52006PC0226

Proposta għal Direttiva ke tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (Verżjoni kkodifikata) /* KUMM/2006/0226 finali - COD 2006/0073 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 22.5.2006

KUMM(2006)226 finali

2006/0073(COD)

Proposta għal

DIRETTIVA KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali

( Verżjoni kkodifikata)

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Fl-isfond ta’ Ewropa għall-poplu, il-Kummissjoni tisħaq li tissimplifika u tiċċara il-liġi tal-Komunita sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli liċ-ċittadin komuni u b’hekk toffrilu aktar opportunitajiet u ċ-ċans li juża d-drittijiet speċifiċi li tagħtih.

Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta disposizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi sikwit b’mod sostanzjali, jibqgħu imferxin bejn l-att oriġinali u atti segwenti li jemendaw l-oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ riċerka mdaqqsa li tqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin, sabiex jiġu identifikati r-regoli preżenti.

Għalhekk hu essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tal-Komunita tkun ċara u trasparenti.

2. Għalhekk fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att leġislattiv għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, u tenfasizza li din hi kondizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw li jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anke wara inqas emendi biex jiżguraw li r-regoli tal-Komunità huma ċari u jinftiehmu malajr.

3. Il-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) ikkonfermaw dan[2], waqt li saħqu l-importanza tal- kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza għal-liġi applikabbli.

Il-kodifikazzjoni għandha sseħħ skond il-proċedura normali leġislattiva tal-Komunita.

Peress illi l-ebda bidla sostanzjali ma tista ssir lill-atti li jiġu kkodifikati , il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu permezz ta’ ftehim interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 li jistgħu jużaw proċedura mgħaġġla għall-adozzjoni bikrija ta’ atti ta’ kodifikazzjoni.

4. L-għan ta’ din il-proposta hu li sseħħ il-kodifikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 92/100/KEE tad-19 ta’ Novembru 1992 dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali[3]. Id-Direttiva l-ġdida tħassar lill-atti varji inkorporati fiha[4] ; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu ta’ l-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kull ma tagħmel hu li tgħaqqadhom biss b’dawk l-emendi formali kif meħtieġ mill-eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu.

5. Il-proposta tal- kodifikazzjoni tfasslet fuq il-bażi ta’ konsolidazzjoni preliminarja fl-ilsna kollha uffiċjali tad-Direttiva 92/100/KEE u ta’ l-atti li jemendawha, magħmula mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ data . Fejn l-artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri ġodda u qodma tidher fit-tabella misjuba fl-Anness II tad-Direttiva kkodifikata.

ê 92/100/KEE (adattat)

2006/0073(COD)

Proposta għal

DIRETTIVA KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli Ö 47 Õ (2), Ö 55 Õ u Ö 95 Õ tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5],

Ö Filwaqt li jaġixxu Õ skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat[6]

Billi:

ê

1. Id-Direttiva tal-Kunsill 92/100/KEE tad-19 ta’ Novembru 1992 dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali[7] ġiet emendata kemm-il darba[8] b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata.

ê 92/100/KEE Premessa 4

2. Kiri u self ta’ xogħlijiet bid-drittijiet ta’ l-awtur u s-suġġett ta’ protezzjoni ta’ drittijiet relatati qed ikollu rwol dejjem aktar importanti b’mod partikolari għall-awturi, artisti u produtturi ta’ fonogrammi u films. Il-piraterija qed issir theddida dejjem akbar.

ê 92/100/KEE Premessa 5

3. Il-protezzjoni adekwata tax-xogħlijiet bid-drittijiet ta’ l-awtur u s-suġġett tal-protezzjoni ta’ drittijiet relatati bi drittijiet ta’ kiri u self kif ukoll il-protezzjoni tas-suġġett tal-protezzjoni tad-drittijiet relatati bid-dritt ta’ fissar, dritt ta’ distribuzzjoni, dritt ta’ xandir u komunikazzjoni lill-pubbliku tista’ f’dan is-sens tkun ikkunsidrata bħala ta’ importanza fundamentali għall-iżvilupp ekonomiku u kulturali tal-Komunità.

