13.10.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

85


Karti mudell maħruġa mill-Ministeri ta' l-Affarijiet Barranin ta' l-Istati Membri lil membri akkreditati ta' missjonijiet diplomatiċi u rappreżentanzi diplomatiċi u membri tal-familja tagħhom, skond l-Artikolu 19(2) tar-Regolament Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment tal-persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera

(2006/C 247/05)

IL-BELĠJU

Carte d'identité diplomatique

Diplomatieke identiteitskaart

Diplomatischer Personalsausweis

Diplomatic Identity Card

Karta ta' l-identità diplomatika

Quddiem

Wara

Image

Image

Image

Carte d'identité consulaire

Consulaire identiteitskaart

Konsularer Personalsausweis

Consular Identity Card

Karta ta' l-Identità Konsulari

Front

Back

Image

Image

Image

Carte d'identité spéciale (bleue)

Bijzondere identiteitskaart (blauw)

Besonderer Personalsausweis (blau)

Special Identity Card (blue)

Karta ta' l-identità speċjali (kaħla)

Front

Back

Image

Image

Image

Carte d'identité spéciale (rouge)

Bijzondere identiteitskaart (rood)

Besonderer Personalsausweis (rot)

Special Identity Card (red)

Karta ta' l-identità speċjali (ħamra)

Front

Back

Image

Image

Image

Pièce d'identité pour enfant d'étranger privilégié

Identiteitsbewijs voor een kind van een bevoorrecht vreemdeling

Identitätsdokument für ein Kind eines bevorrechtigten Ausländers

Identity document for children of privileged foreigners (Dokument ta' l-identità għal ulied barranin privileġġati)

Front

Back

Image

Image

Image

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Karti ta' l-identità jinħarġu lil persuni privileġġati minn awotritajiet diplomatiċi jew konsulari u organizzazzjonijiet internazzjonali, u lil membri tal-familja tagħhom fir-Repubblika Ċeka. L-istatus tal-persuni privileġġati huwa indikat permezz ta' kodiċi fuq il-karta ta' l-Identità.

Jintużaw il-kodiċi li ġejjin:

Ambaxxati

STATUS

KODIĊI

staff diplomatiku

D

staff tekniku u amministrattiv

ATP

staff ta' servizz

SP

staff domestiku privat

SSO

Konsolati

STATUS

KODIĊI

staff konsulari

K

staff tekniku u amministrattiv

KZ

staff ta' servizz

SP/K

staff domestiku privat

SP/K

Konsolati Onorarji

STATUS

KODIĊI

konslu onorarju

HK

Organizzazzjonijiet internazzjonali fir-Repubblika Ċeka

STATUS

KODIĊI

staff meqjus bħala staff diplomatiku

MO/D

staff uffiċjali

MO

staff tekniku u amministrattiv

MO/ATP

Il-karta ta' l-identità hija karta llaminata fil-fojl (105 x 74 mm). Fuq quddiem il-karta jkollha r-ritratt tad-detentur u tindika ismu/isimha, in-nazzjonalità, id-data tat-twelid, is-sess, il-funzjoni u d-data ta' l-iskadenza tal-karta ta' l-identità. Fuq in-naħa ta' wara tagħha, il-karta ta' l-identità tindika li hija domukent uffiċjali u prova ta' l-identità, valida biss fir-Repubblika Ċeka.

Quddiem

Image

Wara

Image

Ta' min jinnota li din il-karta ta' l-identità ma tintitolax lid-detentur għal dħul fit-territorju tar-Repubblika Ċeka mingħajr viża, ladarba din il-karta ta' l-identità mhix prova tal-pussess ta' permess tar-residenza Ċek.

ID-DANIMARKA

Stikers:

L-istiker E (stiker roża/bajda)

Diplomatisk visering/Diplomatic Residence Permit/Permess ta' Residenza Diplomatiku – maħruġa lil diplomatiċi akkreditati u lil membri tal-familja tagħhom, u lil staff ta' organizzazzjonijiet internazzjonali ta' gradi ekwivalenti fid-Danimarka. Valida għal żjara u għal iktar minn dħul wieħed, sakemm l-individwu jibqa' akkreditat bħala diplomatiku f'Kopenħagen.

Image

Stiker F (stiker roża/bajda).

Opholdstilladelse/Residence Permit/Permess tar-Residenza — maħruġa lil staff tekniku/amministrattiv fl-uffiċju u lil membri tal-familja tagħhom, u lil staff mal-familja tad-diplomatiċi li jkollhom passaport ta' servizz mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin tal-pajjiż ta' l-oriġini. Maħruġa wkoll lil staff ta' organizzazzjonijiet internazzjonali ta' grad ekwivalenti fid-Danimarka. Valida għal żjara u għal aktar minn dħul wieħed, għal kemm idum l-impjieg.

Image

Stiker S (stiker roża/bajda)(flimkien ma' l-istiker E jew F).

Il-permess tar-residenza għal qraba fil-viċin li jakkumpanjaw jekk inkluża fil-passaport.

Image

Karti ta' l-identità

—   Karti Ħomor:

R-nr.

=

numru tal-karta ta' l-identità

D-nr.

=

in-numru ta' l-identità tad-diplomatiku

I-nr.

=

in-numru ta' l-identità ta' l-uffiċjali fl-ogħla grad ta' organizzazzjonijiet internazzjonali

Image

—   Karti ħodor:

G-nr.

=

numru tal-karta ta' l-identità

T-nr.

=

numru ta' l-identità ta' staff tekniku/amministrattiv ta' l-Ambaxxata

I-nr.

=

numru ta' l-identità ta' staff tekniku/amministrattiv ta' organizzazzjoni internazzjonali

Image

—   Karti bojod:

H-nr.

=

numru tal-karta ta' l-identità

L-nr.

=

numru ta' l-identità għal staff tal-lokal impjegat f'Ambaxxata

I-nr.

=

numru ta' l-identità għal staff lokali impjegat ma' organizzazzjonijiet internazzjonali

S-nr.

=

numru ta' l-identità għal staff ta' servizz (xufiera, staff mal-familja, eċċ.)

Image

Wieħed għandu jinnota li l-karti ta' l-identità maħruġa mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin lil diplomatiċi barranin, staff tekniku/amministrattiv, staff domestiku, eċċ., ma jintitolawx lid-detentur għal dħul mingħajr viża, ladarba dawn il-karti ta' l-identità ma humiex prova ta' pussess ta' permess tar-residenza Daniż.

IL-ĠERMANJA

1.

Il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin (Taqsima tal-Protokoll) joħroġ il-karti ta' l-identità li ġejjin lil staff diplomatiku meta dawn jintalbu.

