52008PC0202

Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill marbuta ma’ reċipjenti sempliċi taħt pressjoni (Verżjoni kkodifikata) /* KUMM/2008/0202 finali - COD 2008/0076 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 17.4.2008

KUMM(2008)202 finali

2008/0076 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

marbuta ma’ reċipjenti sempliċi taħt pressjoni (Verżjoni kkodifikata)

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Fl-isfond ta’ Ewropa għall-poplu, il-Kummissjoni tisħaq li tissimplifika u tiċċara il-liġi tal-Komunita sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli liċ-ċittadin komuni u b’hekk toffrilu aktar opportunitajiet u ċ-ċans li juża d-drittijiet speċifiċi li tagħtih.

Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi b’mod sostanzjali, jibqgħu imferxin bejn l-att oriġinali u atti segwenti li jemendaw l-oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ riċerka mdaqqsa li tqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r-regoli preżenti.

Għalhekk hu essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tal-Komunita tkun ċara u trasparenti.

2. Għalhekk fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att leġislattiv għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, u tenfasizza li din hi kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw li jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anke wara inqas emendi biex jiżguraw li r-regoli tal-Komunita huma ċari u jinftiehmu malajr.

3. Il-Konklużjoni tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) ikkonfermaw dan[2], waqt li saħqu l-importanza tal- kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza għal-liġi applikabbli.

Il-kodifikazzjoni għandha sseħħ skond il-proċedura normali leġislattiva tal-Komunita.

Għalkemm l-ebda bidla sostanzjali ma tista ssir lill-atti li jiġu kkodifikati , il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu permezz ta’ ftehim interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 li jistgħu jużaw proċedura mgħaġġla għall-adozzjoni bikrija ta’ atti ta’ kodifikazzjoni.

4. L-għan ta’ din il-proposta huwa li sseħħ il-kodifikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 87/404/KEE tal-25 ta’ Ġunju 1987 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri marbuta ma’ tankijiet sempliċi ta' pressjoni[3]. Id-Direttiva l-ġdida tissupera lill-atti varji inkorporati fiha[4]; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu ta’ l-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kull ma tagħmel hu li tgħaqqadhom bl-emendi formali biss kif meħtieġ mill-eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu.

5. Il-proposta tal- kodifikazzjoni nħasbet a bażi ta’ konsolidazzjoni preliminarja fl-ilsna kollha uffiċjali tad-Direttiva 87/404/KEE u ta’ l-atti li jemendawha, magħmula mill-Uffiċċju għall-Publikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ data . Fejn l-artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri ġodda u qodma tidher fit-tabella misjuba fl-Anness V tad-Direttiva kkodifikata.

ê 87/404/KEE (adattat)

2008/0076 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

marbuta ma’ reċipjent sempliċi taħt pressjoni (Test b’rilevanza ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA ’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,u b’mod partikolari l-Artikolu Ö 95 Õ tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5],

Mixjin skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 251 tat-Trattat[6]

Billi:

ê

1. Id-Direttiva tal-Kunsill 87/404/KEE tal-25 Ġunju 1987 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri marbuta ma’ tankijiet sempliċi ta' pressjoni[7] ġiet emendata kemm-il darba[8] b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata.

ê 87/404/KEE premessa 1 (adattat)

2. Stati Membri għandhom ir-responsabbiltà li jiżguraw is-sigurtà ta’ persuni, annimali domestiċi u proprjetà fit-territorju tagħhom rigward il-perikli li jirriżultaw mit-tnixxija jew tifqiegħ ta’ Ö reċipjenti sempliċi taħt pressjoni. Õ

ê 87/404/KEE premessa 2 (adattat)

3. F’kull Stat Membru, dispożizzjonijiet mandatorji jiddefinixxu b’mod partikolari l-livell ta’ sigurtà meħtieġa minn Ö reċipjenti sempliċi taħt pressjoni Õ billi jispeċifikaw il-karatteristiċi ta’ disinn u tħaddim, kundizzjonijiet ta’ stallazzjoni u użu u proċeduri ta’ spezzjoni qabel u wara li jitqiegħdu fis-suq. Dawn id-dispożizzjonijiet mandatorji ma jwasslux neċessarjament għal livelli ta’ sigurtà differenti minn Stat Membru għal ieħor iżda, bin-nuqqas ta’ qbil tagħhom, ifixklu l-kummerċ fi ħdan il-Komunità.

ê 87/404/KEE premessa 5 (adattat)

4. Din id-Direttiva għalhekk għandha Ö jkollha Õ biss ħtiġijiet mandatorji u essenzjali. Biex tkun iffaċilitata prova ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali, huwa neċessarju li jkun hemm Ö standards Õ armonizzati fuq livell Ö Komunitarju Õ b’mod partikolari għad-disinn, tħaddim u stallazzjoni ta’ Ö reċipjenti sempliċi taħt pressjoni Õ biex prodotti li huma konformi magħhom jistgħu jitqiesu li huma konformi mal-ħtiġijiet tas-sigurtà. Dawn Ö listandards Õ armonizzati f’livell Ewropew huma mfassla minn korpi privati u għandhom jibqgħu testijiet mhux mandatorji. Għal dak il-għan il-Kumitat Ewropew għal Standardizzazzjoni (CEN) Ö , Õ l-Kumitat Ewropew għal Standardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) Ö u l-Istitut Ewropew ta’ l-Istandards tat-Telekomunikazzjonijiet (ETSI) Õ huma rikonoxxuti bħala l-korpi kompetenti għall-adozzjoni ta’ Ö standards Õ armonizzati bi qbil mal-linji ta’ gwida ġenerali għal koperazzjoni bejn il-Kummissjoni Ö , l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles (EFTA) Õ u dawk Ö it-tlett Õ korpi ffirmati fit- Ö 28 ta’ Marzu 2003[9] Õ.

ê 93/68/KEE Premessi 1, 2 u 3 (adattat)

5. Ö Il-Kunsill diġà adotta serje ta' Direttivi maħsubin sabiex ineħħu l-ostakoli tekniċi għall-kummerċ b'mod konformi mal-prinċipji stabbiliti fir-Risoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Mejju 1985 dwar approċċ ġdid għal armonizzazzjoni u standards tekniċi[10]; billi kull waħda minn dawn id-Direttivi tipprovvdi għat-twaħħil tal-marka "CE". Fil-Kommunikazzjoni tagħha tal-15 ta' Ġunju 1989 dwar approċċ globali għaċ-ċertifikazzjoni u l-ittestjar[11], il-Kummissjoni pproponiet li jsiru regoli komuni li jikkonċernaw immarkjar ta' konformità "CE" b'disinn sempliċi. Fir-Risoluzzjoni tagħha tal-21 ta' Diċembru 1989 dwar approċċ globali għal evalwazzjoni ta' konformità[12], il-Kunsill approva bħala prinċipju ta' gwida l-adozzjoni ta' l-approċċ konsistenti bħal dan fir-rigward ta' l-użu tal-marka "CE". Õ Iż-żewġ elementi bażiċi ta' l-approċċ il-ġdid li għandhom jiġu applikati huma għalhekk il-ħtiġiet essenzjali u l-proċeduri ta' evalwazzjoni tal-konformità.

ê 87/404/KEE (adattat)

è1 93/68/KEE Art. 2 pt. 1

6. Iċċekkjar dwar konformità mal-ħtiġijiet tekniċi relevanti huwa meħtieġ biex tkun provduta protezzjoni effettiva għal konsumaturi u terzi persuni. Il-proċeduri ta’ spezzjoni eżistenti huma differenti minn Stat Membru għal ieħor. Biex ikunu evitati għadd ta’ spezzjonijiet, li fl-effett tagħhom ikunu xkiel għall-moviment liberu ta’ Ö reċipjenti Õ, għandhom isiru arranġamenti għar-rikonoxximent reċiproku ta’ proċeduri ta’ spezzjoni mill-Istati Membri. Biex ikun iffaċilitat r-rikonoxximent reċiproku ta’ proċeduri ta’ spezzjoni, għandhom jiġu stabbiliti proċeduri tal-Komnità u għandhom a l-kriterji biex jinħatru l-korpi responsabbli ħalli jagħmlu t-testijiet, sorveljanza u verifika.

7. Il-preżenza ta' è1 l-immarkar Ö ta’ konformità Õ CE ç Ö fuq reċipjenti sempliċi taħt pressjoni Õ għandha tindika li dan jissodisfa d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u għalhekk ma jkunx hemm għalfejn, meta Ö reċipjent Õ ikun impurtat u mqiegħed għax-xogħol, li jiġu rrepetuti l-ispezzjonijiet li diġà jkunu saru. Minkejja li Ö reċipjenti sempliċi taħt pressjoni Õ jafu jirrappreżentaw perikolu lis-sigurtà. Għandha għalhekk issir dispożizzjoni għal proċedura biex jitnaqqas dan il-periklu.

ê

8. Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness IV, Parti B,

ê 87/404/KEE (adattat)

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

IL-KAPITOLU I

Qasam ta ’ l-applikazzjoni, Ö Definizzjonijiet Õ tqegħid fis-suq u moviment liberu

Artikolu 1

1. Din id-Direttiva tapplika għal Ö reċipjenti sempliċi taħt pressjoni manifatturati f’sensiela. Õ

2. Ir-reċipjenti li ġejjin għandhom ikunu esklużi mill-finijiet tad-Direttiva:

(a) "reċipjenti iddisinjati speċifikament għal użu nukleari, li falliment tagħhom jista’ jikkawża ħruġ ta’ radjuattività;

(b) reċipjenti maħsuba speċifikament għal stallazzjoni f’vapuri u ajruplani jew għall-propulsjoni tagħhom;

(c) apparat għat-tifi tan-nar.

3. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw Ö : Õ

Ö (a) “reċipjent sempliċi taħt pressjoni” Õ jew "reċipjent" ifisser Ö reċipjent Õ iwweldjat soġġett għal pressjoni interna mmarkata li hi aktar minn 0,5 bar li huwa maħsub biex ikollu arja jew nitroġenu u li mhuwiex maħsub li jiġi sparat;

il-partijiet u armar li jikkontribwixxu għas-saħħa Ö tar-reċipjent Õ taħt pressjoni għandhom ikunu magħmula minn azzar mhux imħallat ta’ kwalità jew ta’ aluminju mhux imħallat jew taħlit ta’ aluminju li ma jibbisx biż-żmien;

Ö ir-reċipjent Õ għandu jkun magħmul minn:

(i) jew parti ċilindrika ta’ felli li jdur bħal ċirku magħluq bi truf iddixxjati ’l barra u/jew ċatti li jduru madwar l-istess fus li miegħu ddur il-parti ċilindrika;

(ii) jew żewġt itruf iddixxjati li jduru madwar l-istess fus ;

il-pressjoni massima Ö operattiva r-tar-reċipjent Õ ma għandhiex taqbeż 30 bar u l-prodott ta’ dik il-pressjoni u l-kapaċità Ö tar-reċipjent Õ (PS u V) ma għandhiex taqbeż 10 000 bar/litru;

it-temperatura minima operattiva ma għandhiex tkun anqas minn -50 °C taħt iż-żero u t-temperatura massima operattiva ma għandhiex tkun ogħla minn 300 °C għal Ö reċipjenti Õ ta’ l-azzar u 100 °C għal Ö reċipjenti Õ ta’ aluminju jew ta’ aluminju mħallat.

ê 87/404/KEE premessa 5, ħames sentenza (adattat)

(b) Ö “ Õ norma armonizzata Ö ” Õ tfisser speċifikazzjoni teknika (standard Ewropew jew dokument ta’ armonizzazzjoni) adottata Ö mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC), jew l-Istitut Ewropew ta’ l-Istandards tat-Telekomunikazzjonijiet (ETSI) jew tnejn minn dawn il-korpi, jew mit-tlieta li huma, Õ fuq proposta mill-Kummissjoni bi qbil mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[13] u l-linji ta’ gwida ġenerali Ö għal koperazzjoni bejn il Kummissjoni, l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles (EFTA) u dawn it-tlett korpi ffirmati fit-28 ta’ Marzu 2003. Õ

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa kollha biex jiżguraw li Ö r-reċipjenti Õ jistgħu jitqiegħdu fis-suq u jiddaħħlu fis-servizz biss jekk ma jikkompromettux is-sigurtà ta’ persuni, annimali domestiċi jew proprjetà meta stallati Ö , Õ ssir manutenzjoni fuqhom u meta wżati għall-finijiet li għalihom huma maħsuba.

2. Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva ma għandhomx jaffettwawx id-dritt ta’ Stati Membri li jispeċifikaw - b’osservanza xierqa tat-Trattat - il-ħtiġijiet li huma jaħsbu li huma meħtieġa biex jiżguraw li l-ħaddiema jkunu protetti meta jkunu qegħdin jużaw Ö ireċipjenti Õ, sakemm dan ma jfissirx li Ö r-reċipjent Õ jkunu modifikati b’mod li m’huwiex speċifikat f’din id-Direttiva.

Artikolu 3

1. Ö Reċipjenti Õ li l-prodott ta’ PS u V tagħhom jaqbeż il-50 bar/litru għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ sigurtà essenzjali mfissra f’Anness I.

ê 87/404/KEE (adattat)

è1 93/68/KEE Art. 2, pt. 1

2. Ö Reċipjenti Õ li l-prodott PS u V tagħhom huwa 50 bar/litru jew anqas għandhom ikunu manifatturati bi qbil ma’ prattika soda ta’ inġinerija f’wieħed mill-Istati Membri u li jkollhom il-marki kif stabbilit Ö fl- Õ Anness II Ö , punt 1 Õ, bl-eċċezzjoni ta' è1 l-immarkar Ö ta’ konformità Õ CE ç li għalihom jirreferi Artikolu 16.

ê 87/404/KEE (adattat)

Artikolu 4

L-Istati Membri ma għandhomx ifixklu t-tqegħid fis-suq jew dħul fis-servizz fit-territorju tagħhom Ö ta’ reċipjenti Õ li jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 5

ê 93/68/KEE Art. 2, pt. 2 (adattat)

1. L-Istati Membri għandhom jassumu li reċipjenti li għandhom l-immarkar Ö ta’ konformità Õ CE jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet kollha ta’ din id-Direttiva.

Il-konformità tar-reċipjenti ma’ l-istandards nazzjonali jibdlu l-istandards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fi preżunzjoni ta’ konformità mal-ħtiġiet essenzjali tas-sigurtà Ö stabbiliti Õ fl-Ö Anness I Õ.

L-Istati Membri għandhom jippublikaw in-numri ta’ referenza ta’ dawn l-istandards nazzjonali.

ê 87/404/KEE (adattat)

è1 93/68/KEE Art. 2, pt. 1

2. Stati Membri għandhom jippreżumu li reċipjenti li għalihom ma jeżistux l-istandards Ö msemmijin fit-tieni subpargarafu tal-paragrafu 1, jew Õ fejn il-manifattur ma applikax għalihom, jew applika biss parzjalment, Ö dawk Õ l-istandards, jikkonformaw mal-ħtiġijiet Ö essenzjali ta’ sigurtà stabbiliti fl-Anness I Õ fejn, wara li jkun inkiseb ċertifikat ta’ eżami tat-tip KE, il-konformità tagħhom mal-mudell approvat tkun ġiet ċertifikata bit-twaħħil ta' è1 l-immarkar Ö ta’ konformità Õ CE ç.

ê 93/68/KEE Art. 2, pt. 3 (adattat)

3. Fejn ir-reċipjenti huma soġġetti għal Direttivi oħra li jkopru aspetti oħra u li jipprovdu wkoll għat-twaħħil ta’ l-immarkar Ö ta’ konformità Õ CE, dan ta’ l-aħħar għandu jindika li r-reċipjenti in kwistjoni huma preżunti li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ dawk id-Direttivi l-oħra.

Iżda, fejn waħda jew aktar minn dawn id-Direttivi jippermettu lill-manifattur, waqt perjodu ta’ transizzjoni, li jagħżel liema arranġamenti japplika, l-immarkar Ö ta’ konformità Õ CE għandu jindika konformità mad-Direttivi applikati mill-manifattur biss. F’dan il-każ, id-dettalji tad-Direttivi applikati, kif ippubblikat fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea , għandhom jingħataw fid-dokumenti, notifiki jew struzzjonijiet meħtieġa mid-Direttivi u li jakkumpanjaw lil dawn ir-reċipjenti.

ê 87/404/KEE (adattat)

è1 93/68/KEE Art. 2, pt 1

Artikolu 6

Fejn Stat Membru jew il-Kummissjoni jikkunsidraw Ö - li l-istandards Õ armonizzati msemmija fl-Artikolu 5(1) ma jilħqux kompletament il-ħtiġijiet essenzjali Ö ta’ sigurtà Õ stabbiliti Ö fl-Anness I Õ, il-Kummissjoni jew l-Istat Membru konċernat għandu jieħu l-każ quddiem il-Kumitat Permanenti stabbilit skond Ö l-Artikolu 5 Õ tad-Direttiva 98/34/KE, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-kumitat”, u jagħti r-raġunijiet ta’ dan.

Il-Kumitat għandu jagħti opinjoni mingħajr dewmien.

Fid-dawl ta’ l-opinjoni tal-kumitat, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri jekk huwiex meħtieġ jew le li jkunu rtirati dawk Ö l-istandards Õ mill-pubblikazzjonijiet, Ö msemmija fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu Õ 5(1).

Artikolu 7

1. Fejn Stat Membru jsib li reċipjenti li fihom è1 l-immarkar CE ç u li huma wżati bi qbil ma’ l-għan maħsub għalihom jafu jikkompromettu s-sigurtà ta’ persuni, annimali domestiċi jew proprjetà, huwa għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jirtira dawk il-prodotti mis-suq jew biex jipprojbixxi jew jirristrinġi t-tqegħid tagħhom fis-suq.

L-Istat Membru konċernat għandu jinforma minnufih lill-Kummissjoni dwar kull miżura bħal din, jindika r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu, u b’mod partikolari jekk in-nuqqas ta’ konformità hijiex dovuta għal:

(a) falliment biex jintlaħqu l-ħtiġijiet essenzjali Ö ta’ sigurtà Õstabbiliti Ö fl-Anness I Õ, fejn ir-reċipjent ma jilħaqx l-istandards Ö armonizzati Õ;

(b) applikazzjoni li m’hijiex korretta ta' l-istandards Ö armonizzati Õ;

(c) nuqqasijiet fl-istandards Ö armonizzati Õ infushom.

ê 87/404/KEE

2. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-partijiet konċernati kemm jista’ jkun malajr. Fejn, wara konsultazzjoni bħal din, il-Kummissjoni ssib li kull miżura li għaliha jirreferi l-paragrafu 1 tkun ġustifikata, hi għandha tinforma minnufih lill-Istat Membru li jkun ħa l-azzjoni kif ukoll lill-Istati Membri l-oħra.

ê 87/404/KEE (adattat)

è1 93/68/KEE Art. 2, pt. 1

Fejn id-deċiżjoni li għaliha jirreferi l-paragrafu 1 tattribwixxi għal nuqqasijiet fl-istandards, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-partijiet konċernati, għandha ġġib il-każ quddiem il-Kumitat fi żmien xahrejn jekk l-Istat Membru li ħa l-miżuri jixtieq iżommhom u għandha Ö tapplika l-proċedura msemmija Õ fl-Artikolu 6.

