52008PC0643

Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-kummerċ ta’ ċerti prodotti tal-azzar bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Każakstan /* KUMM/2008/0643 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 15.10.2008

KUMM(2008) 643 finali

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

dwar il-kummerċ ta’ ċerti prodotti tal-azzar bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Każakstan

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA |

110 | Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha Il-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni tal-Komunità mal-Każakstan jistipula li l-kummerċ f’ċerti prodotti tal-azzar għandu jkun suġġett għal Ftehim bejn il-Partijiet. |

120 | Il-kuntest ġenerali Il-miżuri awtonomi kurrenti se jiskadu fil-31 ta’ Diċembru 2008. L-inizjattivi tal-Kummissjoni biex jiġi konkluż Ftehim ġdid baqgħu mingħajr tweġiba. Għalhekk, mill-1 ta’ Jannar 2009, sakemm isir ftehim ġdid ieħor jew sakemm il-Każakstan jissieħeb fid-WTO, għandhom jittieħdu miżuri awtonomi li jissettjaw il-kwoti. |

130 | Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1531/2007 (ĠU L 337, 21.12.2006, p. 2). |

141 | Il-konsistenza mal-politiki u l-għanijiet l-oħra tal-Unjoni Mhux applikabbli. |

IL-KONSULTAZZJONI MA’ PARTIJIET INTERESSATI U STIMA TAL-IMPATT |

Konsultazzjoni ta' partijiet interessati |

219 | Il-partijiet ġew ikkonsultati dwar proposta relatata. Dan ir-Regolament fil-fatt ikompli sistema li ilha stabbilita bosta snin. |

Ġbir u użu ta' kompetenzi tekniċi |

229 | Ma kienx hemm bżonn ta’ kompetenza esterna. |

230 | Stima tal-impatt Mhux applikabbli |

L-ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA |

305 | Sommarju tal-azzjoni proposta Dan ir-Regolament tal-Kunsill jistipula limiti kwantitattivi mill-1 ta’ Jannar u jibqa' jgħodd sakemm jidħol fis-seħħ il-ftehim il-ġdid. |

310 | Il-bażi ġuridika L-Artikolu 133 tat-Trattat li jistabbilixxi l-KE. |

329 | Il-prinċipju ta’ sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Komunità. Il-prinċipju ta’ sussidjarjetà għalhekk ma japplikax. |

Il-prinċipju ta’ proporzjonalità |

331 | Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġuni(jiet) li ġejja/in. L-importazzjoni tal-prodotti tal-azzar koperti minn dan ir-Regolament tal-Kunsill huma soġġetti għal kwota u għal awtorizzazzjoni tal-importazzjoni. L-importaturi tal-UE japplikaw għall-awtorizzazzjoni ta' importazzjoni meħtieġa lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. L-awtorità kompetenti tiċċekkja l-konformità tad-dokumentazzjoni mressqa mill-applikant u tivverifika elettronikament ma' data base ċentrali li l-kwantitajiet meħtieġa huma disponibbli, u mbagħad toħroġ l-awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni. Il-mekkaniżmu ta’ implimentazzjoni huwa mfassal biex inaqqas kemm jista' jkun l-għadd ta' partijiet li qegħdin jintervjenu. Is-sistema għalhekk hija waħda pjuttost sempliċi, b'livelli involuti limitati ħafna u l-ebda involviment mis-servizzi tal-Kummissjoni. |

332 | Sa minn bosta snin, ġew konklużi ftehimiet internazzjonali bl-istess għan u bl-istess regoli operazzjonali. In-nuqqas ta’ talba għall-modifika mill-partijiet kollha involuti jista’ jiġi interpretat bħala li qiegħed jikkonferma li l-operaturi u l-amministrazzjonijiet nazzjonali jaraw is-sistema bħala waħda raġonevolment sempliċi. |

L-għażla ta' strumenti |

341 | L-istrumenti proposti: regolament. |

342 | Mezzi oħra ma jkunux xierqa għar-raġuni(jiet) li ġej(jin). Dan huwa l-uniku mod kif jiġu stabbiliti l-limiti kwantitattivi. |

IMPLIKAZZJONI BAġITARJA |

409 | Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni fuq il-baġit Komunitarju. |

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

dwar il-kummerċ ta’ ċerti prodotti tal-azzar bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Każakstan

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) L-Artikolu 17(1) tal-Ftehim tas-Sħubija u l-Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, u r-Repubblika tal-Każakstan[1], jipprevedi li l-kummerċ ta’ ċerti prodotti tal-azzar għandu jkun suġġett għal Ftehim speċifiku dwar arranġamenti kwantitattivi.

(2) Il-Ftehim bilaterali bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Każakstan fuq il-kummerċ ta’ ċerti prodotti tal-azzar[2] konkluż fid-19 ta’ Lulju 2005, skada fil-31 ta’ Diċembru 2006. Fl-2007 u fl-2008, miżuri awtonomi stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1870/2006[3] u mir-Regolament (KE) Nru 1531/2007[4] irregolaw rispettivament il-kummerċ f’ċerti prodotti tal-azzar bejn il-Komunità Ewropea u l-Każakstan.

(3) Sakemm jiġi ffirmat u jidħol fis-seħħ il-Ftehim il-ġdid jew sakemm il-Każakstan jissieħeb fid-WTO, għandhom jiġu stabbiliti l-limiti kwantitattivi li jibdew mis-sena 2009.

(4) Billi l-kundizzjonijiet li wasslu għall-iffissar tal-limiti kwantitattivi għall-2007 u l-2008 baqgħu fil-biċċa l-kbira fis-seħħ, jixraq li jiġu stabbiliti limiti kwantitattivi għall-2009 fuq l-istess livell bħal dak tal-2007 u l-2008.

(5) Huwa meħtieġ li jkun hemm il-mezzi biex jitmexxa dan ir-reġim fil-Komunità b’tali mod li titħaffef l-implimentazzjoni tal-Ftehim il-ġdid billi jkunu previsti dispożizzjonijiet simili kemm jista’ jkun possibbli.

(6) Huwa meħtieġ li jkun żgurat li l-oriġini tal-prodotti inkwistjoni tkun ivverifikata u li għal dan il-għan jitwaqqfu metodi xierqa ta’ kooperazzjoni amministrattiva.

