ta' aġenzija ta' l-ivvjaġġar fil-post tal-klijent u l-kompetizzjoni għall-bejgħ tal-vaganzi, permezz ta' l-aġenziji ta' l-ivvjaġġar, isir lokalment, bħal bix-xiri bl-imnut, għalkemm xi partijiet mis-servizz jistgħu jiġu pprovduti f’għadd ta' postijiet ’il bogħod. Għalhekk il-każ jaqa’ fit-tielet kategorija u l-valur tal-bejgħ iġġenerat għandu jigi allokat għall-post tal-klijent. It-tielet kategorija tinkludi wkoll każijiet bħall-proviżjon ta' softwer jew id-distribuzzjoni ta' films li jsiru barra mill-Komunità, iżda li huma provduti lil klijent fi Stat Membru sabiex is-servizz huwa attwalment provdut lill-klijent ġewwa l-Komunità.

(201)

Il-każijiet dwar it-trasport tal-prodotti huma differenti għaliex il-klijent, li ngħatawlu s-servizzi, ma jivvjaġġax iżda s-servizz tat-trasport huwa mogħti lill-klijent fil-post tiegħu. Dawk il-każijiet jaqgħu taħt it-tielet kategorija u l-post tal-konsumatur huwa l-kriterju rilevanti għall-allokazzjoni tal-valur tal-bejgħ.

(202)

Fil-każijiet tat-telekomunikazzjoni, il-kwalifika tas-servizzi tat-terminazzjoni tas-sejħiet tista’ tqajjem il-problemi. Għalkemm it-terminazzjoni tas-sejħiet tidher li taqa’ fit-tielet kategorija, hemm raġunijiet għaliex għandha tiġi ttrattata b’mod differenti. Is-servizzi tat-terminazzjoni tas-sejħiet huma provduti, eż., f’sitwazzjonijiet fejn sejħa, li toriġina minn operator Ewropew, qed tiġi tterminata fl-Istati Uniti. Għalkemm la l-operatur Ewropew u l-anqas dak ta' l-Istati Uniti ma jivvjaġġaw, is-sinjal jivvjaġġa u s-servizz huma pprovduti min-netwerk ta' l-Istati Uniti lill-operatur Ewropew fl-Istati Uniti. Dan huwa wkoll il-post fejn issir il-kompetizzjoni (jekk hemm). Għalhekk il-valur tal-bejgħ għandu jitqies bħala valur tal-bejgħ mhux Komunitarju (130).

(203)

Madankollu xi setturi jikkawżaw problemi partikolari ħafna fir-rigward ta' l-allokazzjoni ġeografika tal-valur tal-bejgħ. Dawn jiġu ttrattati fit-Taqsima VI hawn taħt.

VI.   IL-KONVERZJONI TAL-VALUR TAL-BEJGH F’EURO

(204)

Meta l-figuri tal-valur tal-bejgħ jiġu kkovertiti f’Euro għandha tingħata attenzjoni kbira lir-rata ta' l-iskambju użata. Il-valur tal-bejgħ annwali ta' kumpannija għandu jiġi kkonvertit bir-rata medja għat-tnax-il xahar konċernati. Din il-medja tista’ tinkiseb permezz tas-sit web tad-DĠ Kompetizzjoni (131). Il-figuri vverifikati tal-valur tal-bejgħ annwali għandhom jiġu kkonvertiti kif inhuma u mhux jinqasmu f’figuri ta' kull tliet xhur jew kull xahar li mbagħad jiġu kkonvertiti individwalment.

(205)

Meta kumpannija għandha bejgħ f’firxa ta' muniti, il-proċedura mhijiex differenti. Il-valur tal-bejgħ totali mogħti fir-rendikonti kkonsolidati vverifikati u dak fl-munita li biha tirrapporta l-kumpannija huwa konvertit f’Euros bir-rata annwali ta' vantaġġ. Il-bejgħ f’munita lokali m’għandux jiġi kkonvertit direttament f’Euros ladarba dawn il-figuri mhumiex mir-rendikonti kkonsolidati vverifikati tal-kumpannija.

VII.   DISPOZIZZJONIJIET GHALL-ISTITUZZJONIJIET TAL-KREDITU U OHRAJN FINANZJARJI U L-IMPRIZI TA' L-ASSIGURAZZJONI

1.   L-ambitu ta' l-applikazzjoni

(206)

Minħabba n-natura speċifika tas-settur, l-Artikolu 5(3) fih regoli speċifiċi għall-kalkolu tal-valur tal-bejgħ ta' istituzzjonijiet tal-kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji oħra kif ukoll impriżi ta' l-assigurazzjoni.

(207)

Sabiex jiġu ddefiniti t-termini “istituzzjonijiet tal-kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji oħra” taħt ir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet, il-Kummissjoni fil-prattika tagħha adottat b’mod konsistenti d-definizzjonijiet provduti fir-regolament Ewropew applikabbli fis-settur bankarju. Id-Direttiva dwar il-bidu u t-tkomplija tal-kummerċ ta' l-istituzzjonijiet tal-kreditu jipprevedi dan (132):

“‘l-istituzzjoni ta' kreditu’ għandha tfisser intrapriża li n-negozju tagħha jkun li tirċievi depositi jew fondi oħra ri-pagabli mill-pubbliku u li tgħati krediti mil-kont tagħha stess.”

“‘l-istituzzjoni finanzjarja’ għandha tfisser intrapriża apparti minn l-istituzzjoni ta' kreditu, li l-attività ewlenija tagħha hija li takkwista propjetà jew li twettaq xi waħda jew aktar mill-attivitajiet stipulati fil-punti 2 sa 12 ta' l-Anness I.”

(208)

L-istituzzjonijiet finanzjarji fis-sens ta' l-Artikolu 5(3) tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet huma, għalhekk, min-naħa l-waħda kumpanniji holding u, min-naħa l-oħra impriżi li jwettqu fuq bażi regolari bħala attività prinċipali waħda jew aktar mill-attivitajiet espressament imsemmija fil-punti 2 sa 12 ta' l-Anness tad-Direttiva dwar il-Banek. Dawn l-attivitajiet jinkludu:

Self (li jinkludi attivitajiet bħal kreditu għall-konsumaturi, kreditu dwar mortgage, fattorizzar);

Kiri finanzjarju;

Servizzi ta' trasmissjoni ta' flus;

Ħruġ u meżżi amministrattivi ta' pagamenti (eż. karti ta' kreditu, cheques tal-vjaġġaturi u drafts tal-bankiera);

Garanziji u mpenji;

Negozjar għal akkont tagħhom u għal kontijiet ta' klijenti fi strumenti tas-suq monetraju (ċekkijiet, kambjali, ċertifikati ta' depositu, eċċ.), kambju esteru, futuri finanzjarji u għażliet, strumenti ta' kambju u rati ta' l-interessi, titoli trasferibbli;

Parteċipazzjoni fi ħruġ ta' titoli u l-provvedimenti ta' servizzi marbuta ma' dawn l-effetti;

Intermedjarji ta' flus;

Ġestjoni tal-portafoll u pariri; u

Salvagward u amministrazzjoni tat-titoli.

2.   Il-kalkolu tal-valur tal-bejgħ

(209)

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet jistabbilixxi l-metodu għall-kalkolu tal-valur tal-bejgħ istituzzjonijiet tal-kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji oħra u għall-impriżi ta' l-assigurazzjoni. Fit-Taqsima li ġejja, huma indirizzati xi mistoqsijiet supplimentari relatati mal-kalkolu tal-valur tal-bejgħ għal dawn it-tipi ta' impriżi.