3. Fejn Ö reċipjent Õ li ma jikkonformax ikollu è1 l-immarkar CE ç, l-Istat Membru kompetenti għandu jieħu passi xierqa kontra kull min ikun waħħal il-marka Ö CE Õ u għandu jinforma lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra dwar dan.

4. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Istati Membri jinżammu informati dwar il-progress u riżultati Ö tal Õ-proċedura Ö msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 Õ.

ê 87/404/KEE

KAPITOLU II

Ċertifikazzjoni

TAQSIMA 1

PROċEDURI TA' ĊERTIFIKAZZJONI

ê 87/404/KEE (adattat)

Artikolu 8

1. Qabel ma tibda l-produzzjoni ta’ reċipjenti taħt pressjoni li l-prodotti PS u V tagħhom tkun taqbeż 50 bar/litru, manifatturati skond l-istandards Ö armonizzati Õ msemmija fl-Artikolu 5(1), il-manifattur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità, għandu bl-għażla tiegħu jew:

(a) jinforma korp approvat ta’ spezzjoni kif jirreferi għalih Artikolu 9, li wara li jeżamina d-disinn u l-iskeda tal-manifattura stabbiliti fl-Anness II punt 3, għandu jipprepara ċertifikat ta’ suffiċjenza li jafferma li l-iskeda hija sodisfaċenti, jew

(b) Ö jissottometti reċipjent Õ prototip għall-eżami tat-tip KE li għalih jirreferi Artikolu 10;

2. Ö Qabel ma sseħħ il-produzzjoni ta' reċipjenti taħt pressjoni li l-prodotti PS u V tagħhom tkun taqbeż 50 bar/litru, mhux manifatturati Õ, jew manifatturati biss parzjalmemt, skond l-istandards Ö armonizzati Õ msemmija fl-Artikolu 5(1), il-manifattur, jew ir-rappreżentat awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità, għandu jissottometti reċipjent prototip għall-eżami tat-tip KE li għalih jirreferi Artikolu 10.

3. Ö Reċipjenti Õ manifatturati bi qbil Ö ma' l-istandards armonizzati Õ msemmija fl-Artikolu 5(1), jew bil-prototip approvat għandhom, qabel ma jitqiegħdu fis-suq, ikunu soġġetti:

(a) għall-verifika KE li għaliha jirreferi Artikolu 11 fejn il-prodotti ta’ PS u V jaqbżu 3 000 bar/litru:

(b) għall-għażla tal-manifattur, fejn il-prodotti ta’ PS u V ma jaqbżux 3 000 bar/litru imma jaqbżu 50 bar/litru:

(i) jew għad-dikjarazzjoni ta’ konformità KE li għaliha jirreferi Artikolu 12, jew

(ii) għall-verifika KE li għaliha jirreferi Artikolu 11.

4. Ir-reġistri, u korrispondenza marbuta mal-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni li għalihom jirreferu l-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom jinkitbu bl-ilsien uffiċjali ta’ l-Istat Membru li fih ikun stabbilit il-korp Ö ta’ spezzjoni Õ approvat jew b’ilsien aċċettat minn dak il-korp.

Artikolu 9

ê 93/68/KEE Art. 2, pt. 4 (adattat)

1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-korpi Ö ta’ spezzjoni Õ approvati li nnominaw sabiex jesegwixxu l-proċeduri li saret referenza għalihom fl-Artikolu 8(1), (2) u (3) flimkien max-xogħlijiet speċifiċi li dawn il-korpi ġew nominati li jesegwixxu u n-numri ta’ identifikazzjoni assenjati lilhom minn qabel mill-Kummissjoni.

ê 93/68/KEE Art. 2, pt. 4

Il-Kummissjoni għandha tippubblika fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea lista tal-korpi notifikati flimkien man-numri ta’ identifikazzjoni tagħhom u x-xogħlijiet li għalihom ġew notifikati. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li din il-lista tinżamm aġġornata.

ê 87/404/KEE (adattat)

2. Anness III jelenka l-kriterji minimi li Stati Membri għandhom jilħqu b’rigward għall-approvazzjoni Ö tal-korpi Õ Ö li għalihom jirreferi paragrafu 1 Õ.

3. Stat Membru li jkun approva korp Ö ta’spezzjoni Õ għandu jirtira l-approvazzjoni jekk jinduna li l-korp m’għadux jilħaq il-kriterji Ö stabbiliti Õ f’Anness III.

Huwa għandu immedjatament jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar dan.

Ö TAQSIMA 2 Õ

EżAMI TAT-TIP KE

ARTIKOLU 10

1. L-eżami tat-tip KE hija l-proċedura li biha korp approvat ta’ spezzjoni jaċċerta u jiċċertifika li Ö reċipjent Õ prototip jissodisfa d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li japplikaw għalih.

2. L-applikazzjoni għal eżami tat-tip KE għandha ssir mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat minnu ma’ korp approvat ta’ spezzjoni wieħed rigward Ö reċipjent Õ prototip jew prototip li jirrappreżenta familja ta’ Ö reċipjenti. Õ Dak ir-rappreżentant awtorizzat għandu jkun stabbilit fil-Komunità.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

(a) l-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat minnu u l-post ta’ manifattura Ö tar-reċipjent Õ;

(b) l-iskeda tad-disinn u l-manifattura msemmija fl-Anness II, punt 3.

Hija għandha tkun akkumpanjata minn Ö reċipjent Õ li jkun rappreżentattiv tal-produzzjoni preveduta.

3. Il-korp Ö ta’ spezzjoni Õ approvat għandu jagħmel l-eżami tat-tip KE fil-manjiera deskritta Ö fit-tieni u t-tielet subparagrafu Õ.

Huwa għandu jeżamina mhux biss l-iskeda tad-disinn u l-manifattura biex jiċċekkja l-konformità tiegħu, iżda wkoll Ö - ir-reċipjent Õ sottomess.

Meta jeżamina Ö r-reċipjent Õ, il-korp għandu:

(a) jivverifika li r-reċipjent ġie mmanifatturat b’mod konformi ma’ l-iskeda tad-disinn u manifattura u li jista’ jintuża b’mod sigur fil-kundizzjonijiet tax-xogħol maħsuba għalih;

(b) jagħmel eżamijiet u testijiet xierqa biex jiċċekkja li Ö r-reċipjent Õ huwa konformi mal-ħtiġijiet essenzjali applikabbli għalih.

4. Jekk il-prototip huwa konformi mad-dispożizzjonijiet applikabbli għalih il-korp Ö ta’ spezzjoni Õ approvat għandu jipprepara ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip KE li għandu jintbagħat lill-applikant. Dak iċ-ċertifikat għandu jiddikjara l-konklużjonijiet ta’ l-eżami, jindika xi kundizzjonijiet li għalihom tista’ tkun soġġetta l-pubblikazzjoni tiegħu u jkun akkumpanjat mid-deskrizzjonijiet u tpinġijiet meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-prototip approvat.

Il-Kummissjoni, il-korpi Ö ta’ spezzjoni Õ approvati l-oħra u l-Istati Membri l-oħra jistgħu jiksbu kopja taċ-ċertifikat u, b’talba raġunata, kopja ta’ l-iskeda tad-disinn u manifattura u r-rapporti dwar l-eżamijiet u t-testijiet li jkunu saru.

5. Korp Ö ta’ spezzjoni approvat Õ li jirrifjuta li joħroġ ċertifikat ta’ eżami tat-tip KE għandu jinforma lill-korpi Ö ta’ spezzjoni Õ approvati l-oħra dwar dan.

Korp Ö ta’ spezzjoni approvat Õ li jirtira ċertifikat ta’ eżami tat-tip KE Ö għandu Õ jinforma dwar dan lill-Istat Membru li jkun approvah. Dan ta’ l-aħħar għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar dan, u jagħti r-raġunijiet li wasslu għad-deċiżjoni.

ê 93/68/KEE Art. 2, pt. 5 (adattat)

Ö TAQSIMA 3 Õ

VERIFIKA TAL-KE

Artikolu 11

1. Il-verifika tal-KE hija l-proċedura li biha manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità jiżgura u jiddikjara li r-reċipjenti li ġew ikkontrollati b’mod konformi mal-paragrafu 3 huma f’konformità mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip KE jew ma’ l-iskeda ta’ disinn u manifattura stabbilita fl-Anness II punt 3 b’riċevuta ta’ ċertifikat ta’ suffiċjenza.

2. Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri meħtieġa kollha għall-proċess ta’ manifattura sabiex jiżgura li r-reċipjenti kollha jikkonformaw mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip KE jew għall-iskeda ta’ disinn u manifattura stabbilita Ö fl-Anness II punt 3 Õ. Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità għandu jwaħħal il-marka CE fuq kull reċipjent u għandu jifformola dikjarazzjoni ta’ konformità.

