Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni /* KUMM/2007/0504 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 5.9.2007 KUMM(2007) 504 finali 2007/0182 (CNS) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI I. QAFAS POLITIKU U LEGALI Il-bażi legali għar-relazzjoni UE-Moldova hija l-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni, li kien iffirmat fit-28 ta' Novembru 1994 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1998. L-FPK jistipula l-istruttura għal djalogu politiku regolari bejn il-partijiet, u jipprovdi għall-kooperazzjoni UE-Moldova fil-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali, il- money laundering u d-drogi. Wara l-adozzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (ENP – European Neighbourhood Policy ) għall-UE-Moldova fi Frar 2005, il-Moldova saret pajjiż imsieħeb fl-ENP. L-għan ta' l-ENP huwa li jiġi evitat il-ħolqien ta' linji diviżorji ġodda bejn l-UE u l-ġirien tagħha u sabiex l-istabbiltà, is-sigurtà u l-benesseri ta' kull min huwa kkonċernat jiġu msaħħa. Bl-adeżjoni tar-Rumanija fl-UE, il-Moldova taqsam il-fruntieri ma' l-Unjoni. Il-Pjan ta' Azzjoni ta' l-ENP jipprovdi l-bażi għal kooperazzjoni sostanzjalment intensifikata bejn l-UE u l-Moldova fir-rigward tal-ġustizzja u l-affarijiet interni. Il-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Affarijet Interni ta' l-24 ta' Lulju 2006 stieden lill-Kummissjoni sabiex tagħmel konsultazzjonijiet ma' l-Istati Membri fi ħdan il-korpi preparatorji rilevanti tal-Kunsill dwar il-possibbiltà li jinbdew negozjati għall-ftehimiet dwar il-faċilitazzjoni tal-viża u r-riammissjoni mar-Repubblika tal-Moldova. Fid-19 ta' Diċembru 2006 il-Kunsill ta' l-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni awtorizza formalment lill-Kummissjoni sabiex tinnegozja ftehimiet mar-Repubblika tal-Moldova dwar ir-riammissjoni u l-faċilitazzjoni tal-viża. F'Jannar 2007 il-Kummissjoni għaddiet abbozz ta' ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova lill-awtoritajiet ta' din ta' l-aħħar. In-negozjati nbdew fid-9 ta' Frar 2007 u l-ewwel laqgħa formali saret fi Brussell fl-istess ġurnata. Il-laqgħat ta' negozjati nżammew fi Brussell b'mod parallel (" back-to-back ") man-negozjati għal ftehim għall-faċilitazzjoni tal-viża KE-Moldova. L-aħħar laqgħa formali ta' negozjati saret fis-17 ta' April 2007 li fiha ġew miftiehma l-kwistjonijiet kollha pendenti. It-test finali tal-ftehim ġie inizjalat f'Chisinau fil-25 ta' April 2007. L-Istati Membri ġew informati fil-Grupp ta' Ħidma rilevanti tal-Kunsill dwar l-eżitu tan-negozjati dwar ir-riamissjoni. Min-naħa tal-Komunità, il-bażi legali tal-Ftehim huwa l-Artikolu 63(3)(b), flimkien ma’ l-Artikolu 300 tat-Trattat KE. Il-proposti mehmuża jikkostitwixxu l-istrument legali għall-iffirmar u l-konklużjoni tal-ftehim tar-riammissjoni. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi b’maġġoranza kwalifikata. Il-Parlament Ewropew għandu jiġi kkonsultat formalment dwar il-konklużjoni tal-Ftehim, skond l-Art. 300(3) tat-Trattat KE. Id-deċiżjoni proposta dwar il-konklużjoni tistabbilixxi l-arranġamenti interni neċessarji għall-applikazzjoni prattika tal-Ftehim. B’mod partikolari, tispeċifika li l-Kummissjoni tirrappreżenta lill-Komunità fi ħdan il-Kumitat Konġunt tar-Riammissjoni mwaqqaf bl-Artikolu 18 tal-Ftehim. Skond l-Artikolu 18(5), il-kumitat tar-riammissjoni jista’ jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu. Bħal fil-każ tal-ftehimiet l-oħra ta' riammissjoni sa llum konklużi mill-Komunità, il-pożizzjoni tal-Komunità f'dan ir-rigward għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni b'konsultazzjoni mal-kumitat speċjali appuntat mill-Kunsill. Fir-rigward ta' deċiżjonijiet oħra li għandhom jittieħdu mill-Kumitat Konġunt, il-pożizzjoni tal-Komunità għandha tiġi stabbilita skond id-dispożizzjonijiet applikabbli tat-Trattat. II. IR-RIżULTAT TAN-NEGOZJATI Il-Kummissjoni tikkonsidra li l-għanijiet iffissati mill-Kunsill fid-direttivi tagħha dwar in-negozjar intlaħqu u li l-abbozz tal-Ftehim dwar ir-Riammissjoni huwa aċċettabbli għall-Komunità. Il-kontenut finali tiegħu jista’ jitqassar kif ġej: - Il-Ftehim huma mqassam fi tmien taqsimiet bi tlieta u għoxrin artikolu b’kollox. Fih ukoll sitt Annessi, li jifformaw parti integrali minnu u sitt dikjarazzjonijiet konġunti. - L-obbligi ta' riammissjoni stipulati fil-Ftehim (Artikoli 2 u 5) huma abbozzati b’mod kompletament reċiproku, u jinkludu ċ-ċittadini tagħhom stess (Artikoli 2 u 4) kif ukoll ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat (Artikoli 3 u 5). - L-obbligu li jiġu riammessi ċ-ċittadini tagħhom stess jinkludi wkoll dawk li qabel kienu ċittadini tagħhom u li ġew imċaħħda miċ-ċittadinanza jew irrinunzjaw għaliha mingħajr ma ħadu ċ-ċittadinanza ta’ Stat ieħor. - L-obbligu ta' riammissjoni fir-rigward taċ-ċittadini tagħhom stess ikopri wkoll il-membri tal-familja (jiġifieri l-konjugi u t-tfal minuri mhux miżżewġa) li jkollhom nazzjonalità differenti minn dik tal-persuna li għandha tiġi riammessa u li ma jkollhomx dritt indipendenti għar-residenza fl-Istat li jagħmel it-Talba. - L-obbligu li jiġu riammessi ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat (Artikolu 3) huwa marbut mal-prerekwiżiti li ġejjin: (a) il-persuna kkonċernata jkollha jew kellha fiż-żmien tad-dħul, viża valida jew permess tar-residenza validu maħruġ mill-Istat Mitlub, jew (b) il-persuna kkonċernata tkun daħlet illegalment u direttament fit-territorju ta' l-Istat li jagħmel it-Talba wara li tkun waqfet fit-territorju ta' l-Istat Mitlub jew tkun għaddiet minnu. Eżentati minn dawn l-obbligi huma l-persuni fi tranżitu li jkunu qed jivvjaġġaw bl-ajru u l-persuni kollha li għalihom l-Istat li jagħmel it-Talba jkun ħareġ viża jew awtorizzazzjoni ta' residenza qabel jew wara d-dħul fit-territorju tiegħu. - Ir-Repubblika tal-Moldova taċċetta l-użu tad-dokument ta' l-ivvjaġġar standard ta' l-UE għall-finijiet ta' espulsjoni kemm għar-rigward taċ-ċittadini proprji, fil-każ ta' skadenza tat-terminu speċifikat, kif ukoll għal ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat (Artikoli 2(4) u 3(3)), fil-każijiet kollha. - Taqsima III tal-Ftehim (Artikoli 6 sa 12 flimkien ma' l-Annessi 1 sa 5) tinkludi d-dispożizzjonijiet tekniċi meħtieġa dwar il-proċedura ta’ riammissjoni (il-formola u l-kontenut tat-talba għal riammissjoni, il-mezzi ta’ prova, il-limiti ta’ żmien, il-modalitajiet ta’ trasferiment u l-metodi ta’ trasport). Xi flessibilità proċedurali tiġi mill-fatt li ma tkun meħtieġa ebda riammissjoni f’każi li fihom il-persuna li tkun se tiġi riammessa jkollha passaport nazzjonali validu u, jekk hu jew hi jkun/tkun ċittadin/a ta’ pajjiż terz, ikun/tkun ukoll fil-pussess ta’ viża valida jew awtorizzazzjoni ta' residenza ta' l-Istat li jkollu jaċċetta r-riammissjoni tiegħu jew tagħha (Artikolu 6(2)). Fit-tielet paragrafu tiegħu, l-Artikolu 6 fih element proċedurali ieħor importanti, l-hekk imsejħa proċedura aċċellerata, li sar ftehim dwarha għall-persuni li jinqabdu fir-“reġjun tal-fruntiera”, jiġifieri f’żona li testendi sa 30 kilometru mill-fruntiera ta' art komuni bejn Stat Membru u r-Repubblika tal-Moldova jew fi ħdan it-territorji ta’ ajruporti Internazzjonali ta’ l-Istati Membri jew tar-Repubblika tal-Moldova. Taħt il-proċedura aċċellerata, it-talbiet għal riammissjoni għandhom jiġu sottomessi, u t-tweġibiet għandhom jingħataw, fi żmien jumejn tax-xogħol filwaqt li taħt il-proċedura normali, il-limitu ta' żmien għat-tweġibiet huwa ta' 11-il jum tax-xogħol. - Il-Ftehim fih taqsima dwar operazzjonijiet ta’ tranżitu (Artikoli 13 u 14 flimkien ma’ l-Anness 6). - L-Artikoli 15 sa 17 għandhom ir-regoli meħtieġa dwar l-ispejjeż, il-protezzjoni tad- data u r-relazzjoni ma’ obbligazzjonijiet Internazzjonali oħra. - Il-Kumitat Konġunt dwar ir-Riammissjoni għandu jiġi kompost, u jkollu x-xogħol u l-poteri, kif imfissra fl-Artikolu 18. - Biex dan il-Ftehim jiġi eżegwit fil-prattika, l-Artikolu 19 joħloq il-possibbiltà għar-Repubblika tal-Moldova u l-Istati Membri individwali li jikkonkludu Protokolli bilaterali ta’ implimentazzjoni. Ir-relazzjoni tal-Protokolli bilaterali ta' implimentazzjoni kif ukoll ta' ftehimiet bilaterali oħra ta' riamissjoni eżistenti bejn ir-Repubblika tal-Moldova u l-Istati Membri