27.2.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN/1


RAPPORT SPEĊJALI Nru 11/2006

dwar is-sistema ta' transitu Komunitarju flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni

(skond l-Artikolu 248(4), it-tieni sottoparagrafu, KE)

WERREJ

LISTA TA' AKRONIMI U ABBREVJAZZJONIJIET

I-IV

SOMMARJU

1-13

INTRODUZZJONI

1-4

Definizzjonijiet u riskji

5-13

Azzjonijiet ta' rimedju meħuda wara l-problemi tas-snin 90

14-18

L-ISKOP U L-APPROĊĊ TAL-VERIFIKA

14-15

L-objettivi prinċipali tal-verifika

16-18

L-approċċ tal-verifika

19-66

IS-SEJBIET TAL-VERIFIKA

20-25

Implimentazzjoni tas-sistema ġdida ta' transitu kompjuterizzata

20-23

Koordinazzjoni xierqa mill-Kummissjoni

24-25

Nuqqasijiet minħabba l-ambjent ta' l-IT fl-Istati Membri

26-27

Attivitajiet ta' kontroll tal-Kummissjoni wara r-riforma legali

28-54

Nuqqasijiet fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali l-ġodda

28-49

Varjazzjonijiet fl-applikazzjoni mill-Istati Membri tad-dispożizzjonijiet legali rreveduti

50-54

Dewmien fil-kontabilità tad-dazji wara transiti mhux kompleti

55-66

Neċessità li tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi u tiġi mtejba l-ġestjoni tar-riskju

55-62

Affidabilità u kompletezza tad-dejta limitata

63-66

Nuqqasijiet fil-ġestjoni tar-riskju u analiżi ta' aspetti relatati mal-frodi

67-74

KONKLUŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET

69

Implimentazzjoni tal-NCTS

70-72

Applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali l-ġodda

73-74

Il-ġlieda kontra l-frodi u l-ġestjoni tar-riskju

ANNESS I

ANNESS II

Risposti tal-Kummissjoni

LISTA TA' AKRONIMI U ABBREVJAZZJONIJIET

DĠ BUDG

Direttorat Ġenerali għall-Baġit

DĠ TAXUD

Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali

EWS

Sistema ta' Avviż minn Kmieni (EWS)

ĠU

Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

KE

Komunitajiet Ewropej

KEE

Komunità Ekonomika Ewropea

MCC

Għan Minimu Komuni

NCTS

Sistema Ġdida ta' Transitu Kompjuterizzata

OLAF

Uffiċċju Ewropew għall-ġlieda kontra l-Frodi

UE

L-Unjoni Ewropea

SOMMARJU

I.

Bejn l-1990 u l-1994 s-sistema ta' transitu kienet milquta minn attivitajiet ta' frodi li kkawżaw telf fid-dħul għal stima ta' 320 miljun EKU lill-baġit tal-Komunità. Il-Kompjuterizzazzjoni tal-proċeduri ta' transitu, ir-riforma tal-bażi legali, u t-tisħiħ fil-kontrolli fiżiċi bbażati fuq analiżi tar-riskju komuni kienu rrakkomandati mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill, u mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri.

II.

B'risposta għal dan, il-Kummissjoni preżentat Pjan ta' Azzjoni għat-Transitu fl-Ewropa fl-1997. Fl-2001 waqfet qafas legali revedut u sa l-aħħar ta' l-2005 kkoordinat l-implimentazzjoni ta' sistema ġdida ta' transitu kompjuterizzata (NCTS) iddisinjata għall-iskambju ta' messaġġi elettroniċi bejn l-uffiċċji doganali ta' l-Istati Membri kollha.

III.

Il-Qorti eżaminat l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni l-ġdida u l-implimentazzjoni tal-NCTS fi 11-il Stat Membru, b'enfażi fuq ir-rilaxx tat-transiti, il-ġbir tad-dazji doganali fuqhom u l-prevenzjoni tal-frodi. Is-sejbiet prinċipali kienu s-segwenti:

a)

il-Kummissjoni kkoordinat b'suċċess l-implimentazzjoni tal-NCTS u pprovdiet back-up effiċjenti;

b)

fl-Istati Membri vverifikati, l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali reveduti dwar is-simplifikazzjonijiet tal-proċedura, inkjesti u rkuprar f'każijiet ta' inkompletezza tat-transiti, bosta drabi ma kinitx sodisfaċenti;

c)

l-Istati Membri applikaw id-dispożizzjonijiet legali dwar il-kontabilità tad-dazji fuq transiti mhux ikkompletati b'modi differenti, li wassal għal dewmien biex id-dazji jkunu magħmula disponibbli għall-baġit tal-Komunità.

d)

fl-aħħar ta' l-2005, is-servizzi tal-Kummissjoni kienu għadhom ma wettqu ebda spezzjoni fl-Istati Membri li tiffoka fuq it-transitu sabiex jevalwaw jekk l-applikazzjoni tal-qafas legali l-ġdid kinitx effettiva;

e)

ġestjoni tar-riskju rudimentarja u ftit kontrolli fiżiċi fuq l-oġġetti fi transitu kienu identifikati f'bosta mill-Istati Membri miżjura;

f)

informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni dwar frodi fit-transitu la kienet affidabbli u lanqas kompleta biżżejjed għaliha biex ikun possibbli li tiddetermina jekk ir-riforma legali u l-proġett NCTS naqsux b'mod sodisfaċenti l-frodi fit-transitu.

IV.

Nuqqas ta' dejta dwar il-frodi u ġestjoni ta' riskju ħażina fl-Istati Membri jeħtieġu azzjoni koordinata fuq livell Ewropew. Il-Kummissjoni għandha jkollha aċċess għall-informazzjoni tal-NCTS dettaljata għall-użu ta' analiżi tar-riskju u fuq il-bażi ta' l-aħjar prattika għandha tkun kapaċi tippromwovi strateġiji għall-kontrolli fiżiċi mmirati fuq oġġetti fit-transitu.

INTRODUZZJONI

Definizzjonijiet u riskji

1.

It-transitu doganali jissimplifika l-formalitajiet u jiffaċilita l-moviment ta' oġġetti ġot-territorju Komunitarju, billi jissospendi temporanjament id-dazji u spejjeż oħra fuq oġġetti importati fil-Komunità sakemm jilħqu d-destinazzjoni finali tagħhom. Il-formalitajiet doganali attwali huma trasferiti mill-fruntiera għall-post tad-destinazzjoni finali.

2.

It-transitu Komunitarju japplika għall-:

a)

movimenti ta' oġġetti mhux Komunitarji u, f'ċerti każijiet speċifiċi, oġġetti Komunitarji (transitu Komunitarju estern);

b)

movimenti ta' oġġetti Komunitarji bejn żewġ punti fit-territorju doganali Komunitarju permezz ta' pajjiż terz, fejn tali possibilità hija stabbilita fi ftehim internazzjonali (transitu Komunitarju intern).

3.

Ir-riskju prinċipali tat-transitu Komunitarju huwa li oġġetti jiġu mneħħija illegalment mis-sorveljanza doganali u mitfugħa fis-suq domestiku mingħajr il-ħlas ta' dazji doganali u spejjeż oħra, u t-taxxa fuq il-valur miżjud u b'mod partikolari d-dazji tas-sisa.

4.

Minħabba l-karattru sospensiv u temporanju tat-transitu, l-awtoritajiet doganali għandhom it-tendenza li jikkunsidraw il-kontroll tal-kunsinni ta' transitu bħala ta' prijorità baxxa. Sabiex jiġu koperti r-riskji finanzjarji, transiti huma ġeneralment assigurati b'garanzija li tassigura l-pagament ta' dazji, taxxi u spejjeż oħra. Il-garanzija tista tkun jew garazija individwali li tkopri operazzjoni ta' transitu waħda jew garanzija komprensiva li tkopri numru ta' operazzjonijet ta' transitu (1).

Azzjonijiet ta' rimedju meħuda wara l-problemi tas-snin 90

5.

Fil-bidu tas-snin 90, kienet irrapurtata żieda fil-frodi fit-transitu. Stimi ta' telf fil-baġit tal-Komunità bejn l-1990 u l-1994 (2) ammontaw għal 320 miljun EKU, qabel ma jiġi kkunsidrat ġbir lura sussegwenti mill-Istati Membri, b'telf akbar ta' taxxi nazzjonali. Dak iż-żmien, Il-Kunsill (3) u l-Kumitat ta' Inkjesta Temporanja tal-Parlament Ewropew dwar is-Sistema ta' Transitu Komunitarju (4) rrikonoxxew il-kompjuterizzazzjoni u riforma legali tat-transitu Komunitarju bħala l-elementi prinċipali biex tiġi miġġielda l-frodi, konsiderazzjoni li kienet sostenuta mill-Qorti fir-rapport annwali tagħha għall-1994 (5).

6.

Sakemm is-sistema ġiet ikkompjuterizzata, id-dikjarazzjonijiet ta' transitu Komunitarju kienu magħmula fuq karti. Id-dikjarazzjonijiet oriġinali kienu miżmuma fl-uffiċċju tat-tluq u l-kopji kienu jakkumpanjaw il-kunsinna sa l-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni. Dan ta' l-aħħar imbagħad kellu jirritorna dokument lill-uffiċċju tat-tluq bħala notifikazzjoni li l-kunsinna kienet waslet u kellu jindika jekk ġewx misjuba irregolaritajiet. Il-proċedura kienet bil-mod u kienet tinvolvi ħafna riskji.

7.

Il-Kummissjoni għaldaqstant ippreżentat il-pjan ta' azzjoni għat-transitu fl-Ewropa (6) fl-1997, flimkien ma' lista ta' miżuri mmirati biex iġestu r-riskji tas-sistema ta' transitu u jnaqqsu l-vulnerabilità tagħha għall-frodi. Il-miżuri kienu dwar l-implimentazzjoni ta' transitu kompjuterizzat, l-integrazzjoni tal-proċedura tat-transitu, rinforz ta' attivitajiet ta' kontroll fil-livelli kollha, u fl-aħħarnett, it-tisħiħ tal-koperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet doganali differenti u bejn id-dwana u n-negozjanti. Fl-istess ħin hija bdiet reviżjoni tal-leġiżlazzjoni tat-transitu.

8.

Fl-1999, il-bażi legali għall-proġett NCTS (Sistema Ġdida ta' Transitu Kompjuterizzata) ġiet adottata. L-NCTS kien jimmira li jibdel il-proċedura eżistenti ta' transitu Komunitarju bbażata fuq il-karti bi skambju ta' messaġġi eletroniċi bbażati fuq il-kompjuter bejn l-uffiċċji doganali involuti, u fi stadju aktar tard, bejn in-negozjanti u d-dwana.

9.

Fil-ġlieda kontra l-frodi, l-NCTS kellha jkollha użu doppju, għax kellha:

a)

tipprevjeni forom tradizzjonali ta' frodi. e.ż. l-użu ta' bolol iffalsifikati jew dokumenti foloz;

b)

tinduna fil-pront li oġġetti ma waslux fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni u, f'dan il-każ, tagħti bidu immedjat għall-proċeduri ta' inkjesta.

