52007PC0015

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jirrigwarda l-konklużjoni tal-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar /* KUMM/2007/0015 finali - CNS 2007/0006 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 25.1.2007

KUMM(2007) 15 finali

2007/0006 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jirrigwarda l-konklużjoni tal-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Il-Komunità u r-Repubblika tal-Madagaskar innegozjaw u inizjalaw, fil-21 ta' Ġunju 2006, Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd li lis-sajjieda tal-Komunità jagħtihom opportunitajiet ta' sajd fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar. Dan il-Ftehim ta' sħubija, flimkien ma' Protokoll u l-Anness tiegħu, ġie konkluż għal tul ta' 6 snin b'bidu mid-dħul fis-seħħ tiegħu, u jista' jiġġedded. Fid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu, dan il-ftehim għandu jabbroga u jissostitwixxi l-ftehim tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar rigward is-sajd lil hinn mix-xtut tal-Madagaskar li daħal fis-seħħ fit-28 ta' Jannar 1986.

Il-Protokoll u l-Anness tiegħu li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tekniċi u finanzjarji ta' l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-KE ġie konkluż għal perjodu ta' sitt snin b'bidu mill-1 ta' Jannar 2007. Sakemm jidħol fis-seħħ il-Ftehim il-ġdid, dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri neċessarji għal dan. Huma applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2007.

L-għan ewlieni tal-Ftehim ta’ Sħubija l-ġdid huwa li jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar lejn il-ħolqien ta’ qafas ta’ sħubija għall-iżvilupp ta’ politika ta' sajd sostenibbli u l-isfruttament raġonevoli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar, fl-interess taż-żewġ Partijiet. Sabiex waslet għall-pożizzjoni tagħha fin-negozjati, il-Kummissjoni mxiet, fost l-oħrajn, fuq ir-riżultati ta’ valutazzjoni ex post u ex ante mwettqa minn esperti indipendenti.

Iż-żewġ Partijiet jintrabtu li jidħlu fi djalogu politiku dwar il-kwistjonijiet ta’ interess komuni fil-qasam tas-sajd. Fil-Ftehim ta’ Sħubija, il-prijoritajiet attwali tal-politika nazzjonali tas-sajd fil-Madagaskar jippermettu li ż-żewġ Partijiet bi qbil komuni jidentifikaw il-miri li jridu jitwettqu u l-programmazzjoni annwali u multi-annwali relattivi, bil-għan li jiżguraw ġestjoni sostenibbli u responsabbli tas-settur.

Il-Ftehim ta’ Sħubija jipprevedi wkoll l-inkoraġġiment tal-kooperazzjoni ekonomika, xjentifika u teknika fis-settur tas-sajd u s-setturi marbuta miegħu.

Il-kumpens finanzjarju huwa stabbilit fil-livell ta' € 990 000 fis-sena għal tunnellaġġ ta' referenza ta' 11 000 tunnellata. Dan it-tunnellaġġ jista' jiżdied sa 12 000 tunnellata mill-2007, u l-kumpens jiżdied sa € 1 080 000 fis-sena, jekk it-total tal-qabdiet fl-2006 jaqbeż il-11 000 tunnellata. Minn dan il-kumpens finanzjarju, 80% sejjer jiġi ddedikat għal appoġġ finanzjarju għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd fil-Madagaskar, bil-ħsieb ta' l-istabbiliment ta' sajd sostenibbli u responsabbli. Dan l-appoġġ finanzjarju sejjer jibbaża fuq il-programmazzjoni annwali u multi-annwali msemmija.

L-opportunitajiet ta’ sajd stipulati fil-ftehim ġew iffissati skond żewġ kategoriji: 1) għall-kategorija tas-sajd "bastimenti bil-friża li jistadu għat-tonn bit-tartarun": 44 bastiment; 2) għall-kategorija tas-sajd "bastimenti tas-sajd bil-konzijiet tal-wiċċ": 44 bastiment.

Barra minn hekk, 5 bastimenti jistgħu jagħmlu kampanji sperimentali bix-xlief jew bil-konzijiet tal-fond għal speċijiet demersali, u dan f'żewġ perjodi ta' 6 xhur.

Il-ħlasijiet ta' sidien il-bastimenti ġew stabbiliti għal kull kategorija, u kumplessivament jistgħu jikkontribwixxu għal dħul addizzjonali lill-Madagaskar ta' madwar € 385 000 fis-sena (għal tunnellaġġ ta' referenza ta' 11 000 tunnellata) u € 420 000 fis-sena (jekk it-tunnellaġġ ta' referenza jaqbeż it-12 000 tunnellata).

Il-Kummissjoni tipproponi li, fuq din il-bażi, il-Kunsill jadotta, permezz ta' Regolament, il-konklużjoni ta' dan il-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar.

2007/0006 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jirrigwarda l-konklużjoni tal-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 flimkien ma' l-Artikolu 300(2) u (3), l-ewwel inċiż,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

billi:

1. Il-Komunità u r-Repubblika tal-Madagaskar innegozjaw u inizjalaw Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd li jipprovdi lis-sajjieda tal-Komunità b’opportunitajiet ta’ sajd fl-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità tar-Repubblika tal-Madagaskar.

2. Huwa fl-interess tal-Komunità li dan il-ftehim jiġi approvat.

3. Jeħtieġ li jiġi definit il-kriterju tat-tqassim ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd fost l-Istati Membri,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar (minn hawn 'il quddiem "il-Ftehim") huwa approvat f'isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-opportunitajiet ta’ sajd stabbiliti mill-protokoll tal-ftehim jitqassmu bejn l-Istati Membri kif ġej:

Kategorija ta’ sajd | Tip ta' bastiment | Stat Membru | Liċenzji jew kwota |

Sajd għat-tonn | Bastimenti bil-friża li jistadu għat-tonn bit-tartarun | Spanja | 23 |

Franza | 20 |

L-Italja | 1 |

Sajd għat-tonn | Bastimenti bil-konzijiet tal-wiċċ | Spanja | 21 |

Franza | 15 |

Il-Portugall | 6 |

Ir-Renju Unit | 2 |

Sajd demersali | Sajd sperimentali bix-xlief jew bil-konzijiet tal-fond | Franza | 5 |

Jekk it-talbiet għal liċenzja ta’ dawn l-Istati Membri ma jeżawrixxux l-opportunitajiet ta’ sajd stabbiliti mill-Protokoll, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra talbiet għal liċenzji mill-Istati Membri l-oħra kollha.

Artikolu 3

L-Istati Membri li jkollhom bastimenti jistadu fil-qafas ta’ dan il-ftehim għandhom javżaw lill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet ta' kull stokk maqbuda fiż-żoni tas-sajd tal-Madagaskar skond it-termini stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 500/2001 ta' l-14 ta' Marzu 2001 li jniżżel regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 dwar is-sorveljanza tal-qbid meħuda mid-dgħajjes tas-sajd tal-Komunità f'ilmijiet ta' pajjiżi terzi u fl-ibħra internazzjonali[1].

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum mill-publikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

FTEHIM ta' Sħubija fis-settur tas-sajd Bejn ir-Repubblika tal-Madagaskar u l-Komunità Ewropea

IR-REPUBBLIKA tal-Madagaskar, minn hawn 'il quddiem "il-Madagaskar",

u

IL-KOMUNITÀ EWROPEA, minn hawn 'il quddiem "il-Komunità",

minn hawn 'il quddiem "il-Partijiet",

FILWAQT LI JQISU r-relazzjoni ta’ ħidma mill-qrib bejn il-Komunità u l-Madagaskar, speċjalment fil-kuntest tal-Konvenzjoni ta’ Cotonou, u x-xewqa tagħhom it-tnejn li jsaħħu dik ir-relazzjoni;

FILWAQT LI JQISU x-xewqa taż-żewġ Partijiet li jippromwovu l-isfruttament responsabbli tar-riżorsi tas-sajd permezz tal-kooperazzjoni;

FID-DAWL tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar;

DETERMINATI li japplikaw id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzonijiet tal-Kummissjoni Dwar is-Sajd tat-Tonn fl-Oċean Indjan, minn hawn 'il quddiem "IOTC";

KONXJI ta' l-importanza tal-prinċipji stabbiliti permezz tal-Kodiċi ta’ Mġiba dwar sajd responsabbli adottat fil-Konferenza tal-FAO fl-1995;

DETERMINATI li jikkooperaw, fl-interess reċiproku tagħhom, għall-istabbiliment ta' sajd responsabbli biex tiġi żgurata l-konservazzjoni fit-tul u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi ħajjin tal-baħar;

KONVINTI li din il-kooperazzjoni għandha tissejjes fuq il-komplimentarjetà ta’ l-inizjattivi u l-azzjonijiet imwettqa, kemm b’mod konġunt kif ukoll minn kull waħda mill-Partijiet, sabiex jiżguraw il-koerenza tal-politika u s-sinerġija ta’ l-isforzi;

DEĊIŻI, għal dawn il-finijiet, li jistabbilixxu djalogu dwar il-politika settorjali tas-sajd adottata mill-gvern tal-Madagasakar, li jidentifikaw il-mezzi adegwati biex jiżguraw l-implimentazzjoni effikaċi ta' din il-politika, kif ukoll li jħarsu l-ħtieġa li jsaħħu l-livell deċentralizzat fid-djalogu bejn is-servizzi tekniċi, minn naħa waħda, u s-soċjetà ċivili u l-operaturi ekonomiċi min-naħa l-oħra;

ĦERQANA biex jistabbilixxu l-metodi u l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Komunità fl-ilmijiet tal-Madagaskar, kif ukoll dawk li jirrigwardaw l-appoġġ mogħti mill-Komunità għall-istabbiliment ta' sajd responsabbli f'dawk l-istess ilmijiet;

RIŻOLTI biex jikkooperaw ekonomikament aktar mill-qrib fl-industrija tas-sajd u fl-attivitajiet relatati magħha, permezz tat-twaqqif u l-iżvilupp ta’ impriżi konġunti li jinvolvu kumpaniji miż-żewġ Partijiet;

FTIEHMU DWAR DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1 - Suġġett

Dan il-ftehim jistabbilixxi l-prinċipji, ir-regoli u l-proċeduri li jirregolaw:

- Il-kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja, teknika u xjentifika fil-qasam tas-sajd bil-ħsieb tal-promozzjoni ta’ sajd responsabbli fiż-żoni tas-sajd tal-Madagaskar sabiex ikunu żgurati l-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd u l-iżvilupp tas-settur tas-sajd tal-Madagaskar;

- il-kundizzjonijiet ta’ l-aċċess tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità għaż-żoni tas-sajd tal-Madagaskar;

- il-kooperazzjoni rigward il-modalitajiet tal-kontroll tas-sajd fiż-żoni tas-sajd tal-Madagaskar sabiex jiġu żgurati l-osservanza tal-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq, l-effikaċja tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ta' ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd, u l-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux dikjarat u mhux regolat;

- sħubijiet bejn kumpaniji bil-għan li, fl-interess komuni, jiġu żviluppati attivitajiet ekonomiċi fis-settur tas-sajd u fl-attivitajiet relatati.

Artikolu 2 - Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, l-espressjonjiet li ġejjin huma definiti kif ġej:

a) "l-awtoritajiet tal-Madagaskar", il-gvern tal-Madagaskar irrappreżentat mill-Ministru tiegħu inkarigat mis-sajd:

b) "l-awtoritajiet tal-Komunità", il-Kummissjoni Ewropea;

c) "żona tas-sajd tal-Madagaskar", l-ilmijiet li, f'dak li jirrigwarda s-sajd, jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tal-Madagaskar;

d) "bastiment tas-sajd", kwalunkwe bastiment mgħammar bil-ħsieb ta' l-isfruttament kummerċjali tar-riżorsi ħajjin tal-baħar;

e) "bastiment ta' appoġġ", kwalunkwe bastiment ta' assistenza għall-bastimenti tas-sajd għall-istallazzjoni u l-użu ta' l-irkaptu sabiex jinġema' l-ħut;

f) "bastiment tal-Komunità", bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru tal-Komunità u rreġistrat fil-Komunità;

g) "kummissjoni konġunta" kummissjoni magħmula minn rappreżentanti tal-Komunità u tal-Madagaskar kif jispeċifika l-Artikolu 9 ta' dan il-Ftehim;

h) "trasbord", it-trasferiment fil-port u/jew fiż-żona tiegħu tal-qabda kollha ta' bastiment jew ta' parti minnha għal bastiment ieħor;

i) "ċirkostanzi mhux normali", ċirkostanzi għajr il-fenomeni naturali, li jaħarbu l-kontroll raġonevoli ta' waħda mill-Partijiet, b'tali mod li jtellfu l-eżerċizzju ta' l-attività tas-sajd fl-ilmijiet tal-Madagaskar;

j) "baħri ta' l-ACP", kwalunkwe baħri ċittadin ta' pajjiż mhux Ewropew firmatarju tal-Ftehim ta' Cotonou. Bħala tali, baħri mill-Madagaskar huwa baħri ta' l-ACP.

Artikolu 3 – Prinċipji u għanijiet fundamentali li jispiraw l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim;

1. Il-Partijiet jintrabtu li jippromwovu s-sajd responsabbli fiż-żoni tas-sajd tal-Madagaskar imsejjes fuq il-prinċipju tan-nuqqas ta' diskriminazzjoni bejn il-flotot tas-sajd preżenti f’dawk l-ilmijiet, mingħajr ħsara għall-ftehimiet milħuqa bejn il-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-istess reġjun ġeografiku, inklużi l-ftehimiet reċiproċi dwar is-sajd.

2. Il-Partijiet għandhom jikkooperaw bil-għan li jimplimentaw politika settorali tas-sajd adottata mill-gvern tal-Madagaskar, u għal dawn il-finijiet għandhom jagħtu bidu għal djalogu politiku dwar ir-riformi meħtieġa. Għandhom jikkonsultaw bejniethom bil-għan ta' l-adozzjoni tal-miżuri eventwali f'dan il-qasam.

3. Il-Partijiet għandhom jikkoperaw ukoll biex jagħmlu evalwazzjonijiet ex-ante , waqt il-proċess, u ex-post , kemm flimkien kif ukoll unilateralment, tal-miżuri, programmi u azzjonijiet implimentati abbażi tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

4. Il-Partijiet jintrabtu li jiżguraw l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim skond il-prinċipji tat-treġija ekonomika u soċali tajba, u b'rispett għall-qagħda tar-riżorsi tas-sajd.

5. B'mod partikolari, l-impjieg tal-baħrin ta' l-ACP fuq il-bastimenti tal-Komunità huwa rregolat mid-Dikjarazzjoni ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar il-prinċipji u d-drittijiet fundamentali tax-xogħol li japplikaw fl-intier fil-qafas tal-kuntratti kkonċernati u l-kondizzjonijiet ġenerali tax-xogħol. Dan jirrigwarda, b’mod partikolari, il-libertà ta’ l-assoċjazzjoni u r-rikonoxximent effettiv tad-dritt tal-ħaddiema għal negozjar kollettiv u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fi kwistjonijiet ta’ xogħol u professjoni.

Artikolu 4 – Kooperazzjoni fil-qasam xjentifiku

1. Matul id-dewmien fis-seħħ tal-Ftehim, il-Komunità u l-Madagaskar għandhom isegwu flimkien l-iżvilupp tal-qagħda tar-riżorsi fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar;

2. Iż-żewġ Partijiet, abbażi tar-rakkomandazzjonijiet u r-reżoluzzjonijiet adottati fi ħdan il-Kummissjoni dwar is-Sajd tat-Tonn fl-Oċean Indjan (IOTC) u fid-dawl ta' l-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli, għandhom jikkonsultaw bejniethom fi ħdan il-Kummissjoni Konġunta prevista fl-Artikolu 9 tal-Ftehim, biex, jekk ikun il-każ, wara laqgħa xjentifika bi qbil komuni, jadottaw miżuri bil-għan tal-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd li jolqtu l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità.

3. Il-Partijiet hawnhekk jintrabtu li jikkonsultaw bejniethom, jew direttament, inkluż fuq il-livell tas-sottoreġjun, jew fi ħdan l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti, biex jiżguraw il-ġestjoni u l-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin fl-Oċean Indjan, u biex jikkooperaw fir-riċerka xjentifika relevanti.

Artikolu 5 – L-aċċess tal-bastimenti tal-Komunità għas-sajd fl-ilmijiet tal-Madagaskar

1. Il-Madagaskar jintrabat li jawtorizza lill-bastimenti tal-Komunità jieħdu sehem f’attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd tiegħu skond dan il-Ftehim, inkluż il-Protokoll u l-Anness marbut miegħu.