individwali ma' dan il-Ftehim hija ċċarata bl-Artikolu 20. - Id-dispożizzjonijiet finali (Art. 21 sa 23) jinkludu r-regoli meħtieġa dwar id-dħul fis-seħħ, it-terminu ta' żmien, l-emendi possibbli, is-sospensjoni, it-tmiem u l-istatus legali ta’ l-Annessi tal-ftehim. - Is-sitwazzjoni speċifika tad-Danimarka hija riflessa fil-preambolu, l-Artikoli 1(d), 21(2) u f’dikjarazzjoni konġunta mehmuża mal-Ftehim. L-assoċjazzjoni mill-qrib tan-Norveġja, l-Iżlanda u l-Iżvizzera għall-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-Acquis ta’ Schengen hija bl-istess mod riflessa f’dikjarazzjonijiet konġunti mal-Ftehim. III. KONKLUżJONIJIET Fid-dawl tar-riżultati msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill - jiddeċiedi li l-Ftehim ikun iffirmat f’isem il-Komunità u jawtorizza lill-President tal-Kunsill sabiex jaħtar persuna/i bis-setgħa meħtieġa sabiex jiffirmaw f’isem il-Komunità; - japprova, wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew, il-Ftehim anness bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni. 2007/aaa (CNS) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 63, paragrafu 3 lit. b), flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta' l-ewwel sub-paragrafu ta' l-Artikolu 300 (2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni[1], BILLI: (1) Bid-deċiżjoni tiegħu tad-19 ta’ Diċembru 2006, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tinnegozja ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni. (2) In-negozjati għall-Ftehim saru bejn it-9 ta’ Frar 2007 u s-17 ta’ April 2007. (3) Soġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar tard, il-Ftehim inizjalat f’Chisinau fil-25 ta’ April 2007 għandu jiġi ffirmat. (4) Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta magħha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu Uniku Soġġett għall-konklużjoni possibbli f’data aktar tard, il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat jaħtar il-persuna/i bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw, f’isem il-Komunità Ewropea, il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni. Magħmul fi Brussell, fil-…............ta’.....................2007. Għall-Kunsill Il-President 2007/0182 (CNS) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 63, paragrafu 3 lit. b), flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta' l-ewwel sub-paragrafu ta' l-Artikolu 300 (2) u l-ewwel sub-paragrafu ta' l-Artikolu 300 (3) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni[2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[3] BILLI: (1) Il-Kummissjoni nnegozjat f’isem il-Komunità Ewropea Ftehim mar-Repubblika tal-Moldova dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni; (2) Dan il-Ftehim ġie iffirmat, f'isem il-Komunità Ewropea, fil-…....... 2007, soġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu aktar tard, skond id-Deċiżjoni ......…/…..../KE tal-Kunsill tal-[…..............] (3) Dan il-Ftehim għandu jiġi approvat. (4) Il-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt tar-Riammissjoni li jista’ jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu. Huwa xieraq li tiġi prevista proċedura simplifikata għall-istabbiliment tal-pożizzjoni tal-Komunità f’dan il-każ. (5) Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar ir-riammmissjoni ta' persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni qed jiġi hawnhekk approvat f’isem il-Komunità. It-test tal-ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill għandu jagħmel in-notifika msemmija fil-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 22 tal-Ftehim[4]. Artikolu 3 Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta lill-Komunità fil-Kumitat Konġunt tar-Riammissjoni stabbilit bl-Artikolu 18 tal-Ftehim. Artikolu 4 Il-pożizzjoni tal-Komunità fi ħdan il-Kumitat Konġunt tar-Riammissjoni fir-rigward ta' l-adozzjoni tar-regoli tal-proċedura tiegħu kif meħtieġ mill-Artikolu 18 (5) tal-Ftehim għandha tittieħed mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni ma' kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussell, fil-…............ta’.....................2007. Għall-Kunsill Il-President Anness ABBOZZ TA’ FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA DWAR IR-RIAMMISSJONI TA' PERSUNI LI JIRRESJEDU MINGĦAJR AWTORIZZAZZJONI FTEHIM bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA, IL-KOMUNITÀ EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa "l-Komunità", u R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA, minn issa 'l quddiem magħrufa bħala "l-Moldova", Determinati li jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom sabiex jikkumbattu l-immigrazzjoni illegali b’mod iktar effettiv, Xewqana li jistabbilixxu, permezz ta’ dan il-Ftehim u fuq il-bażi ta' reċiproċità, proċeduri mgħaġġla u effettivi għall-identifikazzjoni u r-ritorn sikur u ordinat ta' persuni li ma jissodisfawx, jew m'għadhomx jissodisfaw il-kundizzjonijiet tad-dħul, il-preżenza, jew ir-residenza fit-territorji tal-Moldova jew wieħed mill-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, u biex jiffaċilitaw it-tranżitu ta' dawn il-persuni fi spirtu ta' kooperazzjoni; Bl-enfasi li dan il-Ftehim għandu jkun mingħajr ħsara għad-drittijiet, l-obbligi u r-responsabbiltajiet li l-Komunità, l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea u l-Moldova għandhom skond il-Liġi Internazzjonali, u, b'mod partikolari, il-Konvenzjoni Ewropea ta' l-4 ta' Novembru 1950 dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, il-Konvenzjoni tat-28 ta' Lulju 1951 dwar l-Istatus tar-Refuġjati u l-Konvenzjoni ta' l-10 ta' Diċembru 1984 kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra; Filwaqt li jikkunsidraw li d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim, li jidħlu fl-ambitu tat-Titolu IV tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ma japplikawx għar-Renju tad-Danimarka, skond il-Protokoll fuq il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, FTEHMU KIF ĠEJ: Artikolu 1 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim: (a) "Partijiet Kontraenti" għandha tfisser il-Moldova u l-Komunità; (b) "Ċittadin tal-Moldova" għandha tfisser kwalunkwe persuna li jkollha ċ-ċittadinanza tar-Repubblika tal-Moldova; (c) "Ċittadin ta’ Stat Membru" għandha tfisser kull persuna li għandha ċ-ċittadinanza, kif definita għall-għanijiet tal-Komunità, ta’ Stat Membru; (d) "Stat Membru" għandha tfisser kull Stat Membru ta’ l-Unjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni tar-Renju tad-Danimarka; (e) "Ċittadin ta’ pajjiż terz" għandha tfisser kull persuna b’nazzjonalità li m'hijiex tal-Moldova jew ta’ xi wieħed mill-Istati Membri; (f) "Persuni mingħajr stat" għandha tfisser kull persuna li ma jkollhiex nazzjonalità; (g) "Permess ta' residenza" għandha tfisser permess ta' kull tip maħruġ mill-Moldova jew minn wieħed mill-Istati Membri li jagħti dritt lil persuna sabiex tirresjedi fit-territorju tagħha/tiegħu. Dan għandu jinkludi permessi temporanji biex jibqa' fit-territorju tagħha/tiegħu marbuta ma' l-ipproċessar ta' talba għall-ażil jew applikazzjoni għal permess ta' residenza; (h) "Punt ta' qsim tal-fruntiera" għandha tfisser kull punt ta' qsim awtorizzat mill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Moldova jew l-Istati Membri għall-finijiet ta' qsim tal-fruntieri rispettivi tagħhom, inklużi ajruporti Internazzjonali; (i) "Viża" għandha tfisser awtorizzazzjoni maħruġa jew deċiżjoni meħuda mill-Moldova jew minn wieħed mill-Istati Membri li hija meħtieġa għad-dħul, jew għat-tranżitu, fit-territorju tagħha/tiegħu. Din m'għandhiex tinkludi il-viża tat-tranżitu ta' l-ajruport; (j) "L-Istat li jagħmel it-Talba" għandha tfisser l-Istat (il-Moldova jew wieħed mill-Istati Membri) li jissottometti talba għal riammissjoni skond l-Artikolu 7 jew talba għal tranżitu skond l-Artikolu 14 ta' dan il-Ftehim; (k) "L-Istat Mitlub" għandha tfisser l-Istat (il-Moldova jew wieħed mill-Istati Membri) indirizzat b'talba għal riammissjoni skond l-Artikolu 7 jew talba għal tranżitu skond l-Artikolu 14 ta' dan il-Ftehim; (l) "Awtorità Kompetenti" għandha tfisser kull awtorità nazzjonali tal-Moldova jew ta' xi wieħed mill-Istati Membri inkarigata bl-implimentazzjoni ta' dan il-ftehim skond l-Artikolu 