2.1.   Il-kalkolu tal-valur tal-bejgħ ta' l-istituzzjonijiet tal-kreditu u oħrajn finanzjarji (minbarra kumpanniji holding finanzjarji)

2.1.1.   Ġenerali

(210)

Normalment m’hemmx diffikultajiet partikolari fl-applikazzjoni tal-kriterju tad-dħul bankarju għad-definizzjoni tal-valur tal-bejgħ dinji għall-istituzzjonjiet tal-kreditu u għall-istituzzjonijiet finanzjarji oħra.

Għall-allokazzjoni ġeografika tal-valur tal-bejgħ għall-Komunità u għall-Istati Membri individwali, tgħodd id-dispożizzjoni speċifika tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 5 (3)(a). Dan jispeċifika li l-valur tal-bejgħ għandu jiġi allokat għall-fergħa jew id-diviżjoni stabbilita fil-Komunità jew fl-Istati Membri li tirċievi dan id-dħul.

2.1.2.   Il-valur tal-bejgħ tal-kumpanniji tal-kiri

(211)

Għandha ssir distinzjoni fundamentali bejn il-kirjiet finanzjarji u l-kirjiet operattivi. Bażikament il-kirjiet finanzjarji jsiru għal perjodi itwal milli l-kirjiet operattivi u l-proprjetà normalment hija trasferita lil min jikri fl-aħħar tat-terminu tal-kera permezz ta' għażla ta' xiri inkluża fil-kuntratt tal-kera. Bil-kontra, taħt kirja operattiva, il-proprjetà ma hijiex trasferita lill-kerrej fl-aħħar tat-terminu tal-kera u l-ispejjeż tal-manteniment, it-tiswija u l-assigurazzjoni tat-tagħmir mikri huma inklużi fil-ħlas tal-kera. Għalhekk kirja finanzjarja topera bħala self mis-sid biex il-kerrej ikun jista’ jixtri ass definit.

(212)

Kif diġà ssemma hawn fuq, kumpannija li twettaq il-kiri finanzjarju bħala l-attività prinċipali tagħha hija istituzzjoni finanzjarja fis-sens ta' l-Artikolu 5(3)(a) u l-valur tal-bejgħ tagħha għandu jiġi kkalkolat skondi r-regoli speċifiċi stabbiliti f’din id-dispożizzjoni. Il-ħlas kollu fuq il-kuntratti ta' kera finanzjarja, ħlief il-parti tal-fidi, għandhom jitqiesu; bejgħ ta' ħlas tal-kera fil-futur fil-bidu tal-kuntratt għall-iskopijiet ta' finanzjament mill-ġdid mhuwiex rilevanti.

(213)

L-attivitajiet tal-kiri operattiv, madankollu, ma jitqiesx li jitwettaq minn istituzzjonijiet finanzjarji, u għalhekk jgħoddu r-regoli ġenerali tal-kalkolu tal-valur tal-bejgħ ta' l-Artikolu 5(1) (133).

2.2.   L-impriżi ta' l-assigurazzjoni

(214)

Sabiex jitkejjel il-valur tal-bejgħ ta' l-impriżi ta' l-assigurazzjoni, l-Artikolu 5(3)(b) tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet jipprovdi li l-primja grossi sottoskritti huma meqjusa. Il-primja grossi huma t-total ta' primja rċevuti, inkluż kwalunkwe primjum tar-riassigurazzjoni jekk l-impriża kkonċernata għandha attivitajiet fil-qasam tar-riassigurazzjoni. Il-primja tar-riassigurazzjoni li ħerġin jew ’il barra, jiġifieri l-ammonti kollha mħallsa u pagabbli mill-impriża kkonċernata biex takkwista polza tar-riassigurazzjoni, huma biss spejjeż relatati mal-proviżjoni tal-kopertura ta' l-assigurazzjoni u m’għandhomx jiġu mnaqqsa mill-primja grossi sottoskritti.

(215)

Il-primja li għandhom jitqiesu mhumiex biss relatati ma' kuntratti ġodda ta' l-assigurazzjoni li jsiru waqt is-sena finanzjarja li qed tiġi meqjusa iżda wkoll ma' primja relatati ma' kuntratti li saru fi snin qabel li jibqgħu fis-seħħ matul il-perjodu meqjus.

(216)

Sabiex jiġu kkostitwiti riżervi xierqa li jippermettu l-ħlas tal-klejms, l-impriżi ta' l-assigurazzjoni normalment ikollhom portafoll ta' investimenti fl-ishma, fis-sigurtajiet li jħallsu l-imgħax, fl-art u l-proprjetà u f’assi oħrajn li jipprovdu dħul anwali. Id-dħul annwali minn dawn l-għejun mhux meqjus bħala valur tal-bejgħ għall-impriżi ta' l-assigurazzjoni taħt l-Artikolu 5(3)(b). Iżda, għandha ssir distinzjoni bejn investimenti purament finanzjarji, li ma jagħtux id-drittijiet u s-setgħat speċifikati fl-Artikolu 5(4) lill-impriża ta' l-assigurazzjoni fl-impriżi fejn sar l-investiment, u dawk l-investimenti li jwasslu għall-akkwist ta' interess li jilħaq il-kriterji speċifikati fl-Artikolu 5(4)(b). F’dan l-ahħar każ, jgħodd l-Artikolu 5(4) tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet, u l-valur tal-bejgħ ta' din l-impriża għandu jiżdied mal-valur tal-bejgħ ta' l-impriża ta' l-assigurazzjoni, kif ikkalkolat skond l-Artikolu 5(3)(b), għad-determinazzjoni tal-limiti stabbiliti fir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet (134).

2.3.   Kumpanniji holding finanzjarji

(217)

Bħala “istituzzjoni finanzjarja oħra” fis-sens ta' l-Artikolu 5(3)(a) tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet, il-valur tal-bejgħ ta' kumpannija holding finanzjarja għandu jiġi kkalkolat skond ir-regoli speċifiċi f’din id-dispożizzjoni. Iżda, bl-istess mod kif imsemmi hawn fuq għall-impriżi ta' l-assigurazzjoni, l-Artikolu 5(4) jgħodd għal dawk il-parteċipazzjonijiet li jilħqu l-krtierji speċifikati fl-Artikolu 5(4)(b). Għalhekk, il-valur tal-bejgħ ta' holding finanzjarju għandu bażikament jiġi kkalkulat skond l-Artikolu 5(3), iżda jista’ jkun meħtieġ li jiżdied il-valur tal-bejgħ ta' l-impriżi li jaqgħu taħt il-kategoriji msemmija fl-Artikolu 5(4) (“kumpanniji ta' l-Art. 5(4)”) (135).

(218)

Fil-prattika, l-ewwel għandu jitqies il-valur tal-bejgħ tal-kumpannija holding finanzjarja (mhux konsolidat). Imbagħad għandu jiżdied il-valur tal-bejgħ tal-kumpanniji ta' l-Art. 5(4), b’attenzjoni biex jitnaqqsu d-dividendi u dħul ieħor distribwit minn dawk il-kumpanniji lill-holdings finanzjarji. Dan li ġej jipprovdi eżempju għal dan it-tip ta' kalkolu:

EURO Miljun

1.

Il-valur tal-bejgħ relatat ma' attivitajiet finanzjarji (minn karta tal-qligħ u tat-telf mhux konsolidata)

3 000

2.

Il-valur tal-bejgħ relatat mal-kumpanniji ta' l-assigurazzjoni ta' l-Art. 5(4) (primja grossi sottoskritti)

300

3.

Il-valur tal-bejgħ ta' kumpanniji industrijali ta' l-Art. 5(4)

2 000

4.

