52007PC0873

Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-ritorn ta' oġġetti ta' kultura illegalment imneħħija mit-territorju ta' Stat Membru (Verżjoni kkodifikata) /* KUMM/2007/0873 finali - COD 2007/0299 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 11.1.2008

KUMM(2007) 873 finali

2007/0299 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

fuq ir-ritorn ta' oġġetti ta' kultura illegalment imneħħija mit-territorju ta' Stat Membru (Verżjoni kkodifikata)

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Fl-isfond ta’ Ewropa għall-poplu, il-Kummissjoni tisħaq li tissimplifika u tiċċara il-liġi tal-Komunita sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli liċ-ċittadin komuni u b’hekk toffrilu aktar opportunitajiet u ċ-ċans li juża d-drittijiet speċifiċi li tagħtih.

Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi b’mod sostanzjali, jibqgħu imferxin bejn l-att oriġinali u atti segwenti li jemendaw l-oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ riċerka mdaqqsa li tqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r-regoli preżenti.

Għalhekk hu essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tal-Komunita tkun ċara u trasparenti.

2. Għalhekk fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att leġislattiv għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, u tenfasizza li din hi kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw li jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anke wara inqas emendi biex jiżguraw li r-regoli tal-Komunita huma ċari u jinftiehmu malajr.

3. Il-Konklużjoni tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) ikkonfermaw dan[2], waqt li saħqu l-importanza tal- kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza għal-liġi applikabbli.

Il-kodifikazzjoni għandha sseħħ skond il-proċedura normali leġislattiva tal-Komunita.

Għalkemm l-ebda bidla sostanzjali ma tista ssir lill-atti li jiġu kkodifikati , il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu permezz ta’ ftehim interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 li jistgħu jużaw proċedura mgħaġġla għall-adozzjoni bikrija ta’ atti ta’ kodifikazzjoni.

4. L-għan ta’ din il-proposta hu li sseħħ il-kodifikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/7/KEE tal-15 ta’ Marzu 1993 fuq ir-ritorn ta' oġġetti ta' kultura illegalment imneħħija mit-territorju ta' Stat Membru[3]. Id-Direttiva l-ġdida tissupera lill-atti varji inkorporati fiha[4]; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu ta’ l-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kull ma tagħmel hu li tgħaqqadhom bl-emendi formali biss kif meħtieġ mill-eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu.

5. Il-proposta tal- kodifikazzjoni nħasbet a bażi ta’ konsolidazzjoni preliminarja fl-ilsna kollha uffiċjali tad-Direttiva 93/7/KEE u ta’ l-atti li jemendawha, magħmula mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ data . Fejn l-artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri ġodda u qodma tidher fit-tabella misjuba fl-Anness III tad-Direttiva kkodifikata.

ê 93/7/KEE (adattat) (adapted)

2007/0299 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

fuq ir-ritorn ta' oġġetti ta' kultura illegalment imneħħija mit-territorju ta' Stat Membru

(test b’rilevanza ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu Ö 95 Õ tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat[6]

Billi:

ê

(1) Id-Direttiva 93/7/KEE tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 1993 fuq ir-ritorn ta' oġġetti ta' kultura illegalment imneħħija mit-territorju ta' Stat Membru[7] ġiet emendata kemm-il darba[8] b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata.

ê 93/7/KEE Premessa 2 (adattat)

(2) Taħt it-termini u fl-ambitu tal-limiti ta' l-Artikolu 30 tat-Trattat, l-Istati Membri Ö għandhom iżommu Õ d-dritt li jiddefinixxu l-patrimonju nazzjonali tagħhom u li jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipproteġuhom.

