52007PC0395

Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm ta' azzjoni għat-tisħiħ tal-kwalità fl-edukazzjoni ogħla u l-promozzjoni ta’ fehim interkulturali permezz ta’ kooperazzjoni ma pajjiżi terzi (Erasmus Mundus) (2009-2013) [SEG(2007) 949] [SEG(2007) 950] /* KUMM/2007/0395 finali - COD 2007/0145 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 12.7.2007

KUMM(2007) 395 finali

2007/0145 (COD)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li tistabbilixxi programm ta' azzjoni għat-tisħiħ tal-kwalità fl-edukazzjoni ogħla u l-promozzjoni ta’ fehim interkulturali permezz ta’ kooperazzjoni ma pajjiżi terzi (Erasmus Mundus) (2009-2013)

(preżentata mill-Kummissjoni) [SEG(2007) 949][SEG(2007) 950]

MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

KUNTEST TAL-PROPOSTA |

110 | Il-bażi għall-proposta u l-għanijiet tagħha L-edukazzjoni ogħla hija soġġetta għal internazzjonalizzazzjoni li qed tikber b'rispons għall-proċess tal-globalizzazzjoni. Il-Komunità u l-Istati Membri tagħha għandhom għalhekk ifittxu li jippreparaw liċ-ċittadini tagħhom għal ambjent globali billi jinkludu dimensjoni internazzjonali fis-sistemi ta’ l-edukazzjoni ogħla tagħhom. L-għan ġenerali tal-programm Erasmus Mundus il-ġdid huwa li jtejjeb il-kwalità ta’ l-edukazzjoni ogħla Ewropea, li jippromwovi d-djalogu bejn u l-fehim għal soċjetajiet u kulturi differenti permezz ta’ kooperazzjoni fost istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla u kuntatti bejn il-persuni, kif ukoll li jippromwovi l-għanijiet tal-politika esterna ta’ l-UE u jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli ta’ pajjiżi terzi fil-qasam ta’ l-edukazzjoni ogħla. F’dan is-sens, il-proposta tirrappreżenta strateġija ġdida u għandha ambitu aktar wiesgħa f’termini ta’ politika, għanijiet u tipi ta’ attivitajiet mill-programm Erasmus Mundus attwali. L-Istituzzjonijiet ta’ Edukazzjoni Ogħla (HEIs) huma wkoll areni għad-djalogu u l-iskambju interkulturali. Programm ta’ edukazzjoni u mobbiltà msejjes fuq rabtiet internazzjonali u skambji ta’ individwi jista’ jtejjeb ir-rabtiet politiċi, kulturali, edukattivi u ekonomiċi bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni diġà tat l-opinjonijiet tagħha dwar il-kwistjonijiet li għandhom jiġu indirizzati minn sistemi u istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla, b'mod partikolari fil-Komunikazzjoni tagħha "It-Twettiq ta’ l-Aġenda tal-Modernizzazzjoni għall-Universitajiet: l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni" (COM(2006) 208 finali) ta' Mejju 2006. Bħala parti minn dawn l-isforzi, l-HEIs jaraw il-ħtieġa li jistabbilixxu rabtiet internazzjonali ma' istituzzjonijiet li jinsabu f’partijiet oħra tad-dinja u li jippruvaw jiġbdu parti kbira mill-istudenti u riċerkaturi internazzjonalment mobbli lejn l-istituzzjonijiet tagħhom. Barra minn dan, l-azzjoni Komunitarja f’dan il-qasam trid tqis il-kuntest aktar wiesgħa tal-politika esterna ta’ l-UE u l-kooperazzjoni tagħha ma’ pajjiżi terzi, skond il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "L-Ewropa fid-dinja - xi proposti prattiċi għal koerenza, effettività u viżibilità akbar" (COM(2006) 278 finali). HEIs u studenti minn madwar id-dinja kollha se jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-programm Erasmus Mundus il-ġdid. Il-programm Erasmus Mundus attwali jiġi fi tmiemu fl-2008. Skond l-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni tal-programm, il-Kummissjoni bagħtet komunikazzjoni dwar it-tkomplija tal-programm sal-31 ta' Diċembru 2007. |

120 | Kuntest ġenerali L-għadd ta' studenti mobbli internazzjonalment li qed ifittxu edukazzjoni barra minn pajjiżhom jibqa' jiżdied: 1.8 miljun fl-2001, 2.5 miljun fl-2004 u 7.2 miljun proġettati għall-2025, li 70% minnhom se jkunu Ażjatiċi. Data riċenti tissuġġerixxi li sabiex il-kompetizzjoni tiġbed "l-aqwa u l-aktar brillanti" qed tintensifika aktar u li xi pajjiżi Ewropej saru parteċipanti ewlenin fil-qasam. Fl-2004, sitt pajjiżi ospitaw 67% ta’ l-istudenti mobbli tad-dinja: l-Istati Uniti (23%), ir-Renju Unit (12%), il-Ġermanja (11%), Franza (10%), l-Awstralja (7%) u l-Ġappun (5%). L-Ewropa[1] ospitat 44% ta’ l-istudenti internazzjonali kollha (jew 1.1 miljun student). Ir-rati ta’ reġistrazzjoni ta’ studenti internazzjonali bejn l-1999 u l-2004 kibru b’109% għall-Ġappun, 81% għall-Franza, 45% għall-Ġermanja, 42% għall-Awstralja, 29% għar-Renju Unit u 17% għall-Istati Uniti. Madankollu, l-Ewropa mhix avvanzata daqs l-Istati Uniti fejn għandhom x'jaqsmu ċerti indikaturi akkademiċi kruċjali. F’termini ta’ l-għadd ta’ PhDs ġodda mogħtija kull sena, iċ-ċifri għall-2003 kienu 1 167 000 (UE-25) u 1 335 000 (US). L-Istati Uniti u l-Ġappun lill-Ewropa jgħadduha wkoll fejn jidħol l-impjegar ta’ riċerkaturi. L-għadd ta’ riċerkaturi għal kull 1000 persuna fid-dinja tax-xogħol fl-2003 kien 5.5 (UE-25), 9.1 (l-Istati Uniti) u 10.1 (il-Ġappun). Filwaqt li xi pajjiżi Ewropej bdew jiġbdu numri kbar ta' studenti internazzjonali, l-istatus ta’ l-Ewropa bħala ċentru ta’ eċċellenza fit-tagħlim mhux dejjem aprezzat jew mifhum fis-sħiħ minn universitajiet ta’ pajjiżi terzi, u lanqas minn studenti li qed ifittxu edukazzjoni internazzjonali ta’ kwalità għolja. B’żieda ma’ dan, il-maġġoranza kbira ta’ l-istudenti internazzjonali li jistudjaw fl-Ewropa jinsabu biss fi ftit pajjiżi Ewropej. Studju li sar fl-2006 dwar "Il-Perċezzjonijiet dwar l-Edukazzjoni ogħla f’Pajjiżi Terzi" juri li l-istudenti jpoġġu lill-Istati Uniti fuq nett f’termini ta’ innovazzjoni, dinamiżmu u kompetizzjoni (kemm fl-edukazzjoni ogħla kif ukoll fis-soċjeta b’mod ġenerali). Dan b’kuntrast mal-perċezzjoni ta’ Ewropa "tradizzjonali", li baqgħet lura f’termini ta’ modernità, kapaċità għall-innovazzjoni u tolleranza. Studenti Ażjatiċi, li jiffurmaw l-aktar parti importanti tas-suq, jqisu lill-Istati Uniti bħala aqwa mill-Ewropa f'kull kategorija akkademika u li għandha x'taqsam mad-dinja tax-xogħol, hekk kif ġej: kwalità ta’ laboratorji, libreriji u faċilitajiet oħrajn; kwalità ta’ edukazzjoni; universitajiet l-aktar prestiġjużi; reputazzjoni tal-gradi akkademiċi (degrees); iċ-ċans li ssib xogħol u tibqa' fih wara l-gradwazzjoni; opportunitajiet ta’ xogħol matul l-istudji. Id-diversità kulturali u lingwistika Ewropea hija wkoll meqjusa bħala sfida minn ħafna studenti minn pajjiżi terzi. Fuq barra, l-edukazzjoni ogħla Ewropea tidher bħala waħda li toħloq konfużjoni u li hija frammentata, magħmula minn ħafna sistemi nazzjonali u ilsna ta' tagħlim differenti. In-nuqqas ta’ tagħrif koerenti dwar opportunitajiet għall-istudju fl-Ewropa jsaħħaħ din l-impressjoni. Fl-istess waqt, l-Ewropa titpoġġa 'l fuq f'termini tal-kwalità ta’ l-edukazzjoni li toffri, anke jekk l-Istati Uniti hija meqjusa bħala aħjar f'dan ir-rigward. L-Ewropa tiġi wkoll qabel l-Istati Uniti għal kultura, sikurezza, u l-aċċessibbiltà u l-ispiża għall-edukazzjoni. Il-programm Erasmus Mundus attwali jipprovdi tweġiba għall-isfidi ta’ internazzjonalizzazzjoni li qed tħabbat wiċċha magħha l-edukazzjoni ogħla Ewropea. It-tisħiħ ta’ l-attrattività u l-viżibilità ta’ l-edukazzjoni ogħla Ewropea madwar id-dinja u l-promozzjoni tal-mobbiltà bejn l-Ewropa u pajjiżi terzi tista’ tikkontribwixxi għal ħtieġa akbar li s-sistemi edukattivi jiġu addattati għat-talbiet tas-soċjeta ta’ l-għarfien u għall-proċess tal-modernizzar ta’ l-edukazzjoni ogħla kif indirizzat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ Mejju 2006 imsemmija hawn fuq. Il-programm Erasmus Mundus attwali wassal biex l-HEIs Ewropej jibdew jgħaqqdu l-qawwiet individwali tagħhom u d-diversità edukattiva sabiex jippruvaw jiġbdu l-aqwa studenti internazzjonalment mobbli lejn programmi Ewropej ta’ klassi dinjija. Fl-istess waqt, taħt it-Tieqa ta’ Kooperazzjoni Esterna, Erasmus Mundus jipprova wkoll isaħħaħ HEIs f’ċerti reġjuni tad-dinja billi jipprovdi stimolu għall-kapaċità ta’ kooperazzjoni internazzjonali tagħhom u billi jagħti spinta lill-mobbiltà bejn l-Ewropa u dawn ir-reġjuni. L-istima ta’ l-impatt sabet li jekk il-programm jitwaqqaf (jiġifieri ma jseħħ xejn) dan jista’ jkollu implikazzjonijiet serji f’termini tal-kwalità ta’ l-istudenti u akkademiċi miġbuda lejn l-Ewropa minn pajjiżi terzi, l-aċċessibbiltà u l-viżibilità ta’ l-edukazzjoni ogħla Ewropea fid-dinja, u t-trawwim ta’ djalogu u fehim interkulturali. |

130 | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Il-programm Erasmus Mundus attwali (2004-2008) ġie adottat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-5 ta’Diċembru 2003 (id-Deċiżjoni Nru 2317/2003/KE). It-Tieqa ta’ Kooperazzjoni Esterna tiegħu hija msejsa fuq bosta Regolamenti tal-Kunsill, il-Ftehim Cotonou rivedut u l-Ftehim Intern għall-perjodu 2008-2013, li huma l-istrumenti ta' finanzjament fil-qasam ta' kooperazzjoni esterna ma' reġjuni dinjin speċifiċi. Huwa propost li t-tieni fażi tal-programm Erasmus Mundus (2009-2013) tkompli bl-attivitajiet ta’ l-ewwel programm Erasmus Mundus, tinkorpora t-Tieqa ta' Kooperazzjoni Esterna b'mod aktar dirett, testendi l-ambitu għall-livelli kollha ta' edukazzjoni ogħla, ittejjeb l-opportunitajiet ta' finanzjament għal studenti Ewropej u toffri possibbiltajiet imtejba għal kooperazzjoni ma' l-HEIs li jinsabu f'pajjiżi terzi. |

140 | Il-konsistenza ma' politiki u għanijiet oħra ta' l-Unjoni Meta wieħed iqis ir-rwol ta’ l-edukazzjoni ogħla fil-politiki soċjali, kulturali u ekonomiċi, hemm bosta rabtiet bejn dan il-programm propost u politiki Komunitarji oħrajn. Għalhekk ittieħdet il-konsiderazzjoni mistħoqqa ta' programmi u għanijiet Komunitarji relatati, bħall-Programm għat-Tagħlim matul il-Ħajja, il-programm Marie Curie, l-inizjattiva sabiex jinħoloq Istitut Ewropew għat-Teknoloġija, il-programm Tempus, il-programm Atlantis, il-ftehim dwar l-edukazzjoni ogħla mal-Kanada, kif ukoll programmi ta' kooperazzjoni esterna bħal Alßan, Alfa, Edulink jew Asia-Link. Hemm kontinwità bejn il-fażi attwali u dik futura ta’ Erasmus Mundus. L-ambitu innovattiv u aktar wiesgħa jagħti lill-programm Erasmus Mundus futur l-arkitettura ta' programm globali li jorbot il-politiki interni u esterni ta’ l-UE. Huwa jsaħħaħ il-koerenza, il-viżibilità u l-presenza tal-politika ta’ l-UE f’pajjiżi barranin. Kooperazzjoni mill-qrib mad-Delegazzjonijiet tal-Kummissjoni f’pajjiżi terzi hija essenzjali għas-suċċess u l-viżibilità ta’ dawn il-programmi kif ukoll għall-viżibilità tal-politiki esterni ta’ l-UE, b’mod ġenerali. L-għanijiet tal-programm Erasmus Mundus futur jidhru li huma konsistenti ma’ u ta’ spiss komplementari ħafna għal dawk ta’ inizjattivi eżistenti f’oqsma simili, u b’hekk joħolqu sinerġiji b'saħħithom bejn il-programmi varji. B’żieda ma’ dan, l-għanijiet tal-programm propost huma konsistenti ma’ l-għanijiet politiċi aktar wiesgħa ta' l-Istrateġija ta' Liżbona u l-Proċess ta’ Bologna, kif ukoll ma Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni riċenti fil-qasam ta’ l-edukazzjoni ogħla. Hekk kif stħarriġ riċenti fost l-istudenti ta' Erasmus Mundus li ġejjin minn pajjiżi terzi wrew li għadhom jeżistu problemi fir-rigward tal-ħruġ ta' visas għal studenti minn pajjiżi terzi, il-Kummissjoni se tissorvelja mill-qrib ħafna l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill (KE) Nru 114/2004 dwar il-kondizzjonijiet ta' ammissjoni ta' cittadini ta' pajjiżi terzi għal skopijiet ta' studju, skambju ta' studenti, taħriġ bla ħlas jew servizz volontarju. |

KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U STIMA TA’ L-IMPATT |

Konsultazzjoni mal-partijiet interessati |

211 | Metodi ta' konsultazzjoni, is-setturi ewlenin fil-mira u l-profil ġenerali ta' dawk li wieġbu Il-Kummissjoni kkonsultat il-parteċipanti u l-partijiet interessati rilevanti (HEIs, organizzazzjonijiet attivi fil-qasam ta’ edukazzjoni ogħla, studenti, akkademiċi, punti nazzjonali ta’ tagħrif u kuntatt għall-Erasmus Mundus, awtoritajiet nazzjonali) tal-programm Erasmus Mundus dwar il-ġejjieni tal-programm bil-modi li ġejjin: seminar ta' studenti Ewropej u minn pajjiżi terzi ta’ Erasmus Mundus f’Ġunju 2006; laqgħa ta’ riflessjoni informali tal-Kumitat tal-programm Erasmus Mundus (awtoritajiet nazzjonali) f’Novembru 2006; konferenza dwar "l-attrattività" li ġabret flimkien firxa wiesgħa ta’ parteċipanti tal-programm mill-Ewropa u minn pajjiżi terzi f’Novembru 2006; konferenza tal-Korsijiet Masters ta' Erasmus Mundus (HEIs Ewropej) f'Diċembru 2006; u laqgħa tal-punti nazzjonali ta' tagħrif u kuntatt għall-Erasmus Mundus f'Diċembru 2006. |