19(1) lit. a) tiegħu. (m) "Reġjun tal-fruntiera" għandha tfisser iż-żona li testendi sa 30 kilometru mill-fruntiera ta’ art komuni bejn Stat Membru u l-Moldova, kif ukoll it-territorji ta’ ajruporti Internazzjonali ta' l-Istati Membri u tal-Moldova. (n) "Tranżitu" għandha tfisser il-passaġġ ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat mit-territorju ta' l-Istat Mitlub meta jkun qed jivvjaġġa mill-Istat li jagħmel it-Talba għall-pajjiż tad-destinazzjoni. TAQSIMA I. OBBLIGI TA' RIAMMISSJONI MILL-MOLDOVA Artikolu 2 Riammissjoni ta' ċittadini proprji (1) Il-Moldova għandha taċċetta r-riammissjoni, fuq talba ta' Stat Membru u mingħajr ebda formalitajiet oħra barra minn dawk imsemmija f'dan il-Ftehim, tal-persuni kollha li ma jissodisfawx, jew li m'għadhomx jissodisfaw il-kundizzjonijiet fis-seħħ għad-dħul, il-preżenza jew ir-residenza fit-territorju ta' l-Istat Membru li jagħmel it-Talba kemm-il darba, skond l-Artikolu 8, tingħata prova, jew ikun jista' jiġi validament preżunt fuq il-bażi ta' prova prima facie miġjuba, li dawn ikunu ċittadini tal-Moldova. (2) Il-Moldova għandha taċċetta wkoll ir-riammissjoni ta': - it-tfal minuri mhux miżżewġa tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, indipendentement mill-post tat-twelid tagħhom jew in-nazzjonalità tagħhom, sakemm ma jkollhomx dritt ta' residenza indipendenti fl-Istat Membru li jagħmel it-Talba; - il-konjugi, li jkollhom nazzjonalità oħra, tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, sakemm dawn ikollhom id-dritt li jidħlu u jibqgħu jew jieħdu d-dritt li jidħlu u jibqgħu fit-territorju tal-Moldova, sakemm dawn ma jkollhomx dritt ta' residenza indipendenti fl-Istat Membru li jagħmel it-Talba. (3) Il-Moldova għandha tilqa' mill-ġdid ukoll persuni li jkunu ġew imċaħħda, jew li jkunu rrinunzjaw għan-nazzjonalità tal-Moldova sa minn meta jidħlu fit-territorju ta' Stat Membru, sakemm dawn il-persuni ma jkunux ġew ta' l-inqas imwiegħda n-naturalizzazzjoni minn Stat Membru. (4) Wara li l-Moldova tagħti tweġiba pożittiva għat-talba ta' riammissjoni, il-Missjoni Diplomatika kompetenti jew l-Uffiċċju Konsulari tal-Moldova għandha/għandu b'mod immedjat u mhux aktar tard minn tlett ijiem tax-xogħol, joħroġ id-dokument ta' l-ivvjaġġar meħtieġ għar-ritorn tal-persuna li għandha tiġi riammessa, b'validità ta' tliet xhur bħala minimu. Jekk, għal xi raġunijiet ta' dritt jew ta' fatt, il-persuna kkonċernata ma tistax tiġi trasferita fi żmien il-perjodu ta' validità tad-dokument ta' l-ivvjaġġar inizjalment maħruġ, il-Missjoni Diplomatika kompetenti jew l-Uffiċċju Konsulari tal-Moldova għandha/għandu, fi żmien 14-il jum kalendarju, joħroġ dokument ta' l-ivvjaġġar ġdid bl-istess tul ta' żmien bħala perjodu ta' validità. Jekk il-Moldova ma tkunx ħarġet id-dokument ta' l-ivvjaġġar ġdid fi żmien 14-il jum kalendarju, hija tiġi meqjusa li tkun aċċettat l-użu tad-dokument ta' l-ivvjaġġar standard ta' l-UE għal finijiet ta' espulsjoni.[5]. (5) Fil-każ li l-persuna li tkun se tiġi riammessa jkollha n-nazzjonalità ta' Stat terz b'żieda man-nazzjonalità tal-Moldova, l-Istat Membru li jagħmel it-Talba għandu jqis il-volontà tal-persuna li għandha tiġi riammessa fir-rigward ta' l-għażla tiegħu/tagħha. Artikolu 3 Riammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat (1) Il-Moldova għandha taċċetta mill-ġdid, fuq talba ta' Stat Membru u mingħajr ebda formalitajiet oħra barra minn dawk imsemmija f'dan il-Ftehim, lill-persuni kollha b'nazzjonalità ta' pajjiż terz jew li ma jkollhomx stat li ma jissodisfawx, jew li m'għadhomx jissodisfaw il-kundizzjonijiet fis-seħħ għad-dħul, il-preżenza jew ir-residenza fit-territorju ta' l-Istat Membru li jagħmel it-Talba kemm-il darba, skond l-Artikolu 9, issir prova, jew ikun jista' jiġi validament preżunt fuq il-bażi ta' prova prima facie miġjuba, li dawn il-persuni a) għandhom, jew fi żmien id-dħul kellhom, viża valida jew permess ta' residenza maħruġ mill-Moldova; jew b) ikunu daħlu illegalment u direttament mill-Moldova fit-territorju ta' l-Istati Membri wara li jkunu waqfu fit-territorju tal-Moldova jew għaddew minnu. (2) L-obbligu ta' riammissjoni fil-paragrafu 1 ma japplikax jekk a) iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat kien biss fi tranżitu ta’ l-ajru minn Ajruport Internazzjonali tal-Moldova; jew b) l-Istat li jagħmel it-Talba jkun ħareġ liċ-ċittadin tal-pajjiż terz jew lill-persuna mingħajr stat viża jew permess ta' residenza qabel jew wara d-dħul fit-territorju tiegħu sakemm - dik il-persuna ma jkollhiex viża jew permess ta' residenza, maħruġa mill-Moldova, b'perjodu itwal ta' validità; jew - il-viża jew il-permess ta' residenza maħruġ mill-Istat li jagħmel it-Talba ma tkunx/jkunx ġie/t akkwistat/a bl-użu ta' dokumenti foloz jew falsifikati, jew permezz ta' dikjarazzjonijiet foloz, jew - dik il-persuna tonqos milli tosserva kwalunkwe kundizzjoni marbuta mal-viża. (3) Wara li l-Moldova tkun tat tweġiba pożittiva għat-talba ta' riammissjoni, l-Istat li jagħmel it-Talba għandu jipprovdi lill-persuna li r-riammissjoni tagħha tkun ġiet aċċettata b'dokument ta' l-ivvjaġġar standard ta' l-UE għall-finijiet ta' espulsjoni[6]. TAQSIMA II. OBBLIGI TA' RIAMMISSJONI MILL-KOMUNIT À Artikolu 4 Riammissjoni ta' ċittadini proprji (1) Stat Membru għandu jaċċetta mill-ġdid, fuq talba tal-Moldova u mingħajr ebda formalitajiet oħra barra minn dawk imsemmija f'dan il-Ftehim, lill-persuni kollha li ma jissodisfawx, jew li m'għadhomx jissodisfaw il-kundizzjonijiet fis-seħħ għad-dħul, il-preżenza jew ir-residenza fit-territorju tal-Moldova kemm-il darba, skond l-Artikolu 8, issir prova, jew ikun jista' jiġi validament preżunt fuq il-bażi ta' prova prima facie miġjuba, li dawn ikunu ċittadini ta' dak l-Istat Membru. (2) Stat Membru għandu jaċċetta wkoll ir-riammissjoni ta': - it-tfal minuri mhux miżżewġa tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, indipendentement mill-post tat-twelid tagħhom jew in-nazzjonalità tagħhom, sakemm ma jkollhomx dritt ta' residenza indipendenti fil-Moldova; - il-konjugi, li jkollhom nazzjonalità oħra, tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, sakemm dawn ikollhom id-dritt li jidħlu u jibqgħu jew jieħdu d-dritt li jidħlu u jibqgħu fit-territorju ta' l-Istat Membru Mitlub, sakemm dawn ma jkollhomx dritt ta' residenza indipendenti fil-Moldova; (3) Stat Membru għandu jilqa' mill-ġdid ukoll persuni li jkunu ġew imċaħħda, jew li jkunu rrinunzjaw għan-nazzjonalità ta' Stat Membru sa minn meta jidħlu fit-territorju tal-Moldova, sakemm dawn il-persuni ma jkunux ġew ta' l-inqas imwiegħda n-naturalizzazzjoni mill-Moldova. (4) Wara li l-Istat Membru Mitlub jagħti tweġiba pożittiva għat-talba ta' riammissjoni, il-Missjoni Diplomatika kompetenti jew l-Uffiċċju Konsulari ta' dak l-Istat Membru għandha/għandu b'mod immedjat u mhux aktar tard minn tlett ijiem tax-xogħol, toħroġ/joħroġ id-dokument ta' l-ivvjaġġar meħtieġ għar-ritorn tal-persuna li għandha tiġi riammessa, b'validità ta' tliet xhur bħala minimu. Jekk, għal xi raġunijiet ta' dritt jew ta' fatt, il-persuna kkonċernata ma tistax tiġi trasferita fi żmien il-perjodu ta' validità tad-dokument ta' l-ivvjaġġar inizjalment maħruġ, il-Missjoni Diplomatika kompetenti jew l-Uffiċċju Konsulari ta' dak l-Istat Membru għandha/għandu, fi żmien 14-il jum kalendarju, toħroġ/joħroġ dokument ta' l-ivvjaġġar ġdid bl-istess tul ta' żmien bħala perjodu ta' validità. (5) Fil-każ li l-persuna li tkun se tiġi riammessa jkollha n-nazzjonalità ta' Stat terz b'żieda ma' dik ta' l-Istat Membru Mitlub, il-Moldova għandu jqis il-volontà tal-persuna li għandha tiġi riammessa fir-rigward ta' l-għażla tiegħu/tagħha. Artikolu 5 Riammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat (1) Stat Membru għandu jaċċetta mill-ġdid, fuq talba tal-Moldova u mingħajr ebda formalitajiet oħra barra minn dawk imsemmija f'dan il-Ftehim, lill-persuni kollha b'nazzjonalità ta' pajjiżi terzi jew li ma jkollhomx stat li ma jissodisfawx, jew li m'għadhomx jissodisfaw il-kundizzjonijiet fis-seħħ għad-dħul, il-preżenza jew ir-residenza fit-territorju tal-Moldova kemm-il darba, skond l-Artikolu 9, issir prova, jew ikun jista' jiġi validament preżunt fuq il-bażi ta' prova prima facie miġjuba, li dawn il-persuni a) għandhom, jew fi żmien id-dħul kellhom, viża valida