ê 93/7/KEE Premessa 3 (adattat)

(3) Ö Għandhom għaldaqstant jinżammu Õ arranġamenti li jagħmluha possibbli li l-Istati Membri jassiguraw ir-ritorn fit-territorju tagħhom ta' oġġetti ta' kultura li huma kklassifikati bħala «patrimonjunazzjonali» fl-ambitu tas-sinifikat ta' l-Artikolu 30 tat-Trattat u li kienu mneħħija mit-territorju tagħhom bi ksur tal-miżuri nazzjonali msemmija hawn fuq jew tar-Regolament tal-Kunsill [(KEE) Nru 3911/92 tad-9 ta' Diċembru 1992] fuq l-esportazzjoni ta' oġġetti ta' kultura[9]. It-tħaddim ta' dawn l-arranġamenti għandu jkun sempliċi u effiċjenti kemm jista' jkun. Biex titħaffef il-kooperazzjoni fir-rigward tar-ritorn Ö il-kamp ta' applikazzjoni Õ ta' l-arranġamenti għandu jkun limitat għal oġġetti li jappartjenu għal kategoriji komuni ta' oġġetti ta' kultura. L-Anness I ma' din id-Direttiva mhux konsegwentement maħsub biex jiddefinixxi oġġetti li jgħaddu bħala «patrimonju nazzjonali» fl-ambitu tas-sinifikat ta' l-imsemmi Artikolu 30, imma biss kategoriji ta' oġġetti li jistgħu jkunu klassifikati bħala tali u li jistgħu għaldaqstant ikunu koperti mill-proċeduri għar-ritorn introdotti b'din id-Direttiva.

ê 93/7/KEE Premessa 4

(4) Oġġetti ta' kultura klassifikati bħala patrimonju nazzjonali u li jifformaw parti integrali minn kollezzjonijiet pubbliċi jew inventarji ta' istituzzjonijiet ekkleżjastiċi iżda li ma jaqgħux taħt dawn il-kategoriji komuni għandhom ikunu wkoll koperti b'din id-Direttiva.

ê 93/7/KEE Premessa 5 (adattat)

(5) Il-kooperazzjoni amministrattiva għandha Ö tinżamm Õ bejn l-Stati Membri fir-rigward tal-patrimonju nazzjonali tagħhom, f'ħidma mill-qrib mal-kooperazzjoni tagħhom fil-kamp ta' xogħolijiet ta' arti misruqa u li jinvolvu b'mod partikolari Ö r-reġistrazzjoni Õ, ma' l-Interpol u korpi oħra kwalifikati li joħorġu listi simili, ta' oġġetti ta' kultura mitlufa, misruqa jew imneħħija Ö illegalment mit-territorju Õ li jagħmlu parti mil-patrimonju nazzjonali tagħhom u l-kollezzjonijiet pubbliċi tagħhom.

ê 93/7/KEE Premessa 6 (adattat)

(6) Il-proċedura Ö prevista Õ b'din id-Direttiva Ö hija parti minn Õ kooperazzjoni bejn l-Stati Membri f'dan il-kamp fil-kuntest tas-suq intern. L-iskop huwa r-rikonoxximent reċiproku tal-liġijiet nazzjonali relevanti. Għandha ssir għaldaqsant dispożizzjoni b'mod partikolari biex il-Kummissjoni tkun mgħejuna minn kumitat amministrativ.

ê 93/7/KEE Premessa 7 (adattat)

(7) Ir-Regolament [(KEE) Nru 3911/92] jintroduċi, flimkien ma' din id-Direttiva, sistema Ö Komunitarja Õ biex tipproteġi l-oġġetti ta' kultura ta' l-Istati Membri.

ê

(8) Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B,

ê 93/7/KEE

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Għall-iskopijiet ta' dan id-Direttiva:

(1) «Oġġett ta' kultura» għandha tfisser oġġett li:

(a) ikun ikklassifikat, qabel jew wara t-tneħħija illegali tiegħu mit-territorju ta' Stat Membru, qalb it-«patrimonju nazzjonali li għandhom valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku» taħt il-leġislazzjoni nazzjonali jew proċeduri amministrattivi fl-ambitu tas-sinifikat ta' l-Artikolu 30 tat-Trattat,

u

(b) jappartjeni għal waħda mill-kategoriji elenkati fl-Anness I jew li ma jappartjenix għal waħda minn dawn il-kategoriji iżda jagħmel parti integrali minn:

i) kollezzjonijiet pubbliċi elenkati fl-inventarji ta' mużewijiet, arkivji jew kollezzjoni ta' konservazzjoni ta' libreriji,

ii) l- inventarji ta' istituzzjonijiet ekkleżjastiċi;