10.

Dijagramma 1 juri proċedura standard ta' transitu NCTS.

Image

11.

Fl-2001, b'mod parallel mal-kompjuterizzazzjoni, il-Kummissjoni resqet riforma tal-bażi legali għas-sistema ta' transitu (7) fejn introduċiet dispożizzjonijiet ġodda li kienu mmirati, fost l-oħrajn, sabiex:

a)

jiddistingwu b'mod aktar ċar bejn proċeduri ta' transitu standard u simplifikati (metodi differenti ta' sorveljanza doganali fil-każ ta' dawn imsemmija l-aħħar) u li jiddefinixxu aħjar kriterji ta' affidabilità għan-negozjanti li jipparteċipaw;

b)

jibbażaw is-sistema ta' garanzija fuq l-affidabilità tan-negozjant u r-riskju ta' l-oġġetti involuti, filwaqt li jintroduċu l-kunċett ta' oġġetti li jinvolvu riskju akbar ta' frodi (oġġetti sensittivi) (8);

c)

jarmonizzaw proċeduri ta' inkjesta u rkuprar wara transiti mhux ikkompletati u jnaqqsu l-iskadenzi għall-bidu ta' tali proċeduri.

12.

NCTS ġiet implimentata f'bosta fażijiet. L-għan prinċipali (9) ġie miksub fit-30 ta' Ġunju 2003 fl-UE-15 u l-Kummissjoni mbagħad kompliet tipprovdi assistenza għall-implimentazzjoni tal-NCTS fil-pajjiżi ta' l-adeżjoni. Il-fażijiet sussegwenti inkludew it-trattament kompjuterizzat ta' garanziji u inkjesti u kienu kkompletati f'Jannar 2006.

13.

Sa mill-1 ta' Lulju 2005 d-dikjarazzjonijiet ta' transitu Komunitarju għandhom, bħala regola ġenerali, jkunu preżentati elettronikament (10). L-istatistiċi tal-Kummissjoni juru żieda fil-movimenti ta' transitu NCTS minn madwar 5,5 miljuni fl-2004 għal aktar minn 7,5 miljuni fl-2005.

L-ISKOP U L-APPROĊĊ TAL-VERIFIKA

L-objettivi prinċipali tal-verifika

14.

L-objettiv tal-verifika tal-Qorti kien li tikseb assigurazzjoni li l-Istati Membri kienu qed japplikaw id-dispożizzjonijiet legali reveduti b'mod korrett u li l-proċeduri għat-transitu l-ġodda kienu ġew ikkoordinati tajjeb mill-Kummissjoni u implimentati tajjeb mill-Istati Membri b'mod li kien jipproteġi b'mod effettiv l-interessi finanzjarji ta' l-UE.

15.

Objettiv ieħor kien li tkun analizzata l-implimentazzjoni tal-miżuri rakkomandati mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Qorti, u b'mod aktar speċifiku, il-miżuri ppjanati fil-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni. L-enfażi hawn kienet fuq l-analiżi tal-vulnerabilità tas-sistema l-ġdida għall-frodi u kif din hija segwita mis-servizzi tal-Kummissjoni.

L-approċċ tal-verifika

16.

Ġie mibgħut kwestjonarju lill-Istati Membri kollha biex tinġabar dejta riċenti relatata mat-transitu. Bejn Mejju 2005 u Jannar 2005 twettqu żjarat tal-verifika fi 11-il Stat Membru li jammontaw għal kważi 80 % tat-transiti NCTS (11).

17.

Il-verifiki koprew:

a)

it-tmexxija ġenerali u l-aspetti ta' l-IT tal-NCTS fl-Istati Membri miżjura;

b)

l-awtorizzazzjoni ta' simplifikazzjonijiet tal-proċeduri ta' transitu (kunsinnaturi/destinatarji awtorizzati, użu ta' garanziji komprensivi);

c)

proċeduri ta' inkjesta u rkuprar wara transiti mhux ikkompletati.

Total ta' 620 fajl u 26 dikjarazzjoni ta' transitu ġew eżaminati waqt il-verifika.

18.

Ir-rwol tas-servizzi tal-Kummissjoni kien analizzat ukoll, speċjalment il-koordinazjoni u t-tmexxija tax-xogħol imwettaq mid-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali (DĠ TAXUD), l-attivitajiet ta' kontroll mwettqa mid-Direttorat Ġenerali għall-Baġit (DĠ BUDG) b'relazzjoni mat-transitu, u l-involviment ta' l-OLAF fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi.

IS-SEJBIET TAL-VERIFIKA

19.

Anness I jagħti ħarsa ġenerali tan-nuqqasijiet prinċipali osservati fil-pajjiżi miżjura.

Implimentazzjoni tas-sistema ġdida ta' transitu kompjuterizzata

Image

Koordinazzjoni xierqa mill-Kummissjoni

20.

Il-Kummissjoni kkoordinat l-implimentazzjoni tal-proġett NCTS fl-Istati Membri u għamlet sforz konsiderevoli biex tistabilixxi għodda ta' assistenza u monitoraġġ. Il-Kummissjoni żviluppat ukoll l-applikazzjoni standard tal-NCTS MCC (Għan Minimu Komuni), u hija responsabbli għaż-żamma tiegħu. MCC huwa wżat minn 15-il Stat Membru, filwaqt li l-10 Stati Membri l-oħra għażlu li jiżviluppaw l-applikazzjonijiet ta' transitu nazzjonali tagħhom proprji.

21.

Parti kbira tax-xogħol ġie ssekondat bl-użu tal-proċeduri standard ta' sejħiet ta' l-offerti. Fl-2005 s-servizz tal-verifika interna tal-Kummissjoni rreveda l-organizzazzjoni, l-ippjanar u t-tmexxija tal-proġett NCTS u sabhom sodisfaċenti ħafna. Min-naħa l-oħra, huwa kritika l-fatt li ma kien jeżisti ebda ftehim operattiv bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar it-tmexxija ta' sitwazzjonijiet kritiċi li jolqtu d-disponibilità u l-kontinwità tal-NCTS.

22.

Il-kompjuterizzazzjoni tat-transitu hija meħtiega mill-leġiżlazzjoni, bħala mira ġenerali tal-Politika Doganali Komunitarja (12). Is-servizzi tal-Kummissjoni għalhekk enfasizzaw ir-rwol tagħhom bħala koordinatur tal-proġett NCTS filwaqt li l-monitoraġġ attwali ta' l-implimentazzjoni NCTS hija r-responsabilità ta' l-Istati Membri.

23.

Bħala parti mill-attivitajiet ta' koordinazzjoni tagħhom is-servizzi tal-Kummissjoni għamlu żjarat regolari fl-Istati Membri biex jipprovdu assistenza u sostenn tekniku.

Nuqqasijiet minħabba l-ambjent ta' l-IT fl-Istati Membri

24.

Testijiet u kontrolli mwettqa mill-Kummissjoni ma kinux kapaċi jipprevjenu xi problemi tal-kontroll ta' l-ambjent ta' l-IT.

25.

Ħamsa mill-Istati Membri miżjura, li erbgħa minnhom jużaw l-MCC, iltaqgħu ma' problemi serji ta' komparabilità meta pruvaw jintegraw l-NCTS fl-ambjent nazzjonali eżistenti ta' l-IT tagħhom, e.ż. sabiex jiċċekkjaw li kull transitu komplet huwa segwit bi proċedura doganali oħra, jew sabiex jużaw il-profili ta' riskju eżistenti. Erbgħa minnhom eventwalment preferew iżommu l-NCTS bħala sistema separata u ma amalgamawiex mas-sistema doganali nazzjonali ta' l-IT tagħhom.

Attivitajiet ta' kontroll tal-Kummissjoni wara r-riforma legali

26.

Id-DĠ TAXUD jassigura li l-liġi doganali Komunitarja tiġi applikata b'mod uniformi mill-amministrazzjonijiet nazzjonali. Id-DĠ BUDG iwettaq spezzjonijiet regolari fuq ir-riżorsi proprji tradizzjonali, u waqthom tiġi kkontrollata wkoll l-osservanza mad-dispożissjonijiet doganali applikabbli. Id-DĠ BUDG jikkopera mill-qrib ukoll mad-DĠ TAXUD dwar kwistjonijiet ta' politika doganali li joħorġu minn dawn l-ispezzjonijiet.

27.

Spezzjonijiet fuq ir-riżorsi proprji tradizzjonali li jiffukaw speċifikament fuq it-transitu ma twettqux bejn l-2001 u l-2005, peress li l-Kummissjoni kienet iddeċidiet li tistenna l-implimentazzjoni sħiħa tal-NCTS qabel ma tagħti bidu għal eżaminazzjoni estensiva. Minkejja dan, l-implimentazzjoni ta' l-element ta' l-attivitajiet prinċipali tal-NCTS kienet operattiva f'Ġunju 2003 (ara l-paragrafu) u l-elementi prinċipali tar-riforma legali kienu effettivi fl-2001. It-transitu huwa s-suġġett prinċipali fil-programm ta' spezzjoni tad-DĠ BUDG għall-2006.

Nuqqasijiet fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali l-ġodda

Image

Varjazzjonijiet fl-applikazzjoni mill-Istati Membri tad-dispożizzjonijiet legali rreveduti

28.

Wara r-riforma tal-bażi legali (ara l-paragrafu), il-Kummissjoni speċifikat dettalji dwar il-proċeduri tat-transitu fil-manwal miftiehem mill-amministrazzjonijiet nazzjonali u disponibbli f'dsatax-il lingwa Komunitarja, imsemmi l-Manwal tat-Transitu (13).

29.

Stati Membri kienu għadhom mhux qed japplikaw id-dispożizzjonijiet legali b'mod korrett: każijiet ta' diverġenza mid-dispożizzjonijiet fis-seħħ (xi wħud ta' natura formali) kienu misjuba fi 392 minn 620 fajl analizzati waqt il-verifika.

Simplifikazzjonijiet tal-proċedura

30.

Operaturi ekonomiċi fl-Unjoni Ewropea komunament jużaw garanziji komprensivi u l-istatus ta' kunsinnaturi/destinatarji awtorizzati bħala simplifikazzjonijiet tal-proċeduri tat-transitu. L-Artikolu 373 tad-dispożizzjonijiet li jimplimentaw il-Kodiċi Doganali Komunitarju jispeċifika l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw persuni li japplikaw għal dawn is-simplifikazzjonijiet (ara Anness II).

31.

L-użu ta' garanzija komprensiva jagħmilha possibbli biex jiġu koperti bosta operazzjonijiet ta' transitu bi strument wieħed. Il-garanzija hija applikabbli sa ammont medju ta' dazji doganali u spejjeż (l-ammont ta' referenza), li għandu jiġi revedut annwalment mill-uffiċċju doganali kkonċernat (14).

