52006DC0643R(01)

Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew L-applikar tad-direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta’ Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini razzjali jew etnika /* KUMM/2006/0643 finali/2 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 15.12.2006

KUMM(2006) 643 finali/2

CORRIGENDUM:Annule et remplace le huitième paragraphe du point 2du document COM(2006) 643 final du 30.10.2006. Toutesles versions linguistiques sont concernées.

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW

L-applikar tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta’ Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini razzjali jew etnika

1. DAĦLA

Il-leġiżlazzjoni tal-KE ġiet adottata sitt snin ilu bil-ħsieb li tiġi affrontata d-diskriminazzjoni bbażata fuq oriġini razzjali jew etnika, reliġjonijiet jew twemmin, diżabbiltà, età u orjentazzjoni sesswali. Il-leġiżlazzjoni kellha impatt qawwi fuq it-tisħiħ fil-protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni tal-persuni fl-UE kollha. Madankollu, kien hemm dewmien fit-traspożizzjoni ta’ dawn ir-regoli fil-liġi nazzjonali f’uħud mill-Istati Membri, u sforzi addizzjonali huma meħtieġa għall-aċċertament ta’ l-implimentazzjoni effettiva u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni.

Dan ir-rapport jiffoka fuq id-Direttiva 2000/43/KE li timplimenta l-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn persuni bla distinzjoni ta’ razza jew oriġini etnika[1]. Din id-Direttiva ġiet l-ewwel adottata unanimament mill-Kunsill skond l-Artikolu ġdid 13 tat-Trattat li jistabbilixxi l-komunità Ewropea li dħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 1999. Kien parti minn pakkett ta’ proposti mressqa mill-Kummissjoni f’Novembru 1999, li inkludew proposta għat-tieni Direttiva dwar id-diskriminazzjoni fuq bażi ta’ reliġjon u twemmin, età, diżabbiltà u orjentazzjoni sesswali, u programm ta’ azzjoni li jipprvdi appoġġ finanzjarju għall-attivitajiet fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni.

Iktar milli jagħti spjegazzjoni fid-dettall tat-traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/43/KE fl-Istati Membri, il-għan ta’ dan ir-rapport huwa li jagħti importanza lil ċertu aspetti li huma partikolarment problematiċi jew importanti u li jidentifika l-prattika tajba. Dan jikkonċentra fuq l-impatt tad-Direttiva, il-problemi li huma relatati mat-traspożizzjoni, id-diskriminazzjoni ta’ l-informazzjoni, l-infurzar tad-drittijiet, ir-rwol tal-korpi ta’ l-ugwaljanza, l-imsieħba soċjali u l-NGOs, fuq azzjoni pożittiva u rakkomandazzjonijiet għall-futur.

Skond l-Artikolu 17 tad-Direttiva, l-Istati Membri kellhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa għal dan ir-rapport sad-19 ta’ Lulju 2005. Minkejja t-tfakkira f’Mejju 2005, ħafna Stati Membri ma’ laħqux l-iskadenza, u uħud minnhom ma rrispondewx. Sa Diċembru 2005, l-Awstrija, il-Polonja, ir-Renju Unit, Franza, il-Ġermanja, il-Litwanja u l-Portugall kienu pprovdew ebda informazzjoni lill-Kummissjoni, u lanqas l-imsieħba sożjali, ħlief l-ETUC. Il-Kummissjoni kkonsultat liċ-Ċentru ta’ Sorvelljanza Ewropea fuq ir-Razziżmu u l-Xenofobija (EUMC), l-imsieħba soċjali[2] u l-organizzazzjonijiet[3] tas-soċjeta ċivili. Numru ta’ korpi nazzjonali ta’ l-ugwaljanza kkontribwew l-informazzjoni.