ê 92/100/KEE Premessa 6

4. Id-drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet ta’ protezzjoni relatati għandhom jadattaw għal żviluppi ekonomiċi ġodda bħal forom ġodda ta’ sfruttament.

ê 92/100/KEE Premessa 7

5. Ix-xogħol kreattiv u artistiku ta’ awturi u artisti jeħtieġ dħul adegwat bħala bażi għal aktar xogħol kreattiv u artistiku, u l-investimenti meħtieġa b’mod partikulari għall-produzzjoni ta’ fonogrammi u films huma għoljin u riskjużi. Il-possibbiltà biex tiżgura dak id-dħul u tirkupra dak l-investiment tista’ tkun garantita biss permezz ta’ protezzjoni legali adekwata tad-detenturi tad-drittijiet relatati.

ê 92/100/KEE Premessi 8 u 9 (adattat)

6. Dawn l-attivitajiet kreattivi, artistiċi u intraprenditorjali huma, fil-parti l-kbira tagħhom, attivitajiet ta’ persuni li jaħdmu għal rashom. Ö Safejn dan l-attivitajiet jikkostitwixxu prinċipalment is-serviżżi, Õ il-provvista u l-eżerċizzju tagħhom għandu jiġi ffaċilitat billi tkun provduta protezzjoni legali armonizzata fil-Komunità.

ê 92/100/KEE Premessa 10 (adattat)

7. Il-leġislazzjoni ta’ l-Istati Membri għandha tiġi approssimata b’tali mod li ma tmurx kontra lkonvenzjonijiet internazzjonali li fuqhom huma bbażati ħafna mid-drittijiet ta’ l-awtur u l-liġijiet tad-drittijiet relatati Ö ta’ bosta Stati Membri. Õ

ê 92/100/KEE Premessa 11

8. Il-qafas legali tal-Komunità dwar id-dritt ta’ kiri u d-dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur jistgħu jkunu limitati biex jistabbilixxu li l-Istati Membri jipprovdu drittijiet dwar il-kiri u s-self għal ċerti gruppi ta’ detenturi ta’ drittijiet u b’żieda ma’ dan biex jistabbilixxu d-drittijiet ta’ ffissar, distribuzzjoni, xandir u komunikazzjoni lill-pubbliku għal ċerti gruppi ta’ detenturi fil-qasam tal-protezzjoni ta’ drittijiet relatati.

ê 92/100/KEE Premessa 12

9. Huwa meħtieġ li jiġu mfissra l-kunċetti ta’ kiri u self għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.

ê 92/100/KEE Premessa 13 (adattat)

10. Huwa mixtieq, bl-iskop ta’ kjarifika, li jiġi eskluż mill-kiri u s-self fit-tifsira ta’ din id-Direttiva ċerti forom li jagħmlu disponibbli, bħal per eżempju li tagħmel disponibbli fonogrammi u films għall-iskop ta’ esibizzjoni jew xandir pubbliku, jagħmel disponibbli għall-fini ta’ esibizzjoni, jew li jagħmel disponibbli għal użu ta’ riferenza fuq il-post. Is-self fit-tifsira ta’ din id-Direttiva Ö m’għandux jinkludi Õ li tagħmel disponibbli bejn stabbilimenti li huma aċċessibbli għall-pubbliku.

ê 92/100/KEE Premessa 14

11. Fejn is-self minn stabbiliment aċċessibbli mill-pubbliku jġib miegħu ħlas ta’ ammont li ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex ikopri l-ispejjeż tat-tħaddim ta’ l-istabbiliment, ma hemmx vantaġġ ekonomiku jew kummerċjali dirett jew indirett fit-tifsira ta’ din id-Direttiva.

ê 92/100/KEE Premessa 15

12. Huwa meħtieġ l-introdużżjoni ta’ arranġamenti li jiżguraw li ħlas ekwu mhux rinunzjabbli jinkiseb mill-awturi u artisti li għandhom iżommu l-possibbiltà li jafdaw l-amministrazzjoni ta’ dan id-dritt lil collective societies li jirrappreżentawhom.