32.

L-istatus ta' kunsinnatur awtorizzat bi status ta' garanzija komprensiva jippermetti l-operazzjonijiet ta' transitu li jiġu mibdija mingħajr ma' l-oġġetti jiġu preżentati fid-dwana. Bl-istess mod destinatarju awtorizzat jista jispiċċa proċedura ta' transitu mingħajr ma jippreżenta l-oġġetti d-dwana.

33.

Jekk negozjant irid jibbenefika minn tnaqqis tal-garanzija jew rinunzja tal-garanzija jew irid jitrasporta oġġetti sensittivi taħt is-sistema ta' transitu, il-kriterji ta' affidabilità huma aktar stretti. Kaxxa 1 tistabilixxi l-kriterji li applikanti ta' garanziji komprensivi li jkopru oġġetti normali u sensittivi għandhom jissodisfaw (15).

34.

Barra mir-reviżjoni annwali ta' l-ammont ta' referenza, l-awtoritajiet doganali mhumiex meħtieġa li jwettqu kontrolli wara l-awtorizzazzjoni. Id-detentur ta' awtorizzazzjoni, madanakollu, huwa meħtieġ li jindika b'mod attiv kwalunkwe fattur li jirriżulta li jista jinfluwenza l-kontinwazzjoni jew il-kontentut tagħha (16).

Kaxxa 1:

Kriterji għat-tnaqqis tal-garanzija komprensiva jew ir-rinunzja ta' garanzija

 

Oġġetti normali

Oġġetti sensittivi

% ta' l-ammont garantit

Kriterji

100 %

50 %

30 %

Rinunzji

100 %

50 %

30 %

Rinunzji mhux permessi

1.

Kredibilità finanzjarja

 (18)

Image

Image

Image

Image

Image

Image

 

2.

Biżżejjed esperjenza (snin) (17)

1

2

3

1

2

3

 

3.

Koperazzjoni mill-qrib ma' l-awtoritajiet kompetenti

Image

Image

Image

 (19)

Image

Image

 

4.

Kontroll ta' l-operazzjonijiet ta' trasport

Image

Image

 (19)

Image

Image

 

5.

Kredibilità finanzjarja, biżżejjed biex tissodisfa l-impenji tal-prinċipal

Image

Image

 

35.

F'sitt Stati Membri, id-Dwani ma setgħux jagħtu l-evidenza kollha biex juru li l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-istatus ta' kunsinnatur/destinatarju awtorizzat ġew iċċekkjati qabel l-awtorizzazzjoni. F'ħamsa minnhom, id-Dwani ma kinux wettqu verifikazzjonijiet wara l-awtorizzazzjoni biex jiċċekkjaw jekk il-benefiċjarji kinux għadhom jissodisfaw ir-rekwiżiti.

36.

F'dak li għandu x'jaqsam ma' l-użu ta' garanziji komprensivi, is-sitwazzjoni qajmet tħassib: f'disa' Stati Membri, id-Dwani ma kellhomx biżżejjed dokumentazzjoni biex jagħtu prova li l-benefiċjarji ssodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa meta l-awtorizzazzjoni ġiet mogħtija. F'erba' Stati Membri d-Dwani aċċettaw il-kalkolu tan-negozjanti ta' ammonti ta' referenza, minflok ma għamlu r-reviżjoni annwali preskritta. Fi Stat Membru, in-negozjanti baqgħu jibbenefikaw minn rinunzji tal-garanziji jew garanziji komprensivi b'ammonti mnaqqsa, anke meta l-awtoritajiet tad-dwana kienu bdew proċeduri ta' rkuprar infurzati kontrihom.

Il-proċeduri ta' l-inkjesta

37.

Jekk transitu ma jiġix ikkompletat sa l-iskadenza, għandhom jiġu mibdija inkjesti mill-pajjiż tat-tluq sabiex jiġi determinat jekk it-transitu spiċċax b'mod korrett u jekk ġiex imġarrab debitu doganali. Id-dispożizzjonijiet reveduti li jimplimentaw il-Kodiċi Doganali Komunitarju introduċew tnaqqis konsiderevoli ta' l-iskadenzi għan-notifikazzjoni lill-prinċipal (20) u għall-bidu ta' inkjesti meta jintużaw proċeduri kompjuterizzati.

38.

In-notifikazzjoni lill-prinċipal u l-bidu tal-proċeduri ta' inkjesta issa (21) jridu jitwettqu b'mod simultaneju, immedjatament wara li tispiċċa l-iskadenza għall-preżentazzjoni fid-destinazzjoni, jekk l-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni ma bagħatx il-messaġġ tal-wasla (22). Fil-prattika, din ma kinitx osservata f'ebda mill-Istati Membri miżjura.

39.

B'mod ġenerali, regoli nazzjonali għandhom tolleranza ta' ġimgħatejn qabel jinbdew il-proċeduri ta' inkjesta.

40.

Iżda, għaxra mill-ħdax-il Stat Membru miżjura ma osservawx ir-regoli tagħhom stess u bdew inkjesti b'dewmien ta' ħafna aktar minn ġimgħatejn. Xi negozjanti ta' Stati Membri ma kkoperawx tajjeb mad-Dwana, li rriżulta f'dewmien fir-rilaxx li potenzjalment jista jwassal fi rkuprar tard ta' dazji.

41.

Fir-rapport annwali tagħha dwar is-sena finanzjarja 1994 l-Qorti qalet li l-proċeduri ta' rkuprar għandhom jiġu msaħħa billi jerġa jkun hemm enfażi dwar l-obbligazzjonijiet tal-prinċipal u rrakkomandat sistema ta' penali aktar b'saħħitha u armonizzata.

42.

Sakemm ġie introdott it-trattament kompjuterizzat ta' l-inkjesti, il-pajjiż ta' tluq tat-transitu kien jibgħat notifika ta' l-inkjesta fuq formola (TC 20) lill-pajjiż ta' destinazzjoni, li fiha jitlob għall-informazzjoni speċifika neċessarja (23). L-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru tad-destinazzjoni imbagħad kienu meħtieġa li jwieġbu dawn in-notifiki ta' inkjesta mingħajr dewmien (24). F'disgħa mill-Istati Membri vverifikati, l-awtoritajiet doganali rrejaġixxew tard għan-notifiki ta' l-inkjesta, jew ma kkomunikawx l-informazzjoni neċessarja. F'sebgħa minn dawn l-Istati Membri attivitajiet ta' investigazzjoni bdew b'ittardjar ta' bosta xhur, peress li l-informazzjoni mogħtija bosta drabi ma kinitx tikjarifika jekk id-dazji finalment kinux ġew miġbura. Dawn in-nuqqasijiet wasslu għall-ġbir tard ta' dazji.

43.

Bosta mill-Istati Membri miżjura stennew li l-introduzzjoni tal-modulu ta' trattament ta' l-inkjesta tal-NCTS (25) isolvi tali problemi ta' komunikazzjoni. Dan ma setax ikun evalwat mill-verifika tal-Qorti, peress li l-modulu ġie implimentat biss reċentement.

Il-proċeduri ta' rkuprar

44.

Inkjesti finalizzati s-soltu jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa biex jistabilixxu l-eżistenza ta' debitu doganali u jiddeterminaw liema pajjiż għandu jiġbor id-dazji. Fil-każ ta' dubju l-liġi doganali reveduta tistabilixxi li d-debitu għandu jkun ikkunsidrat bħala li ġie mġarrab fil-pajjiż tat-tluq jew ta' dħul l-aktar tard 10 xhur wara li l-oġġetti ġew impoġġija taħt il-proċedura ta' transitu (26).

45.

Id-dispożizzjonijiet legali preċedenti li jitrattaw mal-proċeduri ta' rkupru diġà kienu kkawżaw problemi ta' applikazzjoni f'żewġ pajjiżi. Il-Kummissjoni ħadet azzjoni kontra dawn il-pajjiżi fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja u eventwalment rebħet il-każijiet (27).

46.

L-Istati Membri interpretaw u applikaw id-dispożizzjonijiet b'modi differenti. F'għaxra mill-ħdax-il Stat Membru miżjura, l-iskadenza ta' għaxar xhur ġeneralment ma kinitx osservata, bosta drabi b'dewmien konsiderevoli. F'żewġ Stati Membri, id-dwani stennew li jgħaddi l-perijodu ta' 10 xhur, għalkemm il-kundizzjonijiet neċessarji sabiex jiġi stabbilit id-dejn kienu ġew issodisfati ħafna żmien qabel l-iskadenza. F'wieħed mill-EU-10, 18-il xahar wara l-adeżjoni, kważi ebda azzjoni ta' rkuprar ma kienet inbdiet għal tali każijiet fl-uffiċċji doganali miżjura.

47.

Ir-regolamenti Komunitarji ma jispeċifikawx limitu ta' żmien preċiż għall-bidu ta' proċeduri ta' rkuprar fil-pajjiżi ta' destinazzjoni ta' transitu. Madanakollu, malli l-awtoritajiet doganali jiksbu t-tagħrif li debitu doganali ġie mġarrab f'pajjiżhom wara transitu mhux komplet u huma jkunu jistgħu jiddeterminaw id-debitur u l-ammont ta' dazji, għandhom massimu ta' ġimgħatejn biex jirreġistraw id-debitu fil-kontijiet (28).

48.

Fl-Istati Membri miżjura, tali każijiet rari ġew trattati malajr, għalhekk jittardjaw il-ġbir tar-riżorsi proprji. Fi tliet Stati Membri, id-destinatarji ta' l-oġġetti stess infurmaw l-awtoritajiet doganali u talbu biex jinġabru d-dazji, iżda l-awtoritajiet bdew l-irkuprar biss wara dewmien ta' bosta xhur.

49.

Kif diġà muri mill-Qorti fir-Rapport Annwali tagħha dwar is-sena finanzjarja 1994 u r-Rapport Speċjali tagħha Nru 8/99 dwar sigurtajiet u garanziji (29), l-Istati Membri rrapurtaw li l-valur u l-kodiċi tal-komodità ma kinux dejjem informazzjoni mandatorja fid-dikjarazzjonijiet ta' transitu taħt ir-regolamenti Komunitarji u bosta drabi dan kien jikkawża dewmien fl-irkuprar. F'żewġ Stati Membri, madanakollu, l-awtoritajiet dognali talbu lin-negozjanti biex jipprovdu tali informazzjoni qabel jibdew transitu.

Dewmien fil-kontabilità tad-dazji wara transiti mhux kompleti

50.

Bħad-djun doganali kollha misjuba wara li jkun seħħ il-każ, il-Kodiċi Doganali Komunitarju (30) jistipula li fejn id-debitu huwa dovut fuq movimenti ta' transitu mhux kompletati dawn iridu jiġi mdaħħla fil-kontijiet fi żmien jumejn mid-data minn meta l-ammont ta' dazju u d-debitur ikunu magħrufa. Dan il-limitu ta' żmien jista jiġi estiż għal 14-il ġurnata f'ċerti każijiet stipulati fil-Kodiċi Doganali (31).