(7) Il-prodotti li jitpoġġew f’żona ħielsa jew li jkunu impurtati taħt arranġamenti li jikkontrollaw l-imħażen tad-dwana, l-importazzjoni temporanja jew l-ipproċessar ’il ġewwa (sistema ta’ sospensjoni) ma għandhomx jingħaddu kontra l-limiti stabbiliti għall-prodotti inkwistjoni.

(8) L-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament titlob l-introduzzjoni ta’ kriterju għal liċenzja tal-importazzjoni tal-Komunità biex il-prodotti inkwistjoni jkunu jistgħu jiddaħħlu f’ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità.

(9) Biex ikun żgurat li l-limiti kwantitattivi ma jinqabżux, huwa meħtieġ li titwaqqaf proċedura ta’ tmexxija li biha l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ma joħorġux liċenzji tal-importazzjoni qabel ma jkollhom konferma mill-Kummissjoni li ammonti xierqa jibqgħu disponibbli fil-limitu kwantitattiv inkwistjoni.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2009 għall-importazzjonijiet fil-Komunità tal-prodotti tal-azzar imniżżla fl-Anness I li jkunu ġejjin mir-Repubblika tal-Każakstan. Fl-eventwalità li l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Każakstan dwar il-kummerċ ta’ dawn il-prodotti tal-azzar jidħol fis-seħħ jew li l-Każakstan jissieħeb mad-WTO dan ir-Regolament għandu jintemm mid-data tad-dħul fis-seħħ jew mid-data tas-sħubija rispettivament.

2. Il-prodotti tal-azzar għandhom jiġu kklassifikati fi gruppi tal-prodott kif stabbilit fl-Anness I.

3. Il-klassifikazzjoni tal-prodotti mniżżla fl-Anness I għandha tkun ibbażata fuq in-Nomenklatura Magħquda (NM) stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87[5].

4. L-oriġini tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun stabbilita skont ir-regoli li hemm fis-seħħ fil-Komunità.

Artikolu 2

1. L-importazzjoni fil-Komunità tal-prodotti tal-azzar imniżżla fl-Anness I li huma ġejjin mir-Repubblika tal-Każakstan għandha tkun suġġetta għal-limiti kwantitattivi stabbiliti fl-Anness V. Ir-rilaxx tal-prodotti stabbiliti fl-Anness I għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità li huma ġejjin mir-Repubblika tal-Każakstan għandu jkun suġġett għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat tal-oriġini, kif stipulat fl-Anness II u ta’ liċenzja tal-importazzjoni li tinħareġ mill-awtoritajiet tal-Istati Membri skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4.

2. Biex ikun żgurat li l-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji ma jkunux jeċċedu f’kull żmien il-limiti kwantitattivi sħaħ għal kull grupp tal-prodott, l-awtoritajiet kompetenti mniżżla fl-Anness IV għandhom joħorġu liċenzji tal-importazzjoni biss jekk ikollhom konferma mill-Kummissjoni li jkun għad hemm kwantitajiet disponibbli fil-limiti kwantitattivi għall-grupp tal-prodott rilevanti tal-prodotti tal-azzar fejn għandu x’jaqsam il-pajjiż li jforni, li għalihom importatur jew importaturi jkunu ssottomettew l-applikazzjonijiet tagħhom lill-awtoritajiet imsemmija.

3. L-importazzjonijiet awtorizzati għandhom ikunu magħduda kontra l-limitu kwantitattiv rilevanti stabbilit fl-Anness V. Il-ġarr tal-prodotti għandu jitqies li jkun seħħ fid-data li fiha dawn ikunu tgħabbew fuq il-mezzi ta’ ġarr tal-esportazzjoni.

Artikolu 3

1. Il-limiti kwantitattivi msemmija fl-Anness V ma għandhomx jgħoddu għall-prodotti li jkunu tpoġġew f’żona ħielsa jew f’maħżen ħieles jew li jkunu ġew importati taħt l-arranġamenti li jikkontrollaw l-imħażen tad-dwana, l-importazzjoni temporanja jew inkella l-ipproċessar ’il ġewwa (sistema ta’ sospensjoni).

2. Fejn il-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 wara jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, jew fl-istat mhux mibdul tagħhom jew wara x-xogħol jew l-ipproċessar, għandu jkun jgħodd l-Artikolu 2(2) u l-prodotti li jiġu rilaxxati għandhom jingħaddu kontra l-limitu kwantitattiv rilevanti stabbilit fl-Anness V.

Artikolu 4

1. Għall-għan tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(2), qabel jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri mniżżla fl-Anness IV għandhom javżaw lill-Kummissjoni dwar l-ammonti tat-talbiet li jkollhom għal-liċenzji tal-importazzjoni, appoġġjati mil-liċenzji tal-esportazzjoni oriġinali, li huma jkunu rċevew. Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni għandha tavża jekk l-ammont(i) meħtieġ(a) ta’ kwantitajiet ikunux disponibbli għall-importazzjoni fl-ordni kronoloġika li fiha din tirċievi l-avviżi tal-Istati Membri (“fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel”).

2. It-talbiet inklużi fl-avviżi lill-Kummissjoni għandhom ikunu validi jekk dawn jistabbilixxu b’mod ċar f’kull każ il-pajjiż esportatur, il-kodiċi tal-prodott ikkonċernat, l-ammonti li għandhom ikunu impurtati, in-numru tal-liċenzja tal-esportazzjoni, is-sena tal-kwota u l-Istat Membru li fih il-prodotti huma maħsuba li se jitpoġġew f’ċirkolazzjoni ħielsa.

3. Kemm jista’ jkunpossibbli, il-Kummissjoni għandha tikkonferma mal-awtoritajiet l-ammont sħiħ muri fit-talbiet li jkunu ġew innotifikati għal kull grupp ta’ prodotti.

4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom javżaw lill-Kummissjoni minnufih wara li jkunu ġew mgħarrfa dwar kull kwantità li ma tintużax matul il-perjodu tal-validità tal-liċenzja tal-importazzjoni. Dawn il-kwantitajiet mhux użati għandhom jiġu ttrasferiti b’mod awtomatiku fil-kwantitajiet li jibqa’ tal-limitu kwantitattiv sħiħ tal-Komunità għal kull grupp tal-prodott.