jew permess ta' residenza maħruġ mill-Istat Membru Mitlub; jew b) ikunu daħlu illegalment u direttament fit-territorju tal-Moldova wara li jkunu waqfu fit-territorju ta' l-Istat Membru Mitlub jew għaddew minnu. (2) L-obbligu ta' riammissjoni fil-paragrafu 1 ma japplikax jekk a) iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat kien biss fi tranżitu ta’ l-ajru minn ajruport Internazzjonali ta’ l-Istat Membru Mitlub; jew b) Il-Moldova tkun ħarġet liċ-ċittadin tal-pajjiż terz jew lill-persuna mingħajr stat viża jew permess ta' residenza qabel jew wara d-dħul fit-territorju tagħha sakemm - dik il-persuna ma jkollhiex viża jew permess ta' residenza, maħruġ mill-Istat Membru Mitlub, b'perjodu itwal ta' validità; jew - il-viża jew il-permess ta' residenza maħruġ/a mill-Moldova tkun/jkun inkisbet/inkiseb bl-użu ta' dokumenti foloz jew falsifikati, jew permezz ta' dikjarazzjonijiet foloz, jew - dik il-persuna tonqos milli tosserva kwalunkwe kundizzjoni marbuta mal-viża. (3) L-obbligu ta’ riammissjoni fil-paragrafu 1 huwa għall-Istat Membru li ħareġ il-viża jew il-permess ta’ residenza. Jekk tnejn jew aktar Stati Membri jkunu ħarġu viża jew permess ta' residenza, l-obbligu ta' riammissjoni fil-paragrafu 1 ikun għall-Istat Membru li joħroġ id-dokument bl-itwal perjodu ta' validità jew, jekk wieħed jew aktar mid-dokumenti jkunu diġà skadew, id-dokument li jkun għadu validu. Jekk id-dokumenti kollha jkunu diġa' skadew, l-obbligu ta' riammissjoni fil-paragrafu 1 ikun ta' dak l-Istat Membru li ħareġ id-dokument bid-data ta' skadenza l-aktar riċenti. Jekk dawn id-dokumenti ma jkunux jistgħu jiġu prodotti, l-obbligu ta' riammissjoni fil-paragrafu 1 huwa ta' l-Istat Membru li minnu jkun sar l-aħħar ħruġ. (4) Wara li l-Istat Mitlub ikun ta tweġiba pożittiva għat-talba ta' riammissjoni, il-Moldova għandha tipprovdi lill-persuna li r-riammissjoni tagħha tkun ġiet aċċettata bid-dokument ta' l-ivvjaġġar meħtieġ għar-ritron tiegħu jew tagħha. TAQSIMA III. PROċEDURA TA' RIAMMISSJONI Artikolu 6 Prinċipji (1) Mingħajr ħsara għall-paragrafu 2, kull trasferiment ta’ persuna li ser tiġi riammessa fuq il-bażi ta’ wieħed mill-obbligi ta' l-Artikoli 2 sa 5 għandu jeħtieġ is-sottomissjoni ta’ talba għal riammissjoni lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Mitlub. (2) Ebda talba għal riammissjoni ma tkun meħtieġa meta l-persuna li għandha tiġi riammessa jkollha dokument ta' l-ivvjaġġar validu u, fil-każ li dik il-persuna tkun ċittadin ta' pajjiż terz jew mingħajr stat, ikollha, fejn applikabbli, viża valida jew permess ta' residenza validu ta' l-Istat Mitlub. (3) Jekk persuna tinstab fir-reġjun tal-fruntiera (inklużi ajruporti) ta’ l-Istat li jagħmel it-Talba wara li tkun qasmet illegalment il-fruntiera direttament mit-territorju ta' l-Istat Mitlub, l-Istat li jagħmel it-Talba jista' jissottometti talba ta' riammissjoni fi żmien jumejn minn meta din il-persuna tkun ġiet misjuba (proċedura aċċellerata). Artikolu 7 Kontenut tat-talba ta' Riammissjoni (1) Safejn hu possibbli, it-talba għal riammissjoni għandu jkollha l-informazzjoni li ġejja: id-dettalji tal-persuna li għandha tiġi riammessa (per eżempju l-ismijiet mogħtija, il-kunjomijiet, id-data tat-twelid u – fejn possibbli – il-post tat-twelid, u l-aħħar post ta’ residenza) u, fejn applikabbli, id-dettalji tat-tfal minuri mhux miżżewġa u/jew tal-konjugi; tingħata indikazzjoni tal-mezzi li permezz tagħhom issir il-prova jew il-prova prima facie tan-nazzjonalità, it-tranżitu, ir-raġunijiet tar-riammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u ta' persuni mingħajr stat u d-dħul u r-residenza kontra l-liġi. (2) Safejn possibbli, it-talba ta' riammissjoni għandha tinkludi wkoll l-informazzjoni li ġejja: a) dikjarazzjoni li tindika li l-persuna li ser tiġi trasferita jista’ jkollha bżonn għajnuna jew kura, bil-kundizzjoni li l-persuna kkonċernata tkun qablet b'mod espliċitu mad-dikjarazzjoni; b) kwalunkwe protezzjoni oħra, miżura ta' sigurtà jew informazzjoni dwar is-saħħa tal-persuna, li jistgħu jkunu meħtieġa fil-każ ta' trasferiment individwali. (3) Formola komuni li għandha tintuża għat-talbiet għal riammissjoni hija mehmuża bħala Anness 5 ma’ dan il-Ftehim. Artikolu 8 Mezzi ta' prova dwar in-nazzjonalità (1) In-nazzjonalità skond l-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 4(1) tista' tiġi pprovata permezz tad-dokumenti elenkati fl-Anness 1 ta' dan il-Ftehim, anke jekk il-perjodu ta' validità tagħhom ikun skada. Jekk dokumenti bħal dawn jkunu ppreżentati, l-Istati Membri u l-Moldova għandhom jirrikonoxxu b'mod reċiproku n-nazzjonalità mingħajr ħtieġa ta’ investigazzjoni ulterjuri. Il-prova tan-nazzjonalità ma tistax issir permezz ta' dokumenti foloz. (2) Prova prima facie tan-nazzjonalità skond l-Arikolu 2(1) u l-Artikolu 4(1) tista' ssir partikolarment permezz tad-dokumenti elenkati fl-Anness 2 ta' dan il-Ftehim, anke jekk il-perjodu ta' validità tagħhom ikun skada. Jekk dawn id-dokumenti jiġu ppreżentati, l-Istati Membri u l-Moldova għandhom iqisu li n-nazzjonalità tkun ġiet stabbilita, sakemm ma jkunux jistgħu jipprovaw mod ieħor. Prova prima facie tan-nazzjonalità ma tistax issir permezz ta' dokumenti foloz. (3) Jekk l-ebda wieħed mid-dokumenti elenkati fl-Anness 1 jew 2 ma jkun jista’ jiġi ppreżentat, il-Missjoni Diplomatika kompetenti jew l-Uffiċċju Konsulari ta' l-Istat Mitlub ikkonċernat għandha/għandu, meta mitlub/a, tagħmel/jagħmel l-arranġamenti ma’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat li jagħmel it-Talba biex il-persuna li għandha tiġi riammessa tiġi intervistata mingħajr dewmien, mhux aktar tard minn tlett ijiem tax-xogħol mill-jum li fih tkun saret it-talba, sabiex in-nazzjonalità tiegħu jew tagħha tiġi stabbilita. Artikolu 9 Mezzi ta' prova dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat (1) Il-prova tar-raġunijiet għar-riammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat stipulata fl-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 5(1) tista' b'mod partikolari ssir permezz tal-mezzi ta' prova elenkati fl-Anness 3 ta' dan il-Ftehim; din ma tistax issir permezz ta' dokumenti foloz. Kull prova bħal din għandha tkun rikonoxxuta b'mod reċiproku mill-Istati Membri u mill-Moldova mingħajr il-ħtieġa ta' aktar verifika. (2) Il-prova prima facie tar-raġunijiet għar-riammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat stipulata fl-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 5(1) tista' b'mod partikolari ssir permezz tal-mezzi ta' prova elenkati fl-Anness 4 ta' dan il-Ftehim; din ma tistax issir permezz ta' dokumenti foloz. Fejn prova prima facie bħal din hija preżentata, l-Istati Membri u l-Moldova għandhom iqisu li r-raġunijiet ikunu ġew stabbiliti, sakemm ma jkunux jistgħu jipprovaw mod ieħor. (3) L-illegalità tad-dħul, tal-preżenza jew tar-residenza għandha tkun stabbilita permezz tad-dokumenti ta' l-ivvjaġġar tal-persuna kkonċernata li fihom ma tirriżultax il-viża meħtieġa jew permess ieħor ta’ residenza fit-territorju ta' l-Istat li jagħmel it-Talba. Dikjarazzjoni mill-Istat li jagħmel it-Talba li l-persuna kkonċernata nstabet mingħajr id-dokumenti ta' l-ivvjaġġar, il-viża jew il-permess ta’ residenza meħtieġa għandha wkoll tkun ta' prova prima facie tad-dħul, il-preżenza jew ir-residenza illegali. Artikolu 10 Limiti ta’ żmien (1) L-applikazzjoni għar-riammissjoni għandha tiġi sottomessa lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Mitlub fi żmien massimu ta’ sitt xhur minn meta l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat li jagħmel it-Talba jkollha għarfien li ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat ma jissodisfax/tissodisfax, jew m'għadhux/hiex jissodisfa/tissodisfa l-kundizzjonijiet fis-seħħ għad-dħul, il-preżenza jew ir-residenza. Fejn ikun hemm ostakli ta' liġi jew ta' fatt li jżommu t-talba milli ssir fil-ħin, it-terminu ta' żmien għandu, fuq talba ta' l-Istat li jagħmel it-Talba, jiġi estiż iżda dan biss sakemm l-ostakli ma jibqgħux jeżistu. (2) Għandha ssir tweġiba bil-miktub għal talba ta' riammissjoni - fi żmien jumejn tax-xogħol, jekk it-talba tkun saret taħt il-proċedura aċċellerata (Artikolu 6(3)); - fi żmien ħdax-il jum fil-każijiet l-oħra kollha. Dawn it-termini ta' żmien jibdew jiddekorru mid-data tal-wasla tat-talba