2. L-IMPATT TAD-DIRETTIVA 2000/43/KE

Filwaqt li d-Direttiva 2000/43/KE mibnija fuq ċertu kunċetti tal-leġiżlazzjoni KE li jipprojbixxu d-diskrimanzzjoni fuq bażi ta’ sess, nazzjonalità, it-test aħħari adottat mill-Kunsill kien innovattiv f’ħafna modi. Minkejja li tkopri l-persuni kollha , d-Direttiva wessgħat l-ambitu tal-protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni li tmur lil hinn mill-ambitu tradizzjonali ta’ l-impjegar fl-oqsma bħalma huma l-vantaġġi soċjali, il-kura sanitarja, —edukazzjoni u, kruċjalment, l-aċċess għall-beni u s-servizzi li huma disponibbli għall-pubbliku, inkluż il-housing. F’uħud mill-Istati Membri jeżistu kwestjonijiet li huma konnessi mad-diviżjoni bejn l-isfera pubblika u privata, u l-perċezzjonijiet ta’ l-interferenza fil-libertà tad-deċiżjoni jew ta’ kuntrat. Fejn il-beni, s-servizzi jew ix-xogħol jiġu rreklamati, anke jekk dan isir permezz ta’ avviż żgħir ġewwa vetrina, per eżempju, b’hekk dawn ikunu disponibbli għall-pubbliku u konsegwentament jaqgħu fi ħdan ta’ l-ambitu tad-Direttiva.

Id-Direttiva 2000/43/KE fiha definizzjonijiet ċari u fid-dettall tad-diskriminazzjoni. Filwaqt li d-definizzjoni tad-diskriminazzjoni[4] diretta stipolata fid-Direttiva kienet ispirata mil-leġiżlazzjoni fil-kamp tad-diskriminazzjoni fost is-sessi, id-definizzjoni tad-diskriminazzjoni indiretta inġiebet mill-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea (ECJ) fir-rigward tal-moviment ħieles tal-ħaddiema[5]. Il-fastidji kif ukoll l-istruzzjonijiet għad-diskriminazzjoni huma meqjusa bħala tip ta’ diskriminazzjoni. Għandu jiġi nnotat li l-kondizzjoni għall-proviżjoni ta’ protezzjoni kontra l-vittimizzazzjoni, li huwa element kruċjali li jippermetti lill-individwi li jasserixxu drittijiethom, tapplika għall-erba’ kunċetti ta’ diskriminazzjoni-diretta jew indiretta, fastidji jew struzzjoni għad-diskriminazzjoni.

L-Istati Membri kellhom jintroduċu dispożizzjonijiet dettaljati stipolati fid-Direttiva li jikkonċernaw l-infurzar tad-drittijiet, inkluż il-kondizzjoni li l-piż tal-provi hija risponsabbiltà tal-persuna difesa la darba l-vittma allegata tkun ippreżentat fatti li minnhom id-diskriminazzjoni tista’ tiġi preżunta. Filwaqt li l-Istati Membri kienu familjari ma’ din l-obbligazzjoni fit-terminu tad-diskriminazzjoni bejn irġiel u nisa fil-kamp ta’ l-impjegar, id-Direttiva 2000/43/KE testendi r-regoli dwar il-piż tal-prova f’oqsma ġodda bħalma huma l-aċċess għall-beni u għas-servizzi.

Id-Direttiva hija innovattiva fis-sens li obbligat l-Istati Membri li joħolqu korp għall-promozzjoni ta’ l-istess trattament għall-persuni kollha mingħajr diskriminazzjoni fuq oriġini razzjali jew etnika (jekk dawn ma kellhomx waħda diġà). Ħafna Stati Membri ħadu l-pass pożittiv li jestendu l-mandat tal-korpi ta’ l-ugwaljanza tagħhom, sabiex ikunu jistgħu jaffrontaw id-diskriminazzjoni bbażata fuq raġunijiet li mhumiex razzjali u oriġini etnika (ara hawn isfel, it-Taqsima 3.2, dwar ir-rwol tal-korpi għall-ugwaljanza.).

L-Istati Membri kollha, kif ukoll dawk li għandhom fis-seħħ għal żmien twil leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni kellhom jagħmlu bidliet fil-liġi nazzjonali sabiex jikkonformaw mad-Direttiva (per eżempju, ir-Renju Unit emenda d-definizzjonijiet tad-discriminazzjoni indiretta u l-fastidju). Uħud mill-Istati Membri daħħlu leġiżlazzjoni ġdida, komprensiva u anti-diskriminatorja, minkejja li l-miżuri anti-diskriminatorji jistgħu jinstabu fid-dispożizzjonijiet kostituzzjonali ġodda ta’ ħafna Stati Membri kif ukoll fil-leġiżlazzjoni ċivili u kriminali, li jista’ jagħmilha diffiċli għall-identifikazzjoni tal-proċedura applikabbli.