(2) "Kollezzjonijiet pubbliċi" għandha tfisser kollezzjonijiet li huma proprjetà ta' Stat Membru, awtorità lokali jew reġjonali ġo Stat Membru jew istituzzjoni li tinsab fit-territorju ta' Stat Membru u definita bħala publikka skond il-leġislazzjoni ta' dak l-Istat Membru, sakemm dik l-istituzzjoni tkun il-propjeta ta', jew b'mod sinifikanti finanzjata minn, dak l-Istat Membru jew awtorità lokali jew reġjonali,

(3) «Imneħħija b'mod illegali mit-territorju ta' Stat Membru» għandha tfisser:

(a) imneħħija mit-territorju ta' Stat Membru bi ksur tar-regoli tiegħu fuq il-protezzjoni tal-patrimonju nazzjonali jew bi ksur tar-Regolament [(KEE) Nru 3911/92],

jew

(b) mhux irritornat meta jagħlaq perijodu ta' tneħħija temporanja legali jew xi ksur ta' kundizzjoni oħra li tirregola tneħħija temporanja simili;

(4) «Stat Membru li jagħmel talba» għandha tfisser l-Istat Membru li mit-territorju tiegħu l-oġġett ta' kultura jkun tneħħa b'mod illegali;

(5) «Stat Membru mitlub» għandha tfisser l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu oġġett ta' kultura mneħħi b'mod illegali mit-territorju ta' Stat Membru ieħor jinsab;

(6) «Ritorn» għandha tfisser ir-ritorn fiżiku ta' l-oġġett ta' kultura għat-territorju ta' l-Istat Membru li jagħmel it-talba;

(7) «Pussessur» għandha tfisser il-persuna li fiżikament tkun iżżomm l-oġġett ta' kultura f'isimha;

(8) «DetenturDetentur» għandha tfisser il-persuna li fiżikament tkun iżżomm l-oġġett ta' kultura f'isimha.

Artikolu 2

Oġġetti ta' kultura li ġew imneħħija b'mod illegali mit-territorju ta' Stat Membru għandhom ikunu rritornati b'mod konformi mal-proċedura u fiċ-ċirkostanzi li hemm ipprovduti f'din id-Direttiva.

Artikolu 3

Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità ċentrali waħda jew aktar biex tagħmel ix-xogħol li hemm ipprovdut f'din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet ċentrali li huma jaħtru skond dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista ta' dawn l-awtoritajiet ċentrali u kull tibdil dwarhom fis-serie C tal- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

Artikolu 4

L-awtoritajiet ċentrali ta' l-Istati Membri għandhom jikkooperaw u jippromwovu konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ta' l-Istati Membri. Dawn ta' l-aħħar għandhom b'mod partikolari:

ê 93/7/KEE (adattat)

(1) wara applikazzjoni minn Stat Membru li jagħmel talba, ifittxu oġġett ta' kultura speċifiku li kien tneħħa illegalment mit-territorju tiegħu, u tidentifika l-pussessur u/jew id-detentur. L-applikazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tħaffef it-tiftix, b'referenza partikolari Ö għal-lokalizzazzjoni Õ vera jew preżunta ta' l-oġġett;

ê 93/7/KEE

(2) tgħarraf lill-Istat Membru kkonċernat, fejn oġġett ta' kultura jinstab fit-territorju tagħhom u hemm raġunijiet biżżejjed biex wieħed jemmen li kien ġie mneħħi illegalment mit-territorju ta' Stat Membru ieħor;

ê 93/7/KEE (adattat)