3. Il-korp Ö ta’ spezzjoni Õ approvat għandu jesegwixxi l-eżamijiet u testijiet xierqa sabiex jikkontrolla l-konformità tar-reċipjenti mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva permezz ta’ eżami u ttestjar tar-reċipjenti b’mod konformi mat-tieni sa' l-għaxar subparagrafi:

Il-manifattur għandu jippreżenta r-reċipjenti tiegħu fil-forma ta’ lottijiet u għandu jieħu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex il-proċess ta’ manifattura jiżgura l-uniformità ta’ kull lott prodott;

Dawn il-lottijiet għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikat ta’ eżami tat-tip KE imsemmi fl-Artikolu 10, jew, jekk ir-reċipjenti ma jkunux immanifatturati b’mod konformi ma prototip approvat, mill-iskeda ta’ disinn u manifatturar stabbiliti fl-Anness II punt 3. F’dan il-każ il-korp Ö ta’ spezzjoni Õ approvat għandu, qabel il-verifika KE, jeżamina l-iskeda sabiex jiċċertifika l-konformità tagħha;

Meta lott jiġi eżaminat, il-korp ta’ spezzjoni Ö approvat Õ għandu jiżgura li r-reċipjenti ġew manifatturati u kkontrollati b’mod konformi ma’ l-iskeda ta’ disinn u manifatturar u għandu jagħmel test idrostatiku jew, test pnewmatiku ta’ effett ekwivalenti fuq kull reċipjent fin-numru ta’ reċipjenti bi pressjoni Ph ugwali għal darba u nofs tal-pressjoni ddisinnjata għar-reċipjent sabiex jiġi kkontrollat l-istat tajjeb tiegħu. It-test pnewmatiku għandu jkun soġġett għall-aċċettazzjoni tal-proċeduri tas-sigurtà tat-testijiet mill-Istat Membru li fih isir it-test.

Barra minn hekk, il-korp ta’ spezzjoni Ö approvat Õ għandu jwettaq testijiet fuq biċċiet għat-test meħudin minn biċċa għat-test tal-produzzjoni rappreżentattiva jew minn reċipjent, kif jagħżel il-manifattur, sabiex tiġi eżaminata l-kwalità ta’ l-iwweldjar. It-testijiet għandhom isiru fuq weldjaturi lonġitudinali. Iżda, fejn jintużaw tekniki differenti ta’ wweldjar għal weldjaturi lonġitudinali u ċirkulari, it-testijiet għandhom jerġgħu jsiru fuq il-weldjaturi ċirkulari.

Għar-reċipjenti msemmija fl-Anness I punt 2.1.2 dawn it-testijiet fuq biċċiet għat-test għandhom jinbidlu b’test idrostatiku fuq ħames reċipjenti meħudin b’mod każwali minn kull numru ta’ reċipjenti, sabiex jiġi kkontrollat li jikkonformaw mal-ħtiġiet Ö essenzjali ta' sigurtà stabbiliti Õ stabbiliti fl-Anness I punt 2.1.2;

Fil-każ ta’ lottijiet aċċettati, il-korp Ö ta’ spezzjoni Õ approvat għandu jwaħħal, jew iqabbad lil min iwaħħal, in-numru ta’ identifikazzjoni fuq kull prodott reċipjent u għandu jifformola ċertifikat ta’ konformità bil-miktub dwar it-testijiet imwettqa. Ir-reċipjenti kollha fil-lott jistgħu jitqiegħdu fis-suq għajr dawk li m’għaddewx b’mod sodisfaċenti minn test idrostatiku jew test pnewmatiku.

Jekk lott jiġi rifjutat, il-korp Ö ta’ spezzjoni approvat Õ għandu jieħu miżuri xierqa sabiex jimpedixxu t-tqegħid fis-suq ta’ dak il-lott. Fl-eventwalità ta’ rifjut b’mod frekwenti tal-lottijiet, il-korp Ö ta’ spezzjoni approvat Õ jista’ jissospendi l-verifika ta’ l-istatistika.

Il-manifattur jista’, taħt ir-responsabbilità tal-korp Ö ta’ spezzjoni approvat Õ, iwaħħal in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan ta’ l-aħħar waqt il-proċess ta’ manifattura;

Il-manifattur jew ir-rappreżentat awtorizzat tiegħu għandu jkun jista’ jforni fuq talba, iċ-ċertifikati ta’ konformità tal-korp Ö ta’ spezzjoni Õapprovat li saret referenza għalihom fis-seba' subparagrafu.

ê 87/404/KEE (adattat)

Ö TAQSIMA 4 Õ

DIKJARAZZJONI TA’ KONFORMITÀ KE

ARTIKOLU 12

ê 93/68/KEE Art. 2, pt. 6

1. Manifattur li jissodisfa l-obbligi li jqumu mill-Artikolu 13 għandu jwaħħal l-immarkar CE li hemm provdut għalih fl-Artikolu 16 fuq ir-reċipjenti li jiddikjara li huma f’konformità:

(a) ma’ l-iskeda ta’ disinn u manifattura stabbilita fl-Anness II, punt 3, u li fuqha ġie ppreparat ċertifikat ta’ adegwatezza jew

(b) prototip approvat.

ê 87/404/KEE

2. B’din id-dikjarazzjoni ta’ proċedura ta’ konformità KE l-manifattur jiġi soġġett għal sorveljanza KE, f’każi fejn il-prodott ta’ PS u V jaqbeż 200 bar/litru.

ê 87/404/KEE (adattat)

L-iskop tas-sorveljanza KE hija biex ikun żgurat, kif meħtieġ b’Artikolu 14(2), li l-manifattur jissodisfa l-obbligi li joħorġu minn Artikolu 13(2). Sorveljanza għandha ssir mill-korp Ö ta’ spezzjoni Õ approvat li jkun ħareġ iċ-ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip KE li għalih jirreferi Ö l-ewwel subparagrafu ta' l-Õ Artikolu 10 Ö (4) Õ, fejn ir-reċipjenti kienu ġew manifatturati bi qbil ma’ prototip approvat jew, jekk dan ma jkunx il-każ, mill-korp approvat li lilu tkun intbagħtet l-iskeda tad-disinn u manifattura bi qbil ma’ Artikolu 8(1), punt (a).

Artikolu 13

1. Fejn manifattur juża l-proċedura li għaliha jirreferi Artikolu 12, huwa għandu, qabel jibda l-manifattura, jibgħat lill-korp Ö ta’ spezzjoni Õ approvat li jkun ħareġ iċ-ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip KE jew iċ-ċertifikat ta’ suffiċjenza, dokument li jiddeskrivi l-proċessi tal-manifattura u l-miżuri sistematiċi deċiżi minn qabel meħuda biex tkun żgurata konformità tar-reċipjenti taħt pressjoni ma' standards li għalihom jirreferi l-Artikolu 5(1) jew il-prototip approvat.

2. Dan id-dokument għandu jinkludi:

(a) deskrizzjoni tal-mezz ta’ manifattura u ċċekkjar xieraq għall-kostruzzjoni tar-reċipjent;

(b) dokument ta’ spezzjoni li jiddeskrivi l-eżamijiet u testijiet xierqa li għandhom isiru waqt il-manifattura, flimkien mal-proċeduri ta’ dawn u l-frekwenza li bihom għandhom isiru;

(c) impenn li jsiru l-eżamijiet u testijiet bi qbil mad-dokument ta’ spezzjoni msemmi f'punt (b) u li jsir test idrostatiku jew, soġġett għall-ftehim ta’ l-Istat Membru, test pnewmatiku esegwit fuq kull Ö reċipjent Õ manifatturat bi pressjoni tat-test ugwali għal darba u nofs il-pressjoni tad-disinn.

Dawn l-eżamijiet u testijiet għandhom isiru bir-responsibbilità ta’ ħaddiema kwalifikati li jkunu indipendenti biżżejjed minn nies impjegati tal-produzzjoni, u għandhom ikunu koperti b’rapport;

(d) l-indirizzi tal-postijiet ta’ manifattura u ħażna u d-data li fiha għandha tibda l-manifattura.

3. Meta l-prodott ta’ PS u V jaqbeż 200 bar/litru, il-manifatturi għandhom jawtorizzaw aċċess għall-imsemmijin postijiet ta’ manifattura u ħażna mill-korp responsabbli għal sorveljanza KE, għal finijiet ta’ spezzjoni, u għandhom jippermettu lil dak il-korp li jagħżel kampjuni ta’ Ö reċipjent Õ u għandhom jipprovduh bl-informazzjoni meħtieġa kollha, u b’mod partikolari:

(a) l-iskeda ta’ disinn u manifattura;

(b) ir-rapport ta’ spezzjoni;

(ċ) iċ-ċertifikat tat-tip KE jew ċertifikat ta’ suffiċjenza, fejn xieraq;

(d) rapport dwar l-eżamijiet u testijiet li saru.

Artikolu 14

Il-korp Ö ta’ spezzjoni Õ approvat li jkun ħareġ iċ-ċertifikat tat-tip KE jew iċ-ċertifikat ta’ suffiċjenza għandu, qabel id-data li tibda kull manifattura, jeżamina sew id-dokument li għalih jirreferi Artikolu 13(1) u sew l-iskeda ta’ disinn u manifattura stabbiiti fl-Anness II, punt 3, biex tkun iċċertifikata l-konformità tagħhom fejn Ö reċipjenti Õ ma jkunux manifatturati bi qbil mal-prototip approvat.

Ö Barra minn dan. Õ fejn il-prodott ta’ PS u V jaqbeż 200 bar/litru, dak il-korp Ö ta’ spezzjoni approvat Õ għandu waqt il-manifattura:

(a) jiżgura li l-manifattur effettivament jiċċekkja Ö reċipjenti Õ prodotti f’sensiela bi qbil ma’ l-Artikolu 13(2) Ö , Õ punt (c);

(b) jieħu kampjuni bl-addoċċ fil-postijiet ta’ manifattura jew fil-post ta’ ħażna ta’ Ö reċipjenti Õ għal finijiet ta’ spezzjoni.