ê 92/100/KEE Premessi 16 u 17

13. Il-ħlas ekwu jista’ jitħallas fuq bażi ta’ pagament wieħed jew diversi f’kwalunkwe ħin waqt jew wara l-konklużjoni tal-kuntratt. Dan għandu jikkunsidra l-importanza tal-kontribut ta’ l-awturi u artisti relatati mal-fonogramm jew film.

ê 92/100/KEE Premessa 18 (adattat)

14. Huwa meħtieġ ukoll li ta’ l-anqas jiġu protetti d-drittijiet ta’ l-awturi rigward self pubbliku billi jiġu pprovvduti arranġamenti speċifiċi. Minkejja dan, kull miżura Ö meħuda bħala deroga mid-dritt esklussiv ta’ self lill-pubbliku għandha Õ tkun konformi, b’mod partikulari ma’ l-Artikolu Ö 12 Õ tat-Trattat.

ê 92/100/KEE Premessa 19 (adattat)

15. Ö Id-disposizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva dwar drittjiiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur m’għandhomx jipprojbixxu Õ lil Stati Membri milli jestendu Ö għal dawn id-drittijiet esklussivi, il-preżunzjoni prevista f’din id-Direttiva dwar kuntratti relatati mal-produzzjoni tal-films konklużi, individwalment jew kollettivament, minn artisiti flimkien ma’ prodotturi tal-films. Õ Barra minn hekk, Ö dawk Õ id-disposizzjonijiet Ö m’għandhomx jipprevenu Õ lil Stati Membri milli jipprovdu għal prezunżjoni konfutabbli ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ l-isfruttar rigward id-drittijiet esklussivi ta’ l-artisti previsti fid-disposizzjonijiet rilevanti ta’ din-Direttiva, sa fejn din il-prezunżjoni hija kompatibbli mal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta’ l-Artisiti, Produtturi ta’ Fonogrammi u Organizzazzjonijiet tax-Xandir (minn issa ’l quddiem imsemmija l-Konvenzjoni ta’ Ruma).

ê 92/100/KEE Premessa 20 (adattat)

16. L-Istati Membri Ö għandhom ikunu kapaċi li Õ jipprovdu għal protezzjoni aktar vasta għal detenturi ta’ drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur minn dawk meħtieġa mid-disposizzjonijiet stabbiliti b’din id-Direttiva rigward xandir u kommunikazzjoni lill-pubbliku.

ê 92/100/KEE Premessa 21

17. Id-drittijiet tal-kiri u s-self armonizzati u l-protezzjoni armonizzata fil-qasam tad-drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur m’għandhomx ikunu eżerċitati b’mod li jikkostitwixxu restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn Stati Membri jew b’mod li huwa kuntrarju għar-regola tal-kronoloġija ta’ l-isfruttar tal-media, kif rikonoxxut fis-sentenza mogħtija fis-Société Cinéthèque v. FNCF[9].

ê

18. Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti B,

ê 92/100/KEE

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

DRITT TA’ KIRI U SELF

Artikolu 1

L-għan ta’ l-armonizzazzjoni

1. Skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, l-Istati Membri għandhom jipprovdu, soġġett għall-Artikolu 6, dritt biex jawtorizzaw jew jipprojbixxu l-kiri jew is-self ta’ oriġinali u kopji ta’ xogħlijiet bid-drittijiet ta’ l-awtur, u materji oħra kif stipulat fl-Artikolu 3(1).