2. L-attivitajiet ta’ sajd imsemmija f’dan il-Ftehim huma soġġetti għal-leġiżlazzjoni u r-regolamenti fis-seħħ fil-Madagaskar. L-awtoritajiet tal-Madagaskar għandhom jinnotofikaw lill-Komunità dwar kull tibdil li jsir fil-leġiżlazzjoni msemmija.

3. Il-Madagaskar jintrabat li jieħu l-miżuri adegwati f'dak li jirrigwarda l-applikazzjoni effikaċi tad-dispożizzjonijiet li jolqtu il-kontroll tas-sajd previst fil-Protokoll. Il-bastimenti tal-Komunità għandhom jikkooperaw ma’ l-awtoritajiet kompetenti tal-Madagaskar għat-twettiq ta’ dawn il-kontrolli.

4. Il-Komunità tintrabat li tieħu l-passi kollha xierqa meħtieġa biex tiżgura li l-bastimenti tagħha jikkonformaw ma’ dan il-Ftehim u mal-leġiżlazzjoni dwar is-sajd fl-ilmijiet li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Madagaskar.

Artikolu 6 - Liċenzji

1. Il-bastimenti tal-Komunità ma’ jistgħux jeżerċitaw l-attivitajiet ta’ sajd fiż-żoni tas-sajd tal-Madagaskar sakemm ma jkollhomx liċenzja għas-sajd maħruġa mill-Madagaskar skond dan il-Ftehim u l-Protokoll anness miegħu.

2. Il-proċedura biex bastiment jikseb liċenzja tas-sajd, it-taxxi applikabbli u l-metodu ta’ ħlas li jrid jintuża’ mis-sidien tal-bastimenti għandhom ikunu dawk stipulati fl-Anness tal-Protokoll.

Artikolu 7 – Kumpens finanzjarju

1. Il-Komunità għandha tħallas lill-Madagaskar kumpens finanzjarju skond it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fil-Protokoll u fl-Annessi. Dan il-kumpens waħdani huwa definit abbażi ta' żewġ elementi relatati, jiġifieri:

a) l-aċċess tal-bastimenti tal-Komunità għall-ilmijiet u għar-riżorsi tas-sajd tal-Madagakar, u

b) l-appoġġ finanzjarju tal-Komunità għall-promozzjoni ta' sajd responsabbli u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet tal-Madagaskar.

2. Il-komponent tal-kumpens finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1(b) hawn fuq għandu jkun determinat fid-dawl ta’ l-għanijiet identifikati, bi qbil komuni bejn il-Partijiet, u skond id-dispożizzjonjiet tal-Protokoll, li jridu jintlaħqu fil-kuntest tal-politika settorjali tas-sajd definita mill-gvern tal-Madagaskar u programmazzjoni annwali u multi-annwali għall-implimentazzjoni tagħha.

3. Il-kumpens finanzjarju min-naħa tal-Komunità jitħallas kull sena skond it-termini stabbiliti fil-protokoll, u skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-ftehim u tal-protokoll rigward il-modifika eventwali tat-total tiegħu minħabba:

a) ċirkostanzi mhux normali;

b) it-tnaqqis, bi qbil, ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd mogħtija lill-bastimenti Komunitarji fl-applikazzjoni tal-miżuri tal-ġestjoni ta’ l-istokkijiet ikkonċernati meqjusa neċessarji għall-konservazzjoni u għall-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi skond l-aqwa parir xjentifiku disponibbli;

c) iż-żieda, bi qbil komuni bejn il-Partijiet, ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd mogħtija lill-bastimenti Komunitarji jekk, skond l-aqwa parir xjentifiku disponibbli, il-qagħda tar-riżorsi tippermetti dan;

d) l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-kundizzjonijiet ta’ l-appoġġ finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' politika settorali tas-sajd fil-Madagaskar, meta dan ikun iġġustifikat mir-riżultati tal-programmazzjoni annwali u multi-annwali osservati miż-żewġ Partijiet;

e) it-terminazzjoni ta’ dan il-ftehim skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 13 tiegħu;

f) is-sospensjoni ta' l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim skond l-Artikolu 12 tiegħu.

Artikolu 8 – Promozzjoni tal-kooperazzjoni fil-livell ta' l-operaturi ekonomiċi u s-soċjetà ċivili

1. Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni ekonomika, xjentifika u teknika fis-settur tas-sajd u s-setturi konnessi miegħu. Għandhom jikkonsultaw flimkien sabiex jikkoordinaw id-diversi azzjonijiet li jkunu prevedibbli f’dan ir-rigward.

2. Il-Partijiet jintrabtu li jippromwovu l-iskambju ta' l-informazzjoni dwar tekniki tas-sajd u l-irkaptu tas-sajd, il-metodi ta' konservazzjoni u l-ipproċessar industrijali tal-prodotti tas-sajd.

3. Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex joħolqu l-kundizzjonijiet adatti għall-promozzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-impriżi tagħhom, fl-oqsma tekniċi, ekonomiċi u kummerċjali, billi jinkoraġġixxu l-ħolqien ta’ ambjent favorevoli għall-iżvilupp tan-negozju u l-investimenti.

4. Il-Partijiet b'mod partikolari jinkoraġġixxu l-ħolqien ta' impriżi konġunti ta' interess reċiproku fl-osservanza sistematika tal-leġiżlazzjoni tal-Madagaskar u ta' dik tal-Komunità li tkun fis-seħħ.

Artikolu 9 – Il-Kummissjoni Konġunta

1. Għandu jitwaqqaf Kumitat Konġunt bil-għan li jissorvelja l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim. Il-Kumitat Konġunt għandu jwettaq il-funzjonijiet li ġejjin:

a) jissorvelja t-tħaddim, l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Ftehim u, b’mod partikulari, id-definizzjoni u l-evalwazzjoni ta' l-implimentazzjoni tal-programmazzjoni annwali u multi-annwali msemmija f'Artikolu 7(2);

b) tiżgura l-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni meħtieġa dwar kwistjonijiet ta’ interess komuni fil-qasam tas-sajd;

c) isservi ta’ forum sabiex jissolvew bonarjament il-kwistjonijiet li jistgħu jinqalgħu mill-interpretazzjoni jew l-implimentazzjoni tal-Ftehim;

d) tevalwa mill-ġdid, jekk ikun hemm il-ħtieġa, il-livelli ta’ sajd possibbli u, konsegwentament, il-kumpens finanzjarju;

e) kull funzjoni oħra li l-Partijiet, bi qbil komuni jiddeċiedu li jafdawlha.

2. Il-Kummissjoni Konġunta għandha tiltaqa' talanqas darba fis-sena, darba fil-Madagaskar u darba fil-Komunità, u tkun ippreseduta mill-Parti fejn issir il-laqgħa. Għandha titlaqqa' f'seduta straordinarja fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet.

Artikolu 10 – Iż-żona ġeografika li għaliha japplika l-Ftehim

Dan il-ftehim japplika, minn naħa waħda, fit-territorji fejn japplika t-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea, skond il-kondizzjonijiet stipulati mill-imsemmi Trattat, u, min-naħa l-oħra, fit-territorju tal-Madagaskar.

Artikolu 11 – Tul

Dan il-Ftehim għandu japplika għal sitt snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu; għandu jiġġedded b'mod impliċitu u għal perjodi supplimentari ta' 6 snin, ħlief fil-każ tat-terminazzjoni skond l-Artikolu 13 tiegħu.

Artikolu 12 – Sospensjoni

1. L-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim tista’ tiġi sospiża fuq l-inizjattiva ta’ xi waħda mill-Partijiet f’każ ta’ nuqqas ta’ ftehim serju fir-rigward ta’ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu. Din is-sospensjoni hija soġġetta għan-notifika mill-Parti kkonċernata dwar l-intenzjoni tagħha, bil-miktub, mhux anqas minn tliet xhur qabel id-data meta din is-sospensjoni jkollha tidħol fis-seħħ. Mill-ħruġ ta’ din in-notifika, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw bil-għan li jsolvu n-nuqqas ta’ ftehim bonarjament.

2. Il-ħlas tal-kumpens finanzjarju msemmi fl-Artikolu 7 għandu jitnaqqas, proporzjonalment u pro rata temporis , għat-tul ta' żmien tas-sospensjoni.

Artikolu 13 – Terminazzjoni

1. Dan il-ftehim jista’ jiġi tterminat minn xi waħda mill-Partijiet, fil-każ ta' ċirkostanzi mhux normali relatati, fost oħrajn, mad-degradazzjoni ta’ l-istokkijiet ikkonċernati, l-osservazzjoni ta’ livell ridott ta’ l-użu ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd allokati għall-bastimenti tal-Komunità, jew in-nuqqas ta’ osservanza ta' l-obbligi tal-Partijiet fil-kwistjoni tal-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux dikjarat u mhux regolat.

2. Il-Parti kkonċernata għandha tgħarraf bil-miktub lill-Parti l-oħra bl-intenzjoni tagħha li tirtira mill-Ftehim talanqas sitt xhur qabel ma jiskadi l-perjodu inizjali jew kull perjodu ieħor.

3. Meta tintbagħat in-notifika msemmija fil-paragrafu preċedenti, għandhom jinfetħu l-konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet.

4. Il-ħlas tal-kumpens finanzjarju maħsub fl-Artikolu 7 għas-sena li fiha sseħħ it-terminazzjoni tal-Ftehim għandu jitnaqqas b’mod proporzjonali u pro rata temporis .

Artikolu 14 – Protokoll u Anness

Il-Protokoll u l-Anness għandhom ikunu parti integrali minn dan il-Ftehim.

Artikolu 15 Dispożizzjonjiet applikabbli tal-liġi nazzjonali

L-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li joperaw fl-ilmijiet tal-Madagaskar għandhom ikunu rregolati mil-leġiżlazzjoni applikabbli fil-Madagaskar, ħlief jekk il-Ftehim, dan il-Protokoll flimkien ma' l-Anness u l-Appendiċijiet tiegħu jiddisponu mod ieħor.

Artikolu 16 L-abbrogazzjoni

Fid-data tad-dħul tiegħu fis-seħħ, dan il-Ftehim għandu jabbroga u jissostitwixxi l-ftehim tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Demokratika tal-Madagaskar rigward is-sajd lil hinn mix-xtut tal-Madagaskar li daħal fis-seħħ fit-28 ta' Jannar 1986.

Artikolu 17 – Id-dħul fis-seħħ

Dan il-Ftehim, miktub f'żewġ kopji biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż, b'kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku, għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li jkunu tlestew il-proċeduri interni rispettivi tagħhom meħtieġa għal dan il-għan.

Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd u l-kumpens finanzjarju previsti fil-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar dwar is-sajd 'il barra mill-Madagaskar għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 u l-31 ta' Diċembru 2012

Artikolu 1 Il-perjodu ta’ l-applikazzjoni u l-opportunitajiet ta' sajd

1. Għal perjodu ta' sitt snin mill-1 ta' Jannar 2007, l-opportunitajiet ta' sajd konċessi skond l-Artikolu 5 tal-Ftehim għandhom ikunu kif ġej:

- L-ispeċijiet b'tendenza kbira li jpassu (speċijiet elenkati fl-Anness 1 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-1982)

- Bastimenti bil-friża li jistadu għat-tonn bit-tartarun: 44 bastiment,

- bastimenti tas-sajd bil-konzijiet tal-wiċċ: 44 bastiment,

- Speċijiet demersali: 5 bastimenti għas-sajd sperimentali bix-xlief jew bil-konzijiet tal-fond.

2. Il-paragrafu 1 li jinsab hawn fuq japplika suġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 4 u 5 ta’ dan il-Protokoll.

3. Il-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru tal-Komunità Ewropea ma jistgħux iwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar ħlief jekk ikollhom liċenzja valida tas-sajd maħruġa mill-Madagaskar fil-qafas ta' dan il-Protokoll, u bil-metodi deskritti fl-Anness ta' dan il-Protokoll.

Artikolu 2 Il-kumpens finanzjarju – Metodi ta’ ħlas

1. Il-kumpens finanzjarju previst fl-Artikolu 7 tal-Ftehim huwa magħmul, għall-perjodu stipulat fl-Artikolu 1, minn ammont ta' 715 000 euro fis-sena ekwivalenti għal tunnellaġġ ta' referenza ta' 11 000 tunnellata fis-sena, u wkoll minn ammont speċifiku ta' 275 000 euro fis-sena, allokati għall-għajnuna u għall-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd fil-Madagaskar. Dan l-ammont speċifiku huwa parti integrali mill-kumpens finanzjarju waħdani definit fl-Artikolu 7 tal-ftehim[2].

2. Il-paragrafu 1 indikat hawn taħt japplika b'riżerva għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 4, 5, 6 u 7 ta’ dan il-Protokoll.

3. L-ammont totali skond il-paragrafu 1 (ta' 990 000 euro), huwa mħallas darba fis-sena mill-Komunità matul il-perjodu ta' applikazzjoni ta' dan il-protokoll.

4. Jekk il-kwantità globali ta' ħut maqbuda mill-bastimenti Komunitarji fiż-żoni tas-sajd tal-Madagaskar jaqbeż it-tunnellaġġ ta' referenza, l-ammont tal-kumpens finanzjarju annwali jitla' għal 65 euro għal kull tunnellata supplimentari maqbuda. Madankollu, l-ammont annwali totali mħallas mill-Kommunità ma jistax jeċċedi d-doppju ta' l-ammont indikat f'paragrafu 3 (1 980 000 euro). Meta l-kwantitajiet maqbuda mill-bastimenti Komunitarji jeċċedu l-kwantitajiet li jikkorrispondu għad-doppju ta' l-ammont totali annwali, l-ammont dovut għall-kwantità li teċċedi dak il-limitu, jitħallas is-sena ta' wara.

5. Il-ħlas tal-kumpens finanzjarju skond il-paragrafu 1 sejjer isir sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2007 għall-ewwel sena u sa mhux aktar tard mit-28 ta' Frar 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 għas-snin ta' wara.

6. B'riżerva għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 7, l-attribuzzjoni ta' dan il-kumpens taqa' taħt il-ġurisdizzjoni esklussiva ta' l-awtoritajiet tal-Madagaskar.

7. Il-kumpens finanzjarju jiġi depożitat f'kont wieħed tat-Teżor Pubbliku tal-Madagaskar miżmum mal-Bank Ċentrali tal-Madagaskar. Id-dettalji tal-kont huma: L-Aġenzija tal-Kontabilità tat-Teżor domiċiljata fil-Bank Ċentrali tal-Madagaskar Antaninarenina- Antananarivo- Madagaskar- numru tal-kont : 213 101 000 125 TP EUR.

Artikolu 3 Kooperazzjoni għal sajd responsabbli – Il-Kooperazzjoni xjentifika

1. Iż-żewġ Partijiet jimpenjaw irwieħhom biex jippromwovu sajd responsabbli fl-ilmijiet tal-Madagaskar imsejjes fuq il-prinċipju tan-nuqqas ta' diskriminazzjoni bejn il-flotot differenti preżenti f'dawn fl-ilmijiet.

2. Sakemm jibqa' fis-seħħ dan il-Protokoll, il-Komunità u l-awtoritajiet tal-Madagaskar ser jagħmlu minn kollox biex isegwu t-tibdil li jseħħ fir-riżorsi fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar.

3. Iż-żewġ Partijiet ser jimpenjaw irwieħhom biex jippromwovu il-kooperazzjoni għal sajd responsabbli fil-livell tas-sottoreġjun, b'mod partikolari fi ħdan il-Kummissjoni dwar is-Sajd tat-Tonn fl-Oċean Indjan (IOTC) u l-Kummissjoni ta' l-Oċean Indjan (IOC).

4. Skond l-Artikolu 4 tal-ftehim u abbażi tar-rakkomandazzjonijiet u tar-riżoluzzjonijiet adottati fi ħdan il-Kummissjoni dwar is-Sajd tat-Tonn fl-Oċean Indjan (IOTC) u fid-dawl ta' l-aħjar opinjonijiet xjentifiċi disponibbli, il-Partijiet se jikkonsultaw bejniethom fi ħdan il-Kummissjoni Konġunta regolata mill-Artikolu 9 tal-ftehim, biex jadottaw, bi qbil bejniethom u jekk ikun meħtieġ wara laqgħa xjentifika fil-livell tas-sottoreġjun, miżuri għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd li jolqtu l-attivitajiet tal- bastimenti Komunitarji.