Il-korp Ö ta’ spezzjoni approvat Õ għandu jissupplixxi kopja tar-rapport ta’ spezzjoni lill-Istat Membru li approvaha, u, b’talba, lill-korpi Ö ta’ spezzjoni Õ approvati l-oħra, l-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

IL-KAPITOLU III

ê 93/68/KEE Art. 2, pt. 1 (adattat)

L-immarkar Ö ta’konformità Õ CE Ö u skrizzjonijiet Õ

ê 93/68/KEE Art. 2, pt. 7 (adattat)

Artikolu 15

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7:

(a) fejn Stat Membru jistabbilixxi li l-marka Ö ta’ konformità Õ CE ġiet imwaħħla bla raġuni, il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità għandu jkun obbligat li jagħmel il-prodott konformi mad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-immarkar Ö ta’ konformità Õ CE u li jwaqqaf il-ksur tar-regolament taħt il-kondizzjonijiet imposti mill-Istat Membru;

(b) fejn in-nuqqas ta’ konformità tkompli, l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex jirristrinġi jew jipprojbixxi t-tqegħid fuq is-suq tal-prodott in kwistjoni jew li jiżgura li jitneħħa mis-suq b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7.

ê 87/404/KEE (adattat)

è1 93/68/KEE Art. 2, pt. 1

Artikolu 16

1. è1 L-immarkar Ö ta’ konformità Õ CE ç u l-iskrizzjonijiet li hemm provdut għalihom f’Anness II, punt 1, għandhom jitwaħħlu b’mod viżibbli, li jinqraw faċilment u f’forma li ma titħassarx Ö mar-reċipjent Õ jew fuq pjanċa ta’ informazzjoni mwaħħla Ö mar-reċipjent Õ b’mod li ma tistax tinqala’.

ê 93/68/KEE Art. 2, pt. 8 (adattat)

L-immarkar ta’ konformità CE għandu jkun magħmul mill-inizjali “CE” fil-forma murija fil-kampjun fl-Anness II, Ö punt 1.1 Õ. L-immarkar Ö ta’ konformità Õ CE għandu jkun segwit min-numru Ö ta’ identifikazzjoni Õ li hemm referenza għalih fl-Artikolu 9(1) tal-korp ta’ spezzjoni approvat responsabbli mill-verifiki tal-KE jew mis-sorveljanza tal-KE.

ê 93/68/KEE Art 2, pt. 9 (adattat)

2. It-twaħħil ta’ marki fuq ir-reċipjenti li jafu jqarrqu b’terzi persuni fejn jidħol it-tifsir u l-forma ta’ l-immarkar Ö ta’ konformità Õ CE għandu jiġi projbit. Tista’ titwaħħal kull marka oħra mar-reċipjenti jew mal-pjanċa tad- data sakemm il-visibilità u l-leġibilità ta’ l-immarkar Ö ta’ konformità Õ CE ma jkunx b’hekk imnaqqsa.

ê 87/404/KEE (adattat)

IL-KAPITOLU IV

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 17

Kull deċiżjoni meħuda skond din id-Direttiva u li tirriżulta f’restrizzjonijiet dwar it-tqegħid fis-suq u/jew it-teħid fis-servizz ta’ Ö reċipjent Õ għandha tiddikjara r-raġunijiet eżatti dwar fuqhiex inhi bbażata. Deċiżjoni bħal din għandha tkun innotifikata mingħajr dewmien lill-parti konċernata, li fl-istess ħin għandha tkun infurmata dwar ir-rimedji ġudizzjali disponibbli lilu fil-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat u dwar il-limiti taż-żmien li għalihom huma soġġetti dawn ir-rimedji.

Artikolu 18

L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet Ö essenzjali Õ tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

ê

Artikolu 19

`Id-Direttiva 87/404/KEE, kif emendata mid-Direttivi mniżżla fl-Anness IV, Parti A, hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness IV, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness V.

Artiko lu 20

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

ê 87/404/KEE

Artikolu 21

Din id-Direttiva hi ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ê 87/404/KEE (adattat)

ANNESS I

Ö EżIġENZI TA’ SIGURTÀ ESSENZJALI Õ

Ö (Msemmija fl-Artikolu 3(1)) Õ

1. MATERJALI

Il-materjali għandhom jintgħażlu skond l-użu maħsub Ö tar-reċipjent Õ u bi qbil ma’ punti 1.1 sa 1.4.

1.1. Partijiet taħt pressjoni

Il-materjali li għalihom jirreferi Artikolu 1 li huma wżati għall-manifattura tal-partijiet taħt pressjoni għandhom ikunu:

(a) kapaċi li jiġu wweldjati;

(b) duttili u b’saħħithom, biex xi ksur b’temperatura minima operattiva ma tippermettix tfarrik jew ksur tat-tip fraġli;

(c) m’huwiex affettwat avversament biż-żmien.

Għal Ö reċipjenti ta’ l-azzar, il-materjali għandhom ukoll jilħqu l-ħtiġijiet imniżżla fil-punt 1.1.1 u, għal reċipjenti Õ ta’ l-aluminju jew ta’ aluminju mħallat, dawk stabbiliti fil-punt 1.1.2.

Huma għandhom ikunu akkumpanjati minn karta ta’ spezzjoni ppreparata mill-produttur tal-materjali kif deskritt f’Anness II.

1.1.1. Ö Reċipjenti Õ ta’ l-azzar

Azzar mhux imħallat ta’ kwalità għandu jilħaq il-ħtiġijet li ġejjin:

(a) huwa ma għandux ikun effervexxenti u jkun fornut wara trattament ta’ normalizzazzjoni, jew fi stat ekwivalenti;

(b) il-kontenut ta’ karbonju għal kull prodott għandu jkun inqas minn 0,25 % u dak ta’ kubrit u fosfru għandu jkun anqas minn 0,05 % f’kull każ;

(ċ) huma għandu jkollhom il-kwalitajiet mekkaniċi li ġejjin għal kull prodott:

- ta’ tensjoni massima Rm,mass għandha tkun anqas minn 580 N/mm2,

- wara l-ksur għandu jkun:

- il-biċċiet tat-test jittieħdu paralleli għad-direzzjoni ta’ l-irrumblar:

ħxuna ≥ 3 mm: | A | ≥ 22 %, |

ħxuna < 3 mm: | A80 mm | ≥ 17 %, |

- il-biċċiet tat-test jittieħdu perpendikolari għad-direzzjoni ta’ l-irrumblar:

ħxuna ≥ 3 mm: | A | ≥ 20 %, |

ħxuna < 3 mm: | A80mm | ≥ 15 % |

- il-medja ta’ telf ta’ enerġija KCV għal tliet biċċiet tat-test lonġitudinali f’temperatura minima operattiva ma għandhiex tkun anqas minn 35 J/ċm2. Mhux aktar minn wieħed mit-tliet ċifri ma tista’ tkun anqas minn 35 J/ċm2, b’minimu ta’ 25 J/ċm2.

Fil-każ ta’ azzar użat fil-manifattura ta’ Ö reċipjenti Õ li t-temperatura minima operattiva tagħhom tkun anqas minn − 10 oC u li l-ħxuna tal-ħitan tagħhom ma taqbiżx ħames mm, din il-kwalità għandha tkun iċċekkjata.

1.1.2. Ö Reċipjenti Õ ta’ l-aluminju

Aluminju mhux imħallat għandu jkollu kontenut ta’ aluminju ta’ mill-anqas 99,5 % u dawk it-taħlitiet deskritti f’Artikolu 1(3)(a) għandhom juru reżistenza adegwata għall-korrożjoni interkristallina f’temperatura massima operattiva.

Aktar minn hekk, dawn il-materjali għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet li ġejjin:

(a) huma għandhom jiġu fornuti fi stat temprat; u

(b) għandu jkollhom il-kwalitajiet mekkaniċi li ġejjin għal kull prodott:

- is-saħħa massima ta’ tensjoni Rm,mass m’għandhiex tkun aktar minn 350 N/mm2,

- it-titwil wara l-ksur għandu jkun:

- A ≥ 16 % jekk il-biċċa għat-test hija meħuda paralleli għad-direzzjoni ta’ l-irrumblar,

- A ≥ 14 % jekk il-biċċa għat-test hija meħuda perpendikolari għad-direzzjoni ta’ l-irrumblar.

1.2. Materjali għall-iwweldjar

Il-materjali għall-iwweldjar użati biex ikunu manifatturati l-weldjaturi fuq jew Ö tar-reċipjent Õ għandhom ikunu xierqa għal u kompatibbli mal-materjali li se jkunu jiġu wweldjati.

1.3. Aċċessorji li jikkontribwixxu għas-saħħa tar-reċjipjent

Dawn l-aċċessorji (eż boltijiet u skorfini) għandhom ikunu magħmula minn materjal speċifikat f’1.1 jew ta’ tipi oħra ta’ azzar, aluminju jew aluminju mħallat kompatibbli mal-materjali wżati għall-manifattura ta’ partijiet taħt pressjoni.

Dawn il-materjali għandhom ikollhom titwil xieraq wara ksur u saħħa f’temperatura minima operattiva.

1.4. Partijiet li ma humiex taħt pressjoni

Il-partijiet kollha Ö tar-reċipjenti Õ wweldjali li ma humiex taħt pressjoni għandhom ikunu ta’ materjali li huma kompatibbli ma’ dak tal-komponenti li magħhom huma wweldjati.

2. DISINN Ö TAR-REĊIPJENT Õ

IL-MANIFATTUR GħANDU, META Ö jiddisinja r-reċipjent Õ, jiddefinixxi l-użu li għalih se jkun soġġett, u jagħżel:

(a) it-temperatura minima operattiva Tmin;

(b) it-temperatura massima operattiva Tmass;

(c) il-pressjoni massima operattiva PS.

Iżda, jekk tingħażel temperatura minima operattiva li taqbeż -10oC, il-kwalitajiet meħtieġa mill-materjali għandhom ikunu sodisfatti f’temperatura ta’ − 10oC.