212 | Taqsira tat-tweġibiet u kif tqiesu Ir-rispons mogħti mill-partijiet interessati kien tassew pożittiv. Il-messaġġi prinċipali jistgħu jinġabru kif ġej: it-tkomplija ta’ programmi ta’ masters integrati ta’ kwalità għolja u boroż ta’ studju li jkopru l-ispejjeż kollha għal studenti minn pajjiżi terzi, biex b'hekk l-attenzjoni tal-programm tibqa' l-promozzjoni ta’ l-eċċellenza fl-edukazzjoni ogħla; l-għoti ta’ għotjiet finanzjarji lil studenti Ewropej sabiex jieħdu sehem f'dawn il-programmi, biex b'hekk tkun żgurata l-kredibilità ta’ tali programmi; il-programm jiġi estiż sat-tielet ċiklu (dottorat); jiġu stabbiliti sħubiji kollaborattivi ma' HEIs ta’ pajjiżi terzi. Dawn it-tweġibiet tqiesu fit-tfassil tal-programm Erasmus Mundus futur. |

213 | Saret konsultazzjoni miftuħa permezz ta' l-internet mill-05/02/2007 sad-09/03/2007 Il-Kummissjoni rċeviet 417-il tweġiba. Ir-riżultati se jkunu disponibbli fuq http://ec.europa.eu/erasmus-mundus sa minn Ġunju 2007. |

Il-ġbir u l-użu ta’ għarfien espert |

229 | Ma kien l-ebda ħtieġa għal għarfien espert estern. |

230 | Stima ta’ l-impatt Ir-rapport ta’ l-istima ta’ l-impatt, imsejjes fuq għarfien espert mogħti lill-Kummissjoni minn konsulenti esterni bejn Jannar u April 2007, qies tliet għażliet: Għażla 1: It-tkomplija tal-programm Erasmus Mundus u t-Tieqa ta’ Kooperazzjoni Esterna fil-forma attwali tagħhom. Din l-għażla tibqa’ tippromwovi l-internazzjonalizzazzjoni, l-eċċellenza u l-identità ta' l-edukazzjoni ogħla Ewropea kif huma attwalment. Il-programm "prinċipali" jibqa' jiffoka li jiġbed l-aqwa studenti u akkademiċi internazzjonali għal programmi masters integrati ta' klassi dinjija fl-Ewropa. It-Tieqa ta’ Kooperazzjoni Esterna tibqa’ barra l-programm "prinċipali". Dan ikollu l-vantaġġ ta’ kontinwità u ż-żamma ta' l-attenzjoni fuq għadd limitat ta' attivitajiet imfissra b'mod preċiż. Madankollu, din l-għażla ma tagħtix każ it-tagħlimiet miksuba mill-programm attwali u mir-rispons riċevut minn partijiet interessati, kif ukoll titlef l-opportunità li tintegra żewġ attivitajiet li huma relatati ħafna fi programm koerenti wieħed. Għażla 2: Il-programm Erasmus Mundus jiġi mmodifikat u estiż. Din l-għażla twessa’ l-ambitu tal-programm Erasmus Mundus attwali. Programmi ta’ masters integrati ta’ klassi dinjija fl-Ewropa u boroż ta' studju għall-aqwa studenti u akkademiċi internazzjonali jibqgħu linja ta’ strateġija waħda tal-programm, iżda jiġu estiżi sabiex jinkorporaw il-livell ta’ dottorat u l-boroż ta’ studju għal studenti Ewropej. Linja ta’ strateġija oħra, it-Tieqa ta’ Kooperazzjoni Esterna, li twessa’ l-ambitu tal-programm attwali għal-livelli l-oħra kollha ta' edukazzjoni ogħla (baċċellerat, dottorat u post-dottorat) u għal forom oħra ta’ kooperazzjoni ma’ HEIs f'pajjiżi terzi, inkluża aktar mobbiltà bejn l-Ewropa u pajjiżi terzi, tiġi inkluża fil-programm. Dan ikollu l-vantaġġ li jqis it-tagħlimiet miksuba u r-rispons minn partijiet interessati, kif ukoll li jagħmel azzjoni Komunitarja fil-qasam ta' l-edukazzjoni ogħla li għandha x'taqsam ma' pajjiżi terzi aktar koerenti u li tinftiehem. Madankollu, il-programm ikun fir-riskju li jitlef l-attenzjoni tiegħu matul l-iżvilupp ta’ programm li kien tant kbir u mifrux. Għażla 3: It-twaqqif tal-programm Erasmus Mundus. Il-kwistjonijiet ta’ l-internazzjonalizzazzjoni, l-eċċellenza u l-viżibilità ta’ l-edukazzjoni ogħla Ewropea ma jibqgħux ikunu indirizzati permezz ta' programm Komunitarju speċifiku iżda permezz ta' inizjattivi nazzjonali u programmi jew azzjonijiet Komunitarji eżistenti oħrajn. Din l-għażla ftit li xejn ikollha vantaġġi minħabba li jintilef l-impatt maħluq mill-programm attwali u l-istimolu prinċipali għal kooperazzjoni bejn HEIs Ewropej u f'pajjiżi terzi. Ir-rapport ta’ stima ta' l-impatt jipproponi li l-programm Erasmus Mundus futur jissejjes fuq Għażla 2. |

231 | Il-Kummissjoni wettqet stima ta' l-impatt; ir-rapport dwar din il-valutazzjoni se jkun aċċessibbli fuq http://ec.europa.eu/erasmus-mundus sa minn Ġunju 2007. |

ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA |

305 | Taqsira ta’ l-azzjoni proposta Azzjoni 1 (programmi konġunti inklużi boroż ta’ studju) tipprovdi appoġġ għal programmi ta’ master u dottorat konġunti ta’ kwalità għolja offruti minn grupp ta’ istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla Ewropej u possibbilment minn pajjiżi terzi. Tipprovdi wkoll boroż ta’ studju li jkopru l-ispejjeż kollha għall-aqwa istudenti Ewropej u minn pajjiżi terzi sabiex isegwu dawn il-programmi konġunti, u boroż ta' studju għal terminu ta' żmien qasir għal akkademiċi Ewropej u minn pajjiżi terzi ta' kwalità eċċellenti sabiex iwettqu riċerka jew xogħol ta' tagħlim bħala parti mill-programmi konġunti. Din l-Azzjoni tkattar il-kooperazzjoni bejn istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla u persunal akkademiku fl-Ewropa u f'pajjiżi terzi bil-ħsieb li jinħolqu poli ta’ eċċellenza u li jkunu pprovduti riżorsi umani mħarrġa ħafna. Azzjoni 2 (sħubiji ma’ istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla f’pajjiżi terzi inklużi boroż ta’ studju) tipprovdi appoġġ għal sħubiji kooperattivi wesgħin bejn istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla Ewropej u f’pajjiżi terzi bħala sisien għal kooperazzjoni strutturali sabiex jitħaffef it-trasferiment ta' l-għarfien lil istituzzjonijiet f'pajjiżi terzi u għal skambju fuq terminu ta' żmien qasir jew twil ta' studenti u akkademiċi fil-livelli kollha ta' edukazzjoni ogħla bil-ħsieb li jiġu żviluppati r-riżorsi umani u l-kapaċità ta’ kooperazzjoni internazzjonali ta’ istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla f’pajjiżi terzi b’konformità mal-politika esterna ta’ l-UE mal-pajjiżi kkonċernati. Hija azzjoni ta’ kooperazzjoni esterna li s-sħab kollha involuti jibbenefikaw minnha u tevita t-telf ta’ l-aħjar imħuħ (brain drain). Għalhekk hija kompletament konformi mal-politika esterna ta’ l-UE fir-rigward tal-pajjiżi sħab ikkonċernati bl-għan li tippromwovi l-iżvilupp sostenibbli tagħhom. Azzjoni 3 (issaħħaħ l-attrattività ta' l-edukazzjoni ogħla Ewropea) tipprovdi appoġġ għal inizjattivi, studji, proġetti, avvenimenti u attivitajiet oħrajn transnazzjonali li għandhom l-għan li jsaħħu l-attrattività, l-aċċessibilità, il-profil u l-viżibilità ta’ l-edukazzjoni ogħla Ewropea fid-dinja.. |

310 | Bażi legali Il-programm Erasmus Mundus huwa msejjes fuq l-Artikolu 149 tat-Trattat. Huwa se jieħu l-għamla ta’ Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, b'referenza għall-bosta Regolamenti tal-Kunsill li jikkostitwixxu l-istrumenti ta’ finanzjament tal-Komunità fil-qasam ta’ kooperazzjoni esterna ma' reġjuni dinjin speċifiċi. |

320 | Il-prinċipju ta’ sussidjarjetà Il-prinċipju ta’ sussidjaretà japplika sakemm il-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. |

L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri għar-raġunijiet li ġejjin. |

321 | Hemm differenzi ċari fl-approċċ tal-pajjiżi Ewropej lejn l-istimolu tal-mobbiltà minn studenti minn pajjiżi terzi. Xi Stati Membri stabbilixxew programmi għal mobbiltà, filwaqt li oħrajn huma anqas attivi f’dan il-qasam. L-għanijiet ta' programmi nazzjonali eżistenti jvarjaw u mhumiex kompletament konsistenti jew integrati. Barra minn hekk, l-iskemi nazzjonali ma jikkontribwixxux għat-tisħiħ tal-profil ta' qasam ta' edukazzjoni ogħla Ewropea li jmur lil hinn mis-somma tal-komponenti individwali tiegħu. |

323 | Inizjattivi individwali minn HEIs jew Stati Membri individwali, għalkemm irendu ħafna benefiċċji fihom infushom u huma komplementari għal kwalunkwe azzjoni Komunitarja, ta’ spiss jibqgħu fuq livell bilaterali u ma jkollhomx l-istess effett madwar l-Ewropa kollha bħal ma jkollu strument ta' kooperazzjoni Ewropew. Il-viżibilità ta’ l-edukazzjoni ogħla Ewropea fil-kuntest globali tibqa’ biss għal għadd żgħir ta’ Stati Membri u l-vantaġġi ta’ l-Ewropa sħiħa bħala destinazzjoni għall-istudju tibqa’ ma tiġix irreklamata. |

Azzjoni Komunitarja tilħaq l-għanijiet tal-proposta aħjar għar-raġunijiet li ġejjin. |

324 | In-natura ta’ l-isfida li l-Ewropa qed tiffaċċja f’dan il-qasam tfisser li azzjoni koordinata f’livell Ewropew wisq probabbli tkun aktar effettiva minn azzjoni fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali, minħabba li din tippermetti l-identifikazzjoni ta’ l-eċċellenza, il-ġbir ta’ riżorsi fi sħubija internazzjonali, kopertura ġeografika akbar u mobbiltà li tħaddan aktar minn pajjiż Ewropew wieħed. Il-proposta tistimula kooperazzjoni Ewropea u internazzjonali bejn l-HEIs, tħeġġeġ il-mobbiltà internazzjonali ta’ l-istudenti u l-akkademiċi u tipprova toħloq profil u perċezzjoni prestiġjuża ta’ edukazzjoni ogħla Ewropea fid-dinja. Bin-natura nnifisha ta’ l-attivitajiet proposti, il-Komunità hija f’pożizzjoni aħjar li tilħaq dawn l-għanijiet milli jekk l-Istati Membri jaġixxu fuq livell nazzjonali. |

325 | L-indikatur kwalitattiv prinċipali sabiex jiġi ddeterminat fejn kooperazzjoni akbar f'livell Ewropew tista' ttejjeb is-sitwazzjoni attwali hija li l-Ewropa għandha tibda' titqies bħala l-aktar destinazzjoni ta' studju attraenti għal studenti u riċerkaturi internazzjonalment mobbli. |

Il-proposta għalhekk tikkonforma mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà. |

Il-prinċipju ta’ proporzjonalità Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju ta’ proporzjonalita għar-raġunijiet li ġejjin. |

331 | Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju ta’ proporzjonalità minħabba li tista’ tiġi implimentata fi ħdan il-qafas ta' edukazzjoni ogħla eżistenti fl-Istati Membri. Hija tħeġġeġ strateġiji ġodda li – bħal ma wriet il-valutazzjoni interim tal-programm attwali - huma kkunsidrati bħala possibbli mill-HEIs. |

332 | Il-programm se juża kemm jista’ jkun somom f’daqqa u spejjeż għal kull unità bħala l-bażi għall-kalkolu ta’ l-għoti ta’ għotjiet finanzjarji biex b'hekk inaqqas l-piż amministrattiv għal benefiċjarji. |

Għażla ta’ strumenti |

342 | Programm ta’ azzjoni Komunitarja huwa l-uniku strument legali possibbli għall-istimolu ta' kooperazzjoni fl-edukazzjoni ogħla. L-Artikolu 149, li fuqu huwa msejjes il-programm, ma jippermettix strumenti alternattivi. |

IMPLIKAZZJONI BAġITARJA |

401 | Il-baġit ġenerali għall-perjodu ta’ programmar sħiħ (2009-2013) għall-Azzjoni 1 u l-Azzjoni 3 (masters konġunt u programmi ta’ dottorat, inklużi boroż ta’ studju, u proġetti biex jiġdu lill-istudenti) jammonta għal 493.69 miljun euro. L-Azzjoni 2 (sħubiji kooperattivi ma’ l-HEIs f’pajjiżi terzi speċifiċi, inkluża l-mobbiltà) hija ffinanzjata permezz ta’ strumenti ta’ kooperazzjoni esterni skond ir-regoli u l-proċeduri pprovduti minn dawn l-istrumenti Il-Kummissjoni se tipprova talloka ammont indikattiv globali ta’ mhux aktar minn 460 miljun euro għall-Azzjoni 2 ta' Erasmus Mundus II għall-perjodu ta’ programmar sħiħ (2009-2013). Il-kontribuzzjonijiet indikattivi mill-istrumenti esterni differenti u mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp huma kif ġej: ENPI: 140 miljun euro DCI: 240 miljun euro ICI: 20 miljun euro IPA: 30 miljun euro 10th EDF: 30 miljun euro L-ipprogrammar dettaljat u l-allokazzjonijiet annwali għal kull parti li tikkontribwixxi għall-ammont indikattiv globali ta’ 460 miljun euro se jiġu stabbiliti aktar tard skond ir-regoli u l-proċeduri ta' kull strument u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, iżda mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2008 għall-perjodu 2009-2010 u l-1 ta' Lulju 2010 għall-perjodu 2011-2013. |

TAGħRIF ADDIZZJONALI |

560 | Żona Ekonomika Ewropea L-att propost jikkonċerna kwistjoni taż-ŻEE u għalhekk għandu jestendi għaż-Żona Ekonomika Ewropea. |

1. 2007/0145 (COD)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li tistabbilixxi programm ta' azzjoni għat-tisħiħ tal-kwalità fl-edukazzjoni ogħla u l-promozzjoni ta’ fehim interkulturali permezz ta’ kooperazzjoni ma pajjiżi terzi (Erasmus Mundus) (2009-2013)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 149 (4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[2],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[3],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[4],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura kif stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni Nru 2317/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[5] li tistabbilixxi programm għat-titjib tal-kwalità ta’ l-edukazzjoni ogħla u l-promozzjoni ta’ fehim interkulturali permezz ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi (Erasmus Mundus) (2004-008)

(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1085/2006 tal-Kunsill[6] li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni, ir-Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[7] li jistabbilixxi Strument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija, ir-Regolament (KE) Nru 1095/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[8] li jistabbilixxi strument ta’ finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, ir-Regolament (KE) Nru 1934/2006[9] tal-Kunsill li jistabbilixxi strument ta’ finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli, il-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, kif emendat bil-Ftehim iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/599/KE)[10], u l-Ftehim Intern li jistabbilixxi l-finanzjament ta' għajnuna Komunitarja taħt il-qafas finanzjarju multiannwali għall-perjodu 2008 sa 2013 skond il-Ftehim ta’ Sħubija ACP-KE (id-Deċiżjoni Nru 1/2006 tal-Kunsill tal-Ministri ACP-KE, 2006/608/KE)[11], jiggvernaw il-Fond għall-Iżvilupp Ewropew.

