52008PC0614

Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar drittijiet tal-konsumatur {SEG(2008) 2544} {SEG(2008) 2545} {SEG(2008) 2547} /* KUMM/2008/0614 finali - COD 2008/0196 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 8.10.2008

KUMM(2008) 614 finali

2008/0196 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar drittijiet tal-konsumatur

{SEG(2008) 2544}{SEG(2008) 2545}{SEG(2008) 2547}

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA |

110 | Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha Il-proposta hija riżultat tar-reviżjoni tal-Acquis tal-Konsumatur li jkopri għadd ta' Direttivi dwar il-protezzjoni tal-konsumatur. Ir-Reviżjoni tnediet fl-2004 bl-għan li tissimplifika u tlesti l-qafas regolatorju eżistenti. L-għan predominanti tar-Reviżjoni huwa li jinkiseb suq intern reali tan-negozju dirett lejn il-konsumatur li jsib l-aħjar bilanċ bejn livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur u l-kompetittività tal-intrapriżi, filwaqt li jiżgura r-rispett tal-prinċipju ta' sussidjarjetà. Id-Direttivi li għaddejjin minn reviżjoni fihom klawżoli ta' armonizzazzjoni minima li jfisser li l-Istati Membri jistgħu jippreservaw jew jadottaw regoli aktar stretti ta' protezzjoni tal-konsumatur. L-Istati Membri għamlu użu estensiv ta' din il-possibilità. Ir-riżultat huwa qafas regolatorju fframmentat madwar il-Komunità li jikkawża spejjeż sinifikanti ta' konformità għan-negozji li jixtiequ jagħmlu kummerċ transkonfinali. Ir-regoli tal-kunflitt tal-liġi bħal dawk inklużi fir-Regolament dwar il-liġi applikabbli għal obbligi kuntrattwali ("Ruma I") ma jindirizzawx din il-problema. Skont Ruma I, il-konsumaturi li jikkuntrattaw ma' kummerċjant barrani ma jistgħux jinċaħdu mill-protezzjoni mnissla mir-regoli mhux derogabbli ta' pajjiżhom. L-effetti tas-suq intern tal-frammentazzjoni huma diżinklinazzjoni min-negozji li jbiegħu transkonfinalment lil konsumaturi li mbagħad inaqqas il-benesseri tal-konsumatur. Jekk il-konsumaturi jiġu esklużi mill-aċċess għal offerti transkonfinali mhux se jaħsdu l-benefiċċji tas-suq intern mil-lat ta' aktar għażla u prezzijiet aħjar. Il-livell ta' kunfidenza tal-konsumatur fix-xiri transkonfinali huwa baxx. Waħda mill-kawżi ta' dan il-fenomenu hija l-frammentazzjoni tal-Acquis tal-Konsumatur. Il-frammentazzjoni u l-livell irregolari tal-protezzjoni relatata tal-konsumatur jagħmluha diffiċli li jsiru kampanji ta' edukazzjoni li jifirxu madwar l-Ewropa sħiħa dwar id-drittijiet tal-konsumatur u li jitwettqu mekkaniżmi alternattivi għas-soluzzjoni tat-tilwim. L-għan tal-proposta huwa li jikkontribwixxi għal tħaddim aqwa tas-suq intern tan-negozju dirett lejn il-konsumatur billi titqawwa l-kunfidenza tal-konsumatur fis-suq intern u titnaqqas id-diżinklinazzjoni lejn in-negozju transkonfinali. Dan l-għan globali għandu jintlaħaq billi titnaqqas il-frammentazzjoni, jiġi ssikkat il-qafas regolatorju u l-konsumaturi jingħataw livell komuni għoli ta' potezzjoni tal-konsumatur u informazzjoni adegwata dwar id-drittijiet tagħhom u dwar kif għandhom jeżerċitawhom. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni Ewropea se tistabbilixxi proċess sabiex tfittex l-iktar mod xieraq biex tinforma l-konsumaturi dwar id-drittijiet bażiċi tagħhom fil-mument ta' bejgħ. |

120 | Il-kuntest ġenerali L-ispejjeż li jeħel in-negozju biex jikkonforma mal-Acqis frammentat tal-Konsumatur huma sinifikanti. L-istħarriġ wera li għall-maġġoranza tal-kummerċjanti, spejjeż ta' konformità bħal dawn jiffurmaw ostaklu importanti għall-kummerċ transkonfinali li jnaqqas l-inċentiv tagħhom biex ibiegħu b'mod transkonfinali, partikolarment lil konsumaturi ta' Stati Membri żgħar. Jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni fil-livell tal-Komunità, spejjeż bħal dawn se jkomplu jingħaddu lill-konsumaturi fl-għamla ta' prezzijiet ogħla jew, agħar minn hekk, in-negozji se jkomplu jirrifjutaw li jbiegħu b'mod transkonfinali jew joħolqu diskriminazzjonijiet ġeografiċi bejn il-konsumaturi skont il-pajjiż tagħhom ta' residenza. Il-Parlament Ewropew, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Lulju 2007 rrakkoanda li tittieħed azzjoni leġiżlattiva u tiġi espressa l-preferenzża tiegħu għall-adozzjoni ta' strument li jieħu l-forma ta' Direttiva orizzontali bbażata fuq armonizzazzjoni sħiħa mmirata. Fil-komunikazzjoni tagħha 'Suq waħdieni għal Ewropa tas-seklu 21' tal-20 ta' Novembru 2007, il-Kummissjoni ddikjarat li s-suq waħdieni jeħtieġ li jrendi riżultati aqwa u benefiċċji tanġibbli għal konsumaturi u l-SMEs. |

130 | Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Il-proposta timmira li tirrevedi d-Direttiva 85/577/KEE rigward kuntratti nnegozjati barra mill-lok tan-negozju, id-Direttiva 93/13/KEE dwar kondizzjonijiet żleali f’kuntratti mal-konsumatur, id-Direttiva 97/7/KE dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi fir-rigward ta' kuntratti li jsiru mill-bogħod, id-Direttiva 1999/44/KE dwar bejgħ lill-konsumatur u garanziji. Dawn l-erba' Direttivi jipprevedu d-drittijiet kuntrattwali tal-konsumatur. Il-proposta tamalgama dawn l-erba' Direttivi fi strument orizzontali uniku li jirregola l-aspetti komuni f'mod sistematiku, filwaqt li jissimplifika u jaġġorna r-regoli eżistenti, u filwaqt li jneħħi l-inkonsistenzi u jagħlaq il-lakuni. Il-proposta tmur lil hinn mill-istrateġija ta' armonizzazzjoni minima segwita fl-erba' Direttivi eżistenti (jiġifieri L-Istati Membri jistgħu jippreservaw jew jadottaw regoli nazzjonali aktar stretti minn dawk stipulati fid-Direttiva) biex tħaddan strateġija sħiħa ta' armonizzazzjoni (jiġifieri l-Istati Membri ma jistgħux jippreservaw jew jadottaw dispożizzjonijiet li jiddevjaw minn dawk stipulati fid-Direttiva). |

140 | Il-konsistenza mal-politiki u l-għanijiet l-oħrajn tal-Unjoni Id-Direttiva 2005/29/KE dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern fiha xi rekwiżiti bażiċi ta' informazzjoni li jridu jiġu sodisaftti mill-kummerċjanti qabel il-konklużjoni ta' kuntratt. Id-Direttivi 85/577/KEE, 97/7/KE u 99/44/KEE fihom ukoll xi rekwiżiti ta' informazzjoni. Skont l-għan ta' Regolazzjoni Aqwa, il-proposta tiżgura konsistenza bejn dawn id-Direttivi varji u tirregola l-konsegwenzi legali ta' nuqqas ta' konformità ma' rekwiżiti bħal dawn. Il-proposta tikseb livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur f'kuntratti tal-konsumatur. Għalhekk, il-proposta tikkonforma mad-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari l-Artikolu 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Il-proposta tikkonforma wkoll mal-prinċipji fundamentali tat-Trattat tal-KE, bħalma huma l-prinċipji tal-moviment ħieles tal-prodotti u l-libertà li tagħti servizzi li ma jkunux ristretti minn regoli nazzjonali iktar stretti fil-qasam armonizzat mid-Direttiva, minbarra l-miżuri meħtieġa u proporzjonati li jistgħu jieħdu l-Istati Membri għal raġunijiet ta' politika pubblika, sikurezza pubblika, saħħa pubblika jew il-protezzjoni tal-ambjent, skont il-liġi Komunitarja. |

2. IL-KONSULTAZZJONI TAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-ISTIMA TAL-IMPATT |

Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati |

211 | Metodi ta’ konsultazzjoni, is-setturi ewlenin fil-mira, u l-profil ġenerali tal-parteċipanti Fit-8 ta' Frar 2007, il-Kummissjoni adottat il-Green Paper dwar ir-Reviżjoni tal-Acquis tal-Konsumatur, li tiddeskrivi fil-qosor is-sejbiet inizjali tal-Kummissjoni u li tagħti bidu għal konsultazzjoni pubblika li tikkonċentra fuq kwistjonijiet trasversali (jiġifieri kwistjonijiet orizzontali) tad-Direttivi li jinsabu f'reviżjoni. Il-Green Paper ġibdet reazzjonijiet minn firxa wiesgħa ta' partijiet interessati, jiġifieri negozji, konsumaturi, il-Parlament Ewropew, l-Istati Membri, l-akkademiċi u dawk fil-prattika tal-liġi. Il-Kummissjoni ppubblikat ukoll żewġ dokumenti ta' konsultazzjoni dwar id-Direttiva 97/7/KE u dwar id-Direttiva 85/577/KEE li jiffukaw fuq kwistjonijiet speċifiċi (jiġifieri kwistjonijiet vertikali) relatati ma' dawn id-Direttivi. Il-partijiet kollha interessati kienu mistiedna li jippreżentaw it-tweġibiet lill-Kummissjoni, sal-21 ta' Novembru 2006 u l-4 ta' Diċembru 2007 rispettivament. Il-Kummissjoni rċeviet rispettivament 84 u 62 tweġiba mill-partijiet relevanti kollha. Ir-riżultat ta' dawn iż-żewġ konsultazzjonijiet jinsab fil-websajt: http://ec.europa.eu/consumers/rights/gen_rights_en.htm Il-Kummissjoni organizzat konferenza tal-partijiet interessati ta' jum sħiħ fl-14 ta' Novembru 2007. Fl-20 ta' Diċembru 2007, intbagħtu żewġ kwestjonarji (l-ewwel waħda mmirata lejn in-negozji, u t-tieni mmirata lejn il-konsumaturi) mill-kuntrattur tal-Kummissjoni lill-partijiet interessati. Il-problemi attwali u l-bidliet leġiżlattivi previsti b'alternattivi differenti ġew diskussi mal-partijiet interessati tan-negozju u tal-konsumaturi li kienu mistiedna biex iwieġbu l-mistoqsijiet dwar l-impatti probabbli ta' kull alternattiva fil-kuntest ta' workshops li saru fi Frar 2008. |

212 | It-taqsira tar-reazzjonijiet u kif tqiesu Il-maġġoranza ta' dawk li wieġbu għall-Green Paper sejħu għall-adozzjoni ta' strument leġiżlattiv orizzontali applikabbli għat-tranżazzjonijiet domestiċi u dawk transkonfinali, ibbażat fuq armonizzazzjoni sħiħa mmirata; jiġifieri mmirata lejn il-kwistjonijiet li joħolqu ostakli sostanzjali għall-kummerċ għan-negozji u/jew li jnaffru l-konsumaturi milli jixtru b'mod transkonfinali. L-istrument leġiżlattiv orizzontali għandu skont l-opinjoni tal-biċċa l-kbira tal-parteċipanti jingħaqad mar-reviżjonijiet vertikali tad-direttivi eżistenti li huma speċifiċi għas-settur (pereżempju reviżjoni tad-Direttivi tat-Timeshare u l-Vjaġġi "b'kollox inkluż"). Kien hemm sostenn qawwi għall-issikkar u s-sistemar tal-Acquis tal-Konsumatur, pereżempju l-introduzzjoni ta' definizzjonijiet komuni ta' konsumaturi/kummerċjanti u kunsinna, regoli armonizzati dwar informazzjoni u drittijiet ta' rtirar u d-dħul fil-livell ta' Komunità ta' lista "sewda" ta' kondizzjonijiet żleali ta' kuntratti (jiġifieri kondizzjonijiet ipprojbiti direttament) u lista "griża" ta' kondizzjonijiet bħal dawn (jiġifieri kondizzjonijiet preżunti bħala żleali) minflok il-lista purament indikattiva attwali. |

213 | Bejn it-08/02/2007 u l-15/05/2007 saret konsultazzjoni miftuħa fuq l-Internet. Il-Kummissjoni rċeviet 307 risposta. Dawn ir-riżultati huma disponibbli fuq http://ec.europa.eu/environment/emas/consultation_en.htm |

Il-ġbir u l-użu ta' għarfien espert |

229 | Ma kienx hemm bżonn ta’ kompetenza esterna. |

230 | L-istima tal-impatt Sitt alternattivi ġew soġġetti għal stima tal-impatt. L-alternattivi kollha jqisu, bħala linja ta' bażi, ir-Ruma I li ġiet adottata dan l-aħħar. L-Alternattiva Politika 1 hija l-alternattiva tal-istatus quo, li jfisser li tiġi ppreservata l-armonizzazzjoni minima tal-Acquis tal-Konsumatur. L-impatt ekonomiku ta' din l-alternattiva huwa negattiv. Il-problema ewlenija tal-frammentazzjoni tal-qafas regolatorju tippersisti. L-Alternattiva Politika 2 hija alternattiva mhux leġiżlattiva magħmula minn finanzjament tal-Komunità għal-kampanji ta' għarfien u awtoregolazzjoni. Bħala pakkett separat, mhija se tħalli l-ebda impatt pożittiv minħabba li l-problema ewlenija ta' frammentazzjoni legali tissokta, ħlief jekk il-kodiċi tal-kondotta jiġu bbażati fuq l-ogħla standards komuni u jkopru l-Komunità sħiħa. L-Alternattiva Politika 3 tinkludi total ta' 4 proposti leġiżlattivi, ibbazati fuq armonizzazzjoni sħiħa u li tista' toqgħod tajjeb fi strument orizzontali. Hija tiffoka fuq numru limitat ta' inkonsistenzi fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità. Definizzjonijiet aktar ċari u aġġornati jissimplifikaw il-leġiżlazzjoni iżda għandhom impatt verament limitat fuq il-kontribut għat-tħaddim aħjar tas-suq intern, filwaqt li jimminimizzaw il-piż fuq in-negozju u jqawwu l-fiduċja tal-konsumatur. L-Alternattiva Politika 4 tinkludi 16-il bidla leġiżlattiva bbażati fuq armonizzazzjoni sħiħa u kkumbinati mal-erba' bidliet leġiżlattivi proposti fl-Alternattiva Politika 3. Hija tindirizza l-kwistjonijiet kollha relevanti tal-protezzjoni tal-konsumatur li l-kummerċjanti jridu jqisu meta jfasslu l-materjali tagħhom ta' kummerċjalizzazzjoni, filwaqt li jagħmlu l-abbozz tat-kondizzjonijiet standard ta' kuntratt tagħhom u joperaw in-negozju tagħhom ma' klijenti. L-armonizzazzjoni sħiħa ta' dawk il-kwistjonijiet għandha tnaqqas b'mod konsiderevoli l-ispejjeż amministrattivi għal kummerċjanti li jbiegħu b'mod transkonfinali mill-bogħod u dawk diretti u għandha tħalli impatt pożittiv fuq it-tħaddim tas-suq intern. Tibdiliet leġiżlattivi bħal dawn huma relevanti għall-kunfidenza tal-konsumatur fix-xiri transkonfinali. Barra minn dan, din l-Alternattiva Politika tinkludi aġġornament tal-leġiżlazzjoni għal żviluppi ġodda tas-suq. Din l-Alternattiva Politika għandha impatti ekonomiċi negattivi, issaħħaħ il-kunfidenza tal-konsumatur u ttejjeb il-kwalità tal-leġiżlazzjoni. L-Alternattiva Politika 5 tinkludi 3 proposti leġiżlattivi bbażati fuq l-armonizzazzjoni sħiħa u tagħti drittijiet ġodda tal-konsumatur flimkien mal-20 bidla leġiżlattiva proposti skont l-Alternattivi Politiki 3 u 4. L-impatt negattiv fuq l-ispejjeż li jeħel in-negozju u fuq il-kontribut għat-tħaddim aqwa tas-suq intern ma jidhrux li jiġu kkumpensati mill-benefiċċji li għandu jagħti lill-konsumaturi. L-Alternattiva Politika 6 tinkludi proposti leġiżlattivi kopert mill-Alternattiva Politika 3 jew 4 u klawżola tas-suq intern li tapplika għall-aspetti mhux kompletament armonizzati. Il-klawżola tas-suq intern għandha tippermetti l-partijiet kontraenti, għal dawk l-aspetti koperti mill-klawżola, li jagħżlu l-liġi ta' kwalunkwe Stat Membru ukoll meta dik il-liġi tipprevedi livell iktar baxx ta' protezzjoni tal-konsumatur mil-liġi tal-pajjiż fejn il-konsumatur huwa residenti. Fid-dawl tal-kunflitt tagħha mal-Artikolu 6 ta' Ruma I, klawżola bħal din għandha tikkawża emendar leġiżlattiv u tinvolvi bidla politika maġġuri ftit xhur wara l-adozzjoni ta' Ruma I li fiha klawżola ta' reviżjoni (ir-reviżjoni trid titlesta sal-2013). Barra minn hekk, din l-alternattiva politika, filwaqt li sostnuta min-negozji, ġiet opposta mill-maġġoranza kbira ta' Stati Membri u l-organizzazzjonijiet kollha tal-konsumatur fir-reazzjoni tagħhom għall-Green Paper. Filwaqt li din l-alternattiva għandha tneħħi ostakli regolatorji fis-suq intern u tirriżulta fi tnaqqis tal-piż għan-negozju, hija tittrasferixxi l-problema ta' inċertezza legali fuq il-konsumaturi li tirriżulta f'impatti negattivi fuq il-fiduċja tal-konsumatur; hija toħloq ukoll problemi għall-qrati nazzjonali u l-korpi ta' infurzar li jkollhom japplikaw liġi barranija. |

231 | Il-Kummissjoni wettqet stima tal-impatt elenkata fil-Programm ta’ Ħidma, li rrapport tiegħu jinsab fuq: http://ec.europa.eu/consumers/rights/cons_acquis_en.htm. |

3. L-ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA |

305 | Is-sommarju tal-azzjoni proposta L-iskop tal-proposta huwa li jikkontribwixxi għat-tħaddim xieraq tas-suq intern tan-negozju dirett lejn il-konsumatur u li jikseb livell komuni għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur billi jarmonizza kompletament l-aspetti ewlenin tal-liġi kuntrattwali tal-konsumatur li huma relevanti għas-suq intern. |

310 | Il-bażi legali L-Artikolu 95 tat-Trattat. |

320 | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika safejn il-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. |

L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri għar-raġunijiet li ġejjin. |

321 | Il-problema tal-frammentazzjoni legali ma tistax tissolva mill-Istati Membri individwalment minħabba li hija l-implimentazzjoni differenti mill-Istati Membri tal-klawżoli ta' armonizzazzjoni mininima li jinsabu fid-Direttivi eżistenti li hija fl-oriġini tal-problema. Bl-istess mod, l-indirizzar ta' żviluppi ġodda tas-suq, ta' lakuni regolatorji u inkonsistenzi fil-liġijiet tal-konsumatur tal-Komunità f'mod mhux ikkoordinat jiġġenera aktar frammentazzjoni u jiggrava l-problema. Huwa biss intervent ikkoordinat tal-Komunità li jista' jikkontribwixxi għat-tlestija tas-suq intern billi jsolvi din il-problema. |

323 | Azzjoni mill-Istati Membri waħedhom f'mod mhux ikkoordinat ma tippermettix is-suq intern li jagħti r-riżultati kemm għan-negozju, partikolarment għall-SMEs kif ukoll għall-konsumaturi. Fil-fatt azzjoni mhux ikkoordinata bħal din ma tużax il-potenzjal tas-suq intern tan-negozju dirett lejn il-konsumatur, partikolarment il-potenzjal ta' tkabbir ta' bejgħ transkonfinali mill-bogħod li l-SMEs jistgħu jibbenefikaw direttament minnu. Hija ċċaħħad lill-konsumaturi milli jaħsdu l-benefiċċji tas-suq intern b'aktar għażla u prezzijiet aħjar minn offerti transkonfinali. Fl-aħħarnett, tista' tirrestrinġi l-iżvilupp ta' intrapriżi kompetittivi, speċjalment SMEs li jixtiequ jespandu n-negozji tagħhom madwar il-Komunità sħiħa. |