(3) tagħmilha posibbli għall-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li jagħmel it-talba li Ö jivverifikaw Õ li l-oġġett fil-kwistjoni huwa oġġett ta' kultura, kemm-il darba il-verifika isirr fi żmien xahrejn min-notifika li hemm ipprovduta fil- Ö punt Õ 2. Jekk Ö dan il-kontroll Õ ma jsirx fil-perijodu ta' żmien stipulat, Ö il-punt Õ 4 u 5 m'għandhomx japplikaw iżjed;

ê 93/7/KEE

(4) tieħu l-miżuri meħtieġa kollha, bil-kooperazzjoni ma' l-Istat Membru kkonċernat, għall-preservazzjoni fiżika ta' l-oġġett ta' kultura;

(5) tipprevjeni, bil-miżuri interim meħtieġa, kull azzjoni biex tkun evitata l-proċedura għar-ritorn;

(6) taġixxi bħala intermedjarju bejn il-pussessur u/jew id-detentur u l-Istat Membru li qed jagħmel it-talba fir-rigward tar-ritorn. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li jagħmel it-talba jistgħu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5, l-ewwel iħaffu t-tħaddim ta' proċedura ta' arbitraġġ, b'mod konformi mal-leġislazzjoni nazzjonali ta' l-Istat li lilu ssir t-talba u kemm-il darba l-Istat li jagħmel it-talba u l-pussessur jew id-detentur ta' l-oġġett jagħtu l-approvazzjoni formali tagħhom.

Artikolu 5

L-Istat Membru li jagħmel it-talba jista' jibda, quddiem il-qorti kompetenti fl-Istat Membru li jagħmel it-talba, proċeduri konta l-pussessur jew, jekk mhux kontrih, kontra d-detentur, bl-iskop li jassigura r-ritorn ta' oġġett ta' kultura li kien imneħħi illegalment mit-territorju tiegħu.

Il-proċeduri jistgħu jinġiebu biss fejn id-dokument li jibdihom ikollu miegħu:

(a) dokument li jiddeskrivi l-oġġett kopert mit-talba u li jgħid li huwa oġġett ta' kultura,

(b) dikjarazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li jagħmel it-talba li l-oġġett ta' kultura kien illegalment imneħħi mit-territorju tiegħu.

Artikolu 6

L-awtorità ċentrali ta' l-Istat Membru li jagħmel it-talba għandha minnufih tinforma lill-awtorità ċentrali ta' l-Istat Membru li qed issirlu t-talba li nbdew proċeduri bi l-għan li jkun assigurat ir-ritorn ta' l-oġġett fil-kwistjoni.

L-awtorità ċentrali ta' l-Istat Membru li ssirlu t-talba għandu minnufih jgħarraf lill-awtoritajiet ċentrali ta' l-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 7

1. L-Istati Membri għandhom jistabilixxu fil-leġislazzjoni tagħhom li l-proċeduri għar-ritorn ipprovduti f'din id-Direttiva ma jistgħux jinġiebu aktar minn sena wara li l-Istat Membru li jagħmel it-talba jsir jaf fejn jinsab l-oġġett ta' kultura u l-identità tal-pussessur jew id-detentur.

Proċeduri simili madankollu, ma jistgħux jinġiebu aktar minn 30 sena wara li l-oġġett kien illegalment imneħħi mit-territorju ta' l-Istat Membru li jagħmel it-talba. Madankollu, fil-każ ta' oġġetti li jagħmlu parti minn kollezzjonijiet pubbliċi, imsemmija fl-Artikolu 1 l-ewwel punt, u oġġetti ekkleżjastiċi fl-Istati Membri fejn huma soġġetti għal arranġamenti ta' protezzjoni speċjali taħt il-liġi nazzjonali, il-proċeduri għar-ritorn għandhom ikunu soġġetti għal limitu ta' żmien ta' 75 sena, minbarra fi Stati Membri fejn il-proċeduri mhumiex suġġetti għal limitu ta' żmien jew fil-każ ta' ftehim bilaterali bejn Stati Membri li jistabilixxu perijodu li jeċċedi l-75 sena.