ê 92/100/KEE (adattat)

Ö 2. Id-drittijiet msemmija fil-paragrafu 1 m’għandhomx ikunu eżawriti b’ebda bejgħ jew att ieħor ta’ distribuzzjoni ta’ oriġinali u kopji ta’ xogħlijiet bid-drittijiet ta’ l-awtur u materji oħra kif stipulat fl-Artikolu 3(1). Õ

Ö Artikolu 2 Õ

Ö Definizzjonijiet Õ

1. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva Ö għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: Õ

Ö (a) Õ «kiri» tfisser li tagħmel disponibbli għall-użu, għal perijodu limitat ta’ żmien u għal vantaġġ ekonomiku jew kummerċjali dirett jew indirett Ö ; Õ

Ö (b) Õ «self» ifisser li tagħmel disponibbli għall-użu, għal perjodu limitat ta’ żmien u mhux għal vantaġġ ekonomiku jew kummerċjali dirett jew indirett, meta jsir permezz ta’ stabbilimenti li huma aċċessibbli għall-pubbliku Ö ; Õ

Ö (ċ) «film» ifisser xogħol ċinematografiku jew awdjoviżiv jew xbiehat li jiċċaqilqu, sew jekk akkumpanjati bil-ħoss sew jekk le; Õ

Ö 2. Id-direttur prinċipali ta’ xogħol ċinematografiku jew awdjoviżiv għandu jkun kunsidrat bħala l-awtur tiegħu jew wieħed mill-awturi. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal oħrajn biex ikunu kkunsidrati bħala l-ko-awturi tiegħu. Õ

ê 92/100/KEE

Artikolu 3

Detenturi tad-drittijiet u materji tad-dritt tal-kiri u self

1. Id-dritt esklussiv li jawtorizza jew jipprojbixxi kiri u self għandu jkun ta’ dawn li ġejjin:

(a) l-awtur fir-rigward ta’ l-oriġinal jew il-kopji tax-xogħol tiegħu;

(b) l-artist fir-rigward ta’ l-iffissar tal-wirja tiegħu;

ê 92/100/KEE (adattat)

(ċ) il-produttur tal-fonogramm fir-rigward tal-fonogrammi tiegħu;

(d) il-produttur ta’ l-ewwel iffissar ta’ film dwar l-oriġinal u l-kopji tal-film tiegħu.

2. Din id-Direttiva Ö ma tkoprix Õ id-drittijiet tal-kiri u self relatati mal-bini u max-xogħlijiet ta’ l-arti applikata.

ê 92/100/KEE

3. Id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu trasferiti, mogħtija jew suġġetti għall-għoti ta’ liċenzji kuntrattwali.

4. Bla ħsara għall-paragrafu 6, meta kuntratt relatat mal-produzzjoni ta’ film ikun konkluż, individwalment jew kollettivament, minn artisti ma’ produttur tal-films, l-artist kopert b’dan il-kuntratt għandu jkun meqjus, soġġett għall-klawsoli kuntrattwali kuntrarji, li jkun ittrasferixxa d-dritt tal-kiri tiegħu, soġġett għall-Artikolu 5.

5. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal prezunżjoni simili kif stipulata fil-paragrafu 4 dwar l-awturi.

6. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-iffirmar ta’ kuntratt konkluż bejn artist u produttur tal-films dwar il-produzzjoni ta’ film ikollu l-effett ta’ l-awtorizzazzjoni tal-kiri, sakemm dan il-kuntratt jipprovdi għal ħlas ekwu skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 5. L-Istati Membri jistgħu wkoll jipprovdu li dan il-paragrafu għandu japplika mutatis mutandis għad-drittijiet inklużi fil-Kapitolu II.

Artikolu 4

Kiri ta’ programmi tal-kompjuter

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-Artikolu 4(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/250 KEE[10].

Artikolu 5

Dritt mhux rinunzjabbli għal ħlas ekwu

1. Fejn awtur jew artist ikun ittrasferixxa jew assenja d-dritt tal-kiri tiegħu dwar fonogramm jew oriġinal jew kopja ta’ film lil prodotur ta’ fonogramm jew film, dak l-awtur jew artist għandu jżomm id-dritt li jikseb ħlas ekwu għall-kirja.

2. Id-dritt li jikseb ħlas ekwu għall-kirja ma jistax jiġi rinunzjat minn awturi jew artisti.

3. L-amministrazzjoni ta’ dan id-dritt li jikseb ħlas ekwu jista’ jkun fdat lil collecting societies li jirrappreżentaw awturi jew artisti.

