17.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 180/1 |
OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-3 ta' Lulju 2008
fuq it-talba tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għal proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 fir-rigward ta' l-introduzzjoni ta' l-euro fis-Slovakja, u dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 fir-rigward tar-rata ta' konverżjoni għall-euro għas-Slovakja
(CON/2008/28)
(2008/C 180/01)
Introduzzjoni u bażi legali
Fl-20 ta' Mejju 2008 il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 fir-rigward ta' l-introduzzjoni ta' l-euro fis-Slovakja (1). Fit-30 ta' Ġunju 2008 il-BĊE irċieva talba mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 fir-rigward tar-rata ta' konverżjoni għall-euro għas-Slovakja (2).
Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 123(5) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea. Skond l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.
Osservazzjonijiet
1. |
Ir-regolamenti proposti se jagħmlu possibbli l-introduzzjoni ta' l-euro bħala l-valuta tas-Slovakja wara l-abrogazzjoni tad-deroga tas-Slovakja skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 122(2) tat-Trattat. |
2. |
Il-BĊE jilqa' r-regolamenti proposti. |
Magħmula fi Frankfurt am Main, it-3 ta' Lulju 2008.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) COM(2008) 250 finali.
(2) SEC(2008) 2107 finali.