52007PC0154

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehimiet rilevanti skond l-Artikolu XXI GATS ma’ l-Arġentina, l-Awstralja, l-Brażil, il-Kanada, iċ-Ċina, it-Taipei Ċiniża, il-Kolumbja, Kuba, l-Ekwador, Hong Kong Ċina, l-Indja, l-Ġappun, il-Korea, New Zealand, il-Filippni, l-Isvizzera, u l-Istati Uniti, dwar l-aġġustamenti ta’ kumpens meħtieġa li jirriżultaw mill-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubbblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta’ l-Iżvezja ma’ l-Unjoni Ewropea /* KUMM/2007/0154 finali - ACC 2007/0055 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 27.3.2007

KUMM(2007) 154 finali

2007/0055 (ACC)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni tal-ftehimiet rilevanti skond l-Artikolu XXI GATS ma’ l-Arġentina, l-Awstralja, l-Brażil, il-Kanada, iċ-Ċina, it-Taipei Ċiniża, il-Kolumbja, Kuba, l-Ekwador, Hong Kong Ċina, l-Indja, l-Ġappun, il-Korea, New Zealand, il-Filippni, l-Isvizzera, u l-Istati Uniti, dwar l-aġġustamenti ta’ kumpens meħtieġa li jirriżultaw mill-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubbblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta’ l-Iżvezja ma’ l-Unjoni Ewropea

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

It-termini u l-kondizzjonijiet li taħthom il-Membri tad-WTO jippermettu l-aċċess għas-swieq tagħhom għas-servizzi u l-fornituri tas-servizzi minn membri oħra huma speċifikati fl-iskedi tal-membri tal-GATS ta’ impenji speċifiċi. L-iskeda oriġinali ta’ l-impenji speċifiċi tal-KE u l-Istati Membri tagħha (minn hawn ‘il quddiem "l-iskeda tal-KE GATS") tmur lura għall-1994, u tkopri biss dawk it-tnax-il Stat Membru li kienu membri ta’ l-Unjoni Ewropea f’dak iż-żmien. It-tlettax-il Stat Membru li ngħaqqdu ma’ l-Unjoni Ewropea fl-1995 u fl-2004 (minn issa ‘l quddiem imsejħa l-Istati Membri l-ġodda) baqgħu iżommu l-iskedi individwali tagħhom tal-GATS, li kienu ġew adottati qabel l-adeżjoni tagħhom ma’ l-Unjoni Ewropea.

Sabiex ikun żgurat li l-Istati Membri l-ġodda ma’ jżommux impenji li jistgħu jkunu ta’ ksur għall- acquis communautaire u li dawn huma koperti mil-limitazzjonijiet orizzontali inklużi fl-iskeda tal-KE GATS, kien meħtieġ li jiġu notifikati l-modifika u l-irtirar ta’ ċerti impenji speċifiċi inklużi fil-lista ta’ impenji speċifiċi tal-KE u fl-iskedi individwali tal-GATS ta’ l-Istati Membri l-ġodda, u li jiġu kkonsolidati l-iskedi ta’ l-Istati Membri l-ġodda bl-iskeda orġinali tal-KE.

Għal dan il-għan, skond l-Artikolu XXI tal-GATS, il-KE daħlet f’negozjati ma’ tmintax-il Membru tad-WTO, li stqarrew li ġew affettwati mill-modifiki msemmijin qabel. Matul dawn in-negozjati, skond il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 2006[1], il-KE qablet dwar il-kumpens li għandu jiġi offrut lill-Membri effettwati tad-WTO. Il-modifiki u l-irtirar notifikati, flimkien ma’ l-aġġustamenti ta’ kumpens miftiehma, iddaħħlu fl-iskeda konsolidata tal-GATS tal-KE, li ċ-ċertifikazzjoni tagħha ġiet konkluża skond ir-regoli applikabbli tad-WTO fil-15 ta’ Diċembru 2006.

B’dan, il-KE saret l-ewwel membru ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ li użat id-dispożizzjonijiet tal-GATS b’suċċess rigward il-modifika u l-irtirar ta’ l-impenji kummerċjali fit-taqsima tas-servizzi. B’riżultat tal-konsolidazzjoni ta’ l-iskeda tas-servizzi li rnexxiet, l-impenji tas-servizzi tal-KE jistgħu finalment jiġu ppreżentati f’dokument wieħed li jkopri l-25 Stat Membru.