2. Proċeduri għar-ritorn ma jistgħux jinġiebu jekk it-tneħħija mit-territorju nazzjonali ta' l-Istat Membru li jagħmel it-talba ma tkunx aktar illegali fiż-żmiem meta jinbdew.

ê 93/7/KEE (adattat)

Artikolu 8

Barra minn kif altrimenti pprovdut fl-Artikoli 7 u 13, il-qorti kompetenti għandha tordna r-ritorn ta' l-oġġett ta' kultura fil-kwistjoni fejn jinstab li huwa oġġett ta' kultura u li tneħħa illegalment minn territorju nazzjonali.

Artikolu 9

Fejn ir-ritorn ta' oġġett ikun ordnat, il-qorti kompetenti fl-Istat Ö Membru Õ li ssirlu t-talba għandu jagħti lill-pussessur kumpens tali li jqis li huwa ġust skond iċ-ċirkostanzi tal-każ, kemm-il darba jkun sodisfatt li l-pussessur eżerċita id-diliġenza xierqa fl-akkwist ta' l-oġġett.

ê 93/7/KEE

Il-piż tal-prova jkun irregolat mil-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru li ssirlu t-talba.

Fil-każ ta' donazzjoni jew suċċessjoni, il-pussessur m'għandux ikun f'pożizzjoni aktar vantaġġjuża mill-persuna li minn għandha akkwista l-oġġett b'dak il-mod.

L-Istat Membru li jagħmel it-talba għandu jħallas kumpens simili mar-ritorn ta' l-oġġett.

Artikolu 10

Spejjeż magħmula fit-tħaddim ta' deċiżjoni li tordna r-ritorn ta' oġġett ta' kultura għandhom jitħallsu mill-Istat Membru li jagħmel it-talba. L-istess jgħodd għall-ispejjeż tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 4(4).

Artikolu 11

Il-ħlas ta' kumpens xieraq u ta' l-ispejjeż imsemmija fl-Artikoli 9 u 10 rispettivament għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' l-Istat Membru li jagħmel it-talba li jieħu azzjoni bl-iskop li jirkupra dawk l-ammonti mill-persuni responsabbli għat-tneħħija illegali ta' l-oġġett ta' kultura mit-territorju tiegħu.

Artikolu 12

Il-pussess ta' l-oġġett ta' kultura wara r-ritorn għandu jkun irregolat minn dik il-liġi ta' l-Istat Membru li jagħmel it-talba.

Artikolu 13

Din id-Direttiva għandha tapplika biss għal oġġetti ta' kultura illegalment imneħħija mit-territorju ta' Stat Membru nhar jew wara l-1 ta' Jannar 1993.

Artikolu 14

1. Kull Stat Membru jista' jestendi l-obbligu tiegħu li jirritorna oġġetti ta' kultura biex ikopri kategoriji ta' oġġetti barra minn dawk elenkati fl-Anness I.

2. Kull Stat Membru jista' japplika l-arranġamenti li hemm ipprovduti f'din id-Direttiva għal talbiet għar-ritorn ta' oġġetti ta' kultura mneħħija illegalment mit-territorju ta' Stati Membri oħra qabel l-1 ta' Jannar 1993.

Artikolu 15

Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għal kull proċeduri ċivili jew kriminali li jistgħu jinġiebu, taħt il-liġijiet nazzjonali ta' l-Istati Membri, mill-Istat Membru li jagħmel it-talba u/jew is-sid ta' oġġett ta' kultura li jkun insteraq.

ê 93/7/KEE (adattat)

Artikolu 16

1. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni kull tliet snin, rapport fuq it-tħaddim ta' din id-Direttiva.

2. Il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, kull tliet snin, rapport dwar it-tħaddim ta' din id-Direttiva.

