5.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 206/11


Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

(2007/C 206/04)

Numru ta' l-għajnuna

XA 7025/07

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

Regione Calabria

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi għajnuna individwali

Agevolazioni per gli investimenti in innovazione tecnologica, organizzativa, commerciale, sicurezza sui luoghi di lavori e tutela ambientale

Bażi ġuridika

Legge 598/94, art.11

Delibera della giunta della Regione Calabria n. 224 del 23.4.2007

Nefqa annwali ppjanata għall-iskema jew ammont totali ta' għajnuna individwali mogħtija lill-impriża

Skema ta' għajnuniet

Ammont annwali totali

20 miljun EUR

Self garantit

Għajnuna individwali

Ammont totali ta' l-għajnuna

Self garantit

Intensità massima ta' l-għajnuna

L-iskema hija suġġetta għal-limiti ta' intensità kif stabbiliti fl-Art. 4(7) tar-Regolament KE Nru 70/2001 u, għaldaqstant, ma tistax taqbeż:

il-50 % ekwivalenti ta' l-għotja gross tan-nefqa eliġibbli għall-investimenti eliġibbli fiż-żoni li jikkwalifikaw biex jibbenefikaw mill-għajnuniet skond l-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat tal-KE;

l-40 % ekwivalenti ta' l-għotja gross tan-nefqa eliġibbli għall-investimenti eliġibbli fiż-żoni l-oħra.

Data ta' l-implimentazzjoni

1.5.2007

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali

Sal-31.12.2008

Għan ta' l-għajnuna

Sostenn lill-SMEs maħsub biex jgħin, permezz ta' sussidji fuq l-imgħax li jammontaw għall-100 % tar-rata ta' referenza, l-investimenti fl-innovazzjoni teknoloġika, organizzattiva u kummerċjali, ħarsien ta' l-ambjent u sikurezza fuq il-post tax-xogħol.

L-ammont tal-finanzjament jista' jilħaq il-100 % tal-programm ta' investiment għal perjodu ta' 7 snin, inklużi s-sentejn ta' perjodu ta' grazzja.

Fl-ebda każ ma jista' l-ammont tas-sussidju għal kull talba individwali ta' intervent ikun ogħla mill-intensitajiet ta' għajnuna massimi mogħtija mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ ta' l-Unjoni Ewropea.

Setturi ekonomiċi kkonċernati

L-għajnuna hija maħsuba għall-SMEs li joperaw fis-setturi ta' l-ipproċessar u kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli kif definiti mill-Art. 2(2)(m) u (n) tar-Regolament (KE) Nru 70/2001.

Isem u l-indrizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna

Regione Calabria

Dipartimento Attività produttive

Viale Cassiodoro

Palazzo Europa

I-88100 Santa Maria di Catanzaro (CZ)

Sit ta' l-Internet

http://www.incentivi.mcc.it/calabria