52006IP0437

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-immigrazzjoni tan-nisa: l-irwol u l-post ta' l-immigranti nisa fl-Unjoni Ewropea (2006/2010(INI))

Official Journal 313 E , 20/12/2006 P. 0118 - 0125


P6_TA(2006)0437

L-immigrazzjoni tan-nisa: l-irwol u l-post ta' l-immigranti nisa fl-UE

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-immigrazzjoni tan-nisa: l-irwol u l-post ta' l-immigranti nisa fl-Unjoni Ewropea (2006/2010(INI))

Il-Parlament Ewropew,

- wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' l-ILO dwar il-Migrazzjoni għax-Xogħol (1949), il-Konvenzjoni ta' l- ILO dwar Migrazzjoni taħt Kundizzjonijiet Abużivi u l-Promozzjoni ta' Opportunitajiet Indaqs u t-Trattament ta' Ħaddiema Migranti (1975) u l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Ħarsien tad-drittijiet talĦaddiema Migranti kollha u Membri tal-Familji tagħhom (1990),

- wara li kkunsidra l-Protokoll dwar il-Prevenzjoni, it-Trażżin u l-Ikkastigar tat-Traffikar ta' Persuni, Speċjalment Nisa u Tfal (2000) u l-Protokoll dwar l-Ittraffikar illegali tal-Migranti bl-Art, bil-Baħar u bl-Ajru (2000), li t-tnejn li huma jservu ta' suppliment għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Transnazzjonali,

- wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar l-Istejtus ta' Refuġjati (1951) u l-Protokoll għaliha dwar l-Istejtus ta' Refuġjati (1967),

- wara li kkunsidra r-Rapport tal-Fond għall-Popolazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-istat tal-popolazzjoni tad-dinja (2006) — Passaġġ għat-tama: in-nisa u l-migrazzjoni internazzjonali,

- wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2004/81/KE tad- 29 ta' April 2004 dwar il-permess ta' residenza li jinħareġ għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma vittmi ta' traffikar ta' persuni jew li kienu s-suġġett ta' azzjoni biex tiffaċilita l-immigrazzjoni illegali, li jikkoperaw ma' l-awtoritajiet kompetenti [1],

- wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tat-Trattat KE dwar il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni,

- wara li kkunsidra l-Artikolu 63 tat-Trattat KE li jagħti lill-Komunità setgħat u kompetenzi fl-oqsma ta' limmigrazzjoni u l-kenn,

- wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew li sar f'Tampere fil- 15 u s- 16 ta' Ottubru 1999, tal-Kunsill Ewropew li sar f'Laeken fl- 14 u l- 15 ta' Diċembru 2001, tal-Kunsill Ewropew li sar f'Seville fil- 21 u t- 22 ta' Ġunju 2002 u tal-Kunsill Ewropew li sar f'Thessaloniki fid- 19 u l- 20 ta' Ġunju 2003, li enfasizzaw l-importanza li jiġu żviluppati l-koperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni fil-kuntest tal-grupp ta' punti ta' kuntatt ta' integrazzjoni nazzjonali li ġie stabbilit reċentement, b'mod partikulari bil-ħsieb li tiżdied il-koordinazzjoni tal-politiki rilevanti fil-livell nazzjonali u ta' l-Unjoni Ewropea,

- wara li kkunsidra l-"Green Paper" tal-Kummissjoni intitolata "Dwar strateġija ta' l-UE għat-treġija talmigrazzjoni ekonomika" (COM(2004)0811),

- wara li kkunsidra l-"Green Paper" tal-Kummissjoni intitolata "Dwar il-futur tan-netwerk ta' migrazzjoni Ewropew" (COM(2005)0606),

- wara li kkunsisdra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata "Dwar l-immigrazzjoni, l-integrazzjoni u l-impjiegi" (COM(2003)0336),

- wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi programm qafas dwar is-solidarjetà u l-immaniġġjar ta' flussi ta' migrazzjoni għall-perjodu 2007-2013, il-proposti emendati għal deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxu l-Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perjodu 2008-2013, il-Fond Ewropew għall-Fruntieri Esterni għall-perjodu 2007-2013, l-Fond Ewropew għar- Ripatrijazzjoni għall-perjodu 2008-2013, bħala parti mill-programm Ġenerali "Is-solidarjetà u l-immaniġġjar tal-flussi ta' migrazzjoni", u l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni ta' Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi għall-perjodu 2007-2013 bħala parti mill-programm "Ġenerali Is-solidarjetà u l-immaniġġjar tal-flussi ta' migrazzjoni" (COM(2005)0123),

- wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata "Il-migrazzjoni u l-iżvilupp: xi orjentazzjonijiet konkreti" (COM(2005)0390),

- wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata "Aġenda komuni għall-integrazzjoni. Qafas għall-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fl-Unjoni Ewropea" (COM(2005)0389),

- wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata "Pjan ta' politika dwar il-migrazzjoni legali" (COM(2005)0669),

- wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata "Azzjonijiet prijoritarji biex ikun hemm reazzjoni għall-isfidi tal-migrazzjoni: l-ewwel segwitu għal Hampton Court" (COM(2005)0621),

- wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata "Programm tematiku għall-koperazzjoni ma' pajjiżi terzi fl-oqsma tal-migrazzjoni u l-kenn politiku" (COM(2006)0026),

- wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad- 29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini razzjali jew etnika tagħhom [2],

- wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2003/9/EC tas- 27 ta'Jannar 2003 li stipulat standards minimi għall-ilqugħ ta' dawk li jfittxu kenn [3],

- wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat- 22 ta' Settembru 2003 dwar id-dritt għar-rijunifikazzjoni tal-familja [4],

- wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal- 25 ta' Novembru 2003 dwar l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul [5],

- wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE tad- 29 ta' April 2004 dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija [6],

- wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiki tal- Komunità dwar l-emigrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali (COM(2005)0375),

- wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat- 13 ta' Ottubru 2005 dwar l-integrazzjoni ta' immigranti fl- Ewropa permezz ta' skejjel u edukazzjoni b'diversi lingwi [7],

- wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad- 9 ta' Ġunju 2005 dwar ir-rabtiet bejn il-migrazzjoni legali u illegali u l-integrazzjoni tal-migranti [8],

- wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal- 15 ta' Jannar 2004 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-immigrazzjoni, l-integrazzjoni u l-impjiegi [9],

- wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad- 9 ta' Marzu 2004 dwar is-sitwazzjoni tan-nisa minn gruppi ta' minoranza fl-Unjoni Ewropea [10],

- wara li kkunsidra l-programm ta' l-Aja adottat mill-Kunsill Ewropew fl- 4 ta' Novembru 2004 li fassal lobjettivi li jridu jkunu implimentati fiż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja fil-perjodu 2005-2010,

- wara li kkunsidra l-laqgħa ministerjali informali li saret fi Groningen fid- 9 ta' Novembru 2004 li waqtha ministri responsabbli għall-politika ta' integrazzjoni ltaqgħu għall-ewwel darba,

- wara li kkunsidra l-prinċipji bażiċi komuni dwar l-integrazzjoni adottati mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea fid- 19 ta' Novembru 2004, li jirrappreżentaw sett koerenti ta' rakkomandazzjonijiet li għandu jifforma l-pedamenti tal-politika ta' integrazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea,

- wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali (ECHR) u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikoli 18, 20, 21 u 22 tagħha,

- wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

- wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0307/2006),

A. billi n-numru ta' immigranti nisa qed jiżdied kontinwament fl-UE, li jirrappreżenta madwar 54 % tannumru totali ta' immigranti u li jkopri firxa dejjem iktar wiesgħa ta' kategoriji (migrazzjoni ekonomika, immigrazzjoni minħabba diżastri, rijunifikazzjoni tal-familja, refuġjati politiċi jew dawk li qed jaħarbu kunflitti armati, immigrazzjoni illegali, kenn),

B. billi m'hemm l-ebda politika xierqa Ewropea organizzata u kkoordinata dwar l-immigrazzjoni u l- Unjoni u l-Istati Membri tagħha għandhom bżonn ifasslu politika biex tirregola l-immigrazzjoni f'kollaborazzjoni ma' pajjiżi terzi,

C. billi l-immigranti nisa, bħala regola ġenerali, jiltaqgħu ma' problemi sinifikanti biex jintegraw, l-iktar f'termini ta' diffikultà biex jidħlu fis-suq tax-xogħol, rati baxxi ta' impjiegi u rati għolja tal-qgħad, impjiegi f'xogħol temporanju jew b'paga baxxa mingħajr ebda protezzjoni soċjali u ekonomika, jew f'setturi ta' l-ekonomija "griża" u impjiegi mhux iddikjarati, ħiliet lingwistiċi limitati, rata baxxa ta' parteċipazzjoni fl-edukazzjoni bażika u, fuq kollox, fl-edukazzjoni terzjarja, parteċipazzjoni limitata fil-ħajja soċjali, politika, trejdjunjonistika u kulturali tal-pajjiż ospitanti, faqar u esklużjoni soċjali; billi, madankollu, numru mhux ta' min jittraskurah ta' nisa żgħażagħ gradwati mis-sistemi ta' edukazzjoni għolja talpajjiżi tagħhom jiġu l-UE u jsibu xogħlijiet li ma tantx jeħtieġu sengħa, pereżempju bħala staff domestiku, bħala konsegwenza tar-rata għolja ta' qgħad tan-nisa f'pajjiżhom u l-paga baxxa għall-professjonijiet u l-impjiegii tal-ħiliet u l-kwalifiki tagħhom,