3. Il-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jeżamina kull tliet snin u, fejn xieraq, jaġġorna l-ammonti indikati fl-Anness I, fuq il-bażi ta' indikaturi ekonomiċi u monetarji fil-Komunità.

ê 93/7/KEE

Artikolu 17

Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejuna mill-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 8 tar-Regolament [(KEE) Nru 3911/92].

Il-Kumitat għandu jeżamina kull kwistjoni li tqum mit-tħaddim ta' l-Anness I ta' din id-Direttiva li tista' titressaq mill-President jew fuq l-inizjattiva tiegħu jew għat-talba tar-rappreżentant ta' Stat Membru.

ê 93/7/KEE (adattat)

Artikolu 18

L-Stati Membri għandhom Ö jinformaw lill-Kummissjoni bil- Õ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa Ö li huma jdaħħlu fis-seħħ Õ biex iħarsu din id-Direttiva.

ê 93/7/KEE

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom referenza tali fl-okkażjoni tal-publikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir referenza bħal din għandhom ikunu stabiliti mill-Istati Membri.

ê

Artikolu 19

Id-Direttiva 93/7/KEE, kif emendata mid-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti A hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 20

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum w ara l-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

ê 93/7/KEE

Artikolu 21

Din id-Direttiva hi ja indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, […]

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

[…] […]

ê 93/7/KEE

ANNESS I

Kategoriji msemmija fl-Artikolu 1 punt 1(b) li lilhom oġġetti kklassifikati bħala «patrimonju nazzjonali» fl-ambitu tas-sinifikat ta' l-Artikolu 30 tat-Trattat iridu jappartienu biex jikkwalifikaw għar-ritorn taħt din id-Direttiva

A. 1. Oġġetti arkeoloġiċi antiki aktar minn 100 sena li huma l-prodotti ta':

- skavar u sejbiet fl-art jew taħt il-baħar,

- siti arkeoloġiċi,

- kollezzjonijiet arkeoloġiċi.

2. Elementi li jifformaw parti integrali minn monumenti artistiċi, storiċi jew reliġjużi li tħattew, li għandhom aktar minn 100 sena.

ê 96/100/KE Art. 1 pt. 1(a)

3. Stampi u pitturi, minbarra dawk inklużi fil-Kategorija 4 jew 5, magħmula għal kollox bl-idejn fuq kull tip ta' materjal u fi kwalunkwe mezz[10].

ê 96/100/KE Art. 1 pt. 1(b)

4. Akkwarelli, gouaches u pastelli magħmula għal kollox bl-idejn fuq kull materjal1.

ê 96/100/KE Art. 1 pt. 1(c)

5. Mużajk ta' kull materjal magħmula għal kollox bl-idejn, minbarra dawk li jaqgħu fil-Kategoriji 1 jew 2, u tpinġijiet b'kull mezz magħmula għal kollox bl-idejn fuq kull materjal1.

ê 93/7/KEE (adattat)

6. Inċiżjonijiet oriġinali, stampi, serigrafi u litografi bil-plates rispettivi tagħhom u posters oriġinali1.

7. Skulturi oriġinali jew statwarji u kopji magħmula bl-istess proċess bħall-oriġinal1 minbarra dawk fil-kategorija 1.

8. Ritratti, films u n-negattivi tagħhom1.

9. Inkunabula u manuskritti, inklużi mapep u partituri mużikali, waħda waħda jew f'kollezzjonijiet1.

10. Kotba li għandhom aktar minn 100 sena, wieħed wieħed jew f'kollezzjonijiet.

11. Mapep ipprintjati li għandhom aktar minn 200 sena.

12. Arkivji u elementi minnhom, ta' kull kwalita, fuq kull medium, li jinkludu elementi li għandhom aktar minn 50 sena.

13. (a) Kollezzjonijiet[11] u spesimens minn kollezzjonijiet żooloġiċi, botaniċi, mineroloġiċi jew anatomiċi;

(b) Kollezzjonijiet2 ta' interess storiku, paleontoloġiku, etnografiku jew numismatiku.