5. In-notifiki msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 għandhom jiġu kkomunikati elettronikament fin-netwerk integrat stabbilit għal dan il-għan, sakemm għal raġunijiet tekniċi ma jkunx meħtieġ li, temporanjament, jintużaw mezzi oħrajn ta’ komunikazzjoni.

6. Il-liċenzji tal-importazzjoni jew dokumenti ekwivalenti għandhom jinħarġu skont l-Artikoli 12 sa 16.

7. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni dwar kull kanċellazzjoni ta’ liċenzji tal-importazzjoni jew dokumenti ekwivalenti li jkunu nħarġu diġà, f’każijiet fejn il-liċenzji tal-esportazzjoni li jikkorrispondu jkunu tneħħew jew ġew ikkanċellati mill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Każakstan. Madankollu, jekk il-Kummissjoni jew l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jkunu ġew infurmati mill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Każakitsan dwar it-tneħħija jew il-kanċellazzjoni ta’ liċenzja tal-esportazzjoni wara li l-prodotti relatati jkunu ġew impurtati fil-Komunità, il-kwantitajiet inkwistjoni għandhom jinqatgħu kontra l-limitu kwantitattiv rilevanti stipulat fl-Anness V.

Artikolu 5

1. Fejn il-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet li l-prodotti mniżżla fl-Anness I li jkunu ġejjin mir-Repubblika tal-Każakstan ikunu nġarru, għaddew minn rotot oħra jew ikunu ġew impurtati mod ieħor fil-Komunità bi ksur tal-limiti kwantitattivi msemmija fl-Artikolu 2 u li jkun hemm il-ħtieġa biex isiru l-aġġustamenti meħtieġa, din għandha titlob li jsiru konsultazzjonijiet biex jintlaħaq ftehim fuq l-aġġustament meħtieġ tal-limiti kwantitattivi li jikkorrispondu li għandhom isiru.

2. Kif appena joħroġ ir-riżultat tal-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’ titlob lir-Repubblika tal-Każakstan biex tieħu l-miżuri ta’ prekawzjoni meħtieġa biex ikun żgurat li l-aġġustamenti għal-limiti kwantitattivi li jkunu ġew miftiehma wara dawn il-konsultazzjonijiet ikunu jistgħu jitwettqu.

3. Jekk il-Komunità u r-Repubblika tal-Każakstan ma jaslux għal soluzzjoni sodisfaċenti u jekk il-Kummissjoni tinnota li jkun hemm xhieda ċara ta’ ksur, din għandha tnaqqas mil-limiti kwantitattivi volum ekwivalenti ta’ prodotti li jkunu ġejjin mir-Repubblika tal-Każakstan.

Artikolu 6

1. Liċenzja tal-esportazzjoni (li għandha tinħareġ mill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Każakstan) għandha tkun meħtieġa għal kull kunsinna ta’ prodotti tal-azzar li tkun suġġetta għal-limiti kwantitattivi stabbiliti fl-Anness V sal-livell ta’ dawn il-limiti.

2. L-oriġinal tal-liċenzja tal-esportazzjoni għandha tiġi ppreżentata mill-importatur biex tkun tista’ tinħareġ il-liċenzja tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 12.

Artikolu 7

1. Il-liċenzja tal-esportazzjoni għal-limiti kwantitattivi għandha tkun konformi mal-kampjun muri fl-Anness II u għandha tiċċertifika, inter alia , li l-kwantità ta’ oġġetti inkwistjoni kienet inqatgħet kontra l-limitu kwantitattiv stabbilit għall-grupp tal-prodott ikkonċernat.

2. Kull liċenzja tal-esportazzjoni għandha tkopri biss wieħed mill-gruppi ta’ prodotti mniżżla fl-Anness I.

Artikolu 8

L-esportazzjonijiet għandhom jinqatgħu kontra l-limiti kwantitattivi rilevanti stipulati fl-Anness V u jinġarru fit-tifsira tal-Artikolu 2(3).

Artikolu 9

1. Il-liċenzja tal-esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 6 tista’ tinkludi fiha kopji żejda murija sew bħala tali. Il-liċenzja ta’ esportazzjoni u l-kopji tagħhom kif ukoll iċ-ċertifikati tal-oriġini u l-kopji tagħhom għandhom jimtlew bl-Ingliż.

2. Jekk id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 jimtlew bl-idejn, l-entrati għandhom ikunu bil-linka u b’ittri kbar.

3. Il-liċenzji tal-esportazzjoni jew dokumenti ekwivalenti għandhom ikollhom qies ta’ 210 x 297 mm. Il-karta għandha tkun bajda, tal-kitba, skont il-qies muri fuq, ma jkollhiex polpa mekkanika u tkun tiżen inqas minn 25 g/m². Fl-isfond ta’ kull parti għandu jkun hemm stampat ix-xbieha ta’ guilloche. Dan għandu jirrendi kwalunkwe falsifikazzjoni b’mezzi mekkaniċi jew kimiċi viżibbli għall-għajn.

4. Skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, l-oriġinal biss għandu jkun aċċettat mill-awtoritajiet kompetenti fil-Komunità bħala valida għall-importazzjoni.

5. Kull liċenzja tal-esportazzjoni jew dokument ekwivalenti għandu jkollu fuqu numru tas-serje standardizzat, kemm jekk ikun stampat jew le, li bih dan ikun jista’ jiġi identifikat mill-ewwel.