D. billi immigranti nisa ta' spiss jiltaqgħu ma' diskriminazzjoni serja bħala individwi li jiddependu millistatus legali ta' żwieġhom, fuq il-bażi tad-Direttiva 2003/86/KE (status mhux awtonomu, aċċess ristrett għas-suq tax-xogħol, status ta' residenza mhux ċert fil-każ ta' rmulija, divorzju, eċċ.) u minħabba lmentalità, l-isterjotipi negattivi u l-prattiki li jġibu mill-pajjiżi ta' l-oriġini tagħhom li huma prevalenti wkoll fis-soċjetà ospitanti; jinnota, barra dan, li f'xi soċjetajiet ta' immigranti, in-nisa jiffaċċjaw problemi serji bħall-emarġinazzjoni, żwiġijiet sfurzati, mutilazzjoni ġenitali femminili u l-hekk imsejħa reati għallunur,

E. filwaqt li jenfasizza li f'ħafna każi l-integrazzjoni ta' immigranti nisa fis-soċjetà tiddetermina l-integrazzjoni ta' membri tat-tieni u t-tielet ġenerazzjonijiet ta' ċittadini li ġejjin min-nisel ta' l-immigranti,

F. billi l-immigranti nisa huma iktar esposti għal abbuż, kemm psikoloġiku u kemm fiżiku, jew minħabba d-dipendenza finanzjarja u legali tagħhom fuq żewġhom jew minħabba li l-immigranti nisa b'ebda status legali huma iktar suxxettibbli għal abbuż u sfruttar sesswali fil-post tax-xogħol u għat-traffikanti tal-persuni; billi, fil-każ ta' l-immigranti nisa li l-istatus tagħhom hu irregolari, dan in-nuqqas ta' status legali fi ħdan it-territorju ta' l-Istat fejn joqogħdu jesponihom b'mod partikulari għar-riskju li d-drittijiet fundamentali tagħhom jistgħu jiġu miċħuda, u għall-istess raġuni huma iktar ta' spiss vittmi ta' diskriminazzjoni u vjolenza fil-ħajja ta' kuljum,

G. billi l-integrazzjoni hi proċess bilaterali li jassumi minn qabel kemm rieda min-naħa ta' l-immigranti nisa biex jieħdu responsabilità għall-integrazzjoni fis-soċjetà ospitanti u kemm rieda fost iċ-ċittadini ta' l-UE biex jaċċettaw u jintegraw lill-immigranti nisa; billi f'dan il-kuntest għandhom ikunu ppjanati u implimentati miżuri integrati biex jinfluwenzaw il-mod ta' aġir kemm ta' l-immigranti u kemm tassoċjetajiet ospitanti fil-livelli rilevanti kollha u biex jiġu mmobilizzati riżorsi fuq iż-żewġ naħat; billi dan il-proċess bilaterali jirrikjedi impenn reċiproku, li jikkonsisti fi drittijiet u obbligi għas-soċjetà ospitanti u għall-immigranti,

H. billi skond l-aħħar rapporti li jevalwaw politiki nazzjonali għall-integrazzjoni ta' l-immigranti, jidher li d-dimensjoni tas-sessi għadha ma tqisitx b'mod sistematiku kemm fil-livell ta' politika armonizzata jew fil-livell ta' ġbir ta' dejta,

I. billi l-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem kontra l-immigranti nisa u bniet fil-forma ta' l-hekk imsejħa reati għall-unur, żwiġijiet sfurzati, mutilazzjoni ġenitali femminili, jew vjolazzjonijiet oħra ma jistgħux ikunu ġġustifikati fuq l-ebda bażi kulturali jew reliġjuża u m'għandhomx ikunu ttollerati fl-ebda ċirkustanza,