4. L-Istati Membri jistgħu jirregolaw jekk jew sa fejn tista’ tkun imposta l-amministrazzjoni minn collecting societies tad-dritt li jinkiseb ħlas ekwu, kif ukoll il-kwistjoni dwar mingħand min dan il-ħlas jista’ jintalab jew jinġabar.

Artikolu 6

Deroga mid-dritt esklussiv ta’ self lill-pubbliku

1. L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mid-dritt esklussiv li hemm provdut fl-Artikolu 1(1) dwar is-self lill-pubbliku, sakemm ta’ l-anqas l-awturi jiksbu ħlas għal dan is-self. L-Istati Membri għandhom ikunu ħielsa li jistabbilixxu dan il-ħlas waqt li jikkunsidraw l-għanijiet ta’ promozzjoni kulturali tagħhom.

2. Fejn l-Istati Membri ma japplikawx id-dritt esklussiv ta’ self li hemm previst fl-Artikolu 1(1) rigward fonogrammi, films u programmi tal-kompjuter, huma għandhom jintroduċu ħlas, ta’ l-anqas lill-awturi.

3. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw ċerti kategoriji ta’ stabbilimenti mill-pagament tal-ħlas imsemmi fil-paragrafi 1 u 2.

KAPITOLU II

DRITTTIJIET RELATATI MAD-DRITTIJIET TA’ L-AWTUR

Artikolu 7

Dritt ta’ l-Iffissar

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-artisti d-dritt esklussiv li jawtorizzaw jew jipprojbixxu l-iffissar tal-wirjiet tagħhom.

2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-organizzazzjonijiet tax-xandir id-dritt esklussiv biex jawtorizzaw jew jipprojbixxu l-iffissar tax-xandiriet tagħhom, sew jekk dawn ix-xandiriet ikunu trasmessi bil-fili sew jekk bl-ajru, inklużi bil- cable jew bis-satellita.

3. Distributur bil- cable m’għandux ikollu d-dritt previst fil-paragrafu 2 fejn huwa sempliċiment jerġa’ jittrasmetti bil- cable x-xandiriet ta’ organizzazzjonijiet tax-xandir.

Artikolu 8

Xandir u komunikazzjoni lill-pubbliku

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-artisti d-dritt esklussiv li jawtorizzaw jew jipprojbixxu x-xandir b’mezzi mingħajr fili u l-komunikazzjoni lill-pubbliku tal-wirjiet tagħhom, minbarra fejn il-wirja tkun fiha nnifisha diġà wirja mxandra jew tkun saret minn iffissar.

2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu dritt biex jiżguraw li ħlas uniku ekwu jitħallas mill-utent, jekk fonogramm ippubblikat għall-finijiet kummerċjali, jew riproduzzjoni ta’ dan il-fonogramm, tintuża għax-xandir b’mezzi mingħajr fili jew għal kull komunikazzjoni lill pubbliku, u biex jiżguraw li dan il-ħlas jitqassam bejn l-artisti u l-produtturi tal-fonogramm relevanti. L-Istati Membri jistgħu, fin-nuqqas ta’ ftehim bejn l-artisti u l-produtturi tal-fonogramm, jistipulaw il-kondizzjonijiet għat-tqassim ta’ dan il-ħlas bejniethom.

3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-organizzazzjonijiet tax-xandir id-dritt esklussiv biex jawtorizzaw jew jipprojbixxu x-xandir mill-ġdid tax-xandiriet tagħhom b’mezzi mingħajr fili, kif ukoll il-komunikazzjoni lill-pubbliku tax-xandiriet tagħhom jekk din il-komunikazzjoni ssir f’postijiet aċċessibbli għall-pubbliku fuq ħlas ta’ dritt tad-dħul.