Artikolu 4 Reviżjoni ta’ l-opportunitajiet ta' sajd bi qbil reċiproku

1. L-opportunitajiet ta' sajd stipulati fl-Artikolu 1 jistgħu jiżdiedu bi qbil bejn il-Partijiet sakemm, skond il-konklużjonijiet tal-laqgħa xjentifika regolata mill-paragrafu 4 ta’ l-Artikolu 3, din iż-żieda ma tkunx ta’ dannu għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-Madagaskar. F' dan il-każ, il-kumpens finanzjarju stipulat Artikolu 2(1) ikun miżjud proporzjonalment u pro rata temporis. Madanakollu, is-somma totali tal-kumpens finanzjarju maħruġa mill-Komunità Ewropea u mmirata għat-tunnellaġġ ta' referenza, ma tistax teċċedi d-doppju tas-somma tal-kumpens finanzjarju previst fl-artikolu 2(1). Meta l-kwantitajiet maqbuda mill-bastimenti Komunitarji jeċċedu d-doppju ta' 11 000 tunnellata (jiġifieri 22 000 tunnellata) fis-sena, is-somma dovuta għall-kwantità li teċċedi dan il-limitu, titħallas is-sena ta' wara.

2. Min-naħa l-oħra jekk il-Partijiet jaqblu dwar l-adozzjoni ta' tnaqqis tal-possibbiltajiet tas-sajd stipulati f'Artikolu 1, il-kumpens finanzjarju jitnaqqas proporzjonalment u pro rata temporis.

3. Id-distribuzzjoni ta' l-opportunitajiet ta' sajd bejn il-kategoriji differenti tal-bastimenti tista', bl-istess mod, tiġi sottomessa għar-reviżjoni wara konsultazzjoni u bi ftehim komuni bejn il-Partijiet, fil-kuntest tar-rakkomandazzjoni eventwali tal-laqgħa xjentifika regolata mill-Artikolu 3(4), f'dak li għandu x'jaqsam mal-ġestjoni ta' l-istokkijiet li jistgħu jiġu affetwati minn dan it-tqassim mill-ġdid. Il-Partijiet jaqblu fuq l-aġġustament tal-kumpens finanzjarju jekk dan ikun ġustifikat minħabba t-tqassim mill-ġdid ta' l-opportunitajiet ta' sajd.

Artikolu 5 Opportunitajiet ġodda ta' sajd u sajd sperimentali

1. F'każ li l-bastimenti tas-sajd Komunitarji jkunu interessati fl-attivitajiet tas-sajd li mhumiex imsemmija fl-Artikolu 1, il-Komunità tikkonsulta lill-Madagsaskar biex tinkiseb awtorizazzjoni eventwali għal dawn l-attivitajiet il-ġodda. Skond il-każ, il-Partijiet jaqblu dwar il-kundizzjonijiet applikabbli għal dawn l-opportunitajiet il-ġodda tas-sajd u jekk neċessarju, jemendaw il-Protokoll u l-Anness tiegħu.

2. Il-Partijiet jistgħu jorganizzaw kampanji ta' sajd sperimentali fiż-żoni tas-sajd tal-Madagaskar, skond l-opinjoni tal-laqgħa xjentifika prevista fil-paragrafu Artikolu 3(4). Għal dan il-għan, jistgħu jsiru konsultazzjonijiet fuq talba ta' waħda mill-Partijiet biex jiddeterminaw, skond il-każ, ir-riżorsi l-ġodda, il-kundizzjonijiet u parametri oħra importanti.

3. Il-Partijiet jimplimentaw l-attivitajiet tas-sajd sperimentali skond il-parametri xjentifiċi u amministrattivi adottati bi qbil bejniethom. L-awtorizazzjonijiet għal sajd sperimentali huma miftehma għall-finijiet ta' prova, għall-massimu ta' żewġ kampanji ta' sitt xhur il-waħda, li għandhom jibdew mid-data tad-deċiżjoni meħuda bi ftehim komuni bejn iz-zewġ Partijiet.

4. Meta l-Partijiet jiddeterminaw li l-kampanji sperimentali jkunu taw riżultati pożittivi, b'rispett għall-preżervazzjoni ta' l-ekosistemi u għall-konservazzjoni tar-riżorsi marittimi bijoloġiċi, ikunu jistgħu jiġu attribwiti possibbiltajiet ġodda ta' sajd lill-bastimenti Komunitarji skond il-proċedura ta' konċentrazzjoni misjuba fl-Artikolu 4 tal-Protokoll attwali u sa l-iskadenza ta' l-istess, skond l-isforz permessibbli. Għandaqstant il-kumpens ser jiżdied.

Artikolu 6 Is-sospensjoni u r-reviżjoni tal-ħlas tal-kumpens finanzjarju f'ċirkostanzi li mhuxiex normali

1. F'ċirkostanzi li mhumiex normali, għajr fenomini naturali li jwaqqfu l-eżerċizzju ta' l-attivitajiet tas-sajd fiż-Żona Ekonomika Esklussiva (ŻEE) tal-Madagaskar, il-ħlas tal-kumpens finanzjarju skond l-Artikolu 2(1), jista' jiġi sospiż mill-Komunità Ewropea. Id-deċiżjoni għal sospensjoni tittieħed wara konsultazzjonijiet bejn iż-żewġ Partijiet sa mhux aktar tard minn xahrejn mid-data tat-talba magħmula minn waħda mill-Partijiet, u bil-kundizzjoni li l-Komunità Ewropea tkun ħallset kwalunkwe ammont dovut fil-mument tas-sospensjoni.

2. Il-ħlas tal-kumpens finanzjarju jerġa' jsir dovut minn meta jistabbilixxu l-Partijiet, wara konsultazzjonijiet u bi qbil komuni li ċ-ċirkonstanzi li taw lok għall-waqfien ta' l-attivitajiet tas-sajd jkunu għebu u/jew is-sitwazzjoni hija tali li tippermetti li l-attivitajiet tas-sajd jinbdew mill-ġdid.

3. Il-validità tal-liċenzji mogħtija lill-bastimenti Komunitarji, li tkun ġiet sospiża flimkien mal-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja, hija estiża b'perjodu ta' żmien li jkun jikkorrispondi għad-dewmien tas-sospensjoni ta' l-attivitajiet tas-sajd.

Artikolu 7 Il-promozzjoni ta' sajd responsabbli fl-ilmijiet tal-Madagaskar

1. 80% tas-somma totali tal-kumpens finanzjarju stipulat fl-Artikolu 2 u tal-ħlasijiet magħmula kull sena mis-sidien tal-bastimenti, jikkontribwixxu għall-appoġġ u għall-implimentazzjoni ta' l-inizjattivi fil-qafas tal-politika settorjali tas-sajd, kif definta mill-gvern tal-Madagaskar.

L-amministrazzjoni mill-Madagaskar tas-somma korrispondenti, tistrieħ fuq l-identifikazzjoni miż-żewġ Partijiet ta' ftehim komuni, b'konformità mal-prijoritajiet attwali tal-politika tas-sajd fil-Madagaskar, bl-għan li tiġi assigurata tmexxija sostenibbli u responsabbli tas-setturi u għanijiet li jridu jintlaħqu, fosthom l-ippjanar annwali u l-ippjanar fuq numru ta' snin, skond il-paragrafu 2 indikat hawn taħt.

2. Fuq proposta tal-Madagaskar u biex jiġi implimentat il-paragrafu preċedenti, il-Komunità u l-Madagaskar jiftehmu, fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim, sa mid-dħul fis-seħħ tal-Protokoll u sa mhux aktar tard minn tliet xhur mid-dħul fis-seħħ tiegħu, dwar Programm Settorjali Multi-annwali, u dwar kif għandu jiġi applikat, inklużi b'mod partikolari:

4. l-għażliet fuq bażi annwali u plurinannwali li fuqhom il-perċentwal tal-kumpens finanzjarju stipulat fil-paragrafu 1 imsemmi hawn fuq u l-ammonti speċifiċi għall-inizjattivi meħuda fuq bażi annwali jiġu utiliżżati.

5. l-għanijiet li jridu jintlaħqu fuq bażi annwali u pluriannwali sabiex jitrawwem sajd sostenibbli u responsabbli, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet tal-Madagaskar fi ħdan il-politika nazzjonali tas-sajd u ta' politiki oħra konnessi jew li għandhom impatt fuq il-promozzjoni tas-sajd responsabbli u sostenibbli.

6. il-kriterji u l-proċeduri li jridu jintużaw biex issir l-evalwazzjoni tar-riżultati milħuqa, fuq bażi annwali.

3. L-emendi kollha proposti għall-Programm Settorjali Multi-annwali jew għall-użu tas-somom speċifiċi għall-inizjattivi li se jittieħdu kull sena jridu jiġu approvati miż-żewġ Partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt.

4. Kull sena, il-Madagaskar jalloka l-valur korrispondenti għall-perċentwal stabbilit fil-paragrafu 1, għall-implimentazzjoni tal-Programm Multi-annwali. Rigward l-ewwel sena ta' validità tal-Protokoll, din l-allokazzjoni trid tiġi trażmessa lill-Komunità fil-mument ta' l-approvazzjoni tal-Programm Settorjali Multi-annwali mill-Kumitat Konġunt. Għal kull sena sussegwenti, din l-allokazzjoni għandha tiġi notifikata mill-Madagaskar lill-Komunità sa mhux aktar tard mill-1 ta' Settembru tas-sena preċedenti.

5. Jekk l-evalwazzjoni annwali tar-riżultati ta' l-implimentazzjoni tal-Programm Settorjali Multi-annwali tiġġustifikah, il-Komunità Ewropea tkun tista' tilob aġġustament mill-ġdid tas-somma allokata għall-appoġġ u għall-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd tal-Madagaskar, li tagħmel parti mill-kumpens finanzjarju stipulat fl-artikolu2(1) ta' dan il-Protokoll, biex is-somma effettiva tal-fondi allokati għall-implimentazzjoni tal-Programm tiġi adattata għal dawn ir-riżultati.

Artikolu 8 Nuqqasijiet ta' qbil – is-sospensjoni ta' l-applikazzjoni tal-Protokoll

1. Kull nuqqas ta’ qbil bejn il-Partijiet dwar l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll u l-applikazzjoni tiegħu għandu jitressaq għall-konsultazzjoni bejn il-Partijiet fi ħdan il-Kummissjoni Konġunta stipulata fl-Artikolu 9 tal-Ftehim, u jekk meħtieġ, għandha tissejjaħ laqgħa straordinarja.

2. Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 9, l-applikazzjoni tal-Protokoll tista’ tiġi sospiża fuq inizjattiva ta’ xi waħda mill-Partijiet meta n-nuqqas ta’ qbil bejn iż-żewġ Partijiet jitqies bħala wieħed serju u l-konsultazzjonijiet li jkunu saru fi ħdan il-Kummissjoni Konġunta skond l-ewwel paragrafu ma jkunux wasslu għal soluzzjoni bonarja.

3. Is-sospensjoni ta’ l-applikazzjoni tal-Protokoll hija soġġetta għan-notifika mill-Parti interessata ta’ l-intenzjoni tagħha, liema notifika għandha tkun bil-miktub u ta' mhux anqas minn tliet xhur qabel id-dħul fis-seħħ ta' din is-sospensjoni.

4. F’każ ta’ sospensjoni, il-Partijiet għandhom ikomplu bil-konsultazzjonijiet sabiex isibu soluzzjoni bonarja għad-diverġenzi ta' bejniethom. Meta tinkiseb tali soluzzjoni, il-Protokoll jibda japplika mill-ġdid u s-somma tal-kumpens finanzjarju għandha titnaqqas b’mod proporzjonali u pro rata temporis skond it-tul ta’ żmien li matulu l-applikazzjoni tal-Protokoll kienet sospiża.

Artikolu 9 Is-sospensjoni ta' l-applikazzjoni tal-Protokoll minħabba n-nuqqas ta' ħlas

Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6, f’każ li l-Komunità Ewropea tonqos milli tagħmel il-ħlasijiet previsti fl-Artikolu 2, l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll tista’ tiġi sospiża bil-kondizzjonijiet li ġejjin:

a) L-awtoritajiet kompetenti tal-Madagaskar għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea dwar in-nuqqas ta’ ħlas. Din tgħaddi għall-verifiki meħtieġa u jekk ikun il-każ għall-ħlas sa mhux aktar tard minn 60 jum ta' xogħol, li għandhom jibdew jgħoddu mid-data li fiha l-Kumissjoni tkun ġiet notifikata.

b) Fin-nuqqas ta’ ħlas jew ġustifikazzjoni xierqa għan-nuqqas ta’ ħlas fiż-żmien stipulat fl-Artikolu 2(5) ta' dan il-protokoll, l-awtoritajiet kompetenti tal-Madagaskar ikunu fid-dritt li jissospendu l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni Ewropea f'dan ir-rigward minnufih.

c) Il-Protokoll jibda japplika mill-ġdid, hekk kif isir il-pagament.

Artikolu 10 Id-dispożizzjonjiet applikabbli tal-liġi nazzjonali

L-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji li joperaw fl-ilmijiet tal-Madagaskar huma regolati mil-liġi applikabbli fil-Madagaskar, sakemm il-Ftehim, il-Protokoll preżenti, l-Anness u l-appendiċi tiegħu ma jistipulawx xort'oħra.

Artikolu 11 Abrogazzjoni

L-Anness għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika demokratika tal-Madagaskar dwar is-sajd 'il barra mill-Madagaskar huwa abrogat u sostitwit mill-Anness ta' dan il-Protokoll.

Artikolu 12 Id-Dħul fis-seħħ

1. Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa f'dan ir-rigward.

2. Isiru applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2007.

L-ANNESS

IL-KUNDIZZJONIJIET GĦALL-ATTIVITAJIET TAS-SAJD MILL-BASTIMENTI KOMUNITARJI FIŻ-ŻONA TAS-SAJD TAL-MADAGASKAR

Kapitolu I – Formalitajiet applikabbli għat-talba u għall-ħruġ tal-liċenzji

Sezzjoni 1 Ħruġ tal-liċenzji

1. Huma biss il-bastimenti eliġibbli li jistgħu jingħataw liċenzja biex jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar.

2. Sabiex bastiment ikun eliġibbli, is-sid, il-kaptan u l-bastiment innifsu ma jistgħux ikunu pprojbiti mill-attivitajiet tas-sajd fil-Madagaskar. Jeħtiġilhom ikunu f'qagħda regolari ma' l-amministrazzjoni tal-Madagaskar, fis-sens li jridu jkunu meħlusa mill-obbligi kollha preċedenti li jirriżultaw mill-attivitajiet tas-sajd tagħhom fil-Madagaskar fil-qafas tal-ftehimiet tas-sajd konklużi mal-Komunità.

3. L-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità għandhom iressqu talba (elettronikament) lill-Ministru responsabbli mis-sajd fil-Madagaskar, għal kull bastiment li jixtieq jistad jew jassisti fl-attività tas-sajd bis-saħħa tal-ftehim, mill-anqas 15-il jum ta' xogħol qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-validità mitluba.

4. It-talbiet huma preżentati lill-ministeru responsabbli għas-sajd skond il-formoli li l-format tagħhom jinsab fAppendiċi I. L-awtoritajiet tal-Madagaskar għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex l-informazzjoni li jirċievu fil-qafas tat-talba għal-liċenzji, tkun trattata b'mod kunfidenzjali. Din l-informazzjoni tintuża biss fil-qafas ta' l-implimentazzjoni tal-Ftehim tas-sajd.

5. Kull talba għal-liċenzja għandu jkollha magħha d-dokumenti li ġejjin:

- prova tas-somma mħallsa minn qabel għall-perjodu tal-validità tagħha.

- kopja awtentikata mill-Istat Membru tal-Bandiera, taċ-ċertifikat tat-tunnellaġġ li jistabbilixxi t-tunnellaġġ tal-bastiment f’TG;

- ritratt bil-kulur riċenti u ċertifikat li juri l-bastiment mill-ġenb fl-istat attwali tiegħu. Dan ir-ritratt ma għandux ikun izgħar minn 15 ċm b’10 ċm.

- fotokopja bil-kulur tas-sinjali ta' reġistrazzjoni u tal-kodiċi tar-radju.[3]

6. Il-ħlas ta' l-ammont dovut għal-liċenzja għandu jsir fil-kont indikat mill-awtoritajiet tal- Madagaskar skond l-Artikolu 2(7) tal-protokoll.

7. Il-ħlasijiet jinkludu t-taxxi nazzjonali u lokali kollha esklużi taxxi tal-port u ammonti dovuti għall-provvista ta' servizzi.