J. billi l-Qafas Finanzjarju ġdid għall-2007-2013 jipprovdi mhux biss għat-tisħiħ tal-programmi eżistenti u tal-Fondi għall-integrazzjoni ta' l-immigranti iżda wkoll għal inizjattivi ġodda bħall-Programm Qafas dwar is-solidarjetà u l-immaniġġjar ta' flussi ta' migrazzjoni (li jinkludi l-Fond ta' Integrazzjoni għaċċittadini ta' pajjiżi terzi, il-Fond għall-Fruntieri Esterni u l-Fond għar-Refuġjati) li jridu jinkorporaw iddimensjoni tas-sessi u l-aħjar integrazzjoni possibbli ta' l-immigranti nisa,

K. billi ġie osservat li hemm rabtiet numerużi bejn it-traffikar ta' nisa u l-migrazzjoni ekonomika,

1. Jemmen li l-politika ta' l-Unjoni Ewropea dwar żvilupp u koeżjoni soċjali għandha timplimenta politika ta' riċeviment u integrazzjoni effettivi għall-immigranti, b'mod partikulari għall-immigranti nisa, li issa jirrappreżentaw il-maġġoranza ta' dawk li qed jimigraw lejn l-UE għal varjetà dejjem akbar ta' raġunijiet (migrazzjoni ekonomika, refuġjati, kenn, rijunifikazzjoni tal-familja); jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tippubblika linji gwida dwar il-'programm ta' qafas komuni għall-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fl- UE', filwaqt li jisħaq li l-miżuri kollha għandhom iqisu n-natura partikulari tas-sessi u s-sitwazzjoni tan-nisa;

2. Jirrikonoxxi d-diffikultajiet li qed jiffaċċjaw l-immigranti li għadhom kif waslu, b'mod partikulari nnisa, li huma l-aktar kategorija vulnerabbli minħabba li jsofru diskriminazzjoni doppja bbażata fuq oriġini etnika u fuq sess; jistieden lill-Istati Membri biex isaħħu l-istrutturi u s-servizzi soċjali li jippermettu lillimmigranti biex jadattaw ruħhom u biex jipprovdulhom informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom skond il-prinċipji u l-leġiżlazzjoni ta' l-Istati Membri;

3. Jistieden lill-Istati Membri biex jappoġġjaw kampanji ta' informazzjoni, inkluż kampanji fuq livell lokali u reġjunali, immirati għal nisa migranti bl-għan li jiġu pprevenuti u evitat żwiġijiet furzati jew irranġati, mutilazzjoni ġenitali femminili, u forom oħra ta' koersjoni mentali jew fiżika; jemmen li kampanji bħal dawn għandhom ikunu multilingwali, bl-użu ta' lingwaġġ sempliċi li jista' jifhmu kullħadd;

4. Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jagħmlu dispożizzjoni għall-iffinanzjar ta' programmi speċifikament għan-nisa, li jipprovdu informazzjoni dwar il-prerekwiżiti għall-immigranti biex jidħlu u biex jgħixu fl-Unjoni Ewropea; jitlob ukoll għat-tisħiħ ta' strutturi konsulari u diplomatiċi biex ilħtiġijiet ta' l-immigrazzjoni jkunu ttrattati b'mod iktar effettiv;

5. Jistieden lill-organizzazzjonijiet ta' l-immigranti biex jinkuraġġixxu b'mod partikulari lill-membri nisa, iżda wkoll lill-familji tagħhom, sabiex jaħdmu b'mod attiv biex jintegraw u biex jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet għall-integrazzjoni li l-pajjiżi ospitanti jipprovdu, sabiex jappoġġjaw l-isforzi ta' integrazzjoni tassoċjetajiet ospitanti;

6. Jisħaq li d-Direttiva 2003/86/KE għadha ma ġietx implimentata b'mod sodisfaċenti mill-Istati Membri kollha, u b'hekk tibqa' possibiltà sostanzjali li l-immigranti nisa jiġu trattati b'mod diskriminatorju;

7. Jistieden lill-Istati Membri, fuq il-bażi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom u tal-Konvenzjonijiet Internazzjonali, biex jiggarantixxu rispett għad-drittijiet fundamentali ta' l-immigranti nisa, kemm jekk l-istatus tagħhom huwa regolari u kemm jekk le, b'mod partikulari l-protezzjoni mill-iskjavitù u mill-vjolenza, laċċess għall-kura medika ta' emerġenza, għajnuna legali, edukazzjoni għat-tfal u għall-ħaddiema migranti, it-trattament ugwali rigward kundizzjonijiet tax-xogħol, id-dritt li jissieħbu fi trade unions (Konvenzjoni tan- NU għall-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti kollha, u l-Membri tal-Familji Tagħhom — 1990);

