15.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 41/8


AVVIŻ LILL-IMPORTATURI

Importazzjonijiet fil-Komunità ta' prodotti tat-tessuti mill-Bangladexx

(2008/C 41/06)

Il-Kummissjoni Ewropea tgħarraf lill-operaturi tal-Komunità li hemm dubju raġonevoli dwar l-oriġini ta' prodotti tat-tessuti tal-Kapitoli 61 u 62 tas-Sistema Armonizzata (SA) mill-Bangladexx, li għalihom intalab il-benefiċċju tat-tariffa preferenzjali GSP.

Fil-kuntest ta' missjoni Komunitarja ta' kooperazzjoni amministrattiva u investigattiva li twettqet fil-Bangladexx bl-għajnuna ta' l-awtoritajiet lokali, irriżulta li proporzjon sinifikanti ta' ċertifikati ta' l-oriġini, Formula A, kienu jew foloz jew inkella maħruġa abbażi ta' tagħrif qarrieqi jew żvijanti.

Operaturi tal-Komunità li jiddikjaraw u/jew jippreżentaw evidenza dokumentata ta' l-oriġini għal importazzjonijiet ta' prodotti tat-tessuti tal-Kapitoli 61 u 62 tas-SA mill-Bangladexx għaldaqstant huma mwissija jieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa, ladarba r-rilaxx tal-prodotti kkonċernati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa jista' jagħti lok għal dejn doganali u jwassal għal frodi fil-konfront ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità.

Dan l-avviż jieħu post l-Avviż lill-importaturi — Prodotti tat-tessuti importati fil-Komunità mill-Bangladexx skond is-sistema ġeneralizzata ta' preferenzi (GSP) ippubblikat fil-ĠU C 119 tat-30.4.1999, li lill-importaturi fakkarhom li dejjem għandhom jittrattaw iċ-ċertifikati ta' l-oriġini, Formula A, bil-kawtela dovuta.