8. Il-liċenzji għall-bastimenti kollha huma maħruġa fi żmien 15-il jum tax-xogħol minn meta tiġi rċevuta d-dokumentazzjoni kollha stipulata f'punt 5 indikat hawn fuq, mill-ministeru responsabbli għas-sajd fil-Madagaskar, lis-sidien jew lir-rappreżentanti tagħhom mill-intermedjarju tad-delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fil-Madagaskar.

9. Il-liċenzja tinħareġ f'isem il-bastiment indikat u mhix trasferibbli.

10. Madanakollu, fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea u f'każ ta' prova ta' forza maġġuri, il-liċenzja ta' bastiment tiġi sostitwita minn liċenzja ġdida li tinħareġ fuq bastiment ieħor ta' l-istess kategorija tal-bastiment sostitwit, kif stipulat fl-Artikolu 1 tal-Protokoll, mingħajr ħlas ulterjuri. F'dan il-każ, il-kalkolu tal-livell ta' ħut maqbud għad-determinazzjoni tal-ħlas eventwali addizzjonali għandu jikkunsidra t-total tal-ħut maqbud miż-żewġ bastimenti.

11. Is-sid tal-bastiment li jkun qed jiġi sostitwit, jew ir-rappreżentant tiegħu, għandu jagħti lura l-liċenzja annullata lill-ministeru responsabbli għas-sajd tal-Madagaskar permezz ta' l-intermedjarju tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.

12. Id-data li fiha l-liċenzja l-ġdida issir effettiva hija dik li fiha sid il-bastiment jagħti lura l-liċenzja annullata lill-ministeru responsabbli għas-sajd tal-Madagaskar. Id-Delegazzjoni tal-Komunità Ewropea fil-Madagaskar għandha tiġi mgħarrfa bit-trasferiment tal-liċenzja.

13. Il-liċenzja għandha tinżamm abbord f'kull ħin. Il-Komunità Ewropea żżomm aġġornament ta' l-abbozz tal-lista ta' bastimenti li għalihom saret talba għal-liċenzja tas-sajd skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll. Dan l-abbozz jiġi notifikat lill-awtoritajiet tal-Madagaskar hekk kif jiġi ffinalizzat u eventwalment kull darba li jiġi aġġornat. Meta jiġi rċevut dan l-abbozz tal-lista kif ukoll in-notifika tal-ħlas bil-quddiem indirizzata mill-Komunità Ewropea lill-awtoritajiet tal-pajjiż kostali, il-bastiment jiġi reġistrat mill-awtorità kompetenti tal-Madagaskar fuq lista tal-bastimenti awtorizzati li jistadu, li tiġi notifikata lill-awtoritajiet responsabbli mill-kontroll tas-sajd . F’dan il-każ, kopja ta’ din il-lista tintbagħat lil sid il-bastiment u għandha tinżamm abbord, minflok il-liċenzja tas-sajd, sakemm tintbagħat din ta’ l-aħħar.

14. Iż-żewġ Partijiet jaqblu li jippromwovu l-implimentazzjoni ta' sistema għal-liċenzji msejsa esklussivament fuq l-iskambju elettroniku ta' l-informazzjoni kollha u tad-dokumenti deskritti hawn fuq. Iż-żewġ Partijiet jaqblu li jippromwovu mill-aktar fis possibbli s-sostituzzjoni tal-liċenzja tal-karti bl-ekwivalenti elettronika, bħal-lista tal-bastimenti awtorizzati biex jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar.

15. Il-liċenzji għall-bastimenti ta' appoġġ mhumiex sottomessi għall-ħlas. Il-bastimenti ta' appoġġ għandhom itajru bandiera Komunitarja jew jagħmlu parti minn kumpanija Komunitarja.

Sezzjoni 2 Il-kundizzjonijiet tal-liċenzja – ħlasijiet u ħlasijiet bil-quddiem

1. Il-liċenzji għandhom validità ta' sena. Jistgħu jiġġeddu.

2. Il-ħlas huwa stabbilit għal 35 euro għal kull tunnellata ta' ħut maqbuda fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar għall-bastimenti għas-sajd tat-tonn bit-tartarun u l-konzijiet tal-wiċċ.

3. Il-liċenzji jinħarġu wara li jsir il-ħlas lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ta' l-ammonti segwenti:

- 3920 euro għal kull bastiment għas-sajd tat-tonn bit-tartarun, ekwivalenti għall-ammonti dovuti għal 122 tunnellata fis-sena;

- 3500 euro għal kull bastiment bil-konzijiet tal-wiċċ li huwa akbar minn 250 TG, ekwivalenti għall-ammonti dovuti għal 100 tunnellata fis-sena;

- 1680 euro għal kull bastimenti bil-konzijiet tal-wiċċ li huwa ta' anqas minn jew ta' 250 TG, ekwivalenti għall-ammonti dovuti għal 48 tunnellata fis-sena;

- Is-somma għal-liċenzji tas-sajd demersali ser tiġi stipulata aktar 'l quddiem fi ħdan il-Kummissjoni Konġunta wara l-fażi sperimentali. Matul il-fażi sperimentali, il-liċenzji jinħarġu mingħajr ħlas.

4. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni Ewropea sa mhux aktar tard mill-15 ta' Ġunju ta' kull sena, dwar it-tunnellaġġ tal-qabdiet li jkunu saru matul is-sena li tkun għadha kif għaddiet, kif konfermat mill-istituti xjentifiċi regolati minn punt 5 aktar 'l quddiem.

5. It-tnaqqis finali ta' l-ammonti dovuti fuq bażi annwali huwa deċiż mill-Kummissjoni Ewropea sa mhux aktar tard mill-31 ta' Lulju tas-sena n+1, abbażi tad-dikjarazzjonijiet dwar il-qabdiet magħmula minn kull sid ta' bastiment u konfermati mill-istituti xjentifiċi kompetenti biex jivverifikaw l-informazzjoni dwar il-qabdiet fl-Istati Membri, bħalma huma l-IRD ( Institut de Recherche pour le Développement ), l-IEO ( Instituto Español de Oceanografia ), l-IPIMAR ( Instituto Português de Investigaçao Maritima ), mill-intermedjarju tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.

6. Dan it-tnaqqis għandu jiġi notifikat fl-istess ħin lill-ministeru responsabbli għas-sajd fil-Madagaskar u lis-sidien tal-bastimenti.

7. Kull ħlas eventwali addizzjonali għall-kwantitajiet maqbuda li jeċċedu 112 tunnelata għall-bastimenti tat-tonn bit-tartarun u l-100 tunnellata għall-bastimenti bil-konzijiet tal-wiċċ ta' aktar minn 259 TG u 48 tunnellata għall-bastimenti bil-konzijiet iżgħar minn jew ta' 250 TG, għandu jsir mis-sidien tal-bastimenti lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Madagaskar sa mhux aktar tard mit-3 ta' Awissu tas-sena n+1, fil–kont imsemmi f'paragrafu 6 ta' l-1 Sezzjoni tal-Kapitolu preżenti, bir-rata ta' 35 € għal kull tunnellata.

8. Madanakollu, jekk it-tnaqqis finali huwa inqas mis-somma mħallsa bil-quddiem skond punt 3 tas-sezzjoni preżenti, l-ammont residwu korrispondenti ma jistax jiġi rkuprat minn sid il-bastiment.

Kapitolu II – Iż-Żoni tas-Sajd

1. Il-bastimenti tal-Komunità jkunu jistgħu jistadu fl-ilmijiet lil hinn mit-12-il mil nawtiku mil-linji tal-bażi fil-każ tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-konzijiet tal-wiċċ. Żona ta' protezzjoni ta' tliet mili madwar l-irkaptu biex jinġema' l-ħut (FAD) li ma jappartjenix lill-bastimenti Komunitarji għandha tiġi rispettata.

Kapitolu III – Sistema ta' Dikjarazzjoni tal-qabdiet għall-Bastimenti Awtorizzati li jistadu fl-Ilmijiet tal-Madagaskar

1. Għall-finijiet ta' dan l-Anness, il-perjodu ta' żmien li matulu bastiment Komunitarju ikun fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar, huwa definit kif ġej:

- iż-żmien li jgħaddi bejn id-dħul u l-ħruġ miż-żona tas-sajd tal-Madagaskar;

- iż-żmien li jgħaddi bejn id-dħul fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar u t-trasbord fil-port u/jew il-ħatt l-art fil-Madagaskar.

2. Il-bastimenti kollha awtorizzati li jistadu fl-ilmijiet tal-Madagaskar fil-qafas tal-ftehim, għandhom jinnotifikaw il-qabdiet tagħhom, biex l-awtoritajiet tal-Madagaskar ikunu jistgħu jikkontrollaw il-kwantitajiet tal-qabdiet kif ikkonfermati mill-istituti xjentifiċi kompetenti, skond il-proċedura stipulata f'Kapitolu 1 sezzjoni 2, il-5 parti ta' l-anness preżenti. Il-bastimenti li huma akbar minn 24 metru għandhom jinnotifikaw il-qabdiet tagħhom liċ-Ċentru tas-Sorveljanza tas-Sajd (FMC) tal-Madagaskar kull 15-il jum korrenti, sakemm ikunu fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar. Il-qabdiet għandhom ikunu notifikati kif ġej:

2.1 Matul perjodu ta' sena ta' validità tal-liċenzja, fis-sens ta' Sezzjoni 2 tal-Kapitolu 1 ta' l-Anness preżenti, id-dikjarazzjonijiet għandhom jinkludu l-qabdiet tal-bastiment għal kull vjaġġ. L-oriġinal tad-dikjarazzjonijiet għandu jiġi notifikat lill-FMC, permezz ta' dokument tanġibbli, fi żmien 45 jum mill-aħħar vjaġġ magħmul fl-imsemmi perjodu. Barra minn hekk dawn in-notifiki għandhom isiru bil- fax (+ 261 20 22 490 14) jew permezz tal-posta elettronika (csp-mprh@blueline.mg).

2.2 Il-bastimenti għandhom jiddikjaraw il-qabdiet tagħhom permezz tal-formola rilevanti li tinsab fil-ġurnal ta' abbord, li l-mudell tagħha jinsab f'appendiċi 2. Għall-perjodi li matulhom il-bastiment ma jkunx fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar, huwa marbut li jdaħħal nota fil-ġurnal ta' abbord bir-referenza segwenti: ''Il-Barra miż-Żona tas-Sajd tal-Madagaskar".

2.3 Il-formoli għandhom jimtlew b'mod li jinqara faċilment u għandhom ikunu ffirmati mill-kaptan tal-bastiment jew mir-rappreżentant legali tiegħu.

3. F'każ ta' ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu, il-Gvern tal-Madagaskar jirriżerva d-dritt li jissospendi l-liċenzja tal-bastiment inkriminat sakemm il-formalità tiġi sodisfatta, u li jimponi l-penali fuq sid il-bastiment skond ir-regoli fis-seħħ fil-Madagaskar. Il-Kummissjoni Ewropea u l-Istat tal-bandiera għandhom jiġu infurmati b'dan.

4. Iż-żewġ Partijiet jaqblu li jippromwovu sistema għad-dikjarazzjoni tal-qabdiet imsejsa eklussivament fuq l-iskambju elettroniku ta' l-informazzjoni u tad-dokumenti kollha deskritti aktar 'il fuq. Iż-żewġ Partijiet jaqblu li jippromwovu s-sostituzzjoni tad-dikjarazzjoni bil-miktub (il-ġurnal ta' abbord) bl-ekwivalenti f'forma elettronika, mill-aktar fis possibbli.

Kapitolu IV – It-Trasbord u l-Ħatt l-Art

Iż-żewġ Partijiet jikkooperaw bl-għan ta' titjib fil-possibbiltajiet ta' trasbord u ta' ħatt l-art fil-portijiet tal-Madagaskar.

1. Il-Ħatt l-Art:

Il-bastimenti tat-tonn Komunitarji li jħottu minn jeddhom f'port fil-Madagaskar, jibbenifikaw minn tnaqqis fuq l-ammont dovut ta' 5 euro għal kull tunnellata maqbuda fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar fuq is-somma indikata f'sezzjoni 2, paragrafu 2 tal-Kapitolu 1 ta' l-Anness.

Jingħata tnaqqis supplimentari ta’ 5 euro fil-każ ta' bejgħ tal-prodotti tas-sajd lil fabbrika ta’ l-ipproċessar fil-Madagaskar.

Dan il-mekkaniżmu għandu japplika għal kull bastiment Komunitarju sa massimu ta’ 50% tal-kont finali tal-qabdiet (kif definit fil-Kapitolu III ta’ l-Anness) mill-ewwel sena ta’ dan il-Protokoll.

2. Il-mod ta' kif għandu jsir il-kontroll tat-tunnellaġġ li jkun nħatt jew ġie trasbordat għandu jiġi definit matul l-ewwel laqgħa tal-Kummissjoni Konġunta.

3. L-Evalwazzjoni:

Il-livell ta’ l-inċentivi finanzjarji kif ukoll il-perċentwal massimu tal-kont finali tal-qabdiet għandhom jiġu aġġustati fi ħdan il-Kummissjoni Konġunta, skond l-impatt soċjoekonomiku tal-ħatt l-art li jkun sar matul is-sena rilevanti.

Kapitolu V – L-Imbarkazzjoni tal-Baħrin

1. Is-sidien tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-konzijiet tal-wiċċ jimpenjaw ruħhom biex jimpjegaw ċittadini mill-pajjjiżi ACP bil-kundizzjonijiet u fil-limiti li ġejjin:

- għall-flotta tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun, mill-inqas 20% tal-baħrin li jitilgħu abbord matul il-kampanja tas-sajd għat-tonn fiż-żona tas-sajd tal-pajjiż terz għandhom ikunu ġejjin minn pajjiżi ACP[4],

- għall-flotta tal-bastimenti bil-konzijiet tal-wiċċ, mill-inqas 20% tal-baħrin li jitilgħu abbord matul il-kampanja tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-pajjiż terz għandhom ikunu ġejjin minn pajjiżi ACP.

2. Is-sidien tal-bastimenti għandhom jimpenjaw irwieħhom biex itellgħu abbord baħrin supplimentari mill-pajjiżi ACP.

3. Id-Dikjarazzjoni ta’ l-Organizazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar il-prinċipji u d-drittijiet fundamentali tax-xogħol, għandha tapplika fl-intier tagħha għall-baħrin li jittellgħu abbord bastimenti Komunitarji. B'mod partikolari l-applikazzjoni tad-dritt ta' assoċjazzjoni u ta’ l-għarfien effettiv tad-dritt għan-negozjar kollettiv tal-ħaddiema u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fil-qasam ta’ l-impjiegi u tal-professjonijiet.

4. Il-kuntratti tax-xogħol tal-baħrin ta' l-ACP, li kopja tagħhom qed tingħata lill-firmatarji ta' dawn il-kuntratti, isiru bejn ir-rappreżentant(i) tas-sidien tal-bastimenti u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins jew ir-rappreżentanti tagħhom. Dawn il-kuntratti jiggarantixxu lill-baħrin il-benefiċċju tas-sistema tas-sigurtà soċjali applikabbli għalihom, li tinkludi assigurazzjoni f’każ ta’ mewt, mard u inċident.

5. Is-salarju tal-baħrin ta' l-ACP jitħallas mis-sidien tal-bastimenti. Għandu jiġi ffissat bi qbil komuni bejn is-sidien tal-bastimenti jew ir-rappreżentanti tagħhom u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins jew ir-rappreżentanti tagħhom. Madankollu, il-kundizzjonijiet ta’ ħlas tal-baħrin ta' l-ACP ma jistgħux ikunu agħar minn dawk applikabbli għall-ekwipaġġi tal-pajjiż rispettiv tagħhom u fi kwalunkwe każ ma jistgħux ikunu inferjuri għall-istandards ta’ l-ILO.

6. Kull baħri impjegat mill-bastimenti tal-Komunità għandu jippreżenta ruħu lill-kaptan tal-bastiment maħtur lejlet id-data proposta għall-imbarkazzjoni tiegħu. Jekk il-baħri ma jkunx preżenti fid-data u l-ħin previsti għall-imbarkazzjoni, sid il-bastiment jiġi awtomatikament liberat mill-obbligu ta' l-imbarkazzjoni ta' dak il-baħri.

Kapitolu VI – Il-Miżuri Tekniċi

Il-bastimenti josservaw il-miżuri u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-IOTC għar-reġjun, għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-inġenji tas-sajd, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħhom u kull miżura teknika oħra li tapplika għall-attivitajiet tas-sajd tagħhom.