(a)   Karti ta' l-identità diplomatiċi ħomor

Dawn il-karti ta' l-identità jinħarġu lil diplomatiċi u membri tal-familja li jgħixu fid-djar rispettivi tagħhom;

Image

(b)   Karti ta' l-identità koħol

Dawn il-karti ta' l-identità jinħarġu lil staff tekniku u amministrattiv u lil staff tad-dipartiment f'missjonijiet diplomatiċi u lil membri tal-familja li jgħixu fid-djar rispettivi tagħhom;

Image

(c)   Karti ta' l-identità ħodor

Dawn il-karti ta' l-identità jinħarġu lil staff domestiku privat impjegat f'missjonijiet diplomatiċi, jekk ma jkollhomx residenza permanenti fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Image

(d)   Karti ta' l-identità sofor

Dawn il-karti ta' l-identità jinħarġu lil staff impjegat ma' missjonijiet diplomatiċi li għandhom residenza permanenti fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u lil membri tal-familja fid-djar rispettivi tagħhom, jekk ma jkollhomx ċittadinanza Ġermaniża skond it-tifsira tal-Liġi Bażika (Grundgesetz). Karti ta' l-identità sofor jinħarġu wkoll lil persuni li jidħlu fir-Repubblika Federali tal-Ġermnaja fil-pussess ta' viża valida f'missjoni diplomatika u li ma humiex akkreditati mill-gvern tagħhom;

Image

2.

Il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin (Taqsima tal-Protokoll) joħroġ dawn id-dokumenti wkoll meta jintalbu:

(a)   Karti ta' l-identità roża

Dawn il-karti ta' l-identità jinħarġu lil staff mhux privileġġat ta' rappreżentazzjoni tal-kummerċ tal-Federazzjoni Russa u ta' dipartimenti tal-kummerċ ta' l-ambaxxata Ċeka u Slovakka kif ukoll lil membri tal-familji tad-djar rispettivi tagħhom.

Image

(b)   Karti ta' l-identità speċjali ħomor skuri

Dawn il-karti ta' l-identità jinħarġu lil impjegati barranin ta' rappreżentanzi ta' organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet internazzjonali u supranazzjonali, kif ukoll ta' organizzazzjonijet intergovernattivi, impjegati b'mod permanenti fil-Ġermanja u lil membri tal-familja li jagħmlu parti mid-djar rispettivi tagħhom li għandhom ċittadinanza barranija.

Image

3.

L-awtoritajiet kompetenti fuq il-livell ta' Länder joħorġu d-dokumenti li ġejjin meta jintalbu:

(a)   Karti ta' l-identità bojod

Dawn il-karti ta' l-identità jinħarġu lil staff ta' entitajiet konsulari, lil staff konsulari u lil membri tal-familja li jagħmlu parti mid-djar rispettivi tagħhom;

Image

(b)   Karti ta' l-identità griżi

Dawn il-karti ta' l-identità jinħarġu lil impjegati oħrajn u membri tal-familja li jagħmlu parti mid-djar rispettivi tagħhom;

Image

(c)   Karti ta' l-identita' b'linji ħodor

Dawn il-karti ta' l-identità jinħarġu lil uffiċjali konsulari onorarji;

Image

(d)   Karti ta' l-identità sofor

Dawn il-karti ta' l-identità huma intenzjonati għal rappreżentanzi konsulari (staff mil-lokal) li għandhom residenza permanenti fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u lil membri tal-familja li jagħmlu parti mid-djar rispettivi tagħhom, jekk dawn il-persuni ma jkollhomx ċittadinanza Ġermaniża skond it-tifsira tal-Liġi Bażika (Grundgesetz);

Image

(e)   Karti ta' l-identità ħodor

Dawn il-karti ta' l-identità jinħarġu lil staff domestiku privat ta' uffiċjali konsulari akkreditati, jekk ma jkollhomx residenza permanenti fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Image

Billi l-kategoriji ta' persuni msemmija hawn fuq ma għandhomx residenza permanenti fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, sabiex jidħlu fit-territorju Ġermaniż għandhom ikunu fil-pussess ta' permess tar-residenza validu fis-sura ta' viża li tawtorizzahom biss li jaħdmu għal uffiċjali konsulari uffiċjali. Permess tar-residenza jinħareġ biss fuq din il-bażi u għal tul ta' żmien ta' sena waħda. Tista' tiġi estiża bosta drabi, iżda ma tistax tiżboq it-tul ta' żmien ta' l-inkarigu ta' min iħaddem. Meta l-permess tar-residenza jiskadi, l-impjegat domestiku privat għandu jitlaq mill-pajjiż u ma jistax jibdel l-impjieg mingħajr ma jippreżenta talba ġdida barra mill-Ġermanja.

Permessi tar-residenza ġodda fis-sura ta' karti (fis-sura ta' karta ta' l-identità) maħruġin mill-Ministeru ta' l-Affarijet Barranin:

Diplomatenausweis (karti ta' l-identità diplomatiċi) u – Diplomatenausweis Art. 38 WÜD (karti ta' l-identità diplomatiċi skond l-Artikolu 38 tal-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi)

Dawn id-dokumenti huma ekwivalenti għall-pass diplomatiku aħmar preċedenti u li juri l-ittra “D” fuq in-naħa ta' wara.

Protokollausweis für Verwaltungspersonal (pass tal-protokoll għal staff amminstrattiv)

Dan id-dokument huwa ekwivalenti għall-pass ikħal preċedenti għal membri ssekondati ta' l-istaff amministrattiv u tekniku tal-missjonijiet u li juri l-ittri “VB” fuq in-naħa ta' wara.

Protokollausweis für dienstliches Hauspersonal (pass tal-protokoll għal staff ta' servizz)

Dan id-dokument huwa ekwivalenti għall-pass ikħal preċedenti għal membri ssekondati tas-servizz tal-missjonijiet u li juri l-ittri “DP” fuq in-naħa ta' wara.

Protokollausweis für Ortskräfte (pass tal-protokoll għal staff lokali)

Dan id-dokument huwa ekwivalenti għall-pass isfar preċedenti għal impjegati tal-missjonijiet u li juri l-ittri “OK” fuq in-naħa ta' wara.

Protokollausweis für privates Hauspersonal (pass tal-protokoll għal staff domestiku privat)

Dan id-dokument huwa ekwivalenti għall-pass aħdar preċedenti għal membri ssekondati tal-missjonijiet u li juri l-ittri “PP” fuq in-naħa ta' wara.