8. Jistieden lill-Istati Membri biex, b'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom u l-Konvenzjonijiet Internazzjonali (Konvenzjoni tan-NU għall-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti kollha, u l-Membri tal-Familji Tagħhom — 1990) biex jiżguraw aċċess għall-edukazzjoni għat-tfal ta' immigranti nisa li l-istatus tagħhom huwa irregolari;

9. Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw, permezz ta' ftehimiet bilaterali dwar xogħol konnessi maddħul ta' ċittadini minn pajjiżi terzi jew permezz ta' metodi oħrajn, li l-immigranti nisa jgawdu status legali u ta' impieg sikur u indipendenti fil-pajjiżi ospitanti u li ma jsofrux diskriminazzjoni fuq il-bażi ta' sess jew ta' oriġini, skond l-acquis tal-Komunità;

10. Jistieden lill-Istati Membri biex jieħdu azzjoni effettiva biex jiġġieldu kontra l-forom kollha ta' vjolenza billi jipprovdu appoġġ mediku, legali u soċjali xieraq lill-vittmi tal-vjolenza, billi jiġu implimentati programmi ta' rijabilitazzjoni soċjali għall-vittmi, billi joffru aċċess għal kenn lill-vittmi tal-kummerċ tassess, filwaqt li jitqiesu b'mod xieraq il-bżonnijiet tal-vittmi għal sikurezza u protezzjoni, u billi jipprovdu informazzjoni preventiva lill-immigranti nisa dwar id-drittijiet tagħhom fil-pajjiż ospitanti;

11. Jistieden lill-Istati Membri, b'konformità mad-Direttiva 2004/81/KE, meta jikkunsidraw l-applikazzjonijiet għal status legali awtonomu, biex iqisu ċ-ċirkustanzi ta' immigranti nisa li huma vittmi ta' vjolenza, b'mod partikulari vittmi ta' vjolenza fiżika u psikoloġika inkluża l-prattika li qed tissokta ta' żwiġijiet sfurzati jew irranġati u biex jiżguraw li l-miżuri amministrattivi kollha jittieħdu biex iħarsu lil nisa bħal dawn, inkluż aċċess effettiv għal mekkaniżmi ta' assistenza u ħarsien; jistieden lill-Istati Membri biex jissimplifikaw ilproċeduri biex jingħataw permessi ta' residenza temporanji jew permanenti lill-vittmi tal-kummerċ tas-sess fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll imsemmi hawn fuq għall-prevenzjoni, trażżin, u kkastigar tattraffikar ta' persuni, speċjalment nisa u tfal u biex jadottaw miżuri biex ikunu approvati permessi ta' residenza f'ċirkustanzi eċċezzjonali sabiex vittmi barranin mingħajr status legali jkunu jistgħu jaħarbu l-vjolenza;

12. Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li ftehimiet bilaterali ma' pajjiżi terzi jkunu negozjati u konklużi fuq il-bażi ta' rispett għall-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea u għall-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, b'mod partikulari fir-rigward l-istatus ta' persuni fil-każ ta' żwieġ, divorzju, kustodja tat-tfal, rifjut jew poligamija;

13. Jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, minħabba l-fatt li l-isplużjoni fl-industriji tad-divertiment u tas-sess qed jipprovdu possibilitajiet addizzjonali ta' migrazzjoni għal nisa immigranti, biex itejbu l-qafas legali li jiggarantilhom d-dritt li jżommu l-passaport u l-permess għal-residenza tagħhom u li jkun possibbli li persuna tinżamm kriminalment responsabbli għat-teħid ta' dawn id-dokumenti, b'konformità mad-Deċiżjoni 2006/619/KE tal-Kunsill ta' l- 24 ta' Lulju 2006 dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll tan-NU dwar il-Prevenzjoni, it-Trażżin u l-Ikkastigar tat-Traffikar ta' Persuni, Speċjalment Nisa u Tfal (2000) [11];

14. Jistieden lill-Istati Membri biex fil-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali tagħhom dwar l-impjiegi u l-integrazzjoni soċjali, jinkorporaw miżuri biex jippromwovu l-parteċipazzjoni ta' l-immigranti nisa fis-suq taxxogħol, jikkumbattu x-xogħol mhux dikjarat, jiżguraw rispett għad-drittijiet soċjali tan-nisa (paga ndaqs, sigurtà soċjali, drittijiet għal pensjoni, eċċ.), jipprovdu appoġġ għall-intraprenditorija, jiżguraw li immigranti nisa xjuħ ma jbatux il-faqar u l-esklużjoni u jippromwovu l-irwol ta' l-imsieħba soċjali u t-trejdjunjins, filproċess ta' integrazzjoni soċjali u ekonomika tan-nisa;

15. Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-immigranti nisa jirċievu edukazzjoni xierqa u essenzjali fil-forma ta' lezzjonijiet tal-lingwa u informazzjoni dwar drittijiet fundamentali tal-bniedem, drittijiet politiċi u soċjali u prinċipji demokratiċi fil-pajjiż ospitanti, li tiffaċilita l-integrazzjoni soċjali tagħhom mingħajr ostakli fil-pajjiż ospitanti u tħarishom minn diskriminazzjoni fil-familja u s-soċjetà;

16. Jenfasizza, b'mod partikolari, l-importanza ta' aċċess bla kondizzjoni u anki ta' prijorità lill-immigranti nisa għal edukazzjoni u taħriġ fil-lingwa, li huma prerekwiżiti essenzjali għal integrazzjoni vera fissoċjetà u fil-ħajja tax-xogħol; jistieden lill-Istati Membri biex jintroduċu taħriġ obbligatorju fil-lingwa għallimmigranti nisa u bniet, bħala mod biex tkun iffaċilitata l-integrazzjoni tagħhom, u biex ikunu protetti minn diskriminazzjoni fil-familja u fis-soċjetà;

17. Jistieden lill-Istati Membri biex jippromwovu l-aċċess ta' l-immigranti nisa żgħażagħ għas-sistemi ta' edukazzjoni u ta' taħriġ fil-pajjiżi ospitanti, u biex jippromwovu l-parteċipazzjoni tagħhom fil-programm ta' azzjoni integrat fil-qasam ta' tagħlim tul il-ħajja 2007-2013, li jinkludi l-programmi Erasmus, Leonardo Da Vinci, Comenius u Grundtvig, u fil-programmi Socrates, Kultura 2007-2013 u "Youth in action" 2007-2013; jikkunsidra li huwa importanti b'mod partikulari li jiġu rikonoxxuti l-kwalifiki professjonali u l-ħiliet tan-nisa (b'mod partikulari diplomi xjentifiċi) u li jiġi żgurat li jkollhom aċċess għal taħriġ tal-lingwa, li jippermettilhom li jintegraw aħjar;

18. Jistieden lill-Istati Membri biex jippromwovu l-aċċess ta' l-immigranti nisa għall-impjiegi, u biex jiżguraw taħriġ vokazzjonali xieraq, filwaqt li jadottaw miżuri pożittivi biex jiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni doppja li jsofru l-immigranti nisa fis-suq tax-xogħol u joħolqu kundizzjonijiet favorevoli biex ikunu jistgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol u biex jibbilanċjaw il-ħajja professjonali tagħhom u dik privata, speċjalment billi jitwaqqfu faċilitajiet ta' kura tat-tfal aċċessibbli;

19. Jistieden lill-Istati Membri biex juru sensibilità partikulari fl-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni ta' immigranti nisa fil-ħajja politika u soċjali skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-opportunitajiet li tagħti din il-parteċipazzjoni;

20. Jirrimarka li l-projbizzjoni tal-ġenituri lit-tfal immigranti bniet biex ma jiħdux sehem fl-isports, flgħawm u fi klassijiet fl-iskola ma tridx tkun ittollerata u skużata minħabba raġunijiet kulturali jew reliġjużi; jistieden lill-iskejjel u lill-awtoritajiet biex jiżguraw li l-immigranti bniet jieħdu sehem fl-edukazzjoni skolastika u biex jinforzaw l-attendenza obbligatorja fl-iskejjel skond ir-regoli nazzjonali;

21. Jisħaq li l-awtoritajiet nazzjonali, lokali u reġjonali jiġu mistiedna jkollhom rwol dejjem akbar filproċess ta' integrazzjoni tan-nisa immigranti permezz ta' politiki pro-attivi, u biex jagħmlu djalogu miftuħ aktar intensiv sabiex jikkomunikaw u jikkoperaw ma' komunitajiet u netwerks ta' immigranti, u jistieden lill- Istati Membri u lill-UE biex jappoġġjaw dawn l-isforzi finanzjarjament u permezz ta' skambji ta' informazzjoni sabiex, b'mod partikulari, problemi bħad-djar, "il-ħolqien ta' gettijiet", ir-reati, l-aċċess għal servizzi pubbliċi u soċjali, is-servizzi tas-saħħa, il-kura tat-tfal, eċċ, jistgħu jkunu ttrattati, u jisħaq ukoll l-irwol ta' komunitajiet ta' immigranti organizzati u ta' l-NGOs, li jagħtu pariri, informazzjoni u appoġġ lil nisa immigranti;

22. Jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jieħdu kull azzjoni meħtieġa biex iħarsu d-drittijiet ta' l-immigranti nisa u l-immigranti bniet u biex jiġġieldu d-diskriminazzjoni li dawn jiffaċċjaw filkomunità ta' oriġini tagħhom, billi jirrifjutaw kull forma ta' relattiviżmu kulturali u reliġjuż li jista' jikser iddrittjiet fundamentali tan-nisa;

23. Jistieden lill-Istati Membri biex jadottaw u jimplimentaw dispożizzjonijiet legali speċifiċi dwar il-mutilazzjoni ġenitali femminili jew jadottaw dispożizzjonijiet bħal dawn u jħarrku lil kull persuna li twettaq ilmutilazzjoni ġenitali femminili, u biex jintroduċu l-irreġistrar obbligatorju minn ħaddiema tal-kura tas-saħħa tal-każijiet kollha ta' mutilazzjoni ġenitali femminili, li jinkludu l-irreġistrar ta' każijiet żguri u każijiet li fihom ikun hemm suspett li tista' sseħħ mutilazzjoni ġenitali femminili;

24. Jistieden lill-Istati Membri biex jitkellmu kontra vjolenza kontra n-nisa bbażata fuq it-tradizzjoni, biex jikkundannaw vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem ta' l-immigranti nisa u bniet ikkaġunati mill-familji tagħhom, u biex jivverifikaw liema liġijiet huma applikabbli biex membri tal-familja jinżammu responsabbli, b'mod partikulari fil-każ ta' l-hekk imsejħa reati għall-unur;

25. Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-pajjiżi ta' oriġini biex jagħtu informazzjoni responsabbli u sistematika lill-popolazzjonijiet tagħhom dwar il-politiki u l-isfidi ta' l-immigrazzjoni ta' l-UE, lopportunitajiet u l-obbligi ta' l-immigranti, kemm irġiel kif ukoll nisa, fil-pajjiżi ospitanti, bil-għan li ma jitħalliex li l-immigrazzjoni illegali jkollha impatt negattiv, u l-emarġinazzjoni u l-isfruttament ekonomiku u sesswali ta' immigranti nisa fil-pajjiżi ospitanti;

26. Jitlob lill-Kummissjoni, fil-kuntest tar-regolament propost dwar statistiċi tal-Komunita? rigward migrazzjoni u protezzjoni internazzjonali, sabiex tinkludi indikaturi ta' min joqgħod fuqhom u dejta kumparabbli dwar immigranti nisa sabiex tagħti idea speċifika tas-sitwazzjoni tagħhom u tal-problemi li jiffaċċjaw;

27. Jitlob lill-Kummissjoni biex twettaq evalwazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva tal-politiki u tal-miżuri armonizzati implimentati f'isem l-immigranti nisa permezz ta' strumenti finanzjarji u programmi eżistenti (il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Ewropew għar-Refuġjati, l-inizjattiva EQUAL, il-programm Daphne biex tkun miġġielda l-vjolenza fuq it-tfal, żgħażagħ u nisa, programmi Ewropej fl-oqsma ta' l-edukazzjoni, ix-xogħol, il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni);

28. Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni, skond il-programm ta' qafas komuni għall-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiż terz fl-UE, li tippubblika linji gwida dwar il-politiki ta' integrazzjoni li l-Istati Membri għandhom isegwu, u jinnota li din tispeċifika li l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu għandhom iqisu l-fatturi partikulari relatati mas-sessi u mas-sitwazzjoni tan-nisa, żgħażagħ u t-tfal ta' immigranti;

29. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tiġbor dejta relatata mas-sessi rigward l-immigrazzjoni fl-UE, u sabiex tħejji għall-analiżi ta' din id-dejta mill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza Bejn is-Sessi sabiex jiġu enfasizzati aktar il-ħtiġijiet u l-problemi partikulari ta' l-immigranti nisa u l-miżuri l-aktar xierqa biex dawn jiġu integrati fis-soċjetajiet tal-pajjiżi li qed jospitawhom;

30. Jilqa' l-fatt li wieħed mill-għanijiet speċifiċi ewlenin tal-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni huwa lobbligu fuq il-korpi ta' Stati Membri li jipprovdu servizzi sabiex jitjieb il-mod kif jinkisbu l-ħtiġijiet ta' gruppi varji ta' ċittadini ta' pajjiż terz, inklużi nisa u tfal; f'dan il-qafas għal azzjoni, jitlob li jingħataw servizzi b'xejn ta'parir lill-immigranti nisa dwar is-suġġetti tad-drittijijet tan-nisa, is-saħħa, id-drittijiet tagħhom dwar sess u riproduzzjoni, xogħol u kwistjonijiet oħra relatati;