Naqqas id-dividendi u dħul ieħor idderivat mill-kumpanniji ta' l-Art. 5(4) 2 u 3

<200>

Il-valur tal-bejgħ totali tal-holding finanzjarja u tal-grupp tagħha

5 100

(219)

F’dawn il-kalkoli jista’ jkun hemm bżonn li jitqiesu regoli differenti taż-żamma tar-rendikonti. Filwaqt li din il-konsiderazzjoni tgħodd għal kwalunkwe tip ta' impriża kkonċernata mir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet, huwa partikolarment importanti fil-każ ta' kumpanniji holding finanzjarji (136) fejn l-għadd u d-diversità tal-kumpanniji kkontrollati u l-livell tal-kontroll ta' l-impriża fuq is-sussidjarji, l-kumpanniji affiljati u kumpanniji oħrajn fejn għandha sehem jeħtieġu eżami bir-reqqa.

(220)

Il-kalkolu tal-valur tal-bejgħ għall-kumpanniji holding finanzjarji kif deskritt hawn fuq jista’ jkun oneruż fil-prattika. Għalhekk, applikazzjoni stretta u dettaljata ta' dan il-metodu jkun meħtieġ biss fil-każijiet fejn jidher li l-valur tal-bejgħ ta' kumpannija holding finanzjarja x’aktarx ikun qrib tal-limiti tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet; f’każijiet oħrajn jista’ jkun tassew ovvju li l-valur tal-bejgħ huwa ‘il bogħod mil-limiti tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet, u għalhekk ir-rendikonti ppubblikati huma xierqa għall-istabbiliment tal-ġuriżdizzjoni.


(1)  Fejn huwa meħtieġ, f’dan l-Avviż, li ssir distinzjoni bejn ir-Regolament 139/2004 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 4064/89 (ĠU L 395, 30.12.1989, il-verżjoni korreġuta fil-ĠU L 257, 21.9.1990, p. 13, ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1310/97, ĠU L 180, 9.7.1997, p. 1, korrezzjoni fil-ĠU L 40, 13.2.1998, p. 17), ta’ l-ewwel jissejjaħ “ir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet miktub mill-ġdid” u ta’ l-aħħar jissejjaħ “ir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet preċedenti”. L-Artikoli mingħajr referenza jirreferu għar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet Miktub mill-Ġdid.

(2)  ĠU C 66, 2.3.1998, p. 5.

(3)  ĠU C 66, 2.3.1998, p. 1.

(4)  ĠU C 66, 2.3.1998, p. 14.

(5)  ĠU C 66, 2.3.1998, p. 25.

(6)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 2.

(7)  Ara wkoll l-opinjoni ta' AĠ Kokott fil-Kawża C-202/06 Cementbouw v Il-Kummissjoni tas-26 ta' April ta' l-2007, il-punt 56 (li għadha mhijiex irrapportata).

(8)  Ara per eżempju, il-każ COMP/M. 1673 – Veba/VIAG tat-13 ta’ Ġunju 2000; il-każ COMP/M.1806 – AstraZeneca/Novartis tas-26 ta’ Lulju 2000; il-każ COMP/M.2208 – Chevron/Texaco tas-26 ta’ Jannar 2001; u l-każ IV/M.1383 – Exxon/Mobil tad-29 ta’ Settembru 1999. Amalgamazzjoni fis-sens ta’ l-Artikolu 3(1)(a) ma titqiesx li sseħħ jekk kumpannija mmirata tiġi amalgamata ma’ sussidjarja tal-kumpannija li qed takkwista, bl-effett li l-kumpannija prinċipali takkwista il-kontroll ta’ l-impriża mmirata taħt l-Artikolu 3(1)(b), ara l-Każ COMP/M.2510 – Cendant/Galileo ta l-24 ta’ Settembru 2001.

(9)  Fid-determinazzjoni ta’ l-indipendenza li kellhom l-impriżi qabel, il-kwistjoni tal-kontroll tista’ tkun rilevanti għaliex mod ieħor l-amalgamazzjoni tista’ tkun biss ristrutturar intern ġewwa l-grupp. F’dan il-kuntest speċifiku, l-istima tal-kontroll issegwi wkoll il-kunċett ġenerali stabbilit hawn taħt u jinkludi l-kontroll de jure kif ukoll de facto.

(10)  Per eżempju dan jista’ jgħodd fil-każ ta’ “Gleichordnungskonzern” fil-liġi Ġermaniża, xi “Groupements d'Intérêt Economique” fil-liġi Franċiża, u l-amalgamazzjoni tal-partenarjati, bħal fil-Każ IV/M.1016 – Price Waterhouse/Coopers&Lybrand ta’ l-20 ta’ Mejju 1998.

(11)  Il-każ IV/M.660 – RTZ/CRA tas-7 ta’ Diċembru 1995; Il-każ COMP/M.3071 – Carnival Corporation/P&O Princess II ta’ l-24 ta’ Lulju 2002.

(12)  Ara l-Każ IV/M.1016 – Price Waterhouse/Coopers&Lybrand ta’ l-20 ta’ Mejju 1998; Il-każ COMP/M.2824 – Ernst & Young/Andersen Germany tas-27 ta’ Awissu 2002.

(13)  Inkluż l-Istat innifsu, per eżempju l-Każ IV/M.157 – Air France/Sabena, tal-5 ta’ Ottubru 1992 fir-rigward ta’ l-Istat tal-Belġju, jew korpijiet pubbliċi oħrajn bħat-Treuhandanstalt fil-Każ IV/M.308 – Kali und Salz/MDK/Treuhand, ta’ l-14 ta’ Diċembru 1993. Iżda, ara l-premessa 22 tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet.

(14)  Il-każ IV/M.82 – Asko/Jakobs/Adia tas-16 ta’ Mejju 1991 li jinkludi individwu privat bħala impriża konċernata; il-Każ COMP/M3762 – Apax/Travelex tas-16 ta’ Ġunju 2005 fejn individwu privat li jakkwista l-kontroll konġunt ma kienx meqjus bħala impriża konċernata.

(15)  Is-sentenza fil-Kawża T-282/02 Cementbouw v Il-Kummissjoni, punt 72, Ġabra 2006 II-319.

(16)  Ara l-Każ M.754 – Anglo American Corporation/Lonrho tat-23 ta’ April 1997.

(17)  Din l-istruttura għandha wkoll effett fuq kif huwa kkalkolat il-valur tal-bejgħ f’sitwazzjonijiet li jinvolvu l-fondi ta’ l-investiment, ara l-paragrafi 189ff.

(18)  Is-sentenza fil-Kawża T-282/02 Cementbouw v Il-Kummissjoni (li għadha ma ġietx irrapportata), il-punt 58, Ġabra 2006 II-319.

(19)  Fil-Każ COMP/M.3858 – Lehman Brothers/SCG/Starwood/Le Meridien ta’ l-20 ta’ Lulju 2005 l-ftehimiet ta’ ġestjoni kellhom terminu ta’ bejn 10 snin u 15-il sena; fil-Każ COMP/M.2632 – Deutsche Bahn/ECT International/United Depots/JV tal-11 ta’ Frar 2002 il-kuntratt kellu terminu ta’ 8 snin.

(20)  Eżempji ta’ kuntratti speċifiċi bħal dawn taħt il-liġi nazzjonali huma l-“Beherrschungsvertrag” fil-liġi Ġermaniża jew il-“Contrato de subordinação” fil-liġi Portugiża; dawn il-kuntratti ma jeżistux fl-Istati Membri kollha.