(3) Id-Dikjarazzjoni ta’ Bolonja, iffirmata mill-Ministri ta’ l-Edukazzjoni ta' 29 pajjiż Ewropew fid-19 ta' Ġunju 1999, stabbilixxiet proċess intergovernattiv immirat lejn il-ħolqien ta’ 'Żona ta' Edukazzjoni ogħla Ewropea’ sa l-2010, proċess li huwa appoġġjat b'mod attiv fil-livell Komunitarju. Fil-laqgħa tagħhom f’Londra fis-17 u t-18 ta' Mejju 2007, il-45 Ministru ta' Edukazzjoni ogħla tal-pajjiżi li ħadu sehem fil-proċess ta' Bolonja adottaw l-istrateġija "Iż-Żona ta' l-Edukazzjoni ogħla Ewropea f’Kuntest Globali" u, f'dan il-kuntest, identifikaw bħala prijoritajiet għall-2009 tagħrif imtejjeb dwar iż-Żona ta' l-Edukazzjoni ogħla Ewropea u rikonoxximent aħjar tal-kwalifiki ta' edukazzjoni ogħla minn pajjiżi oħrajn madwar id-dinja.

(4) Il-laqgħa speċjali tal-Kunsill Ewropew f’Liżbona fit-23 u l-24 ta' Marzu 2000 stabbiliet mira strateġika għall-Unjoni Ewropea sabiex issir l-aktar ekonomija kompetittiva u dinamika msejsa fuq l-għarfien fid-dinja u stiednet lill-Kunsill ta’ l-Edukazzjoni jirrifletti b’mod ġenerali lejn l-għanijiet futuri konkreti ta’ sistemi edukattivi, b’attenzjoni fuq tħassib u prijoritajiet komuni filwaqt li tkun irrispettata d-diversità nazzjonali. Fit-12 ta’ Frar 2001 il-Kunsill adotta rapport dwar l-għanijiet konkreti tal-ġejjieni dwar is-sistemi ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ. Fl-14 ta’ Ġunju 2002 huwa sussegwentement adotta programm ta’ ħidma ddettaljat dwar is-segwitu ta’ dawn l-għanijiet, u talab għall-appoġġ fuq livell Komunitarju. Il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew f'Barċellona fil-15 u s-16 ta’ Marzu 2002 stabbiliet l-għan li s-sistemi ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ ta’ l-Unjoni Ewropea jsiru referenza ta’ kwalità dinjija sa l-2010.

(5) Il-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni "Il-Mobilizzazzjoni ta' l-Intelliġenza ta' l-Ewropa"[12] u "It-Twettiq ta’ l-Aġenda tal-Modernizzazzjoni għal Universitajiet"[13], u l-proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew għat-Teknoloġija[14] jisħqu fuq il-ħtieġa li l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla Ewropej ma jibqgħux daqstant maqtugħin minn xulxin iżda jingħaqdu sabiex tiżdied il-kwalità fit-tagħlim u fir-riċerka kif ukoll sabiex ikun hemm korrispondenza aħjar mal-ħtiġijiet li qed jinbidlu tas-suq tax-xogħol. Il-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2006 approva l-ħtieġa li l-edukazzjoni ogħla Ewropea tkun modernizzata.

(6) Ir-rapport ta’ valutazzjoni interim tal-programm Erasmus Mundus attwali u l-konsultazzjoni pubblika miftuħa dwar il-ġejjieni tal-programm jisħqu fuq ir-rilevanza ta' l-għanijiet u l-azzjonijiet tal-programm attwali u jesprimu x-xewqa għall-kontinwità, b’ċerti addattamenti bħal li l-programm jiġi estiż għal-livell ta' dottorat, l-integrazzjoni aktar b’saħħitha ta' istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla li jinsabu f'pajjiżi terzi u l-ħtiġijiet tagħhom fil-programm u l-għoti ta’ aktar fondi lil parteċipanti Ewropej tal-programm.

(7) L-għanijiet ewlenin ta' programm ta' kooperazzjoni fl-edukazzjoni ogħla mmirat għal pajjiżi terzi huma li tissaħħaħ il-kwalità ta’ l-edukazzjoni ogħla Ewropea, il-promozzjoni ta’ fehim bejn il-popli kif ukoll kontribuzzjoni lejn l-iżvilupp sostenibbli ta’ pajjiżi terzi fil-qasam ta’ l-edukazzjoni ogħla li tevita t-telf ta' l-aħjar imħuħ (brain drain) filwaqt li tiffavorixxi gruppi vulnerabbli. L-aktar mezzi effettivi sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet fi programm ta’ eċċellenza huma programmi ta’ studju integrati ħafna fil-livell ta’ post-lawrea, sħubiji kollaborattivi ma' pajjiżi terzi, boroż ta’ studju għall-istudenti bl-akbar talent u proġetti sabiex tissaħħaħ l-attrattività ta’ l-edukazzjoni ogħla Ewropea madwar id-dinja.

(8) Teżisti l-ħtieġa li tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-esklużjoni f'kull forma possibbli, inklużi r-razziżmu u l-ksenofobija, u li jiżdiedu l-isforzi Komunitarji għall-promozzjoni ta’ djalogu u fehim bejn kulturi mad-dinja kollha, filwaqt li titqies id-dimensjoni soċjali ta’ l-edukazzjoni ogħla kif ukoll l-ideali tad-demokrazija u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, b’mod speċjali billi l-mobbiltà tinkoraġġixxi l-iskambju ma’ ambjenti kulturali u soċjali ġodda u tiffaċilita l-fehim tagħhom, u b’dan tiżgura li l-ebda grupp ta’ ċittadini, inklużi dawk ta’ pajjiżi terzi, ma jiġi eskluż jew żvantaġġat kif imsemmi fl-Artikolu 21(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea.

(9) Il-promozzjoni tat-tagħlim ta' l-ilsna u d-diversità lingwistika għandhom ikunu prijorità ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam ta’ l-edukazzjoni ogħla. It-tagħlim ta' l-ilsna għandu rilevanza speċifika fir-rigward ta' pajjiżi terzi.

(10) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "L-Ewropa fid-dinja - xi proposti prattiċi għal koerenza, effettività u viżibilità akbar"[15] tindirizza l-isfidi esterni li qed tiffaċċja l-Ewropa, inkluż kif il-politiki interni u esterni disponibbli jistgħu jintużaw b'mod aktar koerenti u effettiv. B’żieda ma' dan, fil-kuntest tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Il-Balkani tal-Punent fi triqithom lejn l-UE: it-tisħiħ ta’ l-istabbilità u t-tkattir tal-prosperità"[16], il-Kummissjoni rrakkomandat iż-żieda ta’ opportunitajiet ta’ mobbiltà għal akkademiċi u studenti f’kull livell ta’ edukazzjoni ogħla minn dan ir-reġjun.

(11) Fil-perjodu 2004-2008, il-boroż ta’ studju speċifiċi għall-pajjiż iffinanzjati mill-istrumenti ta’ kooperazzjoni esterni tal-Kummissjoni kkumplimentaw il-boroż ta’ studju ta’ Erasmus Mundus sabiex jiżdied l-għadd ta’ studenti benefiċjarji li ġejjin minn pajjiżi terzi speċifiċi, bħaċ-Ċina, l-Indja, il-pajjiżi Balkani tal-Punent jew il-pajjiżi ACP, sabiex jistudjaw fl-Ewropa. Meta wieħed iqis l-esperjenza pożittiva ta’ din l-istrateġija, jistgħu jiġu ppjanati opportunitajiet simili fil-ġejjieni b'konformita mal-prijoritajiet, regoli u proċeduri politiċi ta' l-istrumenti ta' kooperazzjoni esterni fil-kwistjoni.

(12) Fl-attivitajiet kollha tagħha, il-Komunità għandha timmira li telimina l-inugwaljanzi, u tippromwovi l-ugwaljanza, bejn l-irġiel u n-nisa, kif stipulat fl-Artikolu 3(2) tat-Trattat.

(13) Teżisti l-ħtieġa li jiżdied l-aċċess għal dawk ġejjin minn gruppi żvantaġġati u li jiġu indirizzati b’mod attiv il-ħtiġijiet speċjali għat-tagħlim ta’ persuni b’diżabilitajiet fl-implimentazzjoni tal-partijiet kollha tal-programm, inkluż permezz ta’ l-użu ta’ għotjiet finanzjarji għolja li jirriflettu l-ispiża addizzjonali ta’ parteċipanti b’diżabilità.

(14) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1995/2006[17] u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 478/2007 li jistipula regoli ddettaljati għal l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill 1605/2002 kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1995/2006[18], li jħares l-interessi finanzjarji tal-Komunità, għandhom jiġu applikati filwaqt li jqisu l-prinċipji tas-sempliċità u l-konsistenza fl-għażla ta’ strumenti baġitarji u l-proporzjonalità meħtieġa bejn l-ammont ta’ riżorsi u l-piż amministrattiv relatat ma’ l-użu tagħhom.

(15) Billi l-għanijiet ta’ l-azzjoni proposta ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba l-ħtieġa ta’ sħubiji multilaterali, mobbiltà multilaterali u l-iskambju ta’ tagħrif bejn il-Komunità u pajjizi terzi, u jistgħu għalhekk, minħabba n-natura ta’ l-azzjonijiet u l-miżuri meħtieġa, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dan l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawn il-għanijiet.

(16) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet msemmija fl-Artikolu 4(1)(a) u fl-Artikolu 4(1)(c) ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu addattati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju ta’ l-implimentazzjoni tas-setgħat konferiti lill-Kummissjoni[19]. Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ l-azzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1)(b) ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu addattati skond ir-Regolament (KE) Nru 1085/2006 tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni, ir-Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija, ir-Regolament (KE) Nru 1095/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi strument ta’ finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, ir-Regolament (KE) Nru 1934/2006 tal-Kunsill li jistabbilixxi strument ta’ finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli, il-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, kif emendat bil-Ftehim iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/599/KE), u l-Ftehim Intern tagħha bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri, fl-laqgħa mal-Kunsill, dwar il-finanzjament ta' għajnuna Komunitarja taħt il-qafas finanzjarju multiannwali għall-perjodu 2008 sa 2013 skond il-Ftehim ta’ Sħubija ACP-EC u dwar l-allokazzjoni ta’ għajnuna finanzjarja għal Pajjiżi u Territorji Barranin li għalihom tapplika l-Parti Erbgħa tat-Trattat tal-KE (id-Deċiżjoni Nru 1/2006 tal-Kunsill tal-Ministri ACP-EC, 2006/608/KE).

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-istabbiliment tal-programm

2. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi programm - "Erasmus Mundus" (minn hawn ’il quddiem "il-programm") - għat-tisħiħ tal-kwalità ta’ l-edukazzjoni ogħla Ewropea u l-promozzjoni ta’ fehim interkulturali permezz ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi kif ukoll għall-iżvilupp ta’ pajjiżi terzi fil-qasam ta’ l-edukazzjoni ogħla.

3. Il-programm għandu jiġi implimentat matul il-perjodu li jibda fl-1 ta’ Jannar 2009 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2013. Madankollu, miżuri preparatorji, inklużi d-deċiżjonijiet mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 7, jistgħu jiġu implimentati mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.

4. Il-programm għandu jappoġġja u jissupplimenta l-azzjoni meħuda minn u fl-Istati Membri filwaqt li tkun irrispettata bis-sħiħ ir-responsabbiltà tagħhom għall-kontenut ta’ l-edukazzjoni u l-organizzazzjoni ta’ sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ, u d-diversità kulturali u lingwistika tagħhom.

5. L-iżvilupp ta' riżorsi umani f’pajjiżi terzi speċifiċi, u b’mod partikolari l-azzjoni tal-programm imsemmi fl-Artikolu 4(1)(b), għandu jiġi implimentat skond ir-Regolamenti (KE) Nru 1085/2006, 1638/2006, 1905/2006 u 1934/2006 u d-Deċiżjonijiet (KE) Nru 599/2005 u 608/2006.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għan ta’ din id-Deċiżjoni:

1. "istituzzjoni ta’ edukazzjoni ogħla" tfisser kwalunkwe istituzzjoni li skond il-leġislazzjoni jew prassi nazzjonali toffri kwalifiki jew gradi akkademiċi (degrees) f’dak il-livell, ikun xi jkun l-isem ta’ tali stabbilimenti;

2. "student tal-baċċellerat" (student fl-ewwel ċiklu) tfisser persuna li qed tistudja f’istituzzjoni ta’ edukazzjoni ogħla sabiex tikseb l-ewwel grad akkademiku ta’ edukazzjoni ogħla;

3. "student tal-master" (student fit-tieni ċiklu) tfisser persuna li qed tistudja f’istituzzjoni ta’ edukazzjoni ogħla wara li tkun diġà kisbet l-ewwel grad akkademiku ta’ edukazzjoni ogħla;

4. "kandidat tad-dottorat" (kandidat fit-tielet ċiklu) tfisser riċerkatur fl-istadju tal-bidu fl-ewwel erba' snin (ekwivalenti għal full time) tal-karriera ta' riċerka tiegħu/tagħha, li tibda' mid-data meta jikseb/tikseb il-grad akkademiku li formalment jintitolah/a jibda'/tibda' dottorat;

5. "riċerkatur postdottorat" tfisser riċerkatur esperjenzat bi grad akkademiku ta' dottorat jew b'minn ta’ l-anqas erba’ snin esperjenza f’riċerka ekwivalenti full time, inkluż il-perjodu ta’ taħriġ għar-riċerka, wara li jikseb/tikseb il-grad akkademiku li jippermettilu/ha formalment li jibda'/tibda' dottorat;

6. "akkademiku" tfisser persuna b’esperjenza akkademika u/jew professjonali li tispikka li jagħti lectures jew iwettaq ir-riċerka;

7. "persunal ta’ edukazzjoni ogħla" tfisser persuni li, permezz ta’ l-obbligi tagħhom, huma involuti b’mod dirett fil-proċess ta’ edukazzjoni relatat ma’ l-edukazzjoni ogħla;

8. "pajjiż terz" tfisser pajjiż li mhux Stat Membru ta’ l-Unjoni Ewropea u li ma jipparteċipax fil-programm skond l-Artikolu 9. "Pajjiż terz" li tirreferi għal individwu tfisser persuna li mhix ċittadina jew residenti fi kwalunkwe Stat Membru jew fil-pajjiżi li jipparteċipaw fil-programm skond l-Artikolu 9 u li ma wettqitx l-attivitajiet ewlenin tagħha (studji, xogħol, eċċ.) għal aktar minn 12-il xahar matul l-aħħar ħames snin fi kwalunkwe Stat Membru jew fil-pajjiżi parteċipanti tal-programm skond l-Artikolu 9. "Pajjiż terz" li tirreferi għal istituzzjoni tfisser istituzzjoni li ma tinsabx fi kwalunkwe mill-Istati Membri jew mill-pajjiżi parteċipanti tal-programm skond l-Artikolu 9. Il-pajjiżi parteċipanti fil-Programm għat-Tagħlim matul il-Ħajja[20] mhumiex ikkunsidrati bħala pajjiżi terzi għall-implimentazzjoni ta’ l-azzjoni tal-programm imsemmi fl-Artikolu 4(1)(b);

