52007PC0516

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 251(2) tat-Trattat tal-KE dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar sistema elettronika għad-dwana u l-kummerċ /* KUMM/2007/0516 finali - COD 2005/0247 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 5.9.2007

KUMM(2007) 516 finali

2005/0247 (COD)

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 251(2) tat-Trattat tal-KE dwar

il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sistema elettronika għad-dwana u l-kummerċ

2005/0247 (COD)

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 251(2) tat-Trattat tal-KE dwar

il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sistema elettronika għad-dwana u l-kummerċ

1. SFOND

Data ta' trażmissjoni tal-proposta lill-PE u lill-Kunsill (dokument COM(2005)609 finali – 2005/247COD): | 02/12/2005. |

Data ta' l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: | 13/09/2006. |

Data ta' l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, l-ewwel qari: | 12/12/2006. |

Data ta' l-adozzjoni tal-pożizzjoni komuni: | 23/07/2007. |

2. GĦAN TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Id-Deċiżjoni proposta tipprevedi l-impenn min-naħa ta' l-Istati Membri u tal-Kummissjoni biex jiżviluppaw sistemi doganali elettroniċi li huma interoperabbli fi ħdan termini ta' żmien miftiehma. Barra mill-iskadenzi, id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-għanijiet, l-istrateġija u l-mekkaniżmu ta' koordinament għas-sistemi doganali elettroniċi, tiddefinixxi l-komponenti Komunitarji u nazzjonali tas-sistemi u r-responsabilitajiet u l-ħidmiet relatati. Barra minn hekk, tistabbilixxi qafas ta' monitoraġġ u rappurtar għall-inizjattiva ta' l-" e-customs " (dwana elettronika).

3. KUMMENTI DWAR IL-POŻIZZJONI KOMUNI

Flimkien mal-modifiki tekniċi u referenza speċifika għall-protezzjoni tad- data personali, il-pożizzjoni komuni ddaħħal tibdiliet dwar l-iskadenzi għat-twaqqif tas-sistemi individwali. Għal uħud mis-sistemi, hija toħloq distinzjoni bejn skadenzi għat-twaqqif ta' speċifikazzjonijiet funzjonali u għat-tħaddim tas-sistema.

Barra minn hekk, il-pożizzjoni komuni tistabbilixxi l-possibilità li t-termini ta' żmien jiġu estiżi fl-ambitu tal-proċedura tal-komitoloġija (proċedura regolatorja bi skrutinju) u jkunu aboliti xi proġetti wara evalwazzjoni negattiva ta' l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali.

Il-Kummissjoni tista' taċċetta l-pożizzjoni komuni billi din għadha tiggarantixxi li jinżammu t-termini ta' żmien fil-proposta biex jinħoloq impenn għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni.

It-termini ta' żmien għas-sistemi differenti li rriżultaw bħala l-aktar problema importanti għall-adozzjoni tal-pożizzjoni komuni billi wħud mill-Istati Membri beżgħu minn impenn għal proġetti fit-tul, li skond huma, il-vijabbiltà tagħhom għad trid tiġi ppruvata.

4. KONKLUŻJONI

Il-Kummissjoni taqbel mal-pożizzjoni komuni.