(21)  Ara l-Każ COMP/M.2060 – Bosch/Rexroth tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar kuntratt ta’ kontroll (Beherrschungsvertrag) flimkien ma’ kera tan-negozju; il-Każ COMP/M.3136 – GE/Agfa NDT tal-5 ta’ Diċembru 2003 dwar kuntratt speċifiku biex il-kontroll jiġi ttrasferit fuq ir-riżorsi, il-ġestjoni u r-riskji ta’ l-impriża; il-Każ COMP/M.2632 – Deutsche Bahn/ECT International/United Depots/JV tal-11 ta’ Frar 2002 dwar kera tan-negozju.

(22)  Il-każ COMP/M.3858 – Lehman Brothers/SCG/Starwood/Le Meridien ta’ l-20 ta’ Lulju 2005; ara wkoll il-każ IV/M.126 – Accor/Wagon-Lits tat-28 ta’ April 1992 fil-kuntest ta’ l-Artikolu 5(4)(b) tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet.

(23)  Il-każ M.940 – UBS/Mister Minit, fil-kuntest ta’ l-Artikolu 5(4)(b) tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet. Għat-trattament ta’ relazzjonijiet ta’ franchising fl-istima kompetittiva, ara l-Każ COMP/M.4220 – Food Service Project/Tele Pizza tas-6 ta’ Ġunju 2006. Is-sitwazzjoni fil-Każ IV/M.126 – Accor/Wagon-Lits tat-28 ta’ April 1992 għandha tiġi distinta mill-ftehimiet dwar il-franchising. F’dan il-każ, ukoll fil-kuntest ta’ l-Artikolu 5(4)(b), il-kumpannija tal-lukanda kellha dritt tamministra wkoll il-lukandi fejn hija kellha biss interess tal-minoranza għaliex kienet daħlet fi ftehimiet tal-ġestjoni tal-lukandi għat-tul ta' żmien u dan taha l-possibbiltà li tinfluwenza b'mod deċiżiv l-operat ta’ kuljum ta’ dawn il-lukandi, inklużi d-deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet tal-baġit.

(24)  Ara l-Każ IV/M.794 – Coca-Cola/Amalgamated Beverages GB tat-22 ta’ Jannar 1997; il-Każ IV/ECSC.1031 – US/Sollac/Bamesa tat-28 ta’ Lulju 1993; Il-Każ IV/M.625 – Nordic Capital/Transpool tat-23 ta’ Awissu 1995; ghall-kriterji ara wkoll il-Każ IV/M.697 – Lockheed Martin Corporation/Loral Corporation, tas-27 ta’ Marzu 1996.

(25)  Ara l-Każ IV/M.258 – CCIE/GTE, tal-25 ta’ Settembru 1992 fejn il-Kummissjoni ma sabitx konroll minħabba n-natura temporanja tal-ftehimiet kummerċjali involuti.

(26)  Ara l-Każ COMP/M.3330 – RTL/M6 tat-12 ta’ Marzu 2004; Il-Każ COMP/M.452 – Avesta (II) tad-9 ta’ Ġunju 1994.

(27)  Is-sentenza fil-KawżaT-282/02 Cementbouw v Il-Kummissjoni (li għadha ma ġietx irrapportata), il-punti 70, 73, 74. Ġabra 2006 II-319.

(28)  Is-sentenza fil-Kawża T-282/02 Cementbouw v Il-Kummissjoni (li għadha ma ġietx irrapportata), il-punt 79. Ġabra, 2006 II-319.

(29)  Ara, eż., il-Każ COMP/M. 3867 – Vattenfall/Elsam u E2 Assets tat-22 ta’ Diċembru 2005.

(30)  Il-Każ COMP/M.2857 – ECS/IEH tat-23 ta’ Diċembru 2002.

(31)  Barra minn dan, l-għotja ta’ liċenzji u t-trasferiment tal-liċenzji tal-brevetti jikkostitwixxi konċentrazzjoni biss jekk dan isir fuq bażi permanenti. F’dan ir-rigward, jgħoddu konsiderazzjonijiet simili bħal dawk stabbilit hawn fuq fil-paragrafu 18 għall-kisba tal-kontroll permezz ta’ ftehimiet (fit-tul).

(32)  Ara l-Każ COMP/M.1841 – Celestica/IBM tal-25 ta’ Frar 2000; Il-Każ COMP/M.1849 – Solectron/Ericsson tad-29 ta’ Frar 2000; Il-Każ COMP/M.2479 – Flextronics/Alcatel – tad-29 ta’ Ġunju 2001; Il-Każ COMP/M.2629 – Flextronics/Xerox tat-12 ta’ Novembru 2001.

(33)  Ara, fil-kuntest ta’ l-impriżi konġunti, il-Każ IV/M.560 – EDS/Lufthansa tal-11 ta’ Mejju 1995; Il-Każ COMP/M.2478 – IBM Italia/Business Solutions/JV tad-29 ta’ Ġunju 2001.

(34)  Ara, fil-każijiet ta’ impriżi konġunti, il-Każ COMP/M.2903 – DaimlerChrysler/Deutsche Telekom/JV tat-30 ta  April 2003 fejn perjodu ta’ 12-il sena tqies suffiċjenti; Il-Każ COMP/M.2632 – Deutsche Bahn/ECT International/United Depots/JV tal-11 ta’ Frar 2002 b’terminu tal-kuntratt ta’ 8 snin. Fil-Każ COMP/M.3858 Lehman Brothers/Starwood/Le Meridien ta’ l-20 ta’ Lulju 2005, il-Kummissjoni qieset perjodu minimu ta’ bejn 10 snin u 15-il sena biżżejjed, iżda mhux żmien ta’ tliet snin. Il-ksib ta' kontroll permezz tal-ksib ta' ishma jew assi mhux normalment ristrett għal perjodu ta' żmien definit u għalhekk huwa preżunt li jwassal għal bidla ta' kontroll fuq bażi dejjiema. Fil-kuntesti stabbiliti fil-paragrafi 29ff biss, jista' ksib ta' kontroll permezz ta' l-ishma jew l-assi jitqies b'mod eċċezzjonali bħala tranżitorju fin-natura tiegħu u għalhekk bħala li jwassal għal bidla dejjiema fil-kontroll ta' l-impriżi kkonċernati.

(35)  Ara, eż, il-Każijiet COMP/M. Każ Nru COMP/M.3779 – Pernod Ricard/Allied Domecq ta’ l-24 ta’ Ġunju 2005 u COMP/M.3813 – Fortune Brands/Allied Domecq ta’ l-10 ta’ Ġunju 2005, fejn it-tqassim ta’ l-assi kien prevedut li jsir effettiv fi żmien sitt xhur wara l-akkwist.

(36)  Għall-ewwel akkwist minn impriża waħda biss, ara l-Każ COMP/M.3779 – Pernod Ricard/Allied Domecq ta’ l-24 ta’ Ġunju 2005 u l-Każ COMP/M.3813 – Fortune Brands/Allied Domecq/Pernod Ricard ta’ l-10 ta’ Ġunju 2005; Il-Każ COMP/M.2060 – Bosch/Rexroth tat-12 ta’ Jannar 2001.

(37)  Għal akkwist konġunt, ara l-Każ COMP/M.1630 – Air Liquide/BOC tat-18 ta’ Jannar 2000; Il-Każ COMP/M.1922 – Siemens/Bosch/Atecs tal-11 ta’ Awissu 2000; Il-Każ COMP/M.2059 – Siemens/Dematic/VDO Sachs tad-29 ta’ Awissu 2000.

(38)  Ara l-Każ COMP/M.2498 – UPM-Kymmene/Haindl tal-21 ta’ Novembru 2001 u l-Każ COMP/M.2499 – Norske Skog/Parenco/Walsum tal-21 ta’ Novembru 2001.

(39)  Il-Każ COMP/M.3372 – Carlsberg/Holsten tas-16 ta’ Marzu 2004.