9. "Pajjiż Ewropew" tfisser pajjiż li huwa Stat Membru ta’ l-Unjoni Ewropea jew li jipparteċipa fil-programm skond l-Artikolu 9. "Ewropew" li tirreferi għal individwu tfisser persuna ċittadina jew residenti fi kwalunkwe Stat Membru jew fil-pajjiżi li jipparteċipaw fil-programm skond l-Artikolu 9 jew li wettqet l-attivitajiet ewlenin tagħha (studji, xogħol, eċċ.) għal aktar minn 12-il xahar matul l-aħħar ħames snin fi kwalunkwe Stat Membru jew fil-pajjiżi parteċipanti tal-programm skond l-Artikolu 9. "Ewropew" li tirreferi għal istituzzjoni tfisser istituzzjoni li tinsab fi kwalunkwe mill-Istati Membri jew mill-pajjiżi parteċipanti tal-programm skond l-Artikolu 9;

10. "studji tal-baċċellerat" (l-ewwel ċiklu) tfisser programmi ta’ studju ta’ edukazzjoni ogħla b'tul ta' mill-anqas tliet snin u li jwasslu għall-ewwel grad akkademiku;

11. "studji tal-master" (it-tieni ċiklu) tfisser programmi ta’ studju ta’ edukazzjoni ogħla b’segwitu għall-ewwel grad akkademiku b'tul ta’ mill-anqas tliet snin u li jwassal għat-tieni grad akkademiku, jew għal grad akkademiku ieħor;

12. "studji tal-dottorat" (it-tielet ċiklu) tfisser programmi relatati mar-riċerka ta’ studju ta' edukazzjoni ogħla b'segwita għall-grad akkademiku ta' edukazzjoni ogħla b'tul ta' mill-anqas erba' jew ħames snin u li jwasslu għal grad akkademiku ta' dottorat;

13. "studji ta’ postdottorat" tfisser studju jew riċerka ta’ edukazzjoni ogħla b’segwitu għal grad akkademiku ta' edukazzjoni ogħla b'tul ta' mill-anqas tmien snin;

14. "mobbiltà" tfisser li tmur tgħix, fiżikament, f'pajjiż ieħor, sabiex tistudja, tikseb esperjenza ta' xogħol, twettaq riċerka, għal attività ta’ tagħlim jew riċerka jew attività amministrattiva relatata, appoġġjata kif xieraq bi tħejjija fl-ilsien tal-pajjiż ospitant;

15. "grad akkademiku doppju jew multiplu" tfisser żewġ diplomi nazzjonali, jew aktar, maħruġa minn żewġ istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla, jew aktar, u rikonoxxuti uffiċjalment fil-pajjiżi fejn jinsabu l-istituzzjonijiet li jagħtu l-grad akkademiku;

16. "grad akkademiku konġunt" tfisser diploma waħda maħruġa minn ta' l-anqas żewġ istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla li joffru programm integrat u rikonoxxut uffiċjalment fil-pajjiżi fejn jinsabu l-istituzzjonijiet li jagħtu l-grad akkademiku;

17. "intrapriża" tfisser kull intrapriża involuta f’attività ekonomika fis-settur pubbliku u privat, ikun xi jkun id-daqs tagħha, l-istatus legali jew is-settur ekonomiku li topera fih, inkluża l-ekonomija soċjali.

Artikolu 3

Għanijiet tal-programm

1. L-għan ġenerali tal-programm huwa li jtejjeb il-kwalità ta’ l-edukazzjoni ogħla Ewropea u li jippromwovi d-djalogu u l-fehim bejn il-popli u l-kulturi permezz ta’ kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, kif ukoll li tippromwovi l-għanijiet tal-politika esterna ta’ l-UE u għall-iżvilupp sostenibbli ta’ pajjiżi terzi fil-qasam ta’ l-edukazzjoni ogħla.

2. L-għanijiet speċifiċi tal-programm huma:

a) li jkattar il-kooperazzjoni strutturata bejn l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla u l-persunal akkademiku fl-Ewropa u f'pajjiżi terzi bil-ħsieb li jinħolqu ċentri ta' eċċellenza u jiġu pprovduti riżorsi umani mħarġa sew;

b) li jikkontribwixxi għall-arrikkiment reċiproku ta’ soċjetajiet bl-iżvilupp ta’ grupp ta’ rġiel u nisa kkwalifikati sew, b’moħħhom miftuħ u b’esperjenza internazzjonali permezz tal-promozzjoni tal-mobbiltà għall-istudenti u l-akkademiċi bl-akbar talent minn pajjiżi terzi sabiex jiksbu kwalifiki u/jew esperjenza fl-Unjoni Ewropea, u għall-istudenti u l-akkademiċi Ewropej bl-akbar talent li jmorru f’pajjiżi terzi;

c) li jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ riżorsi umani u għall-kapaċità ta’ kooperazzjoni internazzjonali ta’ istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla f’pajjiżi terzi permezz ta’ aktar mobbiltà bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi;

d) li jtejjeb l-aċċessibiltà u jsaħħaħ il-profil u l-viżibilità ta’ l-edukazzjoni ogħla Ewropea fid-dinja, kif ukoll l-attrattività tagħha għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

3. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-ebda grupp ta’ ċittadini ta' l-UE jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi ma jkunu esklużi jew żvantaġġati.

Artikolu 4

Azzjonijiet tal-programm

1. L-għanijiet tal-programm kif stipulati fl-Artikolu 3 għandhom jintlaħqu permezz ta' l-azzjonijiet li ġejjin:

6. programmi ta' masters konġunti u programmi ta' dottorat konġunti ta' kwalità akkademika eċċellenti ta' Erasmus Mundus, inkluża l-iskema ta' boroż ta' studju;

7. sħubiji bejn istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla Ewropej u ta' pajjiżi terzi bħala l-bażi għal kooperazzjoni strutturali, skambju u mobbiltà f’kull livell ta’ edukazzjoni ogħla;

8. miżuri li jsaħħu l-attrattività ta' l-Ewropa bħala destinazzjoni għall-edukazzjoni.

2. Dawn l-azzjonijiet għandhom jiġu implimentati bl-użu tal-proċeduri deskritti fl-Anness u, fejn tidħol l-azzjoni tal-programm imsemmi fl-Artikolu 4(1)(b), il-proċeduri stipulati fl-istrumenti legali msemmija fl-Artikolu 1(4), u permezz tat-tipi ta' strateġiji li ġejjin, li jistgħu jingħaqdu fejn xieraq:

9. appoġġ għall-iżvilupp ta’ programmi edukattivi konġunti u netwerks ta' kooperazzjoni li jiffaċilitaw l-iskambju ta' esperjenza u prassi tajba;

10. appoġġ imsaħħaħ għall-mobbiltà, bejn il-Komunità u pajjiżi terzi, ta’ persuni fil-qasam ta’ l-edukazzjoni ogħla;

11. il-promozzjoni ta’ ħiliet lingwistiċi, preferibbilment bl-għoti tal-possibilità lill-istudenti li jitgħallmu mill-anqas tnejn mill-ilsna mitkellma fil-pajjiżi fejn jinsabu l-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla, u l-promozzjoni tal-fehim ta' kulturi differenti;

12. appoġġ għal proġetti pilota msejsa fuq sħubiji b’dimensjoni esterna maħsuba sabiex jiżviluppaw l-innovazzjoni u l-kwalità fl-edukazzjoni ogħla;

13. appoġġ għall-analiżi u s-segwitu ta' xejriet fi, u l-evoluzzjoni ta’, edukazzjoni ogħla f'perspettiva internazzjonali.

3. Il-programm jipprovdi għal miżuri ta' appoġġ tekniku inklużi studji, laqgħat ta' esperti kif ukoll tagħrif u pubblikazzjonijiet marbuta direttament ma' l-akkwist ta' l-għanijiet tal-programm.

4. L-azzjonijiet imsemmija f’dan l-Artikolu jistgħu jiġu implimentati permezz ta’ sejħiet għal proposti, sejħiet għal offerti, jew direttament mill-Kummissjoni.

Artikolu 5

Aċċess għall-programm

Taħt il-kundizzjonijiet u l-arranġamenti għall-implimentazzjoni speċifikata fl-Anness u filwaqt li jitqiesu d-definizzjonijiet fl-Artikolu 2, il-programm huwa mmirat b’mod partikolari għal:

a) istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla;

b) studenti f’edukazzjoni ogħla, f’kull livell;

c) akkademiċi jew professjonisti li jagħtu lectures jew iwettqu riċerka;

d) persunal involut direttament fl-edukazzjoni ogħla;

e) korpi oħrajn, pubbliċi jew privati, attivi fil-qasam ta’ l-edukazzjoni ogħla;

f) intrapriżi, kmamar tal-kummerċ u l-industrija;

g) ċentri għar-riċerka.

Artikolu 6

Ħidmiet tal-Kummissjoni u ta’ l-Istati Membri

1. Il-Kummissjoni għandha:

14. tiżgura l-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti ta’ l-azzjonijiet Komunitarji previsti mill-programm b’konformità ma’ l-Anness u, fir-rigward ta’ l-azzjoni tal-programm imsemmija fl-Artikolu 4(1)(b), ma' l-istrumenti legali msemmija fl-Artikolu 1(4);

15. tqis il-kooperazzjoni bilaterali ma' pajjiżi terzi meħuda minn Stati Membri;

16. tfittex sinerġiji u, fejn xieraq, tiżviluppa azzjonijiet konġunti ma’ programmi u azzjonijiet Komunitarji oħrajn fil-qasam ta' l-edukazzjoni ogħla u tar-riċerka.

2. L-Istati Membri għandhom:

17. jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiżguraw it-tmexxija effettiva tal-programm fil-livell ta’ Stat Membru, li tinvolvi l-partijiet kollha kkonċernati fl-edukazzjoni ogħla skond il-prassi nazzjonali, inklużi tentattivi sabiex jadotta tali miżuri jekk dawn jitqiesu xierqa għat-tneħħija ta' kwalunkwe barrieri legali u amministrattivi;

18. jagħżlu strutturi xierqa sabiex jikkooperaw mill-qrib mal-Kummissjoni;

19. jinkoraġġixxu sinerġiji potenzjali ma’ programmi Komunitarji oħrajn u ma' inizjattivi nazzjonali li jistgħu jkunu simili meħuda fil-livell ta’ Stat Membru.

3. Il-Kummissjoni, b’kooperazzjoni ma’ l-Istati Membri, għandha tiżgura:

20. tagħrif xieraq, reklamar u segwitu fir-rigward ta’ l-azzjonijiet appoġġjati mill-programm;

21. it-tqassim tar-riżultati ta’ l-azzjonijiet meħuda fi ħdan il-qafas tal-programm.

Artikolu 7

Miżuri ta' implimentazzjoni

1. Il-miżuri kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ l-azzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1)(b) mhumiex irregolati minn din id-Deċiżjoni u huma b’segwitu għall-proċeduri ta’ l-istrumenti legali msemmija fl-Artikolu 1(4).

2. Il-miżuri li ġejjin, meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet oħrajn ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura ta’ tmexxija msemmija fl-Artikolu 8(2):

22. il-pjan annwali ta’ xogħol, inklużi l-prijoritajiet;

23. il-baġit annwali u l-analiżi tal-fondi fost l-azzjonijiet differenti tal-programm u ammonti indikattivi ta’ għotjiet finanzjarji;

24. il-linji ta’ gwida ġenerali għall-implimentazzjoni tal-programm;

25. il-kriterji u l-proċeduri ta' l-għażla, inklużi l-kompożizzjoni u r-regoli ta’ proċeduri interni tal-bord ta’ l-għażla;

26. l-arranġamenti għas-sorveljanza u l-valutazzjoni tal-programm u għat-tqassim u t-trasferiment tar-riżultati.

3. Kull miżura oħra meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, bl-eċċezzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ għażla, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 8(3).

Artikolu 8

Proċedura tal-kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn Kumitat.

2. Kull fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġu stabbilit għal xahrejn.

3. Kull fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

4. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu.

Artikolu 9

Parteċipazzjoni ta’ pajjiżi oħrajn fil-programm bl-istess mod bħall-Istati Membri

Il-programm se jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta':

a) il-pajjiżi ta’ l-EFTA li huma membri taż-ŻEE, b’konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fil-Ftehim taż-ŻEE;

b) il-pajjiżi kandidati li għandhom strateġija ta’ qabel is-sħubija, b’konformità mal-prinċipji ġenerali u t-termini u kundizzjonijiet ġenerali stipulati fil-ftehim ta' qafas milħuq ma' dawn il-pajjiżi għall-parteċipazzjoni tagħhom fi programmi Komunitarji;

c) il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, b’konformità mal-prinċipji ġenerali u t-termini u kundizzjonijiet ġenerali stipulati fil-ftehim ta' qafas milħuq ma' dawn il-pajjiżi għall-parteċipazzjoni tagħhom fi programmi Komunitarji;

d) il-Konfederazzjoni Żvizzera, dment li jintlaħaq ftehim bilaterali ma' dan il-pajjiż li jipprevedi din il-parteċipazzjoni.

Artikolu 10

Kwistjonijiet orizzontali

Fl-implimentazzjoni tal-programm, se tingħata l-konsiderazzjoni meħtieġa sabiex jiġi żgurat li tikkontribwixxi bis-sħiħ għaż-żieda tal-politiki orizzontali tal-Komunità, b’mod partikolari permezz ta’:

a) it-tkattir tal-bażi ta' għarfien ta' l-ekonomija Ewropea u l-kontribuzzjoni għat-tisħiħ tal-kompetittività globali ta’ l-Unjoni Ewropea;

b) l-promozzjoni ta’ l-għarfien dwar l-importanza tad-diversità kulturali u lingwistika fl-Ewropa, kif ukoll il-ħtieġa tal-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija;

c) dispożizzjonijiet għal studenti bi ħtiġijiet speċjali, u b’mod partikolari billi tgħin fil-promozzjoni ta’ l-integrazzjoni tagħhom f’edukazzjoni ogħla ġenerali;

d) promozzjoni ta’ l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u kontribut għall-ġlieda kontra kull forma ta’ diskriminazzjoni msejsa fuq is-sess, razza jew oriġini etnika, reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali.

Artikolu 11

Konsistenza u komplimentarità ma’ politiki oħrajn

1. Il-Kummissjoni għandha, b'kooperazzjoni ma’ l-Istati Membri, tiżgura konsistenza u komplimentarità ġenerali ma’ politiki, strumenti u azzjonijiet Komunitarji rilevanti oħrajn, b'mod partikolari bil-Programm għat-Tagħlim matul il-Ħajja, is-Seba' Programm ta' Qafas għar-Riċerka, bi programmi ta' kooperazzjoni esterna u bil-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi.

2. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 8(1) infurmat b’mod regolari dwar l-inizjattivi Komunitarji meħuda fl-oqsma rilevanti, tiżgura rabta effiċjenti u, fejn xieraq, azzjonijiet konġunti bejn il-programm u l-programmi u azzjonijiet fil-qasam ta’ edukazzjoni ogħla meħuda fi ħdan il-qafas tal-kooperazzjoni Komunitarji ma’ pajjiżi terzi, inklużi ftehim bilaterali, u l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti.