Artikolu 9

Dritt ta’ distribuzzjoni

ê 92/100/KEE (adattat)

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu Ö id-dritt esklussiv li jagħmlu disponibbli lill-pubbliku l-oġġetti indikati fil-punti (a) sa (d), inklużi kopji tagħhom, bil-bejgħ jew mod ieħor, minn issa ’l quddiem magħruf bħala «dritt ta’ distribuzzjoni» għal dawn li ġejjin: Õ

(a) għall-artisti, rigward l-iffissar tal-wirjiet tagħhom;

(b) għall-produtturi tal-fonogrammi, rigward il-fonogrammi tagħhom;

(ċ) għall-produtturi ta’ l-ewwel iffissar tal-films, rigward l-oriġinal u l-kopji tal-films tagħhom;

(d) għall-organizzazzjonijiet tax-xandir, rigward l-iffissar tax-xandir tagħhom kif stipulat fl-Artikolu 7(2).

ê 92/100/KEE

2. Id-dritt ta’ distribuzzjoni m’għandux ikun eżawrit fil-Komunità rigward oġġett kif imsemmi fil-paragrafu 1, minbarra fejn l-ewwel bejgħ fil-Komunità ta’ dak l-oġġett isir mid-detentur tad-dritt jew bil-kunsens tiegħu.

3. Id-dritt ta’ distribuzzjoni għandu jkun bla ħsara għad-disposizzjonijiet speċifiċi tal-Kapitolu 1, b’mod partikulari l-Artikolu 1(2).

4. Id-dritt ta’ distribuzzjoni jista’ jkun trasferit, assenjat jew soġġett għall-għotja ta’ liċenzji kuntrattwali.

Artikolu 10

Limitazzjonijiet għad-drittijiet

ê 92/100/KEE (adattat)

1. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu limitazzjonijiet għad-drittijiet imsemmija Ö f’dan il- Õ Kapitolu rigward ta’:

ê 92/100/KEE

(a) użu privat;

(b) użu ta’ siltiet qosra dwar ir-rappurtar ta’ ġrajjiet kurrenti;

(ċ) l-iffissar efimeru minn organizzazzjoni tax-xandir permezz tal-faċilitajiet tagħha stess u għax-xandiriet tagħha;

(d) użu biss għall-finijiet ta’ tagħlim jew riċerka xjentifika.

2. Irrispettivament mill-paragrafu 1, kull Stat Membru jista’ jagħmel disposizzjoniet għall-istess tipi ta’ limitazzjonijiet rigward il-protezzjoni ta’ artisti, produtturi ta’ fonogrammi, organizzazzjonijiet tax-xandir u ta’ produtturi ta’ l-ewwel iffissar ta’ films, hekk bħad-disposizzjonijet previsti fil-liġi tiegħu rigward il-protezzjoni tad-drittijiet ta’ l-awtur f’xogħlijiet letterarji u artistiċi.

Madankollu, jistgħu jkunu previsti liċenzji obbligatorji, biss sal-punt fejn ikunu kompatibbli mal-Konvenzjoni ta’ Ruma.

ê 2001/29/KE Art. 11(1)(b) (adattat)

3. Il-limitazzjonijiet Ö imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, Õ għandhom jiġu applikati biss f’ċerti każi speċjali li ma jmorrux kontra l-isfruttar normali tas-suġġett u ma jippreġudikawx mingħajr raġuni l-interessi leġittimi tad-detentur tad-drittijiet.

ê 92/100 (adattat)

KAPITOLU III

DISPOSIZZJONIJIET KOMUNI

Artikolu 11

Applikazzjoni fil-ħin

1. Din id-Direttiva għandha tapplika fir-rigward ta’ xogħlijiet, wirjiet, fonogrammi, xandiriet u l-ewwel iffissar ta’ films protetti mid-drittijiet ta’ l-awtur imsemmija Ö fiha Õ li Ö kienu Õ, fl-1 ta’ Lulju 1994, għadhom protetti bil-leġislazzjoni ta’ l-Istati Membri fil-qasam ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati jew li Ö ssodisfaw Õ il-kriterji għall-protezzjoni skond id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva f’dik id-data.