(40)  Il-Każ IV/M.425 – British Telecom/Santander tat-28 ta’ Marzu 1994.

(41)  Ara l-Każ M.2389 – Shell/DEA ta’ l-20 ta’ Diċembru 2001 fejn dak li fl-aħħar mill-aħħar jakkwista l-kontroll uniku kellu influwenza qawwija fil-ġestjoni ta’ l-operazzjoni matul il-perjodu ta’ kontroll konġunt; Il-Każ M.2854 – RAG/Degussa tat-18 ta’ Novembru 2002 fejn il-perjodu tranżitorju kien diżinjat li jiffaċilita r-ristrutturar intern wara l-amalgamazzjoni.

(42)  Is-sentenza fil-Kawża T-282/02 Cementbouw v Il-Kummissjoni (li għadha mhijiex irrapportata), il-punti 113-119, Ġabra 2006 II-319.

(43)  Is-sentenza fil-Kawża T-282/02 Cementbouw v Il-Kummissjoni (li għadha mhijiex irrapportata), il-punti 104-109, Ġabra 2006 II-319.

(44)  Is-sentenza fil-Kawża T-282/02 Cementbouw v Il-Kummissjoni (li għadha mhijiex irrapportata), il-punti 106-109, Ġabra 2006 II-319.

(45)  Dan ikopri wkoll sitwazzjonijiet fejn impriża tbigħ negozju lil xerrej u mbagħad takkwista lill-bejjiegħ, inkluż in-negozju mibjugħ, ara l-Każ COMP/M.4521 – LGI/Telenet tas-26 ta’ Frar 2007.

(46)  Ara l-Każijiet paralleli COMP/M.3293 – Shell/BEB u COMP/M.3294 – ExxonMobil/BEB ta’ l-20 ta’ Novembru 2003; Il-Każ IV/M.197 – Solvay/Laporte tat-30 ta’ April 1992.

(47)  Ara l-Każ IV/M.409 ABB/Renault Automation tad-9 ta’ Marzu 1994.

(48)  Is-sentenza fil-Kawża T-282/02 Cementbouw v Il-Kummissjoni (li għadha mhijiex irrapportata), punti 131 et seq., Ġabra 2006 II-319

(49)  Is-sentenza fil-Kawża T-282/02 Cementbouw v Il-Kummissjoni (li għadha mhijiex irrapportata), punti 131 et seq., Ġabra 2006 II-319.Ara l-Każ COMP/M.4521 – LGI/Telenet tas-26 ta’ Frar 2007, fejn l-interdipendenza kienet ibbażata fuq il-fatt li żewġ tranżazzjonijiet kienu deċiżi u eżegwiti simultanjament u li, skond l-iskopijiet ekonomiċi tal-partijiet, kull waħda mit-tranżazzjonijiet ma kinitx isseħħ mingħajr l-oħra.

(50)  Ara l-Każ IV/M.470 – sentenza fil-Kawża T-282/02 Cementbouw v Il-Kummissjoni (li għadha mhijiex irrapportata), punti 127 et seq., Ġabra 2006 II-319.Gencor/Shell tad-29 ta’ Awissu 1994; COMP/M.3410 – Total/Gaz de France tat-8 ta’ Ottubru 2004; Il-Każ IV/M.957 – L’Oreal/Procasa/Cosmetique Iberica/Albesa tad-19 ta’ Settembru 1997; Il-Każ IV/M.861 – Textron/Kautex tat-18 ta’ Diċembru 1996 fejn l-assi kollha ntużaw ukoll fl-istess suq ta’ prodotti. L-istess konsiderazzjonijiet jgħoddu jekk impriża konġunta hija maħluqa minn bosta kumpanniji, li jifformaw negozju wieħed, ara l-Każ M.4048 – Sonae Industria/Tarkett tat-12 ta’ Ġunju 2006 fejn l-interdipendenza tat-tranżazzjonijiet li jistabbilixxu, rispettivament, impriża konġunta tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni kienet neċessarja sabiex jintwera li kien hemm konċentrazzjoni waħda li toħloq impriża bil-funzjonijiet kollha.

(51)  Il-Każ COMP/M.2926 – EQT/H&R/Dragoco – tas-16 ta’ Settembru 2002; l-istess konsiderazzjonijiet jgħoddu għall-kwistjoni jekk bosta amalgamazzjonijiet jikkostitwixxux konċentrazzjoni waħda fis-sens ta’ l-Artikolu 3(1)(a), Il-Każ COMP/M. 2824 – Ernst & Young/Andersen Germany tas-27 ta’ Awissu 2002.

(52)  Il-Każ IV/M.1188 – Kingfisher/Wegert/ProMarkt tat-18 ta’ Ġunju 1998; Il-Każ COMP/M.2650 – Haniel/Cementbouw/JV (CVK) tas-26 ta’ Ġunju 2002;

(53)  Il-Każ COMP/M.2420 – Mitsui/CVRD/Caemi tat-30 ta’ Ottubru 2001.

(54)  Is-sentenza fil-KawżaT-282/02 Cementbouw v Il-Kummissjoni (li għadha mhijiex irrapportata), punt 118, Ġabra 2006 II-319.

(55)  Ara l-Każ COMP/M.3173 – E.ON/Fortum Burghausen/Smaland/Endenderry tat-13 ta’ Ġunju 2003. Dan jgħodd ukoll għal sitwazzjonijiet fejn huwa akkwistat il-kontroll konġunt li bih partijiet biss mill-impriża kienu kkontrollati konġuntament mill-impriża li qed takkwista, il-Każ COMP/M. 2679 – EdF/TXU/Europe/24 Seven ta’ l-20 ta’ Diċembru 2001.

(56)  Il-Każ IV/M.1283 – Volkswagen/RollsRoyce/Cosworth ta’ l-24 ta’ Awissu 1998.

(57)  Il-Każ IV/M.097 – Péchiney/Usinor, ta’ l-24 ta’ Ġunju 1991; Il-Każ IV/M.216 – CEA Industrie/France Telecom/SGS-Thomson, tat-22 ta’ Frar 1993; Il-Każ IV/M.931 – Neste/IVO tat-2 ta’ Ġunju 1998. Ara wkoll il-premessa 22 tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet.

(58)  Il-kwistjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw il-kalkolu tal-valur tal-bejgħ għall-kumpanniji ta’ l-Istat huma ttrattati fil-paragrafi 192-194.

(59)  Il-Każ IV/M.493 – Tractebel/Distrigaz II, ta’ l-1 ta’ Settembru 1994.

(60)  Ladarba dan l-azzjonist huwa l-unika impriża li qed takkwista influwenza li tikkontrolla, dan l-azzjonist huwa obbligat jissottometti notifika taħt ir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet.

(61)  Ara l-każijiet konsekuttivi COMP/M.3537 – BBVA/BNL ta’ l-20 ta’ Awissu 2004 u M.3768 – BBVA/BNL tas-27 ta’ April 2005; Il-Każ M.3198 – VW-Audi/VW-Audi Vertriebszentren tad-29 ta’ Lulju 2003; Il-Każ COMP/M.2777 – Cinven Limited/Angel Street Holdings tat-8 ta’ Mejju 2002; Il-Każ IV/M.258 – CCIE/GTE, tal-25 ta’ Settembru 1992. Fil-Każ COMP/M.3876 – Diester Industrie/Bunge/JV tat-30 ta’ Settembru 2005, kien hemm is-sitwazzjoni speċifika li impriża konġunta kellha interess f’kumpannija li permezz tiegħu kellha l-kontroll esklużiv negattiv fuq din il-kumpannija.