Artikolu 12

Finanzjament

27. Il-qafas finanzjarju għall-implimentazzjoni ta’ l-azzjonijiet tal-programm imsemmi fl-Artikolu 4(1)(a), 4(1)(c) u 4(3) u kif stipulat fl-Anness tad-Deċiżjoni – l-Azzjoni 1, l-Azzjoni 3 u miżuri ta’ appoġġ tekniku relatati – għall-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1(2) huwa hawnhekk stabbilit għal EUR 493.69 miljun.

28. Il-qafas finanzjarju għall-implimentazzjoni ta’ l-azzjonijiet tal-programm imsemmi fl-Artikolu 4(1)(b) u l-Artikolu 4(3) u kif stipulat fl-Anness tad-Deċiżjoni – l-Azzjoni 2 u miżuri ta’ appoġġ tekniku relatati – għall-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1(2) huwa stabbilit b’konformità mar-regoli u l-proċeduri stipulati fl-istrumenti ta’ kooperazzjoni esterni msemmija fl-Artikolu 1(4).

29. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fi ħdan il-limiti tal-perspettiva finanzjarja.

Artikolu 13

Sorveljanza u valutazzjoni

1. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja, b’mod regolari, il-programm b’kooperazzjoni ma’ l-Istati Membri. Ir-riżultati tal-proċess ta’ sorveljanza u ta’ valutazzjoni tal-programm u tal-programm ta’ qabel għandhom jintużaw meta jiġi implimentat il-programm. Din is-sorveljanza għandha tinkludi r-rapporti msemmija fil-paragrafu 3 u attivitajiet speċifiċi.

2. Il-programm għandu jiġi vvalutat b’mod regolari mill-Kummissjoni filwaqt li jitqiesu l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3, l-impatt tal-programm b’mod ġenerali u l-komplimentarità bejn l-azzjoni skond il-programm u dik imfittxa skond politiki, strumenti u azzjonijiet Komunitarji rilevanti oħrajn.

3. Il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni:

a) rapport ta’ valutazzjoni interim dwar ir-riżultati miksuba u dwar l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi ta’ l-implimentazzjoni tal-programm sal-31 ta’ Marzu 2012;

b) komunikazzjoni dwar it-tkomplija tal-programm sat-30 ta’ Ġunju 2012;

c) rapport ta’ valutazzjoni ex post sal-31 ta’ Diċembru 2015.

Artikolu 14

Dispożizzjoni tranżitorja

1. Azzjonijiet li jinbdew fi jew qabel il-31 ta' Diċembru 2008 fuq il-bażi tad-Deċiżjoni 2317/2003/KE għandhom jiġu amministrati b'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dik id-Deċiżjoni, bl-eċċezzjoni li l-kumitat stabbilit minn dik id-Deċiżjoni għandu jinbidel bil-kumitat stabbilit bl-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni attwali.

2. Azzjonijiet li jinbdew fi jew qabel il-31 ta’ Diċembru 2008 fuq il-bażi tal-proċeduri stipulati fl-istrumenti legali msemmija fl-Artikolu 1(4) għandhom jiġu amministrati b’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dawk l-istrumenti.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Magħmula fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS

AZZJONIJIET KOMUNITARJI, PROĊEDURI TA' GĦAŻLA U DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI

AZZJONI 1: PROGRAMMI KONĠUNTI ERASMUS MUNDUS INKLUŻI BOROŻ TA’ STUDJU

AZZJONI 2: SĦUBIJI ERASMUS MUNDUS MA’ ISTITUZZJONIJIET TA’ EDUKAZZJONI OGĦLA TA’ PAJJIŻI TERZI

AZZJONI 3: TISĦIĦ TA’ L-ATTRATTIVITÀ TA' L-EDUKAZZJONI OGĦLA EWROPEA

MIŻURI TA’ APPOĠĠ TEKNIKU

PROĊEDURI TA’ GĦAŻLA

DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI

AZZJONI 1: PROGRAMMI KONĠUNTI ERASMUS MUNDUS INKLUŻI BOROŻ TA’ STUDJU

A. PROGRAMMI TA’ MASTERS ERASMUS MUNDUS

1. Il-Komunità se tagħżel programmi ta’ master ta’ kwalita' akkademika eċċellenti li, għall-għanijiet ta’ dan il-programm, se jġibu l-isem ta’ 'programmi masters Erasmus Mundus'.

2. Għall-għan ta’ dan il-programm, programmi masters Erasmus Mundus:

a) għandhom jinvolvu istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla minn minimu ta’ tliet pajjiżi Ewropej differenti;

b) jistgħu jinvolvu istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla minn pajjiżi terzi;

c) għandhom jimplimentaw programm ta’ studju li jinvolvi perjodu ta’ studju f’minn ta' l-anqas tnejn mit-tliet istituzzjonijiet taħt il-punt (a). B’żieda ma’ dan, jekk programmi ta’ masters jinvolvu istituzzjoni waħda jew aktar minn pajjiżi terzi taħt il-punt (b), il-mobbiltà għal studenti Ewropej għandha tinvolvi wkoll perjodu ta’ studju f’waħda mill-istituzzjonijiet ta’ pajjiżi terzi li ġejjin:

d) fejn xieraq, għandhom jinkoraġġixxu tqegħid f’xogħol bħala parti mill-programm ta’ studju;

e) għandhom iħaddnu mekkaniżmi għar-rikonoxximent ta’ perjodi ta' studju f’istituzzjonijiet sħab imsejsa fuq, jew kompatibbli ma', is-sistema Ewropea ta’ trasferiment u ġbir ta’ kredits;

f) għandhom jirriżultaw fl-għoti ta’ gradi akkademiċi konġunti, doppji jew multipli, rikonoxxuti jew akkreditati mill-pajjiżi Ewropej, mill-istituzzjonijiet parteċipanti. Gradi akkademiċi konġunti se jingħataw prijorità;

g) għandhom jistabbilixxu proċeduri ta’ awtovalutazzjoni ebsin u jaqblu li ssirilhom reviżjoni esperta minn esperti esterni sabiex tkun żgurata t-tkomplija tal-kwalità għolja tal-programm ta’ masters ;

h) għandhom iżommu minimu ta’ postijiet għal, u jospitaw, studenti Ewropej u minn pajjiżi terzi li ngħataw appoġġ finanzjarju taħt il-programm;

i) għandhom jistabbilixxu kundizzjonijiet konġunti trasparenti għad-dħul li jagħtu l-konsiderazzjoni meħtieġa, inter alia , lil kwistjonijiet ta’ sess u ugwaljanza;

j) għandhom jistabbilixxu miżata ta’ struzzjoni konġunta indipendentament mill-post ta’ studju nnifsu għall-istudenti fi ħdan il-programm ta’ masters ;

k) għandhom jaqblu li jikkonformaw mar-regoli applikabbli għall-proċedura ta’ l-għażla ta’ l-istudenti u l-akkademiċi;

l) għandhom joħolqu l-arranġamenti xierqa sabiex jiffaċilitaw l-aċċess għal, u l-ospitar ta’, studenti Ewropej u minn pajjiżi terzi (faċilitajiet ta’ tagħrif, akkomodazzjoni, għajnuna bil- visas , eċċ.);

m) mingħajr ħsara għall-ilsien ta’ istruzzjoni, għandhom jipprovdu għall-użu ta’ mill-anqas żewġ ilsna Ewropej mitkellma fl-Istati Membri fejn jinsabu l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla involuti fil-programm ta’ masters Erasmus Mundus u, kif xieraq, għat-tħejjija fl-ilsien u l-għajnuna għall-istudenti, b’mod partikolari permezz ta’ korsijiet organizzati mill-istituzzjonijiet ikkonċernati.

3. Programmi masters Erasmus Mundus se jintgħażlu għal perjodu ta' ħames snin, soġġetti għal proċedura ta' tiġdid annwali msejsa fuq rappurtaġġ ta' progress.

4. Il-programmi masters Erasmus Mundus magħżula taħt il-programm Erasmus Mundus ta’ qabel se jitkomplew fi ħdan il-qafas ta' din l-azzjoni sa tmiem il-perjodu li ntgħażlu għalih, soġġetti għal proċeduri ta' tiġdid annwali msejsa fuq rappurtaġġ ta' progress.

B. PROGRAMMI TA’ DOTTORAT ERASMUS MUNDUS

1. Il-Komunità se tagħżel programmi ta’ dottorat ta’ kwalita' akkademika eċċellenti li, għall-għanijiet ta’ dan il-programm, se jġibu l-isem ta’ 'programmi ta’ dottorat Erasmus Mundus'.

2. Għall-għan ta’ dan il-programm, programmi ta’ dottorat Erasmus Mundus:

a) għandhom jinvolvu istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla minn minimu ta’ tliet pajjiżi Ewropej differenti u sħab oħra rilevanti sabiex jiżguraw l-innovazzjoni u l-kapaċità għall-impjieg;

b) jistgħu jinvolvu istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla jew sħab oħra rilevanti minn pajjiżi terzi;

c) għandhom jimplimentaw programm ta’ dottorat li jinvolvi perjodu ta’ studju u riċerka f’minn ta' l-anqas tnejn mit-tliet istituzzjonijiet taħt il-punt (a). B’żieda ma’ dan, jekk programmi ta’ dottorat jinvolvu istituzzjoni waħda jew aktar minn pajjiżi terzi taħt il-punt (b), il-mobbiltà għal kandidati Ewropej għad-dottorat għandha tinvolvi wkoll perjodu ta’ studju u riċerka f’waħda minn dawn l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżi terzi:

d) fejn xieraq, għandhom jinkoraġġixxu tqegħid f’xogħol bħala parti mill-programm ta’ dottorat;

e) għandhom iħaddnu mekkaniżmi għar-rikonoxximent ta’ perjodi ta' studju u riċerka mwettqa f’istituzzjonijiet sħab imsejsa fuq, jew kompatibbli ma', is-sistema Ewropea ta’ trasferiment u ġbir ta’ kredits;

f) għandhom jirriżultaw fl-għoti ta’ gradi akkademiċi konġunti, doppji jew multipli, rikonoxxuti jew akkreditati mill-pajjiżi Ewropej, mill-istituzzjonijiet parteċipanti. Gradi akkademiċi konġunti se jingħataw prijorità;

g) għandhom jistabbilixxu proċeduri ta’ awtovalutazzjoni ebsin u jaqblu li ssirilhom reviżjoni esperta minn esperti esterni sabiex tkun żgurata t-tkomplija tal-kwalità għolja tal-programm ta’ dottorat;

h) għandhom iżommu minimu ta’ postijiet għal, u jospitaw, kandidati Ewropej għad-dottorat u minn pajjiżi terzi li ngħataw appoġġ finanzjarju taħt il-programm;

i) għandhom jistabbilixxu kundizzjonijiet konġunti trasparenti għad-dħul li jagħtu l-konsiderazzjoni meħtieġa, inter alia , lil kwistjonijiet ta’ sess u ugwaljanza;

j) għandhom jistabbilixxu miżata ta’ struzzjoni konġunta indipendentament mill-post ta’ studju u riċerka nnifsu għall-kandidati għad-dottorat fi ħdan il-programm ta’ dottorat;

k) għandhom jaqblu li jirrispettaw ir-regoli applikabbli għall-proċedura ta’ għażla ta' kandidati għad-dottorat;

l) għandhom joħolqu l-arranġamenti xierqa sabiex jiffaċilitaw l-aċċess għal, u l-ospitar ta’, kandidati Ewropej għad-dottorat u minn pajjiżi terzi (faċilitajiet ta’ tagħrif, akkomodazzjoni, għajnuna bil- visas , eċċ.);

m) għandhom jiggarantixxu l-użu ta’ kuntratti ta’ impjieg għal kandidati għad-dottorat li jirċievu borża ta' studju jekk dan ikun permess mil-leġiżlazzjoni nazzjonali;

n) mingħajr ħsara għall-ilsien ta’ tagħlim, għandhom jipprovdu għall-użu ta’ mill-anqas żewġ ilsna Ewropej mitkellma fl-Istati Membri fejn jinsabu l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla involuti fil-programm ta’ dottorat Erasmus Mundus u, kif xieraq, għat-tħejjija fl-ilsien u l-għajnuna għall-kandidati għad-dottorat, b’mod partikolari permezz ta’ korsijiet organizzati mill-istituzzjonijiet ikkonċernati.

3. Programmi ta’ dottorat Erasmus Mundus se jintgħażlu għal perjodu ta' ħames snin, soġġetti għal proċedura ta' tiġdid annwali msejsa fuq rappurtaġġ ta' progress. Il-perjodu jista' jinkludi sena ta' attivitajiet ta' tħejjija qabel ir-reklutaġġ tal-kandidati għad-dottorat.

C. BOROŻ TA’ STUDJU

1. Il-Komunità tista’ tipprovdi boroż ta’ studju li jkopru l-ispejjeż kollha lil studenti tal- master jew kandidati għad-dottorat minn pajjiżi terzi jew Ewropej kif ukoll boroż ta’ studju għal terminu ta' żmien qasir lil akkademiċi minn pajjiżi terzi jew Ewropej.

a) Il-Komunità tista’ tipprovdi boroż ta’ studju li jkopru l-ispejjeż kollha lil studenti tal- master jew kandidati għad-dottorat minn pajjiżi terzi li ntgħażlu, permezz ta’ proċess kompetittiv, għal programmi ta’ masters Erasmus Mundus u programmi ta' dottorat Erasmus Mundus. Dawn il-boroż ta’ studju huma għal studju fl-istituzzjonijiet Ewropej involuti fi programm ta’ masters Erasmus Mundus jew fi programm ta’ dottorat Erasmus Mundus.

b) Il-Komunità tista’ tipprovdi boroż ta’ studju li jkopru l-ispejjeż kollha lil studenti tal- master jew kandidati għad-dottorat Ewropej li ntgħażlu, permezz ta’ proċess kompetittiv, għal programmi ta’ masters Erasmus Mundus u programmi ta' dottorat Erasmus Mundus. Dawn il-boroż ta’ studju huma għal studju fl-istituzzjonijiet Ewropej involuti fi programm ta’ masters Erasmus Mundus jew fi programm ta’ dottorat Erasmus Mundus u, jekk dawn jinvolvu istituzzjoni waħda, jew aktar, ta' pajjiż terz, għal studju f'waħda minn dawn.

c) Il-Komunità tista’ tipprovdi boroż ta’ studju għal medda ta’ żmien qasir lil akkademiċi minn pajjiżi terzi li jżuru l-programmi ta’ masters Erasmus Mundus, bil-għan li jwettqu xogħol ta’ tagħlim u riċerka u xogħol akkademiku fl-istituzzjonijiet Ewropej li qed jieħdu sehem fil-programmi ta’ masters Erasmus Mundus.

d) Il-Komunità tista’ tipprovdi boroż ta’ studju għal medda ta’ żmien qasir lil akkademiċi Ewropej li jżuru istituzzjonijiet f’pajjiżi terzi involuti fi programmi ta’ masters Erasmus Mundus, bil-għan li jwettqu xogħol ta’ tagħlim u riċerka u xogħol akkademiku fl-istituzzjonijiet ta’ pajjiżi terzi li qed jieħdu sehem fil-programmi ta’ masters Erasmus Mundus.

2. Il-boroż ta’ studju se jkunu miftuħin għal studenti tal-masters u kandidati għad-dottorat minn pajjiżi terzi kif ukoll akkademiċi kif definit fl-Artikolu 2.

3. Persuni li jirċievu borża ta’ studju għal programmi ta’ masters Erasmus Mundus huma eliġibbli wkoll li jirċievu borża ta’ studju għal programmi ta’ dottorat Erasmus Mundus.