Sonderausweis für Mitarbeiter internationaler Organisationen (Karta speċjali maħruġa lil membri ta' l-istaff ta' organizzazzjonijiet internazzjonali)

Dan id-dokument huwa ekwivalenti għall-pass aħmar skur preċedenti għal staff ta' organizzazzjonijiet internazzjonali u li juri l-ittri “IO” fuq in-naħa ta' wara.

Il-privileġġi rispettivi huma indikati fuq in-naħa ta' wara tal-pass.

L-ESTONJA

Karti diplomatiċi u ta' servizz

1)

lil uffiċjali diplomatiċi u konsulari u lil membri tal-familja tagħhom – IKĦAL:

Kategorija A – Kap tal-Missjoni,

Kategorija B – Membri ta' l-istaff diplomatiku,

Image

2)

lil membri ta' istaff amministrattiv u tekniku u 'l familji tagħhom – AĦMAR:

Kategorija C – Membri ta' l-istaff amministrattiv u tekniku

Image

3)

lil membri ta' l-istaff tas-servizz, sefturi privati u l-membri tal-familja tagħhom u lil impjegati lokali – AĦDAR:

Kategorija D – Membri ta' l-istaff tas-servizz; Kategorija E – Sefturi privati; Kategorija F – Impjegati lokali (Ċittadini jew residenti Estonjani)

Image Image

4)

lil uffiċjali konsulari ta' pajjiżi barranin fir-Repubblika ta' l-Estonja - GRIŻA:

Kategorija HC – Uffiċjali konsulari onorarji.

Image

It-tagħrif fuq in-naħa ta' quddiem tal-karta diplomatika u ta' servizz huwa kif ġej:

it-titolu tal-karta (karta diplomatika jew ta' servizz)

isem id-detentur

data tat-twelid

ritratt

firma

timbru tad-Dipartiment tal-Protokoll.

In-naħa ta' wara tindika t-tagħrif li ġej:

l-awtorità li toħroġha (il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin)

l-isem ta' l-ambaxxata

il-kariga tad-detentur

il-grad ta' immunità

id-data tal-ħruġ

valida sa

numru tas-serje

Karatteristiċi ġenerali tal-karti kollha maħruġa mill-Estonja:

 

Il-karta hija llaminata f'fojl tal-plastik. Ir-ritratt u l-firma huma skannjati fuq in-naħa ta' quddiem. Il-marka ta' l-arma nazzjonali tidher fuq in-naħa ta' wara.

 

Membri tal-familja huma d-dipendenti li ġejjin ta' diplomatiku u li jagħmlu parti mill-istess dar tiegħu/tagħha:

1.

konjuġi;

2.

wild mhux miżżewweġ/miżżewġa ta' mhux iktar minn 21 sena;

3.

wild mhux miżżewweġ/miżżewġa ta' mhux iktar minn 23 sena, li jistudja/tistudja f'istituzzjoni ta' edukazzjoni ogħla;

4.

membru tal-familja ieħor f'każi speċjali.

karta diplomatika u ta' servizz ma jinħarġux jekk il-perjodu ta' l-inkarigu jkun iqsar minn sitt (6) xhur.

IL-GREĊJA

1.   Staff diplomatiku

Image

2.   Staff amministrattiv u tekniku tal-missjonijiet diplomatiċi

Image

3.   Staff ta' servizz

Image

4.   Uffiċjali konsulari

Image

5.   Impjegati konsulari

Image

6.   Uffiċjali konsulari onorarji

Image

7.   Staff ta' organizzazzjonijiet internazzjonali

Image

SPANJA

Pass 1 (aħmar)

Pass speċjali bl-iskrizzjoni li ġejja

“Cuerpo Diplomático”

“Entitajiet Diplomatiċi”

“Embajador”

“Ambaxxatur”

“Documento de Identidad”

“Dokument ta' l-Identità”

maħruġ mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin lill-ambaxxaturi akkreditati għar-Renju ta' Spanja.

Image

Pass 2 u 3 (ħomor)

Pass speċjali bl-iskrizzjoni li ġejja

“Cuerpo Diplomático”

“Entitajiet Diplomatiċi”

“Documento de Identidad”

“Dokument ta' l-Identità”

maħruġin mill-ministeru ta' l-Affarijiet Barranin lil staff akkreditat lill-missjonijiet diplomatiċi kollha li għandhom l-istatus diplomatiku.

Image

L-indikazzjoni “F” hija inkluża fuq il-pass tal-konjuġi u ta' l-ulied ta' bejn it-12 u t-23 sena.

Image

Pass 4 u 5 (sofor)

Pass speċjali bl-iskrizzjoni li ġejja

“Misiones Diplomáticas”

“Missjonijiet Diplomatiċi”

“Personal administrativo y técnico”

“Staff Tekniku u Amministrattiv”

“Documento de Identidad”

“Dokument ta' l-Identità”

maħruġin mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin lil uffiċjali amministrattivi fil-missjonijiet diplomatiċi akkreditati kollha, bl-esklużjoni ta' ċittadini Spanjoli u residenti ordinarji.

Image

L-indikazzjoni “F” hija inkluża fuq il-pass tal-konjuġi u ta' l-ulied ta' bejn it-12 u t-23 sena.

Image

Pass 6 u 7 (ħomor)

Pass speċjali bl-iskrizzjoni li ġejja

“Tarjeta de Identidad”

“Dokument ta' l-Identità”

maħruġin mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin lil staff akkreditat b'ċerti provileġġi fl-Uffiċċju tal-Missjoni Ġenerali Palestinjana.

Image

L-indikazzjoni “F” hija inkluża fuq il-pass tal-konjuġi u ta' l-ulied ta' bejn it-12 u t-23 sena.

Image

Pass 8 u 9 (ħomor)

Pass speċjali bl-iskrizzjoni li ġejja

“Tarjeta Diplomática de Identidad”

“Pass ta' Identità Diplomatiku”

maħruġin mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin lil staff li jkollhom l-istatus diplomatiku fl-Uffiċju tal-Lega tal-Pajjiżi Għarab.

Image

L-indikazzjoni “F”hija inkluża fuq il-pass tal-konjuġi u ta' l-ulied ta' bejn it-12 u t-23 sena.

Image

Pass 10 u 11 (ħomor)

Pass speċjali bl-iskrizzjoni li ġejja

“Organismos Internacionales”

“Organizzazzjonijiet Internazzjonali”

“Estatuto Diplomático”

“Status Diplomatiku”

“Documento de Identidad”

“Dokument ta' l-Identità”

maħruġin mill-ministeru ta' l-Affarijiet Barranin lil staff li għandhom l-istatus diplomatiku akkreditati ma' organizzazzjonijiet internazzjonali.