6. In-numru ta’ serje għandu jkun magħmul mill-elementi li ġejjin:

- żewġ ittri li jidentifikaw il-pajjiż esportatur kif ġej:KZ = Repubblika tal-Każakstan

- żewġ ittri li jkunu juru l-Istat Membru tad-destinazzjoni maħsuba, kif ġej:

BE = Il-Belġju

BG = Il-Bulgarija

CZ = Ir-Repubblika Ċeka

DK = Id-Danimarka

DE = Il-Ġermanja

EE = L-Estonja

GR = Il-Greċja

ES = Spanja

FR = Franza

IE = L-Irlanda

IT = L-Italja

CY = Ċipru

LV = Il-Latvja

LT = Il-Litwanja

LU = Il-Lussemburgu

HU = L-Ungerija

MT = Malta

NL = L-Olanda

AT = L-Awstrija

PL = Il-Polonja

PT = Il-Portugall

RO = Ir-Rumanija

SI = Is-Slovenja

SK = Is-Slovakkja

FI = Il-Finlandja

SE = L-Iżvezja

GB = ir-Renju Unit,

- numru b’figura waħda li jkun juri s-sena tal-kwota li tikkorrispondi għall-aħħar figura fis-sena in kwistjoni, eż. ‘9’ għas-sena 2009;

- numru b’żewġ figuri li jkun juri l-uffiċċju li jkun qed joħroġ il-liċenzji fil-pajjiż li jesporta;

- numru b’ħames figuri bejn 00 001 sa 99 999 li jiġi allokat għall-Istat Membru speċifiku tad-destinazzjoni.

Artikolu 10

Il-liċenzja tal-esportazzjoni tista’ tinħareġ wara l-ġarr tal-prodotti li magħhom din ikollha x’taqsam. F’dawn il-każijiet hi għandu jkollha l-konferma “maħruġa retrospettivament”.

Artikolu 11

F’każ li liċenzja tal-esportazzjoni tinsteraq, tintilef jew tinqered, l-esportatur jista’ japplika għand l-awtorità kompetenti li tkun ħarġet id-dokument biex jakkwista kopja duplikata. Din għandha ssir fuq il-bażi tad-dokumenti tal-esportazzjoni li dan ikollu fil-pussess tiegħu.

Il-liċenzja duplikata li tinħareġ b’dan il-mod għandu jkollha fuqha l-konferma “duplikata”. Hija għandu jkollha fuqha d-data tal-liċenzja oriġinali.

Artikolu 12

1. Safejn, il-Kummissjoni tkun ikkonfermat skont l-Artikolu 4 li l-ammont meħtieġ ikun disponibbli fil-limitu kwantitattiv inkwistjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom joħorġu liċenzja tal-importazzjoni f’mhux aktar minn ħamest ijiem ta’ xogħol wara li l-importatur ikun ippreżenta l-oriġinal tal-liċenzja tal-esportazzjoni li tikkorrispondi. Din il-preżentazzjoni għandha ssir sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena wara dik li fiha l-oġġetti koperti bil-liċenzja jkunu nġarru. Il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru, irrispettivament mill-Istat Membru muri fuq il-liċenzja tal-esportazzjoni, sakemm il-Kummissjoni, skont l-Artikolu 4, tkun ikkonfermat li l-ammont meħtieġ ikun disponibbli fil-limitu kwantitattiv inkwistjoni.

2. Il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom ikunu validi għal erba’ xhur mid-data tal-ħruġ tagħhom. Fuq raġuni mmotivata kif suppost mill-importatur, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jwessgħu l-perjodu tal-validità għal perjodu ieħor li ma jkunx jeċċedi l-erba’ xhur.

3. Il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jitfasslu fil-mudell stabbilit fl-Anness III u għandhom ikunu validi fit-territorju doganali kollu tal-Komunità.

4. Id-dikjarazzjoni jew it-talba li tkun saret mill-importatur biex jikseb il-liċenzja tal-importazzjoni għandu jkun fiha:

(a) l-isem u l-indirizz sħiħ tal-esportatur;

(b) l-isem u l-indirizz sħiħ tal-importatur;

(c) id-deskrizzjoni eżatta tal-oġġetti u l-kodiċi(jiet) TARIC;

(d) il-pajjiż tal-oriġini tal-oġġetti;

(e) il-pajjiż tal-kunsinna;

(f) il-grupp tal-prodott xieraq u l-kwantità għall-prodotti inkwistjoni;

(g) il-piż nett skont l-intestatura TARIC;

(h) il-valur c.i.f. tal-prodotti fil-fruntieri tal-Komunità skont l-intestatura TARIC;

(i) jekk il-prodotti kkonċernati humiex ta’ sekonda kwalità jew inkella ta’ kwalità inferjuri;

(j) fejn xieraq, id-dati tal-ħlas u t-twassil u kopja tal-polza tat-tagħbija u tal-kuntratt tax-xiri;

(k) id-data u n-numru tal-liċenzja tal-esportazzjoni;

(l) kull kodiċi intern użat għal għanijiet amminstrattivi;

(m) id-data u l-firma tal-importatur.

5. L-importaturi mhumiex obbligati li jimportaw il-kwantità sħiħa koperta minn liċenzja tal-importazzjoni f’kunsinna waħda.

Artikolu 13

Il-validità tal-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet tal-Istati Membri għandha tiddependi mill-validità tal-liċenzji tal-esportazzjoni u l-kwantitajiet murija fil-liċenzji tal-esportazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Każakstan, li fuq il-bażi ta’ dawn ikunu nħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni.

Artikolu 14

Il-liċenzji tal-esportazzjoni jew dokumenti ekwivalenti għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri skont l-Artikolu 2(2) u bla diskriminazzjoni lejn kull importatur fil-Komunità, ikun fejn ikun il-post tal-istabbiliment tiegħu fil-Komunità, u mingħajr preġudizzju għall-konformità ma’ kundizzjonijiet oħrajn meħtieġa taħt ir-regoli preżenti.

Artikolu 15

1. Jekk il-Kummissjoni ssib li l-kwantitajiet totali koperti bil-liċenzji tal-esportazzjoni maħruġa mir-Repubblika tal-Każakstan għal grupp partikolari tal-prodott ikunu ferm aktar mil-limitu kwantitattiv stabbilit għal dak il-grupp tal-prodott, l-awtoritajiet kompetenti li joħorġu l-liċenzji fl-Istati Membri għandhom ikunu mgħarrfa minnufih biex jieqfu milli joħorġu aktar liċenzji tal-importazzjoni. F’dan il-każ, il-konsultazzjonijiet għandhom jibdew mill-ewwel mill-Kummissjoni.

2. L-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru għandhom jirrifjutaw milli joħorġu aktar liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti li jkunu ġejjin mir-Repubblika tal-Każakstan li ma jkunux koperti bil-liċenzji tal-esportazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 6 sa 11.