4. Il-Kummissjoni għandha tieħu passi sabiex tiżgura li l-ebda persuna ma tirċievi appoġġ finanzjarju għall-istess għan taħt aktar minn programm Komunitarju wieħed. B’mod partikolari, persuni li jirċievu borża ta' studju Erasmus Mundus mhumiex eliġibbli li jirċievu għotja finanzjarja Erasmus għall-istess programm ta' masters Erasmus Mundus jew programm ta’ dottorat taħt il-Programm għat-Tagħlim matul il-Ħajja. Simili għal dan, persuni li jibbenefikaw minn għotja finanzjarja taħt il-"Programm Speċifiku Nies" (Azzjonijiet Marie Curie) tas-Seba’ Programm ta’ Qafas għal riċerka, żvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta' dimostrazzjoni[21] mhumiex eliġibbli li jirċievu għotja finanzjarja Erasmus Mundus għall-istess perjodu ta' studju jew riċerka.

AZZJONI 2: SĦUBIJI ERASMUS MUNDUS MA’ ISTITUZZJONIJIET TA’ EDUKAZZJONI OGĦLA TA’ PAJJIŻI TERZI INKLUŻI BOROŻ TA’ STUDJU

1. Il-Komunità se tagħżel sħubiji ta' kwalita' akkademika għolja li, għall-għanijiet ta’ dan il-programm, se jġibu l-isem ta’ 'sħubiji Erasmus Mundus'. Dawn se jilħqu, u huma konformi ma’ l-għanijiet ta' l-artikolu 3.

2. Għall-għan ta’ dan il-programm, sħubiji Erasmus Mundus għandhom:

a) jinvolvu minimu ta’ ħames istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla minn minimu ta’ tliet pajjiżi Ewropej differenti u għadd ta’ istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla f’pajjiżi terzi speċifiċi li ma jipparteċipawx fil-Programm għat-Tagħlim matul il-Ħajja li għandhom jiġu ddefiniti fis-sejħiet għal proposti annwali;

b) jimplimentaw sħubija bħala bażi għat-trasferiment ta’ l-għarfien;

c) iwettqu skambju ta’ studenti f'kull livell ta' edukazzjoni ogħla (minn baċċellerat għal postdottorat), akkademiċi u persunal ta' edukazzjoni ogħla għal perjodi ta' mobbiltà ta’ tul varjabbli, inkluża l-possibilità ta’ perjodu ta’ tqegħid f’xogħol. Il-mobbiltà għandha tieħu ċittadini Ewropej f’pajjiżi terzi u ċittadini ta’ pajjiżi terzi f’pajjiżi Ewropej. L-iskema se tippermetti wkoll li jiġu ospitati ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex marbutin ma' istituzzjonijiet ta’ pajjiżi terzi involuti fis-sħubiji, kif ukoll tinkludi dispożizzjonijiet speċifiċi għal gruppi vulnerabbli, kif xieraq għall-kuntest politiku u soċjoekonomiku tar-reġjun/pajjiż rispettiv;

d) iħaddnu mekkaniżmi għar-rikonoxximent ta’ perjodi ta' studju u riċerka mwettqa f’istituzzjonijiet sħab imsejsa fuq, jew kompatibbli ma', is-sistema Ewropea ta’ trasferiment u ġbir ta’ kredits;

e) jużaw strumenti ta’ mobbiltà żviluppati taħt il-programm Erasmus, bħar-rikonoxximent ta’ perjodi ta’ studju preċedenti, il-ftehim ta’ tagħlim u t-traskrizzjoni tar-reġistri;

f) jistabbilixxu kundizzjonijiet trasparenti għall-għoti ta' għotjiet finanzjarji għall-mobbiltà li jagħtu l-konsiderazzjoni meħtieġa, inter alia , lil kwistjonijiet ta’ sess u ta’ ugwaljanza;

g) jaqblu li jirrispettaw ir-regoli applikabbli għall-proċedura ta’ l-għażla ta’ l-istudenti, akkademiċi u persunal ta’ edukazzjoni ogħla;

h) joħolqu l-arranġamenti xierqa sabiex jiffaċilitaw l-aċċess għal, u l-ospitar ta’, studenti, akkademiċi u persunal ta' edukazzjoni ogħla Ewropej u minn pajjiżi terzi (faċilitajiet ta’ tagħrif, akkomodazzjoni, għajnuna bil- visas , eċċ.);

i) mingħajr ħsara għall-ilsien ta’ l-istruzzjoni, jipprovdu għall-użu ta’ l-ilsna mitkellma fil-pajjiżi fejn jinsabu l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla involuti fis-sħubiji Erasmus Mundus u, kif xieraq, għat-tħejjija fl-ilsien u l-għajnuna għal dawk li jingħataw il-boroż ta’ studju, b’mod partikolari permezz ta’ korsijiet organizzati mill-istituzzjonijiet ikkonċernati;

j) jimplimentaw aktar attivitajiet ta’ sħubija, bħal gradi akkademiċi doppji, żvilupp ta’ kurrikulu konġunt, trasferiment ta’ l-aqwa prassi, eċċ.

3. Il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiżi terzi kkonċernati permezz tad-Delegazzjonijiet tagħha, għandha tiddefinixxi l-prijoritajiet nazzjonali u reġjonali skond il-ħtiġijiet tal-pajjiż/i terz/i speċifiku/speċifiċi kkonċernat/i bis-sħubiji.

4. Sħubiji Erasmus Mundus se jintgħażlu għal perjodu ta' tliet snin, soġġetti għal proċedura ta' tiġdid annwali msejsa fuq rappurtaġġ ta' progress.

30. Il-boroż ta’ studju se jkunu miftuħin għal studenti u akkademiċi minn pajjiżi terzi kif definit fl-Artikolu 2.

31. Fl-għoti tal-boroż ta’ studju taħt din l-azzjoni, il-Kummissjoni għandha tappoġġja gruppi żvantaġġati soċjoekonomikament u popolazzjonijiet f'sitwazzjonijiet vulnerabbli.

32. Il-Kummissjoni għandha tieħu passi sabiex tiżgura li l-ebda persuna ma tirċievi appoġġ finanzjarju għall-istess għan taħt aktar minn programm Komunitarju wieħed. B’mod partikolari, persuni li jirċievu borża ta' studju Erasmus Mundus mhumiex eliġibbli sabiex jirċievu għotja finanzjarja Erasmus għall-istess perjodu ta’ mobbiltà taħt il-Programm għat-Tagħlim matul il-Ħajja. Simili għal dan, persuni li jibbenefikaw minn għotja finanzjarja taħt il-"Programm Speċifiku Nies" (Azzjonijiet Marie Curie) tas-Seba’ Programm ta’ Qafas għal riċerka, żvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta' dimostrazzjoni mhumiex eliġibbli li jirċievu għotja finanzjarja Erasmus Mundus għall-istess perjodu ta' studju jew riċerka.

33. Is-sħubiji magħżula taħt it-Tieqa ta’ Kooperazzjoni Esterna Erasmus Mundus (l-isem preċedenti ta’ din l-azzjoni) se jitkomplew fi ħdan il-qafas ta' din l-azzjoni sa’ tmiem il-perjodu li ntgħażlu għalih, soġġetti għal proċedura ħafifa ta' tiġdid annwali msejsa fuq rappurtaġġ ta' progress.

AZZJONI 3: TISĦIĦ TA’ L-ATTRATTIVITÀ TA' L-EDUKAZZJONI OGĦLA EWROPEA

1. Permezz ta’ din l-azzjoni, il-Komunità tista’ tappoġġja attivitajiet immirati lejn it-tisħiħ ta' l-attrattività, il-profil, id-dehra u l-viżibilità ta', u l-aċċessibiltà għal, l-edukazzjoni ogħla Ewropea. L-attivitajiet għandhom jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-programm u jirrelataw mad-dimensjoni internazzjonali ta’ kull aspett ta’ l-edukazzjoni ogħla, bħall-promozzjoni, l-aċċessibbiltà, l-assigurazzjoni tal-kwalità, ir-rikonoxximent tal-kredits, ir-rikonoxximent tal-kwalifiki Ewropej barra l-Ewropa u r-rikonoxximent reċiproku ta' kwalifiki ma' pajjiżi terzi, l-iżvilupp tal-kurrikulu, il-mobbiltà, il-kwalità tas-servizzi, eċċ. L-attivitajiet jistgħu jinkludu l-promozzjoni tal-programm u r-riżultati tiegħu.

2. L-istituzzjonijiet eliġibbli jistgħu jinkludu organizzazzjonijiet pubbliċi jew privati attivi fil-qasam ta’ l-edukazzjoni ogħla domestikament jew f’livell internazzjonali. L-attivitajiet għandhom iseħħu fi ħdan proġetti li jinvolvu organizzazzjonijiet minn minimu ta’ tliet pajjiżi Ewropej differenti u jistgħu jinvolvu organizzazzjonijiet minn pajjiżi terzi.

3. L-attivitajiet jistgħu jieħdu forom varji (konferenzi, seminars, laqgħat ta’ ħidma ( workshops ), studji, analiżi, proġetti pilota, premji, netwerks internazzjonali, produzzjoni ta' materjal għall-pubblikazzjoni, żvilupp ta' għodod ICT, eċċ.) u jistgħu jseħħu ikun fejn ikun madwar id-dinja.

4. L-attivitajiet għandhom jaraw li jistabbilixxu rabtiet bejn l-edukazzjoni ogħla u r-riċerka u l-edukazzjoni ogħla u s-settur privat, u jisfruttaw sinerġiji potenzjali kull fejn ikun possibbli.

5. Il-Komunità tista’ tappoġġja, kif xieraq, l-istrutturi magħżula b’konformità ma’ l-Artikolu 6(2)(b) fl-isforzi tagħhom sabiex jippromwovu l-programm u jferrxu r-riżultati tiegħu nazzjonalment u madwar id-dinja.

6. Il-Komunità għandha tappoġġja assoċċjazzjoni ta’ alunni ta’ l-istudenti kollha (minn pajjiżi terzi u Ewropej) li jiggradwaw minn programmi ta’ masters Erasmus Mundus u programmi ta’ dottorat Erasmus Mundus.

MIŻURI TA’ APPOĠĠ TEKNIKU

Il-qafas finanzjarju ġenerali tal-programm jista’ jkopri wkoll in-nefqa relatata ma’ l-esperti, aġenzija eżekuttiva, korpi kompetenti eżistenti fl-Istati Membri u, jekk meħtieġ, relatati ma' forom oħra ta' għajnuna teknika u amministrattiva li l-Kummissjoni jista' jkollha ddur għalihom għal għajnuna għall-implimentazzjoni tal-programm. Dawn jistgħu b’mod partikolari jinkludu studji, laqgħat, attivitajiet ta' tagħrif, pubblikazzjonijiet, attivitajiet ta' sorveljanza, attivitajiet ta' kontroll u verifika, attivitajiet ta’ valutazzjoni, nefqa fuq netwerks ta' informatika għall-iskambju ta' tagħrif u kwalunkwe nefqa oħra meħtieġa direttament għall-implimentazzjoni tal-programm u għall-kisba ta' l-għanijiet tiegħu.

PROĊEDURI TA’ GĦAŻLA

Il-proċeduri ta' għażla għandhom jirrispettaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

a) proposti taħt l-azzjoni 1 se jintgħażlu mill-Kummissjoni bl-għajnuna ta’ bord ta’ l-għażla presedut minn persuna eletta minnu, magħmul minn personalitajiet ta’ reputazzjoni għolja mid-dinja akkademika li jirrappreżentaw id-diversità ta’ l-edukazzjoni ogħla fl-Unjoni Ewropea. Il-bord ta’ l-għażla għandu jiżgura li l-programmi masters u l-programmi ta’ dottorat Erasmus Mundus jikkorrispondu għall-ogħla kwalità akkademika. Il-Kummissjoni għandha torganizza evalwazzjoni fuq livell Ewropew tal-proposti kollha eliġibbli mill-esperti akkademiċi indipendenti qabel ma tibgħat il-proposti lill-bord ta' l-għażla. Kull programm ta' masters u programm ta' dottorat Erasmus Mundus se jiġi allokat numru speċifiku ta' boroż ta' studju li se jitħallsu lill-individwi magħżula mill-korp li jmexxi l-programmi ta’ masters u l-programmi ta’ dottorat. L-għażla ta’ studenti tal- masters , kandidati għad-dottorat u akkademiċi se ssir mill-istituzzjonijiet li jieħdu sehem fil-programmi ta’ masters u programmi ta’ dottorat Erasmus Mundus wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni;

b) proposti taħt l-azzjoni 2 se jintgħażlu mill-Kummissjoni skond ir-regoli stipulati bir-Regolamenti (KE) Nru 1085/2006, 1638/2006, 1905/2006 u 1934/2006 u d-Deċiżjonijiet (KE) Nru 599/2005 u 608/2006;

c) proposti taħt l-azzjoni 3 se jintgħażlu mill-Kummissjoni;

d) il-proċeduri ta’ għażla għal programmi ta' masters u programmi ta' dottorat Erasmus Mundus għandhom jinvolvu konsultazzjoni ma’ l-istrutturi magħżula skond l-Artikolu 6(2)(b).

DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI

1. Għotjiet finanzjarji b’rata fissa, skali ta’ spejjeż għal kull unità u premji

Għotjiet finanzjarji b’rata fissa u/jew skali ta’ spejjeż għal kull unità, kif stipulati fl-Artikolu 181(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002 jistgħu jintużaw fil-każ ta' kull azzjoni msemmija fl-Artikolu 4.

Għotjiet finanzjarji b’rata fissa jistgħu jintużaw sa massimu ta’ EUR 25 000 għal kull sieħeb fi ftehim ta’ għotja finanzjarja. Dawn jistgħu jiġu kkombinati sa massimu ta' EUR 100 000 u/jew użati flimkien ma' skali ta' spejjeż għal kull unità.

Il-Kummissjoni tista’ tipprovdi għall-għoti ta’ premji fir-rigward ta' attivitajiet imwettqa fil-qafas tal-programm.

2. Ftehim ta' sħubija

Fejn azzjonijiet taħt il-programm huma appoġġjati permezz ta’ għotjiet finanzjarji ta’ sħubija ta' qafas skond l-Artikolu 163 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002, tali sħubiji jistgħu jintgħażlu u jiġu ffinanzjati għal perjodu ta' ħames snin, soġġetti għal proċedura ħafifa ta' tiġdid.

3. Istituzzjonijiet jew organizzazzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla pubbliċi

L-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet kollha ta’ edukazzjoni ogħla speċifikati mill-Istati Membri li rċevew aktar minn 50% tad-dħul annwali tagħhom minn sorsi pubbliċi matul l-aħħar sentejn, jew li huma kkontrollati minn korpi pubbliċi jew mir-rappreżentanti tagħhom, għandhom jiġu ttrattati mill-Kummissjoni bħala li għandhom il-kapaċità finanzjarja, professjonali u amministrattiva meħtieġa, flimkien ma’ l-istabbilità finanzjarja meħtieġa sabiex iwettqu proġetti koperti mill-programm; dawn mhux se jkunu meħtieġa jippreżentaw aktar dokumentazzjoni sabiex juru dan. Tali istituzzjonijiet jew organizzazzjoni jistgħu jiġu eżentati minn rekwiżiti ta’ verifika skond l-Artikolu 173(4) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002.

4. Il-kompetenzi u l-kwalifiki professjonali ta’ l-applikanti

Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi skond l-Artikolu 176(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 li kategoriji speċifiċi ta’ benefiċjarji għandhom il-kompetenzi u l-kwalifiki professjonali meħtieġa sabiex ilestu l-azzjoni jew l-programm ta' ħidma proposti.