(62)  Il-Każ IV/M.343 – Société Générale de Belgique/Générale de Banque, tat-3 ta’ Awissu 1993; Il-Każ COMP/M.3330 – RTL/M6 tat-12 ta’ Marzu 2004; Il-Każ IV/M.159 – Mediobanca/Generali tad-19 ta’ Diċembru 1991.

(63)  Ara l-Każ COMP/M.4336 – MAN/Scania ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-kwistjoni jekk Volkswagen kinitx akkwistat il-kontroll ta’ MAN.

(64)  Il-Każ IV/M.754 – Anglo American/Lonrho tat-23 ta’ April 1997; Il-Każ IV/M.025 – Arjomari/Wiggins Teape, ta’ l-10 ta’ Frar 1990.

(65)  Ara wkoll il-Każ COMP/M.2574 – Pirelli/Edizione/Olivetti/Telecom Italia ta’ l-20 ta’ Settembru 2001; Il-Każ IV/M.1519 – Renault/Nissan tat-12 ta’ Mejju 1999.

(66)  Sentenza fil-Kawża T 2/93, Air France v Il-Kummissjoni, Ġabra 1994 II-323. Għalkemm għażla normalment fiha nfisha ma twassalx għal konċentrazzjoni, tista’ tiġi meqjusa għall-istima sostanzjali f’konċentrazzjoni relatata, ara l-Każ COMP/M.3696 – E.ON/MOL tal-21 ta’ Diċembru 2005, fil-paragrafi 12-14, 480, 762 u wara.

(67)  Il-Każ IV/M.397 – Ford/Hertz tas-7 ta’ Marzu 1994.

(68)  Ara wkoll, is-sentenza fil-kawża T-282/02 Cementbouw v Il-Kummissjoni, il-punti 42, 52, 67, Ġabra 2006 II-319.

(69)  Il-Każ COMP/M.3097 – Maersk Data/Eurogate IT; Global Transport Solutions JV tat-12 ta’ Marzu 2003; Il-Każ IV/M.272 – Matra/CAP Gemini Sogeti, tas-17 ta’ Marzu 1993.

(70)  Il-Kawża T 2/93, Air France v Il-Kummissjoni, Ġabra 1994 II-323; Il-Każ IV/M.010 – Conagra/Idea, tat-3 ta’ Mejju 1991.

(71)  Il-Każ IV/M.062 – Eridania/ISI, tat-30 ta’ Lulju 1991.

(72)  Il-Każ IV/M.295 – SITA-RPC/SCORI, tad-19 ta’ Marzu 1993.

(73)  Il-Każ COMP/JV.55 Hutchison/RCPM/ECT tat-3 ta’ Lulju 2001; ara wkoll il-Każ IV/M.553 – RTL/Veronica/Endemol ta’ l-20 ta’ Settembru 1995.

(74)  Is-sentenza fil-Kawża T-282/02 Cementbouw v Il-Kummissjoni (li għadha mhijiex irrapportata), punti 42, 52, 67, Ġabra 2006 II-319.

(75)  Il-Każ COMP/JV.55 Hutchison/RCPM/ECT tat-3 ta’ Lulju 2001. Ara wkoll il-Każ IV/M.553 – RTL/Veronica/Endemol ta’ l-20 ta’ Settembru 1995.

(76)  Il-Każ IV/M. 967 – KLM/Air UK tat-22 ta’ Settembru 1997; Il-Każ COMP/M.4085 – Arcelor/Oyak/Erdemir tat-13 ta’ Frar 2006.

(77)  Il-Każ IV/JV.12 – Ericsson/Nokia/Psion/Motorola tat-22 ta’ Diċembru 1998.

(78)  Il-Każ COMP/M.2574 – Pirelli/Edizione/Olivetti/Telecom Italia ta’ l-20 ta’ Settembru 2001; Il-Każ IV/M.553 – RTL/Veronica/Endemol ta’ l-20 ta’ Settembru 1995; Il-Każ IV/M.425 – British Telecom/Banco Santander, tat-28 ta’ Marzu 1994.

(79)  Ara, eż., Il-Każ COMP/M.3440 – ENI/EDP/GdP tad-9 ta’ Diċembru 2004.

(80)  Is-sentenza fil-Kawża T-282/02 Cementbouw v Il-Kummissjoni (li għadha mhijiex irrapportata), punt 67 Ġabra 2006 II-319.

(81)  Ġeneralment, għandu jiġi osservat li l-Kummissjoni ma tevalwax bħala konċentrazzjoni separata s-sostituzzjoni indiretta ta’ azzjonist li jikkontrolla f; sitwazzjoni ta’ kontroll konġunt li sseħħ permezz ta’ l-akkwist tal-kontroll ta’ waħda mill-impriżi prinċipali tagħha. Il-Kummissjoni tevalwa kwalunkwe tibdl fis-sitwazzjoni kompetittiva ta’ l-impriża konġunta fil-qafas ta’ l-akkwist totali ta’ l-impriża prinċipali. F’dawk iċ-ċirkostanzi, azzjonisti li jikkontrollaw l-oħrajn fl-impriża konġunta għalhekk ma jkunux impriżi kkonċernati mill-konċentrazzjoni li hija relatata ma’ l-impriża prinċipali tagħha.

(82)  Il-Każ IV/JV.12 – Ericsson/Nokia/Psion/Motorola tat-22 ta’ Diċembru 1998.

(83)  Ara l-Każ IV/M023 – ICI/Tioxide, tat-28 ta’ Novembru 1990; ara wkoll il-paragrafu 5 (d) ta’ l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura semplifikata għat-trattament ta’ xi konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004.

(84)  Dawn il-konsiderazzjonijiet ma jgħoddux għall-Artikolu 2(4) bl-istes mod. Filwaqt li l-interpretazzjoni ta’ l-Artikolu 3, paragrafi (1) u (4) hija relatata ma’ l-applikabilità tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet għall-impriżi konġunti, l-Artikolu 2(4) huwa relatat ma’ l-analiżi sostanzjali ta’ l-impriżi konġunti. Il-“ħolqien ta’ impriża konġunta li tikkostitwixxi konċentrazzjoni skond l-Artikolu 3”, kif provdut fl-Artikolu 2(4), jinkludi l-akkwist tal-kontroll konġunt skond l-Artikolu 3, paragrafi (1) u (4).

(85)  Is-sentenza fil-Kawża T-282/02 Cementbouw v Il-Kummissjoni, punt 62, Ġabra 2006 II-319.

(86)  Il-Każ IV/M.527 – Thomson CSF/Deutsche Aerospace, tat-2 ta’ Diċembru  1994  – drittijiet intellettwali, Il-Każ IV/M.560 EDS/Lufthansa tal-11 ta’ Mejju 1995 – l-akkwist tas-servizzi bl-għoti estern, Il-Każ IV/M.585  –  Voest Alpine Industrieanlagenbau GmbH/Davy International Ltd, tas-7 ta’ Settembru 1995 – id-drittijiet ta’ l-impriża konġunta li titlob impjegati esperti addizzjonali mill-kumpanniji prinċipali tagħha, Il-Każ IV/M.686 – Nokia/Autoliv, tal-5 ta’ Frar 1996 , l-impriża konġunta tista’ ttemm “il-ftehimiet ta’ servizzi” mal-kumpannija prinċipali u titlaq mill-post miżmum mill-kumpannija prinċipali, Il-Każ IV/M.791 – British Gas Trading Ltd/Group 4 Utility Services Ltd, tas-7 ta’ Ottubru 1996, l-assi intiżi ta’ l-impriża konġunta se jiġu ttrasferiti lill-kumpannija tal-kera u mikrija mill-impriża konġunta.

(87)  Il-Każ IV/M.102 – TNT/Canada Post eċċ, tat-2 ta’ Diċembru 1991.