ta' riammissjoni. Jekk ma jkunx hemm tweġiba f'dan it-terminu ta' żmien, it-trasferiment ikun meqjus li jkun ġie miftiehem. (3) Fejn ikun hemm ostakli ta' liġi jew ta' fatt għat-tweġiba għat-talba fi ħdax-il jum tax-xogħol, dan it-terminu ta' żmien jista', fuq talba motivata kif xieraq, jiġi estiż b'massimu ta' jumejn tax-xogħol. Jekk ma jkunx hemm tweġiba f'dan it-terminu ta' żmien estiż, it-trasferiment ikun meqjus li jkun ġie miftiehem. (4) Għandhom jingħataw ir-raġunijiet għal deċiżoni li tiċħad talba ta' riammissjoni. (5) Wara li jsir il-ftehim jew, fejn applikabbli, wara l-iskadenza tat-terminu ta' żmien stipulat fil-paragrafu 2, il-persuna kkonċernata għandha tiġi ttrasferita fi żmien tliet xhur. Fuq talba ta' l-Istat li jagħmel it-Talba, dan it-terminu ta' żmien jista’ jiġi estiż biż-żmien meħud sabiex jiġu ttrattati l-ostakli legali jew prattiċi. Artikolu 11 Modalitajiet tat-trasferiment u modi ta' trasportazzjoni (1) Qabel tintbagħat persuna lura, l-awtoritajiet kompetenti tal-Moldova u ta' l-Istat Membru kkonċernat għandhom jagħmlu l-arranġamenti bil-miktub u bil-quddiem rigward id-data tat-trasferiment, il-punt tal-qsim tal-fruntiera, l-iskorta li jista' jkun hemm u informazzjoni oħra rilevanti għat-trasferiment. (2) It-trasportazzjoni tista' ssir bl-ajru jew fuq l-art. Ir-ritorn bl-ajru m'għandux jiġi ristrett għall-użu tal-linji nazzjonali tal-Moldova jew ta' l-Istati Membri u jista’ jsir bl-użu ta’ titjiriet skedati jew titjiriet charter . Fil-każ ta' ritorni bi skorta, dawn l-iskorti m'għandhomx jiġu ristretti għal persuni awtorizzati ta' l-Istat li jagħmel it-Talba, bil-kundizzjoni li dawn ikunu persuni awtorizzati mill-Moldova jew kwalunkwe Stat Membru. Artikolu 12 Riammissjoni bi żball L-Istat li jagħmel it-Talba għandu jieħu lura kwalunkwe persuna riammessa mill-Istat Mitlub jekk jiġi stabbilit, fi żmien tliet xhur wara t-trasferiment tal-persuna kkonċernata, li r-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 2 sa 5 ta' dan il-Ftehim m'humiex sodisfatti. F'dawn il-każi d-dispożizzjonijiet proċedurali ta' dan il-Ftehim għandhom japplikaw mutatis mutandis u għandu jiġi pprovdut t-tagħrif disponibbli kollu li jirrigwarda l-identità u n-nazzjonalità tal-persuna li għandha tittieħed lura. TAQSIMA IV. OPERAZZJONIJIET TA’ TRANżITU Artikolu 13 Prinċipji (1) L-Istati Membri u l-Moldova għandhom jirrestrinġu t-tranżitu ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat għall-każijiet fejn dawn il-persuni ma jistgħux jintbagħtu lura direttament lejn l-Istat tad-destinazzjoni. (2) Il-Moldova għandha tippermetti t-tranżitu ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat jekk l-Istat Membru jitlob dan, u Stat Membru għandu jawtorizza t-tranżitu ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat jekk il-Moldova titlob dan, kemm-il darba l-ivvjaġġar minn Stati oħra ta' tranżitu li jista' jkun hemm u r-riammissjoni mill-Istat ta’ destinazzjoni jkunu assigurati. (3) It-tranżitu jista' jiġi rifjutat mill-Moldova jew minn Stat Membru: a) jekk iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat huwa f’riskju reali li jkun suġġett għal tortura jew trattament jew pieni inumani jew degradanti jew għall-piena tal-mewt jew għall-persekuzzjoni minħabba r-razza, ir-reliġjon, in-nazzjonalità u s-sħubija tiegħu f'xi grupp soċjali partikolari jew ta' konvinzjoni politika partikolari fl-Istat tad-destinazzjoni jew Stat ieħor ta' tranżitu; jew b) jekk iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat ikun soġġett għal sanzjonijiet kriminali fl-Istat Mitlub jew f’xi Stat ieħor ta’ tranżitu; jew c) minħabba raġunijiet ta’ saħħa pubblika, sigurtà domestika, ordni pubbliku jew interessi nazzjonali oħra ta’ l-Istat Mitlub. (4) Il-Moldova jew Stat Membru tista' tirrevoka kull awtorizzazzjoni maħruġa jekk iċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 3 jirriżultaw jew jiġu fid-deher aktar tard li jkunu ta' xkiel fl-operazzjoni ta' tranżitu, jew jekk l-ivvjaġġar minn Stati ta' tranżitu li jista' jkun hemm jew ir-riammissjoni mill-Istat ta' destinazzjoni ma jkunx/tkunx aktar assigurat/a. F’dan il-każ, l-Istat li jagħmel it-Talba għandu jieħu lura ċ-ċittadin ta' pajjiż terz jew il-persuna mingħajr stat, kif meħtieġ u mingħajr dewmien. Artikolu 14 Il-proċedura tat-tranżitu (1) Talba għal operazzjonijiet ta' tranżitu għandha tiġi sottomessa bil-miktub lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Mitlub u għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja: a) it-tip ta’ tranżitu (bl-ajru jew fuq l-art), Stati oħra ta’ tranżitu li jista' jkun hemm u d-destinazzjoni finali intiża; b) id-dettalji tal-persuna kkonċernata (eżempju l-isem mogħti, il-kunjom, il-kunjom tax-xbubija, ismijiet oħra użati/li bihom hija magħrufa jew psewdonimi, id-data tat-twelid, is-sess u - fejn possibbli - il-post tat-twelid, in-nazzjonalità, il-lingwa, it-tip u n-numru tad-dokument ta' l-ivvjaġġar); c) il-punt tal-qsim tal-fruntiera pprevedut, il-ħin tat-trasferiment u l-użu ta' l-iskorti li jista' jkun hemm; d) dikjarazzjoni li fil-fehma ta' l-Istat li jagħmel it-Talba, il-kundizzjonijiet skond l-Artikolu 13(2) huma sodisfatti, u li ebda raġuni għal ċaħda skond l-Artikolu 13(3) ma tkun magħrufa. Formola komuni li għandha tintuża għat-talbiet ta' tranżitu hija mehmuża bħala l-Anness 6 ma' dan il-Ftehim. (2) L-Istat Mitlub għandu, fi żmien erbat ijiem tax-xogħol, jinforma bil-miktub lill-Istat li jagħmel it-Talba bl-ammissjoni, u jikkonferma l-punt tal-qsim tal-fruntiera u l-ħin maħsub ta’ l-ammissjoni, jew jinfurmah bid-deċiżjoni ta' ċaħda ta’ l-ammissjoni u r-raġunijiet għal din iċ-ċaħda. (3) Jekk l-operazzjoni ta' tranżitu ssir bl-ajru, il-persuna li għandha tiġi riammessa u l-iskorti li jista' jkun hemm għandhom ikunu eżentati mill-obbligu li jiksbu viża ta' tranżitu ta' l-ajruport. (4) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Mitlub għandhom, wara konsultazzjonijiet reċiproċi, jassistu fl-operazzjonijiet ta’ tranżitu, partikolarment permezz tas-sorveljanza tal-persuni kkonċernati u l-għoti ta’ faċilitajiet xierqa għal dak l-iskop. TAQSIMA V. SPEJJEż Artikolu 15 Trasport u spejjeż tat-tranżitu Mingħajr ħsara għad-dritt ta' l-awtoritajiet kompetenti sabiex jirkupraw l-ispejjeż marbuta mar-riammissjoni mill-persuna li għandha tiġi riammessa jew partijiet terzi, l-ispejjeż kollha tat-trasport minfuqa li huma relatati mar-riammissjoni u l-operazzjonijiet ta' tranżitu skond dan il-Ftehim sal-fruntiera ta' l-Istat tad-destinazzjoni finali għandhom jitħallsu mill-Istat li jagħmel it-Talba. TAQSIMA VI. IL-PROTEZZJONI TAD-DATA U L-KLAWSOLA TA' NUQQAS TA' EFFETT Artikolu 16 Il-Protezzjoni tad- Data Il-komunikazzjoni ta’ data personali għandha sseħħ biss jekk komunikazzjoni bħal din hija meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim mill-awtoritajiet kompetenti tal-Moldova jew Stat Membru skond il-każ. L-ipproċessar u t-trattament ta' data personali f'każ partikolari għandhom ikunu soġġetti għal-liġijiet domestiċi tal-Moldova u, fejn il-kontrollur ikun awtorità kompetenti ta' Stat Membru, għad-disposizzjonijet tad-Direttiva 95/46/KE[7] u tal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta' dak l-Istat Membru adottata skond din id-Direttiva. Għandhom japplikaw ukoll il-prinċipji li ġejjin: a) id- data personali għandha tiġi pproċessata b’mod ġust u legali; b) id- data personali għandha tinġabar għall-għan speċifiku, espliċitu u leġittimu ta' l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim u ma tistax terġa' tiġi pproċessata mill-awtorità li tkun qed tikkomunikaha u lanqas mill-awtorità li tkun qed tirċiviha b'mod inkompatibbli ma' dak l-għan; c) id- data personali għandha tkun adegwata, rilevanti u mhux eċċessiva b'relazzjoni ma' l-għan li għalih tinġabar u/jew tkun ipproċessata aktar; partikolarment, data personali komunikata tista' tikkonċerna biss dan li ġej: - id-dettalji tal-persuna li għandha tiġi ttrasferita (eżempju ismijiet mogħtija, kunjomijiet, kwalunkwe ismijiet preċedenti, ismijiet oħra użati/li bihom tkun magħrufa jew psewdonimi, is-sess, l-status ċivili, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità preżenti u kwalunkwe nazzjonalità preċedenti); - il-passaport, il-karta ta' l-identità jew il-liċenzja tas-sewqan (in-numru, il-perjodu