ê 92/100/KEE

2. Din id-Direttiva għandha tapplika bla ħsara għal kull att ta’ sfruttar imwettaq qabel l-1 ta’ Lulju 1994.

ê 92/100/KEE (adattat)

3. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li d-detenturi ta’ drittijiet jitqiesu bħala li jkunu taw l-awtorizzazzjoni tagħhom għall-kiri jew self ta’ oġġett imsemmi Ö fil-punti (a) sa (d) ta’ Õ l-Artikolu 3(1) li huwa ppruvat li kien sar disponibbli lil terzi għal din l-għan jew li kien akkwistat qabel l-1 ta’ Lulju 1994.

ê 92/100/KEE

Madankollu, b’mod partikulari fejn dan l-oġġett huwa reġistrazzjoni diġitali, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li detenturi ta’ drittijiet ikollhom dritt li jiksbu ħlas adekwat għall-kiri jew self ta’ dak l-oġġett.

ê 92/100/KEE (adattat)

4. L-Istati Membri jistgħu ma japplikawx id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2(2) għal xogħlijiet ċinematografiċi jew awdjoviżivi magħmula qabel l-1 ta’ Lulju 1994.

5. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 u soġġett għall- paragrafu 7, din id-Direttiva m’għandha taffettwa l-ebda kuntratt konkluż qabel Ö id-19 ta’ Novembru 1992 Õ.

ê 92/100/KEE

6. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu, soġġett għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 7, li meta detenturi ta’ drittijiet li jakkwistaw drittijiet ġodda skond id-disposizzjonijiet nazzjonali adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, ikunu taw, qabel l-1 ta’ Lulju 1994, il-kunsens tagħhom għall-isfruttar, għandhom jitqiesu bħala li jkunu ttrasferew id-drittijiet ġodda esklussivi.

ê 92/100/KEE (adattat)

7. Għall-kuntratti konklużi qabel l-1 ta’ Lulju 1994, id-dritt mhux rinunzjabbli għall-ħlas ekwu li hemm provdut fl-Artikolu 5 għandu japplika biss fejn l-awturi jew artisti jew dawk li jirrappreżentawhom ikunu bagħtu talba għal dak l-għan qabel l-1 ta’ Jannar 1997. Fin-nuqqas ta’ ftehim bejn id-detenturi tad-drittijiet rigward il-livell ta’ ħlas, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-livell ta’ ħlas ekwu.

Artikolu 12

Relazzjoni bejn id-drittijiet ta’ l-awtur u d-drittijiet relatati

Il-protezzjoni ta’ drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur skond din id-Direttiva għandha tħalli intatt u m’għandha bl-ebda mod taffettwa l-protezzjoni tad-drittijiet ta’ l-awtur.

Artikolu 13

Ö Komunikazzjoni Õ

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bid-disposizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali Ö adottati Õ fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

ê

Artikolu 14

Tħassir

Id-Direttiva 92/100/KEE, kif emendata mid-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti A hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 15

Dħul fis-Seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

ê 92/100/KEE (adattat)

Artikolu 16

Ö Destinatarji Õ

ê 92/100/KEE

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

é

ANNESS I

Parti A

Direttiva mħassra flimkien ma’ l- emendi suċċessivi tagħha (imsemmi fl-Artikolu 14)

Direttiva tal-Kunsill 92/100/KEE (ĠU L 346, tas-27.11.1992, p. 61) |

Direttiva tal-Kunsill 93/98/KEE (ĠU L 290, ta’ l-24.11.1993, p. 9) | L-Artikolu 11(2) biss |

Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 167, tat-22.6.2001, p. 10) | L-Artikolu 11(1) biss |

Parti B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali (imsemmi fl-Artikolu 14)