Azzjoni Komunitarja se tilħaq aħjar l-għanijiet tal-proposta għar-raġunijiet li ġejjin: |

324 | Il-proposta hija bbażata fuq l-armonizzazzjoni sħiħa tal-liġi ta' kuntratt tal-konsumatur tal-Komunità. L-impatt pożittiv tagħha fuq is-suq tal-bejgħ bl-imnut għandu jkun wieħed konsiderevoli. Kif wera r-Rapport tal-Istima tal-Impatt, l-iffrankar mil-lat ta' piż amministrattiv fuq in-negozji biex ibiegħu b'mod transkonfinali għandu jkun wieħed kbir. Il-proposta għandha toħloq sett uniku ta' regoli li jiżgura livell komuni għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur madwar il-Komunità sħiħa u jippermetti l-kummerċjanti biex ibiegħu lil konsumaturi f'27 Stat Membru bl-istess mod kif jagħmlu f'pajjiżhom pereżempju l-istess kondizzjonijiet standard ta' kuntratt u l-istess materjali ta' informazzjoni. Għalhekk il-proposta għandha tnaqqas b'mod sinifikanti l-ispejjeż ta' konformità tal-kummerċjanti filwaqt li tiggarantixxi lill-konsumaturi livell għoli ta' protezzjoni. Id-diskrepanza bejn it-tkabbir fil-bejgħ domestiku u dak transkonfinali hija partikolarment sinifikanti għall-bejgħ mill-Internet li għandu potenzjal kbir ta' tkabbir ulterjuri. Għalhekk din il-proposta tista' tkun waħda mir-riżultati tanġibbli ewlenin tas-suq intern tal-kummerċ dirett lejn il-konsumaturi. |

325 | Il-frammentazzjoni legali li tirriżulta mill-implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-klawżoli ta' armonizzazzjoni minima fid-Direttivi li qegħdin taħt reviżjoni ntweriet minn analiżi komparattiva tal-liġi tal-implimentazzjoni tal-Acquis tal-Konsumatur fis-27 Stat Membru. Din l-analiżi ġiet ippubblikata fuq il-websajt: http://ec.europa.eu/consumers/rights/cons_acquis_en.htm#comp L-istħarriġ tal-Ewrobarometru jindika li din il-frammentazzjoni legali tikkostitwixxi ostaklu importanti għall-kummerċ transkonfinali. |

327 | L-ambitu tal-proposta hija limitata għar-regoli tal-protezzjoni tal-konsumatur f'kuntratti konklużi bejn il-kummerċjanti u l-konsumaturi. Hija tarmonizza kompletament l-aspetti kollha tal-protezzjoni tal-konsumatur li huma relevanti għall-kummerċ transkonfinali, jiġifieri l-aspetti li huma ewlenin għal kummerċjanti meta jagħmlu abbozz tat-kondizzjonijiet standard ta' kuntratt u jfasslu l-materjali ta' informazzjoni kif ukoll għall-operat tan-negozju tagħhom (pereżempju l-ġestjoni tal-prodotti rritornati fil-bejgħ mill-bogħod jew f'dak dirett). |

Il-proposta għalhekk tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Il-Kummissjoni tagħraf li l-istrateġija ta' armonizzazzjoni sħiħa li ssegwiet b'suċċess permezz tad-Direttiva tal-Prattiki Kummerċjali Żleali fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur tagħmel tluq ġdid fil-qasam tad-drittijiet kuntrattwali tal-konsumatur. Dan jikkawża għal strateġija xierqa ta' komunikazzjoni biex tispjega l-impatt u l-benefiċċji tal-proposta. Flimkien mad-djalogu interistituzzjonali mal-Parlament u l-Kunsill, il-Kummssjoni għandha l-għan li tikkollega b'mod attiv mal-partijiet interessati kollha fix-xhur li ġejjin fl-Istati Membri varji. |

Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin: |

331 | Il-proposta tirregola biss aspetti ewlenin tal-liġi tal-kuntratt tal-konsumatur u ma tinterferixxix mal-kunċetti aktar ġenerali tal-liġi tal-kuntratti bħalma hija l-kapaċità li tikkuntratta jew ħlas tad-danni. Il-proposta tapplika kemm għall-kuntratti domestiċi kif ukoll għal dawk transkonfinali, skont ir-riżultat tal-Green Paper. L-inklużjoni tat-tranżazzjonijiet domestiċi fi ħdan l-ambitu hija proporzjonata mal-għan ta' simplifikazzjoni tal-qafas regolatorju tal-Komunità, minħabba li tevita sistema doppja li kieku kienet toħloq frammentazzjoni ulterjuri u distorsjonijiet ta' kompetizzjoni bejn in-negozji li jikkummerċjaw biss domestikament u dawk li jikkummerċjaw kemm domestikament kif ukoll b'mod transkonfinali. |

332 | Il-piż amministrattiv fuq l-awtoritajiet pubbliċi għandhom ikunu negliġibbli minħabba li għandu jkun magħmul biss min-notifika lill-Kummissjoni tal-każistika nazzjonali dwar kondizzjonijiet żleali ta' kuntratt fil-kuntest ta' proċedura tal-komitoloġija. Il-kummerċjanti tal-Komunità li jixtiequ jespandu n-negozji tagħhom b'mod transkonfinali għandhom inaqqsu b'mod sinifikanti l-ispejjeż amministrattivi tagħhom minħabba l-armonizzazzjoni sħiħa. Uħud mill-kumpaniji li jikkummerċjaw domestikament biss li ma għandhom l-ebda interess li japprofittaw mis-suq intern se jitilfu l-opportunità bi ftit minħabba l-ispejjeż żgħar tagħhom ta' darba ta' adattament għat-tibdil regolatorju. Għall-bejjiegħa bl-imnut ta' wiċċ imb wiċċ, jista' jiġi mistenni piż minuri addizzjonali għal tipi speċifiċi ta' negozju ta' wiċċ imb wiċċ, bħalma huma ħwienet tal-prodotti użati li jaġixxu ta' sensara tal-konsumaturi. Jekk il-proposta trawwem il-protezzjoni tal-konsumatur u żżid il-kompetizzjoni fis-suq tal-bejgħ bl-imnut permezz ta' aktar offerti transkonfinali, allura l-konsumaturi se jirbħu billi jkollhom aktar għażla, kwalità aqwa u prezzijiet irħas. |

L-għażla ta' strumenti |

341 | L-istrumenti proposti: direttiva. |

342 | Mezzi oħra mhumiex xierqa għar-raġunijiet li ġejjin: Il-problema ta' frammentazzjoni tal-qafas regolatorju tal-Komunità jista' jintrebaħ biss fil-livell tal-Komunità permezz ta' inizjattiva leġiżlattiva. L-awtoregolazzjoni u l-koregolazzjoni ma jsolvux din il-problema legali ta' frammentazzjoni. Direttiva hija preferita għal Regolament minħabba li t-traspożizzjoni tagħha għandha tippermetti implimentazzjoni aktar ħafifa tal-liġi Komunitarja fil-liġijiet nazzjonali ta' kuntratti jew fid-diversi kodiċi tal-konsumatur. Għandha tagħti lill-Istati Membri l-marġini meħtieġ ta' apprezzament biex jippreservaw il-kunċetti legali nazzjonali u l-prinċipji bażiċi tal-liġi nazzjonali tal-kuntratti li jikkonformaw mal-għanijiet tal-proposta leġiżlattiva tal-Komunità. Differenti minn ta' Regolament, l-implimentazzjoni ta' Direttiva tista' twassal għal ġabra koerenti ta' liġi f'livell nazzjonali li għandha tkun iktar sempliċi biex tiġi applikata u interpretata mill-kummerċjanti, iktar ħafifa biex tiġi infurzata mill-awtoritajiet pubbliċi u iktar skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà. |

4. L-IMPLIKAZZJONIJIET BAġITARJA |

401 | L-ispiża tal-Kumitat futur dwar kondizzjonijiet żleali tinkludi s-salarji ta' uffiċjal wieħed stmati għal € 117 000 biex jappoġġja l-proċess ta' komitoloġija. Tinkludi wkoll l-ispiża ta' sessjoni plenarja b'parteċipant wieħed mis-27 Stat Membru u tliet laqgħat skedati għal kull sena, stmati għal € 20 000 kull waħda. |

5. L-INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI |

510 | Is-simplifikazzjoni |

511 | Il-proposta tipprevedi s-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni. |

512 | Il-proposta tissimplifika konsiderevolment l-Acquis tal-Konsumatur. Billi tintegra flimkien erba' Direttivi, hija tirregola f'mod sistematiku l-koeżjonijiet u telimina d-duplikazzjonijiet u l-inkonsistenzi. Pereżempju, il-proposta tirregola b'mod konsistenti karatteristiċi komuni bħalma huma definizzjonijiet komuni, qalba ta' informazzjoni li tippreċedi kuntratt u regoli dwar aspetti kuntrattwali ta' bejgħ li bħalissa jinsabu mxerrda madwar bosta Direttivi. |

515 | Il-proposta hi inkluża fil-programm b'reviżjoni regolari tal-Kummissjoni għall-aġġornament u s-simplifikazzjoni tal-acquis communautaire u l-Programm tagħha ta' Ħidma u Leġiżlazzjoni li jaqa' taħt ir-referenza 2008/SANCO/001. |

520 | Ir-revoka ta' liġijiet eżistenti L-adozzjoni tal-proposta se twassal għar-revoka tal-leġiżlazzjoni eżistenti. |

Il-klawżola ta' analiżi/reviżjoni/estinzjoni |

531 | Din il-proposta tinkludi klawżola ta’ analiżi. |

550 | It-tabella ta’ korrelazzjoni L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva kif ukoll tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. |

560 | Iż-Żona Ekonomika Ewropea L-att propost jikkonċerna kwistjoni taż-ŻEE u għalhekk għandu jkun estiż għaż-Żona Ekonomika Ewropea. |

570 | L-ispjegazzjoni dettaljata tal-proposta Il-Kapitolu I fih definizzjonijiet komuni bħalma huma 'konsumatur' u 'kummerċjant' u jistipula l-prinċipju ta' armonizzazzjoni sħiħa. Il-Kapitolu II fih qalba ta' informazzjoni li trd tingħata mill-kummerċjanti qabel il-konklużjoni tal-kuntratti kollha tal-konsumaturi kif ukoll obbligu ta' informazzjoni dwar intermedjarji li jikkonkludu kuntratti f'isem il-konsumaturi. Il-Kapitolu III li japplika biss għal kuntratti mill-bogħod u li ma jsirux fuq il-post, jipprevedi rekwiżiti speċifiċi ta' informazzjoni u jirregola d-dritt ta' rtirar (tul, eżerċitar u effetti) f'mod konsistenti. Jirreferi wkoll għall-formola standard ta' rtirar riprodotta fl-Anness I(B). Il-Kapitolu IV jiċċara d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 99/44/KE. Huwa jippreserva l-prinċipju li l-kummerċjant huwa responsabbli għall-konsumatur għal perjodu ta' sentejn jekk il-prodotti mhumiex f'konformità mal-kuntratt. Huwa jintroduċi regola ġdida li permezz tagħha r-riskju ta' telf jew ħsara lill-prodotti jiġi trasferit lill-konsumatur fil-każ biss meta huwa jew persuna terza indikata minnu li mhijiex it-trasportatur jikseb il-pussess materjali tal-prodotti. il-Kapitolu V jirrifletti b'mod wiesa' id-dispożizzjoni tad-Direttiva 93/13/KEE. Huwa japplika kondizzjonijiet żleali ta' kuntratt li ma ġewx innegozjati b'mod individwali, bħalma huma l-kondizzjonijiet standard ta' kuntratt. Kondizzjonijiet żleali huma dawk li joħolqu żbilanċi sinifikanti fid-drittijiet u l-obbligi tal-konsumaturi u l-kummerċjanti u ma jorbtux lill-konsumaturi. Sabiex tikseb ċertezza legali, id-Direttiva fiha żewġ listi ta' kondizzjonijiet żleali. L-Anness II fih lista ta' kondizzjonijiet meqjusa bħala żleali f'kull ċirkostanza. L-Anness III fih lista ta' kondizzjonijiet meqjusa żleali ħlief jekk il-kummerċjant jagħti prova tal-kuntrarju. Dawn l-istess listi japplikaw fl-Istati Membri kollha u jistgħu jiġu emendati biss mill-proċedura ta' komitoloġija prevista mid-Direttiva. |

2008/0196 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar drittijiet tal-konsumatur

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[2],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat[3],

Billi:

(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE tal-20 ta' Diċembru 1985 biex tħares lill-konsumatur rigward kuntratti nnegozjati barra mil-lok tan-negozju[4], id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993 dwar klawżoli żleali f’kuntratti mal-konsumatur[5], id-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 1997 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi fir-rigward ta' kuntratti li jsiru mill-bogħod[6], id-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta' prodotti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom[7], jistipulaw għadd ta' drittijiet kuntrattwali għall-konsumaturi.

(2) Dawk id-Direttivi ġew riveduti fid-dawl tal-esperjenza bil-ħsieb li jissimplifikaw u jaġġornaw ir-regoli applikabbli, filwaqt li jneħħu inkonsistenzi u jagħlqu lakuni mhux mixtieqa fir-regoli. Dik ir-reviżjoni wriet li huwa xieraq li dawk l-erba' Direttivi jiġu sostitwiti minn din id-Direttiva unika. Id-Direttiva għandha skont dan tistipula regoli standard għall-aspetti komuni u tħalli l-istrateġija ta' armonizzazzjoni minima fid-Direttivi ta' qabel li permezz tagħhom l-Istati Membri setgħu jippreservaw jew jadottaw regoli nazzjonali aktar stretti.

(3) L-Artikolu 153(1) u 3(a) tat-Trattat jipprevedu li l-Komunità tikkontribwixxi biex jintlaħaq livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur bil-miżuri li tadotta skont l-Artikolu 95 tiegħu.

(4) Skont l-Artikolu 14(2) tat-Trattat, is-suq intern jinkludi żona mingħajr fruntieri interni fejn il-moviment liberu ta' merkanzija u servizzi, u l-libertà ta' stabbiliment huma żgurati. L-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti tal-liġi kuntrattwali tal-konsumatur hija meħtieġa għall-promozzjoni ta' suq intern realment tal-konsumatur li jsib l-aħjar bilanċ bejn livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur u l-kompetittività tal-intrapriżi, filwaqt li jiżgura r-rispett strett lejn il-prinċipju ta' sussidjarjetà.

(5) Il-potenzjal transkonfinali tal-bejgħ mill-bogħod li għandu jkun wieħed mir-riżultati tanġibbli tas-suq intern mhuwiex sfruttat bis-sħiħ mill-konsumaturi. Imqabbel mat-tkabbir sinifikanti tal-bejgħ domestiku mill-bogħod matul dawn l-aħħar snin, it-tkabbir fil-bejgħ transkonfinali mill-bogħod kien limitat. Id-diskrepanza hija partikolarment sinifikanti għall-bejgħ bl-Internet li għandu potenzjal qawwi ta' tkabbir ulterjuri. Il-potenzjal transkonfinali ta' kuntratti nnegozjati lil hinn mill-post tan-negozju (il-bejgħ dirett) huwa mxekkel b'għadd ta' fatturi inklużi r-regoli nazzjonali differenti tal-protezzjoni tal-konsumatur imposti fuq l-industrija. Imqabbel mat-tkabbir tal-bejgħ domestiku dirett matul dawn l-aħħr ftit snin, b'mod partikolari fis-settur tas-servizzi (pereżempju l-utilitajiet), l-għadd ta' konsumaturi li jużaw din ir-rotta għax-xirjiet transkonfinali baqa' ma nbidilx. Meta jirreaġixxu għal opportunitajiet miżjuda f'bosta Stati Membri, intrapriżi ta' daqs żgħir u medju (inklużi intraprendituri individwali) jew aġenti ta' kumpaniji ta' bejgħ dirett għandhom ikunu aktar inklinati li jfittxu opportunitajiet ta' negozju fi Stati Membri oħra, b'mod partikolari f'reġjuni konfinali. Għalhekk l-armonizzazzjoni sħiħa tal-informazzjoni tal-konsumatur u d-dritt ta' rtirar f'kuntratt mill-bogħod u dawk li jseħħu lil hinn mill-post tan-negozju se jikkontribwixxu għat-tħaddim aħjar tas-suq intern tan-negozju dirett lejn il-konsumatur.

(6) Il-liġijiet tal-Istati Membri dwar kuntratti tal-konsumatur juru differenzi ċari li jiġġeneraw distorzjonijiet sinifikanti ta' kompetizzjoni u xkiel għat-tħaddim bla skossi tas-suq intern. Il-leġiżlazzjoni attwali tal-Komunità fil-qasam tal-kuntratti tal-konsumatur konklużi mill-bogħod jew 'il barra mill-post tan-negozju prodotti tal-konsumaturi u garanziji kif ukoll kondizzjonijiet żleali ta' kuntratt jistabbilixxu standards minimi għall-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni li tippermetti l-Istati Membri l-possibilità li jippreservaw jew idaħħlu miżuri aktar strinġenti li jiżguraw livell ogħla tal-protezzjoni tal-konsumatur fit-territorji tagħhom. Barra dan, bosta kwistjonijiet huma regolati b'mod inkonsistenti bejn id-direttivi jew ma ġewx konklużi. Dawn il-kwistjonijiet ġew indirizzati b'mod differenti mill-Istati Membri. B'riżultat ta' dan, id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-direttivi fil-liġi tal-kuntratti tal-konsumatur jiddevjaw b'mod sinifikanti.

(7) Dawn id-disparitajiet joħolqu ostakli sinifikanti tas-suq intern li jaffetwaw in-negozji u l-konsumaturi. Huma jżidu l-ispejjeż ta' konformità għan-negozji li jixtiequ jwettqu bejgħ transkonfinali ta' prodotti jew forniment ta' servizzi. Il-frammentazzjoni ddgħajjef ukoll il-kunfidenza tal-konsumatur fis-suq intern. L-effett negattiv fuq il-kunfidenza tal-konsumatur jissaħħaħ minn livell inkonsistenti ta' protezzjoni tal-konsumatur madwar il-Komunità sħiħa. Il-problema hija partikolarment gravi fid-dawl tal-iżviluppi ġodda tas-suq.

(8) L-armonizzazzjoni sħiħa ta' wħud mill-aspetti regolatorji ewlenin għandha żżid konsiderevolment iċ-ċertezza legali kemm għall-konsumaturi kif ukoll għan-negozju. Kemm il-konsumaturi kif ukoll in-negozju se jkunu jistgħu jorbtu fuq qafas regolatorju uniku bbażat fuq kunċetti legali definiti b'mod ċar li jirregolaw ċerti aspetti ta' kuntratti fil-Komunità tan-negozju dirett lejn il-konsumatur. L-effett se jkun li jinqerdu l-ostakli mnissla mill-frammentazzjoni tar-regoli u biex jitlesta s-suq intern f'dan il-qasam. Dawn l-ostakli jistgħu jinqerdu biss billi jitwaqqfu regoli uniformi fil-livell tal-Komunità. Barra dan il-konsumaturi jgawdu minn livell komuni għoli ta' protezzjoni madwar il-Komunità kollha.

(9) Il-qasam armonizzat b'din id-Direttiva għandu jkopri ċerti aspetti tal-kuntratti tan-negozju diretti lejn il-konsumatur. Dawn huma regoli dwar informazzjoni li trid tingħata qabel il-konklużjoni u matul l-eżekuzzjoni ta' kuntratt, id-dritt ta' rtirar għal kuntratti distanti jew li jseħħu lil hinn mill-post tan-negozju, drittijiet tal-konsumaturi speċifiċi għal kuntratti ta' bejgħ u kondizzjonijiet żleali ta' kuntratt f'kuntratti tal-konsumatur.

(10) Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom ikunu bla ħsara għar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill applikabbli għal obbligi kuntrattwali (Ruma I)[8].