51.

F'għaxra mill-ħdax-il Stat Membru miżjura kien innutat li reġistrazzjonijiet fil-kontijiet saru tard, wara l-iskadenza ta' l-14-il ġurnata. L-ittardjar kien minħabba proċeduri ta' inkjesta inadegwati. F'ħames Stati Membri reġistarazzjonijiet fil-kontijiet ġew milquta minn dewmien ieħor, minħabba l-kumplessità tal-proċeduri ta' rkuprar. Mill-194 fajl ta' rkuprar iċċekkjati matul il-verifika, 110 instabu li kellhom reġistrazzjonijiet tard fil-kontijiet.

52.

L-Istati Membri jridu jżommu kontijiet dettaljati skond ir-regolament tar-riżorsi proprji (32). Iridu jiġbru d-dejta li toħroġ minn reġistrazzjonijiet singoli fil-kont A, u jgħaddu l-ammonti totali tad-dazji stabbiliti, li minnhom jiġu mnaqqsa l-ispejjeż tal-ġbir, lill-Kummissjoni fit-tieni xahar wara x-xahar li ġie stabbilit fih l-intitolament. Bħala eċċezzjoni, dazju li jibqa' mhux imħallas jew mhux assigurat, jew huwa assigurat imma taħt appell, m'għandux jiġi magħmul disponibbli sakemm jiġi realment miġbur. Jekk Stati Membri jeżerċitaw din l-għażla, id-dazju kkonċernat minflok għandu jiddaħħal f'kont separat (il-kont B) (33).

53.

L-Istati Membri jsegwu prattiċi differenti biex jirreġistraw ir-riżorsi proprji dovuti għall-irkuprar wara transiti mhux ikkompletati. Fi Stat Membru dazji fuq transiti mhux ikkompletati koperti b'garanzija individwali ġew imdaħħla fil-kontijiet B. Tliet Stati Membri kkunsidraw li l-ammont attwali kopert mill-garanziji komprensivi ma jkunx magħruf fil-mument meta n-nota ta' rkuprar hija maħruġa u li għalhekk ebda ammont ma jista jiġi mdaħħal fil-kont A. L-Istati Membri rreġistraw l-ammont sħiħ ta' dazji fil-kont B, jiġifieri huma trattaw dawn l-ammonti daqs li kieku ma ġiet provduta ebda garanzija. L-istess prattika nstagħbet fl-uffiċċju tad-dwana f'żewġ Stati Membri oħra.

54.

Sabiex telimina interpretazzjonijiet differenti l-Kummissjoni stipulat li d-dazji assigurati jiġu rreġistrati fil-kont A, u oħrajn fil-kont B. Fil-każ ta' garanziji komprensivi l-Istati Membri mhux dejjem segwew l-interpretazzjoni tal-Kummissjoni. Konsegwenza ta' dan, il-Kummissjoni bdiet proċeduri quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja dwar it-trattament korrett tal-kontabilità ta' dazji assigurati.

Neċessità li tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi u tiġi mtejba l-ġestjoni tar-riskju

Image

Affidabilità u kompletezza tad-dejta limitata

55.

L-NCTS tfixkel ċerti forom ta' frodi, bħall-użu ta' bolol jew ċertifikati ta' garanzija falsifikati jew foloz, u tippermetti l-proċess ta' inkjesta biex jiġi mħaffef f'każijiet fejn it-transiti mhux ikkompletati. Madankollu, il-kompjuterizzazzjoni ma tistax timpedixxi deskrizzjoni ħazina jew dikjarazzjonijiet intenzjonalment foloz li jfittxu li jabbużaw is-sistema.

56.

Evalwazzjoni ta' l-effettività tar-riforma tas-sistema tat-transitu, fit-termini ta' li titnaqqas il-frodi tat-transitu, tkun teħtieġ dejta affidabbli u kompleta dwar il-frodi fuq livell ta' l-UE. Il-verifika, madanakollu, wriet li l-affidabilità u l-kompletezza tas-sors prinċipali tad-dejta disponibbli dwar il-frodi u irregolaritajiet fit-transitu fil-livell ta' l-UE ma tistax tkun assigurata.

Id-dejta NCTS

57.

Il-Kummissjoni twettaq analiżi kontinwa ta' movimenti ta' transiti NCTS mhux kompletati. Id-dejta disponibbli kienet turi tnaqqis bin-nofs bejn l-2004 (2,5 %) u l-2005 (1,2 %). Madanakollu, din l-analiżi ta' transiti NCTS ma tagħtix kas dawk li jseħħu fit-territorju ta' Stat Membru singolu (34) minkejja li tali transiti jammontaw għal madwar 50 % tal-movimenti NCTS kollha.

Id-dejta OWNRES

58.

Id-database OWNRES fiha dejta dwar każijiet ta' frodi u irregolaritajiet dwar riżorsi proprji u ammonti akbar minn 10 000 euro komunikati lill-Kummissjoni minn Stati Membri skond ir-regolament tar-riżorsi proprji (35).

59.

Minkejja l-isforzi tal-Kummissjoni biex ittejjeb il-kwalità tad-dejta OWNRES, din xorta għadha mhix adegwata. Għaldaqstant id-dejta OWNRES huma l-uniċi sors użat fir-rapporti annwali reċenti tal-Kummissjoni fuq il-ġlieda kontra l-frodi u juru, b'kuntrast ma' sorsi oħra, żieda fin-numru u l-valur ta' każijiet ta' frodi u irregolaritajiet irrapportati għall-qasam tat-transitu bejn l-2001 (is-sena tar-riforma legali) u l-2005. Miżuri oħra ser ikunu neċessarji biex jistabilixxu sors ta' informazzjoni affidabbli għall-analiżi tal-frodi fil-varji proċeduri doganali Komunitarji.

Sistema ta' avviż minn kmieni (EWS)

60.

L-EWS kienet introdotta fl-1992 bl-użu tal-kunċett ta' l-oġġetti sensittivi (ara l-paragrafu). L-operat prattiku ta' l-EWS huwa simili għal dak tal-NCTS: l-uffiċċju tat-tluq jibgħat notifikazzjoni qabel il-wasla ta' transitu li tirreferi għall-oġġetti sensittivi lill-uffiċċju ta' destinazzjoni u l-uffiċċju(i) ta' transitu, jekk xieraq, u lill-OLAF.

61.

Skond l-OLAF il-presentaġġ ta' komunikazzjonijiet dwar in-nuqqas ta' wasla kif notifikati mill-Istati Membri fis-snin 2004 u 2005 kien 20 darba inqas minn dak fl-ewwel kwart ta' l-1998.

62.

Iżda, minħabba l-introduzzjoni tal-NCTS u s-similarità ta' l-informazzjoni li għandha tiġi mdaħħla fiż-żewġ sistemi, l-Istati Membri apparentement jikkunsidraw li l-NCTS hija biżżejjed u waqfu milli jdaħħlu dejta fl-EWS. OLAF, iżda, m'għandu ebda aċċess għad-dejta fid-dikjarazzjonijiet ta' transitu NCTS. Reviżjoni ta' l-arranġamenti amministrattivi ġiet adottata f'Jannar 2006 sabiex tipprovdi lill-OLAF b'aċċess għad-dejta dwar movimenti ta' oġġetti sensittivi mill-2007 il-quddiem.

Nuqqasijiet fil-ġestjoni tar-riskju u analiżi ta' aspetti relatati mal-frodi

63.

Bilanċ tajjeb bejn il-faċilitazzjoni tan-negozju u protezzjoni effettiva ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità jitlob ġestjoni xierqa tar-riskju u kontroll tat-transiti bbażat fuq ir-riskju.

64.

Il-Qorti sabet li l-analiżi tar-riskju fit-transitu kienet għadha rudimentarja f'bosta Stati Membri. Pajjiż wieħed biss kien japplika għażla każwali mis-sistema ta' l-IT sabiex iżomm fattur ta' inċertezza għan-negozjanti kollha. Tlieta mill-ħdax-il Stat Membru biss miżjura applikaw analiżi tar-riskju awtomatizzata integrata fl-NCTS bi profili tar-riskju speċifiċi għat-transitu. L-awtoritajiet doganali f'dawn it-tliet Stati Membri kkunsidraw li l-fatt illi l-kodiċi ta' l-oġġett ma kienx obbligatorju għad-dikjarazzjonijiet tat-transitu kien ostaklu serju għall-implimentazzjoni ta' kontroll tat-transitu effettiv ibbażat fuq ir-riskju. Ir-Rapport Speċjali tal-Qorti Nru 8/99 ġibed l-attenzjoni li l-kontrolli mill-awtoritajiet doganali Komunitarji kienu mfixxkla mill-assenza ta' dispożizzjonijiet li jeħtieġu informazzjoni dwar in-natura u l-valur ta' l-oġġetti li għandhom jiġu nklużi fid-dokument amministrattiv singolu (SAD).

65.

Identifikazzjoni tar-riskji u kontrolli fuq l-oġġetti għandhom jiddependu fuq l-inizjattiva personali ta' uffiċjali doganali individwali. Bosta mill-Istati Membri miżjura kienu jikkunsidraw kontrolli fuq kunsinni tat-transitu bħala ta' prijorità baxxa, minħabba l-iskarsezza ta' l-informazzjoni dwar id-dikjarazzjonijiet tat-transitu. F'ħames Stati Membri l-Qorti sabet rati partikolarment baxxi ta' kontrolli fiżiċi dwar kunsinni ta' transitu (madwar 1 %), waqt li kważi ebda kontrolli ma twettqu fuq kunsinnaturi/destinatarji awtorizzati f'sebgħa mill-ħdax-il Stat Membru miżjura.

66.

L-NCTS tipprovdi l-Kummissjoni b'dejta statistika fuq in-numru u l-istatus tat-transiti u l-pajjiżi involuti, imma mhux b'dejta relatata ma' l-oġġetti jew man-negozjant li hemm mnejn tippermetti analiżi aktar raffinata. Barra dan, is-servizzi tal-Kummissjoni s'issa ma wetqux analiżi tal-mudelli tal-frodi tat-transitu, ma bdewx attivitajiet ta' intelliġenza fl-istess qasam, u lanqas għadhom żviluppaw għodda għall-analiżi tar-riskju speċifika għat-transitu.

KONKLUŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET

67.

Il-Kummissjoni waqqfet l-elementi prinċipali tal-pjan t'azzjoni għat-transitu u b'mod partikolari kkompjuterizzat il-proċedura tat-transitu u kkonkludiet riforma tal-bażi legali (effettiva fl-2001).

68.

Ix-xogħol ta' verifika tal-Qorti fuq it-transitu Komunitarju kkonferma l-kwalità tajba ta' l-implimentazzjoni tal-NCTS, għalkemm ċerti problemi tekniċi għadhom jippersistu. Hija identifikat xi nuqqasijiet fl-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet legali dwar it-transitu u dispożizzjonijiet relatati mar-riżorsi proprji tradizzjonali. Nuqqasijiet kienu wkoll misjuba f'miżuri ddisinjati biex jiġġieldu l-frodi fit-transitu kemm fil-livell tal-Komunità u nazzjonali.

