52007AP0067

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Marzu 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-15 ta' Lulju 2002 dwar regoli komuni fil-kamp ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea (COM(2005)0579 - C6-0403/2006 - 2005/0228(COD))

Official Journal 301 E , 13/12/2007 P. 0103 - 0103


P6_TA(2007)0067

Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l- 14 ta' Marzu 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal- 15 ta' Lulju 2002 dwar regoli komuni fil-kamp ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas- Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea (COM(2005)0579 — C6-0403/2006 — 2005/0228(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

- wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0579) [1],

- wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 80(2) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0403/2006),

- wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

- wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0023/2007),

1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2. Huwa tal-fehma li l-ammont ta' riferenza indikat fil-proposta leġiżlattiva għandu jkun kompatibbli mal-limitu ta' fuq ta' intestatura 1a tal-qafas finanzjarju u mad-dispożizzjonijiet tal-punt 47 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas- 17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar iddixxiplina tal-baġit u amministrazzjoni finanzjarja tajba [2],

3. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tikkonsultah jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill- Kummissjoni.

[1] Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.

[2] ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

--------------------------------------------------