ta' validità, id-data tal-ħruġ, l-awtorità li toħroġ id-dokument, il-post tal-ħruġ); - waqfiet u itinerarji; - informazzjoni oħra meħtieġa sabiex il-persuna li għandha tiġi ttrasferita tiġi identifikata jew sabiex jiġu eżaminati r-rekwiżiti ta' riammissjoni skond dan il-Ftehim. d) id- data personali għandha tkun eżatta u, fejn meħtieġ, aġġornata. e) id- data personali għandha tinżamm b'mod li tippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad- data għal żmien li ma jkunx iktar milli huwa meħtieġ għall-għan li għalih id- data tkun ġiet miġbura jew li għalih tkun ġiet proċessata iktar; f) kemm l-awtorità li tikkomunika u kif ukoll l-awtorità li tkun qed tirċievi għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jassiguraw kif ikun xieraq ir-rettifika, it-tħassir jew it-twaqqif ta' data personali fejn l-ipproċessar ma jkunx jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' dan l-artikolu, b'mod partikolari minħabba li d- data ma tkunx adegwata, rilevanti, preċiża, jew tkun eċċessiva fl-isfond ta' l-għan ta' l-ipproċessar. Din tinkludi n-notifika ta' kwalunkwe rettifika, tħassir jew twaqqif lill-Parti l-oħra. g) fuq talba, l-awtorità li tirċievi għandha tinforma lill-awtorità li tikkomunika bl-użu tad- data kkomunikata u bir-riżultati miksuba minnha; h) id- data personali tista' tiġi kkomunikata biss lill-awtoritajiet kompetenti. Komunikazzjoni ulterjuri lil korpi oħra tinħtieġ il-kunsens minn qabel tal-awtorità li tikkomunika; i) l-awtoritajiet li jikkomunikaw u li jirċievu huma obbligati li jagħmlu reġistrazzjoni bil-miktub tal-komunikazzjoni u tal-ksib tad- data personali. Artikolu 17 Klawsola ta' nuqqas ta' effett (1) Dan il-Ftehim għandu jkun bla ħsara għad-drittijiet, l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-Komunità, l-Istati Membri u l-Moldova taħt il-Liġi Internazzjonali u, b’mod partikolari, minn - il-Konvenzjoni tat-28 ta' Lulju 1951 dwar l-Istatus tar-Refuġjati kif emendata bil-Protokoll tal-31 ta' Jannar 1967 dwar l-Istatus tar-Refuġjati; - konvenzjonijiet internazzjonali li jiddeterminaw l-Istat responsabbli għall-eżami ta' talbiet għall-ażil sottomessi; - il-Konvenzjoni Ewropea ta' l-4 ta' Novembru 1950 għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali; - il-Konvenzjoni ta' l-10 ta' Diċembru 1984 kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti; - konvenzjonijiet internazzjonali dwar l-estradizzjoni u t-tranżitu; - konvenzjonijiet internazzjonali multilaterali u ftehimiet dwar ir-riammissjoni ta' ċittadini barranin. (2) Xejn f'dan il-Ftehim m'għandu jimpedixxi r-ritorn ta' persuna taħt arranġamenti formali jew informali oħra. TAQSIMA VII. IMPLIMENTAZZJONI U APPLIKAZZJONI Artikolu 18 Kumitat konġunt tar-riammissjoni (1) Il-Partijiet Kontraenti għandhom jipprovdu lil xulxin assistenza reċiproka fl-applikazzjoni u l-interpretazzjoni ta' dan il-Ftehim. Għal dan il-għan, huma għandhom jaħtru kumitat konġunt tar-riammissjoni (minn issa 'l quddiem indikat bħala “l-Kumitat”) li ser ikollu, b'mod partikolari, il-kompitu a) li jimmonitorja l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim; b) li jiddeċiedi fuq l-implimentazzjoni ta' l-arranġamenti meħtieġa għall-applikazzjoni uniformi ta' dan il-Ftehim; c) li jkollu skambji regolari ta' l-informazzjoni dwar il-Protokolli ta' implimentazzjoni li jkunu saru minn Stati Membri individwali u l-Moldova skond l-Artikolu 19; d) li jirrakomanda emendi għal dan il-Ftehim u l-Annessi tiegħu. (2) Id-deċiżjonijiet tal-kumitat għandhom jorbtu lill-Partijiet Kontraenti. (3) Il-kumitat għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Komunità u l-Moldova; il-Komunità tiġi rappreżentata mill-Kummissjoni. (4) Il-kumitat għandu jiltaqa’ meta meħtieġ fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet Kontraenti. (5) Il-kumitat għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu. Artikolu 19 Protokolli ta’ implimentazzjoni (1) Fuq talba ta' Stat Membru jew tal-Moldova, il-Moldova u Stat Membru għandhom iħejju Protokoll ta' implimentazzjoni li jkopri regoli dwar a) it-titolu ta' l-awtoritajiet kompetenti, il-punti tal-qsim tal-fruntiera u l-punti ta' l-iskambju tal-kuntatt; b) il-modalitajiet tar-ritorn taħt il-proċedura aċċellerata; c) il-kundizzjonijiet ta’ trasferimenti skortati, inkluż it-tranżitu ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat li jsiru bi skorta; d) metodi u dokumenti addizzjonali għal dawk elenkati fl-Annessi 1 sa 4 ta' dan il-Ftehim. (2) Il-Protokolli ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jidħlu fis-seħħ biss wara li l-kumitat tar-riammissjoni, imsemmi fl-Artikolu 18, ikun ġie notifikat. (3) Il-Moldova taqbel li kwalunkwe dispożizzjoni ta' Protokoll ta' implimentazzjoni magħmul ma' Stat Membru partikolari għandha tiġi applikata wkoll fir-relazzjonijiet tagħha ma' kwalunkwe Stat Membru ieħor fuq talba minn dan ta' l-aħħar. Artikolu 20 Relazzjoni mal-ftehimiet bilaterali ta' riammissjoni jew arranġamenti ta' l-Istati Membri Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim għandhom ikollhom preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet ta' kull ftehim jew arranġament bilaterali dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni li jkun ġie jew jista' jiġi konkluż, taħt l-Artikolu 19, bejn Stati Membri individwali u l-Moldova, u dan safejn id-dispożizzjonijiet ta' dan ta' l-aħħar ikunu inkompatibbli ma' dawk ta' dan il-Ftehim. TAQSIMA VIII. DISPOżIZZJONIJIET FINALI Artikolu 21 Applikazzjoni territorjali (1) Mingħajr ħsara għall-paragrafu 2, dan il-Ftehim għandu japplika għat-territorju tal-Moldova u għat-territorju li fih it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea huwa applikabbli. (2) Dan il-Ftehim m’għandux japplika għat-territorju tar-Renju tad-Danimarka. Artikolu 22 Dħul fis-seħħ, terminu ta' żmien u tmiem (1) Dan il-Ftehim għandu jiġi ratifikat jew approvat mill-Partijiet Kontraenti skond il-proċeduri rispettivi tagħhom. (2) Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data ta' meta l-Partijiet Kontraenti jkunu nnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri msemmija fl-ewwel paragrafu jkunu ġew konklużi. (3) Dan il-Ftehim huwa konkluż għal żmien mhux limitat. (4) Kull Parti Kontraenti tista' twaqqaf dan il-Ftehim billi b'mod uffiċjali tinnotifika lill-Parti Kontraenti l-oħra. Dan il-Ftehim ma jibqax applikabbli wara sitt xhur mid-data ta' dik in-notifika. Artikolu 23 Annessi L-Anness 1 sa 6 għandhom jagħmlu parti integrali minn dan il-Ftehim. Magħmul fi … fil- … ta’ … fis-sena … b'mod duplikat bil-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Olandiż, l-Ingliż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ungeriż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, il-Moldovan, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, l-Ispanjol, u l-Iżvediż, b’kull test ikun ugwalment awtentiku. Għall-Komunità Ewropea (…) | Għar-Repubblika tal-Moldova (…) | Anness 1 LISTA KOMUNI TA' DOKUMENTI LI L-PREżENTAZZJONI TAGħHOM HIJA MEQJUSA PROVA TAN-NAZZJONALIT À (ARTIKOLI 2 (1), 4 (1) U 8 (1)) - passaporti ta' kwalunkwe għamla (passaporti nazzjonali, passaporti diplomatiċi, passaporti tas-servizz u, fejn applikabbli, passaporti kollettivi u passaporti surrogati inklużi passaporti tat-tfal); - karti ta' l-identità ta' kwalunkwe għamla; - kotba ta' reġistrazzjoni tal-baħħara u karti tas-servizz tal-kaptani; - ċertifikati ta' ċittadinanza u dokumenti uffiċjali oħra li jsemmu jew jindikaw b'mod ċar iċ-ċittadinanza. Anness 2 LISTA KOMUNI TA' DOKUMENTI LI L-PREżENTAZZJONI TAGħHOM HIJA MEQJUSA BħALA PROVA PRIMA FACIE TAN-NAZZJONALIT À (ARTIKOLI 2 (1), 4 (1) U 8 (2)) - fotokopji ta' kwalunkwe mid-dokumenti elenkati fl-Anness 1 ta' dan il-Ftehim; - kotba tas-servizz militari u karti ta' l-identità militari; - dikjarazzjonijiet uffiċjali magħmula għall-finijiet tal-proċedura aċċellerata mill-persunal ta' l-awtorità tal-fruntiera jew xhieda li jistgħu jixhdu li l-persuna kkonċernata qasmet il-fruntiera; - liċenzji tas-sewqan jew fotokopji tagħhom; - ċertifikati tat-twelid jew fotokopji tagħhom; - karti ta' l-identità ta' kumpanniji jew fotokopji tagħhom; - dikjarazzjonijiet bil-miktub minn xhieda; - dikjarazzjonijiet bil-miktub mill-persuna kkonċernata u l-lingwa minnu jew minnha mitkellma, inkluż permezz