Artikolu 16

1. Il-formoli li għandhom jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 12 għandhom ikunu konformi mal-mudell tal-liċenzja tal-importazzjoni muri fl-Anness III.

2. Il-formoli tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-estratti tagħhom għandhom ikunu f’kopji duplikati, kopja minnhom immarkata “Kopja tal-pussessur” u jkollha n-numru 1 u tingħata lill-applikant, u l-oħra mmarkata “Kopja għall-awtorità tal-ħruġ tal-liċenzji” li jkollha fuqha n-numru 2, li din għandha tinżamm mill-awtorità li toħroġ il-liċenzja. Għal għanijiet amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jżidu kopji addizzjonali għall-formola 2.

3. Il-formoli għandhom ikunu stampati fuq karta bajda li tkun ħielsa minn kull polpa mekkanika, tajba għall-kitba u li tkun tiżen bejn 55 u 65 g/m². Il-qies tagħhom għandu jkun 210 × 297 mm; l-ispazju tat-tipa bejn il-linji għandu jkun 4,24 mm (sitta minn wieħed ta’ pulzier); dak li hu mniżżel fil-formola għandu jiġi segwit b’mod preċiż. Iż-żewġ naħat tal-kopja Nru 1, li hija l-liċenzja nfisha, għandu jkollhom fl-isfond tagħhom xbieha ta’ guilloche ta’ lewn aħmar li tirrendi impossibbli kull falsifikazzjoni li tista’ ssir b’mezzi mekkaniċi jew kimiċi viżibbli għall-għajn.

4. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli sabiex ikollhom il-formoli stampati. Il-formoli jistgħu jkunu stampati wkoll minn stampaturi maħtura mill-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti. Fil-każ ta’ dan tal-aħħar, għandha tidher referenza għall-ħatra mill-Istat Membru fuq kull formola. Kull formola għandu jkollha fuqha l-identifikazzjoni tal-isem u l-indirizz tal-istampatur jew marka li biha jkun jista’ jingħaraf l-istampatur.

5. Meta jinħarġu, il-liċenzji tal-importazzjoni jew l-estratti għandhom jingħataw numru ta’ ħruġ li jkun stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru. In-numru tal-liċenzja tal-importazzjoni għandu jkun innotifikat lill-Kummissjoni b’mod elettroniku fin-netwerk integrat stabbilit taħt l-Artikolu 4.

6. Il-liċenzji u l-estratti għandhom jimtlew fil-lingwa uffiċjali, jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali, tal-Istat Membru tal-ħruġ tal-liċenzji.

7. Fil-kaxxa 10, l-awtoritajiet kompetenti għandhom juru l-grupp tal-prodott tal-azzar xieraq.

8. Il-marki tal-aġenziji tal-ħruġ u tal-awtoritajiet tad-debitu għandhom ikunu applikati bl-użu ta’ timbru. Madankollu, pressa ibbuzzata magħquda ma’ ittri jew figuri miksuba b’perforazzjoni, jew l-istampar fuq il-liċenzja jista’ jintuża minflok it-timbru tal-awtorità tal-ħruġ tal-liċenzji. L-awtoritajiet tal-ħruġ tal-liċenzji għandhom jużaw kwalunkwe metodu ta’ kontra l-qerq biex il-kwantità allokata tiġi rreġistrata b’tali mod li jkun impossibbli li jitniżżlu figuri jew referenzi oħrajn.

9. Il-parti ta’ wara tal-kopja Nru 1 u l-kopja Nru 2 għandu jkollha kaxxa li fiha jitniżżlu l-kwantitajiet, jew mill-awtoritajiet tad-dwana meta jkunu tlestew il-formalitajiet tal-importazzjoni, jew mill-awtoritajiet amministrattivi kompetenti meta jinħareġ estratt. Jekk l-ispazju maħsub għad-debiti fuq liċenzja jew estratt tagħha ma jkunx biżżejjed, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jehmżu paġni ta’ estensjoni oħrajn li jkollhom fuqhom kaxxi li jkunu jixbhu lil dawk li jkun hemm fuq in-naħa ta’ wara tal-kopja Nru 1 u l-kopja Nru 2 tal-liċenzja jew l-estratt. L-awtoritajiet tad-debitu għandhom jittimbraw b’tali mod li nofs il-marka tat-timbru tkun fuq il-liċenzja jew l-estratt tagħha u n-nofs l-ieħor fuq il-paġna ta’ estensjoni. Jekk ikun hemm aktar minn paġna waħda ta’ estensjoni, marka oħra ta’ timbru għandha titpoġġa bl-istess mod f’kull paġna u fil-paġna ta’ qabel.

10. Il-liċenzji tal-importazzjoni u l-estratti li jinħarġu, u t-tagħrif u l-konfermi li jitniżżlu fihom, mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru, għandu jkollhom l-istess effett legali f’kull Stat Membru bħad-dokumenti maħruġa, u l-entrati u l-konfermi li jkunu saru mill-awtoritajiet ta’ dawn l-Istati Membri.

11. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu, fejn ikun indispensabbli, jitolbu biex il-kontenut tal-liċenzji jew l-estratti jiġu maqluba fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ dak l-Istat Membru.

Artikolu 17

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u hu applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, […]

Għall-Kunsill

Il-President

[…]

ANNESS I:

SA Prodotti ċatti rrumblati |

SA1. Kolji | 14. ĊERTIFIKAZZJONI MILL-AWTORITÀ KOMPETENTI Pjanċa Tqila | LIĊENZJA TAL-ESPORTAZZJONI 1. Esportatur (isem, indirizz sħiħ, pajjiż) KOPJA 2. Nru 3. Sena Prodotti irrumblati ċatti oħrajn |