5. Dispożizzjonijiet kontra l-frodi

Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni meħuda taħt l-Artikolu 7, il-kuntratti u ftehim li jirriżultaw minnhom, kif ukoll ftehim ma’ pajjiżi terzi parteċipanti, għandhom jipprovdu b’mod partikolari għas-superviżjoni u l-kontroll finanzjarju mill-Kummissjoni (jew kwalunkwe rappreżentant awtorizzat minnha), inkluż mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), u għal verifiki – jekk meħtieġa fuq il-post – mill-Qorti ta’ l-Awdituri.

Il-benefiċjarju ta’ għotja finanzjarja għandu jiżgura li, fejn applikabbli, dokumenti ta' sostenn fil-pussess tas-sħab jew membri jsiru disponibbli għall-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni tista’ twettaq verifika ta’ l-użu li sar mill-għotja finanzjarja direttament permezz tal-persunal tagħha jew permezz ta' kwalunkwe korp estern kwalifikat ieħor ta' l-għażla tagħha. Tali verifiki jistgħu jitwettqu matul il-ħajja tal-ftehim u għal perjodu ta’ ħames snin mid-data ta' tmiem il-proġett. Fejn xieraq, is-sejbiet tal-verifiki jistgħu jwasslu għal deċiżjonijiet ta’ rkupru mill-Kummissjoni.

Il-persunal tal-Kummissjoni u persunal estern awtorizzat mill-Kummissjoni għandu jkollu d-dritt għall-aċċess xieraq, b'mod partikolari għall-uffiċċji tal-benefiċjarju u għat-tagħrif kollu, inkluż tagħrif f'format elettroniku, meħtieġ sabiex jitwettqu tali verifiki.

Il-Qorti ta’ l-Awdituri u l-OLAF għandu jkollhom l-istess drittijiet, b’mod speċjali ta’ aċċess, bħall-Kummissjoni.

B’żieda ma’ dan, il-Kummissjoni tista' twettaq sorveljanzi u spezzjonijiet fuq il-post skond il-programm b’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra[22].

Għall-azzjonijiet Komunitarji ffinanzjati taħt din id-deċiżjoni, il-kunċett ta' irregolarità msemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej[23] għandu jfisser kwalunkwe ksur ta’ dispożizzjoni ta’ liġi Komunitarja jew kwalunkwe ksur ta’ obbligazzjoni kuntrattwali li tirriżulta minn att jew ommissjoni minn operatur ekonomiku, li għandu, jew se jkollu, l-effett ta’ ħsara fuq il-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej jew l-allokazzjonijiet immexxija minnhom, minn oġġett ta’ nefqa mhux iġġustifikat.

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

L-Azzjoni msemmija fl-artikolu 4(1)(b) kif ukoll miżuri ta’ appoġġ tekniku relatati msemmija fl-artikolu 4(3) ta’ din il-proposta huma rregolati mir-Regolamenti (KE) Nru 1085/2006, 1638/2006, 1905/2006 u 1934/2006 u d-Deċiżjonijiet (KE) Nru 599/2005 u 608/2006. Għalhekk dawn mhumiex inklużi fil-listi, tabelli u ċifri mogħtija f’din id-dikjarazzjoni finanzjarja u se jkunu addizzjonali għal dawn iċ-ċifri. Madankollu, minħabba li l-azzjoni msemmija fl-artikolu 4(1)(b) hija parti integrali ta’ dan il-programm, il-kapitoli 5, 6 u 7 ta’ din id-dikjarazzjoni finanzjarja jirreferu għaliha.

1. ISEM TAL-PROPOSTA

Programm ta’ azzjoni għat-tisħiħ tal-kwalità ta’ l-edukazzjoni ogħla u l-promozzjoni ta’ fehim interkulturali permezz ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi (Erasmus Mundus)

2. IL-QAFAS ABM / ABB

Il-qasam politiku: Edukazzjoni u kultura

Attività assoċjata: Tagħlim matul il-ħajja, inkluż il-multilingwiżmu

3. LINJI TAL-BAĠIT

3.1. Linji tal-baġit (linji ta' tħaddim u linji ta’ għajnuna teknika u amministrattiva relatati (ex-linji BA) li jinkludu l-intestaturi

15 02 02 05 (Erasmus Mundus), 15 01 04 14 (nefqa amministrattiva Erasmus Mundus), 15 01 04 30 (parzjalment Aġenzija Eżekuttiva)

3.2. Tul ta’ l-azzjoni u ta’ l-impatt finanzjarju

2009-2013

3.3. Karatteristiċi baġitarji:

Linja tal-baġit | Tip ta' nefqa | Ġdid | Kontribuzzjoni mill-EFTA | Kontribuzzjoni mill-pajjiżi applikanti | Intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

15 02 02 05 | Mhux obblig. | Diff[24] | LE | IVA | IVA | Nru 1.a |

15 01 04 14 | Mhux obblig. | Mhux diff[25] | LE | IVA | IVA | Nru 1.a |

15 01 04 30 | Mhux obblig. | Mhux diff | LE | IVA | IVA | Nru 1.a |

4. TAQSIRA TAR-RIŻORSI

4.1. Riżorsi Finanzjarji

4.1.1. Taqsira ta’ l-approprjazzonijiet ta’ impenn (AI) u l-approprjazzjonijiet ta’ ħlas (AĦ)

EUR miljuni (sa 3 punti deċimali)

Tip ta' nefqa | Nru tat-Taqsima | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | 2014 u wara | Total |

Nefqa operattiva[26] |

Approprjazzjonijiet ta’ Impenn (AI) | 8.1. | a | 90,25 | 92,52 | 94,1 | 95,86 | 98,54 | 471,27 |

Approprjazzonijiet ta’ Ħlas (AĦ) | b | 63,175 | 91,839 | 93,626 | 95,332 | 97,736 | 29,562 | 471,27 |

Nefqa amministrattiva fil-limiti ta' l-ammont ta' referenza[27] |

Għajnuna teknika u amministrattiva (NDA) | 8.2.4. | c | 4,418 | 4,458 | 4,478 | 4,508 | 4,558 | 22,42 |

AMMONT TA’ REFERENZA TOTALI |

Approprjazzjonijiet ta’ Impenn | a+c | 94,668 | 96,978 | 98,578 | 100,368 | 103,098 | 493,69 |

Approprjazzjonijiet ta’ Ħlas | b+c | 67,593 | 96,297 | 98,104 | 99,84 | 102,294 | 29,562 | 493,69 |

Nefqa amministrattiva mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza[28] |

Riżorsi umani u nefqa assoċjata (NDA) | 8.2.5. | d | 0,936 | 0,936 | 0,981 | 0,981 | 0,981 | 0 | 4,815 |

Spejjeż amministrattivi, għajr riżorsi umani u spejjeż assoċjati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (NDA) | 8.2.6. | e | 0,187 | 0,187 | 0,187 | 0,187 | 0,187 | 0 | 0,935 |

Spiża finanzjarja indikattiva totali ta’ intervenzjoni |

L-AI TOTALI inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani | a+c+d+e | 95,791 | 98,101 | 99,746 | 101,536 | 104,266 | 0 | 499,44 |

L-AĦ TOTALI inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani | b+c+d+e | 68,716 | 97,42 | 99,272 | 101,008 | 103,462 | 29,562 | 499,44 |

4.1.2. Il-kompatibilità ma' l-Ipprogrammar Finanzjarju

X Il-proposta hija kompatibbli ma' l-ipprogrammar finanzjarju eżistenti.

Il-proposta se tikkonsisti fl-ipprogrammar mill-ġdid ta’ l-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja.

Il-proposta tista’ teħtieġ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[29] (jiġifieri strument ta' flessibilità jew reviżjoni tal-perspettiva finanzjara).

4.1.3. Impatt finanzjarju fuq id-Dħul

X Il-proposta m’għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul

Il-proposta għandha impatt finanzjarju

4.2. Riżorsi Umani FTE (inklużi uffiċjali, persunal temporanju u estern) – għad-dettalji ara l-punt 8.2.1.

Ir-rekwiżiti annwali | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 |

Għadd totali ta’ riżorsi umani | 33 | 34 | 36 | 37 | 38 |

5. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET

5.1. Ħtiġijiet li jridu jintlaħqu fil-medda ta’ żmien qasir jew twil

Edukazzjoni ogħla fil-kuntest tal-globalizzazzjoni

L-edukazzjoni ogħla hija soġġetta għall-fenomenu ta’ internazzjonalizzazzjoni li qed tikber b'rispons għall-proċess tal-globalizzazzjoni. Fl-iżvilupp tas-sistemi ta' edukazzjoni ogħla tagħha, il-Komunità u l-Membri Stati tagħha għalhekk iridu jaraw li jippreparaw liċ-ċittadini u lill-ħaddiema tagħhom għal ambjent globali billi jinkludu dimensjoni internazzjonali b'mod xieraq u effiċjenti.

It- tiftixa għall-eċċellenza fl-edukazzjoni ogħla riċentament saret motiv gwida qawwi fl-inizjattivi Komunitarji f'dan il-qasam. Programmi konġunti li jikkombinaw dipartimenti eċċellenti madwar l-Ewropa u lil hinn se jinfurzaw l-eċċellenza ta’ klassi dinjija f'universitajiet Ewropej u jnaqqsu d-differenza bejn l-attrattività ta’ l-Ewropa u dik ta’ reġjuni dinjin oħrajn.

Fl-istess waqt, il-Komunità għandha l-missjoni li tikkontribwixxi għall- iżvilupp ta’ edukazzjoni ogħla ta’ kwalità għolja f’pajjiżi terzi għall-benefiċċju reċiproku ta’ istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla, studenti u akkademiċi fl-Ewropa u lil hinn. Istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla f’pajjiżi terzi speċifiċi jeħtieġ li jżidu l-kapaċità ta’ kooperazzjoni internazzjonali tagħhom.

Iżda kooperazzjoni strutturali mhix biżżejjed. L-universitajiet Ewropej jeħtieġ li jiġbdu l-aqwa talent , kemm studenti kif ukoll akkademiċi. Żieda fl-għadd ta' studenti internazzjonali b'talent kbir jagħti spinta lill-abilità ta’ l-edukazzjoni ogħla, in-negozju u l-gvern biex ikunu involuti fir-riċerka u l-iżvilupp.

Madankollu, l-istimolu tal- mobbiltà tal-massa ta’ l-istudenti sabiex tikseb rati għolja ta’ mobbiltà bejn il-pajjiżi tista’ sservi biex toħloq inċentivi għal istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla biex jikkollaboraw u jwettqu xogħol konġunt fl-iżvilupp tal-kurrikulu u oqsma oħrajn, bil-potenzjal ta' kisbiet kbar għal dawk li jwettqu dan ix-xogħol.

L-istatus ta’ l-Ewropa bħala ċentru għall-eċċellenza fit-tagħlim mhux dejjem huwa mifhum bis-sħiħ f’pajjiżi terzi. L- attrattività mhix biss dwar l-eċċellenza f'termini assoluti, iżda ukoll dwar il-perċezzjoni. Jeħtieġ li tinħoloq identità ta’ l-edukazzjoni ogħla Ewropea bħala marka għall-eċċellenza fit-tagħlim u r-riċerka. F’termini aktar ġenerali, edukazzjoni ogħla tista’ tgħin ukoll fil-promozzjoni tal-viżibilità tal-politiki ta’ l-UE f’pajjiżi terzi, inklużi l-politiki esterni tagħha.

Il-promozzjoni ta’ rabtiet u fehim interkulturali

Minn perspettiva politika u kulturali, l-iskambju akkademiku jista’ jippromwovi fehim reċiproku bejn il-popli u jmur kontra r-riskju li l-firda interkulturali bejn il-kulturi Ewropej u oħrajn tkompli tiżdied. Meta istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla jospitaw studenti barranin u riċerkaturi dawn jgħinu biex iġibu individwi minn kulturi differenti f’kuntatt ma' xulxin u permezz tat-tagħlim tagħhom jistgħu jgħinu sabiex jipprovdu fehim aħjar lill-istudenti barranin tal-kultura tal-pajjiż li jospita.

5.2. Il-valur miżjud ta' l-involviment Komunitarju u l-konsistenza tal-proposta ma' strumenti finanzjarji u sinerġija possibbli.

Jeżisti valur Ewropew miżjud ċar jekk tittieħed azzjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni fl-edukazzjoni ogħla ma' pajjiżi terzi fil-livell ta' l-Unjoni Ewropea. Hemm differenzi ċari fl-approċċ tal-pajjiżi Ewropej lejn l-istimolu tal-mobbiltà minn studenti minn pajjiżi terzi. Xi Stati Membri ta’ l-UE stabbilixxew programmi għal mobbiltà, filwaqt li oħrajn huma anqas attivi f’dan il-qasam. L-għanijiet ta' programmi nazzjonali eżistenti jvarjaw u mhumiex kompletament konsistenti jew integrati. B’żieda ma' dan, l-iskemi nazzjonali ma jikkontribwixxux għat-tisħiħ tal-profil ta' qasam ta' edukazzjoni ogħla Ewropea li jmur lil hinn mis-somma tal-komponenti individwali tiegħu. F’dan ir-rigward, programm Erasmus Mundus - għal kuntrarju ta’ programmi nazzjonali - jiġbed lill-istudenti sabiex jistudjaw f'aktar minn pajjiż Ewropew wieħed. Strateġija Ewropea integrata tista’ għalhekk iġġib magħha benefiċċji sostanzjali.

Meta wieħed iqis ir-rwol ta’ l-edukazzjoni ogħla fil-politiki soċjali, kulturali u ekonomiċi, hemm bosta rabtiet bejn dan il-programm propost u politiki Komunitarji oħrajn. Għalhekk ittieħdet il-konsiderazzjoni mistħoqqa ta’ programmi u għanijiet Komunitarji relatati.

5.3. Għanijiet, riżultati mistennija u indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas ABM

Il-mira u l-għanijiet ġenerali tal-programm Erasmus Mundus ġdid huma deskritti fl-Artikolu 3 ta' din id-deċiżjoni.

L-għanijiet operattivi tal-proposta kif imfissra fl-Anness tad-deċiżjoni huma:

- li tgħin fl-iżvilupp ta’ programmi ta’ masters u ta' dottorat ta' kwalità għolja offruti minn grupp ta’ istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla Ewropej u possibbilment minn pajjiżi terzi;

- li tipprovdi boroż ta’ studju li jkopru l-ispejjeż kollha għall-istudenti b'talenti kbar Ewropej u minn pajjiżi terzi sabiex isegwu dawn il-programmi konġunti kif ukoll li tagħti boroż ta' studju għal terminu ta' żmien qasir lil akkademiċi Ewropej u minn pajjiżi terzi ta' kwalità eċċellenti sabiex iwettqu riċerka jew xogħol ta' tagħlim bħala parti mill-programmi konġunti;

- li tgħin tiżviluppa sħubiji kooperattivi wesgħin bejn istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla Ewropej u minn pajjiżi terzi bħala bażi għal skambju ta' studenti u akkademiċi għal perjodu ta' żmien qasir jew twil f'kull livell ta' edukazzjoni ogħla bil-għan li jissaħħu l-kapaċitajiet ta' kooperazzjoni internazzjonali ta' istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla f'pajjiżi terzi;

- li tappoġġja inizjattivi, analiżi, studji, proġetti, avvenimenti u attivitajiet oħra transnazzjonali maħsuba għat-tisħiħ ta' l-attrattività ta’ l-edukazzjoni ogħla Ewropea fid-dinja.

L-indikaturi relatati għal kull għan operattiv huma elenkati fit-tabella 8.1 hawn taħt.