ta' riżultat ta' eżami uffiċjali; - kwalunkwe dokument ieħor li jista' jgħin sabiex tiġi stabbilita n-nazzjonalità tal-persuna kkonċernata. Anness 3 LISTA KOMUNI TA' DOKUMENTI LI HUMA KKUNSIDRATI PROVA TAR-RAġUNIJIET GħAR- RIAMMISSJONI TA' ċITTADINI TA' PAJJIżI TERZI U PERSUNI MINGħAJR STAT (ARTIKOLI 3 (1), 5 (1) U 9 (1)) - viża jew permess ta' residenza maħruġ mill-Istat Mitlub; - timbri tad-dħul/tluq jew endorsjar simili fid-dokument ta' l-ivvjaġġar tal-persuna kkonċernata jew provi oħra tad-dħul/tluq (eż. fotografiċi); - dokumenti bl-isem, ċertifikati jew fatturi ta' kwalunkwe tip (eż. kont ta' lukanda, karti ta' appuntament ma' tobba/dentisti, karti tad-dħul għal istituzzjonijiet pubbliċi/privati, ftehimiet ta' kiri ta' vetturi, irċevuti tal-karti ta' kreditu eċċ.) li juru b'mod ċar li l-persuna kkonċernata kienet fit-territorju ta' l-Istat Mitlub; - biljetti bl-isem, u/jew listi ta' passiġġieri bl-ajru, bil-ferrovija, bil-kowċ jew b'bastiment li juru l-preżenza u l-itinerarju tal-persuna kkonċernata fit-territorju ta' l-Istat Mitlub; - dikjarazzjonjiet uffiċjali magħmula minn persunal ta' l-awtorità tal-fruntiera li jistgħu jixhdu li l-persuna kkonċernata qasmet il-fruntiera; Anness 4 LISTA KOMUNI TA' DOKUMENTI LI HUMA KKUNSIDRATI PROVA PRIMA FACIE TAR-RAġUNIJIET GħAR-RIAMMISSJONI TA' ċITTADINI TA' PAJJIżI TERZI U PERSUNI MINGħAJR STAT (ARTIKOLI 3 (1), 5 (1) U 9 (2)) - informazzjoni li turi li l-persuna kkonċernata użat is-servizzi ta' kurjer jew aġenzija ta' l-ivvjaġġar; - dikjarazzjoni uffiċjali fi proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi mill-persuna kkonċernata, il-membri tal-familja jew persuni li jivvjaġġaw magħha; - dikjarazzjonijiet uffiċjali magħmula minn xhieda li jistgħu jixhdu li l-persuna kkonċernata qasmet il-fruntiera; - informazzjoni marbuta ma' l-identità u/jew persuna li ġiet ipprovduta minn organizzazzjoni Internazzjonali (eż. il-UNHCR); - Anness 5 [pic] | [Emblema tar-Repubblika tal-Moldova] | ..............................................................………… ................................................................……….… | .................................................................…….. (Post u data) | (Titolu ta' l-awtorità li tagħmel it-talba) | Referenza: .............................................…………… Għal ................................................................……….… | (PROĊEDURA AĊĊELLERATA | ................................................................……….… ................................................................………… (Titolu ta' l-awtorità mitluba) | APPLIKAZZJONI GĦAL RIAMMISSJONI skond l-Artikolu 7 tal-Ftehim tal-…........ bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni DETTALJI PERSONALI Isem sħiħ (agħmel linja taħt il-kunjom): ...........................................................……………………………… 2.Kunjom ix-xbubija: ...........................................................……………………………… 3.Data u post tat-twelid: ...........................................................……………………………… | Ritratt | 1. 4. Sess u deskrizzjoni fiżika (tul, kulur ta’ l-għajnejn, marki ta’ distinzjoni eċċ.): …………………………………………………………………………………………...................…………………. 5. Magħruf/a wkoll bħala (ismijiet preċedenti, ismijiet oħra użati/li bihom huwa/hija magħruf/a jew psewdonimi): ...........................................................................................................................………..................………………. 6. Nazzjonalità u lingwa: ...........................................................................................................................………...................……………… 7.Status ċivili:( miżżewweġ/miżżewġa( għażeb/xebba( divorzjat/a( armel/armla Jekk miżżewweġ/miżżewġa: isem tal-konjugi.................................................................................................................. Ismijiet u etajiet tat-tfal (jekk hemm).......................................................................................... ........................................................................................... ………………………....………………….......................... .......................................................................................... 8. L-aħħar indirizz fl-Istat li jagħmel it-talba: ............................................................................................................................………....................………… B.DETTALJI PERSONALI TAL-KONJUGI (JEKK APPLIKABBLI) 1.Isem sħiħ (agħmel linja taħt il-kunjom):......................................................................................................................... 2.Kunjom ix-xbubija:............................................................................................................................................................ 3.Data u post tat-twelid:..................................................................................................................................................... 4. Sess u deskrizzjoni fiżika (tul, kulur ta’ l-għajnejn, marki ta’ distinzjoni eċċ.): …………………………………………………………………………………………...................…………………. 5. Magħruf/a wkoll bħala (ismijiet preċedenti, ismijiet oħra użati/li bihom huwa/hija magħruf/a jew psewdonimi): ...........................................................................................................................………..................………………. 6.Nazzjonalità u lingwa: ...........................................................................................................................………...................……………… C.DETTALJI PERSONALI TAT-TFAL (JEKK APPLIKABBLI) 1.Isem sħiħ (agħmel linja taħt il-kunjom):......................................................................................................................... 2.Data u post tat-twelid:..................................................................................................................................................... 3.Sess u deskrizzjoni fiżika (tul, kulur ta’ l-għajnejn, marki ta’ distinzjoni eċċ.): …………………………………………………………………………………………...................…………………. 4.Nazzjonalità u lingwa: ...........................................................................................................................………...................……………… D.ĊIRKOSTANZI SPEċJALI DWAR IL-PERSUNA LI QED TIġI TRASFERITA 1.Stat ta’ saħħa (Eż. referenza possibbli għal kura medika speċjali; isem Latin tal-marda li tittieħed): ............................................................................................................................................……………………… 2.Indikazzjoni ta’ persuna partikolarment perikoluża (eż. suspettata b’reat serju; imġiba aggressiva): ............................................................................................................................................……………………… E.MEZZI TA’ PROVA MEHMUżA 1..................................................................………… (Nru. tal-Passaport) | ......................................................................………… (data u post tal-ħruġ) | ..................................................................………… (awtorità li toħroġ id-dokument) | ......................................................................……….. (data ta' l-iskadenza) | 2..................................................................………… (Nru. tal-karta ta’ l-identità) | ......................................................................………… (data u post tal-ħruġ) | ..................................................................………… (awtorità li toħroġ id-dokument) | ......................................................................………… (data ta' l-iskadenza) | 3..................................................................………… (Nru. tal-liċenzja tas-sewqan) | ......................................................................………... (data u post tal-ħruġ) | ..................................................................………… (awtorità li toħroġ id-dokument) | ......................................................................………… (data ta' l-iskadenza) | 4..................................................................………… (Nru. ta’ dokument uffiċjali ieħor) | ......................................................................