7208 10 00 00 | 7208 40 00 10 | 7208 40 00 90 | 7210 49 00 10 | 7212 50 40 11 |

7208 25 00 00 | 7208 51 20 00 | 7208 53 90 00 | 7210 50 00 10 | 7212 50 61 11 |

7208 26 00 00 | 7208 51 91 00 | 7208 54 00 00 | 7210 61 00 10 | 7212 50 69 11 |

7208 27 00 00 | 7208 51 98 00 | 7210 69 00 10 | 7212 50 90 13 |

7208 36 00 00 | 7208 52 91 00 | 7208 90 80 10 | 7210 70 10 10 | 7212 60 00 11 |

7208 37 00 10 | 7208 52 10 00 | 7210 70 80 10 | 7212 60 00 91 |

7208 37 00 90 | 7208 52 99 00 | 7209 15 00 00 | 7210 90 30 10 | 7219 21 10 00 |

7208 38 00 10 | 7208 53 10 00 | 7210 90 40 10 | 7219 21 90 00 |

7208 38 00 90 | 7211 13 00 00 | 7209 16 10 00 | 7210 90 80 91 | 7219 22 10 00 |

7208 39 00 10 | 7211 14 00 90 | 7219 22 90 00 |

7208 39 00 90 | 7209 16 90 00 | 7211 19 00 90 | 7219 23 00 00 |

7211 14 00 10 | 7209 17 10 00 | 7211 23 20 10 | 7219 24 00 00 |

7211 19 00 10 | 7209 17 90 00 | 7211 23 30 10 | 7219 31 00 00 |

7219 11 00 00 | 7209 18 10 00 | 7211 23 30 91 | 7219 32 10 00 |

7219 12 10 00 | 7209 18 91 00 | 7211 23 80 10 | 7219 32 90 00 |

7219 12 90 00 | 7209 18 99 00 | 7211 23 80 91 | 7219 33 10 00 |

7219 13 10 00 | 7209 25 00 00 | 7211 29 00 10 | 7219 33 90 00 |

7219 13 90 00 | 7209 26 10 00 | 7211 90 80 10 | 7219 34 10 00 |

7219 14 10 00 | 7209 26 90 00 | 7212 10 10 00 | 7219 34 90 00 |

7219 14 90 00 | 7209 27 10 00 | 7212 10 90 11 | 7219 35 10 00 |

7225 30 10 00 | 7209 27 90 00 | 7212 20 00 11 | 7219 35 90 00 |

7225 30 30 10 | 7209 28 10 00 | 7212 30 00 11 | 7225 40 12 90 |

7225 30 90 00 | 7209 28 90 00 | 7212 40 20 10 | 7225 40 90 00 |

7225 40 15 10 | 7209 90 80 10 | 7212 40 20 91 |

7225 50 20 10 | 7210 11 00 10 | 7212 40 80 11 |

7210 12 20 10 | 7212 50 20 11 |

7210 12 80 10 | 7212 50 30 11 |

7210 20 00 10 |

7210 30 00 10 |

7210 41 00 10 |

ANNEX II

EXPORT LICENCE

(1) Show net weight (kg) and also quantity in the unit prescribed where other than net weight. (2) In the currency of the sale contract. | 1 Exporter (name, full address, country) | ORIGINAL | 2 No |

3 Year | 4 Product group |

EXPORT LICENCE |

5 Consignee (name, full address, country) |

6 Country of origin | 7 Country of destination |

8 Place and date of shipment – means of transport | 9 Supplementary details |

10 Description of goods – manufacturer | 11 TARIC code | 12 Quantity(1) | 13 Fob value(2) |

14 CERTIFICATION BY THE COMPETENT AUTHORITY I, the undersigned, certify that the goods described above have been charged against the quantitative limit established for the year shown in box No 3 in respect of the Product group shown in box No 4 by the provisions regulating trade in certain steel products with the European Community. |

15 Competent authority (name, full address, country) | At …………………………………. on ……………………………………… (Signature) (Stamp) |

EXPORT LICENCE

(1) Show net weight (kg) and also quantity in the unit prescribed where other than net weight. (2) In the currency of the sale contract. | 1 Exporter (name, full address, country) | COPY | 2 No |

3 Year | 4 Product group |

EXPORT LICENCE |

5 Consignee (name, full address, country) |

6 Country of origin | 7 Country of destination |

8 Place and date of shipment – means of transport | 9 Supplementary details |

10 Description of goods – manufacturer | 11 TARIC code | 12 Quantity(1) | 13 Fob value(2) |

14 CERTIFICATION BY THE COMPETENT AUTHORITY I, the undersigned, certify that the goods described above have been charged against the quantitative limit established for the year shown in box No 3 in respect of the Product group shown in box No 4 by the provisions regulating trade in certain steel products with the European Community. |

15 Competent authority (name, full address, country) | At …………………………………. on ……………………………………… (Signature) (Stamp) |

CERTIFICATE OF ORIGIN

(1) Show net weight (kg) and also quantity in the unit prescribed where other than net weight. (2) In the currency of the sale contract. | 1 Exporter (name, full address, country) | ORIGINAL | 2 No |

3 Year | 4 Product group |

CERTIFICATE OF ORIGIN (for certain steel products) |

5 Consignee (name, full address, country) |

6 Country of origin | 7 Country of destination |

8 Place and date of shipment – means of transport | 9 Supplementary details |

10 Description of goods – manufacturer | 11 CN code | 12 Quantity(1) | 13 Fob value(2) |

14 CERTIFICATION BY THE COMPETENT AUTHORITY I, the undersigned, certify that the goods described above originated in the country shown in box No 6, in accordance with the provisions in force in the European Community. |

15 Competent authority (name, full address, country) | At …………………………………. on ……………………………………… (Signature) (Stamp) |

CERTIFICATE OF ORIGIN

(1) Show net weight (kg) and also quantity in the unit prescribed where other than net weight. (2) In the currency of the sale contract. | 1 Exporter (name, full address, country) | COPY | 2 No |

3 Year | 4 Product group |

CERTIFICATE OF ORIGIN (for certain steel products) |

5 Consignee (name, full address, country) |

6 Country of origin | 7 Country of destination |

8 Place and date of shipment – means of transport | 9 Supplementary details |

10 Description of goods – manufacturer | 11 CN code | 12 Quantity(1) | 13 Fob value(2) |

14 CERTIFICATION BY THE COMPETENT AUTHORITY I, the undersigned, certify that the goods described above originated in the country shown in box No 6, in accordance with the provisions in force in the European Community. |