Implimentazzjoni tal-NCTS

69.

Il-Kummissjoni kkoordinat b'suċċess l-implimentazzjoni tal-proġett NCTS fl-Istati Membri. Iżda l-ambjent ta' l-IT f'xi Stati Membri ma ppermettiex is-sistema biex topera bl-aħjar mod (ara l-paragrafi sa).

Il-Kummissjoni jmissa:

a)

tikkunsidra li tistabilixxi ftehim operattivi ma' l-Istati Membri għat-tmexxija tal-NCTS, prinċipalment is-sitwazzjonijiet kritiċi li jolqtu l-kontinwità tan-negozju;

b)

barra r-rwol ta' koordinatur, ittejjeb l-attivitajiet ta' monitoraġġ, b'mod speċjali fir-rigward ta' l-ambjent ta' kontroll ta' l-IT li jolqot l-NCTS fl-Istati Membri.

Applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali l-ġodda

70.

Fl-aħħar ta' l-2005, il-Kummissjoni ma kinitx wettqet ebda attività ta' spezzjoni fuq it-transitu sabiex tevalwa jekk ir-riforma legali konkluża fl-2001 kinitx qed tiġi implimentata b'mod effettiv.

71.

L-Istati Membri ta' spiss ma kinux japplikaw id-dispożizzjonijiet irreveduti b'mod korrett. Ir-regolamenti doganali Komunitarji reveduti jistipulaw li simplifikazzjonijiet tal-proċedura ta' transitu jistgħu jkunu awtorizzati biss għal negozjanti affidabbli li jilħqu l-kriterji speċifikati. Il-verifika sabet nuqqas ta' kontrolli dwar l-osservanza ta' dawn il-kriterji — dan jista potenzjalment jagħmel deni lill-interessi finanzjarji tal-Komunità. Il-proċedura ta' inkjesta attwali instabet li kienet imħawwda u l-Istati Membri la kienu applikaw ir-regolamenti fis-seħħ, u lanqas ma wrew attenzjoni la darba inkjesta ġiet imnedija. L-implimentazzjoni tal-proċeduri l-ġodda tal-NCTS tant hija riċenti li mhux possibbli li jitkejjel l-impatt tagħhom. Fl-aħħarnett, proċeduri ta' rkuprar bosta drabi ġew mibdija tard u rriżultaw fi ġbir u disponibilità tard tar-riżorsi proprji tradizzjonali.

72.

Ir-reġistrazzjoni tard ta' transiti mhux kompleti fil-kontijiet ta' riżorsi proprji tradizzjonali kienet marbuta ma' varjazzjonijiet fil-proċeduri tal-kontabilità applikati jew, sempliċiment, applikazzjoni ħażina tar-regolamenti, partikolarment fir-rigward tal-garanziji.

Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra n-nuqqasijiet misjuba mill-verifika tal-Qorti meta tabbozza regoli ta' implimentazzjoni fuq l-istatus ta' operatur ekonomiku awtorizzat (36).Fir-rigward tal-proċeduri ta' inkjesta, il-Kummissjoni għandha:

a)

tiżgura li t-trattament kompjuterizzat ta' proċeduri ta' inkjesta fil-fatt iwassal għal tranġar aktar malajr ta' transiti mhux kompletati, kif ukoll għat-titjib tal-komunikazzjoni bejn l-Istati Membri. Għandha wkoll tieħu azzjoni ta' rimedju, jekk hemm bżonn;

b)

tipproponi l-applikazzjoniji ta' sanzjonijiet kontra negozjanti li jfixklu l-proċeduri ta' inkjesta.

Fir-rigward tal-proċeduri ta' rkuprar, il-Kummissjoni għandha:

a)

tiżviluppa spezzjonijiet fi Stati Membri u timmirhom fuq proċeduri ta' rkuprar wara transiti mhux kompleti;

b)

tikkjarifika l-interpretazzjoni ta' dispożizzjonijiet legali fuq rkuprar fir-rigward tat-transitu u tipproponi emenda tal-liġi doganali sabiex tqassar il-limitu ta' żmien ta' għaxar xhur u tiffaċilita rkuprar wara transiti mhux kompleti billi tagħmel l-indikazzjoni tad-dettalji neċessarji bħall-kodiċi tal-komodità u l-valur ta' l-oġġetti obbligatorji fuq id-dikjarazzjonijiet tat-transitu.

Fl-aħħarnett, fil-każ tas-sistema ta' garanzija, il-Kummissjoni għandha:

a)

tkompli l-isforzi tagħha biex ikollha applikazzjoni korretta u konsistenti tar-regoli għat-trattament ta' dazji koperti mill-garanziji;

b)

issaħħaħ spezzjonijiet fi Stati Membri sabiex tiżgura li d-dispożizzjonijiet legali huma applikati b'mod korrett u uniformi.

Il-ġlieda kontra l-frodi u l-ġestjoni tar-riskju

73.

Is-sorsi ta' informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni dwar il-frodi tat-transitu għadhom mhux affidabbli biżżejjed biex jippermettu evalwazzjoni tar-rwol tar-riforma legali u l-proġett tal-NCTS fit-termini tat-tnaqqis tal-frodi u analiżi tal-każijiet preżunti biex jiġu segwiti.

74.

Is-servizzi tal-Kummissjoni s'issa ma wettqux analiżi tal-mudelli tal-frodi tat-transitu u lanqas għadhom żviluppaw għodda għall-analiżi tar-riskju speċifika għat-transitu. Ġestjoni sistematika tar-riskju għat-transitu hija rudimentarja jew ma teżistix f'bosta Stati Membri u ftit minnhom biss għandhom profili tar-riskji integrati fl-NCTS. In-numru ta' kontrolli fiżiċi fuq kunsinni tat-transitu huwa baxx ħafna f'xi Stati Membri, u f'uħud minnhom ma jeżistux.

Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri biex ittejjeb l-affidabilità tas-sorsi ta' informazzjoni fuq il-frodi, u għandha tagħmel użu aħjar minnhom billi tiżviluppa strateġiji għall-ġestjoni tar-riskju.Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra li tippromwovi rata raġonevoli ta' kontrolli fiżiċi immirati fuq kunsinni ta' transitu u għandha tikkunsidra wkoll il-possibilità li tibni profili ta' riskji awtomatizzati speċifikament għat-transitu, bħala parti ta' l-iżvilupp ta' qafas ta' ġestjoni tar-riskju komuni (37).

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti ta' l-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha ta' l-14 ta' Diċembru 2006.

Għall-Qorti ta' l-Awdituri

Hubert WEBER

President


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 t'Ottubru 1992, kif emendat, li jistabilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju, Artikolu 94(2) (ĠU L 302, 19.10.1992).

(2)  Ara COM(95) 108 finali. M'hemm ebda estimi għal perijodi sussegwenti.

(3)  Deċiżjoni Nru 210/97/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 1996 li adottat programm ta' azzjoni għad-dwana fil-Komunità (Dwana 2000) (ĠU L 33, 4.2.1997, p. 24).

(4)  Rapport Finali (PE 220.895/fin), 20.2.1997.

(5)  Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 1994 flimkien mar-risposti ta' l-istituzzjonijiet (ĠU C 303, 14.11.1995).

(6)  COM (97) 188 finali ta' l-10 ta' Ġunju 1997.

(7)  Prinċipalment ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2787/2000 tal-15 ta' Diċembru 2000 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistabilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 330, 27.12.2000, p. 1).

(8)  Anness 44ċ tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993, kif emendat, li jistabilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1). Japplika, per eżempju, għal oġġetti bħall-annimali ħajjin, sigaretti u ċerti xarbiet alkoħoliċi.

(9)  L-għan prinċipali: kompjuterizzazzjoni tal-proċedura ta' transitu tal-Komunità, għal liema d-dokument amministrattiv singolu ġie użat.

(10)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 837/2005 tat-23 ta' Mejju 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2454/93 li jistabilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 139, 2.6.2005).

(11)  Il-Belġju, il-Ġermanja, Franza, l-Italja, l-Ungerija, l-Olanda, il-Polonja, is-Slovenja u l-Iżvezja.

(12)  Per eżempju, Deċiżjoni Nru 210/97/KE u Deċiżjoni Nru 105/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 1999 (ĠU L 13, 19.1.2000, p. 1).

(13)  Il-Manwal tat-Transitu kien imħabbar fil-pjan ta' azzjoni u żviluppat mid-DĠ TAXUD. Dan jikkonsisti f'dispożizzjonijiet dettaljati għall-aspetti kollha tal-proċedura tat-transitu, kif imniżżla fil-liġi doganali Komunitarja u ddatata l-1 ta' Mejju 2004.

(14)  L-Artikolu 379(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, kif emendat.

(15)  L-Artikoli 380 u 381 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, kif emendat.

(16)  L-Artikolu 377 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, kif emendat.

(17)  Il-perijodi huma mnaqqsa meta l-prinċipal jippreżenta d-dikjarazzjoni ta' transitu bl-użu tat-tekniki ta' proċessar tad-dejta.

(18)  Ebda kundizzjonijiet oħra.

(19)  Kriterju 3 jew 4 iridu jkunu sodisfatti.

(20)  Il-prinċipal huwa d-detentur tal-proċedura ta' transitu — L-Artikolu 96 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/1992, kif emendat.

(21)  L-Artikoli 365(1a) u 366(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, kif emendat.

(22)  L-Artikolu 366 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, kif emendat.

(23)  Regoli speċifiċi biex titwettaq il-proċedura ta' inkjesta fuq il-karta (e.ż. komunikazzjoni bejn l-Istati Membri, formoli li għandhom jintużaw, korpi amministrattivi f'kull Stat Membru) huma speċifikati f'parti IV tal-manwal tat-transitu.

(24)  L-Artikoli 366(3) u (4) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, kif emendat.

(25)  Il-modulu ta' trattament ta' l-inkjesta tal-proġett NCTS (Fażi 3.2.2) prattikament ġie implimentat fil-bidu ta' l-2006 fl-Istati Membri kollha. Dan huwa minflok il-proċedura ta' inkjesta bbażata fuq il-karti.

(26)  L-Artikolu 450a tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, kif emendat, u l-Artikolu 215(1) it-tielet indent, tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, kif emendat.

(27)  Każijiet C-460/01 u C-104/02 ta' l-14 t' April 2005 (ĠU C 132, 28.5.2005, p. 1 u 2).

(28)  L-Artikolu 218(3) u l-Artikolu 219 tar-Regolament Nru 2913/1992, kif emendat.

(29)  Rapport Speċjali Nru 8/99 dwar sigurtajiet u garanziji li għalihom sar provvediment fil-Kodiċi Doganali Komunitarju biex jipproteġi l-ġbir ta' riżorsi proprji tradizzjonali, flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni (ĠU C 70, 10.3.2000).