(11) Il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Komunità dwar servizzi finanzjarji tal-Komunità fiha bosta regoli dwar il-protezzjoni tal-konsumatur. Għal din ir-raġuni d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jkopru kuntratti relatati ma' servizzi finanzjarji sal-punt biss li dan jinħtieġ biex jimla l-lakuni regolatorji.

(12) Id-definizzjoni ġdida ta' kuntratt mill-bogħod għandha tkopri l-każijiet kollha fejn il-kuntratti ta' bejgħ u ta' servizz huma konklużi bl-użu ta' mezz wieħed jew aktar ta' komunikazzjoni ta' distanza (pereżempju bejgħ bil-posta, Internet, telefown jew faks). Din għandha toħloq kondizzjonijiet ugwali għall-kummerċjanti mill-bogħod kollha. Għandha wkoll ittejjeb iċ-ċertezza legali meta mqabbla mad-definizzjoni attwali li tobbliga l-preżenza ta' skema ta' bejgħ mill-bogħod organizzata mmexxija mill-kummerċjant sal-konklużjoni tal-kuntratt.

(13) Iċ-ċirkustanzi partikolari li fihom tkun saret offerta jew li fihom ġie nnegozjat kuntratt ma għandhomx ikunu relevanti fid-definizzjoni ta' kuntratt mill-bogħod. Il-fatt li l-kummerċjant huwa kultant bejjiegħ mill-bogħod jew li juża skema organizzata mmexxija minn parti terza bħalma hija pjattaforma fuq l-internet, ma għandux iċaħħad il-konsumaturi mill-protezzjoni tagħhom. Bl-istess mod, tranżazzjoni nnegozjata wiċċ imb wiċċ bejn il-kummerċjant u l-konsumatur lil hinn mill-post tan-negozju għandha tkun kuntratt mill-bogħod, jekk il-kuntratt imbagħad ġie konkluż permezz tal-użu esklussiv ta' komunikazzjoni mill-bogħod, bħalma huwa l-Internet jew it-telefown. Għall-kummerċjanti, definizzjoni aktar sempliċi ta' kuntratt mill-bogħod għandha ttejjeb iċ-ċertezza legali u tipproteġihom minn kompetizzjoni żleali.

(14) Kuntratt li jsir lil hinn mill-post tan-negozju għandu jiġi definit bħala kuntratt konkluż mal-preżenza fiżika simultanja tal-kummerċjant u l-konsumatur, lil hinn mil-lok tan-negozjiu, pereżempju għand dar il-konsumatur jew fil-post tax-xogħol tiegħu. F'kuntest lil hinn mill-post tan-negozju, il-konsumaturi huma taħt pressjoni psikoloġika irrispettivament jekk talbux iż-żjara tal-kummerċjant huma jew le. Barra dan, sabiex ma jkunx hemm lok għal tidwir mar-regoli meta l-konsumaturi jiġu avviċinati lil hinn mill-post tan-negozju, kuntratt li ġie nnegozjat, pereżempju d-dar tal-konsumatur iżda konkluż f'ħanut għandu jitqies bħala kuntratt li sar lil hinn mill-post tan-negozju.

(15) Il-post tan-negozju għandu jinkludi l-lok fi kwalunkwe forma (bħalma huma ħwienet jew trakkijiet) li jservi bħala post permanenti ta' negozju għall-kummerċjant. Armar tal-monti u tal-fieri għandu jiġi ttrattat bħala post tan-negozju avolja jistgħu jintużaw mill-kummerċjant fuq bażi temporanja. Postijiet oħra li jiġu mikrija għal żmien qasir biss u fejn il-kummerċjant ma jkunx stabbilit (bħalma huma ħotels, ristoranti, ċentri tal-konferenzi, ċinemi mikrija minn kummerċjanti li mhumiex stabbiliti hemmhekk) ma għandhomx jitqiesu bħala postijiet tan-negozju. Bl-istess mod, l-ispazji pubbliċi kollha inklużi t-trasport jew il-faċilitajiet pubbliċi kif ukoll djar privati jew postijiet tax-xogħol ma għandhomx jitqiesu bħala postijiet tan-negozju.

(16) Id-definizzjoni ta' mezz li jservi għal żmien twil għandha tinkludi b'mod partikolari dokumenti tal-karti, USB sticks, CD-ROMs, DVDs, kards tal-memorja u l-hard drive tal-computer li fih jinħażnu l-posta elettronika jew pdf file.

(17) Il-konsumaturi għandhom ikunu intitolati li jirċievu informazzjoni qabel il-konklużjoni tal-kuntratt. Minkejja dan il-kummerċjanti ma għandhomx għalfejn jagħtu informazzjoni meta tkun diġà evidenti mill-kuntest. Pereżempju fi tranżazzjoni fuq il-post, il-karatteristiċi ewlenin ta' prodott, l-identità tal-kummerċjant u l-arranġamenti għat-twassil jistgħu jkunu evidenti mill-kuntest. Fi tranżazzjonijiet mill-bogħod u lil hinn mill-post, il-kummerċjant għandu dejjem jagħti l-informazzjoni dwar arranġamenti għall-ħlas, twassil, eżekuzzjoni u l-prassi ta' ġestjoni tal-ilmenti, minħabba li jistgħu ma jkunux evidenti mill-kuntest.

(18) Il-kummerċjanti għandhom ikunu obbligati jinformaw il-konsumaturi bil-quddiem ta' kwalunkwe arranġament li jirriżulta mill-konsumaturi li jħallsu depożitu lill-kummerċjant, inkluż arranġament li fih ammont jiġi bblokkat fil-karta ta' kreditu jew debitu.

(19) Fil-każ ta' rkanti pubbliċi, dovuti għan-natura u t-tradizzjoni ta' dak il-metodu tal-bejgħ, min imexxi l-irkant jista', minflok ma jikkomunika l-indirizz ġeografiku u l-identità tal-bejjiegħ li f'ismu qed ibiegħ il-prodotti, jissostitwih bid-dettalji ta' kuntatt tiegħu nnifsu.

(20) Il-konsumatur għandu jkun jaf jekk huwiex qed jagħmel kuntratt mal-kummerċjant jew ma intermedjarju li qed jaġixxi f'isem konsumatur ieħor, minħabba li fil-każ ta' dan tal-aħħar il-konsumatur jista' ma jgawdix mill-protezzjoni li taqa' taħt din id-Direttiva. Għalhekk l-intermedjarju għandu jinforma dwar dan il-fatt u l-konsegwenzi tiegħu. Il-kunċett ta' intermedjarju ma għandux jinkludi pjattaformi online ta' kummerċ li ma jikkonkludux il-kuntratt f'isem kwalunkwe parti oħra jew għaliha.

(21) Fil-każ ta' kuntratti mill-bogħod, ir-rekwiżiti ta' informazzjoni għandhom jiġu adattati biex jieħdu inkonsiderazzjoni l-limiti tekniċi ta' ċerti mezzi ta' komunikazzjoni bħalma huma r-restrizzjonijiet tal-għadd ta' karattri fuq ċerti skrins tat-telefowns ċellulari jew il-limitu ta' żmien fuq ir-riklami tal-bejgħ ta' fuq it-televiżjoni. F'dan il-każ il-kummerċjant għandu jikkonforma ma' sett minimu ta' rekwiżiti ta' informazzjoni u jirreferi l-konsumatur għal sors ieħor ta' informazzjoni, pereżempju billi jipprovdi numru tat-telefown bla ħlas jew hypertext link għal paġna tal-web tal-kummerċjant fejn hija direttament u faċilment disponibbli l-informazzjoni relevanti.

(22) Minħabba li fil-każ ta' bejgħ mill-bogħod, il-konsumatur ma jistax jara l-prodott qabel ma jikkonkludi l-kuntratt huwa għandu jkollu d-dritt ta' rtirar, li jippermettilu jiżgura n-natura u t-tħaddim tal-prodotti.

(23) It-tulijiet varjanti attwali tal-perjodi tal-irtirar kemm bejn l-Istati Membri kif ukoll għal kuntratti mill-bogħod jew li jseħħu lil hinn mill-post tan-negozju jikkawżaw inċertezza legali u spejjeż ta' konformità. L-istess perjodu ta' rtirar għandu japplika għal kuntratti kollha li jseħħu mill-bogħod jew lil hinn mill-post.

(24) Biex jiżgura ċertezza legali, huwa xieraq li r-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tat-3 ta' Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta' żmien[9] għandu japplika għall-kalkolu tal-perjodi f'din id-Direttiva. Għalhekk, il-perjodi kollha li hemm f'din id-Direttiva għandhom jinftiehmu bħala espressi f'jiem kalendarji.

(25) Ir-regoli ta' kuntratti mill-bogħod għandhom ikunu bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-konklużjoni tal-kuntratti elettroniċi u t-tqegħid tal-ordnijiet elettroniċi kif stipulat bl-Artikoli 9 u 11 tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku).

(26) Meta l-konsumatur jordna iktar minn oġġett wieħed mill-istess kummerċjant, huwa għandu jkun intitolat għad-dritt tal-irtirar għal kull wieħed minn dawn il-prodotti. Jekk il-prodotti jitwasslu separatament, il-perjodu tal-irtirar għandu jibda meta l-konsumatur jikseb il-pussess materjali ta' kull oġġett individwali. Meta oġġett jitwassal f'lottijiet jew f'biċċiet differenti, il-perjodu tal-irtirar għandu jibda meta l-konsumatur jew il-parti terza indikat mill-konsumatur jikseb il-pussess materjali tal-aħħar lott jew biċċa.

(27) Jekk il-kummerċjant ma jkunx informa l-konsumatur dwar id-dritt tal-irtirar qabel il-konklużjoni ta' kuntratt mill-bogħod jew lil hinn mill-post, il-perjodu tal-irtirar għandu jiġi estiż. Minkejja dan, biex tiġi żgurata ċertezza legali biż-żmien, għandu jiddaħħal perjodu ta' limitazzjoni ta' tlietxhur, bil-kondizzjoni li l-kummerċjant ikun wettaq l-obbligi kuntrattwali tiegħu. Il-kummerċjant għandu jitqies li wettaq kompletament l-obbligi tiegħu meta jkun wassal il-prodotti jew wettaq kompletament is-servizzi ordnati mill-konsumatur.

(28) Id-differenzi fil-modi kif huwa eżerċitat id-dritt tal-irtirar fl-Istati Membri kkawżaw spejjeż għal negozji li jbiegħu b'mod transkonfinali. L-introduzzjoni ta' rtirar standard armonizzat li għandu jintuża mill-konsumatur għandu jissimplifika l-proċess ta' rtirar u jġib ċertezza legali. Għal dawn ir-raġunijiet, l-Istati Membri għandhom joqgħodu lura milli jżidu kwalunkwe rekwiżit ta' preżentazzjoni għall-għamla tal-istandard li jifrex mal-Komunità kollha pereżempju d-daqs tat-tipa.

(29) Minħabba li l-esperjenza turi li bosta konsumaturi u kummerċjanti jippreferu jikkomunikaw permezz tal-websajt tal-kummerċjant, għandu jkun hemm possibilità għall-kummerċjant li jagħti lill-konsumatur l-alternattiva li jimla formola ta' rtirar mill-Internet. F'dan il-każ il-kummerċjant għandu jagħti nota ta' konferma permezz tal-posta elettronika mingħajr dewmien.

(30) Fil-każ tal-irtirar il-kummerċjant għandu jagħti rimbors tal-ħlasijiet kollha li waslulu mingħand il-konsumatur, inklużi dawk li jkopru l-ispejjeż li ġarrab il-kummerċjant biex iwassal il-prodotti lill-konsumatur.

(31) Uħud mill-konsumaturi jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta' rtirar wara li jkunu użaw il-prodotti sa tali punt li jmur lil hinn minn dak meħtieġ biex jaċċertaw in-natura u t-tħaddim tal-oġġett. F'dan il-każ il-konsumatur għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe valur imnaqqas tal-prodotti. Sabiex jiddetermina n-natura u t-tħaddim ta' oġġett, il-konsumatur għandu biss joperah jew jippruvah fl-istess mod kif ikun permess f'ħanut. Pereżempju, il-konsumatur għandu biss jipprova artiklu ta' lbies u mhuwiex permess li jilbsu fit-tul. Sabiex tkun żgurata l-effettività tad-dritt ta' rtirar f'kuntratti ta' servizz, b'mod partikolari għal xogħlijiet mhux urġenti ta' rinnovazzjoni li għalihom il-konsumaturi jistgħu jkunu soġġetti għal pressjoni għolja ta' bejgħ fi djarhom segwita minn eżekuzzjoni immedjata tas-servizz qabel ma jiskadi l-perjodu tal-irtirar, il-konsumaturi ma għandhom iġorru l-ebda spiża għal servizz bħal dan.

(32) Sabiex jiġi evitat li kummerċjant jagħti rimbors lil konsumatur li ma rritornax il-prodotti, il-konsumatur għandu jkun obbligat li jibgħat il-prodotti mhux aktar tard minn erbatax-il jum wara li jkun informa lill-kummerċjant dwar id-deċiżjoni ta' rtirar.

(33) Għandhom jeżistu ċerti eżenzjonijiet mid-dritt tal-irtirar, pereżempju f'każijiet fejn id-dritt tal-irtirar ma jkunx xieraq fid-dawl tan-natura tal-prodott. Dan huwa applikabbli pereżempju għall-inbid li jiġi fornut żmien twil wara l-konklużjoni tal-kuntratt ta' natura spekulattiva fejn il-valur jiddependi fuq il-varjazzjonijiet fis-suq (vin en primeur).

(34) Barra minn hekk, f'każ ta' kuntratti mill-bogħod għall-forniment ta' servizzi, li l-eżekuzzjoni tagħhom tibda matul il-perjodu ta' rtirar (pereżempju dejta fajls imniżżla mill-konsumatur matul dak il-perjodu), ma jkunx ġust li l-konsumatur jingħata l-permess ta' rtirar wara li s-servizz ikun tgawda kompletament jew parzjalment mill-konsumatur. Għalhekk il-konsumatur għandu jitlef id-dritt tiegħu tal-irtirar meta tibda l-eżekuzzjoni bil-qbil espress preċedenti tiegħu.

(35) Il-Kummissjoni sabet xi problemi ewlenin tal-konsumatur fis-settur ta' xogħlijiet ta' titjib tad-djar fejn il-konsumaturi jkunu fi pressjoni għolja li jordnaw xogħlijiet għaljin ta' rinnovazzjoni. L-ambitu ta' din l-informazzjoni u r-regoli tal-irtirar għandhom jiġu ċċarati u estiżi sabiex ikopru dan it-tip ta' kuntratt. Kuntratti għat-trażmissjoni ta' interessi fil-proprjetà immobbli għandhom jiġu esklużi mill-ambitu ta' dawn ir-regoli dwar informazzjoni u drittijiet tal-irtirar applikabbli għal kuntratti mill-bogħod u 'l barra mill-post.

(36) L-applikazzjoni tad-dritt tal-irtirar jista' ma jkunx xieraq għal ċerti servizzi relatati mal-akkomodazzjoni, it-trasport u d-divertiment. Il-konklużjoni tal-kuntratti korrispondenti timplika li tiġi reservata kapaċità li għaliha l-kummerċjant jista' jsibha diffiċli jsib sostituzzjoni, kieku kellu jiddaħħal id-dritt tal-irtirar. Għalhekk dawn il-kuntratti mill-bogħod ma jistgħux jiġu koperti mid-dispożizzjonijiet dwar l-informazzjoni u d-dritt tal-irtirar tal-konsumatur.

(37) Għall-iskop ta' simplifikazzjoni u ċertezza legali, id-dritt tal-irtirar għandu japplika għat-tipi kollha ta' kuntratti 'l barra mill-post tan-negozju, ħlief f'ċirkostanzi ddefiniti b'mod strett li jistgħu jingħataw prova tagħhom b'mod faċli. Għalhekk, ma għandu japplika l-ebda dritt għall-irtirar għal tiswijiet urġenti fid-dar tal-konsumatur li għalihom dritt tal-irtirar bħal dan ikun inkompatibbli mal-qagħda ta' emerġenza kif ukoll għal skemi ta' kunsinna d-dar tas-supermarkets li jippermettu li l-konsumaturi jagħżlu ikel, xorb u prodotti oħra maħsuba għal konsum attwali fid-dar permezz tal-websajt tas-supermarket u jitwaslulhom id-dar tagħhom. Dawn huma prodotti, li mhumiex għaljin u li jinxtraw regolarment mill-konsumaturi għall-konsum tagħhom ta' kuljum u għall-użu ta' kuljum fid-djar u għalhekk ma għandhomx ikunu soġġetti għal dritt tal-irtirar. Id-diffikultajiet ewlenin li jiltaqgħu magħhom il-konsumaturi u l-ikbar sorsi ta' tilwim mal-kummerċjanti jikkonċernaw it-twassil tal-prodotti, inklużi prodotti li jintilfu jew isofru ħsara matul it-trasport u kunsinna li tasal tard u b'mod parzjali. Għalhekk huwa xieraq li jiġu ċċarati u armonizzati r-regoli nazzjonali dwar il-kunsinna u t-trasferiment tar-riskju.

(38) Fil-kuntest tal-bejgħ lill-konsumaturi, il-kunsinna tal-prodotti jista' jseħħ f'diversi modi. Hija biss regola li minnha tista' tinkiseb deroga b'faċilità li se tippermetti l-flessibilità meħtieġa sabiex dawn il-varjazzjonijiet jittieħdu inkunsiderazzjoni. Il-konsumatur għandu jitħares kontra kull riskju ta' telf jew ħsara tal-prodotti li jsiru matul it-trasport organizzat jew imwettaq mill-kummerċjant. Ir-regola introdotta fuq it-trasferiment tar-riskju għandha tapplika meta l-konsumatur idum b'mod eċċessiv biex jieħu s-sjieda tal-prodotti (pereżempju, meta l-prodotti ma jinġabrux mill-konsumatur mingħand l-uffiċċju postali fi ħdan il-limitu ta' żmien imfassal minn dan tal-aħħar). F'dawk iċ-ċirkostanzi, il-konsumaturi għandhom jerfgħu r-riskju ta' telf jew ta' deterjorazzjoni wara ż-żmien ta' kunsinna kif miftiehem mal-kummerċjant.

(39) Il-kummerċjant għandu jkun legalment responsabbli għall-konsumatur jekk il-prodotti mhumiex f'konformità mal-kuntratt. Il-prodotti għandhom ikunu preżunti konformi mal-kuntratt jekk jissodisfaw għadd ta' kondizzjonijiet li jikkonċernaw fil-biċċa l-kbira l-kwalitajiet tal-prodotti. Il-kwalità u l-eżekuzzjoni li l-konsumaturi raġonevolment jistgħu jistennew se jiddependu inter alia fuq jekk il-prodotti humiex ġodda jew użati kif ukoll fuq il-ħajja mistennija tal-prodotti.

(40) Jekk l-oġġett mhuwiex konformi mal-kuntratt, l-ewwel nett, il-konsumatur għandu jkollu l-possibilità li jobbliga l-kummerjċant li jsewwi l-prodotti jew jissostitwihom skont l-għażla tal-kummerċjant ħlief jekk il-kummerċjant jagħti prova li dawk ir-rimedji jiksru l-liġi, huma impossibbli jew jikkawżaw lill-kummerċjant sforz sproporzjonat. L-isforz tal-kummerċjant għandu jiġi ddeterminat b'mod oġġettiv filwaqt li jitqiesu b'mod oġġettiv l-ispejjeż li jeħel il-kummerċjant waqt rimedju tan-nuqqas ta' konformità, il-valur tal-prodotti u s-sinifikat tan-nuqqas ta' konformità. In-nuqqss ta' sperparts ma għandux iservi ta' raġuni valida biex jiġġustifika n-nuqqas tal-kummerċjant li jirrimedja n-nuqqas ta' konformità fi żmien raġonevoli jew bi sforz sproporzjonat.

(41) Il-konsumatur ma għandu jerfa' l-ebda spiża għar-rimedju tan-nuqqas tal-konformità, partikolarment l-ispiża tal-posta, ix-xogħol u l-materjal. Barra dan, il-konsumatur ma għandux jikkumpensa l-kummerċjant għall-użu tal-prodotti difettużi.