Sakemm jiġu konklużi n-negozjati mal-"Membri effettwati" tad-WTO u fid-dawl tal-kompetenza residwa ta’ l-Istati Membri skond l-Artikolu 133(6), it-tieni subparagrafu tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, l-istituzzjonijiet Komunitarji operaw taħt l-ipoteżi li l-kontenut potenzjali tal-ftehim li qed jiġi nnegozjat, jista’, għall-inqas fit-teorija, jitlob il-parteċipazzjoni u l-approvazzjoni individwali eventwali ta’ l-Istati Membri, għal dawk il-kwistjonijiet li setgħu waqgħu taħt il-kompetenza residwa tagħhom. Għal dan il-għan, in-negozjati mal-"Membri effettwati" tad-WTO issegwew mill-Kummissjoni f’isem "il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom".

Madankollu, billi l-aġġustamenti ta’ kumpens miftiehma ma jinkludux dispożizzjonijiet li jmorru lil hinn mis-setgħat interni tal-Komunitajiet Ewropej, u ma jwasslux għall-armonizzazzjoni tal-liġijiet jew tar-regolamenti ta’ l-Istati Membri f’taqsima li għaliha t-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitarjiet Ewropej jaqtgħu barra armonizzazzjoni bħal din, xejn fil-ftehimijiet imsemmija ma jaqa’ fil-fatt taħt il-kompetenza residwali ta’ l-Istati Membri. Għalhekk, il-ftehimiet jeħtieġu biss l-approvazzjoni mill-Kunsill.

Madankollu, biex tkun żgurata konsistenza tar-rappreżentazzjoni, filwaqt li titħalla miftuħa l-possibilità fil-ġejjieni li l-impenji jitwettqu taħt il-GATS fi kwistjonijiet koperti mid-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 133(6), it-tieni subparagrafu tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, l-iskeda konsolidata tal-KE GATS għandha żżomm it-titolu attwali tagħha ("Il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom - Skeda ta’ Impenji Speċifiċi").

Il-proposta attwali tal-Kummissjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill timmira lejn il-konklużjoni formali tan-negozjati ma’ dawk il-Membri tad-WTO meqjusa bħala effettwati mill-konsolidazzjoni ta’ l-iskeda tal-KE GATS.

2007/0055 (ACC)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklu żjoni tal-ftehimiet rilevanti skond l-Artikolu XXI GATS ma’ l-Arġentina, l-Awstralja, l-Brażil, il-Kanada, iċ-Ċina, it-Taipei Ċiniża, il-Kolumbja, Kuba, l-Ekwador, Hong Kong Ċina, l-Indja, l-Ġappun, il-Korea, New Zealand, il-Filippni, l-Isvizzera, u l-Istati Uniti, dwar l-aġġustamenti ta’ kumpens meħtieġa li jirriżultaw mill-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubbblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta’ l-Iżvezja ma’ l-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 133, (1) u (5), b’konnessjoni flimkien ma’ l-Artikolu 300 (2), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

1. It-Trattat li jikkonċerna l-adeżjoni tar-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju ta’ l-Iżvezja ma’ l-Unjoni Ewropea daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1995[2],

2. It-Trattat rigward l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, r-Repubblika ta’ l-Estonja, r-Repubblika ta’ Ċipru, r-Repubblika tal-Latvja, r-Repubblika tal-Litwanja, r-Repubblika ta’ l-Ungerija, r-Repubblika ta’ Malta, r-Repubblika tal-Polonja, r-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika tas-Slovakkja ma’ l-Unjoni Ewropea daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2004[3],

3. Skond l-Artikolu XX tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (minn hawn ‘il quddiem irreferut bħala GATS), il-membri tad-WTO għandhom jistipulaw fi skeda l-impenji speċifiċi li deħlin għalihom taħt Parti III tal-GATS,

4. L-iskeda attwali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom (minn hawn ‘il quddiem irreferuti bħala l-Komunitajiet Ewropej) tkopri biss l-impenji speċifiċi relatati mat-tnax-il Stat Membru ta’ l-1994. L-iskedi individwali ta’ l-impenji speċifiċi ta’ l-Istati Membri li ngħaqdu mal-Komunitajiet Ewropej fl-1995 u fl-2004 (minn hawn ‘il quddiem irreferuti bħala l-Istati Membri l-ġodda) ġew adottati qabel l-adeżjoni tagħhom,

5. Sabiex ikun żgurat li l-Istati Membri l-ġodda huma koperti mil-limitazzjonijiet inklużi fil-lista ta’ impenji speċifiċi tal-Komunitajiet Ewropej u biex tkun żgurata l-konsistenza ma’ l- acquis communautaire , kien meħtieġ li jiġu mibdula jew irtirati ċerti impenji speċifiċi inklużi fil-lista ta’ l-impenji speċifiċi tal-Komunitajiet Ewropej u fil-listi ta’ l-impenji speċifiċi ta’ l-Istati Membri l-ġodda,