………… (data u post tal-ħruġ) | ..................................................................………… (awtorità li toħroġ id-dokument) | ......................................................................………… (data ta' l-iskadenza) | F.OSSERVAZZJONIJIET ....................................................................................................................................................................…………… ....................................................................................................................................................................…………… ……………………………………………………………………………………………………………………………... ................................................... (Firma) (Siġill/timbru) Anness 6 [pic] | [Emblema tar-Repubblika tal-Moldova] | ..............................................................………… ................................................................……….. | .................................................................……… (Post u data) | (Titolu ta' l-awtorità li tagħmel it-talba) | Referenza ................................................................………… Għal ................................................................…………. | ................................................................………… ................................................................………… (Titolu ta' l-awtorità mitluba) | TALBA GĦAL TRANŻITU skond l-Artikolu 14 tal-Ftehim tal-…........ bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni DETTALJI PERSONALI 1.Isem sħiħ (agħmel linja taħt il-kunjom): ............................................................. 2.Kunjom ix-xbubija: ............................................................. 3.Data u post tat-twelid: ............................................................. | Ritratt | 2. 4.Sess u deskrizzjoni fiżika (tul, kulur ta’ l-għajnejn, marki ta’ distinzjoni eċċ.): ………………………………………………………………………………………………………. 5.Magħruf/a ukoll bħala (ismijiet preċedenti, ismijiet oħra użati/li bihom magħruf/a jew psewdonimi): ...........................................................................................................................……………….…… 6.Nazzjonalità u lingwa: .............................................................................................................................………………….. 7.Tip u numru tad-dokument ta' l-ivvjaġġar: .............................................................................................................................………… B.JEKK MEħTIEġ, ċIRKOSTANZI SPEċJALI DWAR IL-PERSUNA TRASFERITA 1.Stat ta’ saħħa (Eż. referenza possibbli għal kura medika speċjali; isem Latin tal-marda li tittieħed): ............................................................................................................................................……………………… 2.Indikazzjoni ta’ persuna partikolarment perikoluża (eż. suspettata b’reat serju; imġiba aggressiva): ............................................................................................................................................………………………] C. OPERAZZJONI TA’ TRANżITU 1. Tip ta' tranżitu Bl-ajru | fuq l-art | - 2. L-Istat tad-destinazzjoni finali ………………………………………………………………………………………………………. 3.Stati oħra ta’ tranżitu li jista' jkun hemm ………………………………………………………………………………………………………… 4.Il-punt propost tal-qsim tal-fruntiera, id-data proposta, il-ħin tat-trasferiment propost u l-iskorti li jista' jkun hemm ………………………………………………………………………………………………………… ………………………………………………………………………………………………………… ………………………………………………………………………………………………………… 5.Ammissjoni garantita fi kwalunkwe Stat ieħor ta' tranżitu u fl-Istat tad-destinazzjoni finali(L-Artikolu 13 paragrafu 2) iva | le | - 6.Għarfien ta' kwalunkwe raġuni għal ċaħda ta' tranżitu(L-Artikolu 13 paragrafu 3) iva | le | - D.OSSERVAZZJONIJIET ..............................................................................................................................................……………. ..............................................................................................................................................……………. ..............................................................................................................................................…………….. .....................................................................................................………………………….…………….. ................................................... (Firma) (Siġill/timbru) Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna lid-Danimarka "Il-Partijiet Kontraenti jinnotaw li dan il-Ftehim ma japplikax għat-territorju tar-Renju tad-Danimarka, u lanqas ma japplika għaċ-ċittadini tar-Renju tad-Danimarka. F'dawn iċ-ċirkostanzi huwa xieraq li r-Repubblika tal-Moldova u d-Danimarka jikkonkludu ftehim dwar riammissjoni fl-istess termini ta' dan il-Ftehim." Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna l-Iżlanda "Il-Partijiet Kontraenti jieħdu nota tar-relazzjoni mill-qrib bejn il-Komunità Ewropea u l-Iżlanda, partikolarment bis-saħħa tal-Ftehim tat-18 ta' Mejju 1999 dwar l-assoċjazzjoni ta' dan il-pajjiż ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-Acquis ta' Schengen. F'dawn iċ-ċirkostanzi huwa xieraq li r-Repubblika tal-Moldova tikkonkludi ftehim dwar riammissjoni ma' l-Iżlanda fl-istess termini ta' dan il-Ftehim." Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna n-Norveġja "Il-Partijiet Kontraenti jieħdu nota tar-relazzjoni mill-qrib bejn il-Komunità Ewropea u n-Norveġja, partikolarment bis-saħħa tal-Ftehim tat-18 ta' Mejju 1999 dwar l-assoċjazzjoni ta' dan il-pajjiż ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-Acquis ta' Schengen. F'dawn iċ-ċirkostanzi huwa xieraq li r-Repubblika tal-Moldova tikkonforma l-ftehim dwar riammissjoni man-Norveġja tal-31 ta' Marzu 2005 mat-termini tal-Ftehim preżenti. Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna lill-Iżvizzera Il-Partijiet Kontraenti jinnotaw li l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Iżvizzera ffirmaw ftehim dwar l-assoċjazzjoni ta' l-Iżvizzera ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-Acquis ta' Schengen. Huwa xieraq li, meta dan il-ftehim jidħol fis-seħħ, ir-Repubblika tal-Moldova tikkonforma l-ftehim ta' riammissjoni ma' l-Iżvezzera ffirmat fis-6 ta' Novembru 2003 mat-termini ta' dan il-Ftehim. Dikjarazzjoni konġunta dwar l-Artikoli 3 (1) u 5 (1) Il-Partijiet jaqblu li persuna tkun "dieħla direttament" mit-territorju tal-Moldova skond it-tifsira ta' dawn id-dispożizzjonijiet jekk din il-persuna tasal fit-territorju ta' l-Istat Membru mingħajr ma tkun daħlet f'pajjiż terz waqt li tkun ġejja, jew, fejn l-Istat Mitlub ikun wieħed mill-Istati Membri, tasal fit-territorju tal-Moldova, mingħajr ma tkun daħlet f'pajjiż terz waqt li tkun ġejja. Waqfien ta' tranżitu ta’ l-ajru f’pajjiż terz ma jkunx ikkunsidrat bħala dħul. Dikjarazzjoni Konġunta dwar Għajnuna Teknika u Finanzjarja Iż-żewġ Partijiet jaqblu li jimplimentaw dan il-Ftehim skond il-prinċipji ta' responsabbiltà konġunta, solidarjetà u sħubija ugwali fil-ġestjoni tal-flussi migratorji bejn il-Moldova u l-UE. F'dan il-kuntest, il-KE hija kommessa tagħmel disponibbli riżorsi finanzjarji sabiex tgħin lill-Moldova fl-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim. Waqt li qed isir dan, se tingħata attenzjoni speċjali lill-bini tal-kapaċità. Din l-għajnuna għandha tiġi pprovduta fil-kuntest tal-prijoritajiet ġenerali ta' l-għajnuna lill-Moldova, bħala parti mill-iffinanzjar ġenerali disponibbli għall-Moldova u b'konformità sħiħa mar-regoli u l-proċeduri rilevanti ta' implimentazzjoni ta' l-għajnuna esterna tal-KE. [1] ĠU C [2] ĠU C [3] [4] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar ir-Riammissjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l- Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. [5] Skond l-għamla stipulata fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-UE tat-30 ta' Novembru 1994. [6] Skond l-għamla stipulata fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-UE tat-30 ta' Novembru 1994. [7] Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar tad- data personali u dwar il-moviment ħieles ta' din id- data (ĠU L 281, tat-23.11.1995, p. 31).