14. Mezzi ta' trasport li għandhom aktar minn 75 sena.

15. Kull Ö oġġett Õ ieħor antik mhux inkluż fil-kategoriji A 1 sa A 14, li għandu aktar minn 50 sena.

L-oġġetti ta' kultura fil-kategoriji A 1 sa A 15 huma koperti minn din id-Direttiva biss jekk il-valur tagħhom jikkorrispondi għal, jew jeċċedi, it-thresholds finanzjarji taħt il-Parti B.

B. Thresholds finanzjarji applikabbli għal ċerti kategoriji taħt il-Parti A (f'ewro)

ê 2001/38/KE Art. 1 pt. 1

VALUR:

Hu x'inhu l-valur

ê 93/7/KEE

- 1 (Oġġetti arkeoloġiċi)

- 2 (Monumenti maħtuta)

- 9 (Inkunabula u manuskritti)

- 12 (Arkivji)

15 000

- 5 (Mużajk u tpenġijiet)

- 6 (Inċiżjonijiet)

- 8 (Ritratti)

- 11 (Mapep stampati)

ê 96/100/KE Art. 1 pt. 2

30 000

- 4 (Akkwarelli, gouaches u pastell)

ê 93/7/KEE

50 000

- 7 (Statwarji)

- 10 (Kotba)

- 13 (Kollezzjonijiet)

- 14 (Mezzi ta' trasport)

- 15 (Kull item oħra)

150 000

- 3 (Stampi)

L-istima jekk il-kundizzjonijiet relatati mal-valur finanzjarju ġewx milħuqa jew le għandha ssir meta r-ritorn ikun mitlub. Il-valur finanzjarju huwa dak ta' l-oġġett fl-Istat Membru li ssirlu t-talba.

ê 2001/38/KE Art. 1 pt. 2 (adattat)

Għall-Istati Membri li m'għandhomx l-euro bħala l-munita tagħhom, il-valuri mogħtija fl-euroÖ f'dan l-Anness Õ għandhom jiġu konvertiti u mogħtija fil-muniti nazzjonali bir-rata tal-kambju ta' nhar il-31 ta' Diċembru, 2001 ippublikata fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea . Dan il-kontravalur f'muniti nazzjonali għandu jiġi rivedut kull sentejn b'effett mill-31 ta' Diċembru, 2001. Il-kalkolu ta' dan il-kontravalur għandu jkun ibbażat fuq il-medja tal-valur ta' kuljum ta' dawk il-muniti, mogħti fl-euro, matul l-24 xahar li jagħlqu fl-aħħar jum ta' Awwissu qabel ir-reviżjoni li tidħol fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru. Il-Kumitat Konsultattiv fuq Oġġetti ta' Kultura għandu jirrevedi dan il-metodu ta' kalkolu, fuq proposta mill-Kummissjoni, fil-prinċipju sentejn wara l-ewwel applikazzjoni. Għal kull reviżjoni, il-valuri mogħtija fl-euro u l-kontravaluri tagħhom f'munita nazzjonali għandhom ikunu publikati fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea fl-ewwel ġranet tax-xahar ta' Novembru qabel id-data li fiha r-reviżjoni tidħol fis-seħħ.

__________________

é

ANNESS II

Parti A

Direttiva mħassra flimkien ma’ lista ta' l-emenndi suċċessivi tagħha (imsemmija fl-Artikolu 19)

Direttiva 93/7/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill | (ĠU L 74, 27.3.1993, p. 74) |

Direttiva 96/100/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill | (ĠU L 60, 1.3.1997, p. 59) |

Direttiva 2001/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill | (ĠU L 187, 10.7.2001, p. 43) |

Parti B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali (imsemmi fl-Artikolu 19)

Direttiva | Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |

93/7/KE | 15.12.1993[12] |

96/100/KE | 1.9.1997 |

2001/38/KE | 31.12.2001 |

_____________

ANNESS III

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Direttiva 93/7/KEE | Din id-Direttiva |