6. Bl-għan li jippreżentaw skeda kkonsolidata, fit-28 ta’ Mejju 2004 l-Komunitajiet Ewropej ressqu komunikazzjoni skond l-Artikolu V tal-GATS fejn urew l-intenzjoni tagħhom li jbiddlu jew jirtiraw ċerti impenji speċifiċi inklużi fil-lista ta’ impenji speċifiċi tal-Komunitajiet Ewropej u fil-listi ta’ l-impenji speċifiċi ta’ l-Istati Membri l-ġodda, skond l-Artikolu V: 5 tal-GATS u skond it-termini ta’ l-Artikolu XXI: (b) tal-GATS,

7. Wara li ġiet ippreżentata n-notifika u skond l-Artikolu XXI:2(a) tal-GATS, tmintax-il Membru tad-WTO (l-Arġentina, l-Awstralja, l-Brażil, il-Kanada, iċ-Ċina, it-territorju doganali Separat ta’ Taiwan, Penghu, Kinmen u Matsu (it-Taipei Ċiniża), il-Kolombja, Kuba, l-Ekwador, Hong Kong (iċ-Ċina), l-Indja, l-Ġappun, il-Korea, New Zealand, il-Filippini, l-Iżvizzera, l-Uruguay u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, minn issa ‘l quddiem irreferuti bħala l-Membri effettwati tad-WTO) ressqu stqarrijiet fejn wrew interess

8. Il-Kummissjoni mexxiet negozjati mal-Membri tad-WTO affettwati. B’riżultat ta’ dawn in-negozjati, intlaħaq ftehim dwar aġġustamenti ta’ kumpens relatati mal-bidliet u l-irtirar innotifikati fit-28 ta’ Mejju 2004,

9. Wara l-konklużjoni tan-negozjati, skond il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 2006[4], il-Kummissjoni kienet awtorizzata li tiffirma l-ftehimiet rispettivi ma’ kull wieħed mill-Membri effettwati kkonċernati tad-WTO. Bl-għan li titnieda l-proċedura ta’ ċertifikazzjoni stipulata permezz tar-regoli applikabbli tad-WTO, fl-14 ta’ Settembru 2006 l-Kummissjoni ttrażmettiet l-abbozz ta’ l-iskeda kkonsolidata lis-Segretarjat tad-WTO. iċ-ċertifikazzjoni ntemmet fil-15 ta’ Diċembru 2006,

10. L-aġġustamenti ta’ kumpens miftiehma ma jinkludux dispożizzjonijiet li għandhom mnejn imorru lil hinn mis-setgħat interni tal-Komunitajiet Ewropej, u ma jwasslux għall-armonizzazzjoni tal-liġijiet jew tar-regolamenti ta’ l-Istati Membri f’ qasam li għalih it-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej jeskludu armonizzazzjoni bħal din. Barra minn hekk, aġġustamenti ta’ kumpens bħal dawn jikkostitwixxu riżultat soddisfaċenti u bbilanċjat tan-negozjati. Dawn il-ftehimiet korrispondenti għalhekk għandhom jiġu approvati f’isem il-Komunitajiet Ewropej,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-ftehimiet rilevanti ma’ l-Arġentina, l-Awstralja, l-Brażil, il-Kanada, iċ-Ċina, it-Territorju doganali Separat ta’ Taiwan, Penghu, Kinmen u Matsu (it-Taipei Ċiniża) il-Kolumbja, Kuba, l-Ekwador, Hong Kong (iċ-Ċina), l-Indja, l-Ġappun, il-Korea, New Zealand, il-Filippini, l-Iżvizzera, u l-Istati Uniti, dwar l-aġġustamenti ta’ kumpens meħtieġa skond l-Artikolu XXI (GATS) li jirriżultaw mill-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubbblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, u r-Renju ta’ l-Iżvezja mal-Komunitajiet Ewropej, huma b’dan approvati f’isem il-Komunitajiet Ewropej.

Il-President tal-Kunsill huwa b’ dan awtorizzat li jaħtar lill-persuna awtorizzata li tesprimi l-kunsens tal-Komunitajiet Ewropej li tintrabat b’dawn il-ftehimiet.

It-testi tal-ftehimiet huma annessi ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċi żjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

Magħmula fi Brussell, [...]

Għall-Kunsill

Il-President

[…]

ANNESS

(Is-17-il ftehim)

[1] 12019/06 Limited WTO 135 Services 34

[2] ĠU C 241, 29.08.1994

[3] ĠU L 236, 23.09.2003

[4] 12019/06 Limited WTO 135 Services 34