(42) Meta l-kummerċjant ikun jew irrifjuta li jirrimedja n-nuqqas ta' konformità inkella ma rnexxilux iktar minn darba l-konsumatur għandu jkun intitolat li jagħżel b'mod ħieles kwalunkwe wieħed mir-rimedji disponibbli. Ir-rifjut tal-kummerċjant jista' jkun jew espliċitu inkella impliċitu, li jfisser fil-każ tal-aħħar li l-kummerċjant ma jirreaġix jew jinjora t-talba tal-konsumatur biex jirrimedja n-nuqqas ta' konformità.

(43) Id-Direttiva 1999/44/KE ppermettiet l-Istati Membri biex jistipulaw perjodu ta’ mill-inqas xahrejn li matulhom il-konsumatur kellu jinforma lill-kummerċjant dwar kwalunkwe nuqqas ta' konformità. Il-liġijiet diverġenti ta' traspożizzjoni ħolqu ostakli għall-kummerċ. Għalhekk, huwa meħtieġ li titneħħa din l-alternattiva regolatorja u tittejjeb iċ-ċertezza legali billi l-konsumaturi jkollhom l-obbligu li jinformaw lill-kummerċjant bin-nuqqas ta' konformità fi żmien xahrejn mid-data ta' meta jintebħu bih.

(44) Uħud mill-kummerċjanti jew produtturi joffru lill-konsumaturi garanziji kummerċjali. Sabiex jiżguraw li l-konsumaturi ma jitqarrqux, il-garanziji kummerċjali għandhom jinkludu ċerta informazzjoni, li tinkludi t-tul ta' żmien tagħhom, il-firxa territorjali tagħhom u dikjarazzjoni li l-garanzija ma taffettwax id-drittijiet legali tal-konsumatur.

(45) Hemm ħtieġa li jkun hemm protezzjoni tal-konsumatur kontra kondizzjonijiet kuntrattwali żleali li ma ġewx innegozjati individwalment, bħalma huma kondizzjonijiet kuntrattwali standard. Ir-regoli dwar kondizzjonijiet żleali ma għandhomx japplikaw għal kondizzjonijiet li qabel magħhom il-konsumatur wara negozjat. Li tingħata l-possibilità li ssir għażla bejn kondizzjonijiet kuntrattwali differenti li tfasslu minn kummerċjant jew parti terza f'isem il-kummerċjant ma għandhiex titqies bħala negozjat.

(46) Id-dispożizzjonijiet fuq kondizzjonijiet kuntrattwali żleali ma għandhomx japplikaw għal kondizzjonijiet kuntrattwali, li direttament jew indirettament jirriflettu dispożizzjonijiet mandatorji jew regolatorji tal-Istati Membri li jikkonformaw mal-liġi Komunitarja. Bl-istess mod kondizzjonijiet li jirriflettu l-prinċipji jew id-dispożizzjonijiet ta' konvenzjonijiet internazzjonali li tagħhom huma parti, partikolarment fil-qasam tat-trasport, ma għandhomx ikunu soġġetti għall-investigazzjoni ta' żlealtà.

(47) Għalhekk il-kuntratti tal-konsumaturi għandhom jitfasslu f'kitba sempliċi, li tinftiehem u li tista' tinqara faċilment. Il-kummerċjanti għandhom ikollhom il-libertà li jagħżlu d-daqs jew it-tip tat-tipa li fihom jitfasslu l-kondizzjonijiet kuntrattwali. Il-konsumatur għandu jingħata l-opportunità li jaqra l-kondizzjonijiet qabel ma jikkonkludi l-kuntratt. L-opportunità tista' tingħata lill-konsumatur billi jingħatawlu l-kondizzjonijiet malli jitlobhom (għal kuntratti fuq il-post tan-negozju) jew billi dawk il-kondizzjonijiet jkunu disponibbli mod ieħor (pereżempju fuq il-websajt tal-kummerċjant fir-rigward ta' kuntratti mill-bogħod) jew billi jinhemżu kondizzjonijiet standard mal-formola tal-ordni (fir-rigward ta' kuntratti 'l barra mill-post tan-negozju). Il-kummerċjant għandu jfittex il-kunsens espress tal-konsumatur għal kwalunkwe ħlas li jiżdied mal-pagament tal-obbligu kuntrattwali ewlieni tal-kummerċjant. Id-deduzzjoni tal-kunsens permezz ta' sistemi ta' parteċipazzjoni passiva, bħalma huma kaxxi diġà mmarkati onlajn għandhom ikunu pprojbiti.

(48) Waqt li tkun qed issir stima ta' bona fide , għandha titqies b'mod partikolari s-saħħa tal-pożizzjonijiet tan-negozjar tal-partijiet, kemm jekk il-konsumatur kellu xi jħajru biex jaqbel mal-kondizzjoni kif ukoll jekk il-prodotti jew is-servizzi nbiegħu jew ġew fornuti fuq ordni speċjali tal-konsumatur. Ir-rekwiżit ta' bona fide jista' jiġi sodisfatt mill-kummerċjant meta jitratta b'mod ġust u ndaqs mal-parti l-oħra li għandu jieħu inkunsiderazzjoni l-interessi leġittimi tagħha.

(49) Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, la l-ekwità tal-kondizzjonijiet li jiddeskrivu s-suġġett ewlieni tal-kuntratt, u lanqas il-proporzjon ta' kwalità għal prezz tal-prodotti jew is-servizzi fornuti ma għandhom jiġu vvalutati ħlief jekk dawn il-kondizzjonijiet ma kenux jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' trasparenza. Madankollu s-suġġett ewlieni tal-kuntratt u l-proporzjoni ta' kwalità għal prezz għandu jittieħed inkunsiderazzjoni meta tkun qed issir valutazzjoni tal-ekwità ta' kondizzjonijiet oħra. Pereżempju, f'kuntratti ta' assikurazzjoni, il-kondizzjonijiet li b'mod ċar jiddefinixxu jew jiddemarkaw ir-riskju assikurat u r-responsabilità ta' assikuratur ma għandhomx ikunu suġġetti għal valutazzjoni bħal din minħabba li dawn ir-restrizzjonijiet jitqiesu waqt li jkun qiegħed jiġi kkalkulat il-primjum li għandu jitħallas mill-konsumatur.

(50) Sabiex tiġi żgurata ċertezza legali u jittejjeb it-tħaddim tas-suq intern, id-Direttiva għandha tinkludi żewġ listi ta' kondizzjonijiet żleali. L-Anness II fih lista ta' kondizzjonijiet li għandhom jitqiesu żleali fiċ-ċirkustanzi kollha. L-Anness III fih lista tal-kondizzjonijiet li għandhom jitqiesu bħala ġusti ħlief jekk il-kummerċjant jagħti prova tal-kuntrarju. L-istess listi għandhom japplikaw fl-Istati Membri kollha.

(51) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[10].

(52) B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda l-Annessi II u III dwar il-kondizzjonijiet kuntrattwali li għandhom jitqiesu jew jiġu preżunti bħala żleali. Ladarba dawk il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(53) Is-setgħa tal-Kummissjoni li temenda l-Annessi II u III għandha tintuża biex tiżgura implimentazzjoni konsistenti tar-regoli dwar kondizzjonijiet żleali billi tissuplementa dawk l-Annessi b'kondizzjonijiet kuntrattwali, li għandhom jitqiesu bħala żleali fiċ-ċirkustanzi kollha jew li għandhom jitqiesu żleali ħlief jekk il-kummerċjant jagħti prova tal-kuntrarju.

(54) L-Istati Membri jistgħu jużaw kwalunkwe kunċett ta' liġi kuntrattwali nazzjonali li tissodisfa l-għan obbligat li kondizzjonijiet kuntrattwali żleali ma għandhomx jorbtu l-konsumatur.

(55) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi tagħhom ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom mezz xieraq u effettiv biex jipprevjenu l-issuktar ta' kondizzjonijiet żleali f'kuntratti tal-konsumaturi.

(56) Skont it-Trattat, id-Direttiva tipprevedi livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur. Mhemm xejn f'din id-Direttiva li jipprevjeni l-kummerċjanti milli joffru konsumaturi arranġamenti kuntrattwali li jmorru lil hinn mill-protezzjoni mogħtija minn din id-Direttiva.

(57) Persuni jew organizzazzjonijiet li f'għajnejn il-liġi nazzjonali għandhom interess leġittimu fil-protezzjoni tad-drittijiet kuntrattwali tal-konsumatur għandu jkollhom rimedji legali biex jibdew proċedimenti, jew quddiem qorti inkella quddiem awtorità amministrattiva li hi kompetenti biex tiddeċiedi dwar ilmenti jew biex jinbdew proċedimenti legali xierqa.

(58) Huwa meħtieġ li l-Istati Membri jistipulaw penali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u għandhom jiżguraw li dawn jiġu infurzati. Il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(59) Il-konsumatur ma għandux jiċċaħħad mill-protezzjoni mogħtija minn din id-Direttiva. Fejn il-liġi applikabbli għall-kuntratt hija dik ta' pajjiż terz, għandu japplika r-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I), sabiex jiġi determinat jekk il-konsumatur iżommx il-protezzjoni mogħtija minn din id-Direttiva.

(60) Il-Kummissjoni Ewropea se tinvestiga l-mod l-iktar xieraq li jiżgura li l-konsumaturi kollha jkunu konxji mid-drittijiet tagħhom fil-mument tal-bejgħ.

(61) Minħabba li l-bejgħ mhux mitlub, li jikkonsisti fi provvisti lil konsumaturi ta' prodotti jew servizzi mhux mitluba, huwa pprojbit bid-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ('Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali)[11] iżda mhemm previst l-ebda rimedju kuntrattwali tiegħu, jeħtieġ li jiġi introdott f'din id-Direttiva r-rimedju kuntrattwali ta' eżenzjoni tal-konsumatur ta' rendiment korrispondenti għal fornimenti mhux mitluba bħal dawn.

(62) Id-Direttiva 2002/58/KE diġà tirregola komunikazzjonijiet mhux mitluba u tipprevedi livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur. Id-dispożizzjonijiet korrispondenti dwar l-istess kwistjoni li tinsab fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 97/7/KE għandha titħassar.

(63) Huwa xieraq li din id-Direttiva tiġi riveduta jekk ġew identifikati xi ostakli għas-suq intern. Ir-reviżjoni tista' twassal għal proposta tal-Kummissjoni li temenda din id-Direttiva, li tista' tinkludi emendi għal leġiżlazzjoni oħra għall-protezzjoni tal-konsumatur li tirrifletti l-impenn tal-Istrateġija tal-Politika tal-Konsumatur tal-Kummissjoni biex tirrevedi l-acquis sabiex jintlaħaq livell għoli, komuni ta' protezzjoni tal-konsumatur.

(64) Id-Direttivi 85/577/KEE, 93/13/KEE u 97/7/KE u d-Direttiva 1999/44/KE għandhom jiġu rrevokati.

(65) Minħabba li l-għanijiet ta' din id-Direttiva ma jistgħux jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu jinkisbu aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jiġu eliminati l-ostakli għas-suq intern u sabiex jintlaħaq livell komuni għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur.

(66) Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Kapitolu I

Is-suġġett, id-definizzjonijiet u l-ambitu

Artikolu 1 Is-Suġġett

L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tikkontribwixxi għat-tħaddim tajjeb tas-suq intern u li tikseb livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur billi tagħmel approssimazzjoni ta' ċerti aspetti tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar kuntratti bejn konsumaturi u kummerċjanti.

Artikolu 2 Id-Definizzjonijiet

Għall-għan ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 'konsumatur' tfisser kwalunkwe persuna fiżika li, f'kuntratti koperti minn din id-Direttiva, tkun qiegħda taġixxi għal skopjiet li jkunu lil hinn mis-sengħa, in-negozju jew il-professjoni tagħha;

(2) "kummerċjant" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li, f'kuntratti koperti b'din id-Direttiva, għal skopijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha u kull minn jaġixxi f'isem kummerċjant jew għalih;

(3) 'kuntratt tal-bejgħ' tfisser kwalunkwe kuntratt għall-bejgħ ta' prodotti mill-kummerċjant lill-konsumatur inkluż kwalunkwe kuntratt bi skop imħallat li għandu bħala għan tiegħu kemm prodotti kif ukoll servizzi;

(4) 'prodotti' tfisser kwalunkwe oġġett tanġibbli mobbli, bl-eċċezzjoni ta':

(a) prodotti mibjugħa permezz ta' eżekuzzjoni jew b'mod ieħor bl-awtorità tal-liġi,

(b) ilma u gass fejn mhumiex għall-bejgħ f'volum limitat jew fi kwantità fissa,

(c) l-elettriku;

(5) 'kuntratt ta' servizz' tfisser kwalunkwe kuntratt li mhuwiex kuntratt ta' bejgħ fejn servizz huwa fornut mill-kummerċjant lill-konsumatur;

(6) 'kuntratt mill-bogħod' tfisser kwalunkwe kuntratt ta' bejgħ jew servizz fejn il-kummerċjant, għall-konklużjoni tal-kuntratt, jagħmel użu esklussiv ta' mezz wieħed jew aktar ta' komunikazzjoni mill-bogħod;

(7) 'mezz ta' komunikazzjoni mill-bogħod' tfisser kwalunkwe mezz li, mingħajr il-preżenza simultanja u fiżika tal-kummerċjant u l-konsumatur, jista' jintuża għall-konklużjoni ta' kuntratt bejn dawk il-partijiet;

(8) 'kuntratt 'il barra mill-post tan-negozju' tfisser:

(a) kwalunkwe kuntratt ta' bejgħ jew servizz konkluż lil hinn mill-post tan-negozju bil-preżenza simultanja u fiżika tal-kummerċjant u l-konsumatur jew kwalunkwe kuntratt ta' bejgħ jew servizz li saret offerta għalih mill-konsumatur f'ċirkustanzi simili, jew

(b) kwalunkwe kuntratt ta' bejgħ jew servizz konkluż fil-post tan-negozju iżda nnegozjat lil hinn mill-post tan-negozju, bil-preżenza simultanja u fiżika tal-kummerċjant u l-konsumatur.

(9) 'post tan-negozju' tfisser:

(a) kwalunkwe ħanut, inklużi ħwienet staġjonali, li jistgħu jew ma jistgħux jiċċaqalqu fejn il-kummerċjant iwettaq l-attività tiegħu fuq bażi permanenti, jew

(b) armar tal-monti jew tal-fieri fejn il-kummerċjant iwettaq l-attività tiegħu fuq bażi regolari jew temporanja;

(10) 'mezz li jservi għal żmien twil' tfisser kwalunkwe strument li jippermetti lill-konsumatur jew il-kummerċjant li jaħżen informazzjoni personalment indirizzata lilu b'mod aċċessibbli għal referenza futura għal perjodu ta' żmien adegwat għall-iskopijiet tal-informazzjoni u li jippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni maħżuna;

(11) 'formola tal-ordni' tfisser kwalunkwe strument li jistipula l-kondizzjonijiet tal-kuntratt, li għandu jiġi ffirmat mill-konsumatur bl-iskop ta' konklużjoni ta' kuntratt lil hinn mill-post tan-negozju;

(12) 'prodott' tfisser kwalunkwe oġġett jew servizz inkluż proprjetà immobbli, drittijiet u obbligi;

(13) 'servizz finanzjarju' tfisser kwalunkwe servizz ta' natura bankarja, ta' kreditu, ta' assikurazzjoni, ta' pensjoni personali, ta' investiment jew ta' ħlas;

(14) 'diliġenza professjonali' tfisser l-istandard ta' sengħa u kura speċjali li kummerċjant hu raġonevolment mistenni li jeżerċita fir-rigward ta' konsumaturi, proporzjonat ma' prassi onesta tas-suq u/jew mal-prinċipju ġenerali tal- bona fide fil-qasam ta' attività tal-kummerċjant;

(15) 'irkant' tfisser metodu ta' bejgħ fejn il-prodotti jew is-servizzi jiġu offruti mill-kummerċjant permezz ta' proċedura kompetittiva ta' offerti li jista' jinkludi l-użu ta' mezzi ta' komunikazzjoni mill-bogħod u fejn min jagħmel l-aqwa offerta huwa obbligat li jixtri l-prodotti jew is-servizzi. Tranżazzjoni konkluża fuq il-bażi ta' offerta bi prezz fiss, minkejja l-għażla mogħtija lill-konsumatur li jikkonkludiha permezz ta' proċedura ta' offerti mhijiex irkant.

(16) 'irkant pubbliku' tfisser metodu ta' bejgħ fejn prodotti huma offruti mill-kummerċjant lill-konsumaturi, li jattendu jew jingħataw il-possibilità li jattendu l-irkant fiżikament, permezz ta' proċedura kompetittiva ta' offerti mmexxija minn irkantatur u fejn min jagħmel l-aqwa offerta huwa obbligat li jixtri l-prodotti;

(17) 'produttur' tfisser il-manifattur ta' prodotti, l-importatur ta' prodotti fit-territorju tal-Komunità jew kwalunkwe persuna li tippreżenta lilha nnfisha bħala produttur billi tqiegħed isimha, il-marka kummerċjali tagħha jew xi sinjal distintiv ieħor fuq il-prodotti;

(18) 'garanzija kummerċjali' tfisser kwalunkwe impenn mill-kummerċjant jew il-produttur (il-'garantur') lill-konsumatur ta' rimbors tal-prezz imħallas jew ta' sostituzzjoni, tiswija jew manutenzjoni ta' prodotti fi kwalunkwe mod jekk ma jissodisfawx l-ispeċifikazzjonijiet stipulati fid-dikjarazzjoni tal-garanzija jew fir-riklamar relevanti disponibbli fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt, jew qablu.

(19) 'intermedjarju' tfisser kwalunkwe kummerċjant li jikkonkludi l-kuntratt f'isem il-konsumatur jew għalih;

(20) 'kuntratt anċillari' tfisser kuntratt li bih il-konsumatur jakkwista prodotti jew servizzi relatati ma kuntratt mill-bogħod jew kuntratt 'il barra mill-post tan-negozju u dawn il-prodotti jew is-servizzi jiġu fornuti mill-kummerċjant jew minn parti terza fuq il-bażi ta' arranġament bejn dik il-parti terza u l-kummerċjant.

Artikolu 3L-Ambitu

1. Din id-Direttiva għandha tapplika, fil-kondizzjonijiet u sal-punt stipulati fid-dispożizzjonijiet tagħha, għal kuntratti ta' bejgħ u ta' servizz konklużi bejn il-kummerċjant u l-konsumatur.

2. Din id-Direttiva għandha tapplika biss għal servizzi finanzjarji fir-rigward ta' ċerti kuntratti 'l barra mill-post tan-negozju kif previsti mill-Artikoli 8 sa 20, kondizzjonijiet kuntrattwali żleali kif previsti mill-Artikoli 30 sa 39 u dispożizzjonijiet ġenerali kif previsti mill-Artikoli 40 sa 46, li jinqraw flimkien mal-Artikolu 4 dwar armonizzazzjoni sħiħa.

3. Huma biss l-Artikoli 30 sa 39 dwar id-drittijiet tal-konsumatur dwar kondizzjonijiet kuntrattwali żleali, li jinqraw flimkien mal-Artikolu 4 dwar l-armonizzazzjoni sħiħa, li għandhom japplikaw għal kuntratti li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 94/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[12] u d-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE[13].

4. L-Artikoli 5, 7, 9 u 11 għandhom ikunu bla ħsara għad-dispożizzjonijiet dwar ir-rekwiżiti ta' informazzjoni li jinsabu fid-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[14] u d-Dierrtiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[15].

Artikolu 4L-armonizzazzjoni sħiħa

L-Istati Membri ma jistgħux jippreservaw jew jintroduċu, fil-liġi nazzjonali tagħhom, dispożizzjonijiet diverġenti minn dawk stipulati f'din id-Direttiva, inklużi dispożizzjonijiet iktar jew inqas strinġenti biex jiżguraw livell differenti ta' protezzjoni tal-konsumatur.