(88)  Ara l-Każ IV/M.929 – DIA/Veba Immobilien/Deutschbau tat-23 ta’ Ġunju 1997; Il-Każ COMP/M. 3325 – Morgan Stanley/Glick/Canary Wharf tat-23 ta’ Jannar 2004.

(89)  Il-Każ IV/M.560 – EDS/Lufthansa tal-11 ta’ Mejju 1995; Il-Każ IV/M.686 Nokia/Autoliv tal-5 ta’ Frar 1996; tiġi kkuntrastata mal-Każ IV/M.904 – RSB/Tenex/Fuel Logistics tat-2 ta’ April 1997 u l-Każ IV/M.979 – Preussag/Voest-Alpine ta’ l-1 ta’ Ottubru 1997. Każ speċjali jeżisti fejn il-bejgħ mill-impriża konġunta lill-kumpannija prinċipali huma kkawżati minn monopolju legali fis-suq ’l isfel mill-impriża konġunta, ara l-Każ IV/M.468 – Siemens/Italtel tas-17 ta’ Frar 1995, jew fejn il-bejgħ lil kumpannija prinċipali jikkonsistu f’prodotti sekondarji, li għandhom importanza minuri għall-impriża konġunta, ara l-Każ IV/M.550 – Union Carbide/Enichem tat-13 ta’ Marzu 1995.

(90)  Il-Każ IV/M.556 – Zeneca/Vanderhave tad-9 ta’ April 1996; Il-Każ IV/M.751 – Bayer/Hüls tat-3 ta’ Lulju 1996.

(91)  Il-kwistjoni dwar taħt liema ċirkostanzi ftehim ta’ l-għoti estern jikkwalifikax bħala konċentrazzoni hija ttrattata fil-paragrafi 25ff. ta’ dan l-Avviż.

(92)  Il-Każ IV/M.788 – AgrEVO/Marubeni tat-3 ta’ Settembru 1996.

(93)  Il-Każ IV/M.891 – Deutsche Bank/Commerzbank/J.M. Voith tat-23 ta’ April 1997.

(94)  Ara l-Każ COMP/M.2903 – DaimlerChrysler/Deutsche Telekom/JV tat-30 ta’ April 2003 fejn perjodu ta’ 12-il sena tqies suffiċjenti; Il-Każ COMP/M.2632 – Deutsche Bahn/ECT International/United Depots/JV tal-11 ta’ Frar 2002 b’kuntratt ta’ terminu ta’ 8 snin. Fil-Każ COMP/M.3858 Lehman taothers/Starwood/Le Meridien ta’ l-20 ta’ Lulju 2005, il-Kummissjoni qieset perjodi minumu ta’ 10 snin sa 15-il sena biżżejjed, iżda mhux perjodu ta’ tliet snin.

(95)  Bla ħsara għall-kriterji l-oħrajn imsemmija f’dan il-Kapitolu ta’ l-Avviż.

(96)  Ara l-Każ COMP/M.3039 – Soprol/Céréol/Lesieur tat-30 ta’ Jannar 2003.

(97)  Il-ġrajja li tiddetermina l-ħtieġa ta' notifika f’dan il-każ ikun il-ftehim jew att ieħor legali li jirfed it-trasferiment ta’ l-assi, il-kuntratti, l-għarfien jew drittijiet oħrajn.

(98)  Il-Każ COMP/M.2276 – The Coca-Cola Company/Nestlé/JV tas-27 ta’ Settembru 2001.

(99)  Ir-raba' Direttiva tal- Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta' Lulju tal-1978 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpanniji, ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11, kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 2003/51/KE tat-18 ta’ Ġunju 2003, ĠU L 178, 17.7.2003, p. 16. l-Artikolu 5(3) ta’ din id-Direttiva jiddefinixxi kumpanniji holding finanzjarji bħala “dawk il-kumpanniji li l-uniku għan tagħhom huwa li jakkwistaw holdings f'impriżi oħra, u li biex jamministraw dawk il-holdings u jbiddluhom fi qligħ, mingħajr ma jinvolvu lilhom infushom direttament jew indirettament fil-ġestjoni ta' dawk l-impriżi, filwaqt li dak li ntqal qabel ikun bla ħsara għad-drittijiet tagħhom bħala azzjonisti. Il-limitazzjonijiet imposti fuq l-attivitajiet ta' dawn il-kumpanniji għandhom ikunu dawk li tħaris tagħhom jista' jiġi sorveljat minn awtorità amministrattiva jew ġuridika”.

(100)  100 Il-Każ IV/M.669 – Charterhouse/Porterbrook, tal-11 ta’ Diċembru 1995.

(101)  Il-Każ IV/M.116 – Kelt/American Express, tat-28 ta’ Awissu 1991.

(102)  Dan il-paragrafu ma jippreġudikax l-evalwazzjoni dwar jekk il-modifika tinħtieġx is-sottomissjoni ta’ tagħrif addizzjonali lill-Kummissjoni taħt l-Art. 5 (3) Reg. 802/2004.

(103)  Ara l-Każ COMP/M.4381 – JCI/VB/FIAMM ta' l-10 ta' Mejju 2007, paragrafu 15, fejn parti waħda biss ma xtaqitx aktar timplimenta ftehim, filwaqt li l-parti l-oħra baqgħet tikkonsidra l-ftehim bħala wieħed li jorbot u infurzabbli.

(104)  Ara l-Każijiet COMP/M.2706 – Carnival Corporation/P&O Princess tal-11 ta’ April 2002 u COMP/M.3071 – Carnival Corporation/P&O Princess ta’ l-10 ta’ Frar 2003. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-identità tal-partijiet li jinnotifikaw tinbidel, għaliex iż-żewġ partijiet ta’ amalgamazzjoni għandhom jinnotifikaw, filwaqt li l-parti li qed takkwista il-kontroll għandha tagħmel dan. Madankollu, jekk il-partijiet jimplimentaw akkwist ta’ kontroll fuq kumpannija mmirata u jiddeċiedu wara biss li jamalgamaw mas-sussidjarja akkwistata mill-ġdid, dan jitqies bħala ristrutturar intern li ma jwassalx għal tibdil fil-kontroll u għalhekk ma jaqax taħt id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3 tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet.

(105)  Konċentrazzjoni hija wkoll meqjusa li għandha dimensjoni Komunitarja jekk hija riferita lill-Kummissjoni taħt l-Artikolu 4(5) tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet. Dawn il-każijiet huma ttrattati fl-Avviż tal-Kummissjoni dwar ir-riferiment tal-Każijiet fir-rigward tal-konċentrazzjonijiet, ĠU C 56, 5.3.2005, p. 2.

(106)  ĠU L 133, 30.4.2004, p. 1.

(107)  Il-Każ IV/M.023 – ICI/Tioxide, tat-28 ta’ Novembru 1990.

(108)  Ara l-Każ IV/M.376 – Synthomer/Yule Catto, tat-22 ta’ Ottubru 1993.