Il-manifattur għandu jinnota wkoll id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

- għandu jkun possibbli li jkun spezzjonat il-ġewwieni Ö tar-reċipjenti Õ,

- għandu jkun possibbli li jitbattlu Ö r-reċipjenti Õ,

- il-kwalitajiet mekkaniċi għandhom jinżammu għat-tul kollu tal-perjodu ta’ l-użu tar- Ö reċipjent Õ għall-iskop maħsub,

- Ö ir-reċipjenti Õ għandhom, bil-ħsieb ta’ l-użu preskritt tagħhom, ikunu protetti b’mod suffiċjenti kontra l-korrożjoni,

u l-fatt li fil-kundizzjonijiet ta’ l-użu maħsuba:

- Ö ir-reċipjenti Õ ma jiġux soġġetti għal tensjonijiet li kapaċi jfixklu s-sigurtà tagħhom fl-użu,

- il-pressjoni interna ma għandhiex tkun aktar mill-pressjoni massima operattiva PS Ö b'mod permanenti. Madanakollu, Õ tista’ tagħmel hekk Ö mumentarjament Õ sa 10 %.

Ħjatat ċirkulari u lonġitudinali għandhom isiru bl-użu ta’ weldjaturi ta’ penetrazzjoni mimlija jew weldjaturi ta’ effett ekwivalenti. Truf konvessi barra minn dawk emisferi għandu jkollhom tarf ċilindriku.

2.1. Ħxuna tal-ħajt

Jekk il-prodott PS u V ma jkunx aktar minn 3 000 bar/litru, il-manifattur għandu jagħżel wieħed mill-metodi deskritti f’ punti 2.1.1 u 2.1.2 biex jiddeċiedi l-ħxuna tal-ħajt tar- Ö reċipjenti; Õ jekk il-prodott ta’ PS u V ikun aktar minn 3 000 bar/litru, jew it-temperatura massima operattiva tkun aktar minn 100 oC, ħxuna bħal din għandha tkun deċiża bil-metodu deskritt f’punt 2.1.1.

Il-ħxuna effettiva tal-ħajt tat-taqsima ċilindrika u t-truf għandha, iżda ma tkunx anqas minn 2 mm fil-każ ta’ Ö reċipjenti Õ ta’ l-azzar u mhux anqas minn 3 mm fil-każ ta’ Ö reċipjenti Õ ta’ l-aluminju jew ta’ l-aluminju mħallat.

2.1.1. Metodu ta’ kalkolu

Il-ħxuna minima ta’ partijiet taħt pressjoni għandha tkun kalkulata wara li tiġi kunsidrata l-intensità tal-pressjonijiet u d-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-pressjoni għall-kalkolu li għandha tiġi nnotata ma għandhiex tkun anqas mill-pressjoni massima operattiva Ö PS Õ magħżulha;

(b) it-tensjoni tal-membrana massima permessa ma għandhiex taqbeż l-iċken valuri 0,6 RET jew 0,3 Rm. Il-manifattur għandu juża l-valuri minimi RET u Rm garantiti mill-manifattur tal-materjal biex jiddeċiedi t-tensjoni permessibbli.

Iżda, fejn il-porzjon ċilindriku Ö tar-reċipjent Õ għandu weldjatura waħda jew aktar lonġitudinali magħmulin bl-użu ta’ proċess ta’ iwweldjar mhux awtomatiku, il-ħxuna kalkulata kif muri Ö fl-ewwel subparagrafu Õ għandha tkun immultipplikata bil-koeffiċjent 1,15.

2.1.2. Metodu sperimentali

Il-ħxuna tal-ħajt għandha tkun deċiża biex tgħin Ö lir-reċipjenti Õ jirreżistu f’temperatura ambjentali pressjoni ugwali għal mill-inqas ħames darbiet il-pressjoni massima operattiva, b’deformazzjoni ċirkonferenzjali permanenti ta’ mhux aktar minn 1 %.

3. PROĊESS TA’ MANIFATTURA

Ö Ir-reċipjenti Õ għandhom jinbnew u jkunu soġġetti għal iċċekkjar waqt il-produzzjoni bi qbil mar-reġistru ta’ disinn u manifattura stabbiliti fl-Anness II, punt 3.

3.1. Tħejjija tal-partijiet komponenti

Tħejjija tal-partijiet komponenti (eż l-iffurmar u ċanfrinar) ma għandhiex tikkawża difetti fil-wiċċ jew qsim jew tibdil fil-karatteristiċi mekkaniċi li jafu jkunu ta’ detriment lis-sigurtà tar-reċipjenti.

3.2. Weldjaturi fuq partijiet taħt pressjoni

Il-karatteristiċi ta’ weldjaturi u żoni maġenbhom għandhom ikunu simili għal dawk ta’ materjali wweldjati u għandhom ikunu ħielsa minn kull difett fil-wiċċ jew intern li jistgħu jkunu ta’ detriment lis-sigurtà tar-reċipjenti.

Il-weldjaturi għandhom isiru minn welders kwalifikati jew minn operaturi li jipproċessaw il-livell ta’ kompetenza xierqa, bi qbil mal-proċessi ta’ iwweldjar approvati. Approvazzjoni u testijiet ta’ kwalifikazzjoni bħal dawn għandhom isiru minn korpi approvati ta’ spezzjoni.

Il-manifattur għandu wkoll, waqt il-manifattura, jiżgura kwalità ta’ iwweldjar konsistenti billi jagħmel testijiet xierqa bl-użu ta’ proċeduri adegwati. Dawn it-testijiet għandhom ikunu s-suġġett ta’ rapport.

4. TQEGĦID FIS-SERVIZZI Ö TAR-REĊIPJENTI Õ

Ö Ir-reċipjenti għandhom ikunu akkumpanjati mill-istruzzjonijiet magħmula mill-manifattur, kif stabbiliti fl-Anness II, Õ punt 2.

_____________

ê 87/404/KEE (adattat)

ANNESS II

Ö IMMARKAR Õ

Ö (Msemmija fl-Artikolu 3(2)) Õ

ê 93/68/KEE Art. 2, pt. 10 (adattat)

1. IMIMMARKAR Ö TA’ KONFORMITÀ CE Õ U SKRIZZJONIJIET

1.1. MARKA TA’ KONFORMITÀ CE

Il-marka ta’ konformità CE għandha tkun magħmula mill-inizjali “CE” fil-forma segwenti:

[pic]

Jekk il-marka Ö ta’ konformità Õ CE tiġi mċekkna jew imkabbra, il-proporzjonijiet mogħtija fid-disinn gradwat stabbilit f'dan il-punt għandhom jiġu rispettati.

Il-komponenti varji ta’ l-immarkar CE għandu jkollhom sostanzjalment l-istess dimensjoni vertikali li ma tistax tkun anqas minn 5 mm.

1.2. Skrizzjonijiet

Ir-reċipjent jew il-pjanċa tad- data għandha tinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) il-pressjoni massima tax-xogħol (PS f’bar);

(b) it-temperatura massima tax-xogħol (Tmax f’ °C)

(c) it-temperatura minima tax-xogħol (Tmin f’ °C);

(d) il-kapaċità tar-reċipjent (V f’l)

(e) l-isem jew il-marka tal-manifattur;

(f) it-tip u l-identifikazzjoni tas-serje jew tal-lott tar-reċipjent;

(g) l-aħħar żewġ figuri tas-sena li fiha ġie mwaħħal l-immarkar CE.

Fejn tintuża l-pjanċa tad-data, għandha tkun ddisinjata b’mod li ma tistax terġa’ tintuża u għandha tinkludi spazju vojt sabiex tippermetti li tiġi pprovduta informazzjoni oħra.

2. STRUZZJONIJIET

ê 87/404/KEE (adattat)

L-istruzzjonijiet għandhom Ö jinkludu Õ l-informazzjoni li ġejja:

(a) id-dettalji mogħtija f’punt 1 ħlief l-identifikazzjoni tas-sensiela Ö tar-reċipjent; Õ

(b) l-użu maħsub Ö għar-reċipjent Õ;

(ċ) il-ħtiġijiet ta’ manutenzjoni u stallazzjoni għal sigurtà Ö tar-reċipjent Õ.

ê 87/404/KEE

Huma għandhom ikunu fl-ilsien jew ilsna uffiċjali tal-pajjiż ta’ destinazzjoni.

ê 87/404/KEE (adattat)

3. SKEDI TA’ DISINN U MANIFATTURA

L-iskedi ta’ disinn u manifattura għandu jkollhom deskrizzjoni tat-teknika u operazzjonijiet użati biex jintlaħqu l-ħtiġijiet Ö ta’ sigurtà Õ essenzjali stabbiliti Ö fl-Anness I Õ jew Ö l-istandards armonizzati Õ msemmija fl-Artikolu 5(1), u b’mod partikolari:

(a) tpinġija dettaljata tal-manifattura tat-tip ta’ Ö reċipjent Õ;

(b) l-istruzzjonijiet;

(ċ) dokument li jiddeskrivi:

- il-materjali magħżula,

- il-proċessi magħżula ta’ wweldjar,

- l-iċċekkjar magħżul,

- kull dettall li jappartjeni għad-disinn Ö tar-reċipjent Õ

- .

Fejn Ö huma applikati Õ il-proċeduri stabbiliti f’Artikoli 11 sa 14, l-iskeda għandha tinkludi wkoll:

(a) iċ-ċertifikati marbuta mal-kwalifika xierqa ta’ l-operazzjonijiet ta’ iwweldjar u tal- welders jew operaturi;

(b) il-karta ta’ spezzjoni għall-materjali wżati fil-manifattura ta’ partijiet u armar li jikkontribwixxu għas- Ö saħħa tar-reċipjent taħt pressjoni Õ;

(c) rapport dwar l-eżamijiet u testijiet magħmula jew deskrizzjoni ta’ l-iċċekkjar propost.