15 Competent authority (name, full address, country) | At …………………………………. on ……………………………………… (Signature) (Stamp) |

ANNESS III

Liċenzja tal-Importazzjoni tal-Komunità Ewropea

1 | 1. Destinatarju (isem, indirizz sħiħ, pajjiż, numru tal-VAT) | 2. Numru tal-ħruġ |

Kopja tal-Possessur | 3. Sena |

4. Awtorità responsabbli għall-ħruġ tal-liċenzji (isem, indirizz u numru tat-telefown) |

5. Dikjarant/rappreżentant, kif jgħodd (isem u indirizz sħiħ) | 6. Pajjiż tal-oriġini (u l-kodiċi tal-ġeonomenklatura) |

7. Pajjiż tal-kunsinna (u l-kodiċi tal-ġeonomenklatura) |

1 | 8. L-aħħar jum tal-validità |

9. Deskrizzjoni tal-merkanzija | 10. Kodiċi TARIC |

11. Kwantità espressa fl-unità tal-kwota |

12. Sigurtà/garanzija (kif japplika) |

13. Dettalji oħra |

14. Il-konferma tal-awtorità kompetenti Data : …………………………………. (Firma) (Timbru) |

15. ATTRIBUZZJONIJIET Indika l-kwantità disponibbli fil-parti 1 tal-kolonna 17 u l-kwantità attribwita fil-parti 2 tagħha |

16. Kwantità netta (massa netta jew unità oħra ta’ kejl waqt li tkun murija l-unità) | 19. Dokument doganali (formola u numru) jew estratt Nru u data tal-attribuzzjoni | 20. Isem, Stat Membru, timbru u firma tal-awtorità tal-attribuzzjoni |

17. F’ċifri | 18. Fi kliem għall-kwantità attribwita |

1. |

2. |

1. |

2. |

1. |

2. |

1. |

2. |

1. |

2. |

1. |

2. |

1. |

2. |

Paġni ta’ estensjoni li għandhom ikunu mehmuża ma’ din. |

Liċenzja tal-Importazzjoni tal-Komunità Ewropea

2 | 1. Destinatarju (isem, indirizz sħiħ, pajjiż, numru tal-VAT) | 2. Numru tal-ħruġ |

Kopja għall-awtorità tal-ħruġ tal-liċenzji | 3. Sena |

4. Awtorità responsabbli għall-ħruġ (isem, indirizz u numru tat-telefon) |

5. Dikjarant/rappreżentant, kif jgħodd (isem u indirizz sħiħ) | 6. Pajjiż tal-oriġini (u l-kodiċi tal-ġeonomenklatura) |

7. Pajjiż tal-kunsinna (u l-kodiċi tal-ġeonomenklatura) |

2 | 8. L-aħħar jum tal-validità |

9. Deskrizzjoni tal-merkanzija | 10. Kodiċi TARIC |

11. Kwantità espressa fl-unità tal-kwota |

12. Sigurtà/garanzija (kif japplika) |

13. Dettalji oħra |

14. Il-konferma tal-awtorità kompetenti Data : …………………………………. (Firma) (Timbru) |

15. ATTRIBUZZJONIJIET Indika l-kwantità disponibbli fil-parti 1 tal-kolonna 17 u l-kwantità attribwita fil-parti 2 tagħha |

16. Kwantità netta (massa netta jew unità oħra ta’ kejl waqt li tkun murija l-unità) | 19. Dokument doganali (formola u numru) jew estratt Nru u data tal-attribuzzjoni | 20. Isem, Stat Membru, timbru u firma tal-awtorità tal-attribuzzjoni |

17. F'ċifri | 18. Fi kliem għall-kwantità attribwita |

1. |

2. |

1. |

2. |

1. |

2. |

1. |

2. |

1. |

2. |

1. |

2. |

1. |

2. |

Paġni ta’ estensjoni li għandhom ikunu mehmuża ma’ din. |

ANNESS IV

LISTA DE LAS AUTORIDADES NACIONALES COMPETENTES

SEZNAM PŘÍSLUŠNÝCH VNITROSTÁTNÍCH ORGÁNŮ

LISTE OVER KOMPETENTE NATIONALE MYNDIGHEDER

LISTE DER ZUSTÄNDIGEN BEHÖRDEN DER MITGLIEDSTAATEN

PÄDEVATE RIIKLIKE ASUTUSTE NIMEKIRI

ΔΙΕΥΘΥΝΣΕΙΣ ΤΩΝ ΑΡΧΩΝ ΕΚΔΟΣΗΣ ΑΔΕΙΩΝ ΤΩΝ ΚΡΑΤΩΝ ΜΕΛΩΝ

LIST OF THE COMPETENT NATIONAL AUTHORITIES

LISTE DES AUTORITES NATIONALES COMPETENTES

ELENCO DELLE COMPETENTI AUTORITA NAZIONALI

VALSTU KOMPETENTO IESTAŽU SARAKSTS

ATSAKINGŲ NACIONALINIŲ INSTITUCIJŲ SĄRAŠAS

AZ ILLETÉKES NEMZETI HATÓSÁGOK LISTÁJA

LISTA TAL-AWTORITAJIET KOMPETENTI NAZZJONALI

LIJST VAN BEVOEGDE NATIONALE INSTANTIES

LISTA WLAŒCIWYCH ORGANÓW KRAJOWYCH

LISTA DAS AUTORIDADES NACIONAIS COMPETENTES

ZOZNAM PRÍSLUŠNÝCH ŠTÁTNYCH ORGÁNOV

SEZNAM PRISTOJNIH NACIONALNIH ORGANOV

LUETTELO TOIMIVALTAISISTA KANSALLISISTA VIRANOMAISISTA

FÖRTECKNING ÖVER BEHÖRIGA NATIONELLA MYNDIGHETER

BELGIQUE/BELGIË Service public fédéral de l'économie, des PME, des classes moyennes et de l'énergie Direction générale du potentiel économique Service des licences Rue de Louvain 44 B-1000 Bruxelles Fax (32-2) 277 50 63 | БЪЛГАРИЯ дирекция ‘Регистриране, лицензиране и контрол’ ул. ‘Славянска’ № 8 1052 София Факс: (359-2) 981 50 41 Fax: (359-2) 980 47 10 (359-2) 988 36 54 |