Kapitolu VII – L-Osservaturi

7. Il-bastimenti awtorizzati jistadu fl-ilmijiet tal-Madagaskar fil-qafas tal-ftehim jistgħu itellgħu abbord osservaturi magħżula mill-organizazzjoni reġjonali tas-sajd (ORP) kompetenti, bil-kondizzjonijiet stabbiliti hawn taħt.

1.1 Fuq talba ta' l-awtorità kompetenti, il-bastimenti Komunitarji jtellgħu abbord osservatur maħtur minnha, li jkollu l-kompitu li jivverifika l-qabdiet li jkunu saru fl-ilmijiet tal-Madagaskar.

1.2 L-awtorità kompetenti tistabbilixxi lista tal-bastimenti magħżula biex itellgħu osservatur abbord, kif ukoll lista ta’ l-osservaturi maħtura biex jittellgħu abbord. Dawn il-listi għandhom jinżammu aġġornati. Dawn għandhom jiġu notifikati lill-Kummissjoni Ewropea hekk kif jiġu stabbiliti u mbagħad kull tliet xhur fir-rigward ta’ l-aġġornament eventwali tagħhom.

1.3 L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lis-sidien tal-bastimenti jew lir-rappreżentanti tagħhom bl-isem ta' l-osservatur nominat biex jittella' abbord il-bastiment tagħhom u dan mal-ħruġ tal-liċenzja jew sa mhux aktar tard minn 15-il jum qabel id-data stipulata biex l-osservatur jittella' abbord.

8. L-osservatur jibqa’ abbord il-bastiment għal vjaġġ wieħed. Madankollu, fuq talba espliċita ta' l-awtoritajiet kompetenti tal-Madagaskar, il-perjodu li matulu l-osservatur jibqa' abbord jista' jiġi estiż għal diversi vjaġġi skond it-tul taż-żmien medju tal-vjaġġi previsti għall-bastiment partikolari. Din it-talba għandha ssir mill-awtorità kompetenti meta jiġi notifikat l-isem ta’ l-osservatur maħtur biex jitla’ abbord il-bastiment konċernat.

9. Il-kundizzjonijiet għat-tlugħ abbord ta' l-osservatur għandhom jiġu maqbula bi ftehim komuni bejn is-sid tal-bastimenti jew ir-rappreżentant tiegħu u l-awtorita kompetenti.

10. It-tlugħ abbord ta' l-osservatur għandu jsir fil-port magħżul minn sid il-bastiment fil-bidu ta’ l-ewwel vjaġġ fl-ilmijiet tas-sajd tal-Madagaskar, wara n-notifika tal-lista tal-bastimenti magħżula.

11. Is-sidien konċernati għandhom, fi żmien ġimgħatejn u b'avviż minn qabel ta' għaxart ijiem, jinnotifikaw id-dati u l-portijiet tas-sotto-reġjun, previsti għat-tlugħ abbord ta' l-osservaturi.

12. Jekk l-osservatur jittella' abbord f'pajjiż li jinsab 'il barra mis-sotto-reġjun, l-ispejjeż tal-vjaġġ ta' l-osservatur għandhom jitħallsu minn sid il-bastiment. Jekk bastiment li jkollu osservatur reġjonali abbord joħroġ miż-żona tas-sajd reġjonali, għandhom jittieħdu l-miżuri kollha biex jiġi assigurat li l-osservatur jittieħed lura f’pajjiżu malajr kemm jista’ jkun, bl-ispejjeż li għandhom jiġu mħallsa minn sid il-bastiment.

13. Jekk l-osservatur ma jkunx preżenti fil-ħin u fil-post miftiehem u matul it-12-il siegħa mill-ħin miftiehem, sid il-bastiment ikun awtomatikament meħlus mill-obbligu tiegħu li jtella' lil dak l-osservatur abbord.

14. Meta jkun abbord, l-osservatur għandu jiġi ttrattat bħala uffiċjal. Meta l-bastiment ikun qed jopera fl-ilmjiet tal-Madagaskar, għandu jwettaq id-dmirijiet segwenti:

8.1 josserva l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti;

8.2 jivverifika l-pożizzjoni tal-bastimenti impenjati fl-attivitajiet tas-sajd;

8.3 jipproċedi f’ħidmiet ta’ ġbir ta’ kampjuni bijoloġiċi fil-qafas tal-programmi xjentifiċi;

8.4 jinnota l-irkaptu tas-sajd użat;

8.5 jivverifika l-informazzjoni li tidher fil-ġurnal ta' abbord dwar il-qabdiet li jkunu saru fl-ilmijiet tal-Madagaskar;

8.6 jivverifika l-perċentwali tal-qabdiet addizzjonali u jagħmel stima tal-volum ta' l-ispeċijiet ta' ħut mormija li huma tajbin għall-kummerċ;

8.7 jikkomunika, permezz ta' kull mezz xieraq, l-informazzjoni dwar is-sajd, inkluż il-volum tal-qabdiet prinċipali u addizzjonali li jkunu abbord.

15. Il-kaptan għandu jagħmel dak kollu li hu fil-poter tiegħu sabiex jiżgura s-sigurtà fiżika u morali ta' l-osservatur fit-twettiq ta' dmirijietu.

16. L-osservatur għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu il-faċilitajiet kollha neċessarji għat-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu. Il-kaptan għandu jagħtih aċċess għall-mezzi ta’ komunikazzjoni meħtieġa għall-eżerċizzju tal-kompiti tiegħu, għad-dokumenti marbuta direttament ma’ l-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, li jinkludu b’mod partikolari l-ġurnal ta' abbord u l-ġurnal tan-navigazzjoni, kif ukoll għall-Partijiet tal-bastiment meħtieġa sabiex ikun jista’ jwettaq il-kompiti tiegħu aktar faċilment.

17. Waqt li jkun abbord, l-osservatur għandu:

11.1 jieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex il-kundizzjonijiet tat-tlugħ tiegħu abbord, kif ukoll il-preżenza tiegħu fuq il-bastiment, ma jinterrompux u lanqas itellfu l-ħidmiet tas-sajd,

11.2 jirrispetta l-proprjetà u l-irkaptu li jinsabu fuq il-bastiment, kif ukoll il-kunfidenzjalità ta’ kull dokument li jappartjeni lill-bastiment rilevanti.

18. Fi tmiem il-perjodu ta’ l-osservazzjoni u qabel ma jitlaq minn fuq il-bastiment, l-osservatur għandu jagħmel rapport ta’ l-attivitajiet, li għandu jintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti b'kopja tiegħu tintbagħat lill-Kummissjoni Ewropea. Għandu jiffirmah fil-preżenza tal-kaptan li jista’ jżid jew jitlob li jiżdiedu l-osservazzjonijiet kollha li huwa jqis li huma utli u jiffirma taħthom. Kopja tar-rapport għandha tingħata lill-kaptan qabel ma l-osservatur jitniżżel l-art.

19. Sid il-bastiment huwa responsabbli għall-ispejjeż ta' l-akkomodazzjoni u ta’ l-ikel ta’ l-osservatur bl-istess kundizzjonijiet li japplikaw għall-uffiċjali, skond il-possibbiltajiet prattiċi tal-bastiment.

20. Is-salarju u l-kontribuzzjonijiet soċjali ta' l-osservatur għandhom jitħallsu mill-awtoritajiet kompetenti.

21. Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lill-pajjiżi terzi interessati, mill-aktar fis possibbli dwar id-definizzjoni ta' sistema ta' osservaturi reġjonali u l-għażla ta' l-organizazzjoni reġjonali tas-sajd kompetenti. Fl-istennija ta' l-implimentazzjoni ta' sistema ta' osservaturi reġjonali, il-bastimenti awtorizzati li jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar fil-qafas tal-ftehim għandhom itellgħu abbord, minflok u fil-post ta' l-osservaturi reġjonali, osservaturi maħtura mill-awtoritajiet kompetenti tal-Madagaskar skond ir-regoli stabbiliti aktar 'il fuq.

Kapitolu VIII – Il-Kontroll

1. Skond il-punt 13 tas-Sezzjoni 1 ta' dan l-Anness, il-Komunità Ewropea għandha żżomm aġġornat l-abbozz tal-lista ta' bastimenti li nħarġitilhom liċenzja tas-sajd skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll. Din il-lista għandha tiġi notifikata lill-awtoritajiet tal-Madagaskar inkarigati mill-kontroll tas-sajd hekk kif tiġi stabbilita u sussegwentament kull meta tiġi aġġornata.

2. Hekk kif jiġi rċevut l-abbozz tal-lista kif ukoll in-notifika tal-ħlas bil-quddiem (stipulat f'punt 3 ta' sezzjoni 2 ta' l-1 kapitolu ta' l-anness preżenti) indirizzat mill-Kummissjoni Ewropea lill-awtoritajiet tal-pajjiż kostali, il-bastiment jiġi reġistrat mill-awtorità kompetenti tal-Madagaskar fuq lista tal-bastimenti awtorizzati biex jistadu, li tiġi notifikata lill-awtoritajiet responsabbli mill-kontroll tas-sajd. F’dan il-każ, kopja ta’ din il-lista tintbagħat lil sid il-bastiment u għandha tinżamm abbord, minflok il-liċenzja tas-sajd, sakemm tiġi mibgħuta din ta’ l-aħħar.

3. Id-dħul fiż-żona u l-ħruġ minnha:

3.1 Il-bastimenti Komunitarji għandhom jinnotifikaw, mill-inqas minn 3 sigħat qabel, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Madagaskar inkarigati mill-kontroll tas-sajd, bl-intenzjoni tagħhom li jidħlu jew joħorġu miż-żona tas-sajd tal-Madagaskar. Għandhom jiddikjaraw ukoll il-kwantitajiet totali u l-ispeċijiet abbord, skond il-format misjub fl-anness. Dikjarazzjoni ta' intenzjoni għad-dħul li ma jseħħx għandha tiġi annullata billi jintbagħtu fax jew messaġġ elettroniku. Iċ-Ċentru tas-Sorveljanza tas-Sajd jintrabat li javża direttament, permezz ta' messaġġ elettroniku, lill-bastiment tas-sajd u/jew fin-nuqqas lil sid il-bastiment, dwar kull dikjarazzjoni (ta' dħul/ħruġ)

3.2 Meta jinnotifika l-ħruġ tiegħu, kull bastiment għandu wkoll jagħti l-pożizzjoni tiegħu. Dawn in-notifiki għandhom l-ewwel isiru bil-fax (+261 20 22 490 14), jew b'messaġġ elettroniku (csp-mprh@blueline.mg) u fin-nuqqas bir-radju (Kodiċi tar-radju BLU) unikament fil-ġranet u fil-ħinijiet ta' ftuħ fil-Madagaskar, frekwenza 8754.00 Mhz. Il-kodiċi tar-radju taċ-Ċentru tas-Sorveljanza tas-Sajd tal-Madagaskar huwa "CHARLIE SIERRA PAPA").

3.3 Bastiment li jinqabad jistad mingħajr ma jkun avża lill-awtorità kompetenti tal-Madagaskar jitqies bħala bastiment li kiser il-liġi.

3.4 In-numri tal-fax u tat-telefon kif ukoll l-indirizz elettroniku jingħataw ukoll meta tinħareġ il-liċenza tas-sajd.

3.5 Meta jirċievu l-messaġġi tad-dħul u/jew tal-ħruġ miż-żona tas-sajd, l-awtoritajiet tal-Madagaskar jirriżervaw id-dritt li jwettqu kontroll ta' verifika tal-qabdiet tal-flotta tal-bastimenti bil-konzijiet ta' aktar minn 250 TG abbażi ta’ kampjuni li jirrapreżentaw madwar 10% tal-flotta konċernata. Dawn il-kontrolli għandhom isiru fil-port l-aktar viċin jew f'punt ta' kontroll fil-baħar.

4. Il-Proċeduri ta' kontroll

4.1. Il-kaptani tal-bastimenti tal-Komunità li jkunu involuti f’attivitajiet ta’ sajd fl-ilmijiet tas-sajd tal-Madagaskar jippermettu u jiffaċilitaw l-imbark u t-twettiq tad-dmirijiet ta’ kull uffiċjal tal-Madagaskar inkarigat mill-ispezzjoni u l-kontroll ta’ l-attivitajiet tas-sajd.

4.2. Il-preżenza abbord ta’ dawn l-uffiċjali ma taqbiżx iż-żmien meħtieġ għat-twettiq tal-kompitu tagħhom.

4.3. Wara kull spezzjoni u kontroll, tingħata dikjarazzjoni lill-kaptan tal-bastiment.

5. Il-kontroll bis-satellita

Il-bastimenti kollha Komunitarji li jistadu fil-qafas ta’ dan il-ftehim ser ikunu sorveljati permezz tas-satellita skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Appendiċi 4.

6. L-ispezzjoni

6.1 L-awtoritajiet kompetenti tal-Madagaskar għandhom jinfurmaw lill-Istat tal-bandiera u lill-Kummissjoni Ewropea, fi żmien massimu ta’ 24 siegħa, b’kull spezzjoni u b’kull applikazzjoni ta’ sanzjoni fuq bastiment Komunitarju, li jkun daħal fl-ilmijiet tas-sajd tal-Madagaskar.

6.2 L-Istat tal-bandiera u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jirċievu fl-istess waqt rapport qasir dwar iċ-ċirkostanzi u r-raġunijiet li wasslu għall-ispezzjoni.

7. Ir-rapport ta' l-ispezzjoni

7.1 Il-kaptan tal-bastiment, wara li jinkiteb ir-rapport mill-awtorità kompetenti tal-Madagaskar, għandu jiffirmah.

7.2 Din il-firma ma tippreġudikax id-drittijiet u l-mezzi ta’ difiża li l-kaptan jista’ jippreżenta biex iwieġeb għall-ksur li jkun inġab kontrih. Jekk jirrifjuta li jiffirma id-dokument, irid jagħti ir-raġunijiet preċiżi għal dan u l-l-ispettur irid iniżżel ir-referenza "irrifjuta li jiffirma".

7.3 Il-kaptan għandu jiddiriġi l-bastiment tiegħu fil-port indikat mill-awtoritajiet tal-Madagaskar. F'każ ta' ksur minuri, l-awtorità kompetenti tal-Madagaskar tista’ tawtorizza lill-bastiment spezzjonat biex ikompli l-attivitajiet tas-sajd tiegħu.

8. Il-laqgħa ta’ konsultazzjoni f’każ ta' spezzjoni

8.1 Qabel ma jiġu kkunsidrati l-miżuri eventwali fil-konfront tal-kaptan jew ta' l-ekwipaġġ tal-bastiment jew kull azzjoni oħra li tirrigwarda t-tagħbija u t-tagħmir tal-bastiment, għajr dawk maħsuba għall-konservazzjoni tal-provi dwar il-ksur allegat, għandha ssir laqgħa ta' konsultazzjoni, fi żmien jum tax-xogħol minn meta jiġi rċevut dan it-tagħrif, bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet kompetenti tal-Madagaskar, bil-parteċipazzjoni eventwali ta' rappreżentant ta' l-Istat Membru konċernat.

8.2 Matul din il-laqgħa, il-Partijiet għandhom jiskambjaw bejniethom id-dokumentazzjoni kollha jew it-tagħrif rilevanti li jistgħu jgħinu biex jiċċaraw iċ-ċirkostanzi tal-fatti allegati. Sid il-bastimenti jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jiġi mgħarraf bir-riżultat ta' din il-laqgħa u bil-miżuri kollha li jistgħu jirriżultaw mill-ispezzjoni.

9. IL-proċedura wara l-ispezzjoni

9.1. Qabel ma jittieħdu proċeduri ġudizzjarji, għandu jsir tentattiv sabiex l-ksur allegat jiġi riżolt bonarjament. Din il-proċedura għandha tintemm sa mhux iktar tard minn tlett ijiem tax-xogħol mill-ispezzjoni.

9.2. F’każ ta’ tranżazzjoni bonarja, l-ammont tal-multa applikata għandu jiġi determinat skond ir-regoli applikabbli fil-Madagaskar.

9.3. F’każ li t-tilwima ma setgħetx tissolva bonarjament u f'każ li titressaq quddiem awtorità ġudizzjarja kompetenti, sid il-bastiment għandu jagħmel garanzija bankarja ma' bank magħżul mill-awtoritajiet kompetenti tal-Madagaskar, f’ammont li għandu jiġi ffissat b'kunsiderazzjoni għall-ispejjeż konnessi ma' l-ispezzjoni kif ukoll l-ammont tal-multa u tal-kumpens li jistgħu jeħlu dawk responsabbli għall-ksur.