Image

L-indikazzjoni “F” hija inkluża fuq il-pass tal-konjuġi u ta' l-ulied ta' bejn it-12 u t-23 sena.

Image

Pass 12 u 13 (koħol)

Pass speċjali bl-iskrizzjoni li ġejja

“Organismos Internacionales”

“Organizzazzjonijiet Internazzjonali”

“Personal administrativo y técnico”

“Staff Tekniku u Amministrattiv”

“Documento de Identidad”

“Dokument ta' l-Identità”

maħruġin mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin lil uffiċjali amministrattiv akkreditati ma' organizzazzjonijiet internazzjonali.

Image

L-indikazzjoni “F” hija inkluża fuq il-pass tal-konjuġi u ta' l-ulied ta' bejn it-12 u t-23 sena.

Image

Pass 14 u 15 (ħodor)

Pass speċjali bl-iskrizzjoni li ġejja

“Funcionario Consular de Carrera”

“Uffiċjal Konsulari ta' Karriera”

“Documento de Identidad”

“Dokument ta' l-Identità”

maħruġin mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin lil uffiċjali konsulari fil-karriera akkreditati fi Spanja.

Image

L-indikazzjoni “F” hija inkluża fuq il-pass tal-konjuġi u ta' l-ulied ta' bejn it-12 u t-23 sena.

Image

Pass 16 u 17 (ħodor)

Pass speċjali bl-iskrizzjoni li ġejja

“Empleado consular”

“Impjegat Konsulari”

“Expedido a favor de …”

“maħruġ lil ...”

“Documento de Identidad”

“Dokument ta' l-Identità”

maħruġin mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin lil uffiċjali konsulari amministrattivi akkreditati fi Spanja.

Image

L-indikazzjoni “F” hija inkluża fuq il-pass tal-konjuġi u ta' l-ulied ta' bejn it-12 u t-23 sena.

Image

Pass 18 u 19 (griżi)

Pass speċjali bl-iskrizzjoni li ġejja

“Personal de Servicio”

“Staff ta' Servizz”

“Misiones Diplomáticas, Oficinas Consulares y Organismos Internacionales”

“Missjonijiet Diplomatiċi, Uffiċċji Konsulari u Organizzazzjonijiet Internazzjonali”

“Expedido a favor de …”

“maħruġ lil ...”

“Documento de Identidad”

“Dokument ta' l-Identità”

maħruġin mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin lil staff ta' servizz f'missjonijiet diplomatiċi, uffiċċji konsulari u organizzazzjonijiet konsulari u staff fil-karriera diplomatika jew konsulari (staff domestiku privat).

Image

L-indikazzjoni “F” hija inkluża fuq il-pass tal-konjuġi u ta' l-ulied ta' bejn it-12 u t-23 sena.

Image

KARATTERISTIĊI ĠENERALI

1.

Dokumenti 1 sa 15:

Qoxra iebsa (b'effett ta' imitazzjoni tal-ġilda) b'taqsima li tintlewa fi tlieta għall-estensjonijiet.

Fuq quddiem l-arma ta' Spanja qiegħda fuq in-naħa ta' fuq u l-iskrizzjonijiet varji, li huma mnaqqxa bid-deheb, qegħdin fin-nofs u lejn in-naħa ta' isfel.

Id-daqs normali ta' l-arma huwa ta' 25 x 25 mm, ħlief għal dokumenti 4, 5, 12 u13, fejn id-daqs huwa ta' 17 x 17 mm.

Dawn id-dokumenti jinħarġu b'mod manwali u jimtlew b'kitba bl-id. Ir-ritratt tad-detentur jitwaħħal ġewwa u juri t-timbru tad-Dirección General de Protocolo (Direttorat Ġenerali għall-Protokoll) f'rokna minnhom.

Id-dokumenti huma validi għal sentejn jew tliet snin (miktub fuq id-dokument) u jistgħu jiġu estiżi kull sena sa tliet darbiet wara l-ewwel data ta' skadenza.

Ma hemm l-ebda karatteristika ta' sigurtà speċjali.

Id-daqsijiet tad-dokumenti:

 

Dokumenti 1 sa 5 u 7 sa 15 huma ta' 115 x 77 mm.

Dawn jistgħu jinħarġu lil minorenni ta' taħt l-età ta' 12-il sena li jkollhom passaport individwali.

2.

Dokumenti 16 sa 19:

Karta, mitwija min-nofs, b'total ta' 4 taqsimiet.

In-naħa ta' quddiem iġġib l-arma Spanjola (17 x 17 mm) bit-test ipprintjat taħt. Isem id-detentur ikun fuq linja bit-tikek. Il-kitba kollha tinkiteb b'linka sewda.

Dawn id-dokumenti jinħarġu b'mod manwali u jew jimtlew b'kitba bl-id jew ittajpjata. Ir-ritratt tad-detentur jitwaħħal ġewwa u juri t-timbru tad-Dirección General de Protocolo (Direttorat Ġenerali għall-Protokoll).

Id-dokumenti huma validi għal sentejn (ipprintjat fuq id-dokument) u jistgħu jiġu estiżi kull sena mhux iktar minn darbtejn.

Jitħalla spazju fuq wara riżervat għal estensjonijiet.

Id-dokumenti 18 u 19 jinħarġu kemm lil staff domestiku kif ukoll lil staff ta' servizz. L-istatus tad-detentur huwa indikat fuq in-naħa tax-xellug tal-paġna ta' ġewwa.

Id-daqsijiet tad-dokumenti:

 

Dokumenti 16 sa 19 huma ta' 115 x 75 mm.

FRANZA

bajda

Image

oranġjo

Image

bajda

Image

Kaħla

Image

ħadra

Image

ħadra

Image

beige

Image

griża

Image

griża

Image

Griża fl-ikħal

Image

L-ITALJA

Karta ta' l-Identità Nru 1

Karta ta' l-identità – entitajiet diplomatiċi

Din hija l-karta ta' l-identità maħruġa mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin (Taqsima tal-Protokoll) lil membri ta' l-entitajiet diplomatiċi.

Din il-karta ta' l-identità, li turi r-ritratt tad-detentur u l-validità fuq in-naħa ta' wara tagħha, hija dokument li jipprovdi identifikazzjoni fis-sitwazzjonijiet kollha stipulati bil-liġi u teżenta lid-detentur mir-reġistrazzjoni tar-residenza obbligatorja ma' l-awtoritajiet.