Artikolu 1 punt 1, l-ewwel inċiż | Artikolu 1 punt 1(a) |

Artikolu 1 punt 1, it-tieni inċiż | Artikolu 1 punt 1(b) |

Artikolu 1, punt 1, it-tieni inċiż, l-ewwel sub-inċiż | Artikolu 1, punt 1, (b), (i) |

Artikolu 1, punt 1, it-tieni inċiż, l-ewwel sub-inċiż, it-tieni paragrafu | Artikolu 1, punt 2 |

Artikolu 1, punt 1, it-tieni inċiż, l-ewwel sub-inċiż, it-tieni paragrafu | Artikolu 1, punt 1, b), ii) |

Artikolu 1 punt 2, l-ewwel inċiż | Artikolu 1 punt 3(a) |

Artikolu 1 punt 2, it-tieni inċiż | Artikolu 1 punt 3(b) |

Artikolu 1 punti 3 sa 7 | Artikolu 1 punti 4 sa 8 |

Artikoli 2 sa 4 | Artikoli 2 sa 4 |

Artikolu 5 l-ewwel paragarafu | Artikolu 5 l-ewwel paragrafu |

Artikolu 5 it-tieni paragrafu l-ewwel inċiż | Artikolu 5it-tieni paragrafu (a) |

Artikolu 5 it-tieni paragrafu it-tieni inċiż | Artikolu 5 it-tieni paragarfu (b) |

Artikoli 6 sa 15 | Artikoli 6 sa 15 |

Artikolu 16(1) u (2) | Artikolu 16 (1) u (2) |

Artikolu 16(3) | _____ |

Artikolu 16(4) | Artikolu 16(3) |

Artikolu 17 u 18 | Artikolu 17 u 18 |

Artikolu 19 | Artikolu 21 |

_____ | Artikolu 19 |

_____ | Artikolu 20 |

Anness, Parti A, punt 1 sa 3 | Anness I, Parti A, punt 1 sa 3 |

Anness, Parti A, punt 3A | Anness I, Parti A, punt 4 |

Anness, Parti A, punt 4 sa 14 | Anness I, Parti A, punt 5 sa 15 |

Anness, Parti B | Anness I, Parti B |

_____ | Anness II |

_____ | Anness III |

_____________

[1] KUMM(87) 868 PV.

[2] Ara l-Anness 3 għal Parti A tal-Konklużjonijiet.

[3] Magħmul skond il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Kodifikazzjoni ta’ l- Acquis Communautaire , COM(2001) 645 finali.

[4] Ara l-Anness II, Parti A għal din il-proposta.

[5] ĠU C [...], [...] p. [...].

[6] ĠU C [...], [...] p. [...].

[7] ĠU L 74, 27.3.1993, p. 74. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/38/KE (ĠU L 187, 10.7.2001, p. 43).

[8] Ara l-Anness II, Parti A.

[9] ĠU L 395, 31.12.1992, p. 1. Ö Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 806/2003, (ĠU L 122 16.5.2003, p. 1). Õ

[10] Li għandhom aktar minn 50 sena u m'humiex ta' min oriġinahom.

[11] Kif definiti mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-Sentenza fil-Każ 252/84, kif ġej: Biċċiet ta' «Kolletturi' fl-ambitu tas-sinifikat tal-Heading Nru 99.05 tat-Tariffi Komuni Doganali huma oġġetti li għandhom il-karatteristici meħtieġa biex jiddaħħlu f'kollezzjoni, jiġifieri, oġġetti li huma relativament rari, ma jintużawx normalment għall-iskop tagħhom oriġinali, huma s-suġġett ta' transazzjonijiet speċjali 'l barra mill-kummerċ normali ta' oġġetti simili utilitarji u huma ta' valur għoli.»

[12] Id-data limitu ta’ traspożizzjoni għall-Belġju, il-Ġermanja u l-Olanda kienet il-15 ta’ Marzu 1994.