9.4. Il-garanzija bankarja tkun irrevokabbli qabel ma tintemm il-proċedura ġudizzjarja. Tiġi rilaxxata f'każ ta' liberazzjoni. Bl-istess mod, f’każ ta’ kundanna li twassal għal multa inferjuri għall-garanzija depożitata, id-differenza tiġi rilaxxata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Madagaskar.

9.5. Il-bastiment jinħeles u l-ekwipaġġ tiegħu jitħalla jitlaq mill-port:

- kemm meta jitwettqu l-obbligi miftehma fil-proċedura bonarja;

- kemm wara d-depożitu tal-garanzija bankarja skond il-punt 9.3 indikat aktar ’il fuq u l-aċċettatazzjoni tagħha mill-awtoritajiet kompetenti, sakemm l-eżitu tal-proċedura ġudizzjarja ikun għadu pendenti.

10. It-Trasbord

10.1 Kull bastiment Komunitarju li jixtieq jagħmel trasbord tal-qabdiet fl-ilmijiet tal-Madagaskar għandu jagħmel dan fil-portijiet tal-Madagaskar.

10.2. Is-sidien ta' dawn il-bastimenti għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Madagaskar bl-informazzjoni li ġejja, mill-anqas minn 24 siegħa minn qabel:

- l-isem tal-bastimenti tas-sajd qabel ma jwettqu t-trasbord;

- l-isem, in-numru ta' l-IMO u tar-reġistrazzjoni tal-bastiment tal-ġarr;

- it-tunnellaġġ, għal kull speċi, li jkun ser jiġi trasbordat;

- il-jum u l-post tat-trasbord;

10.3. It-trasbord jitqies bħala ħruġ miż-żona tas-sajd tal-Madagaskar. Il-kaptani tal-bastimenti għandhom jissottomettu d-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet lill-awtoritajiet kompetenti tal-Madagaskar u jinnotifikawhom bl-intenzjoni tagħhom, jew li jkomplu jistadu inkella li joħorġu miż-żona tas-sajd tal-Madagaskar.

10.4. Kull operazzjoni ta’ trasbord tal-qabdiet li mhix imsemmija fil-punti indikati hawn fuq hija pprojbita fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar. Kull ksur ta' din id-dispożizzjoni huwa soġġett għas-sanzjonijiet previsti mir-regoli fis-seħħ fil-Madagaskar.

11. Il-kaptani tal-bastimenti Komunitarji li huma involuti f’operazzjonijiet ta’ ħatt jew ta’ trasbord f’port tal-Madagaskar għandhom jippermettu u jiffaċilitaw il-kontroll ta’ dawn l-operazzjonijiet mill-ispetturi tal-Madagaskar. Wara’ kull spezzjoni u kontroll fil-port, jingħata ċertifikat lill-kaptan tal-bastiment.

APPENDIċI

1 - Formola ta' applikazzjoni għal-liċenzja

2 – Il-ġurnal ta' abbord ta' l-IOTC

3 – Id-dispożizzjonijiet li japplikaw għas-sistema ta' sorveljanza tal-bastimenti bis-satellita (VMS) u l-pożizzjoni taż-żona tas-sajd tal-Madagaskar

Appendiċi 1 IL-MINISTERU INKARIGAT MIS-SAJD FIL-MADAGASKAR

TALBA ĠDIDA GĦAL JEW TIĠDID TAL-LIĊENZJA[5] GĦALL-BASTIMENTI BARRANIN TAS-SAJD INDUSTRIJALI

1. L-isem ta' sid il-bastiment:

2. L-indirizz ta' sid il-bastiment:

3. L-isem tar-rappreżentant jew ta’ l-aġent (skond il-każ):

4. L-indirizz tar-rappreżentant jew ta’ l-aġent lokali ta’ sid il-bastiment (skond il-każ):

5. L-isem tal-kaptan :

6. L-isem tal-bastiment

7. In-numru ta’ reġistrazzjoni:

8. In-numru tal- fax :

9. L-indirizz elettroniku:

10. Il-kodiċi tar-radju

11. Id-data u l-post fejn inbena

12. L-Istat tal-bandiera:

13. Il-port ta’ reġistrazzjoni:

14. Il-port ta’ manutenzjoni:

15. It-tul totali:

16. Il-wisgħa:

17. It-tunnellaġġ gross (TG):

18. Il-kapaċità ta’ l-istiva:

19. Il-kapaċità tal-friża:

20. It-tip u s-saħħa tal-magna:

21. L-irkaptu tas-sajd:

22. In-numru ta' baħrin:

23. Is-sistema ta' kommunikazzjoni.

24. Il-kodiċi tar-radju

25. Is-sinjali li jintagħraf bihom:

26. L-operazzjonijiet tas-sajd li se jwettaq:

27. Il-post ta’ l-iżbark:

28. Iż-zoni tas-sajd

29. L-ispeċijiet li għandhom jinqabdu:

30. Il-perjodu tal-validità

31. Il-kundizzjonijiet speċjali

L-opinjoni tad-direzzjoni ġenerali tas-sajd u ta’ l-akkwakultura:

L-osservazzjonijiet tal-Ministeru inkarigat mis-Sajd:

Appendiċi 2

IL-ĠURNAL ABBORD GĦAS-SAJD TAT-TONN |

Bil-konz Lixka ħajja Purse seine Tkarkir Outros (Oħrajn) |

L-Istat tal-bandiera: ……………………………………………………………………........................... | Il-kapaċità (TM): ……………………………………………........ |

In-numru ta' reġistrazzjoni: ………………………………………………………………................................... | Il-kaptan: ……………………………………………………….... |

Is-sid: ………………………………………………………….......................... | In-numru ta' membri ta' l-ekwipaġġ: ….…………………………………………………........................ |

L-indirizz: ………………………………………………………………………….... | Id-data tar-rapport …………………………………………..…...... ………………………………………………...... |

(Auteur du rapport): ………………………………………………................................. | L-għadd ta’ jiem fuq il-baħar: | L-għadd ta’ jiem ta’ sajd: L-għadd ta’ kalati: | Numru tas-sajda: |

Id-data | Is-settur | T° ta’ wiċċ il-baħar (ºC) | L-isforz għas-sajd In-numru ta’ snanar użati | Capturas (Qabdiet) | Isco usado na pesca (Lixka użata) |

1 – Uża paġna għal kull xahar u ringiela għal kull jum. | 3 – "Jum" ifisser il-jum li fiħ jiġi kalat il-konz. | 5 - L-aħħar ringiela (Kwantitajiet imħatta) m’għandhiex timtela’ qabel it-tmiem tas-sajda. Għandu jkun indikat il-piż reali fil-mument tal-ħatt. |

2 - Fit-tmiem ta’ kull sajda, ibgħat kopja tal-ġurnal lill-korrispondent tiegħek jew lill-ICCAT, Calle Corazón de María, 8, 28002 Madrid. Spanja. | 4 - Is-settur tas-sajd jiddetermina l-pożizzjoni tal-bastiment. Aġġusta l-minuti sa l-eqreb figura sħiħa u indika l-grad ta’ latitudni u lonġitudni. Qis li jkun hemm indikazzjoni N/S u E/W. | 6 – L-informazzjoni kollha hawn inkluża hija strettament kunfidenzjali. |

Appendiċi 3

[pic]

Appendiċi 4

Iż-zona tas-sajd tal-Madagaskar

[pic]

Il-Protokoll (VMS)

li jistipula d-dispożizzjonijiet ta' sorveljanza bis-satellita tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji li jistadu fiż-ŻEE tal-Madagaskar

1. Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll jikkompletaw il-protokoll dwar l-opportunitajiet tas- sajd u l-kumpens finanzjarju previsti fil-ftehim bejn il-Kommunità Ewropea u r-Repubblika demokratika tal-Madagaskar dwar is-sajd 'il barra mill-Madagaskar għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2007 u l-31 ta' Diċembru 2012, u japplikaw skond punt 5 ta' "Kapitolu VIII – Kontroll" ta' l-Anness tiegħu.

2. Il-bastimenti kollha tas-sajd li jkollhom tul totali ta' aktar minn 15-il metru, u li jistadu fil-qafas tal-ftehim tas-sajd KE/Madagaskar, ser ikunu sorveljati permezz tas-satellita meta jkunu fiż-ŻEE tal-Madagaskar.

L-awtoritajiet tal-Madagaskar javżaw lill-Parti Komunitarja dwar il-pożizzjonijiet taż-żoni tas-sajd (latitudni u lonġitudni) taż-ŻEE tal-Madagaskar, sabiex il-bastimenti jkunu sorveljati permezz tas-satellita.

L-awtoritajiet tal-Madagaskar għandhom jgħaddu l-informazzjoni elettronikament fi gradi deċimali (WGS 84).

3. Il-Partijiet għandhom jipproċedu għal skambju ta’ informazzjoni li tikkonċerna l-indirizzi X.25 u l-ispeċifikazzjonijiet utilizzati fil-komunikazzjonijiet elettroniċi ta’ bejn iċ-Ċentri tal-Kontroll tagħhom b’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti 5 u 7. Din l-informazzjoni għandha tinkludi, sa fejn ikun possibbli, l-ismijiet, in-numri tat-telefon, tal- fax u tat-telekopja u l-indirizzi elettroniċi (Internet jew X.400) li jistgħu jkunu użati għall-komunikazzjonijiet ġenerali bejn iċ-Ċentri ta' Kontroll.

4. Il-pożizzjoni tal-bastimenti hija determinata b’marġini ta’ żball inferjuri għal 500m u b’intervall ta’ kunfidenza ta’ 99%.

5. Meta bastiment li qed jistad fil-kuntest tal-Ftehim u li jkun suġġett għas-sorvaljanza permezz tas-satellita fit-termini tal-leġiżlazzjoni Komunitarja jerġa’ jidħol fiż-ŻEE tal-Madagaskar, ir-rapporti tal-pożizzjoni sussegwenti jiġu kkomunikati immedjatament miċ-Ċentru tal-Kontroll ta’ l-Istat tal-bandiera lis-Sorveljanza tas-Sajd tal-Madagaskar (FMC), b’intervalli massimi ta’ 3sigħat (l-identifikazzjoni tal-bastiment, il-lonġitudni, il-latitudni, ir-rotta u l-veloċità). Dawn il-messaġġi huma identifikati bħala Rapporti tal-Pożizzjoni.

6. Il-messaġġi stipulati fil-punt 5 jiġu trażmessi elettronikament fil-format X.25, jew kwalunkwe protokoll ieħor sikur. Dawn il-messaġġi għandhom jiġu komunikati mill-ewwel, skond il-format tat-tabella II.

7. F’każ li l-apparat ta' sorveljanza permanenti, permezz tas-satellita, installat abbord il-bastiment tas-sajd iġarrab xi nuqqas tekniku jew jieqaf jaħdem, il-kaptan ta’ dak il-bastiment għandu mill-aktar fis possibbli jitrażmetti l-informazzjoni stipulata fil-punt 5 permezz ta' fax , liċ-Ċentru tal-Kontroll ta’ l-Istat tal-bandiera u lill-FMC tal-Madagaskar. F’dawn iċ-ċirkostanzi, ikun meħtieġ li jintbagħat Rapport tal-Pożizzjoni globali fis-6 ta' filgħodu, f'nofsinhar u fis-6 ta' filgħaxija, ħin tal-Madagaskar. Dan ir-rapport tal-pożizzjoni globali għandu jinkludi r-rapporti tal-pożizzjoni kif reġistrati mill-kaptan tal-bastiment kull 3 sigħat skond il-kondizzjonijiet stipulati fil-punt 5.

Iċ-Ċentru ta' Kontroll ta’ l-Istat tal-bandiera għandu jibgħat dawn il-messaġġi lill-FMC tal-Madagaskar. It-tagħmir difettuż għandu jissewwa jew jinbidel fi żmien massimu ta’ xahar. Ladarba jgħaddi dan it-terminu, il-bastiment ikkonċernat ikollu joħroġ miż-ŻEE tal-Madagaskar.

8. Iċ-Ċentri ta' Kontroll ta’ l-Istati tal-bandiera għandhom jissorveljaw il-movimenti tal-bastimenti tagħhom fl-ilmijiet tal-Madagaskar. F'każ fejn is-sorveljanza tal-bastimenti ma sseħħx skond il-kondizzjonijiet stipulati, l-FMC tal-Madagaskar għandha tiġi infurmata immedjatament, hekk kif dan jiġi osservat, u l-proċedura stipulata fil-punt 7 għandha tiġi applikata.

9. Jekk l-FMC tal-Madagaskar jistabbilixxi li l-Istat tal-bandiera ma jkunx għadda l-informazzjoni stipulata fil-punt 5, is-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni għandhom jiġu infurmati immedjatament.

10. L-informazzjoni dwar is-sorveljanza mgħoddija lill-parti l-oħra, skond dawn id-dispożizzjonijiet, għandha tintuża esklussivament għall-kontroll u s-sorveljanza mill-awtoritajiet tal-Madagaskar tal-flotta Komunitarja li qed tistad fil-qafas tal-ftehim KE/Madagaskar. Din l-informazzjoni fl-ebda każ ma tista' tiġi komunikata lill-partijiet oħra.

11. L-elementi tas- software u l-materjal tat-tagħmir tas-sistema ta’ sorveljanza permezz tas-satellita għandhom ikunu affidabbli, ma jkunu jippermettu l-ebda falsifikazzjoni tal-pożizzjonijiet u ma jkunux jistgħu jiġu manipulati b’mod manwali.

Is-sistema għandha tkun totalment awtomatika u taħdem f’kull mument u b'mod indipendenti mill-kondizzjonijiet ta’ l-ambjent u tal-klima. M’huwiex permess li tinqered, issir ħsara, titwaqqaf milli taħdem jew ikun hemm interferenza fis-sistema ta’ sorveljanza permezz tas-satellita.

Il-kaptani tal-bastimenti għandhom jassiguraw li:

- l-informazzjoni ma tiġix mibdula;

- l-antenna jew l-antenni marbuta mat-tagħmir ta’ sorveljanza permezz tas-satellita ma jkunux imxekkla;

- il-provvista ta’ l-elettriku tat-tagħmir ta' sorveljanza permezz tas-satellita ma tkunx interrotta;

- it-tagħmir tas-sorveljanza permezz tas-satellita ma jitneħħiex.

12. Il-Partijiet jaqblu li, fuq talba, isir skambju ta’ l-informazzjoni li tikkonċerna t-tagħmir utilizzat għas-sorveljanza permezz tas-satellita, sabiex ikun verifikat li kull tagħmir huwa kompatibbli bis-sħiħ ma’ l-eżiġenzi tal-parti l-oħra għall-iskopijiet ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

13. Kull tilwima dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet hija suġġetta għall-konsultazzjoni bejn il-Partijiet fi ħdan il-Kummissjoni Konġunta stipulata fl-Artikolu 9 tal-Ftehim.

14. Il-Partijiet jaqblu li jirrevedu, jekk ikun meħtieġ, dawn il-miżuri.

IL-KOMUNIKAZZJONI TAL-MESSAĠĠI VMS LILL-MADAGASKAR

IR-RAPPORT TAL-POŻIZZJONI

Informazzjoni | Kodiċi | Obbligatorju/ Mhux obbligatorju | Osservazzjonijiet |

Bidu tar-reġistrazzjoni | SR | O | Informazzjoni dwar is-sistema – indika l-bidu tar-reġistrazzjoni |

Destinatarju | AD | O | Informazzjoni dwar il-messaġġ – destinatarju. Kodiċi ISO Alpha 3 tal-pajjiż |

Min qed jitrażmetti | FR | O | Informazzjoni dwar il-messaġġ – min qed jitrażmetti. Kodiċi ISO Alpha 3 tal-pajjiż |

L-Istat tal-bandiera | FS | F |

Tip ta’ messaġġ | TM | O | Informazzjoni dwar il-messaġġ – tip ta’ messaġġ "POS" |

Kodiċi tas-sinjal tar-radju | RC | O | Informazzjoni dwar il-vapur – kodiċi internazzjonali tas-sinjal tar-radju tal-vapur |

Numru ta’ referenza intern għall-Parti kontraenti | IR | F | Informazzjoni dwar il-bastiment – numru uniku tal-parti kontraenti (kodiċi ISO3 ta’ l-Istat tal-bandiera segwit b'numru) |

Numru tar-reġistrazzjoni esterna | XR | O | Informazzjoni dwar il-bastiment – in-numru li jidher fuq il-ġenb tal-vapur |

Latitudni | LA | O | Informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – il-pożizzjoni fi gradi u minuti N/S JJXX (WGS -84) |

Lonġitudni | LO | O | Informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – il-pożizzjoni fi gradi u minuti E/W JJXX (WGS-84) |

Kap | CO | O | Ir-rotta tal-vapur fuq skala ta’ 360° |

Veloċità | SP | O | Il-veloċità tal-vapur f’tużżani ta’ knots |

Data | DA | O | Informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – id-data tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni UTC (SSSSXXJJ) |

Ħin | TI | O | Informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – il-ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni UTC (SSMM) |

Tmiem tar-reġistrazzjoni | ER | O | Informazzjoni dwar is-sistema – tindika t-tmiem tar-reġistrazzjoni |

Sett tal-karattri: ISO 8859.1

It-trażmissjoni ta’ l-informazzjoni hija strutturata kif ġej:

- linja doppja mmejla (//) u kodiċi li jimmarkaw il-bidu tat-trażmissjoni,

- linja waħda mmejla (/) timmarka s-separazzjoni bejn il-kodiċi u l-informazzjoni.