Kapitolu II

L-informazzjoni għall-konsumatur

Artikolu 5 Rekwiżiti ġenerali ta' informazzjoni

1. Qabel il-konklużjoni ta' kwalunkwe kuntratt ta' bejgħ jew ta' servizz, il-kummerċjant għandu jagħti lill-konsumatur l-informazzjoni li ġejja, jekk mhijiex diġà evidenti mill-kuntest:

(a) il-karatteristiċi prinċipali tal-prodott, safejn xieraq għall-mezz u l-prodott;

(b) l-indirizz ġeografiku u l-identità tal-kummerċjant, bħall-isem kummerċjali tiegħu u, fejn ikun applikabbli, l-indirizz ġeografiku u l-identità tal-kummerċjant li f'ismu qiegħed jaġixxi;

(c) il-prezz inklużi t-taxxi, jew fejn in-natura tal-prodott tfisser li l-prezz ma jistax b'mod raġonevoli jiġi kkalkolat minn qabel, il-mod li bih il-prezz hu kkalkolat, kif ukoll, fejn hu xieraq, kull ammont ta' ħlas addizzjonali għat-trasport ta' merkanzija, ħlas ta' kunsinna jew ħlas postali jew, fejn dawn l-ammonti ta' ħlas ma jistgħux jiġu raġonevolment ikkalkolati minn qabel, il-fatt li tali ammonti ta' ħlas addizzjonali jistgħu jkunu dovuti;

(d) l-arranġamenti għall-ħlas, kunsinna, eżekuzzjoni u l-prassi tal-ġestjoni tal-ilmenti, jekk dawn jitbiegħdu mir-rekwiżiti tad-diliġenza professjonali;

(e) l-eżistenza tad-dritt tal-irtirar, fejn applikabbli;

(f) l-eżistenza u l-kondizzjonijiet ta' servizzi ta' wara l-bejgħ u garanziji kummerċjali, fejn applikabbli;

(g) it-tul ta' żmien tal-kuntratt fejn applikabbli jew jekk il-kuntratt huwa ta' żmien indefinit, il-kondizzjonijiet biex ittemm il-kuntratt;

(h) iż-żmien minimu tal-obbligi tal-konsumatur skont il-kuntratt, fejn applikabbli;

(i) l-eżistenza u l-kondizzjonijiet ta' depożiti jew garanziji finanzjarji oħra li għandhom jitħallsu jew li għandhom jingħataw mill-konsumatur fuq talba tal-kummerċjant.

2. Fil-każ ta' rkant pubbliku, l-informazzjoni fil-paragrafu 1(b) tista' tinbidel bl-indirizz ġeografiku u l-identità tal-irkantatur.

3. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tifforma parti integrali tal-kuntratti ta' bejgħ jew ta' servizz.

Artikolu 6In-nuqqas li tipprovdi informazzjoni

1. Jekk il-kummerċjant ma kkonformax mar-rekwiżiti tal-informazzjoni dwar ħlasijiet addizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(c), il-konsumatur ma għandux iħallas dawn il-ħlasijiet addizzjonali.

2. Bla ħsara għall-Artikoli 7(2), 13 u 42, il-konsegwenzi ta' kwalunkwe ksur tal-Artikolu 5, għandhom jiġu ddeterminati skont il-liġi nazzjonali applikabbli. L-Istati Membri għandhom jipprevedu rimedji effettivi ta' liġi kuntrattwali fil-liġijiet nazzjonali tagħhom għal kwalunkwe ksur tal-Artikolu 5.

Artikolu 7Rekwiżiti ta' informazzjoni speċifika għal intermedjarji

1. Qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, l-intermedjarju għandu jiżvela lill-konsumatur, li huwa qiegħed jaġixxi f'isem konsumatur ieħor jew għalih u li l-kuntratt konkluż, ma għandux jitqies bħala kuntratt bejn il-konsumatur u l-kummerċjant iżda minflok bħala kuntratt bejn żewġ konsumaturi u bħala tali jaqa' lil hinn mill-ambitu ta' din id-Direttiva.

2. L-intermedjarju, li ma jissodisfax l-obbligu skont il-paragrafu 1, se jitqies li kkonkluda l-kuntratt f'ismu stess.

3. Dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-irkanti pubbliċi.

Kapitolu III

L-informazzjoni tal-konsumatur u d-dritt tal-irtirar għal kuntratti mill-bogħod u 'l barra mill- post tan-negozju

Artikolu 8 L-Ambitu

Dan il-Kapitolu għandu japplika għal kuntratti mill-bogħod u 'l barra mill-post tan-negozju

Artikolu 9Ir-rekwiżiti ta' informazzjoni għal kuntratti mill-bogħod u 'l barra mill- post tan-negozju

Fir-rigward ta' kuntratti mill-bogħod u 'l barra mill- post tan-negozju, il-kummerċjant għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja li se tifforma parti integrali mill-kuntratt:

(a) l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 5 u 7 u, permezz ta' deroga mill-Artikolu 5(1)(d), l-arranġamenti għal ħlas, kunsinna, eżekuzzjoni fil-każijiet kollha;

(b) fejn japplika dritt tal-irtirar, il-kondizzjonijiet u l-proċeduri għall-eżerċitar ta' dak id-dritt skont l-Anness I;

(c) jekk differenti mill-indirizz ġeografiku tiegħu, l-indirizz ġeografiku tal-post tan-negozju tal-kummerċjant (u fejn applikabbli dak tal-kummerċjant li f'ismu qed jaġixxi) fejn il-konsumatur jista' jirreferi kwalunkwe lment;

(d) l-eżistenza ta' kodiċijiet ta' kondotta u kif jistgħu jinkisbu, fejn applikabbli;

(e) il-possibilità ta' rikors għal soluzzjoni amikevoli ta' tilwim, fejn applikabbli;

(f) li l-kuntratt se jiġi konkluż ma' kummerċjant u li b'riżultat ta' dan il-konsumatur se jgawdi mill-protezzjoni mogħtija minn din id-Direttiva.

Artikolu 10Ir-rekwiżiti formali għal kuntratti 'l barra mill- post tan-negozju

1. Fir-rigward ta' kuntratti 'l barra mill- post tan-negozju, l-informazzjoni prevista fl-Artikolu 9 għandha tingħata fil-formola tal-ordni f'kitba sempliċi, li tinftiehem u li tista' tinqara faċilment. Il-formola tal-ordni għandha tinkludi l-formola standard tal-irtirar stipulata fl-Anness I(B).

2. Kuntratt 'il barra mill-post tan-negozju għandu jkun validu biss jekk il-konsumatur jiffirma formola tal-ordni u f'każijiet fejn il-formola tal-ordni mhijiex fuq karta, jirċievi kopja tal-formola tal-ordni fuq mezz ieħor li jservi għal żmien twil.

3. L-Istati Membri ma għandhom jimponu l-ebda rekwiżit formali ħlief dawk previsti fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 11Ir-rekwiżiti formali għal kuntratti mill-bogħod

1. Fir-rigward ta' kuntratti mill-bogħod, l-informazzjoni prevista fl-Artikolu 9(a) għandha tingħata lill-konsumatur jew tkun disponibbli għalih qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, f'kitba sempliċi, li tinftiehem u li tista' tinqara faċilment, f'mod li jixraq għall-mezz ta' komunikazzjoni mill-bogħod użat.

2. Jekk il-kummerċjant jagħmel telefonata lill-konsumatur bil-ħsieb li jikkonkludi kuntratt mill-bogħod, huwa għandu jiżvela l-identità tiegħu u l-iskop kummerċjali tat-telefonata fil-bidu tal-konverżazzjoni mal-konsumatur.

3. Jekk il-kuntratt jiġi konkluż permezz ta' mezz li jippermetti spazju jew ħin limitat biex tintwera l-informazzjoni, il-kummerċjant għandu jipprovdi mill-inqas l-informazzjoni li tirrigwarda l-karatteristiċi ewlenin tal-prodott u l-prezz totali msemmi fl-Artikolu 5(1)(a) u (c) fuq dak il-mezz partikolari qabel il-konklużjoni ta' kuntratt bħal dan. L-informazzjoni l-oħra msemmija fl-Artikoli 5 u 7 għandha tingħata mill-kummerċjant lill-konsumatur f'mod xieraq skont il-paragrafu 1.

4. Il-konsumatur għandu jirċievi konferma tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(a) sa (f), f'mezz li jdum iservi, fi żmien raġonevoli wara l-konklużjoni ta' kwalunkwe kuntratt mill-bogħod, u mhux iktar tard mill-kunsinna tal-prodotti jew meta tinbeda l-eżekuzzjoni tas-servizz, ħlief jekk l-informazzjoni diġà ngħatat lill-konsumatur qabel il-konklużjoni ta' kwalunkwe kuntratt mill-bogħod f'mezz li jservi fit-tul.

5. L-Istati Membri ma għandhom jimponu l-ebda rekwiżit formali ħlief dawk previsti fil-paragrafi 1 sa 4.

Artikolu 12It-tul tal-perjodu tal-irtirar u minn meta jibda jgħodd

1. Il-konsumatur għandu jkollu perjodu ta' erbatax-il jum biex jirtira minn kuntratt mill-bogħod jew 'il barra mill-post tan-negozju, mingħajr ma jagħti raġuni.

2. Fil-każ ta' kuntratt 'il barra mill-post tan-negozju, il-perjodu tal-irtirar għandu jibda mill-jum li fih il-konsumatur jiffirma l-formola tal-ordni jew f'każijiet fejn il-formola tal-ordni mhijiex karta, meta l-konsumatur jirċievi kopja tal-formola tal-ordni f'mezz ieħor li jservi fit-tul.

Fil-każ ta' kuntratt mill-bogħod għall-bejgħ tal-prodotti, il-perjodu tal-irtirar għandu jibda mill-jum li fih il-konsumatur jew parti terza minbarra l-kunsinnatur u indikata mill-konsumatur jikseb il-pussess materjali ta' kull wieħed mill-prodotti ordnati.

Fil-każ ta' kuntratt mill-bogħod għall-forniment ta' servizzi, il-perjodu tal-irtirar għandu jibda mill-jum li fih jiġi konkluż il-kuntratt.

3. L-iskadenza msemmija fil-paragrafu 1 hija sodisfatta jekk il-komunikazzjoni dwar l-eżerċitar tad-dritt tal-irtirar tintbagħat mill-konsumatur qabel l-aħħar ta' dak il-limitu ta' żmien.

4. L-Istati membri ma għandhomx jipprojbixxu l-partijiet milli jwettqu l-obbligi tagħhom li jaqgħu taħt il-kuntratt matul il-perjodu tal-irtirar.

Artikolu 13Nuqqas ta' informazzjoni dwar id-dritt tal-irtirar

Jekk kummerċjant ma pprovdiex lill-konsumatur bl-informazzjoni tad-dritt tal-irtirar bi ksur tal-Artikoli 9(b), 10(1) u 11(4), il-perjodu tal-irtirar għandu jiskadi tliet xhur wara li l-kummerċjant ikun wettaq l-obbligi kuntrattwali tiegħu l-oħra.

Artikolu 14L-eżerċitar tad-dritt tal-irtirar

1. Il-konsumatur għandu jinforma lill-kummerċjant bid-deċiżjoni tal-irtirar fuq mezz li jservi fit-tul jew f'dikjarazzjoni indirizzata lill-kummerċjant imfassla fi kliemu jew bl-użu ta' formola standard tal-irtirar kif stipulata fl-Anness I(B).

L-Istati Membri ma għandhomx jipprovdu l-ebda rekwiżit formali ieħor applikabbli għal din il-formola standard tal-irtirar.

2. Għal kuntratti mill-bogħod konklużi fuq l-Internet, il-kummerċjant jista', flimkien mal-possibilitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, jagħti lill-konsumatur l-għażla li jimla elettronikament u jressaq il-formola standard tal-irtirar fil-websajt tal-kummerċjant. F'dak il-każ il-kummerċjant għandu jikkomunika lill-konsumatur nota ta' konferma permezz tal-posta elettronika mingħajr dewmien.

Artikolu 15L-effetti tal-irtirar

L-eżerċitar tad-dritt tal-irtirar għandu jtemm l-obbligi tal-partijiet:

(a) li jwettqu l-kuntratt mill-bogħod jew 'il barra mill-post tan-negozju, jew

(b) li jikkonkludu kuntratt 'il barra mill-post tan-negozju, f'każijiet fejn l-offerta saret mill-konsumatur.

Artikolu 16L-obbligi tal-kummerċjant fil-każ tal-irtirar

1. Il-kummerċjant għandu jagħti rimbors ta' kwalunkwe ħlas li rċieva mingħand il-konsumatur fi żmien tletin jum minn dak li fih irċieva l-komunikazzjoni tal-irtirar.

2. Għall-kuntratti tal-bejgħ, il-kummerċjant jista' jżomm ir-rimbors sakemm ikun irċieva jew ġabar lura l-prodotti, jew sakemm il-konsumatur ikun ipprovda evidenza li bagħat il-prodotti lura, skont liema minnhom iseħħ l-ewwel.

Artikolu 17L-obbligi tal-konsumatur fil-każ tal-irtirar

1. Għall-kuntratti ta' bejgħ li għalihom il-pussess materjali tal-prodotti ġie trasferit lill-konsumatur jew fuq talba tiegħu, lil parti terza qabel l-iskadenza tal-perjodu tal-irtirar, il-konsumatur għandu jibgħat lura l-prodotti jew jagħtihom lill-kummerċjant jew lil persuna awtorizzata mill-kummerċjant biex tirċevihom, fi żmien erbatax-il jum minn dak li fih ikun ikkomunika l-irtirar tiegħu lill-kummerċjant, ħlief jekk il-kummerċjant joffri li jiġbor il-prodotti huwa stess.

Il-konsumatur għandu jħallas biss l-ispiża diretta tar-ritorn tal-prodotti ħlief jekk il-kummerċjant ikun qabel li jeħel dik l-ispiża huwa.

2. Il-konsumatur għandu jkun responsabbli biss għal kwalunkwe valur imnaqqas tal-prodotti li jirriżulta mill-manipulazzjoni ħlief dik meħtieġa biex taċċerta n-natura u t-tħaddim tal-prodotti. Huwa ma għandux ikun responsabbli għal valur imnaqqas fejn il-kummerċjant ikun naqas milli jipprovdi avviż tad-dritt tal-irtirar skont l-Artikolu 9(b). Għal kuntratti ta' servizz soġġetti għal dritt ta' rtirar, il-konsumatur ma għandu jeħel l-ebda spiża għas-servizzi mwettqa, kompletament jew parzjalment, matul il-perjodu tal-irtirar.

Artikolu 18L-effetti tal-eżerċitar tad-dritt tal-irtirar fuq kuntratti anċilari

1. Bla ħsara għall-Artikolu 15 tad-Direttiva 2008/48/KE, jekk il-konsumatur jeżerċita d-dritt tiegħu tal-irtirar minn kuntratt mill-bogħod jew 'il barra mill-post tan-negozju skont l-Artikoli 12 sa 17, kull kuntratt anċillari għandu jintemm awtomatikament, mingħajr ebda spiża għall-konsumatur.

2. L-Istat Membri se jistipulaw regoli dettaljati dwar it-tmiem ta' kuntratti bħal dawn.

Artikolu 19L-eċċezzjonijiet mid-dritt tal-irtirar

1. Fir-rigward ta' kuntratti mill-bogħod, id-dritt tal-irtirar ma għandux japplika fir-rigward ta' dan li ġej:

(a) servizzi fejn l-eżekuzzjoni nbdiet, bil-kunsens preċedenti tal-konsumatur, qabel it-tmiem tal-perjodu ta' erbatax-il jum imsemmi fl-Artikolu 12;

(b) għall-forniment ta' prodotti jew servizzi li l-prezz tagħhom jiddependi fuq varjazzjonijiet fis-suq finanzjarju li ma jistax ikun ikkontrollat mill-kummerċjant,

(c) il-forniment ta' prodotti li saru għall-ispeċifikazzjonijiet tal-konsumatur jew personalizzati b'mod ċar jew li huma predisposti li jiddeterjoraw jew jiskadu b'mod mgħaġġel;

(d) il-forniment tal-inbid, li l-prezz tiegħu inqabel fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt tal-bejgħ, li l-kunsinna tiegħu tista' ssir biss lil hinn mil-limiti ta' żmien imsemmi fl-Artikolu 22(1) u li għandu l-valur reali tiegħu li jiddependi fuq varjazzjonijiet fis-suq li ma jistgħux jiġu kkontrollati mill-kummerċjant;

(e) għall-forniment ta' reġistrazzjonijiet tal-awdjo jew tal-vidjow jew softwer tal-kompjuter li tneħħielhom is-siġill mill-konsumatur;

(f) il-forniment ta' gazzetti, perjodiċi u rivisti;

(g) servizzi ta' logħob u lotteriji.

(h) kuntratti konklużi waqt irkant.

2. Fir-rigward ta' kuntratti 'l barra mill-post tan-negozju, id-dritt tal-irtirar ma għandux japplika fir-rigward ta' dan li ġej:

(a) kuntratti għall-forniment tal-oġġetti tal-ikel, xorb, jew prodotti oħra maħsuba għal konsum immedjat fid-djar, magħżula minn qabel mill-konsumatur minn mezz ta' komunikazzjoni mill-bogħod u fornuti fiżikament id-dar, ir-residenza jew il-post tax-xogħol tal-konsumatur mill-kummerċjant li s-soltu jbiegħ prodotti bħal dawn fil-post tan-negozju tiegħu stess;

(b) kuntratti li għalihom il-konsumatur, sabiex jirreaġixxi għal emerġenza immedjata talab l-eżekuzzjoni immedjata tal-kuntratt mill-kummerċjant; jekk, f'din l-okkażjoni, il-kummerċjant jipprovdi jew ibiegħ servizzi jew prodotti addizzjonali minbarra dawk li huma strettament meħtieġa li jilħqu l-emerġenza immedjata tal-konsumatur, id-dritt tal-irtirar għandu japplika għal dawk is-servizzi jew prodotti addizzjonali;

(c) kuntratti li għalihom il-konsumatur sepċifikament talab lill-kummerċjant, permezz ta' komunikazzjoni mill-bogħod, biex iżur daru għall-iskop ta' tiswija jew ta' eżekuzzjoni ta' manutenzjoni fuq il-proprjetà tiegħu; jekk f'din l-okkażjoni, il-kummerċjant jipprovdi servizzi flimkien ma' dawk speċifikatament mitluba mill-konsumatur jew prodotti minbarra parts ta' sostituzzjoni użati bi ħtieġa fl-eżekuzzjoni tal-manutenzjoni jew fit-tiswijiet, id-dritt tal-irtirar għandu japplika għal dawk is-servizzi jew prodotti addizzjonali.

3. Il-partijiet jistgħu jaqblu biex ma japplikawx il-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 20Il-kuntratti mill-bogħod u dawk 'il barra mill- post tan-negozju esklużi

1. L-Artikoli 8 sa 19 ma għandhomx japplikaw għal kuntratti mill-bogħod u dawk 'il barra mill-post tan-negozju:

(a) għall-bejgħ ta' proprjetà immobbli jew li jirrelataw ma' drittijiet oħra ta' proprjetà immobbli, ħlief għall-kiri u xogħlijiet relatati mal-proprjetà immobbli;

(b) konklużi permezz ta' makni awtomatiċi tal-bejgħ jew bini awtomatizzat kummerċjali,

(c) konklużi ma' operaturi tat-telekomunikazzjoni permezz ta' telefowns pubbliċi għall-użu tagħhom;

(d) għall-forniment ta' oġġetti tal-ikel jew xorb minn kummerċjant fuq rondi frekwenti jew regolari fil-viċinat tal-post tan-negozju tiegħu.

2. L-Artikoli 8 sa 19 ma għandhomx japplikaw għal kuntratti 'l barra mill-post tan-negozju relatati ma':

(a) assikurazzjoni,

(b) servizzi finanzjarji li l-prezz jiddependi fuq il-varjazzjonijiet fis-suq finanzjarju lil hinn mill-kontroll tal-kummerċjant, li jistgħu jseħħu matul il-perjodu tal-irtirar, kif definiti fl-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva 2002/65/KE[16] u

(c) kreditu li jaqa' fl-ambitu tad-Direttiva 2008/48/KE.

3. L-Artikoli 8 sa 19 ma għandhomx japplikaw għal kuntratti mill-bogħod għall-forniment ta' akkomodazzjoni, trasport, servizzi tal-kiri tal-karozzi, kejtering jew servizzi ta' divertiment fir-rigward ta' kuntratti li jipprevedu data speċifika jew perjodu speċifiku ta' eżekuzzjoni.

Kapitolu IV

Drittijiet oħra tal-konsumatur speċifiċi għal kuntratti ta' bejgħ

Artikolu 21 L-Ambitu

1. Dan il-Kapitolu għandu japplika għal kuntratti ta' bejgħ. Bla ħsara għall-Artikolu 24(5), fejn il-kuntratt ikun kuntratt ta' skop imħallat li għandu bħala l-għan tiegħu kemm il-prodotti kif ukoll is-servizzi, dan il-Kapitolu se japplika biss għall-prodotti.