(30)  L-Artikolu 218(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, kif emendat.

(31)  L-Artikolu 219(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, kif emendat.

(32)  Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 tat-22 ta' Mejju li jimplimenta d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet (ĠU L 130, 31.5.2000, p. 1), kif emendat.

(33)  L-Artikolu 6 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000, kif emendat.

(34)  Bl-eċċezzjoni ta' l-Awstrija u tal-Finlandja.

(35)  L-Artikolu 6(5) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000, kif emendat.

(36)  L-Artikolu 1(2) tar-regolament (KE) Nru 648/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 t'April 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 t'Ottubru 1992 li jistabilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju, (ĠU L 117, 4.5.2005, p. 13).

(37)  L-Artikolu 1(3) u l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 648/2005.


ANNESS I

ĦARSA ĠENERALI TA' L-OSSERVAZZJONIJIET GĦALL-11-IL STAT MEMBRU MIŻJUR

 

DE

ES

FR

IT

BE (1)

LV (1)

HU (1)

NL (1)

PL (1)

SI (1)

SE (1)

Implimentazzjoni tal-NCTS

Problemi tekniċi bl-użu ta' l-MCC

 

 

 

 

X

X

 

X

 

X

X

Indisponibbilità temporanja minħabba problemi ta' migrazzjoni bl-MCC

 

 

 

 

X

X

X

X

 

X

X

L-NCTS mhux integrata fis-sistemi ta' l-IT nazzjonali

 

 

X

 

 

X

 

X

 

 

X

Problemi ġenerali ta' l-IT u ta' l-ambjent tal-kontroll ta' l-IT

 

 

X

X

X

 

 

 

X

 

 

Applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet legali u riforma legali

Garanziji komprensivi: kontrolli ta' awtorizzazzjoni jew ma sarux jew ma ġewx dokumentati

X

X

X

X

X

 

X

 

X

X

X

Kunsinnatur/destinatarju awtorizzat: kontrolli ta' awtorizzazzjoni jew ma sarux jew ma ġewx dokumentati

X

X

X

 

 

 

X

 

 

X

X

Skadenzi għall-bidu ta' inkjesti mhux osservati

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Nuqqas ta' koperazzjoni min-naħa tal-prinċipal

X

 

X

X

 

X

X

 

 

X

 

L-iskadenza ta' 10 xhur mhux osservata

X

X

X

X

X

X

X

 

X

X

X

Skadenzi għall-irkuprar/reġistrazzjonijiet fil-kont mhux osservati

X

X

X

X

X

X

X

 

X

X

X

Problemi ta' komunikazzjoni bejn l-Istati Membri

X

X

X

X

 

X

 

 

 

X

X

Ammonti rkuprati permezz ta' garanziji komprensivi, imma xorta waħda mdaħħla fil-kontijiet B

X

X

X

 

X

 

X

 

 

 

 

Il-ġlieda kontra l-frodi u l-ġestjoni tar-riskju

Analiżi tar-riskju awtomatizzata mhux integrata, jew integrata ħażin, fl-applikazzjoni nazzjonali NCTS

X

 

 

 

X

X

X

X

X

X

X

Rata ta' kontrolli fiżiċi baxxa (~1 %)

 

X

X

 

X

X

 

 

 

 

X

Rata ta' kontrolli fiżiċi għall-proċeduri simplifikati kważi żero

X

X

X

X

X

X

 

 

 

 

X


(1)  Pajjiż li juża l-MCC.


ANNESS II

1.

L-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 372(1) għandha tingħata biss lill-persuni li:

a)

huma stabbiliti fil-Komunità, bil-kundizzjoni li awtorizzazzjoni biex tiġi wżata garanzija komprensiva tista tingħata biss lill-persuni stabbiliti fl-Istat Membru fejn il-garanzija hija mogħtija,

b)

regolarment jużaw l-arranġamenti tat-transitu Komunitarju, jew li l-awtoritajiet doganali tagħhom jafu li jistgħu jissodisfaw l-obbligazzjonijiet skond l-arranġamenti jew, b'konnessjoni mas-simplifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 372(1)(f), regolarment jirċievu oġġetti li ġew imdaħħla għall-proċedura ta' transitu Komunitarja, u

c)

li ma jkunux ikkommettew xi ksur serju jew ripetut kontra l-leġiżlazzjoni doganali jew tat-taxxa,

2.

Biex tkun assigurata il-ġestjoni tajba tas-simplifikazzjonijiet, l-awtorizzazzjoni għandha tingħata biss fejn:

a)

l-awtoritajiet dognali huma kapaċi jissorveljaw il-proċedura u jwettqu kontrolli mingħajr sforz amministrattiv li mhux proporzjonat mar-rekwiżiti tal-persuna kkonċernata, u

b)

il-persuni kkonċernati jżommu reġistri li jippermettu lill-awtoritajiet doganali li jwettqu kontrolli effettivi.


IL-KUMMISSJONI TWIEĠEB

SOMMARJU

I.-II.

Il-Kummissjoni saħħet it-tranżitu doganali billi introduċiet sistema kompjuterizzata moderna u robusta fil-Komunità kollha.

III.

 

b)

Skond ir-riżultati proviżorji mill-ispezzjonijiet reċenti tal-Kummissjoni, l-applikazzjoni ta' ċerti simplifikazzjonijiet diġà tjiebu f'xi Stati Membri. Fir-rigward l-istħarriġ u l-irkupri l-Kummissjoni qiegħda teżamina modi sabiex tinġieb il-proċedura f'konformità.

ċ)

Is-segwitu ta' operazzjonijiet li ma kienux eżegwiti kien eżaminat matul l-ispezzjonijiet tal-kontijiet B ta' l-Istati Membri. Fejn kien hemm dewmien, minħabba raġunijiet amministrattivi, fid-disponibilità tar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali, l-Istati Membri kienu jew qed jintalbu sabiex jsiru aktar investigazzjonijiet u sabiex jingħata interess fid-dewmien misjub. Jekk ma jkunux konformi, imbagħad isegwu l-proċeduri ta' ksur.

d)

Ibbażata fuq l-analiżi tar-riskju tagħha, il-Kummissjoni ddeċidiet li ttawwal iż-żmien għall-ispezzjonijiet ta' tranżitu b'firxa wiesgħa sakemm is-sistema tal-NCTS kienet implimentata b'mod sħiħ, sabiex tippermetti li jsiru l-konklużjonijiet dwar l-effettività fil-firxa kollha tal-kapaċitajiet tagħha.

e)

L-adozzjoni u l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) 648/2005 se jobbligaw l-Istati Membri sabiex jużaw analiżi tar-riskju li timmira l-kontrolli doganali.

f)

Il-Kummissjoni tikseb informazzjoni dwar attività frawdolenta sospetta minn diversi sorsi. Kollox ma' kollox, l-indikazzjonijiet huma li kien hemm nuqqas ta' frodi fit-tranżitu.

IV.

Il-Kummissjoni qed tieħu l-passi neċessarji sabiex ikollha aċċess għad-data tal-NCTS li se toffri ħarsa lejn ir-rotot tat-traffikar imsaħħa ta' prodotti sensittivi fi tranżitu kif ukoll tippermetti li titwettaq analiżi strateġika u operazzjonali għal prodotti bħal dawn.

IS-SEJBIET TAL-VERIFIKA

20.

Fir-rigward il-koeżistenza tal-MCC (Minimum Common Core) u l-applikazzjonijiet nazzjonali, dawn ta' l-aħħar kellhom jkunu bbażati wkoll fuq l-Ispeċifikazzjonijiet Funzjonali u Tekniċi li huma komuni għall-Istati Membri kollha.

21.

F'Lulju 2006 kien adottat ftehim operazzjonali ma' l-Istati Membri.

24.

L-Istati Membri huma responsabbli għat-tħaddim tas-sistemi ta' applikazzjoni nazzjonali ta' tranżitu tagħhom u l-Kummissjoni ma għandha l-ebda mandat u riżorsi sabiex tagħmel verifiki tas-sistemi nazzjonali ta' l-IT Madankollu, il-Kummissjoni investiet sforz konsiderevoli fl-għoti ta' appoġġ lil u fil-koordinazzjoni tal-proġetti ta' żvilupp ta' l-Amministrazzjonijiet Nazzjonali (NAs), kif ukoll xi kultant żmien qiegħda tirrevedi l-kwalità tas-servizzi offruti mill-NAs.

25.

Fil-bidu tal-proġett tal-NCTS bosta Stati Membri li ma xtaqux jiżviluppaw applikazzjoni nazzjonali ta' tranżitu talbu lill-Kummissjoni sabiex toħloq waħda standard. Kif stabbilit mill-Kummissjoni l-MCC hija applikazzjoni individwali. Għalhekk l-Istati Membri kienu ħielsa li jagħżlu bejn l-iżvilupp ta' applikazzjoni tal-NCTS għalihom innisfishom b'vantaġġi konsegwenti, sabiex jintegrawha mas-sistemi eżistenti tagħhom jew jużaw l-applikazzjoni individwali ta' l-MCC ipprovduta mill-Kummissjoni. Waqt l-ispezzjonijiet tagħha ta' tranżitu ta' l-2006, il-Kummissjoni qiegħda teżamina jekk l-Istati Membri għandhomx stabbiliti sistemi adegwati biex jikkontrollaw prodotti li jgħaddu minn tranżitu għal reġimi doganali oħra kif ukoll prodotti li jgħaddu minn reġimi oħra għal tranżitu. Anki jekk mhumiex integrati bis-sħiħ, is-sistemi wżati mill-Istati Membri jistgħu jkunu effettivi.

27.

Mill-1994, ir-riforma legali ta' tranżitu kienet progressiva. It-tranżitu kien ippreżentat fil-programmi ta' spezzjoni tal-Kummissjoni għall-1996, l-1997 u l-2000. Minn hemm 'il quddiem fid-dawl tar-riżorsi limitati għall-ispezzjonijiet, il-Kummissjoni ddeċidiet li tiddiferixxi aktar ispezzjonijiet estensivi sakemm tkun tistà tkejjel jekk l-NCTS kinitx fil-fatt qiegħda tagħti l-benefiċċji mistennija. Iżda xi aspetti speċifiċi ta' tranżitu kienu s-soltu mmexxija bħala parti minn temi oħra.

29.

Il-Kummissjoni se teżamina fid-dettal il-konklużjonijiet tal-Qorti, flimkien ma' dawk ta' l-ispezzjonijiet tagħha, kif ukoll tiġbed l-attenzjoni ta' l-Istati Membri lejn oqsma ta' nuqqas ta' konformità li jeħtieġu jkunu rimedjati. Fejn diverġenzi mir-rekwiżiti legali waslu lejn telf fil-baġit tal-Komunità, l-Istati Membri kienu jew se jkunu mitluba sabiex jagħmlu r-riżorsi tagħhom disponibbli u jħallsu l-interessi.