L-informazzjoni li mhix obbligatorja trid tiddaħħal bejn il-bidu u t-tmiem tar-reġistrazzjoni.

IL-POŻIZZJONI TA’ L- FMC TAL-MADAGASKAR

Isem ta’ l-FMC : Ċentru ta' Sorveljanza tas-Sajd

Tél. CSP :00 261 20 22 404 10

Fax CSP :00 261 20 22 490 14

Posta elettronika CSP :csp-mprh@blueline.mg

Tel.u fax DPRH : Direzzjoni tas-sajd u tar-riżorsi tas-sajd (DPRH)

00 261 20 22 409 00

Posta elettronika DPRH : mamy.andriantsoa@wanadoo.mg

Indirizz X25 = 134 164 784 14 mill-FMC- FRANZA

208 034 164 784 14 mill-FMC-Spanja, FMC- Portugall, FMC-ITALJA

Mudell għad-dikjarazzjoni dħul/ħruġ:

ID-DIKJARAZZJONI TAD-DĦUL FIŻ-ŻONA EKONOMIKA ESKLUSSIVA TAL-MADAGASKAR

ENTRY REPORT IN MADAGASCAR ECONOMIC EXCLUSIVE ZONE

INFORME DE ENTRADA Y SALIDA DE LA ZEE DE MADAGASCAR

LIL/TO : Ċentru tas-Sorveljanza tas-Sajd tal-Ministeru għas-Sajd u r-Riżorsi Marittimi - Madagaskar

Posta elettronika : csp-mprh@blueline.mg

Fax : 00 261 20 22 490 14

MINN/ FROM :

Isem il-bastiment/ Name of the vessel/Nombre del buque :

Il-kodiċi tar-radju/ Call sign :

Numru tal-liċenzja/ Number of the autorisation/Licencia N° :

Nazzjonalità/ Nationality :

Tip ta' bastiment/ Kind of vessel :

Data tad-dħul/ Date of entry/Fecha de entrada :

Ħin tad-dħul/ Time of entry/Hora de entrada :

Pożizzjoni tad-dħul/ Position of entry/Posicion de entrada :

Qabdiet abbord qabel id-dħul fiż-żona/ Fish or catch on board before entering the zone/Pescado a bordo :

Qabda/Catch/Pescado | Numru | Piż/Weight |

Tonn/Thunnus maccoyii |

Tonn tal-pinen sofor/Yellowfin/Thunnus albacares |

Tonn ta' għajnu kbira/Bigeye/Thunnus obesus |

Alonga/Thunnus alalunga |

Pixxispad/Xiphias gladius |

Makaire/Tetrapturus audax |

Marlin/Makaira indica |

Sailfish/Istiophorus spp. |

Palamit/Skipjack/Katsuwonus pelamis |

Oħrajn/Others |

TOTAL |

ID-DIKJARAZZJONI TAL-ĦRUĠ MIŻ-ŻONA EKONOMIKA ESKLUSSIVA TAL-MADAGASKAR

DEPARTURE REPORT OF MADAGASCAR ECONOMIC EXCLUSIVE ZONE

INFORME DE SALIDA DE LA ZEE DE MADAGASKAR

LIL/TO : Ċentru tas-Sorveljanza tas-Sajd tal-Ministeru għas-Sajd u r-Riżorsi Marittimi - Madagaskar

Messaġġi elettroniċi : csp-mprh@blueline.mg

Fax : 00 261 20 22 490 14

MINN/ FROM :

Isem il-bastiment/ Name of the vessel/Nombre del buque :

Il-kodiċi tar-radju/ Call sign :

Numru tal-liċenzja/ Number of the autorisation/Licencia N° :

Nazzjonalità/ Nationality :

Tip ta' bastiment/ Kind of vessel :

Data tal-ħruġ/ Date of leaving/Fecha de salida :

Ħin tal-ħruġ/ Time of leaving/Hora de salida :

Pożizzjoni tal-ħruġ/ Position of leaving/Posicion de salida :

Qabdiet abbord qabel il-ħruġ miż-żona/ Fish or catch on board before entering the zone/Pescado a bordo :

Qabda/Catch/Pescado | Numru | Piż/Weight |

Tonn /Thunnus maccoyii |

Tonn tal-pinen sofor/Yellowfin/Thunnus albacares |

Tonn ta' għajnu kbira/Bigeye/Thunnus obesus |

Alonga/Thunnus alalunga |

Il-Pixxispad/Xiphias gladius |

Makaire/Tetrapturus audax |

Marlin/Makaira indica |

Sailfish/Istiophorus spp. |

Palamit/Skipjack/Katsuwonus pelamis |

Oħrajn/Others |

TOTAL |

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. ISEM IL-PROPOSTA:

Proposta ta’ Regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Madagaskar għall-perjodu ta’ 6 snin mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

2. IL-QAFAS ABM / ABB (ĠESTJONI/STABBILIMENT TAL-BAĠIT SKOND L-ATTIVITAJIET)

11. Is-Sajd

1103. Ftehimiet Internazzjonali dwar is-Sajd

3. IL-LINJI BAĠITARJI

3.1. Il-linji tal-baġit:

110301 : “Ftehimiet Internazzjonali fil-qasam tas-sajd”

11010404 : “Ftehimiet Internazzjonali fil-qasam tas-sajd: spejjeż amministrattivi”

3.2 It-tul ta' l-azzjoni u l-impatt finanzjarju:

Il-Protokoll anness mal-Ftehim tas-Sajd bejn il-KE u r-Repubblika tal-Madagaskar jiskadi fil-31-12-2006. Il-Protokoll il-ġdid ġie konkluż għal terminu ta’ 6 snin li jibdew jgħoddu mill-1 ta' Jannar 2007.

Il-Protokoll jistabbilixxi l-kumpens finanzjarju, il-kategoriji u l-kundizzjonijiet ta’ l-attivitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Komunità fiż-żoni tas-sajd tal-Madagaskar.

3.3 Il-karatteristiċi baġitarji ( żid il-linji jekk meħtieġ ):

Il-linja tal-baġit: | Tip ta’ nefqa: | Ġdida | Parteċipazzjoni AELE | Kontribuzzjonijiet tal-pajjiżi kandidati | Intestatura PF[6] |

11.0301 | DO | CD[7] | LE | LE | LE | Nru 4 |

11.010404 | DO | CND[8] | LE | LE | LE | Nru 4 |

4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

4.1 Ir-riżorsi finanzjarji

4.1.1 Rikapitulazzjoni ta' l-approprjazzjonijiet ta’ l-impenn (AI) u ta’ l-approprjazzjonijiet tal-ħlas (AĦ)

€ miljuni (sa 4 ċifri deċimali)

Tip ta’ nefqa: | Numru tat-taqsima | 2007 | 2008 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | Total |

NefqietSpejjeż għall-operat[9] |

L-approprazzjonijiet ta' l-impenn | 8.1 | a | 0.9900 | 0.9900 | 0.9900 | 0.9900 | 0.9900 | 0.9900 | 5.9400 |

L-approprazzjonijiet tal-ħlas | b | 0.9900 | 0.9900 | 0.9900 | 0.9900 | 0.9900 | 0.9900 | 5.9400 |

In-nefqiet amministrattiv inklużi fl-ammont ta’ referenza[10] |

L-għajnuna teknika u amministrattiva – ATA (CND) | 8.2.4 | C | 0.0400 | 0.0400 |

L-AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA |

L-approprazzjonijiet ta' l-impenn | a+c | 0.9900 | 0.9900 | 0.9900 | 0.9900 | 0.9900 | 1.0300 | 5.9800 |

Approprjazzjonijiet tal-ħlas | b+c | 0.9900 | 0.9900 | 0.9900 | 0.9900 | 0.9900 | 1.0300 | 5.9800 |

In-nefqiet amministrattiv mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza[11] |

Riżorsi umani u nefqiet relatati (CND) | 8.2.5 | D | 0.0594 | 0.0594 | 0.0594 | 0.0594 | 0.0594 | 0.0594 | 0.3564 |

L-ispejjeż amministrattivi minbarra r-riżorsi umani u l-ispejjeż relatati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (CND) | 8.2.6 | e | 0.0215 | 0.0215 | 0.0215 | 0.0215 | 0.0215 | 0.0215 | 0.129 |

Total indikattiv tan-nefqa ta' l-azzjoni

TOTAL KE inkluża n-nefqa tar-riżorsi umani | 1.0709 | 1.0709 | 1.0709 | 1.0709 | 1.0709 | 1.1109 | 6.4654 |

TOTAL CP inkluża n-nefqa tar-riżorsi umani | 1.0709 | 1.0709 | 1.0709 | 1.0709 | 1.0709 | 1.1109 | 6.4654 |

Id-dettalji dwar il-finanzjament konġunt: M'hemmx finanzjament konġunt

€ Miljuni (sa 3 punti deċimali)

Il-korp tal-finanzjament konġunt | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | Total |

F |

TOTAL KE bil-finanzjament konġunt | a+c+d+e+f |

4.1.2 Il-kompatibilità mal-pjanijiet finanzjarji

X Il-proposta hija kompatibbli mal-pjanijiet finanzjarji eżistenti.

( Din il-proposta teħtieġ pjan ta’ l-intestaturi rilevanti tal-perspettivi finanzjarji.

( Din il-proposta tista’ titlob l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-ftehim interistituzzjonali[12] (dwar il-flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-perspettivi finanzjarji).

4.1.3 L-impatt finanzjarju fuq id-dħul

X Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul

( L-impatt finanzjarju - L-effett fuq id-dħul huwa kif ġej:

Nota: Id-dettalji u l-osservazzjonijiet kollha li għandhom x’jaqsmu mal-metodu li bih jiġi kkalkolat l-effett fuq id-dħul għandhom jintwerew f’anness separat.

€ miljuni (sa ċifra deċimali waħda)

Qabel azzjoni [Sena n-1] | Il-qagħda wara l-azzjoni |

Il-linja tal-baġit: | Id-dħul | [Is-Sena n] | [n+1] | [n+2] | [n+3] |

a) Id-dħul f’termini assoluti |

b) Il-bdil fid-dħul | ( |

(Jekk jogħġbok speċifika kull linja tad-dħul tal-baġit, u żid in-numru xieraq ta’ linji mat-tabella jekk hemm effett fuq aktar minn linja waħda tal-baġit.)

4.2. Ir-riżorsi umani bħala FTE (inklużi uffiċjali, impjegati temporanji u dawk esterni) – ara d-dettall taħt il-punt 8.2.1.

Il-ħtiġijiet annwali | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 |

Total tar-riżorsi umani fil-preżenti | 0.550 | 0.550 | 0.550 | 0.550 | 0.550 | 0.550 |

5. IL-KARATTERISTIĊI U L-GĦANIJIET

5.1 5.1 Implimentazzjoni meħtieġa fuq medda qasira jew twila ta’ żmien

L-għan ewlieni tal-ftehim il-ġdid ta’ Sħubija għas-Sajd (FPA) huwa li jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar għall-iżvilupp ta' politika ta' sajd sostenibbli u responsabbli fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar. L-elementi ewlenin tal-Protokoll il-ġdid huma:

- L-opportunitajiet ta’ sajd: 44 bastimenti bil-friża li jistadu għat-tonn bit-tartarun, 44 bastiment tas-sajd bil-konzijiet tal-wiċċ, jiġifieri 8 liċenzji aktar għas-sajd tat-tonn meta mqabbel mal-protokoll ta' qabel u 5 liċenzji tas-sajd demersali sperimentali, li kienu neqsin għal kollox mill-protokoll ta' qabel.

- Tunnellaġġ annwali ta’ referenza : 11.000 tunnellata ta' tonn (bil-possibbiltà ta' żieda għal 12 000 tunnellata mill-2007, jekk il-livell tal-qabdiet stipulat fl-2006 jeċċedi t-12 000 tunnellata).

- Kumpens finanzjarju annwali : € 990. 000 (€ 1.080.000 jekk ikun hemm żieda għal 12 000 tunnellata)

- Ħlas bil-quddiem u tariffi mħallsa mill-operaturi : € 35 (minflok l-€ 25 mħallsa qabel) għal kull tunnellata ta’ tonn. L-ammont tal-liċenzji għas-sajd demersali ser jiġi stipulat wara l-fażi sperimentali. Il-ħlasijiet bil-quddiem huma stabbiliti għal € 3920 fis-sena għal kull bastiment tat-tonn bit-tartarun ta' aktar minn 250TG u għal € 1680 għal kull bastiment tas-sajd bil-konzijiet tal-wiċċ ta' anqas minn 250 TG.

5.2 Il-valur miżjud ta’ l-involviment Komunitarju u l-koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħra kif ukoll is-sinerġija eventwali

Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-FPA il-ġdid, in-nuqqas ta’ intervent Komunitarju jagħti lok għall-arranġamenti privati li ma jkunux jiggarantixxu sajd sostenibbli. Il-Komunità hija wkoll tal-fiduċja li b’dan l-FPA, il-Madagaskar jikkoopera mal-Komunità f'fora reġjonali bħall-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn ta’ l-Atlantiku (IOTC) fil-ġlieda kontra s-sajd illegali u għal ġestjoni tajba ta' l-istokkijiet b'tendenza kbira li jpassu.

5.3. L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-ġestjoni skond l-attivitajiet (ABM)

In-negozjar u l-konklużjoni ta’ ftehimiet tas-sajd ma’ pajjiżi terzi jaqblu ma’ l-għan ġenerali li jinżammu u jitħarsu l-attivitajiet tas-sajd tradizzjonali tal-flotta Komunitarja, inkluża l-flotta li tistad f'ilmijiet imbegħda, u li jiġu żviluppati relazzjonijiet fi spirtu ta’ sħubija sabiex jissaħħaħ l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd 'il barra mill-ilmijiet tal-Komunità waqt li jitqiesu l-kwistjonijiet ambjentali, soċjali u ekonomiċi.

L-indikaturi li ġejjin se jintużaw fil-kuntest ta’ l-ABM sabiex tiġi assigurata l-kontinwità ta’ l-implimentazzjoni tal-ftehim:

( L-analiżi tar-rata ta’ użu ta' l-opportunitajiet ta' sajd ;

( Il-ġbir u l-analiżi ta’ l-informazzjoni dwar il-qabdiet u tal-valur kummerċjali tal-ftehim;

( Il-kontribut għall-impjiegi u għall-valur miżjud fil-Komunità;

( Il-kontribut għall-istabbilizzazzjoni tas-suq Komunitarju;

( Il-kontribut għall-għanijiet ġenerali tat-tnaqqis tal-faqar fil-Madagaskar li jinkludi l-kontribut għall-impjiegi u għall-iżvilupp ta’ l-infrastrutturi u l-appoġġ għall-baġit ta’ l-Istat;

( L-għadd ta’ laqgħat tekniċi u tal-Kummissjonijiet Konġunti;

5.4 Metodi għall-implimentazzjoni (indikattivi)

Indika hawn isfel il-metodu/i[13] ta’ l-implimentazzjoni magħżul/a.

X Ġestjoni ċentralizzata

X direttament mill-Kummissjoni

( indirettament

( Ġestjoni maqsuma jew deċentralizzata

( Ġestjoni flimkien ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (ippreċiża)

6. IL-KONTROLL U L-EVALWAZZJONI

6.1 Il-Proċeduri għall-kontroll

Il-Kummissjoni (DG FISH, b’kollaborazzjoni mad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni tal-KE fil-Madagaskar) se tassigura s-sorveljanza regolari ta’ l-implimentazzjoni ta’ din il-ftehim, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-użu mill-operaturi u ta’ l-informazzjoni dwar il-qabdiet.