Direttiva | Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |

92/100/KEE | L-1 ta’ Lulju 1994 |

93/98/KEE | L-1 ta’ Lulju 1995 |

2001/29/KE | It-22 ta’ Diċembru 2002 |

_____________

ANNESS II

Tabella Ta’ Korrelazzjoni

Direttiva 92/100/KEE | Din id-Direttiva |

Artikolu 1(1) | Artikolu 1(1) |

Artikolu 1(2) | Artikolu 2 (1), kliem introduttorju u punt (a) |

Artikolu 1(3) | Artikolu 2 (1), punt (b) |

Artikolu 1(4) | Artikolu 1(2) |

Artikolu 2(1), kliem introduttorju | Artikolu 3(1), kliem introduttorju |

Artikolu 2(1), l-ewwel inċiż | Artikolu 3(1)(a) |

Artikolu 2(1), it-tieni inċiż | Artikolu 3(1)(b) |

Artikolu 2(1), it-tielet inċiż | Artikolu 3(1)(ċ) |

Artikolu 2(1), ir-raba’ inċiż, l-ewwel sentenza | Artikolu 3(1)(d) |

Artikolu 2(1), ir-raba’ inċiż, it-tieni sentenza | Artikolu 2 (1), punt (ċ) |

Artikolu 2(2) | Artikolu 2, punt (2) |

Artikolu 2(3) | Artikolu 3(2) |

Artikolu 2(4) | Artikolu 2(3) |

Artikolu 2(5) | Artikolu 2(4) |

Artikolu 2(6) | Artikolu 2(5) |

Artikolu 2(7) | Artikolu 2(6) |

Artikolu 3 | Artikolu 4 |

Artikolu 4 | Artikolu 5 |

Artikolu 5(1) sa (3) | Artikolu 6(1) sa (3) |

Artikolu 5(4) | – |

Artikolu 6 | Artikolu 7 |

Artikolu 8 | Artikolu 8 |

Artikolu 9(1), kliem introduttorju u kliem finali | Artikolu 9(1), kliem introduttorju |

Artikolu 9(1), l-ewwel inċiż | Artikolu 9(1)(a) |

Artikolu 9(1), it-tieni inċiż | Artikolu 9(1)(b) |

Artikolu 9(1), it-tielet inċiż | Artikolu 9(1)(ċ) |

Artikolu 9(1), ir-raba’ inċiż | Artikolu 9(1)(d) |

Artikolu 9(2), (3) u (4) | Artikolu 9(2), (3) u (4) |

Artikolu 10(1) | Artikolu 10(1) |

Artikolu 10(2), l-ewwel sentenza | Artikolu 10(2), l-ewwel sotto-paragrafu |

Artikolu 10(2), it-tieni sentenza | Artikolu 10(2), it-tieni sotto-paragrafu |

Artikolu 10(3) | Artikolu 10(3) |

Artikolu 13(1) u (2) | Artikolu 11(1) u (2) |

Artikolu 13(3), l-ewwel sentenza | Artikolu 11(3), l-ewwel sotto-paragrafu |

Artikolu 13(3), it-tieni sentenza | Artikolu 11(3), it-tieni sotto-paragrafu |

Artikolu 13(4) | Artikolu 11(4) |

Artikolu 13(5) | – |

Artikolu 13(6) | Artikolu 11(5) |

Artikolu 13(7) | Artikolu 11(6) |

Artikolu 13(8) | – |

Artikolu 13(9) | Artikolu 11(7) |

Artikolu 14 | Artikolu 12 |

Artikolu 15(1) | – |

Artikolu 15(2) | Artikolu 13 |

– | Artikolu 14 |

– | Artikolu 15 |

Artikolu 16 | Artikolu 16 |

– | Anness I |

– | Anness II |

_____________

[1] KUMM(87) 868 PV.

[2] Ara l-Anness 3 għal Parti A tal-Konklużjonijiet.

[3] Magħmul skond il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Kodifikazzjoni ta’ l- Acquis Communautaire, KUMM(2001) 645 finali.

[4] Ara l-Anness I, Parti A għal din il-proposta.

[5] ĠU C [...], [...], pġ. [...].

[6] ĠU C [...], [...], pġ. [...].

[7] ĠU L 346, tas-27.11.1992, pġ. 61. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 167, tat-22.6.2001, pġ. 10).

[8] Ara l-Anness I, Parti A.

[9] Każijiet 60/84 u 61/84, Ġabra 1985, pġ. 2605.

[10] ĠU L 122, tas-17.5.1991, pġ. 42.