(109)  Nassumu s-sitwazzjoni li ġejja: il-kumpannija mmirata għandha valur tal-bejgħ aggregat Komunitarju ta’ inqas minn EUR 250 miljun, u l-partijiet li qed jakkwistaw huma żewġ impriżi jew aktar, li kull waħda għandha valur tal-bejgħ Komunitarju ta’ aktar minn EUR 250 miljun. Jekk l-impriżimpriża mmirata tinkiseb minn kumpannija qafas stabbilita bejn l-impriżi li qed jakkwistaw, ikun hemm biss impriża waħda (il-kumpannija qafas) li għandha valur tal-bejgħ aggregat Komunitarju ta’ aktar minn EUR 250 miljun u għalhekk waħda mill-kondizzjonijiet kumulattivi tal-limiti għall-ġuriżdizzjoni Komunitarja, jiġifieri l-eżistenza ta’ għall-inqas żewġ impriżi li għandhom valur tal-bejgħ aggregat Komunitarju ta’ aktar minn EUR 250 miljun, ma tintlaħaqx. Konversament, jekk minflok ma jaġixxu permezz ta’ kumpannija qafas, l-impriżi li qed jakkwistaw, jakkwistaw l-impriża mmirata huma stess, il-limitu tal-valur tal-bejgħ ikun intlaħaq u r-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet ikun jgħodd għal din it-tranżazzjoni. Jgħoddu l-istess konsiderazzjonijiet għal-limitu tal-valur tal-bejgħ nazzjonali msemmija fl-Artikolu 1(3).

(110)  Ara l-każijiet paralleli COMP/M.3293 – Shell/BEB u COMP/M.3294 – ExxonMobil/BEB ta’ l-20 ta’ Novembru 2003; Il-Każ IV/M.197 – Solvay/Laporte tat-30 ta’ April 1992.

(111)  Ara l-Każ IV/M.082 – Asko/Jacobs/Adia, tas-16 ta’ Mejju 1991 fejn individwu privat li għandu attivitajiet ekonomiċi oħrajn kiseb il-kontroll konġunt ta’ impriża u tqies bħala impriża kkonċernata.

(112)  Ara l-premessa 22 tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet, direttament relatat mal-kalkolu tal-valur tal-bejgħ aggregat ta’ impriża ta’ l-Istat ikkonċernata fil-kuntest ta’ l-Artikolu 5(4).

(113)  Ara l-Każ COMP/M.1741 – MCI Worldcom/Sprint tat-28 ta’ Ġunju 2000.

(114)  Il-possibbiltà alternattiva li l-valur tal-bejgħ għandu jiġi definit mhux aktar tard minn meta l-partijiet huma obbligati jinnotifikaw (sebat ijiem wara l-“ġrajja li tirrikjedi notifika” taħt ir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet preċedenti) ma tistax tinżamm taħt ir-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet miktub mill-ġdid, għaliex m’hemmx terminu għan-notifika.

(115)  Ara wkoll l-opinjoni ta' AG Kokott fil-Kawża C-202/06 Cementbouw v Il-Kummissjoni tas-26 ta' April 2007, punt 46 (li għadha mhijiex irrapportata). Ir-Regolament ta' amalgamazzjoni miktub mill-ġdid biss ipprovda għall-possibbiltà biex titqies l-ewwel notifika jekk din tkun qabel id-data tal-konklużjoni tal- ftehim legali li jorbot, il-komunikazzjoni ta' offerta pubblika jew l-akkwist ta' interess ta' kontroll, ara n- nota 35 ta' qiegħ il-paġna ta' l-opinjoni.

(116)  Normalment impriża ma taġixxix bħala intermedjarja jekk tbiegħ prodotti permezz ta’ att kummerċjali li jinvolvi trasferiment tal-proprjetà, is-Sentenza fil-Kawża T-417/05, Endesa v Il-Kummissjoni paragrafu 213 [2006)] Ġabra II-2533.

(117)  Fil-Każ IV/M.126 – Accor/Wagons-Lits, tat-28 ta’ April 1992, il-Kummissjoni ddeċidiet li tqis xi dħul mill-attivitajiet tal-kiri tal-karozzi bħala dħul minn attivitajiet ordinarji għalkemm kienu inklużi bħala “dħul ieħor mill-operat” fil-kont tal-qliegħ u t-telf ta’ Wagons-Lits.

(118)  Ara l-Każ IV/M.156 – Cereol/Continentale Italiana tas-27 ta’ Novembru 1991. F’dan il-Każ, il-Kummissjoni eskludiet lill-għajnuna Komunitarja mill-kalkolu tal-valur tal-bejgħ minħabba li l-għajnuna ma kinitx intiża biex tappoġġja l-bejgħ tal-prodotti manifatturati minn waħda mill-impriżi involuti fl-amalgamazzjoni, iżda l-produtturi tal-materjali ewlenin (qamħ) użat mill-impriża, li kienet tispeċjalizza fit-tħin tal-qamħ.

(119)  Ara l-Każ COMP/M.3986 – Gas Natural/Endesa tal-15 ta’ Novembru 2005; ikkonfermat bis-Sentenza fil-Kawża T-417/05, Endesa v Il-Kummissjoni, paragrafi 128, 131 [2006)] Ġabra II-2533.

(120)  Ara l-Każ COMP/M.3986 – Gas Natural/Endesa tal-15 ta’ Novembru 2005; ikkonfermat bis-Sentenza fil–Kawża T-417/05, Endesa v Il-Kummissjoni, paragrafu 209, [2006).] Ġabra II-2533.

(121)  Is-sentenza fil-Kawża T-417/05, Endesa v Il-Kummissjoni, punt 209, Ġabra 2006 II-2533.

(122)  Ara s-sentenza fil-Kawża T-3/93, Air France v Il-Kummissjoni, Ġabra 1994 II-121 punti 100 et seq. fir-rigward tal-Każ IV/M.278 – British Airways/Dan Air; Il-Każ IV/M.588 – Ingersoll-Rand/Clark Equipment.

(123)  Il-Każ IV/M.632 – Rhône Poulenc Rorer/Fisons tal-21 ta’ Settembru 1995; Il-Każ COMP/M.1741 – MCI Worldcom/Sprint tat-28 ta’ Ġunju 2000.

(124)  Fil-grafika qed jiġi preżunt li l-impriża konġunta stess hija l-impriża kkonċernata skond il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 146 (akkwist minn impriża komuni ta' titolu sħiħ li topera fl-istess suq).

(125)  Il-Każ IV/M.187 – Ifint/Exor tat-2 ta’ Marzu 1992; Il-Każ IV/M.062 – Eridania/ISI tat-30 ta’ Lulju 1991.

(126)  Il-Każ IV/M.126 – Accor/WagonLits tat-28 ta’ April 1992.

(127)  Il-Każ COMP/M.1741 – MCI Worldcom/Sprint; Il-Każ IV/M. 187 – Ifint/Exor; Il-Każ IV/M.1046 – Ameritech/Tele Danmark.

(128)  Iżda, dan biss jekk jitqies il-valur tal-bejgħ iġġenerat minn b3, ara l-paragrafu 187.

(129)  Ara wkoll il-kawza iv/m216-CEA tat-22 ta' Frar 1993.

(130)  Dan ma jaffettwax il-valur tal-bejgħ li l-operatur Ewropew tat-telefonija jiġġenera fir-rigward tal-klijent tiegħu stess b’din is-sejħa.

(131)  Ara http://europa.eu.int/comm/competition/mergers/others/exchange_rates.html#footnote_1. Dan is-sit web jirreferi għall-Bulletin Mensili tal-Bank Ċentrali Ewropew.

(132)  Id-definizzjonijiet jinsabu fl-Artikolu 1 (1) u (5) tad-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Marzu 2000 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 126, 26.5.2000, p. 1).

(133)  Ara l-Każ IV/M.234 – GECC/Avis Lease, tal-15 ta’ Lulju 1992.

(134)  Ara l-Każ IV/M.018 – AG/AMEV, tal-21 ta’ Novembru 1990.

(135)  Il-prinċipji għall-kumpanniji holding finanzjarji jistgħu sa ċertu estent jiġu applikati għall-kumpanniji li jiġġestixxu l-fondi.

(136)  Ara per eżempju l-Każ IV/M.166 – Torras/Sarrió, ta’ l-24 ta’ Frar 1992.