6.2 L-evalwazzjoni

F’Marzu 2006, saret u ġiet iffinalizzata evalwazzjoni profonda tal-Protokoll attwalment fis-seħħ bl-għajnuna ta’ konsorzju ta’ konsulenti indipendenti sabiex jinbdew in-negozjati għal Protokoll ġdid.

6.2.1 L-evalwazzjoni ex-ante

L-elementi ewlenin ta' l-evalwazzjoni li jitfgħu dawl fuq l-użu ta' l-opportunitajiet ta' sajd li dejjem kien sodisfaċenti għall-bastimenti li jistadu għat-tonn bit-tartarun (83% fl-2004, 93% fl-2005 u 98% fl-2006) u għall-bastimenti bil-konzijiet tal-wiċċ (78% fl-2004, 85% fl-2005 u 100% fl-2006). Fir-rigward tat-tunnellaġġ maqbud ir-riżultati jvarjaw ħafna. Sa l-2001 kienu dejjem madwar 8000 tunnellata, iżda niżlu b'mod konsiderevoli fl-2003 u l-2004 biex laħqu biss xi mijiet ta' tunnellati. Din il-qagħda tirriżulta minn fenomini bijoloġiċi li għadhom ma jistgħux jiġu mfissra, u li ġabu magħhom konċentrazzjoni ta' riżorsi 'l barra mit-Tanżanija f'mument meta dawn kienu mistennija fil-Kanal tal-Mozambique. Fis-sena 2005 is-sitwazzjoni reġgħet marret għan-normal bil-qabdiet jaqbżu it-12 000 tunnellata fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar.

L-evalwazzjoni ex-ante tqis li l-konklużjoni ta' fethim ġdid tkun ta' vantaġġ għaż-żewġ Partijiet.

- Il-valur miżjud ta’ l-intervent Komunitarju:

Filwaqt li d-dħul mill-investiment għall-KE kien negattiv fl-2004 (qabdiet limitati), fl-2005 kien jikkonforma mal-livell ta' ftehimiet oħra għas-sajd tat-tonn, b' € 4.8 Miljuni ta' valur miżjud għall-benefiċċju tal-KE, li jfisser li għal kull euro investit kien hemm valur miżjud ta' € 5. Ir-riżultati ekonomiċi favur il-Madagaskar huma kalkolati li jlaħħqu € Miljun 2.2 fis-sena (kumpens finanzjarju, dħul mil-liċenzji u effetti ekonomiċi konsegwenzjali), kif ukoll € Miljun 5.4 fis-sena ta' valur miżjud mill-industrija tal-priserv.

Il-ftehim jippermetti ż-żamma ta' madwar 1100 impjieg fuq il-baħar u fuq l-art ta' ċittadini Komunitarji b'oriġini miż-żoni dipendenti mis-sajd. Il-ftehim tas-sajd jassigura parti sostanzjali mir-riżorsi tal-politika settorjali tas-sajd fil-Madagaskar.

- Ir-riskji u l-għażliet alternattivi:

It-twaqqif ta’ Protokoll tas-sajd iġib miegħu ċerti riskji, pereżempju: l-ammonti previsti għall-finanzjament tal-politika settorjali tas-sajd u l-ħlasijiet tas-sidien tal-bastimenti jistgħu ma jiġux allokati kif miftiehem (frodi), il-flotot barranin jistgħu jinjoraw il-liċenzji u kontrolli oħra. Biex jiġu evitati dawn ir-riskji, djalogu regolari huwa previst fir-rigward ta' l-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-politika settorjali, b'mod partikolari fil-qasam tal-kontroll u tas-sorvaljanza.

6.2.2 L-istima ex-ante tal-valur ekonomiku tal-ftehim u l-kumpens finanzjarju tal-Komunità

Il-ftehim joffri soluzzjoni tajba għall-ħtieġa min-naħa tas-sidien tal-bastimenti tal-Komunità li jkollhom opportunitajiet ta' sajd fuq riżorsi li jpassu lejn l-ilmijiet internazzjonali u taż-ŻEE tal-pajjiżi kostali, mingħajr ma wieħed jeħodilhom kopja. Iż-żona tas-sajd tal-Madagaskar hija importanti f'dan ir-rigward għall-inqas għal trimestru fis-sena Il-ftehim huwa meqjus li jikkorrispondi wkoll għall-bżonn tal-Madagaskar li jiġġenera dħul fil-munita tal-pajjiż li ġej minn riżorsi li l-pajjiż ma għandux il-mezzi li jutilizza.

Il-kumpens finanzjarju mogħti mill-Komunità fil-kuntest ta’ dan il-Ftehim il-ġdid ta’ Sħubija għas-sajd huwa l-ammont totali uniku stabbilit skond ammont finanzjarju totali annwali ta’ € 990 000 għall-Protokoll 2007/2012.

6.2.3 Il-miżuri li ttieħdu wara l-evalwazzjoni intermedjarja/ex-post (it-tagħlim miksub minn esperjenzi simili fl-imgħoddi)

It-tunnellaġġ ta' referenza jibqa' l-istess bil-possibiltà li jiżdied kemmxejn. Il-ħlas bil-quddiem tal-liċenzji tal-bastimenti l-kbar bil-konzijiet tal-wiċċ ġiet riveduta.

Id-djalogu li kien assenti waqt il-protokoll ta' qabel, ġie stabbilit ma' l-awtoritajiet tal-Madagaskar.

6.2.4 It-termini u l-frekwenza għall-evalwazzjoni fil-ġejjieni

Biex ix-xogħol ta' studju li ġie ffinalizzat f'Marzu 2006 jissokta (cf. punt 6.2) u biex jiġi assigurat sajd sostenibbli fir-reġjun, ser issir evalwazzjoni ta' l-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali qabel it-tiġdid ta' kull Protokoll. L-indikaturi elenkati fil-punt 5.3 se jintużaw biex issir evalwazzjoni ex post .

7. IL-MIŻURI KONTRA L-FRODI

L-UżU TAL-KUMPENS FINANZJARJU MħALLAS MILL-KOMUNITÀ FIL-QAFAS TAL-FTEHIM JAQA’ TAħT IR-RESPONSABBILTÀ UNIKA TA’ L-ISTAT TERZ SOVRAN IKKONċERNAT.

Il-Kummissjoni madankollu tintrabat li tipprova toħloq djalogu politiku permanenti u konsultazzjoni sabiex tkun tista’ ttejjeb il-ġestjoni tal-protokoll u ssaħħaħ il-kontribut tal-Komunità għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi.

Fil-każijiet kollha, kull ħlas li jsir mill-Kummissjoni fil-qafas ta’ Ftehim tas-sajd huwa suġġett għar-regoli u l-proċeduri baġitarji u finanzjarji normali tal-Kummissjoni. Dan jippermetti, b’mod partikolari, li jiġu identifikati b’mod sħiħ il-kontijiet bankarji ta’ l-Istati terzi li fihom jitħallsu l-ammonti tal-kumpens finanzjarju.

8. ID-DETTALJI TAR-RIŻORSI

8.1 L-għanijiet tal-proposta f’termini ta’ l-ispiża

L-approprjazzjonijiet ta’ l-impenn f’ € miljuni (sa 4 ċifri deċimali)

Azzjoni 1 |

Azzjoni 2…… |

2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 |

Uffiċjali jew aġenti temporanji[15] (11 01 01) | A*/AD | 0,2500 | 0,2500 | 0,2500 | 0,2500 | 0,2500 | 0,2500 |

B*, C*/AST | 0,3000 | 0,3000 | 0,3000 | 0,3000 | 0,3000 | 0,3000 |

Impjegati ffinanzjati[16] skond l-Art.11 01 02 |

Impjegati oħra ffinanzjati[17] skond l-Art. 11 01 04 04 |

TOTAL | 0.5500 | 0.5500 | 0.5500 | 0.5500 | 0.5500 | 0.5500 |

8.2.2 Id-deskrizzjoni tal-kompiti li jirriżultaw mill-azzjoni

- Għajnuna għan-negozjatur fil-preparazzjoni u l-konklużjoni tan-negozjati tal-ftehim tas-sajd:

- Il-parteċipazzjoni fin-negozjati mal-pajjiżi terzi sabiex jiġu konklużi ftehimiet tas-sajd;

- Il-preparazzjoni ta’ proġetti dwar ir-rapport ta’ l-evalwazzjoni u ta’ noti dwar l-istrateġija tan-negozjati għall-Kummissarju;

- Il-preżentazzjoni u d-difiża tal-pożizzjoni tal-Kummissjoni fil-Grupp ta’ ħidma “Sajd estern” tal-Kunsill;

- Il-parteċipazzjoni fis-sejbien ta’ kompromess ma’ l-Istati Membri msemmija fit-test finali tal-ftehim.

- Il-kontroll fuq l-implimentazzjoni ( monitoring ) tal-ftehimiet:

- Segwitu ta' kuljum tal-ftehimiet tas-sajd;

- Il-preparazzjoni u l-verifika ta' l-impenji u l-ħlas tal-kumpens finanzjarju u ta’ l-azzjonijiet li jridu jintlaħqu jew inkella tal-finanzjament għall-iżvilupp tas-sajd responsabbli;

- It-twettiq ta' rapport regolari dwar l-implimentazzjoni tal-ftehimiet;

- L-evalwazzjoni tal-ftehimiet: l-aspetti xjentifiċi u tekniċi

- Il-preparazzjoni tal-proġett għall-proposta tar-Regolament u tad-deċiżjoni tal-Kunsill u l-elaborazzjoni tat-testi tal-ftehimiet;

- Il-bidu u l-kontinwità tal-proċeduri ta’ l-adozzjoni.

- L-għajnuna teknika:

- Il-preparazzjoni tal-pożizzjoni tal-Kummissjoni fid-dawl tal-Kummissjoni Konġunta.

- Ir-relazzjonijiet interistituzzjonali

- Ir-rappreżentazzjoni tal-Kummissjoni quddiem il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Istati Membri fil-kuntest tal-proċess tan-negozjati;

- Il-kitba tat-tweġibiet għall-mistoqsijiet orali u bil-miktub tal-Parlament Ewropew;

- Il-konsultazzjoni u l-koordinazzjoni bejn is-servizzi

- L-assigurazzjoni tar-rabta mad-Direzzjonijiet Ġenerali l-oħra fi kwistjonijiet li jikkonċernaw in-negozjati u l-kontinwità tal-ftehimiet;

- L-organizzazzjoni u t-tweġibiet għall-konsultazzjonijiet bejn is-servizzi.

- L-evalwazzjoni

- Il-parteċipazzjoni fl-aġġornament ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-impatt;

- L-analiżi ta’ l-għanijiet milħuqa u l-indikaturi ta’ l-evalwazzjoni.

8.2.3 L-oriġini tar-riżorsi umani (statu torji)

(Fejn ikun iddikjarat aktar minn sors wieħed, indika l-għadd ta’ karigi li joriġinaw minn kull sors).

X Karigi attwalment allokati għall-ġestjoni tal-programm li ser jiġi sostitwit jew estiż

( Karigi allokati minn qabel fil-qafas ta' l-eżerċizzju ta’ l-APS/PDB għas-sena 2006

( Karigi li għandhom jintalbu fil-proċedura ta’ l-APS/PDB li jmiss

( Karigi li ser jiġu ristrutturati bl-użu ta’ riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ikkonċernat (ristrutturar intern)

( Karigi meħtieġa għas-sena n iżda mhux previsti fl-eżerċizzju ta’ l-APS/PDB ta’ l-eżerċizzju kkonċernat

8.2.4 8.2.4 Nefqiet oħra amministrattivi inklużi fl-ammont ta’ referenza

(11 01 04/05 – L-infiq fuq il-ġestjoni amministrattiva)

F'€

Il-linja tal-baġit: 11010404 (Nru. ta' l-intsetatura) | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | TOTAL |

1. L-għajnuna teknika u amministrattiva (inklużi l-ispejjeż relatati ma’ l-impjegati) |

L-aġenziji eżekuttivi[18] |

Għajnuna teknika u amministrattiva oħra |

- intra muros |

- extra muros (1)° | 40000 | 40000 |

Għajnuna teknika u amministrattiva oħra | 40000 | 40000 |

(1) studju ta’ evalwazzjoni ex-post tal-Protokoll fis-seħħ u ex-ante tal-Protokoll futur

8.2.5 L-ispejjeż tar-riżorsi umani u spejjeż relatati mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza

F'€

Tip ta’ riżorsi umani | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | TOTAL |

Uffiċjali u aġenti temporanji(11 01 01) | 59400 | 59400 | 59400 | 59400 | 59400 | 59400 | 356400 |

Staff iffinanzjat skond l-art. XX 01 02 (awżiljarji, END, staff bil-kuntratt, eċċ.) (indika l-linja tal-baġit) |

L-ispiża totali tar-riżorsi umani u spejjeż relatati MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | 59400 | 59400 | 59400 | 59400 | 59400 | 59400 | 356400 |

Kalkolu – L-Uffiċjali u l-aġenti kontrattwali

Għandha ssir referenza għall-punt 8.2.1 jekk ikun il-każ

- 1A = € 108.000*0.25 = € 27.000

1B = € 108.000*0.15 = € 16.200

1C = € 108.000*0.15 = € 16.200

Subtotal : € 59.400 (0.0594 miljun € fis-sena)

Total: 59.400 € fis-sena (0.0594 miljun € fis-sena)

Kalkolu – L-impjegati iffinanzjati skond l-Artikolu XX 01 02

Għandha ssir referenza għall-punt 8.2.1 jekk ikun il-każ

8.2.6 Nefqiet oħra amministrattivi mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza

F'€

2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | TOTAL |

11 01 02 11 01 – Missjonijiet | 20000 | 20000 | 20000 | 20000 | 20000 | 20000 | 120000 |

11 01 02 11 02 – Laqgħat u konferenzi | 1500 | 1500 | 1500 | 1500 | 1500 | 1500 | 9000 |

XX 01 02 11 03 – Kumitati[19] |

XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet |

XX 01 02 11 05 – Sistemi ta’ informazzjoni |

2. It-total ta’ nefqiet oħra ta’ ġestjoni (XX 01 02 11) |

3. Nefqiet oħra ta’ natura amministrattiva (ippreċiża billi tindika l-linja tal-baġit) |

It-total tan-nefqiet amministrattivi minbarra r-riżorsi umani u spejjeż relatati (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | 21500 | 21500 | 21500 | 21500 | 21500 | 21500 | 129000 |

Il-ħtiġijiet fir-riżorsi umani u amministrattivi jkunu koperti mill-fondi allokati lid-DĠ amministrattiva fil-qafas ta' l-allokazzjoni annwali.

[1] ĠU L 73, 15.3.2001, p.8.

[2] F'każ li l-qabdiet stipulati għas-sena 2006 jaqbżu 11000 tunnellata ta' tunnellaġġ ta' referenza, huwa miftiehem li dan it-tunnellaġġ ta' referenaza jiżdied għal 12000 tunnellata mill-1 ta' Jannar 2007. F'din l-eventwalità il-kumpens finanzjarju ikun ta' 780 000 euro, li miegħu għandu jiżdied l-ammont ta' 300 000 euro għall-implimentazzjoni ta' politika settorjali tas-sajd.

[3] Skond in-normi internazzjonali

[4] Minn dawn, mill-inqas 70 baħri mit-total tal-flotta Ewropea għandhom ikunu ġejjin mill-pajjiżi membri ta' l-IOTC.

[5] Ħassar fejn xieraq.

[6] Mill-01/01/07, din se tkun l-intestatura Nru 2 minflok l-intestatura Nru 4.

[7] Krediti mhux assoċjati

[8] Krediti assoċjati

[9] Infiq li ma jaqax taħt il-Kapitolu 11 01 tat-Titolu 11 ikkoċernat.

[10] Nefqiet relevanti għall-Artikolu 11 01 04 tat-Titolu 11.

[11] In-nefqiet relevanti għal Kapitolu 11 01, għajr l-Artikoli 11 01 04.

[12] Ara l-punti 19 u 24 tal-ftehim interistituzzjonali.

[13] Jekk jiġu indikati diversi metodi, jekk jogħġbok ippreċiża fil-parti “Rimarki” ta’ dan il-punt.

[14] Kif deskritt fil-parti 5.3.

[15] Li l-ispiża tagħhom MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza.

[16] Li l-ispiża tagħhom MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza.

[17] Li l-ispiża tagħhom hija inkluża fl-ammont ta’ referenza.

[18] Għandha ssir referenza għall-prospett leġiżlattiv, speċifikament l-aġenzija/l-aġenziji eżekuttiva(i) kkonċernata(i).

[19] Speċifika t-tip ta' kumitat kif ukoll il-grupp li għalih jappartjeni.