Image

Karta ta' l-Identità Nru 2

Karta ta' l-identità – organizzazzjonijiet internazzjonali u missjonijiet barranin speċjali

Din hija l-karta ta' l-identità maħruġa mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin (Taqsima tal-Protokoll) lil staff ta' organizzazzjonijiet internazzjonali u lil missjonijiet barranin speċjali.

Din il-karta ta' l-identità, li turi r-ritratt tad-dententur u l-validità fuq in-naħa ta' wara tagħha, tkopri t-tul taż-żmien ta' l-inkarigu u tinħareġ għal perjodu massimu ta' ħames snin; hija dokument li jipprovdi identifikazzjoni fis-sitwazzjonijet kollha stipulati bil-liġi u teżenta lid-detentur mir-reġistrazzjoni obbligatorja tar-residenza ma' l-awtoritajiet.

Image

Karta ta' l-Identità Nru 3

Karta ta' l-identità – rappreżentanzi diplomatiċi

Din hija l-karta ta' l-identità maħruġa mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin (Taqsima tal-Protokoll) lil membri ta' rappreżentanzi diplomatiċi.

Din il-karta ta' l-identità, li turi r-ritratt tad-dententur u l-validità fuq in-naħa ta' wara tagħha, tkopri t-tul taż-żmien ta' l-inkarigu u tinħareġ għal perjodu massimu ta' sentejn; hija dokument li jipprovdi identifikazzjoni fis-sitwazzjonijet kollha stipulati bil-liġi u teżenta lid-detentur mir-reġistrazzjoni obbligatorja tar-residenza ma' l-awtoritajiet.

Image

Karta ta' l-Identità Nru 4

Karta ta' l-identità – entitajiet konsulari

Din hija l-karta ta' l-identità maħruġa mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin (Taqsima tal-Protokoll) lil membri ta' l-entitajiet konsulari.

Din il-karta ta' l-identità, li turi r-ritratt tad-dententur u l-validità fuq in-naħa ta' wara tagħha, tkopri t-tul taż-żmien ta' l-inkarigu u tinħareġ għal perjodu massimu ta' ħames snin; hija dokument li jipprovdi identifikazzjoni fis-sitwazzjonijet kollha stipulati bil-liġi u teżenta lid-detentur mir-reġistrazzjoni obbligatorja tar-residenza ma' l-awtoritajiet.

Image

Karta ta' l-Identità Nru 5

Karta ta' l-identità – Konsolati (staff konsulari)

Din hija l-karta ta' l-identità maħruġa mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin (Taqsima tal-Protokoll) lil staff ta'konsolati barra mill-pajjiż.

Din il-karta ta' l-identità, li turi r-ritratt tal-pussessur u l-validità fuq in-naħa ta' wara tagħha, hija dokument li tipprovdi identifikazzjoni fis-sitwazzjonijiet kollha stipulati bil-liġi u teżenta lid-detentur mir-reġistrazzjoni tar-residenza obbligatorja ma' l-awtoritajiet.

Image

Carta d'identità M.A.E.

(Karta ta' l-identità maħruġa mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin)

Mod. 1 (blu) Corpo diplomatico accreditato e consorti titolari di passaporto diplomatico

(Mudell 1 (ikħal) Membri akkreditati ta' l-entitajiet diplomatiċi u l-konjuġi tagħhom li jkollhom passaport diplomatiku)

Mod. 2 (verde) Corpo consolare titolare di passaporto diplomatico

(Mudell 2 (aħdar) Membri ta' l-entitajiet konsulari li jkollhom passaport diplomatiku)

Mod. 3 (arancione) Funzionari II FAO titolari di passaporto diplomatico, di servizio o ordinario

(Mudell 3 (oranġjo) Kategorija II uffiċjali ta' l-FAO li jkollhom passaport diplomatiku, ta' servizz jew ordinarju)

Mod. 4 (arancione) Impiegati tecnico-amministrativi presso Rappresentanze diplomatiche titolari di passaporto di servizio

(Mudell 4 (oranġjo) Staff tekniku u amministrattiv ta' rappreżentanzi diplomatiċi li jkollhom passaport ta' servizz)

Mod. 5 (arancione) Impiegati consolari titolari di passaporto di servizio

(Mudell 5 (oranġjo) Staff konsulari li jkollhom passaport ta' servizz)

Mod. 7 (grigio) Personale di servizio presso Rappresentanze diplomatiche titolare di passaporto di servizio

(Mudell 7 (griża) Staff domestiku ta' rappreżentanzi diplomatiċi li jkollhom passaport ta' servizz)

Mod. 8 (grigio) Personale di servizio presso Rappresentanze Consolari titolare di passaporto di servizio

(Mudell 8 (griża) Staff domestiku ta' rappreżentanzi diplomatiċi li jkollhom passaport ta' servizz)

Mod. 11 (beige) Funzionari delle Organizzazioni internazionali, Consoli Onorari, impiegati locali, personale di servizio assunto all'estero e venuto al seguito, familiari Corpo Diplomatico e Organizzazioni Internazionali titolari di passaporto ordinario

Mudell 11 (beige) Uffiċjali ta' organizzazzjonijiet uffiċjali, konsli onorarji, impjegati lokali, staff domestiku impjegat barra mill-pajjiż u li segwew lil min iħaddimhom, familji ta' membri ta' l-entitajiet diplomatiċi u organizzazzjonijiet li jkollhom passaprt ordinarju)

NB: Il-Mudelli 6 (oranġjo) u 9 (ħadra) għal, rispettivament, staff ta' organizzazzjonijiet internazzjonali li ma għandhom l-ebda immunità u għal konsli onorarji barranin, m'għadhomx jinħarġu u nbidlu bil-kampjun 11. Madankollu, dawn id-dokumenti jibqgħu validi sad-data ta' skadenza mniżżla fuqhom.

ĊIPRU

Image

Il-Karta ta' l-Identità għal Membri ta' l-Entitajiet Diplomatiċi ta' Ċipru tinħareġ lil diplomatiċi u lil membri tal-familja tagħhom, hija mitwija min-nofs (l-ittri fuq in-naħa ta' ġewwa), il-kulur tagħha huwa ikħal skur u d-daqs huwa ta' 11ċm x 14,5ċm. In-naħa ta' wara tad-dokument huwa ta' kulur ikħal skur.

Image

Il-Karta ta' l-Identità għal Membri ta' Missjonijiet Barranin Oħrajn f'Ċipru tinħareġ lill-istaff tal-Ġnus Magħquda f'Ċipru u lill-familji tagħhom, hija mitwija min-nofs (in-naħa ta' quddiem tidher fil-parti ta' fuq tal-grafika ppreżentata u n-naħa ta' wara tidher fil-parti ta' isfel), il-kulur tagħha huwa aħdar ċar u d-daqs hu ta' 20,5 ċm x 8 ċm.