35.

Il-Kummissjoni identifikat ukoll każi ta' dokumenti inkompleti dwar kontroll ta' awtorizzazzjoni minn qabel f'dawn l-Istati Membri u għamlet enfasi dwar il-konsegwenzi finanzjarji potenzjali li jistgħu jirriżultaw minn nuqqas ta' konformità mal-leġiżlazzjoni Komunitarja.

36.

L-Istati Membri kkonċernati se jitfakkru dwar l-importanza li jkunu dokumentati l-kontrolli u l-analiżi ta' qabel l-approvazzjoni. Il-fatt li saħħaħ l-irkupru jistà jitpoġġa kontra operatur kummerċjali ma jfissirx li l-iffaċilitar mogħti għandu jkun irtirat awtomatikament. L-Istati Membri għandhom jiġġudikaw kull każ skond il-merti tiegħu. Jekk garanzija mnaqqsa b'mod inkorrett jew dispensa mill-garanzija twassal għal telf identifikat fil-baġit tal-Komunità, l-Istati Membri kkonċernati se jintalbu biex jagħmlu r-riżorsi proprji kkonċernati disponibbli flimkien ma' interess fuq kull dewmien involut.

38.

Bl-istess mod, fil-kontrolli tagħha l-Kummissjoni sabet, li l-investigazzjonijiet rarament jibdew minnufih. Twaqqaf grupp ta' esperti sabiex jirrapporta sa l-aħħar ta' l-2006 dwar it-tmiem u l-eżekuzzjoni ta' l-operazzjonijiet ta' tranżitu li jinkludu proċeduri ta' talbiet għal tagħrif u rkupru. Kull proposta li tirriżulta għal tibdil se tkun segwita matul l-2007.

41.

Jekk il-kapijiet ma jikkooperawx, l-amministrazzjonijiet diġà għandhom il-mezzi sabiex jiċħdu jew jirtiraw simplifikazzjonijiet għat-tranżitu bħalma hija l-garanzija komprensiva jew tnaqqis mogħti fl-ammont ta' referenza. Permezz tar-riforma, id-dwana ngħatat speċifikament il-possibilità li tibda l-irkupru independentement mil-livell ta' kooperazzjoni tal-kap. Bħalissa aktar sanzjonijiet u penali jaqgħu taħt il-kompetenza ta' l-Istati Membri għalkemm il-proposta tal-Kummissjoni għal Kodiċi Doganali Modern (1) tipprovdi għal qafas ta' konverġenza.

42.

Kien hemm dewmien fil-proċedura ta' inkjesta għal tagħrif magħmula fuq il-karta. Sabiex titranġa din is-sitwazzjoni tfassal il-modulu elettroniku tal-NCTS “ġestjoni ta' talbiet għal tagħrif” li ġie introdott f'Jannar 2006. F'kull każ il-liġi tistipula limitu taż-żmien li bih l-uffiċċju tat-tluq għandu jieħu azzjoni sabiex jistabbilixxi d-dejn. Il-Kummissjoni se ssegwi dawk il-każijiet identifikati mill-Qorti fejn operaturi ekonomiċi stess innotifikaw il-wasla tal-merkanzija u tittieħed azzjoni mill-aktar fis sabiex jassiguraw li l-merkanzija kienet dikjarata għal reġjun doganali ieħor li milli jidher ma segwiex.

43.

Il-Kummissjoni għadha għaddejja bl-ispezzjonijiet tagħha iżda l-indikazzjonijiet qed juru li l-każijiet li qed jidħlu fil-proċedura ta' inkjesta għal tagħrif qed ikunu solvuti aktar malajr.

45.

Il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea tat sentenza f'numru ta' każijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-effett preċiż ta' dispożizzjonijiet varji li jitrattaw movimenti li ma ġewx eżegwiti (li jinkludu dawk taħt il-Konvenzjoni TIR) f'Ottubru 2006. Fit-tliet sentenzi li għandhom implikazzjonijiet għal legiżlazzjoni kurrenti l-ECJ ikkonfermat il-pożizzjoni tal-Kummissjoni (2).

46.

Ta' spiss il-Kummissjoni sabet li minkejja d-dispożizzjonijiet legali ċari, dan l-aħħar l-Istati Membri dan l-aħħar stabbilew djun fuq operazzjonijiet ta' tranżitu li ma ġewx eżegwiti. Ittieħdet azzjoni sabiex jkunu disponibbli r-riżorsi involuti tagħhom stess u kien addebitat interess fuq id-dewmien. Fejn id-dewmien kien jidher bħala wieħed sistematiku l-Istati Membri ntalbu jagħmlu aktar investigazzjonijiet sabiex jidentifikaw aktar każijiet. Il-Kummissjoni se tieħu azzjoni dwar il-każijiet li l-Qorti identifikat fit-tliet Stati Membri.

48.

Il-każijiet imqajma mill-Qorti li għandhom effett fuq ir-rożorsi proprji tradizzjonali se jkunu segwiti flimkien ma' l-Istati Membri kkonċernati.

49.

Il-kodiċi tal-komodità f'dikjarazzjonijiet ta' tranżitu hu obbligatorju għal prodotti sensittivi (ara n-nota 9 tal-Qorti) u f'ċerti każijiet oħra (3). Meta valur u kodiċi ta' merkanzija mhumiex f'dikjarazzjoni ta' tranżitu għal operazzjoni l-informazzjoni neċessarja sabiex ikun ikkalkulat id-dejn doganali normalment tinkiseb bħala parti mill-proċedura ta' inkjesta. Jekk dan ma jseħħx id-dejn doganali huwa normalment ikkalkulat fuq il-bażi ta' l-ogħla tariffa.

51.

Il-Kummissjoni għandha ssegwi s-sejbiet tal-Qorti ma' l-Istati Membri.

53.-54.

Il-liġi dwar il-parti garantita tad-dejn li għandu jkun kopert hi ċara — għandu jiddaħħal fil-kont A sakemm ma jasalx appell bil-miktub li jista' jitbiddel l-ammont tad-dejn qabel ma jkunu disponibbli. Jekk dawn iċ-ċirkostanzi ta' l-aħħar japplikaw jistgħu jiddaħħlu fil-kont B. Minkejja din iċ-ċarezza u kull Stat Membru kien avżat dwar il-prattika korretta, il-Kummissjoni hi konxja li ċerti uffiċċji doganali bdew jittrattaw dejn garantit b'mod inkorrett u li t-tliet Stati Membri ddaħħlu fil-kont B b'mod sistematiku. Sentenzi reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea kontra tnejn minn dawn l-Istati Membri (4) kkonfermaw li ma kienux konformi mal-liġi. Issa għaddejja azzjoni sabiex ikun żgurat li l-Istati Membri kollha huma konxji tas-sentenzi tal-Qorti u jinġabar kull ammont tar-riżorsi proprji tradizzjonali li ma jkunux saru disponibbli, minbarra l-interess fuq id-dewmien involut.

56.

L-affidabilità u l-kompletezza tad-data fil-livell ta' l-UE jiddependu fuq l-applikazzjoni korretta tar-rekwiżiti legali u l-proċeduri biex ikunu rrappurtati frodi u rregolaritajiet mill-Istati Membri, kif speċifikat minn Regolament (KE) 515/97 u Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000. Meta d-data ta' l-OWNRES titqabbel ma' data minn sorsi u indikaturi oħra (Komunikazzjoni ta' Għajnuna Reċiproka, Sistema ta' Informazzjoni Doganali, EWS) li mhux neċessarjament tirrifletti t-tendenza fil-frodi u l-irregolaritajiet tat-tranżitu. Per eżempju, mill-2001 OLAF indirizza ftit każi dwar il-frodi ta' tranżitu. Din it-tendenza li dejjem qed tonqos qiegħda tidher fit-tnaqqis fin-numru messaġġi għal frodi ta' tranżitu ta' l-Għajnuna Reċiproka (MA) maħruġa mill-Uffiċċju (minn medja ta' 35 % tan-numru totali annwali tal-messaġġi ta' l-MA maħruġa fil-bidu tas-snin 90, għall-inqas minn 3 % mill-2001) u n-nuqqas ta' każijiet operazzjonali relatati direttament għal movimenti ta' tranżitu fis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali (CIS). Sa issa, CIS waħda biss minn 620 tikkonċerna t-tranżitu.

57.

Għall-Kummissjoni hi importanti li tkun analizzata s-sitwazzjoni tal-movimenti ħielsa. Tikkonċentra din l-analiżi fuq dawk internazzjonali peress li din hi l-unika data indipendenti disponibbli mill-portal komuni.

59.

Kif intqal f'rapporti annwali reċenti tal-Kummissjoni dwar il-ġlieda kontra l-frodi, id-data ta' l-OWNRES ma titqiesx li tirrifletti t-tendenza fil-frodi ta' tranżitu. Id-data ma taqbilx ma' indikaturi disponibbli oħra (EWS, Komunikazzjoni ta' Għajnuna Reċiproka, CIS), ara wkoll it-tweġiba għall-paragrafu 56. Il-Kummissjoni avżat lill-awtorità baġitarja fl-2004 li l-OWNRES ma kinitx sors affidabbli ta' informazzjoni billi d-data li l-Istati Membri bdew jirreġistraw la kienet kompleta u anqas aġġornata. L-Istati Membri tħeġġew sabiex itejbu l-eżekuzzjoni tagħhom u bdew jieħdu azzjoni. Kien hemm titjib kbir fir-rappurtar ta' l-aħħar riżultati li juru lill-OWNRES u d-data tal-kont B qegħdin 90 % komparabbli. Il-Kummissjoni se tkompli tissorvelja l-eżekuzzjoni ta' l-Istati Membri.

64.

Bl-adozzjoni u l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) 648/2005 bażi legali ċara dwar il-kontroll doganali bbażat fuq analiżi ta' riskju se jsir realtà u obligazzjoni legali għall-Istati Membri (Art. 13 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 648/2005). Hu aktar effiċjenti li taħdem b'profili ċari u mfassla tajjeb u b'kriterji komuni u oqsma ta' kontroll ta' prijorità, milli jkunu introdotti mill-bidu rati minimi ta' kontroll li jistgħu jwasslu għal devjazzjoni ta' riżorsi minn kunsinni sensittivi għal dawk mhux sensittivi sabiex jilħqu r-rata minima ta' kontroll. Madankollu, il-Kummissjoni ma teskludix li, bbażata fuq l-esperjenza, tistà tiżviluppa aktar il-leġiżlazzjoni.

Fir-rigward tal-kodiċi ta' merkanzija, jekk jogħġbok ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 49.

65.

Bħalissa l-Kummissjoni qiegħda tipproponi li s-selezzjoni tal-kunssini għall-kontroll għandhom jinkludu element każwali. Minbarra dawn iż-żoni prijoritarji komuni ta' kontroll — li għandhom jkunu soġġetti għal livelli miżjuda ta' kontrolli doganali matul il-perijodu partikolari bbażat fuq l-analiżi ta' riskju bl-użu ta' kriterji komuni — għandhom jinqablu ma' l-Istati Membri taħt il-proċedura tal-Kumitat. It-tħassib u r-rakkomandazzjonijiet se jitressqu fil-Kodiċi tal-Kumitat.