4. DEFINIZZJONIJIET U SIMBOLI

4.1. Definizzjonijiet

(a) Il-pressjoni tad-disinn “P” hija l-pressjoni mmarkata magħżulha mill-manifattur u wżata biex tkun deċiża l-ħxuna tal-partijiet Ö tar- reċipjent Õ taħt pressjoni.

(b) Il-pressjoni massima operattiva “P” hija l-ogħla pressjoni mmarkata li tista’ tiġi eżerċitata f’kundizzjonijet normali ta’ użu Ö tar-reċipjent Õ.

(c) It-temperatura minima operattiva Tmin hija l-iktar temperatura baxxa stabbilizzata fil-ħajt Ö tar-reċipjent Õ f’kundizzjonijiet normali ta’ użu.

(d) It-temperatura massima operattiva Tmass hija l-ogħla temperatura stabbilizzata li l-ħajt Ö tar-reċipjent Õ jista’ jikseb f’kundizzjonijiet normali ta’ użu.

(e) Is-saħħa ta’ li joħroġ “RET” hija l-valur fit-temperatura massima operattiva Tmass

- ta’ fuq ta’ dak li joħroġ ReH, għal materjal b’punti ta’ li joħroġ sew fuq u sew taħt,

- tal-prova ta’ tensjoni Rp0,2,

- tal-prova ta’ tensjoni Rp1,0 fil-każ ta’ aluminju mhux imħallat.

(f) Familji ta’ Ö reċipjenti Õ:

Ö Reċipjenti Õ jiffurmaw parti mill-istess familja jekk ikunu differenti mill-prototip biss fid-dijametru, sakemm il-ħtiġijiet permessibbli li għalihom jirreferi Anness I, punt 2.1.1 u 2.1.2 ikunu mħarsa u/jew fit-tul tal-porzjon ċilindriku fi ħdan il-limiti li ġejjin:

- prototip ikollu ċurkett jew aktar fil-qoxra barra mit-truf, varjanti fil-familja għandu jkollhom mill-inqas ċurkett wieħed fil-qoxra.

- prototip ikollu biss żewġt itruf iddixxjati, varjanti fil-familja m’għandux ikollhom ċrieket fil-qoxra.

Varjazzjonijiet fit-tul li jikkawżaw aperturi u/jew penetrazzjonijiet li għandhom ikunu modifikati għandhom jintwerew fit-tpinġijiet għal kull varjant.

(ġ) Lott ta’ Ö reċipjenti Õ jikkonsisti l-aktar minn 3 000 Ö reċipjent Õ tal-mudell ta’ l-istess tip.

(ħ) Hemm il-manifattura f’sernsiela fi ħdan it-tifsira ta’ din id-Direttiva jekk aktar minn Ö reċipjent Õ wieħed ta’ l-istess tip jiġi manifatturat waqt perjodu mogħti bi proċess ta’ manifattura kontinwa, bi qbil ma’ disinn komuni u bl-użu ta’ l-istess proċessi ta’ manifattura.

(i) karta ta’ spezzjoni: dokument li bih il-produttur jiċċertifika li l-prodotti kkunsinjati jilħqu l-ħtiġijiet ta’ l-ordni u li fih iniżżel ir-riżultati tat-test ta’ spezzjoni b’rutina fl-impjant, b’mod partikolari l-komposizzjoni kimika u l-karatteristiċi mekkaniċi magħmula fuq prodotti magħmula bl-istess proċess ta’ produzzjoni bħall-kunsinna, iżda mhux bilfors fuq il-prodott kkunsinjat.

4.2. Simboli

A | Titwil wara ksur (Lo = 5,65 [pic]) | % |

A 80 mm | Titwil wara ksur (Lo = 80mm) | % |

KCV | Enerġija tal-ksur | J/ċm2 |

P | Pressjoni tad-disinn | bar |

PS | Pressjoni Ö massima Õ operattiva | bar |

Ph | Pressjoni tat-test idrostatiku jew pnewmatiku | bar |

Rp0,2 | Stress bi prova ta’ 0,2 % | N/mm2 |

RET | Saħħa ta’ x’joħroġ f’temperatura massima operattiva | N/mm2 |

ReH | Punt ta’ fuq ta’ x’joħroġ | N/mm2 |

Rm | Saħħa tat-tensjoni | N/mm2 |

Tmass | Temperatura massima operattiva | oC |

Tmin | Temperatura minima operattiva | oC |

V | Kapaċità Ö tar-reċipjent Õ | L |

Rm, mass | Saħħa massima tat-tensjoni | N/mm2 |

Rp1,0 | Stress bi prova ta’ 1,% | N/mm2 |

_____________

ê 87/404/KEE (adattat)

ANNESS III

KRITERJI MINIMI LI GĦANDHOM JIĠU KKUNISDRATI MILL-ISTATI MEMBRI Ö GĦALL-APPROVAZZJONI TAL- Õ KORPI TA’ SPEZZJONI

Ö (Msemmja fl-Artikolu 9(2)) Õ

1. Il-korp ta’ spezzjoni Ö approvat Õ, id-direttur tiegħu u l-impjegati responsabbli biex isiru t-testijiet tal-verifika ma għandhomx ikunu d-disinjatur, manifattur, fornitur, stallatur ta’ reċipjenti li huma jispezzjonaw, Ö lanqas Õ ir-rappreżentanti awtorizzati ta’ xi wieħed minn dawk il-partijiet. Huma ma għandhomx ikunu involuti direttament fid-disinn, kostruzzjoni, bejgħ jew manutenzjoni Ö tar-reċipjent Õ, u lanqas ma jirrappreżentaw lill-partijiet inġaġġati f’dawn l-attivitajiet. Dan ma jipprekludix il-possibbiltà ta’ tpartit ta’ informazzjoni teknika bejn il-manifattur u l-korp ta’ spezzjoni Ö approvat Õ.

2. Il-korp ta’ spezzjoni Ö approvat Õ u l-ħaddiema tiegħu għandhom jesegwixxu t-testijiet ta’ verifika bl-ogħla grad ta’ integrità professjonali u kompetenza teknika u għandhom ikunu ħielsa minn pressjonijiet u persważjonijiet, b’mod partikolari dawk finanzjarji, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati ta’ l-ispezzjoni, speċjalment minn persuni jew gruppi ta’ persuni b’interess fir-riżultat tal-verifiki.

3. Il-korp ta’ spezzjoni Ö approvat Õ għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu l-ħaddiema meħtieġa u l-faċilitajiet meħtieġa biex ikun jista’ jesegwixxi sew ix-xogħlijiet amministrattivi u tekniċi konnessi mal-verifika; għandu wkoll ikollu aċċess għall-apparat meħtieġ għal verifika speċjali.

ê 87/404/KEE

4. Il-ħaddiema responsabbli għall-ispezzjoni għandu jkollhom:

(a) taħriġ tekniku u professjonali sod;

(b) tagħrif sodisfaċenti dwar il-ħtiġijiet tat-testijiet li jagħmlu u esperjenza adegwata ta’ dawn it-testijiet;

(c) il-kapaċità li jippreparaw iċ-ċertifikati, reġistri u rapporti meħtieġa biex jawtentikaw l-andament tat-testijiet.

5. L-imparzjalità tal-ħaddiema ta’ spezzjoni għandha tkun garantita. Il-ħlas tagħhom ma għandux jiddependi mill-għadd ta’ testijiet li jagħmlu u lanqas mir-riżultati ta’ dawn it-testijiet.

ê 87/404/KEE (adattat)

6. Il-korp ta’ spezzjoni Ö approvat Õ għandu jkollu assigurazzjoni ta’ responsabbiltà sakemm ir-responsabbiltà tagħha tittieħed mill-Istat skond il-liġi nazzjonali, jew l-Istat Membru nnifsu huwa responsabbli direttament għat-testijiet.

7. Il-ħaddiema tal-korp ta’ spezzjoni Ö approvat Õ huwa marbut li josserva s-segretezza professjonali rigward l-informazzjoni kollha miksuba fl-esekuzzjonijiet tax-xogħlijiet tiegħu (ħlief rigward l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti ta’ l-Istat li fih saru l-attivitajiet) f’din id-Direttiva jew kull dispożizzjoni ta’ liġi nazzjonali li jagħtiha effett.