Image

Il-Karta ta' l-Identità għal Membri ta' Missjonijiet Barranin Oħrajn f'Ċipru tinħareġ lill-istaff tekniku amministrattiv ta' missjonijiet diplomatiċi barranin f'Ċipru u lill-familji tagħhom, hija mitwija min-nofs (in-naħa ta' quddiem tidher fil-parti ta' fuq tal-grafika ppreżentata u n-naħa ta' wara tidher fil-parti ta' isfel), il-kulur tagħha huwa ikħal ċar u d-daqs hu ta' 20,5 ċm x 8 ċm.

I L-LATVJA

1.   Karta ta' identifikazzjoni għal ambaxxatur

In-naħa ta' quddiem

In-naħa ta' wara

Image

Skond il-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi (18 ta' April 1961) din il-karta tinkludi l-privileġġi u l-immunitajiet kollha.

2.   Karta ta' identifikazzjoni għaxl xufier

In-naħa ta' quddiem

In-naħa ta' wara

Image

Skond il-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi (18 ta' April 1961), l-Artikolu 37(3), din il-karta tinkludi privileġġi u immunitajiet parzjali pprovduti lil staff ta' servizz ta' l-ambaxxata.

3.   Karta ta' l-identifikazzjoni għal konslu ġenerali

In-naħa ta' quddiem

In-naħa ta' wara

Image

Skond il-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi (18 ta' April 1961) din il-karta tinkludi l-privileġġi u l-immunitajiet kollha.

4.   Karta ta' l-identifikazzjoni għal konslu ġenerali onorarju

In-naħa ta' quddiem

In-naħa ta' wara

Image

Din il-karta tinkludi l-privileġġi u l-immunitajiet li ġejjin: l-immunita ġuridika; id-dritt li jsir kuntatt ma' ċittadini tal-pajjiż irrappreżentat; id-dritt għal kuntatt ma' istituzzjonijiet tal-pajjiż, skond il-liġi tal-pajjiż tar-residenza; id-dritt li jinġabru miżati skond il-liġi tal-pajjiż irrapreżentat u tal-pajjiż tar-residenza. Barra minn hekk, il-prodotti impurtati għall-ħtiġijiet ta' l-istituzzjoni konsulari għandhom ikunu eżentati mid-dazju u l-bini ta' l-istituzzjoni konsulari għandu jkun mingħajr dazju.

5.   Karta ta' identifikazzjoni għal sefturi domestiċi

In-naħa ta' quddiem

In-naħa ta' wara

Image

Skond il-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi (18 ta' April 1961), l-Artikolu 37(4), din il-karta tinkludi privileġġi u immunitajiet parzjali pprovduti lil staff ta' servizz ta' ambaxxati.

6.   Karta ta' identifikazzjoni għal segretarju

Quddiem

Wara

Image

Skond il-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi (18 ta' April 1961), l-Artikolu 37(2), din il-karta tinkludi privileġġi u immunitajiet parzjali pprvduti lil impjegati amministrattivi u tekniċi.

7.   Karta ta' identifikazzjoni għal kap (organizzazzjonijiet internazzjonali)

In-naħa ta' quddiem

In-naħa ta' wara

Image

Din il-karta tinkludi l-privileġġi u l-immunitajiet kollha skond il-ftehim bejn ir-Repubblika tal-Latvja u l-organizzazzjonij internazzjonali xierqa.

IL-LITWANJA

Image

Image

IL-LUSSEMBURGU

Image

Image

Image

Image

Image

Image

L-UNGERIJA

Il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin joħroġ il-karti ta' l-identità li ġejjin lill-membri ta' l-istaff ta' rappreżentanzi barranin. Il-faxxa mlewna f'nofs il-karta ta' l-identità tindika l-kategoriji differenti:

(a)   Faxxa kaħla

Dawn il-karti ta' l-identità jinħarġu lil diplomatiċi u lill-familji u lil uffiċjali ta' organizzazzjonijiet internazzjonali fi grad diplomatiku u lill-familji tagħhom.

Image

(b)   Faxxa ħadra

Dawn il-karti ta' l-identità jinħarġu lil staff tekniku u amministrattiv tal-missjonijiet diplomatiċi u lill-membri tal-familji tagħhom u lil uffiċjali ta' organizzazzjonijiet fi grad tekniku u amministrattiv u lil membri tal-familja tagħhom.

Image

(c)   Faxxa roża

Dawn il-karti ta' l-identità jinħarġu lil rappreżentanzi konsulari u lil membri tal-familja tagħhom.

Image

(d)   Faxxa ħadra

Dawn il-karti ta' l-identità jinħarġu lil membri ta' l-istaff ta' servizz ta' missjonijiet diplomatiċi jew konsulari jew lil rappreżentanzi ta' organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-familji tagħhom

Image

(e)   Faxxa ħadra ċara

Dawn il-karti ta' l-identità jinħarġu lil membri ta' rappreżentanzi ta' pajjiżi barranin u lil organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-familji tagħhom, u jiċċertifikaw privileġġi u immunitajiet diplomatiċi limitati

Image

It-tagħrif fuq in-naħa ta' quddiem tal-karta ta' l-identità huwa kif ġej:

Isem

Rappreżentanza

Grad

Numru tas-Serje

Validità

Ritratt

In-naħa ta' wara ġġib it-tagħrif li ġej:

Karta ta' l-identità

Data tat-twelid

Indirizz

Noti:

1.

Noti dwar l-immunità

2.

Data tal-bidu tas-servizz

Spażju għall-kodiċi BAR (Għadu ma ntuża l-ebda kodiċi BAR.)

Numru ta' identifikazzjoni fir-reġistru tat-tagħrif

Karatteristiċi ġenerali tal-karta:

Id-dokument huwa llaminat fil-fojl (wieħed jista' jara stampa tal-fojl hawn taħt). Il-fojl ma jistax jgħaddi ilma minnu, ma jistax jiġi mmodifikat mingħajr ma jsirilu dannu u għandu l-karatteristiċi ta' sigurtà li ġejjin: kuntenut uv, protezzjoni mikro-ittra, karta mmetalizzata.