5.4. Metodu ta’ Implimentazzjoni (indikattiv)

X Tmexxija Ċentralizzata

X direttament mill-Kummissjoni

X indirettament permezz ta' delega lil:

X Aġenziji eżekuttivi

( korpi stabbiliti mill-Komunitajiet kif imsemmi fl-art. 185 tar-Regolament Finanzjarju

( korpi nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b’missjoni tas-servizz pubbliku

( Tmexxija komuni jew deċentralizzata

( ma’ Stati Membri

( ma’ pajjiżi terzi

( Tmexxija konġunta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika)

6. SORVELJANZA U VALUTAZZJONI

6.1. Sistema ta' sorveljanza

Tinħoloq sistema ta' sorveljanza sabiex tiġi żgurata l-ogħla kwalità ta’ riżultati u l-aktar użu effiċjenti tar-riżorsi. Is-sorveljanza sseħħ matul il-ħajja tal-programm. Din tissejjes fuq tagħrif mogħti dwar il-programm fil-livell istituzzjonali, fil-livell ta' fakultà u tal-persunal, kif ukoll fil-livell ta’ studenti, inklużi reviżjoni tad- data , u ġbir ta’ data permezz ta’ stħarriġ u intervisti mmirati.

6.2. Valutazzjoni

6.2.1. Valutazzjoni ex-ante

Twettqet stima ta’ l-impatt estiża li tintegra rekwiżiti ta’ valutazzjoni ex-ante (inkluż programm ta’ intervista ma' partijiet interessati ewlenin fil-qasam tal-kooperazzjoni fl-edukazzjoni ogħla ma' pajjiżi terzi). Wara li saret valutazzjoni komparattiva ta’ l-għażliet ta’ politika disponibbli, l-għażla ta' politika preferuta ġiet identifikata u l-impatt, ir-riskji u s-suppożizzjonijiet tagħha kif ukoll ir-rapport bejn l-ispiża u l-effettività ġew evalwati. Din il-proposta hija kompletament konsistenti mal-konklużjonijiet ta' l-evalwazzjoni.

Konsultazzjoni miftuħa online mal-partijiet interessati kienet parti mill-stima ta’ l-impatt estiża. B’kollox, intbagħtu 417-il tweġiba għall-konsultazzjoni. Il-messaġġi ewlenin mogħtija minn dawk li wieġbu kienu:

- L-analiżi tal-ħtiġijiet u l-għanijiet tal-programm attwali għadhom validi u konsistenti;

- L-azzjonijiet attwali tal-programm għandhom jitkomplew b’xi tibdiliet: jinkludu boroż ta’ studju li jkopru l-ispejjeż kollha għal studenti Ewropej u jestendu l-programm għal-livell ta’ dottorat;

- il-fondi jitqassmu b’mod xieraq bejn l-azzjonijiet u l-benefiċjarji; madankollu, il-fondi għal programmi konġunti għandhom jiġu miżjuda;

- l-istruttura ta’ tmexxija tal-programm attwali nstab li qed jaħdem sew.

Il-messaġġi prinċipali li ħarġu mill-konsultazzjoni miftuħa ntlaqgħu u ġew inklużi fil-proposta attwali.

6.2.2. Miżuri li ttieħdu wara valutazzjoni intermedjarja/ex-post (tagħlimiet meħuda fil-passat minn esperjenzi simili)

Il-valutazzjoni interim esterna tal-programm Erasmus Mundus attwali ħarġet b’sensiela ta’ rakkomandazzjonijiet għall-programm futur li tqiesu għall-iżvilupp ta’ din il-proposta. Ir-rakkomandazzjonijiet prinċipali kienu:

- L-estensjoni tal-programm għal-livell ta’ dottorat;

- L-inklużjoni ta’ boroż ta’ studju li jkopru l-ispejjeż kollha għal studenti Ewropej fil-programm;

- L-integrazzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ pajjiżi terzi fi programmi Ewropej konġunti;

- Iż-żieda tar-rwol ta’ Strutturi Nazzjonali fis-sorveljanza tal-programm, inklużi l-għotjiet finanzjarji għall-finijiet ta’ tagħrif u t-tixtrid mogħtija lil tali strutturi;

- It-tisħiħ ta' miżuri dwar l-assigurazzjoni tal-kwalità ta’ proġetti magħżula;

- Iż-żamma ta’ spejjeż għal kull unità għal boroż ta' studju u ż-żieda tar-rati fissi għal programmi konġunti.

6.2.3. It-termini u l-frekwenza tal-valutazzjoni fil-ġejjieni

Tliet snin wara l-bidu tal-programm, se ssir valutazzjoni interim esterna tar-riżultati miksuba u ta’ l-aspetti kwalitattivi ta’ l-implimentazzjoni tal-programm. Sentejn wara t-tmiem tal-programm, se tintbagħat valutazzjoni ex-post esterna dwar ir-riżultati u l-impatti tal-programm.

7. MIżURI KONTRA L-FRODI

Ara l-Artikolu 5 tad-dispożizzjonijiet finanzjarji ta’ l-Anness ta’ din id-deċiżjoni.

8. DETTALJI TAR-RIŻORSI

8.1. Għanijiet tal-proposta f'termini ta' l-ispiża finanzarja tagħhom

Hawn isfel tingħata analiżi ddettaljata ta' l-ispejjeż finanzjarja ta' l-Azzjoni 1 u l-Azzjoni 3. Analiżi indikattiva tal-finanzjament ta' l-Azzjoni 2 hija ppreżentata fit-test tal-Memorandum ta' Spjegazzjoni – il-Part 4. Implikazzjoni Baġitarja. L-ipprogrammar iddettaljat u l-allokazzjonijiet annwali għal kull parti li tikkontribwixxi għall-ammont indikattiv globali ta’ 460 miljun euro[30] għall–Azzjoni 2 se jiġu stabbiliti aktar tard skond ir-regoli u l-proċeduri ta' kull strument u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, iżda mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2008 għall-perjodu 2009-2010 u l-1 ta' Lulju 2010 għall-perjodu 2011-2013

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali)

(L-Intestaturi ta' l-Għanijiet, l-azzjonijiet u r-riżultati għandhom jiġu pprovduti) | Tip ta’ riżultati | Spiża medja | Sena 2009 | Sena 2010 | Sena 2011 | Sena 2012 | Sena 2013 | TOTAL |

Sena 2009 | Sena 2010 | Sena 2011 | Sena 2012 | Sena 2013 |

Uffiċjali jew persunal temporanju[35] (15 01 01) | A*/AD | 5 | 5 | 5 | 5 | 5 |

B*, C*/AST | 3 | 3 | 3 | 3 | 3 |

Persunal iffinanzjat[36] bl-art. 15 01 02 | 0 | 0 | 1 | 1 | 1 |

Persunal ieħor[37] iffinanzjat bl-art. 15 01 04 30 | 25 | 26 | 27 | 28 | 29 |

TOTAL | 33 | 34 | 36 | 37 | 38 |

8.2.2. Deskrizzjoni tal-ħidmiet li jirriżultaw mill-azzjoni

- Maniġers tal-Programm (A): responsabbli għall-implimentazzjoni, is-sorveljanza u l-valutazzjoni tal-programm;

- Maniġers Assistenti tal-Programm (B): għajnuna lill-managers tal-programm fil-ħidmiet tagħhom;

- Assistenti fil-Finanzi u l-Kuntratti (B): responsabbli għat-tmexxija ta’ l-għotjiet finanzjarji u l-kuntratti;

- Uffiċjali Responsabbli mit-Tagħrif (A/B): responsabbli mit-tagħrif, it-tixrid u l-isfruttar tar-riżultati;

- Assistenti Amministrattivi (C): appoġġ amministrattiv u segretarjali għall-persunal fil-livell A u B.

8.2.3. Sorsi ta’ riżorsi umani (statutorji)

X Karigi attwalment allokati lit-tmexxija tal-programm li għandhom jinbidlu jew jiġu estiżi

( Karigi allokati minn qabel fi ħdan l-eżerċizzju APS/PDB għas-sena n

X Karigi li għandhom jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss

( Karigi li għandhom jitqassmu mill-ġdid bl-użu ta’ riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ta’ tmexxija (assenjar mill-ġdid intern)

( Karigi meħtieġa għas-sena n għalkemm mhux previsti fl-eżerċizzju APS/PDB għas-sena kkonċernata

8.2.4. Nefqa amministrattiva oħra inkluża fl-ammont ta’ referenza ( 15 01 04 14 - Nefqa fuq tmexxija amministrattiva)

EUR miljuni (sa 3 punti deċimali)

Linja tal-baġit (numru u intestatura) | Sena 2009 | Sena 2010 | Sena 2011 | Sena 2012 | Sena 2013 | TOTAL |

Għajnuna oħra teknika u amministrattiva |

- intra muros |

- extra muros | 1,079 | 1,035 | 0,996 | 0,961 | 0,912 | 4,983 |

Total ta’ għajnuna teknika u amministrattiva | 4,418 | 4,458 | 4,478 | 4,508 | 4,558 | 22,42 |

8.2.5. Spiża finanzjarja ta’ riżorsi umani u spejjeż assoċjati mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza

EUR miljuni (sa 3 punti deċimali)

Tip ta’ riżorsi umani | Sena 2009 | Sena 2010 | Sena 2011 | Sena 2012 | Sena 2013 | TOTAL |

Uffiċjali u persunal temporanju (15 01 01) | 0,936 | 0,936 | 0,936 | 0,936 | 0,936 | 4,68 |

Persunal iffinanzjat bl-Art. 15 01 02 (END, persunal bil-kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja tal-baġit) | 0 | 0 | 0,045 | 0,045 | 0,045 | 0,135 |

Spiża totali fuq Riżorsi Umani u spejjeż assoċjati (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | 0,936 | 0,936 | 0,981 | 0,981 | 0,981 | 4,815 |

Kalkolu – Uffiċjali u Aġenti Temporanji |

0,117 għal kull sena u persuna |

Kalkolu - Persunal iffinanzjat taħt l-art. 15 01 02 |

0,045 għal kull sena u DNE (espert nazzjonali mibgħut) |

8.2.6. Nefqa amministrattiva oħra mhix inkluża fl-ammont ta' referenza

EUR miljuni (sa 3 punti deċimali) |

Sena 2009 | Sena 2010 | Sena 2011 | Sena 2012 | Sena 2013 | TOTAL |

15 01 02 11 01 – Missjonijiet | 0,025 | 0,025 | 0,025 | 0,025 | 0,025 | 0,125 |

15 01 02 11 02 – Laqgħat & Konferenzi | 0,116 | 0,116 | 0,116 | 0,116 | 0,116 | 0,58 |

15 01 02 11 03 – Kumitati (ta' tmexxija u avviżorji) | 0,046 | 0,046 | 0,046 | 0,046 | 0,046 | 0,23 |

15 01 02 11 04 – Studji & konsultazzjonijiet | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

15 01 02 11 05 – Sistemi ta' tagħrif | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

2 Nefqa Totali ta' Tmexxija Oħra (15 01 02 11) | 0,187 | 0,187 | 0,187 | 0,187 | 0,187 | 0,935 |

3 Nefqa oħra ta' natura amministrattiva (speċifika inkluża referenza għal-linja tal-baġit) | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

Nefqa Amministrattiva Totali, għajr għal riżorsi umani u spejjeż assoċjati (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | 0,187 | 0,187 | 0,187 | 0,187 | 0,187 | 0,935 |

Kalkolu – Nefqa amministrattiva oħra mhix inkluża fl-ammont ta' referenza |

Missjonijiet: 30 missjoni b’tul ta’ jumejn għal €650 + 5 missjonijiet b'tul ta' ġimgħa għal €1,000 (kull sena) Laqgħat: €1,160 għal kull parteċipant (€860 vjaġġar + €150 għal kull jum * jumejn) * 100 parteċipanti (kull sena) Kumitati: €860 għal kull parteċipant * 54 parteċipanti (kull sena) |

Il-ħtiġijiet għal riżorsi umani u amministrattivi għandhom jiġu koperti bl-allokazzjoni mogħtija lid-DĠ ta’ tmexxija fil-qafas tal-proċedura ta' allokazzjoni annwali.

[1] L-istatistiċi jirreferu għas-27 Stat Membru ta’ l-UE, l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, l-Isvizzera u t-Turkija.

[2] ĠU C , , p.

[3] ĠU C , , p.

[4] ĠU C , , p.

[5] ĠU L 345, 31.12.2003, p.1

[6] ĠU L 210, 31.7.2006, p.82

[7] ĠU L 310, 9.11.2006, p.1

[8] ĠU L 378, 27.12.2006, p.41

[9] ĠU L 405, 30.12.2006, p.41

[10] ĠU L209, 11.8.2005, p.26

[11] ĠU L247, 9.9.2006, p.22

[12] COM (2005), 152 finali

[13] COM(2006), 208 finali

[14] COM(2006), 604 finali/2

[15] COM(2006), 278 finali

[16] COM(2006), 27 finali

[17] ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1

[18] ĠU L 111, 28.4.2007, p.13

[19] ĠU L 184, 17.7.1999, p.23

[20] ĠU L 327, 24.11.2006, p.45

[21] ĠU L 54, 22.2.2007, p.91

[22] ĠU L 292, 15.11.1996, p.2

[23] ĠU L 312, 23.12.1995, p.1

[24] Approprjazzjonijiet differenzjati

[25] Approprjazzjonijiet mhux differenzjati

[26] Nefqa li ma taqax taħt il-Kapitolu 15 01 tat-Titolu 15 ikkonċernat.

[27] Nefqa fl-ambitu ta’ l-Artikolu 15 01 04 tat-Titolu 15.

[28] Nefqa fl-ambitu tal-Kapitolu 15 01 għajr l-Artikoli 15 01 04 jew 15 01 05.

[29] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[30] Il-kontribuzzjonijiet indikattivi mill-istrumenti esterni differenti u mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp huma kif ġej: ENPI: 140 miljun euro, DCI: 240 miljun euro, ICI: 20 miljun euro, IPA: 30 miljun euro, 10th EDF: 30 miljun euro.

[31] Ammont medju. Il-borża ta’ studju nnifisha tiddependi fuq it-tul tal-kors ta’ masters (bejn sena u sentejn). Ammont ta' referenza: EUR 24,000 kull sena. Dan l-ammont iqis inflazzjoni ta’ 2% fis-sena.

[32] Ammont medju. Il-borża ta’ studju nnifisha tiddependi fuq it-tul tal-kors ta’ masters (bejn sena u sentejn). Ammonti ta' referenza: EUR 11,000 kull sena jekk il-mobbiltà tkun għal pajjiż terz ukoll; EUR 9,000 kull sena jekk mobbiltà ġewwa l-Ewropa biss. Dawn l-ammonti iqisu inflazzjoni ta’ 2% fis-sena.

[33] Ammont medju għal borża ta' studju ta' tliet snin. Ammonti ta' referenza: EUR 123,000 għal kuntratt ta’ impjieg (għażla improbabbli ħafna); EUR 78,000 għal stipendju (l-aktar għażla probabbli). Dawn l-ammonti iqisu inflazzjoni ta’ 2% fis-sena.

[34] Ammont medju għal borża ta' studju ta' tliet snin. Ammonti ta' referenza: EUR 100,000 għal kuntratt ta’ impjieg (l-aktar għażla probabbli); EUR 60,000 għal stipendju (għażla improbabbli ħafna). Dawn l-ammonti iqisu inflazzjoni ta’ 2% fis-sena.

[35] L-ispiża ta’ dawn MHIX koperta bl-ammont ta' referenza

[36] L-ispiża ta’ dawn MHIX koperta bl-ammont ta' referenza

[37] In-nefqa tiegħu inkluża fi ħdan l-ammont ta’ referenza. Dan il-persunal huwa assenjat lill-Aġenzija Eżekuttiva.