31. Jilqa' r-referenza għall-prinċipji bażiċi komuni hawn fuq imsemmija dwar l-integrazzjoni adottati mill- Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea li jirrapreżentaw sett koerenti ta' rakkomandazzjonijiet li għandhom jikkostitwixxu s-sisien tal-politika ta' integrazzjoni ta' l-UE, u jitlob lill-Presidenza Finlandiża biex tagħti prijorita? flaġenda tagħha lil dawn il-prinċipji;

32. Jilqa' d-deċiżjoni li l-2007 tkun is-sena Ewropea għall-opportunitajiet ugwali għal kulħadd u li l-2008 tkun is-sena tad-djalogu interkulturali, u li dawn ser ikunu użati biex jiġbdu l-attenzjoni għad-diskriminazzjoni (vjolazzjonijiet tad-drittijiet fundamentali) kontra n-nisa u l-bniet u biex jipprovdu s-soċjetà b'firxa akbar ta' informazzjoni dwar il-pożizzjoni u l-irwol ta' l-immigranti nisa, il-kultura tagħhom u l-aspirazzjonijiet tagħhom fil-pajjiżi ospitanti; jinnota li għandu jkun hemm proċess miż-żewġ naħat għall-promozzjoni ta' l-informazzjoni u tal-parteċipazzjoni ta' immigranti nisa f'avvenimenti soċjali Ewropej;

33. Jikkundanna ż-żwiġijiet sfurzati u jitlob lill-Istati Membri sabiex fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom jintroduċu miżuri bl-għan li jitressqu quddiem qorti kwalunkwe miċ-ċittadini tagħhom li jipprovaw jagħmlu jew jgħinu sabiex jiġi organizzat dan it-tip ta' żwieġ, anke meta dan iż-żwieġ isir barra mit-territorju tagħhom;

34. Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, fil-qafas ta' immigrazzjoni komuni u politika ta' kenn, sabiex jinkludu mar-raġunijiet għal talba għad-dritt ta' ażil ir-riskju li mara tkun suġġetta għal mutilazzjoni ġenitali femminili, skond il-linji gwida internazzjonali tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati li jaffermaw li d-definizzjoni internazzjonali ta' refuġjati "tkopri talbiet relatati mal-ġeneru";

35. Iħeġġeġ lill-Istati Membri li għadhom m'għamlux dan sabiex jiżguraw li pieni effettivi u skoraġġanti japplikaw skond il-kodiċi kriminali tagħhom għall-forom kollha ta' vjolenza kontra n-nisa u t-tfal, b'mod partikulari żwieġ sfurzat, poligamija, reati għall-unur u mutilazzjoni ġenitali femminili, u sabiex tiżdied ilkuxjenza ta' awtoritajiet ġudizzjarji u tal-pulizija dwar dawn il-kwistjonijiet;

36. Jinnota bi tħassib li żwiġijiet poligami kienu rikonoxxuti bħala legali fi Stati Membri, anki jekk ilpoligamija hija projbita; jitlob lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-illegalità tal-poligamija tinżamm; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tikkunsidra li tinkludi projbizzjoni fuq żwiġijiet poligami fil-proposta preżenti tagħha biex ikunu introdotti regoli dwar il-liġi applikabbli fi kwistjonijiet matrimonjali;

37. Jitlob lill-Istati Membri biex jinfurzaw politiki li jiżguraw l-ugwaljanza ta' kulħadd, bħal dik fil-Konvenzjoni dwar l-Istatus ta' Refugjati ta' l-1951, sabiex miżuri li jittieħdu mill-Istati Membri kontra l-migrazzjoni illegali jkunu kompatibbli għal kollox mal-prinċipji tan-non diskriminazzjoni;

38. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri.

[1] ĠU L 261, 6.8.2004, p.19.

[2] ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22.

[3] ĠU L 31, 6.2.2003, p. 18.

[4] ĠU L 251, 3.10.2003, p. 12.

[5] ĠU L 16, 23.1.2004, p. 44.

[6] ĠU L 304, 30.9.2004, p. 12.

[7] ĠU C 233 E, 28.9.2006, p. 121.

[8] ĠU C 124 E, 25.5.2006, p. 535.

[9] ĠU C 92 E, 16.4.2004, p. 390.

[10] ĠU C 102 E, 28.4.2004, p. 497.

[11] ĠU L 262, 22.9.2006, p. 51.

--------------------------------------------------