Image

MALTA

Image

Image

Image

Image

Image

L-applikazzjoni għall-karta ta' l-identità għandhom isiru permezz ta' Nota Verbali lill-Uffiċju tal-Protokoll, id-Direttorat Konsulari u ta' l-Informazzjoni, il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin flimkien ma' żewġ ritratti riċenti tal-persuna kkonċernata. In-Nota Verbali għandha tinkludi l-kariga ta' l-applikant, filwaqt li tindika b'mod ċar jekk l-applikant hux diplomatiku jew staff tekniku. Il-karta ta' l-identità għandha tingħata lura lill-Uffiċju tal-Protokoll, id-Direttorat Konsulari u ta' l-Informazzjoni fi tmiem il-ħidma tal-persuna kkonċernata.

L-Uffiċju tal-Protokoll, id-Direttorat Konsulari u ta' l-Informazzjoni jagħmel użu minn ħames tipi differenti ta' karti ta' l-identità sabiex jindika jekk id-detentur hux diplomatiku, membru ta' l-istaff tekniku, Konslu Onorarju ta' Malta, Konslu Onorarju ta' pajjiż ieħor irrappreżentat f'Malta jew membru ta' l-istaff ta' Organizzazzjoni Internazzjonali. Kull karta ta' l-identità għandha validità għal erba' snin.

1.

Diplomatiċi

Karti ta' l-identità suwed jindikaw li d-detentur huwa Diplomatiku. Din il-karta ta' l-identità tinħareġ lil staff diplomatiku ta' missjonijiet barranin u lill-konjuġi tagħhom kif ukoll lil uliedhom ta' iktar minn 18-il sena li jagħmlu parti mill-istess familja.

2.

Konsulari

Hemm żewġ tipi ta' karti ta' l-identità konsulari, waħda ħadra u waħda kannella. Il-karta ta' l-identità Ħadra tinħareġ lil Konsli Onorarji ta' Malta barra mill-pajjiż filwaqt li l-karta ta' l-identità Kannela tinħareġ lil Konsli Onorarji li jirrapreżentaw lil pajjiżi barranin f'Malta.

3.

Staff Tekniku u Amministrattiv

Karta ta' l-identità kaħla tinħareġ lil staff tekniku u amministrattiv u lill-membri tal-familja ta' missjoni akkreditata f'Malta.

4.

Staff ta' Organizzazzjonijiet Internazzjonali

Karta Marun tinħareġ lil staff ta' Organizzazzjonijiet Internazzjonali u lil membri tal-familji tagħhom li jagħmlu parti mill-istess familja.

Il-karatteristiċi tekniċi tal-karti ta' l-identità li jinħarġu mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin huma:

(a)

Numri ta' karti ta' l-identità li jkunu rreġistrati;

(b)

Firma ta' l-Uffiċjali tal-Protokoll awtorizzat; u

(c)

Laminazzjoni tal-karta ta' l-identità sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' falsifikazzjoni.

L-OLANDA

Stati

Kull persuna oirvileġġata tingħata status li jindika f'liema kategorija ta' persuni privileġġati hu jew hi jaqgħu. Dan l-istatus jiġi mniżżel fid-dokument ta' Persuni Privileġġati permezz ta' kodiċi.

Jintużaw il-kodiċi li ġejjin:

Ambaxxati

STATUS

KODIĊI

staff diplomatiku

AD

staff tekniku u amministrattiv

BD

staff ta' servizz

ED

staff domestiku privat

PD

Konsolati

STATUS

KODIĊI

staff konsulari

AC

staff tekniku u amministrattiv

BC

staff ta' servizz

EC

staff domestiku privat

PC

Organizzazzjonijiet Internazzjonali fl-Olanda

STATUS

KODIĊI

staff meqjus bħala staff diplomatiku

AO

staff tekniku u amministrattiv

BO

staff ta' servizz

EO

staff domestiku privat

POKażi speċjali

Każi speċjali

Fejn id-dokumenti ta' l-identità jinħarġu lil ċittadini Olandiżi jew barranin li jkunu residenti b'mod permanenti fl-Olanda, il-kodiċi li ġejjin jiġu miżjuda ma' l-indikazzjoni ta' l-istatus tar-reesidenza:

NL għal ċittadini Olandiżi;

DV għal residenti permanenti.

Image

L-AWSTRIJA

Karti ta' l-identità lil persuni li jgawdu privileġġi u immunitajiet speċjali.

Il-Ministeru Federali ta' l-Affarijiet Barranin joħroġ karti ta' l-identitaà fl-ilwien li ġejjin:

karti ta' l-identità ħomor lil persuni li għandhom status diplomatiku fl-Awstrija u lil membri tal-familja tagħhom;

karti ta' l-identità sofor għal konsli u lill-familji tagħhom;

karti ta' l-identità koħol għall-persuni l-oħrajn kollha li jgawdu privileġġi u immunitajiet speċjali fl-Awstrija u lil membri tal-familja tagħhom.

Karti ta' l-identità ħomor lil persuni li għandhom status diplomatiku fl-Awstrija u lil membri tal-familja tagħhom;

Image

Karti ta' l-identità sofor għal konsli u lill-familji tagħhom;

Image

Karta ta' l-identità kaħla għall-persuni l-oħrajn kollha li jgawdu privileġġi u immunitajiet speċjali fl-Awstrija u lil membri tal-familja tagħhom.

Image

Suriet ġodda tal-karti (griża, kannela, kaħla, ħadra, safra, oranġjo u ħamra):

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

IL-POLONJA

Image

Karatteristiċi ġenerali

DOKUMENT: KARTI TA' L-IDENTITÀ MAĦRUĠA MILL- MINISTERU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN (MSZ)

DAQS: 100 mm x 71 mm

NUMRU TA' PAĠNI: 2 (tnejn)

TAGĦRIF PERSONALI:

PROTEZZJONI KONTRA L-BDIL TAR-RITRATT :

is-salvagwardji ma humiex żvelati; ir-ritratt għandu jiġi mehmuż fir-rokna ta' isfel fuq ix-xelluq fuq in-naħa ta' quddiem tad-dokument.

KARATTERISTIĊI OĦRAJN:

Il-kontorn ta' l-inizjali tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, MSZ, jidhru fl-isfond ta' linji orizzontali f'ċirku, b'tul ta' 29mm.

Il-kontorn ta' l-“M” mhix miktuba bid-disinn guilloche. L-ispazji fil-kontorn ta' l-“S” u ż-“Z” huma bil-linji, il-linji fl-“S” ixaqilbu lejn ix-xellug, u dawk fiż-“Z” ixaqilbu lejn il-lemin.

L-ITTRI

 

It-titoli ta' l-ispazji u t-tagħrif fuq in-naħa ta' wara tad-dokument huma pprintjati offset b'linka sewda.

