52007AP0191

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Mejju 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi (COM(2005)0671 - C6-0032/2006 - 2005/0278(CNS))

Official Journal 102 E , 24/04/2008 P. 0108 - 0108


P6_TA(2007)0191

Il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat- 22 ta' Mejju 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi (COM(2005)0671 — C6-0032/2006 — 2005/0278(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

- wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2005)0671) [1],

- wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skond liema artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0032/2006),

- wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

- wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 35 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

- wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0061/2007),

1. Japprova l-proposta mill-Kummissjoni kif emendata fid- 29 ta' Marzu 2007 [2];

2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3. Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4. Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta mill-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

[1] Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.

[2] Testi adottati, P6_TA(2007)0095.

--------------------------------------------------