Federale Overheidsdienst Economie, KMO, Middenstand & Energie Algemene Directie Economisch Potentieel Dienst Vergunningen Leuvenseweg 44 B-1000 Brussel Fax (32-2) 277 50 63 | ČESKÁ REPUBLIKA Ministerstvo průmyslu a obchodu Licenční správa Na Františku 32 CZ-110 15 Praha 1 Fax: (420) 224 21 21 33 |

DANMARK Erhvervs- og Byggestyrelsen Økonomi- og Erhvervsministeriet Langelinie Allé 17 DK-2100 København Ø Fax: (45) 35 46 60 01 | FRANCE Ministère de l'économie, des finances et de l'industrie Direction générale des entreprises Sous-direction des biens de consommation Bureau textile-importations Le Bervil 12, rue Villiot F-75572 Paris Cedex 12 Fax (33) 153 44 91 81 |

DEUTSCHLAND Bundesamt für Wirtschaft und Ausfuhrkontrolle, (BAFA) Frankfurter Straße 29—35 D-65760 Eschborn 1 Fax: (49) 6196 90 88 00 | ITALIA Ministero delle Attività produttive Direzione generale per la politica commerciale e per la gestione del regime degli scambi Viale America, 341 I-00144 Roma Fax (39) 06 59 93 22 35/59 93 26 36 |

EESTI Majandus- ja Kommunikatsiooniministeerium Harju 11 EE-15072 Tallinn Faks: + 372 631 3660 | KYPROS Υπουργείο Εμπορίου, Βιομηχανίας και Τουρισμού Υπηρεσία Εμπορίου Μονάδα Έκδοσης Αδειών Εισαγωγής/Εξαγωγής Οδός Ανδρέα Αραούζου Αρ. 6 CY-1421 Λευκωσία Φαξ: (357) 22 37 51 20 |

IRELAND Department of Enterprise, Trade and Employment Import/Export Licensing, Block C Earlsfort Centre Hatch Street IE-Dublin 2 Fax: + 353-1-631 25 62 | LATVIJA Latvijas Republikas Ekonomikas ministrija Brīvības iela 55 LV-1519 Rīga Fakss: + 371-728 08 82 |

ΕΛΛΑΣ Υπουργείο Οικονομίας & Οικονομικών Γενική Διεύθυνση Διεθνούς Οικονομικής Πολιτικής Διεύθυνση Καθεστώτων Εισαγωγών-Εξαγωγών, Εμπορικής Άμυνας Κορνάρου 1 GR-105 63 Αθήνα Φαξ: (30-210) 328 60 94 | LIETUVA Lietuvos Respublikos ūkio ministerija Prekybos departamentas Gedimino pr. 38/2 LT-01104 Vilnius Fax: + 370-5-26 23 974 |

ESPAÑA Ministerio de Industria, Turismo y Comercio Secretaría General de Comercio Exterior Subdirección General de Comercio Exterior de Productos Industriales Paseo de la Castellana 162 E-28046 Madrid Fax: + 34-91 349 38 31 | LUXEMBOURG Ministère de l'économie et du commerce extérieur Office des licences BP 113 L-2011 Luxembourg Fax (352) 46 61 38 |

MAGYARORSZÁG Magyar Kereskedelmi Engedélyezési Hivatal Margit krt. 85. HU-1024 Budapest Fax: (36-1) 336 73 02 | ROMÂNIA Ministerul pentru Întreprinderi Mici și Mijlocii, Comerț, Turism și Profesii Liberale Direcția Generală Politici Comerciale Str. Ion Câmpineanu, nr. 16 București, sector 1 Cod poștal 010036 Tel.: (40-21) 315 00 81, Fax: (40-21) 315 04 54 e-mail: clc@dce.gov.ro |

MALTA Diviżjoni għall-Kummerċ Servizzi Kummerċjali Lascaris MT-Valletta CMR02 Fax: (356) 25 69 02 99 | SLOVENIJA Ministrstvo za finance Carinska uprava Republike Slovenije Carinski urad Jesenice Spodnji plavž 6C SI-4270 Jesenice Faks (386-4) 297 44 56 |

NEDERLAND Belastingdienst/Douane centrale dienst voor in- en uitvoer Postbus 30003, Engelse Kamp 2 NL-9700 RD Groningen Fax (31-50) 523 23 41 | SLOVENSKO Ministerstvo hospodárstva Mierová 19 827 15 Bratislava 212 Slovenská republika Fax: (421-2) 48 54 31 16 |

ÖSTERREICH Bundesministerium für Wirtschaft und Arbeit Außenwirtschaftsadministration Abteilung C2/2 Stubenring 1 A-1011 Wien Fax: (43-1) 7 11 00/83 86 | SUOMI/FINLAND Tullihallitus PL 512 FI-00101 Helsinki Faksi + 358-20-492 28 52 Tullstyrelsen PB 512 FI-00101 Helsingfors Fax.: + 358-20-492 28 52 |

POLSKA Ministerstwo Gospodarki Plac Trzech Krzyży 3/5 00-507 Warszawa Polska Fax: (48-22) 693 40 21/693 40 22 | SVERIGE Kommerskollegium Box 6803 S-113 86 Stockholm Fax (46-8) 30 67 59 |

PORTUGAL Ministério das Finanças e da Administração Pública Direcção-Geral das Alfândegas e dos Impostos Especiais sobre o Consumo Rua da Alfândega, n.o 5, r/c P-1149-006 Lisboa Fax: (+ 351) 218 81 39 90 | UNITED KINGDOM Department of Trade and Industry Import Licensing Branch Queensway House — West Precinct Billingham UK-TS23 2NF Fax + (44-1642) 36 42 69 |

ANNESS V

QUANTITATIVE LIMITS

(tonnes)

Products |

SA. Flat products |

SA1. Coils | 87 125 |

SA2. Heavy plate | 0 |

SA3. Other flat products | 117 875 |

[1] ĠU L 196, 28.7.1999, p. 3.

[2] ĠU L 232, 8.9.2005, p. 64.

[3] ĠU L 360, 19.12.2006, p. 1.

[4] ĠU L 337, 21.12.2007, p. 2.

[5] ĠU L 256, 7.9.1987 p. 1.