IL-PORTUGALL

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

Image

IS-SLOVENJA

Image

Image

Image

Image

Image

Image

IS-SLOVAKKJA

Image

Il-karti ta' l-identità lil persuni awtorizzati akkreditati fir-Repubblika Slovakka jinħarġu mill-Protokoll Diplomatiku tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin tar-Repubblika Slovakka.

Tipi ta' karti ta' l-identità:

1.

Tip “D” – (ħamra) karti ta' l-identità maħruġa lil diplomatiċi u lil membri tal-familja.

2.

Tip “ATP” – (kaħla) karti ta' l-identità maħruġa lil staff amministrattiv u tekniku u lil membri tal-familja tagħhom.

3.

Tip “SP” – (ħadra) karti ta' l-identità lil staff ta' servizz u lil membri tal-familji tagħhom u lil staff privat.

4.

Tip “MO” – (vjola) karti ta' l-identità maħruġa lil impjegati ta' organizzazzjonijiet internazzjonali u lil membri tal-familja tagħhom.

5.

Tip “HK” – (griża) karti ta' l-identità maħruġin lil uffiċjali konsulari onorarji.

In-naħa ta' quddiem tal-karta ta' l-identità turi:

(a)

l-isem, it-tip, in-numru u l-validità tal-karta ta' l-identità,

(b)

l-isem, il-kunjom, id-data tat-twelid, iċ-ċittadinanza, is-sess u l-kariga tad-detentur tal-karta ta' l-identità,

(c)

il-kodiċi bar li jinqara minn magna (bħall-karti taċ-ċittadinanza u passaporti użati mill-awtoritajiet tal-pulizija għal skopijiet ta' identifikazzjoni).

In-naħa ta' wara tal-karta ta' l-identità turi:

(a)

it-test ta' spjegazzjoni,

(b)

l-indirizz tad-detentur tal-karta ta' l-identità,

(c)

id-data tal-ħruġ,

(d)

il-firma tad-detentur tal-karta,

(e)

il-firma tad-direttur tal-protokoll diplomatiku,

(f)

it-timbru tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin tar-Repubblika Slovakka.

Id-daqs tas-sura pprintjata hija ta' 99 x 68 mm u hija pprintjata fuq karta ta' sigurtà bajda b'disinn b'ħafna toni f'post preċiż kif ukoll b'faxxa tal-plastik u fibri protettivi inkorporati. Il-karta hija protetta b' fojl termoplastiku b'daqs ta' 105 x 74 mm, bi proċess ta' llaminar bis-sħana.

Il-karatteristiċi protettivi li ġejjin huma inkorporati fil-karta:

(a)

disinn

(b)

faxxa tal-plastik,

(c)

fibri protettivi,

(d)

under-prints protettivi,

(e)

protezzjoni fi sfera infra-red,

(f)

element ottiku varjabbli,

(g)

numerazzjoni.

IL_FINLANDJA

Il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin joħroġ karti ta' l-identità lil membri ta' missjonijiet u lil sefturi privati għaż-żmien tal-kariga jew tar-residenza fil-Finlandja, sakemm dak il-perjodu m ajkunx iqsar minn sitt xhur. Karta ta' l-identità mhix ikkunsidrata dokument uffiċjali ta' identità fil-Finlandja. L-iskop tagħha hu li tiċċertifka l-inkarigu u l-istatus tal-persuna inkarigata f'missjoni. It-tipi differenti ta' karti huma kif ġej:

Karta A lil aġenti diplomatiċi;

Karta B lil membri ta' l-istaff amministrattiv u tekniku;

Karta C lil membri ta' l-istaff ta' servizz tal-missjonijiet (bħal xufiera, sefturi u koki);

Karta D lil sefturi privati u membri tal-missjonijiet, u xufiera tal-missjonijiet ingaġġati lokalment.

B'rabta ma' permess validu tar-residenza:

Permess tar-residenza temporanju (B) fis-sura ta' stiker maħruġ mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, li juri l-indikazzjoni “diplomaattileimaus” (diplomatiku) jew “virkaleimaus” (servizz) jew li ma juri l-ebda indikazzjoni speċifika.

A.   Membri ta' l-istaff diplomatiku u l-membri tal-familja tagħhom (ikħal)

quddiem

Image

wara

Image

B.   Membri ta' l-istaff amministrattiv u tekniku ta' missjonijiet u l-membri tal-familja tagħhom (ħamra)

q u d d i e m

Image

Wara

Image

C.   Membri ta' l-istaff ta' servizz tal-missjonijiet (xufiera, sefturi, koki, eċċ.) (safra)

quddiem

Image

wara

Image

D.   Oħrajn (Kannella)

quddiem

Image

wara

Image

L-IŻVEZJA

Image

Image

L_IŻLANDA

Il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin joħroġ il-karti ta' l-identità li ġejjin lil awtoritajiet diplomatiċi u konsulari:

Karta ta' l-identità kaħla (ara l-kampjun)

Din il-karta ta' l-identità tinħareġ lil staff amministrattiv, tekniku u ta' servizz li jaħdem f'ambaxxati barranin fl-Iżlanda u lil membri tal-familja tagħhom (konjuġi u wlied ta' bejn it-12 u t-18-il sena).

Il-karta ta' l-identità hija karta tal-plastik illaminata (8,2 ċm x 5,4 ċm). Fuq quddiem turi r-ritratt tad-detentur u l-isem, nazzjonalità, u d-data ta' l-iskadenza. Fuq wara turi kemm bl-Iżlandiż kif ukoll bl-Ingliż li l-karta ta' l-identità trid tingħata lura lill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin mat-tluq tad-detentur.

quddiem

Image

wara

Image

Karta ta' l-identità safra (ara l-kampjun)

Din il-karta ta' l-identità tinħareġ lil diplomatiċi barranin u lil membri tal-familja tagħhom (konjuġi u wlied ta' bejn it-12 u t-18-il sena).

Il-karta ta' l-identità hija karta tal-plastik illaminata (8,2 ċm x 5,4 ċm). Fuq quddiem turi r-ritratt tad-detentur u l-isem, nazzjonalità, u d-data ta' l-iskadenza. Fuq wara tiddikjara bl-Iżlandiż li d-detentur tal-karta ta' l-identità għandu immunità diplomatika u għalhekk l-ivvjaġġar tiegħu ma jista jiġi mxekkel bl-ebda mod. Tiddikjara wkoll bl-Iżlandiż kif ukoll bl-Ingliż li l-karta ta' l-identità trid tingħata lura lill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin mat-tluq tad-detentur.

quddiem

Image

wara

Image

IN-NORVEĠJA

Image

Image