2. Dan il-Kapitolu għandu japplika wkoll għal kuntratti għall-forniment ta' prodotti li jridu jiġu manifatturati jew prodotti.

3. Dan il-Kapitolu ma għandux japplika għall-isperparts sostitwiti mill-kummerċjant meta jkun irrimedja n-nuqqas ta' konformità tal-prodotti permezz tat-tiswija skont l-Artikolu 26.

4. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx dan il-Kapitolu għall-bejgħ ta' prodotti użati fl-irkanti pubbliċi.

Artikolu 22Kunsinna

1. Sakemm il-partijiet ma jkunux qablu mod ieħor, il-kummerċjant għandu jwassal il-prodotti billi jittrasferixxi l-pussess materjali tal-prodotti lill-konsumatur jew lil parti terza, li mhijiex min qed twassal u li kienet indikata mill-konsumatur, fi żmien massimu ta' tletin jum minn dak li fih ġie konkluż il-kuntratt.

2. Meta l-kummerċjant ikun naqas milli jissodisfa l-obbligi tiegħu biex iwassal, il-konsumatur għandu jkun intitolat għal rifużjoni ta' kwalunkwe somom imħallsa fi żmien sebat ijiem mid-data tal-kunsinna prevista fil-paragrafu 1.

Artikolu 23It-trasferiment tar-riskju

1. Ir-riskju ta' telf jew ħsara għall-prodotti għandu jiġi trasferit lill-konsumatur meta huwa jew parti terza, li mhijiex min qed iwassal u li kienet indikata mill-konsumatur jakkwista/takkwista l-pussess materjali tal-prodotti.

2. Ir-riskju msemmi fil-paragrafu 1 għandu jgħaddi lill-konsumatur fil-mument tal-kunsinna kif miftiehem mill-partijiet, jekk il-konsumatur jew parti terza, li mhijiex min qed twassal u li kienet indikata mill-konsumatur naqas/naqset li jieħu/tieħu passi raġonevoli biex jakkwista/takkwista l-pussess materjali tal-prodotti.

Artikolu 24Il-konformità mal-kuntratt

1. Il-kummerċjant għandu jwassal il-prodotti f'konformità mal-kuntratt tal-bejgħ.

2. Prodotti kkunsinnati għandhom jiġu preżunti li huma f'konformità mal-kuntratt jekk jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) jikkonformaw mad-deskrizzjoni mogħtija mill-kummerċjant u jippossjedu l-kwalitajiet tal-prodotti li l-kummerċjant wera lill-konsumatur bħala kampjun jew mudell;

(b) huma tajbin għal kull skop partikolari li għalih jeħtieġhom il-konsumatur u li għarraf lill-kummerċjant dwarhom fil-ħin meta ġie konkluż il-kuntratt u li l-kummerċjant aċċetta;

(c) huma tajbin għall-iskopijiet li għalihom normalment jintużaw prodotti tal-istess tip jew

(d) juru l-kwalità u l-prestazzjoni li huma normali f'oġġetti tal-istess tip u li l-konsumatur jista' jippretendi b'mod raġonevoli, fid-dawl tan-natura tal-prodotti u b'konsiderazzjoni mogħtija għal kull stqarrija pubblika dwar il-karatteristiċi speċifiċi tal-prodotti magħmulha dwarhom mill-kummerċjant, il-produttur jew ir-rappreżentant tiegħu, partikolarment fir-riklami jew fuq it-tikketta.

3. Mhuwa se jkun hemm l-ebda nuqqas ta' konformità għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu jekk, meta ġie konkluż il-kuntratt, il-konsumatur kien konxju, jew kellu b'mod raġjonevoli jkun konxju dwar, in-nuqqas ta' konformità, jew jekk in-nuqqas ta' konformità oriġinax fil-materjal fornut mill-konsumatur.

4. Il-kummerċjant ma għandux ikun marbut bi stqarrijiet pubbliċi, kif imsemmi fil-paragrafu 2(d) jekk hu juri li kienet teżisti waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet:

(a) ma kienx, u ma setax b'mod raġonevoli jkun, konxju tal-isqarrija inkwistjoni;

(b) sakemm ġie konkluż il-kuntratt l-istqarrija ġiet korretta;

(c) id-deċiżjoni li jinxtraw il-prodotti ma setgħetx ġiet influwenzata mill-istqarrija.

5. Kull nuqqas ta' konformità li jirriżulta minn installazzjoni mhux korretta tal-prodotti għandu jitqies bħala nuqqas ta' konformità tal-prodotti jekk l-installazzjoni tifforma parti mill-kuntratt tal-bejgħ u l-prodotti kienu installati mill-kummerċjant jew kienu fir-responsabilità tiegħu. Dan għandu jgħodd bl-istess mod jekk il-prodotti, maħsuba li jkunu installati mill-konsumatur, ikunu installati mill-konsumatur u l-installazzjoni ħażina tkun dovuta għal żball fl-istruzzjonijiet tal-installazzjoni.

Artikolu 25Id-drittijiet legali - Ir-responsabilità għal nuqqas ta' konformità

Il-kummerċjant għandu jkun responsabbli għall-konsumatur għal kwalunkwe nuqqas ta' konformità li jeżisti meta r-riskju jgħaddi lill-konsumatur.

Artikolu 26Ir-rimedji għal nuqqas ta' konformità

1. Kif previst fil-paragrafi 2 sa 5, fejn il-prodotti ma jikkonformawx mal-kuntratt, il-konsumatur huwa intitolat li:

(a) jkollu n-nuqqas ta' konformità rimedjat permezz ta' tiswija jew sostituzzjoni,

(b) jitnaqqaslu l-prezz,

(c) ikollu l-kuntratt revokat.

2. Il-kummerċjant għandu jirrimedja n-nuqqas ta' konformità permezz ta' jew tiswija inkella b'sostituzzjoni skont l-għażla tiegħu.

3. Meta l-kummerċjant ikun ta prova li r-rimedju tan-nuqqas ta' konformità permezz ta' tiswija jew sostituzzjoni jikser il-liġi, huwa impossibbli jew jikkawża lill-kummerċjant sforz sproporzjonat, il-konsumatur jista' jagħżel li jitnaqqaslu l-prezz jew li jkollu l-kuntratt revokat. L-isforz ta' kummerċjant huwa sproporzjonat jekk jimponilu spejjeż fuqu li, b'paragun mat-tnaqqis fil-prezz jew mar-revoka tal-kuntratt, huma eċċessivi, filwaqt li jittieħed inkunsiderazzjoni l-valur tal-prodotti kieku ma kienx hemm nuqqas ta' konformità u s-sinifikat tan-nuqqas ta' konformità.

Il-konsumatur jista' jirrevoka l-kuntratt biss jekk in-nuqqas ta' konformità mhuwiex minuri.

4. Il-konsumatur jista' jagħżel kwalunkwe rimedju disponibbli skont il-paragrafu 1, fejn teżisti waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a) il-kummerċjant irrifjuta b'mod impliċitu jew espliċitu li jirrimedja n-nuqqas ta' konformità;

(b) il-kummerċjant naqas milli jirrimedja n-nuqqas ta' konformità fi żmien raġonevoli;

(c) il-kummerċjant ipprova jirrimedja n-nuqqas ta' konformità, u kkawża inkonvenjenza sinifikanti lill-konsumatur;

(d) l-istess difett reġa' deher aktar minn darba f'perjodu żgħir ta' żmien.

5. L-inkonvenjenza sinifikanti għall-konsumatur u ż-żmien raġonevoli meħtieġ għall-kummerċjant biex jirrimedja n-nuqqas ta' konformità għandhom jiġu vvalutati filwaqt li tittieħed inkunsiderazzjoni n-natura tal-prodotti jew l-iskop li għalih il-konsumatur akkwista l-prodotti kif previst fl-Artikolu 24(2)(b).

Artikolu 27L-ispejjeż u d-danni

1. Il-konsumatur għandu jkun intitolat li jkollu n-nuqqas ta' konformità rimedjat bla ebda ħlas.

2. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu, il-konsumatur jista' jitlob danni għal kwalunkwe telf mhux rimedjat skont l-Artikolu 26.

Artikolu 28Il-limiti ta' żmien u d-dmir tal-prova

1. Il-kummerċjant għandu jinżamm responsabbli skont l-Artikolu 25 fejn in-nuqqas ta' konformità jsir evidenti fi żmien sentejn miż-żmien li r-riskju għadda lill-konsumatur.

2. Meta kummerċjant ikun irrimedja n-nuqqas ta' konformità b'sostituzzjoni, huwa għandu jinżamm responsabbli skont l-Artikolu 25 fejn in-nuqqas ta' konformità tkun evidenti fi żmien sentejn minn meta l-konsumatur jew parti terza magħżula minnu jakkwista l-pussess materjali tal-prodotti sostitwiti.

3. Fil-każ ta' prodotti użati, il-kummerċjant u l-konsumatur jistgħu jaqblu dwar perjodu iqsar ta' responsabilità, li ma jistax ikun inqas minn sena waħda.

4. Sabiex igawdi mid-drittijiet tiegħu skont l-Artikolu 25, il-konsumatur għandu jinforma lill-kummerċjant dwar in-nuqqas ta' konformità fi żmien xahrejn mid-data li fiha ntebaħ bin-nuqqas ta' konformità.

5. Jekk ma jiġix ipprovat mod ieħor, kull nuqqas ta' konformità li titfaċċa fi żmien sitt xhur miż-żmien li r-riskju għadda lill-konsumatur, għandu jkun preżunt li eżista f'dak iż-żmien sakemm din il-preżunzjoni ma tkunx inkompatibbli man-natura tal-prodotti jew in-natura tan-nuqqas ta' konformità.

Artikolu 29Il-garanziji kummerċjali

1. Garanzija kummerċjali għandha torbot lill-garantur fil-kondizzjonijiet stipulati fid-dikjarazzjoni tal-garanzija. Fin-nuqqas tad-dikjarazzjoni tal-garanzija, il-garanzija kummerċjali għandha torbot skont il-kondizzjonijiet stipulati fir-riklamar fuq il-garanzija kummerċjali.

2. Id-dikjarazzjoni tal-garanzija għandha titfassal f'kitba sempliċi, li tinftiehem u li tista' tinqara faċilment. Hija għandha tinkludi dan li ġej:

(a) drittijiet legali tal-konsumatur, kif previst fl-Artikolu 26 u dikjarazzjoni ċara li dawk id-drittijiet mhumiex affetwati mill-garanzija kummerċjali,

(b) il-kontenut tal-garanzija kummerċjali u l-kondizzjonijiet biex isiru t-talbiet, notevolment it-tul ta' żmien, il-firxa territorjali u l-isem u l-indirizz tal-garantur,

(c) bla ħsara għall-Artikoli 32 u 35 u l-Anness III(1)(j), stipulat, fejn applikabbli, li l-garanzija kummerċjali ma tistax tiġi trasferita lil xerrej sussegwenti.

3. jekk il-konsumatur jixtieq hekk, il-kummerċjant għandu jagħmel id-dikjarazzjoni tal-garanzija disponibbli f'mezz li jservi għal żmien twil.

4. In-nuqqas ta' konformità mal-paragrafu 2 jew 3 ma għandhiex taffetwa l-validità tal-garanzija.

Kapitolu V

Id-drittijiet tal-konsumatur fir-rigward tal-kondizzjonijiet kuntrattwali

Artikolu 30 L-Ambitu

1. Dan il-Kapitolu għandu japplika għal kondizzjonijiet ta' kuntratt li tfassal bil-quddiem mill-kummerċjant jew minn parti terza, li l-konsumatur qabel miegħu mingħajr ma kellu l-possibilità li jinfluwenza l-kontenut tagħhom, b'mod partikolari fejn kondizzjonijiet kuntrattwali bħal dawn huma parti minn kuntratt standard ifformulat minn qabel.

2. Il-fatt li l-konsumatur kellu l-possibilità li jinfluwenza l-kontenut ta' ċerti aspetti ta' kondizzjoni tal-kuntratt jew ta' kondizzjoni speċifika waħda, ma għandux jeskludi l-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu għal kondizzjonijiet kuntrattwali oħra li jifformaw parti mill-kuntratt.

3. Dan il-Kapitolu ma għandux japplika għal kondizzjonijiet kuntrattwali li jirriflettu dispożizzjonijiet mandatorji statutorji jew regolatorji, li jikkonformaw mal-liġi Komunitarja u d-dispożizzjonijiet jew il-prinċipji ta' konvenzjonijiet internazzjonali li għalihom il-Komunità jew l-Stati Membri huma parti.

Artikolu 31Kondizzjonijiet kuntrattwali ta' rekwiżiti ta' trasparenza

1. Kondizzjonijiet kuntrattwali għandhom jitfasslu f'kitba sempliċi, li tinftiehem u jkunu jistgħu jinqraw faċilment.

2. Kondizzjonijiet kuntrattwali għandhom ikunu disponibbli għall-konsumatur f'mod li jagħtih opportunità reali li jiffamiljarizza ruħu magħhom qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, bl-attenzjoni dovuta għall mezz ta' komunikazzjoni użat.

3. Il-kummerċjant għandu jfittex il-kunsens espress tal-konsumatur għal kwalunkwe ħlas li jiżdied mal-pagament tal-obbligu kuntrattwali ewlieni tal-kummerċjant. Jekk kummerċjant ma jkunx kiseb il-kunsens espress tal-konsumatur iżda ddeduċieh bl-użu ta' alternattivi preseletti li l-konsumatur obbligat li jirrifjuta biex jevita ħlas addizzjonali, il-konsumatur għandu jkun intitolat għal rimbors ta' dan il-ħlas.

4. L-Istati Membri għandhom jirrinunċjaw li jimponu kwalunkwe rekwiżit ta' preżentazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-mod kif jiġu espressi kondizzjonijiet kuntrattwali jew il-mod kif inhuma disponibbli għall-konsumatur.

Artikolu 32Il-prinċipji ġenerali

1. Meta kondizzjoni kuntrattwali ma tkunx ġiet inkluża fl-Anness II jew III, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li titqies bħala żleali jekk, bil-maqlub għar-rekwiżit ta' bona fide , tikkawża żbilanċ sinifikanti fid-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li joħorġu mill-kuntratt, għad-detriment tal-konsumatur.

2. Bla ħsara għall-Artikolu 34 sa 38, l-iżlealtà ta' kondizzjoni kuntrattwali għandha tiġi vvalutata, billi titqies in-natura tal-prodotti li għalihom ġie konkluż il-kuntratt u billi ssir referenza, fil-waqt li jiġi konkluż il-kuntratt, għaċ-ċirkostanzi kollha preżenti waqt il-konklużjoni tal-kuntratt u għall-kondizzjonijiet l-oħra kollha tal-kuntratt jew ta' kuntratt ieħor li jiddependi fuqu dak tal-ewwel. Meta tkun qed tivvaluta l-ekwità ta' kondizzjoni kuntrattwali, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tqis ukoll il-mod li bih tfassal il-kuntratt u kif ġie kkomunikat lill-konsumatur mill-kummerċjant skont l-Artikolu 31.

3. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-valutazzjoni tas-suġġett ewlieni tal-kuntratt jew għall-adegwatezza tal-ħlas previst għall-obbligu kuntrattwali ewlieni tal-kummerċjant, bil-kondizzjoni li l-kummerċjant jikkonforma kompletament mal-Artikolu 31.

Artikolu 33Id-dmir tal-prova

Meta bejjiegħ jasserixxi li kondizzjoni kuntrattwali tkun ġiet innegozjata b'mod individwali, id-dmir tal-prova għandu jaqa' fuqu.

Artikolu 34Il-kondizzjonijiet meqjusa bħala żleali fiċ-ċirkustanzi kollha

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet kuntrattwali, hekk kif stipulati fil-lista tal-Anness II, jitqiesu bħala żleali fiċ-ċirkustanzi kollha. Dik il-lista ta' kondizzjonijiet kuntrattwali għandha tapplika fl-Istati Membri kollha u tista' tiġi emendata biss skont l-Artikoli 39(2) u 40.

Artikolu 35It-termini preżunti bħala żleali

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kondizzjonijiet kuntrattwali, kif stipulati fil-lista fil-punt 1 tal-Anness III, jitqiesu bħala żleali, sakemm il-kummerċjant ma jagħtix prova li kondizzjonijiet kuntrattwali bħal dawn huma ġusti skont l-Artikolu 32. Dik il-lista ta' kondizzjonijiet kuntrattwali għandha tapplika fl-Istati Membri kollha u tista' tiġi emendata biss skont l-Artikoli 39(2) u 40.

Artikolu 36L-interpretazzjoni tal-kondizzjonijiet

1. Fejn ikun hemm dubju dwar it-tifsira ta' kondizzjoni, għandha tirbaħ l-interpretazzjoni l-aktar favorevoli għall-konsumatur.

2. Dan l-Artikolu ma għandux japplika fil-kuntest tal-proċeduri stipulati fl-Artikolu 38(2).

Artikolu 37L-effetti ta' kondizzjonijiet kuntrattwali żleali

Kondizzjonijiet kuntrattwali li huma żleali ma jorbtux lill-konsumatur. Il-kuntratt għandu jissokta jorbot il-partijiet jekk jista' jibqa' fis-seħħ mingħajr kondizzjonijiet żleali.

Artikolu 38L-infurzar fir-rigward ta' kondizzjonijiet kuntrattwali żleali

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fl-interessi tal-konsumaturi u l-kompetituri, jeżistu mezzi adegwati u effettivi biex jipprevjenu l-użu ssuktat ta' kondizzjonijiet żleali f'kuntratti konklużi mal-konsumaturi mill-kummerċjanti.

2. B'mod partikolari, persuni jew organizzazzjonijiet, li għandhom interess leġittimu skont il-liġi nazzjonali fil-protezzjoni tal-konsumaturi, jistgħu jieħdu azzjoni quddiem il-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi għal deċiżjoni dwar jekk kondizzjonijiet kuntrattwali mfassla għal użu ġenerali humiex żleali.

3. L-Istati Membri għandhom jippermettu l-qrati jew l-awtoritajiet nazzjonali li japplikaw mezzi xierqa u effettivi biex jipprevjenu l-kummerċjanti milli jkomplu jużaw kondizzjonijiet li nstabu li huma żleali.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-azzjonijiet legali msemmija fil-paragrafu 2 u 3 jistgħu jiġu diretti jew separatament inkella b'mod konġunt skont il-liġijiet proċedurali nazzjonali kontra għadd ta' kummerċjanti mill-istess settur ekonomiku jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom li jużaw jew jirrakkomandaw l-użu tal-istess kondizzjonijiet kuntrattwali ġenerali jew kondizzjonijiet simili.

Artikolu 39Ir-reviżjoni tal-kondizzjonijiet fl-Annessi 2 u 3

1. l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kondizzjonijiet li nstabu li huma żleali mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u li huma jqisu bħala relevanti għall-iskop tal-emendar ta' din id-Direttiva kif previst bil-paragrafu 2.

2. Fid-dawl tan-notifiki li waslulha skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha temenda l-Anness II u III. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 40(2).

Kapitolu VI

Id-dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 40 Il-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar kondizzjonijiet żleali fil-kuntratti tal-konsumatur (minn issa 'l quddiem 'il-Kumitat').

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE[17], filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 41L-infurzar

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu mezzi adegwati u effettivi sabiex jiżguraw konformità ma' din id-Direttiva.

2. Il-mezzi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li bihom korp wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin, kif stabbilit mil-liġi nazzjonali, jista'/jistgħu jieħu/jieħdu azzjoni skont il-liġi nazzjonali quddiem il-qrati jew quddiem il-korpi amministrattivi kompetenti sabiex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet nazzjonali għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva jiġu applikati:

(a) il-korpi pubbliċi jew ir-rappreżentanti tagħhom;

(b) organizzazzjonijiet tal-konsumaturi li jkollhom interess leġittimu li jipproteġu lill-konsumaturi;

(c) organizzazzjonijiet professjonali li jkollhom interess leġittimu li jaġixxu.

Artikolu 42Il-penali

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti jrid ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi.

2. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu b'dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sad-data speċifikata fl-Artikolu 46 l-aktar tard u għandhom jgħarrfuha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

Artikolu 43In-natura imperattiva tad-Direttiva

Jekk il-liġi applikabbli għall-kuntratt hija l-liġi ta' Stat Membru, il-konsumaturi ma jistgħux jirrinunzjaw id-drittijiet konferiti fuqhom minn din id-Direttiva.

Artikolu 44L-informazzjoni

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri adegwati biex jgħarrfu lill-konsumaturi dwar id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva u għandhom, fejn xieraq, iħeġġu lill-kummerċjanti u lis-sidien ta' kodiċijiet biex jgħarrfu lill-konsumaturi dwar il-kodiċijiet ta' kondotta tagħom.

Artikolu 45Il-bejgħ mhux mitlub

Il-konsumatur għandu jkun eżentat milli jieħu kwalunkwe kunsiderazzjoni f'każijiet ta' forniment mhux mitlub ta' prodott kif ipprojbit mill-Artikolu 5(5) u l-punt 29 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE. In-nuqqas ta' reazzjoni mill-konsumatur wara forniment mhux mitlub bħal dan ma għndux jikkostitwixxi kunsens.

Artikolu 46Traspożizzjoni

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard minn [tmintax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tagħha], il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għal konformità ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn [sentejn wara d-dħul tagħha fis-seħħ].

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif referenza bħal din għandha ssir.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Kapitolu VII Id-dispożizzjonijiet finali

Artikolu 47 Ir-revoki

Id-Direttivi 85/577/KEE, 93/13/KEE u 97/7/KE u d-Direttiva 1999/44/KE, kif emendati bid-Direttivi elenkati fl-Anness IV, huma rrevokati.

Referenzi magħmula għad-Direttivi revokati għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness V.

Artikolu 48Ir-reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi din id-Direttiva u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill mhux aktar tard minn [daħħal l-istess data bħal dik fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 46(1) u żid ħames snin].

Jekk hemm bżonn, għandha tagħmel proposti biex tadattaha għall-iżviluppi fil-qasam. Il-Kummissjoni tista' tirrikjedi informazzjoni mill-Istati Membri.

Artikolu 49Id-dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Artikolu 50 Id-destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I L-INFORMAZZJONI DWAR L-EŻERĊITAR TAD-DRITT TAL-IRTIRAR A. L-informazzjoni li trid tingħata mal-formola tal-irtirar

1. L-isem, l-indirizz ġeografiku u l-indirizz elettroniku tal-kummerċjant li għandu trid tintbagħat il-formola tal-irtirar.

2. Dikjarazzjoni li l-konsumatur għandu dritt ta' rtirar mill-kuntratt u li dan id-dritt jista' jiġi eżerċitat billi tintbagħat il-formola tal-irtirar ta' hawn isfel f'mezz li jdum iservi lill-kummerċjant imsemmi fil-paragrafu 1:

(a) għal kuntratti 'l barra mill-post tan-negozju, fi żmien erbatax-il jum war l-firma tiegħu tal-formola tal-ordni;

(b) għal kuntratti ta' bejgħ mill-bogħod, fi żmien erbatax-il jum wara l-pussess materjali tal-prodotti mill-konsumatur jew minn parti terza, minbarra min qed iwassalhom u indikata mill-konsumatur;

(c) għal kuntratti ta' servizz mill-bogħod:

- fi żmien erbatax-il jum wara l-konklużjoni tal-kuntratt, fejn il-konsumatur ma jkunx ta l-kunsens espress tiegħu biex tibda l-eżekuzzjoni tal-kuntratt qabel it-tmiem ta' dan il-perjodu ta' erbatax-il jum;

- fi żmien perjodu li jispiċċa meta tibda l-eżekuzzjoni tal-kuntratt, fejn il-konsumatur ma jkunx ta l-kunsens espress tiegħu biex tibda l-eżekuzzjoni tal-kuntratt qabel it-tmiem tal-perjodu ta' erbatax-il jum.

3. Għall-kuntratti kollha ta' bejgħ, dikjarazzjoni li tinforma lill-konsumatur dwar il-limiti ta' żmien u l-modalitajiet biex jintbagħtu lura l-prodotti lill-kummerċjant u l-kondizzjonijiet għar-rimbors skont l-Artikoli 16 u 17(2).

4. Għal kuntratti mill-bogħod konklużi fuq l-Internet, dikjarazzjoni li l-konsumatur jista' jimla b'mod elettroniku u jressaq formola standard tal-irtirar minn fuq il-websajt ta' kummerċjant u li huwa se jirċievi nota ta' konferma ta' formola tal-irtirar bħal din mill-kummerċjant permezz tal-posta elettronika mingħajr dewmien.

5. Dikjarazzjoni li l-konsumatur jista' juża l-formola tal-irtirar stipulata fil-Parti B.

B. Il-mudell tal-formola tal-irtirar

(imla u rritorna din il-formola fil-każ biss li tixtieq tirtira mill-kuntratt)

- Lil:

- Jien/Aħna* permezz ta' dan ta' hawnhekk niddikjara(w) li Jien/Aħna* nirtira(w) mill-kuntratt ta' bejgħ tiegħi/tagħna* tal-prodotti li ġejjin*/tal-forniment tas-servizz li ġej*

- Li kien(u) ordnat(i) fi*/li wasal/waslu fi*

- Isem il-konsumatur(i)

- L-indirizz tal-konsumatur(i)

- Il-firma tal-konsumatur(i) (fil-każ biss li din il-formola hija notifikata bil-kitba)

- Id-data

*Aqta' fejn xieraq.

ANNESS IIKONDIZZJONIJIET KUNTRATTWALI MEQJUSA BĦALA ŻLEALI FIĊ-ĊIRKUSTANZI KOLLHA

Kondizzjonijiet kuntrattwali, li għandhom l-għan jew l-effett ta' dan li ġej, għandhom ikunu żleali fiċ-ċirkustanzi kolha:

(a) li jeskludu jew jillimitaw ir-responsabilità tal-kummerċjant għal mewt jew korriment personali kkawżat lill-konsumatur permezz ta' att jew ta' ommissjoni tal-kummerċjant;

b) li jillimitaw l-obbligu tal-kummerċjant li jirrispetta l-impenn meħud mill-aġenti tiegħu jew li jagħmlu l-impenji tiegħu suġġetti għall-konformità ma' kondizzjoni partikolari li tiddependi esklussivament mill-kummerċjant;

(c) li jeskludu jew ixekklu d-dritt tal-konsumatur li jieħu azzjoni legali jew li jeżerċita kwalunkwe rimedju legali ieħor, partikolarment billi jobbligaw il-konsumatur biex iressaq tilwim esklussivement quddiem arbitraġġ li mhuwiex kopert b'dispożizzjonijiet legali;

(d) li jillimitaw l-evidenza disponibbli għall-konsumatur jew li jimponu fuq id-dover tal-prova li, skont il-liġi applikabbli, għandha taqa' fuq il-kummerċjant;

(e) li jagħtu lill-kummerċjant id-dritt li jiddetermina jekk il-prodotti jew is-servizzi fornuti humiex konformi mal-kuntratt jew li jagħtu lill-kummerċjant id-dritt esklussiv li jinterpreta kwalunkwe kondizzjoni fil-kuntratt.

ANNESS IIIKONDIZZJONIJIET KUNTRATTWALI PREŻUNTI BĦALA ŻLEALI

1. Kondizzjonijiet kuntrattwali, li għandhom l-għan jew l-effett ta' dan li ġej, huma preżunti bħala żleali:

(a) li jeskludu jew jillimitaw id-drittijiet legali tal-konsumatur fir-rigward tal-kummerċjant jew ta' parti oħra fl-eventwalità ta' nonprestazzjoni totali jew parzjali jew ta' prestazzjoni mhux adegwata mill-kummerċjant ta' kwalunkwe obbligu kuntrattwali, inklużi d-drittijiet tal-konsumatur li jagħmel tejjeb għal dejn dovut lill-kummerċjant bi kreditu li l-konsumatur jista' jkollu fil-konfront tiegħu;

(b) li jippermettu l-kummerċjant li jżomm ħlas mill-konsumatur meta dan tal-aħħar ma jikkonkludix jew ma jwettaqx il-kuntratt, mingħajr ma jagħti lill-konsumatur id-dritt li jiġi kkumpensat bl-istess ammont jekk il-kummerċjant ma jikkonkludix jew ma jwettaqx il-kuntratt;

(c) li jobbligaw kwalunkwe konsumatur li jonqos milli jissodisfa l-obbligu tiegħu li jħallas danni li jaqbżu b'mod eċċessiv il-ħsara mġarrba mill-kummerċjant;

(d) li jippermettu lill-kummerċjant li jittermina l-kuntratt meta jrid meta l-istess dritt ma jingħatax lill-konsumatur;

(e) li jippermettu l-kummerċjant li jittermina kuntratt ta' żmien indefinit mingħajr avviż raġonevoli ħlief meta l-konsumatur ikun wettaq ksur serju tal-kuntratt;

(f) li awtomatikament iġeddu kuntratt ta' terminu fiss fejn il-konsumatur ma jindikax mod ieħor u jkollu javża minn qabel ħafna biex jittermina l-kuntratt fl-aħħat ta' kull perjodu ta' tiġdid;

(g) li jippermetti lill-kummerċjant li jżid il-prezz miftiehem mal-konsumatur meta l-kuntratt ġie konkluż mingħajr ma l-konsumatur jingħata d-dritt li jittermina l-kuntratt;

(h) li jobbligaw il-konsumatur biex jissodisfa l-obbligi tiegħu fejn il-kummerċjant naqas milli jissodisfa l-obbligi kollha tiegħu;

(i) li jagħtu lill-kummerċjant il-possibilità ta' trasferiment tal-obbligi tiegħu skont il-kuntratt, mingħajr il-qbil tal-konsumatur;

(j) li jillimitaw id-dritt tal-konsumatur li jbiegħ mill-ġdid il-prodotti billi jillimitaw il-kapaċità ta' trasferiment ta' kwalunkwe garanzija kummerċjali mogħtija mill-kummerċjant;

(k) li jippermettu l-kummerċjant sabiex unilateralment ibiddel il-kondizzjonijiet tal-kuntratt inklużi l-karatteristiċi tal-prodott jew servizz;

(l) li jemendaw unilateralment kondizzjonijiet kuntrattwali kkomunikati lill-konsumatur f'mezz li jservi fit-tul permezz ta' kondizzjonijiet kuntrattwali onlajn li ma nqablux mill-konsumatur.

2. Il-Punt 1(e) ma għandux japplika għal termini li bihom fornitur ta' servizz finanzjarju jirriserva d-dritt li jittermina b'mod unilaterali kuntratt ta' żmien indefinit mingħajr ma javża, bil-kondizzjoni li l-fornitur huwa obbligat jinforma l-parti kontraenti l-oħra jew il-partijiet tagħha minnufih.

3. Il-Punt 1(g) ma għandux japplika għal

(a) tranżazzjonijiet f'titoli trasferibbli, strumenti finanzjarji u prodotti jew servizzi oħra fejn il-prezz ikun marbut mal-varjazzjonijiet fi kwotazzjoni tal-borsa jew indiċi jew rata tas-suq finanzjarju li l-fornitur ma jikkontrollax;

(b) kuntratti għax-xiri jew il-bejgħ ta' munita barranija, traveller's cheques jew money orders internazzjonali denominati f'muniti barranin;

(c) klawżoli tal-indiċjar tal-prezzijiet, fejn legali, sakemm il-metodu li bih ivarjaw il-prezzijiet jiġi deskritt b'mod espliċitu.

4. Il-Punt 1(k) ma għandux japplika għal

(a) kondizzjonijiet li fihom fornitur ta' servizzi finanzjarji jirriserva d-dritt li jibdel ir-rata tal-imgħaxx li għandha titħallas mill-konsumatur jew dovuta lilu, jew l-ammont ta' imposti oħra għal servizzi finanzjarji bla avviż fejn ikun hemm raġuni valida, sakemm dak il-fornitur ikun meħtieġ jinforma lil parti jew partijiet kontraenti oħra tagħhom mal-ewwel opportunità u li dawn tal-aħħar ikunu liberi li jxolju l-kuntratt immedjatament;

(b) tranżazzjonijiet f'titoli trasferibbli, strumenti finanzjarji u prodotti jew servizzi oħra fejn il-prezz ikun marbut mal-varjazzjonijiet fi kwotazzjoni tal-borsa jew indiċi jew rata tas-suq finanzjarju li l-fornitur ma jikkontrollax;

(c) kuntratti għax-xiri jew il-bejgħ ta' munita barranija, traveller's cheques jew money orders internazzjonali denominati f'muniti barranin;

(d) kondizzjonijiet li taħthom il-kummerċjant jirriserva d-dritt li jbiddel unilateralment il-kondizzjonijiet ta' kuntratt ta' żmien indefinit, bil-kondizzjoni li huwa obbligat jinforma lill-konsumatur u javżah fi żmien raġonevoli u li l-konsumatur ikun liberu li jittermina l-kuntratt.

ANNESS IV Direttivi rrevokati mal-lista tal-emendi suċċessivi (imsemmija fl-Artikolu 47)

Id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE tal-20 ta' Diċembru 1985 biex tħares lill-konsumatur rigward kuntratti nnegozjati barra mill-lok tan-negozju | ĠU L 372, 31.12.1985, p. 31. |

Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993 dwar klawżoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur | ĠU L 95, 21.4.1993, p. 29. |

Id-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Id-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Id-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 | ĠU L 144, 4.6.1997, p. 19. ĠU L 271, 9.10.2002, p. 16 ĠU L 149, 11.6.2005, p. 29 ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1 |

Id-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill | ĠU L 171, 7.7.1999, p. 12. |

ANNESS V TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Numerazzjoni antika tad-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE tal-20 ta' Diċembru 1985 biex tħares lill-konsumatur rigward kuntratti nnegozjati barra mill-lok tan-negozju. | Numerazzjoni antika tad-Direttiva 1993/13/KE dwar klawżoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur | Numerazzjoni antika tad-Direttiva 1997/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 1997 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi fir-rigward ta' kuntratti li jsiru mill-bogħod. | Numerazzjoni antika tad-Direttiva 1999/44/KE dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta' oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom | Numerazzjoni ġdida f'din id-Direttiva |

Artikolu 1[18] |

L-Artikolu 1, il-paragraph 1[19] |

L-Artikolu 1, il-paragrafu 2 (mibdul) | L-Artikolu 30, il-paragrafu 3 |

Artikolu 1[20] |

L-Artikolu 1, il-paragraph 1[21] |

L-Artikolu 1, il-paragrafu 2 il-punt a (mibdul) | L-Artikolu 2, il-punt 1 |

L-Artikolu 1, il-paragrafu 2, il-punt b[22] | L-Artikolu 2, il-punt 4 |

L-Artikolu 21, il-paragrafu 3 |

L-Artikolu 1, il-paragrafu 2, il-punt c | L-Artikolu 2, il-punt 2 |

Numerazzjoni antika tad-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE tal-20 ta' Diċembru 1985 biex tħares lill-konsumatur rigward kuntratti nnegozjati barra mill-lok tan-negozju. | Numerazzjoni antika tad-Direttiva 1993/13/KE dwar klawżoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur | Numerazzjoni antika tad-Direttiva 1997/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 1997 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi fir-rigward ta' kuntratti li jsiru mill-bogħod. | Numerazzjoni antika tad-Direttiva 1999/44/KE dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta' oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom | Numerazzjoni ġdida f'din id-Direttiva |

L-Artikolu 1, il-paragrafu 2, il-punt d | L-Artikolu 2, il-punt 18 |

L-Artikolu 1, il-paragrafu 2 il-punt e (mibdul) | L-Artikolu 2, il-punt 19 |

L-Artikolu 1, il-paragrafu 2, il-punt f | Imħassar |

L-Artikolu 1, il-paragrafu 3 (mibdul) | L-Artikolu 21, il-paragrafu 4 |

L-Artikolu 1, il-paragrafu 4 | L-Artikolu 21, il-paragrafu 2 |

L-Artikolu 2 (mibdul) | L-Artikolu 2, il-punt 1 |

L-Artikolu 2, il-punt 2 |

L-Artikolu 2 il-punt a | Imħassar |

L-Artikolu 2 il-punt b (mibdul) | L-Artikolu 2, il-punt 1 |

L-Artikolu 2 il-punt c (mibdul) | L-Artikolu 2, il-punt 2 |

L-Artikolu 2, il-paragrafu 1 (mibdul) | L-Artikolu 2, il-punt 6 |

L-Artikolu 2, il-paragrafu 2 (mibdul) | L-Artikolu 2, il-punt 1 |

Numerazzjoni antika tad-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE tal-20 ta' Diċembru 1985 biex tħares lill-konsumatur rigward kuntratti nnegozjati barra mill-lok tan-negozju. | Numerazzjoni antika tad-Direttiva 1993/13/KE dwar klawżoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur | Numerazzjoni antika tad-Direttiva 1997/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 1997 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi fir-rigward ta' kuntratti li jsiru mill-bogħod. | Numerazzjoni antika tad-Direttiva 1999/44/KE dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta' oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom | Numerazzjoni ġdida f'din id-Direttiva |

L-Artikolu 2, il-paragrafu 3 (mibdul) | L-Artikolu 2, il-punt 2 |

L-Artikolu 2 il-paragrafu 4, l-ewwel sentenza (mibdula) | L-Artikolu 2, il-punt 7 |

L-Artikolu 2, il-paragrafu 4, it-tieni sentenza | Imħassar |

L-Artikolu 2, il-paragrafu 5 | Imħassar |

L-Artikolu 2, il-paragrafu 1 | L-Artikolu 24, il-paragrafu 1 |

Artikolu 22 |

L-Artikolu 2, il-paragrafu 2 | L-Artikolu 24, il-paragrafu 2 |

L-Artikolu 2, il-paragrafu 3 | L-Artikolu 24, il-paragrafu 3 |

L-Artikolu 2, il-paragrafu 4 | L-Artikolu 24, il-paragrafu 4 |

L-Artikolu 2, il-paragrafu 5 | L-Artikolu 24, il-paragrafu 5 |

L-Artikolu 3, il-paragrafu 1 | Imħassar |

Numerazzjoni antika tad-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE tal-20 ta' Diċembru 1985 biex tħares lill-konsumatur rigward kuntratti nnegozjati barra mill-lok tan-negozju. | Numerazzjoni antika tad-Direttiva 1993/13/KE dwar klawżoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur | Numerazzjoni antika tad-Direttiva 1997/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 1997 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi fir-rigward ta' kuntratti li jsiru mill-bogħod. | Numerazzjoni antika tad-Direttiva 1999/44/KE dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta' oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom | Numerazzjoni ġdida f'din id-Direttiva |

L-Artikolu 3, il-paragrafu 2 il-punt a (mibdul) | L-Artikolu 20, il-paragrafu 1, il-punt a |

L-Artikolu 3, il-paragrafu 2 il-punt b (mibdul) | L-Artikolu 20, il-paragrafu 1, il-punt d |

L-Artikolu 3, il-paragrafu 2 il-punt c (mibdul) | L-Artikolu 12, il-paragrafu 2 |

L-Artikolu 3, il-paragrafu 2, il-punt d | L-Artikolu 20, il-paragrafu 2, il-punt a |

L-Artikolu 3, il-paragrafu 2, il-punt e | L-Artikolu 20, il-paragrafu 2, il-punt b |

L-Artikolu 3, il-paragraph 3[23] |

L-Artikolu 3, il-paragrafu 1 | L-Artikolu 32, il-paragraph 1[24] |

L-Artikolu 3, il-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu (mibdul) | L-Artikolu 30, il-paragrafu 1 |

Numerazzjoni antika tad-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE tal-20 ta' Diċembru 1985 biex tħares lill-konsumatur rigward kuntratti nnegozjati barra mill-lok tan-negozju. | Numerazzjoni antika tad-Direttiva 1993/13/KE dwar klawżoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur | Numerazzjoni antika tad-Direttiva 1997/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 1997 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi fir-rigward ta' kuntratti li jsiru mill-bogħod. | Numerazzjoni antika tad-Direttiva 1999/44/KE dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta' oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom | Numerazzjoni ġdida f'din id-Direttiva |

Artikolu 3, it-tieni paragrafu, it-tieni subparagrafu | L-Artikolu 30, il-paragrafu 2 |

L-Artikolu 3, il-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu | L-Artikolu 33 |