66.

Bħalissa l-Kummissjoni ma għandhiex aċċess għad-data jew il-kontenut, tista’ tara biss il-pakkett tal-messaġġ. Madankollu, il-Kummissjoni qiegħda tieħu l-passi neċessarji sabiex ikollha aċċess għad-data tal-NCTS li se toffri ħarsa lejn ir-rotot tat-traffikar imsaħħa ta' prodotti sensittivi fi tranżitu kif ukoll tippermetti li titwettaq analiżi strateġika u operazzjonali għal prodotti bħal dawn.

KONKLUŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET

68.

Il-Kummissjoni se ssegwi l-problemi tekniċi u n-nuqqasijiet identifikati mill-Qorti fuq bażi ta' każ b'każ, b'mod partikoalri meta għandhom jitfasslu l-konsegwenzi finanzjarji, u se tikkontrolla s-sitwazzjoni kif ukoll tħeġġeġ l-amministrazzjonijiet sabiex japplikaw id-dispożizzjonijiet b'mod korrett.

Għal dan il-għan se tassigura li d-dispożizzjonijiet legali huma ċari u mhux ambigwi u jekk hu neċessarju jkunu proposti modifiki. Se tagħti aktar gwida ddettaljata dwar kif ċerti dispożizzjonijiet għandhom ikunu applikati permezz ta' arranġamenti amministrattivi, bħalma huwa l-Manwal dwar it-Tranżitu. Jekk jippersistu xi dubji l-Kummissjoni se toffri pjattaforma sabiex ikunu ċċarati.

Fl-aħħar nett il-Kummissjoni se tikkunsidra proċeduri ta' ksur kontra l-Istati Membri f'każi ġġustifikati fejn l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità ma sseħħitx jew saret b'mod żbaljat.

Jekk jogħġbok ara wkoll it-tweġiba għall-paragrafu 66.

69.

 

a)

Kif irrakkomandat mill-Qorti f'Lulju 2006 diġà kien adottat ftehim operattiv dettaljat sabiex jkopri sitwazzjonijiet kritiċi li jaffettwaw id-disponibbilità u l-kontinwità tal-NCTS.

b)

Issaħħet is-sorveljanza ta' l-operazzjoni tal-NCTS u se tittejjeb aktar matul l-2007, jekk jogħġbok ara wkoll it-tweġiba għall-paragrafu 24.

70.

Il-Kummissjoni ddeċidiet ittawwal iż-żmien għal kwalunkwe spezzjonijiet ta' tranżitu b'firxa wiesgħa sakemm l-aspetti kollha tas-sistema tal-NCTS ikunu implimentati b'mod sħiħ sabiex jippermettu li jittieħdu deċiżjonijiet dwar l-effettività tagħha.

71.

Il-Kummissjoni sabet ukoll li xi Stati Membri mhux kapaċi juru li wara l-avveniment saru l-kontrolli neċessarji kollha dwar konvenjenza tan-negozju sabiex jingħataw proċeduri simplifikati. Iżda, il-ħsara potenzjali għall-baġit tal-Komunità hija limitata: jekk garanziji mogħtija b'mod skorrett ma jkunux suffiċjenti l-Istat Membru mbagħad ikun responsabbli għal kwalunkwe riżorsi proprji mitlufa u fejn xieraq għall-interess ukoll.

Il-proċedura preċedenti ta' talbiet għal tagħrif magħmula fuq il-karta batiet minn ħafna każijiet li derhu li ma kienux eżegwiti minħabba dewmien ta' trażmissjoni u problemi oħra li ġejjin mill-proċedura. L-NCTS qed tindirizza t-tagħbija żejda. Barra minn hekk għaddejja reviżjoni minn grupp ta' esperti (ara tweġiba għall-paragrafu 38).

Meta fl-ispezzjonijiet ta' rutina tagħha jew bħala riżultat ta' attività tal-Qorti, il-Kummissjoni ssib dewmien sabiex tagħmel ir-riżorsi proprji tradizzjonali disponibbli, l-Istati Membri jintalbu sabiex iħallsu kwanlunkwe riżorsi proprji dovuti kif ukoll fejn xieraq l-interessi fuq id-dewmien. Fejn hemm evidenza li n-nuqqas kien sistematiku mbagħad l-Istati Membri jintalbu sabiex jinvestigaw każijiet bħal dawn u biex isiru l-korrezzjonijiet finanzjarji neċessarji.

72.

Fejn xieraq il-Kummissjoni ħadet azzjoni sabiex tassigura li l-Istati Membri jikkumpensaw il-baġit tal-Komunità għal kwalunkwe ammonti tar-riżorsi proprji li kellhom isiru disponibbli iżda li ma sarux minħabba l-fatt li l-Istati Membri ma ħadux azzjoni fil-ħin dwar movimenti ta' tranżitu li ma kienux eżegwiti.

Il-Kummissjoni kkunsidrat in-nuqqasijiet li nstabu f'oqsma varji waqt l-abbozz tar-regoli ta' implimentazzjoni għal status ta' operatur ekonomiku awtorizzat (AEO). Se tingħata aktar kunsiderazzjoni fil-produzzjoni tal-linji gwida ta' l-AEO. L-Artikolu 14q tad-Dispożizzjonijiet ta' Implimentazzjoni tar-Regolament (KE) 648/2005 jipprevedi li, la darba ngħata l-istatus ta' AEO, l-awtoritajiet doganali għandhom jissorveljaw l-AEO b'konformità mal-kondizzjonijiet u l-kriterji stipulati. Barra minn hekk, it-tkomplija ta' l-istatus għandha tkun eżaminata mill-ġdid mill-awtorità doganali kull meta t-tibdil rilevanti fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità jew meta dik l-awtorità għandha indikazzjoni reġjonevoli li l-konidzzjonijiet rilevanti ma jistgħux jintlaħqu aktar.

Fir-rigward tal-proċeduri ta' inkjesta:

a)

Il-Kummissjoni tista' tikkonferma li l-kompjuterizzazzjoni tal-proċedura ta' inkjesta qiegħda diġà tgħin għal ġestjoni aktar mgħaġġla ta' l-inkjesti. Fejn neċessarju se tittieħed azzjoni ta' rimedju u għaddejja reviżjoni separata tal-proċedura ta' inkjesta kif stipulat fi tweġiba għall-paragrafu 71. Wara l-introduzzjoni tal-NCTS wieħed mill-għanijiet tal-Kummissjoni hu li jitqassru l-limiti ta' żmien.

b)

Permezz tar-riforma, id-dwana ngħatat speċifikament il-possibilità li tibda l-irkupru, independentement mil-livell ta' kooperazzjoni tal-kap. Sanzjonijiet u penali jaqgħu taħt il-kompetenza ta' l-Istati Membri għalkemm il-proposta tal-Kummissjoni għal Kodiċi Doganali Modernizzat tipprovdi għal qafas ta' konverġenza (ara paragrafu 41).

Fir-rigward proċeduri ta' rkupru:

a)

Din ir-rakkomandazzjoni hi implimentata mill-programm ta' spezzjoni fejn it-tema prinċipali tiegħu kienet it-tranżitu. L-għan ġenerali għal dawk l-ispezzjonijiet inkluda li jkunu kkontrollati l-proċeduri ta' l-Istati Membri għas-segwitu ta' kwalunkwe operazzjoni mhux eżegwita hu konformi mar-regolamenti rilevanti u li r-Riżorsi Proprji kienu kkalkulati kif inhu xieraq, stabbiliti u jkunu kkunsidrati.

b)

Il-Kummissjoni eżaminat il-kwistjoni sabiex il-kodiċi tal-merkanzija u l-valur tal-prodott isiru mandatorji fid-dikjarazzjonijiet ta' tranżitu kollha (jiġifieri fil-każijiet imsemmija taħt punt 49). Billi fit-tranżitu d-dikjarant ta' spiss ma jkunx l-importatur għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-ispiża addizzjonali għall-operatur sabiex jipprovdi din it-tip ta' informazzjoni u sabiex dan ikun kkumpensat skond in-numru limitat ta' rkupri li jinbdew mid-dwana. F'bilanċ, il-Kummisjoni hi ta' l-opinjoni li, għall-għan ta' tranżitu, m'hemmx bżonn din it-tip ta' informazzjoni għad-dikjarazzjonijiet ta' tranżitu kollha u li, sakemm b'diliġenza d-dwana twettaq il-proċedura ta' inkjesta, għandu jinġabar l-ammont xieraq ta' dazju. Ara wkoll it-tweġiba għall-paragrafu 72 (a).

Fir-rigward is-sistema ta' garanzija:

a)

Il-Kummissjoni se tkompli tissorvelja l-proċeduri ta' l-Istati Membri.

b)

Il-Kummissjoni se tkompli tagħżel it-temi għall-ispezzjonijiet tagħha ta' konformità fl-Istati Membri permezz ta' analiżi ta' riskju. Qabel l-2006 t-tranżitu kien kandidat għal ispezzjoni iżda ma kienx magħżul għal eżaminazzjoni għaliex xtaqna nistennew implimentazzjoni aktar sħiħa tal-NCTS. Għall-2007 l-Kummissjoni tikkunsidra li x'aktarx se jkun hemm aktar attività ta' ispezzjoni li tikkonċerna t-tranżitu.

73.

Il-Kummissjoni tikseb informazzjoni dwar attività frawdolenta sospetta minn diversi sorsi. Kollox ma' kollox, l-indikazzjonijiet huma li kien hemm nuqqas ta' frodi fit-tranżitu.

74.

Bl-adozzjoni u l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) 648/2005 bażi ċara dwar il-kontrolli doganali bbażati fuq analiżi ta' riskju se jsiru realtà u obligazzjoni legali għall-Istati Membri (Art. 13 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 648/2005).

Diġà qiegħda topera r-RIF (Formula dwar Informazzjoni ta' Riskju), komponent ċentrali fl-iżvilupp ta' qafas komuni għall-ġestjoni tar-riskju mitlub mir-Regolament (KE) 648/2005 li jiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni ta' riskju fuq il-kwistjonijiet dwar kontroll doganali li jinkludu t-tranżitu bejn l-Istati Membru.


(1)  COM(2005) 608 finali tat-30 ta’ Novembru 2005.

(2)  Każijiet C-105/02, C-377/03 u C-275/04, is-sentenzi tal-5 ta' Ottubru 2006.

(3)  Kull meta d-dikjarazzjoni ta' tranżitu ssir mill-istess persuna fl-istess ħin ma', jew issegwi dikjarazzjoni doganali li tinkludi kodiċi tal-merkanzija u kull meta l-leġiżlazzjoni tal-Komunità teħtieġ hekk.

(4)  C-105/02, C-377/03.