_____________

é

ANNESS IV

Parti A

Direttiva mħassra flimkien ma ’ lista ta' l-emendi suċċessivi tagħha (imsemmi fl-Artikolu 19)

(COD) Direttiva tal-Kunsill 87/404/KEE (ĠU L 220, 8.8.1987, p. 48) |

(COD) Direttiva tal-Kunsill 90/488/KEE (ĠU L 270, 2.10.1990, p. 25) |

(COD) Direttiva tal-Kunsill 93/68/KEE (ĠU L 220, 30.8.1993, p. 1) | (COD) Artikolu 1 (1) u Artikolu 2 biss |

Parti B

Lista tal-limiti ta ’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni (imsemmi fl-Artikolu 19)

Direttiva | Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni | Data ta’ applikazzjoni |

87/404/KEE | 31 ta’ Diċembru 1989 | 1 ta’ Lulju 1990[14] |

90/488/KEE | 1 ta’ Lulju 1991 | ________ |

93/68/KEE | 30 ta’ Ġunju 1994 | 1 ta’ Jannar 1995[15] |

_____________

ANNESS V

Tabella Ta ’ KORRELAZZJONI

DIRettiva 87/404/KEE | Din id-Direttiva |

Premessa 5, ħames sentenza | Artikolu 1(3)(b) |

Artikolu 1(1) | Artikolu 1(1) |

Artikolu 1(2), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 1(3)(a), l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 1(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż | Artikolu 1(3)(a), it-tieni subparagrafu |

Artikolu 1(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż, l-ewwel u t-tieni sub-inċiż | Artikolu 1(3)(a), it-tielet subparagrafu, punti (i) u (ii) |

Artikolu 1(2), it-tieni subparagrafu, it-tielet inċiż | Artikolu 1(3)(a), ir-raba' subparagrafu |

Artikolu 1(2), it-tieni subparagrafu, ir-raba’ inċiż | Artikolu 1(3)(a) il-ħames subparagrafu |

Artikolu 1(3), l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiżi | Artikolu 1(2), punti (a), (b) u (c) |

Artikoli 2, 3 u 4 | Artikoli 2, 3 u 4 |

Artikolu 5(1) | Artikolu 5(1) |

Artikolu 5(2) | Artikolu 5(2) |

Artikolu 5(3), punti (a) u (b) | Artikolu 5(3), l-ewwel u t-tieni subparagrafu |

Artikolu 6, l-ewwel, it-tieni u t-tielet frażijiet | Artikolu 6, l-ewwel, it-tieni u t-tielet subpargrafi |

Artikolu 7(1) | Artikolu 7(1) |

Artikolu 7(2), l-ewwel u t-tieni frażi | Artikolu 7(2), l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 7(2), it-tielet frażi | Artikolu 7(2), it-tieni subparagrafu |

Artikolu 7(3) | Artikolu 7(3) |

Artikolu 7(4) | Artikolu 7(4) |

Artikolu 8 (1) frażi introduttorja u punt (a) frażi introduttorja | Artikolu 8(1) frażi introduttorja |

Artikolu 8(1), punt (a), l-ewwel u tieni inċiż | Artikolu 8(1), punti (a) u (b) |

Artikolu 8(1), punt (b) | Artikolu 8(2) |

Artikolu 8(2), punt (a) | Artikolu 8(3), punt (a) |

Artikolu 8(2), punt (b), l-ewwel u t-tieni inċiż | Artikolu 8(3), punti (b),(i) u (ii) |

Artikolu 8(3) | Artikolu 8(4) |

Artikolu 9 | Artikolu 9 |

Artikolu 10(1) | Artikolu 10(1) |

Artikolu 10(2), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 10(2), l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 10(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel u t-tieni inċiż | Artikolu10(2), it-tieni subparagrafu, punti (a) u (b) |

Artikolu 10(2), it-tielet subparagrafu | Artikolu 10(2), it-tielet subparagrafu |

Artikolu 10(3), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 10(3), l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 10(3), it-tieni subparagrafu | Artikolu 10(3), it-tieni subparagrafu |

Artikolu 10(3), it-tielet subparagrafu, punti (a) u (b) | Artikolu 10(3), it-tielet subparagrafu, punti (a) u (b) |

Artikolu 10(4) | Artikolu 10(4) |

Artikolu 10(5), l-ewwel frażi | Artikolu 10(5), l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 10(5), it-tieni u t-tielet frażi | Artikolu 10(5), it-tieni subparagrafu |

Artikolu 11(1) u (2) | Artikolu 11(1) u (2) |

Artikolu 11(3), kliem tal-bidu | Artikolu 11(3), l-ewwel subpargrafu |

Artikolu 11(3) punt 3.1 | Artikolu 11(3) it-tieni subparagrafu |

Artikolu 11(3) punt 3.2 | Artikolu 11(3) it-tielet subparagrafu |

Artikolu 11(3) l-ewwel subpargarafu punt 3.3 | Artikolu 11(3) ir-raba' subparagrafu |

Artikolu 11(3) subparagrafu punt 3.3 | Artikolu 11 (3) il-ħames subparagrafu |

Artikolu 11(3) punt 3.3 | Artikolu 11(3) is-sitt subparagrafu |

.

Artikolu 11(3) l-ewwel subparagrafu punt 3.4. | Artikolu 11(3) is-seba' subparagrafu |

Artikolu 11(3) l-ewwel subparagrafu punt 3.4, it-tieni subparagrafu | Artikllu 11 (3) it-tmien subparagrafu |

Artikolu 11(3) l-ewwel subparagrafu punt 3.4 it-tielet subparagrfau | Artiklu 11(3) id-disa' subparagrafu |

Artikolu 11(3) l-ewwel subparagrafu punt 3.5 | Artiklu 11(3) l-għaxar subparagrafu |

Artikolu 12(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel u t-tieni inċiż | Artikolu 12(1), punti (a) sa (b) |

Artikolu 12(1), it-tieni subparagrafu | Artikolu 12(2), l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 12(2) | Artikolu 12(2), it-tieni subparagrafu |

Artikolu 13(1) l-ewwel subparagrafu | Artikolu 13(1) |

Artikolu 13(1) it-tieni subparagrafu | Artikolu 13(2) |

Artikolu 13(2), l-ewwel sar-raba’ inċiż | Artikolu 13(3), punti (a) sa (d) |

Artikolu 14(1) | Artikolu 14 l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 14(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel u t-tieni inċiż | Artikolu 14 it-tieni subparagrafu, punti (a) u (b) |

Artikolu 14(2), it-tieni subparagrafu | Artikolu 14, it-tielet subparagrafu |

Artikoli 15, 16 u 17 | Artikoli 15, 16 u 17 |

Artikolu 18(1) | ________ |

Artikolu 18(2) | Artikolu 18 |

________ | Artikolu 19 |

________ | Artikolu 20 |

Artikolu 19 | Artikolu 21 |

Anness I, punt 1 | Anness I, punt 1 |

Anness I, punt 1.1, l-ewwel subparagrafu, l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż | Anness I, punt 1.1., l-ewwel subparagrafu, punti (a), (b) u (c) |

Anness I, punt 1.1, it-tieni u t-tielet paragrafu | Anness I, punt 1.1, it-tieni u t-tielet paragrafu |

Anness I, punti 1.1.1. u 1.1.2. | Anness I, punti 1.1.1. u 1.1.2. |

Anness I, punti 1.2, 1.3 u 1.4 | Anness I, punti 1.2, 1.3 u 1.4 |

Anness I, punt 2, l-ewwel paragrafu, l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż | Anness I, punt 2, l-ewwel paragrafu, punti (a), (b) u (ċ) |

Anness I, punt 2, it-tieni, it-tielet u r-raba’ paragrafu | Anness I, punt 2, it-tieni, it-tielet u r-raba’ paragrafu |

Anness I, punti 2.1., 3 u 4 | Anness I, punt 2.1., 3 u 4 |

Anness II, punt 1 | Anness II, punt 1 |

Anness II, punt 1(a), l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż | Anness II, punts 1.1, l-ewwel, it-tieni u t-tielet paragrafu |

Anness II, punt 1(b), l-ewwel paragrafu, l-ewwel sa s-seba’ inċiż | Anness II, punt 1.2, l-ewwel paragrafu, punti (a) sa (g) |

Anness II, punt 1(b), it-tieni paragrafu | Anness II, punt 1.2, it-tieni paragrafu |

Anness II, punt 2, l-ewwel paragrafu, l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż | Anness II, punt 2, l-ewwel paragrafu, punti (a), (b) u (ċ) |

Anness II, punt 2, it-tieni paragrafu | Anness II, punt 2, it-tieni paragrafu |

Anness II, punt 3, l-ewwel paragrafu | Anness II, punt 3, l-ewwel paragrafu |

Anness II, punt 3, it-tieni paragrafu, punt (i), (ii) u (iii) | Anness II, punt 3, it-tieni paragrafu, punt (a), (b) u (ċ) |

Anness II, punt 4 | Anness II, punt 4 |

Anness III(1),(2) u (3) | Anness III(1), (2) u (3) |

Anness III(4), l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż | Anness III(4), punti (a), (b) u (ċ) |

Anness III(5), (6) u (7) | Anness III(5), (6) u (7) |

________ | Anness IV |

________ | Anness V |

_____________

[1] COM(87) 868 PV.

[2] Ara l-Anness 3 għal Parti A tal-Konklużjonijiet.

[3] Magħmul skond il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Kodifikazzjoni ta’ l- Acquis Communautaire, COM(2001) 645 finali.

[4] Ara l-Anness IV, Parti A, għal din il-proposta.

[5] ĠU C [...], [...], p. [...].

[6] ĠU C [...], [...], p. [...].

[7] ĠU L 220, 8.8.1987, p. 48. Direttiva kif emendata l-aħħar mid- Direttiva 93/68/KEE (ĠU L 220 tat-30.8.1993, p. 1).

[8] Ara l-Anness IV, Parti A.

[9] ĠU C 91, 16.4.2003, p. 7.

[10] ĠU C 136, 4.6.1985, p. 1.

[11] ĠU C 231, 8.9.1989, p. 3 u ĠU C 267, 19.10.1989, p. 3.

[12] ĠU C 10, 16.1.1990, p. 1.

[13] ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

[14] Skond it-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 18(2), l-Istati Membri għandhom, għall-perijodu sa l-1 ta’ Lulju 1992, jippermettu t-tqegħid fis-suq u/jew fis-servizz ta’ reċipjenti li jikkonformaw mar-regoli fis-seħħ fit-territorji tagħhom qabel l-1 ta’ Lulju1990.

[15] Skond l-Artikolu 14(2), sa l-1 ta’ Jannar 1997 l-Istati Membri għandhom jippermettu t-tqegħid fis-suq u d-dħul fis-servizz ta’ prodotti li jikkonformaw ma’ l-arranġamenti ta’ mmarkar fis-seħħ qabel fl-1 ta’ Jannar 1995.