L-Artikolu 3, il-paragrafu 3 (mibdul) | L-Artikolu 34 |

L-Artikolu 35 |

L-Artikolu 3, il-paragrafu 1, l-ewwel inċiż (mibdul) | L-Artikolu 3, il-paragrafu 2 |

L-Artikolu 3, l-ewwel paragrafu, it-tieni inċiż | L-Artikolu 20, il-paragrafu 1, il-punt b |

L-Artikolu 3, il-paragrafu 1 it-tielet inċiż (mibdul) | L-Artikolu 20, il-paragrafu 1, il-punt c |

L-Artikolu 3, il-paragrafu 1 ir-raba' inċiż (mibdul) | L-Artikolu 20, il-paragrafu 1, il-punt a |

Numerazzjoni antika tad-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE tal-20 ta' Diċembru 1985 biex tħares lill-konsumatur rigward kuntratti nnegozjati barra mill-lok tan-negozju. | Numerazzjoni antika tad-Direttiva 1993/13/KE dwar klawżoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur | Numerazzjoni antika tad-Direttiva 1997/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 1997 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi fir-rigward ta' kuntratti li jsiru mill-bogħod. | Numerazzjoni antika tad-Direttiva 1999/44/KE dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta' oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom | Numerazzjoni ġdida f'din id-Direttiva |

L-Artikolu 3[25], il-paragrafu 1 il-ħames inċiż (mibdul) |

L-Artikolu 3, il-paragrafu 2, l-ewwel inċiż (mibdul) | L-Artikolu 20, il-paragrafu 1, il-punt d |

L-Artikolu 3, il-paragrafu 2, it-tieni inċiż (mibdul) | L-Artikolu 20, il-paragrafu 3 |

L-Artikolu 3, il-paragrafu 1 (mibdul) | L-Artikolu 25 |

L-Artikolu 23 |

L-Artikolu 3, il-paragrafu 2 (mibdul) | L-Artikolu 26, il-paragrafu 1 |

L-Artikolu 4, l-ewwel sentenza (mibdula) | L-Artikolu 9 |

L-Artikolu 4, it-tieni sentenza (mibdula) | L-Artikolu 10 |

L-Artikolu 4, il-paragrafu 1 (mibdul) | L-Artikolu 32, il-paragrafu 2 |

Numerazzjoni antika tad-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE tal-20 ta' Diċembru 1985 biex tħares lill-konsumatur rigward kuntratti nnegozjati barra mill-lok tan-negozju. | Numerazzjoni antika tad-Direttiva 1993/13/KE dwar klawżoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur | Numerazzjoni antika tad-Direttiva 1997/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 1997 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi in rigward ta' kuntratti li jsiru mill-bogħod. | Numerazzjoni antika tad-Direttiva 1999/44/KE dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta' oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom | Numerazzjoni ġdida f'din id-Direttiva |

L-Artikolu 4, il-paragrafu 2 (mibdul) | L-Artikolu 32, il-paragrafu 3 |

L-Artikolu 4, il-paragrafu 1 il-punt a (mibdul) | L-Artikolu 5, il-paragrafu 1, il-punt b |

L-Artikolu 4, il-paragrafu 1 il-punt b (mibdul) | L-Artikolu 5, il-paragrafu 1, il-punt a |

L-Artikolu 4, il-paragrafu 1 il-punt c (mibdul) | L-Artikolu 5, il-paragrafu 1, il-punt c |

L-Artikolu 4, il-paragrafu 1, il-punt d (mibdul) | L-Artikolu 5, il-paragrafu 1, il-punt c |

L-Artikolu 4, il-paragrafu 1, il-punt e (mibdul) | L-Artikolu 9, il-paragrafu 1, il-punt a |

L-Artikolu 5, il-paragrafu 1 (mibdul) | L-Artikolu 12 |

L-Artikolu 14 |

L-Artikolu 5, il-paragrafu 2 (mibdul) | L-Artikolu 15 |

L-Artikolu 16 |

Numerazzjoni antika tad-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE tal-20 ta' Diċembru 1985 biex tħares lill-konsumatur rigward kuntratti nnegozjati barra mill-lok tan-negozju. | Numerazzjoni antika tad-Direttiva 1993/13/KE dwar klawżoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur | Numerazzjoni antika tad-Direttiva 1997/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 1997 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi in rigward ta' kuntratti li jsiru mill-bogħod. | Numerazzjoni antika tad-Direttiva 1999/44/KE dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta' oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom | Numerazzjoni ġdida f'din id-Direttiva |

L-Artikolu 17 |

L-Artikolu 5, l-ewwel sentenza (mibdula) | L-Artikolu 31 |

Artikolu 5, it-tieni u t-tielet sentenza | L-Artikolu 36 |

L-Artikolu 6 (mibdul) | L-Artikolu 43 |

L-Artikolu 6, il-paragrafu 1 | L-Artikolu 37 |

L-Artikolu 6, il-paragrafu 2 | Imħassar |

L-Artikolu 7[26] |

L-Artikolu 7, il-paragrafu 1 | L-Artikolu 38, il-paragrafu 1 |

L-Artikolu 7, il-paragrafu 2 (mibdul) | L-Artikolu 38, il-paragrafu 2 |

Numerazzjoni antika tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar kooperazzjoni bejn awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar ta' liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi | Għandu jiġi interpretat bħala referenza għal |

Il-paragrafi 2, 6, 8 u 11 | Din id-Direttiva |

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. L-ISEM TAL-PROPOSTA:

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar drittijiet kuntrattwali tal-konsumatur

2. QAFAS ABM/ABB

Il-Politika tal-Konsumatur

3. IL-LINJI TAL-BAĠIT

3.1. Il-linji tal-baġit (linji tal-operat u linji relatati tekniċi u ta’ assistenza amministrattiva (linji ex- B.A)) inklużi l-intestaturi:

XX0101: għall-ħlas tal-uffiċjali

XX010211: għall-ħlas tal-ispejjeż tal-kumitat

3.2. Tul ta' żmien tal-azzjoni u tal-impatt finanzjarju:

Mill-2011 (jiġifieri s-sena n = 2011), tul ta' żmien mhux definit

Dan il-baġit għandu l-ħsieb li jkopri l-ispejjeż tal-Kumitat futur dwar kondizzjonijiet żleali fil-kuntratti tal-konsumatur li se jiġi stabbilit kif imħabbar fid-Direttiva wara l-adozzjoni ta' dik id-Direttiva mill-Parlament u l-Kunsill:

1 Amministraturi FTE bil-valur ta' EUR 117 000 (skont il-Linjigwida speċifiċi), għall-appoġġ tal-proċess tal-komitoloġija.

L-ispejjeż tas-sessjoni plenarja, b'parteċipant wieħed mis-27 Stat Membru. 3 laqgħat skedati fis-sena, b'valur ta’ EUR 20,000 kull waħda. L-ispejjeż attwali tal-laqgħat u l-frekwenza ta’ dawn il-laqgħat jistgħu jeħtieġu reviżjoni, skont l-għamla finali tad-direttiva, wara l-adozzjoni mill-kunsill u l-parlament, u l-istrutturi tal-komitoloġija meħtieġa.

3.3. Il-karatteristiċi baġitarji:

Linja baġitarja | Tip ta’ nfiq | Ġdid | Kontribuzzjoni mill-EFTA | Kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | Intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

XX 0101 | Obbligatorja | Mhux differenzjata[27] | LE | LE | LE | 5 |

XX 010211 | Mhux obbligatorja | Mhux differenzjata[28] | LE | LE | LE | 5 |

4. SINTEŻI TAR-RIŻORSI

4.1. Riżorsi Finanzjarji

4.1.1. Sinteżi tal-approprjazzjonijiet tal-impenn (AI) u tal-approprjazzjonijiet tal-ħlas (AĦ)

Miljuni ta' EUR (sa tliet punti deċimali)

Tip ta’ Nefqa | Sezzjoni nru | Sena n (2011) | n + 1 (2012) | n + 2 (2013) | n + 3 (2014) | n + 4 (2015) | n + 5 u wara (2016 u wara) | Total |

Nefqa operattiva[29] |

Approprazzjonijiet ta' Impenn (AI) | 8.1. | a |

Approprazzjonijiet ta’ Ħlas (AĦ) | b |

Infiq amministrattiv fl-ammont ta' referenza[30] |

Assistenza teknika u amministrattiva (ATA) | 8.2.4. | c |

AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA |

Approprjazzjonijiet ta’ Impenn | a+c |

Approprjazzjonijiet ta’ Ħlas | b+c |

Nefqa amministrattiva mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza[31] |

Riżorsi umani u nefqa relatata (AMD) | 8.2.5. | d | 0.117 | 0.117 | 0.117 | 0.117 | 0.117 | 0.117 | 0.702 |

Nefqa amministrattiva, minbarra riżorsi umani u nfiq relatat, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (AMD) | 8.2.6. | e | 0.060 | 0.060 | 0.060 | 0.060 | 0.060 | 0.060 | 0.360 |

Nefqa finanzjarja totali indikattiva |

TOTAL AI, inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani | a+c+d+e | 0.177 | 0.177 | 0.177 | 0.177 | 0.177 | 0.177 | 1.062 |

TOTAL PA, inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani | b+c+d+e | 0.177 | 0.177 | 0.177 | 0.177 | 0.177 | 0.177 | 1.062 |

Dettalji dwar il-kofinanzjament: mhux applikabbli

Jekk il-proposta tinvolvi kofinanzjament mill-Istati Membri, jew minn korpi oħrajn (jekk jogħġbok speċifika liema), għandha tiġi indikata stima tal-livell ta’ dan il-kofinanzjament fit-tabella hawn taħt (jistgħu jiżdiedu aktar linji jekk huma previsti diversi korpi għall-provvediment tal-kofinanzjament):

Miljuni ta' EUR (sa tliet punti deċimali)

Korp tal-kofinanzjament | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 u wara | Total |

…………………… | f |

TOTAL AI inkluż il-kofinanzjament | a+c+d+e+f |

4.1.2. Il-kompatibilità mal-Ipprogrammar Finanzjarju

( Il-proposta hija kumpatibbli mal-ipprogrammar finanzjarju eżistenti.

( Il-proposta tinvolvi programmar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja.

( Din il-proposta tista' tkun teħtieġ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[32] (jiġifieri l-istrument ta' flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-perspettivi finanzjarji)

4.1.3. L-impatt finanzjarju fuq id-Dħul

( Il-proposta għandha impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej:

( Il-proposta għandha impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej:

EUR miljuni (sa ċifra deċimali waħda)

Qabel l-azzjoni [Sena n-1] | Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni |

Numru totali ta’ riżorsi umani | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 |

5. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET

5.1. Ħtieġa li għandha tiġi sodisfatta f'medda qasira jew twila ta' żmien

Mhux applikabbli.

5.2. Il-valur miżjud tal-involviment Komunitarju u l-koerenza tal-proposta ma’ strumenti oħrajn finanzjarji u s-sinerġiji possibbli

Mhux applikabbli.

5.3. L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas tal-ABM

Mhux applikabbli.

5.4. Il-metodu ta’ implimentazzjoni (indikattiv)

( Ġestjoni Ċentralizzata

( direttament mill-Kummissjoni

( indirettament permezz ta’ delegazzjoni lil:

( Aġenziji eżekuttivi

( korpi stabbiliti mill-Komunitajiet skont l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju

( korpi mis-settur pubbliku nazzjonali/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku

( Ġestjoni komuni jew diċentralizzata

( ma’ Stati Membri

( ma’ Pajjiżi Terzi

( Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika)

Kummenti rilevanti:

6. SUPERVIŻJONI U VALUTAZZJONI

6.1. Is-sistema ta’ superviżjoni

Rappurtar regolari tal-laqgħat tal-Kumitat se jkun żgurat u mqassam lill-Istati Membri u s-servizzi tal-Kummissjoni.

6.2. Valutazzjoni

6.2.1. Valutazzjoni ex-ante

Mhux applikabbli.

6.2.2. Miżuri meħuda wara valutazzjoni intermedjarja/ex-post (tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fil-passat)

Mhux applikabbli.

6.2.3. Kondizzjonijiet u frekwenza ta’ valutazzjoni futura

Valutazzjoni tat-tħaddim tal-Kumitat għandha ssir wara ħames snin.

7. Miżuri kontra l-frodi

Mhux applikabbli.

8. DETTALJI TAR-RIŻORSI

8.1. Għanijiet tal-proposta skont l-ispiża finanzjarja tagħhom

Approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

Sena n (2011) | Sena n+1 (2012) | Sena n+2 (2013) | Sena n+3 (2014) | Sena n+4 (2015) | Sena n+5 (2016) |

L-uffiċjali jew il-persunal temporanju[35] (XX 01 01) | A*/AD | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 |

B*, C*/AST |

Il-persunal iffinanzjat[36] permezz tal-Artikolu XX 01 02 |

Persunal ieħor[37] iffinanzjat permezz tal-Artikolu XX 01 04/05 |

TOTAL |

8.2.2. Deskrizzjoni tad-doveri mnissla mill-azzjoni

It-tmexxija tal-Kumitat il-ġdid ta' komitoloġija ("Kumitat dwar kondizzjonijiet żleali fil-kuntratti tal-konsumatur") stabbilit skont l-Artikolu 39 ta' din id-Direttiva li se jaħdem fuq l-implimentazzjoni tad-Direttiva.

L-ispejjeż tas-sessjoni plenarja, b'parteċipant wieħed mis-27 Stat Membru. Tliet laqgħat skedati fis-sena, b'valur ta' EUR 20 000 kull waħda. L-ispejjeż attwali tal-laqgħat u l-frekwenza ta' dawk il-laqgħat jistgħu jeħtieġu reviżjoni, skont l-għamla finali tad-direttiva, wara l-adozzjoni mill-Kunsill u l-Parlament.

Il-ħtiġijiet għar-riżorsi umani u amministrattivi għandhom ikunu koperti fl-allokazzjoni mogħtija għad-DĠ ġestjonarju fil-qafas tal-proċedura tal-allokazzjoni annwali fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

8.2.3. Is-sorsi tar-riżorsi umani (statutorji)

( Karigi li bħalissa huma allokati għall-ġestjoni tal-programm li għandhom jinbidlu jew jittawlu

( Karigi preallokati fl-ambitu tal-eżerċizzju APS/PDB għas-sena n

( Il-karigi li għandhom jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss

( Il-karigi li għandhom jitqassmu mill-ġdid bl-użu tar-riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ta' ġestjoni (allokazzjoni interna mill-ġdid)

( Il-karigi meħtieġa għas-sena n għalkemm mhux previsti fl-eżerċizzju tal-APS/PDB tas-sena kkonċernata

8.2.4. Nefqa amministrattiva oħra inkluża fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – In-nefqa fuq il-ġestjoni amministrattiva)

Miljuni ta' EUR (sa tliet punti deċimali)

Linja baġitarja (numru u intestatura) | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL |

Għajnuna oħra teknika u amministrattiva |

- intra muros |

- extra muros |

Għajnuna teknika u amministrattiva totali |

8.2.5. Nefqa finanzjarja fuq riżorsi umani u spejjeż assoċjati mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza

Miljuni ta' EUR (sa tliet punti deċimali)

Tip ta’ riżorsi umani | Sena n (2011) | Sena n+1 (2012) | Sena n+2 (2013) | Sena n+3 (2014) | Sena n+4 (2015) | Sena n+5 u wara (2016 u wara) |

Uffiċjali u persunal temporanju (XX 01 01) | 0.117 | 0.117 | 0.117 | 0.117 | 0.117 | 0.117 |

L-istaff iffinanzjat mill-Artikolu XX 01 02 (awżiljarji, END, staff b’kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja tal-baġit) |

Spiża totali tar-riżorsi umani u spejjeż relatati (MHUX fl-ammont ta’ referenza) Kalkolu – Uffiċjali u Aġenti Temporanji |

Kalkolu – Uffiċjali u Aġenti Temporanji |

Rata ta’ EUR 117 000/ persunal użat għall-ikkwantifikar tal-ispejjeż, kif issuġġerit fil-linjigwida BUDG |

Kalkolu - Persunal iffinanzjat taħt l-Artikolu XX 01 02 |

[…] |

8.2.6 . Infiq amministrattiv ieħor mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza

Miljuni ta' EUR (sa tliet punti deċimali) |

Sena n (2011) | Sena n+1 (2012) | Sena n+2 (2013) | Sena n+3 (2014) | Sena n+4 (2015) | Sena n+5 u wara (2016 u wara) | TOTAL |

XX 01 02 11 01 – Missjonijiet |

XX 01 02 11 02 – Laqgħat & Konferenzi |

XX 01 02 11 03 – Kumitati | 0.060 | 0.060 | 0.060 | 0.060 | 0.060 | 0.060 | 0.360 |

XX 01 02 11 04 – Studji & konsultazzjonijiet |

XX 01 02 11 05 – Sistemi ta' tagħrif |

2 Infiq Ieħor Totali ta' Ġestjoni (XX 01 02 11) | 0.060 | 0.060 | 0.060 | 0.060 | 0.060 | 0.060 | 0.360 |

3 Nefqa oħra ta' natura amministrattiva (speċifika billi tinkludi referenza għal-linja baġitarja) |

Infiq amministrattiv totali, għajr għal riżorsi umani u spejjeż relatati (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | 0.060 | 0.060 | 0.060 | 0.060 | 0.060 | 0.060 | 0.360 |

Kalkolu – Infiq amministrattiv ieħor mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza |

[…] |

Il-ħtiġijiet għar-riżorsi umani u amministrattivi għandhom ikunu koperti fl-allokazzjoni mogħtija għad-DĠ ġestjonarju fil-qafas tal-proċedura tal-allokazzjoni annwali fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

[1] ĠU C , , p. .

[2] ĠU C , , p. .

[3] ĠU C , , p. .

[4] ĠU L 372, 31.12.1985, p. 31.

[5] ĠU L 95, 21.4.1993, p. 29.

[6] ĠU L 144, 4.6.1997, p. 19. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1).

[7] ĠU L 171, 7.7.1999, p. 12.

[8] ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6.

[9] ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1.

[10] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

[11] ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22.

[12] ĠU L 280, 29.10.1994, p. 83.

[13] ĠU L 158, 23.6.1990, p. 59.

[14] ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36.

[15] ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1.

[16] ĠU L 271, 09.10.2002, p. 16.

[17] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE, (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

[18] Mibdul, fis-sustanza, mill-Artikolu 3 u l-Artikolu 8 li għandhom jinqraw flimkien mal-Artikolu 2, il-punt 8.

[19] Mibdul, fis-sustanza, mill-Artikolu 1.

[20] Mibdul, fis-sustanza, mill-Artikolu 1.

[21] Mibdul, fis-sustanza, mill-Artikolu 1.

[22] Emendat, fis-sustanza, bl-Artikolu 21 il-paragrafu 4.

[23] Mibdul fis-sustanza mill-Artikolu 3 u l-Artikolu 8 li għandhom jinqraw flimkien mal-Artikolu 2, il-punt 8.

[24] Għandu jinqara flimkien mal-Artikolu 30, il-paragrafu 1.

[25] Mibdul parzjalment, mill-Artikolu 19, il-paragrafu 1, il-punt h.

[26] Mibdul, fis-sustanza, mill-Artikolu 16 u l-Artikolu 17.

[27] Minn issa ’l quddiem l-approprjazzjonijiet mhux differenzjati jissejħu AMD

[28] Minn issa ’l quddiem l-approprjazzjonijiet mhux differenzjati jissejħu AMD

[29] Nefqa li ma taqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx ikkonċernat.

[30] Infiq skont l-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

[31] Infiq skont il-Kapitolu xx 01 minbarra l-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05.

[32] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[33] Jistgħu jiżdiedu kolonni addizzjonali jekk ikun hemm bżonn, jiġifieri jekk it-tul tal-azzjoni jiskorri s-sitt snin.

[34] Kif deskritt fit-Taqsima 5.3.

[35] L-ispiża tiegħu MHIJIEX koperta mill-ammont ta’ referenza.

[36] L-ispiża tiegħu MHIJIEX koperta mill-ammont ta’ referenza.

[37] L-ispiża tiegħu hija inkluża fl-ammont ta’ referenza.

[38] Għandha ssir referenza għall-istqarrija finanzjarja leġiżlattiva speċifika għall-Aġenzija/Aġenziji Eżekuttiva/Eżekuttivi kkonċernata/kkonċernati.