Għal uħud mill-10 fl-UE, l-idea ta’ protezzjoni ta’ l-individwi kontra d-diskriminazzjoni fuq bażi ta’ “oriġini razzjali jew etnika” kienet differenti ħafna mill-politiki tagħhom mmirati biex jirrikonoxxu l-protezzjoni tad-drittijiet tal-minoritajiet “nazzjonali".[6]

Problemi oħrajn identifikaw kwestjonijiet fundamentali bħalma huma d-definizzjonijiet ta’ diskriminazzjoni diretta u indiretta u fastidju fil-liġi nazzjonali, li f’ċertu każi huma differenti konsiderevolment minn dwak mogħtija fid-Direttiva. Jidher li uħud mill-Istati Membri jippermettu eċċezzjonijiet fil-prinċipju ta’ kontra d-diskriminazzjoni li jmorru lill hinn minn dawk li huma permessi mid-Direttiva. Hemm serje ta’ problemi relatati ma’ l-infurzar tad-drittijiet tal-vittmi tad-diskriminazzjoni, bħalma hija t-trażpożizzjoni skorretta tar-regoli dwar il-piż tal-provi, id-dritt ta’l-assoċjazzjonijiet li jgħinu l-vittmi tad-diskriminazzjoni u s-sanzjonijiet u rimedji.

F’ħafna każi, l-Istati Membri kienu jew tard ħafna biex jikkomunikaw lill-Kummissjoni il-miżuri li jittrasponu d-Direttiva 2000/43/KE fil-liġi nazzjonali, jew inkella ma pprovdew ebda informazzjoni. Il-Kummissjoni għalhekk tat bidu għall-proċeduri ta’ l-infrazzjoni skond l-Artikolu 226 tat-Trattat tal-KE kontra l-Istati Membri, li ħafna minnhom issolvew meta l-leġiżlazzjoni neċessarja inġiebet fis-seħħ. Erba’ Stati Membri biss tressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea[7], li ġġudikathom bi ksur ta’ l-obbligi tagħhom skond it-Trattat għax ma ttrasponewx id-Direttiva b’mod sħiħ fil-liġi nazzjonali. L-Istati Membri kollha issa ittrasponew id-Direttiva għal-liġi nazzjonali għajr il-Lussemburgu fejn l-abbozz ta' leġiżlazzjoni jinsab fil-proċess ta' adozzjoni.

Il-Kummissjon għaddejja teżamina l-miżuri leġiżlattivi nazzjonali nnotifikati mill-Istati Membri, sabiex tivvaluta l-konformità tagħhom mad-Direttiva u sabiex taċċerta li l-vittmi tad-diskriminazzjoni jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet mogħtija lilhom. Wara dan, hija għandha tieħu azzjoni neċessarja sabiex taċċerta t-traspożizzjoni korretta.

Iktar informazzjoni dwar it-traspożizzjoni tad-Direttiva 2000/43/KE f’kull Stat Membru, flimkien ma’ konnessjonijiet għall-pubblikazzjonijiet, leġiżlazzjoni nazzjonali u korpi ta’ ugwaljanza hija disponibbli fl-indirizz li ġej (http://europa.eu.int/comm/antidiscrimination).

3. KWESTJONIJIET EWLENIN

3.1 Id-dritt ta’ rimedjar

Jidher ċar mill-informazzjoni pprovduta mill-NGOs u mill-gvernijiet li ħafna vittmi tad-diskriminazzjoni ma jipproċedux fil-qorti bl-ilmenti tagħhom minħabba l-ispejjeż u minħabba biża mill-vittimizzazzjoni. Il-vittmi tad-diskriminazzjoni huwa probabbli li jduru għal NGO jew għal korp ta’ l-ugwaljanza, li minnhom dawn fil-biċċa l-kbira tad-drabi jistgħu jiksbu informazzjoni u parir malajr u mingħajr ħlas.

L-Artikolu 7(2) tad-Direttiva tipprevedi li l-assoċjazzjonijiet għandhom jingħataw permess li jgħinu l-vittmi tad-diskriminazzjoni biex iressqu l-kawżi l-qorti, iżda li l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw liema assoċjazzjoni għandha interess leġittimu li tieħu tali azzjoni. Fil-maġġoranza ta’ l-Istati Membri, l-assoċjazzjonijiet huma kapaċi jgħinu l-vittmi jew jirrapreżentawhom fil-qorti, iżda wħud mill-pajjiżi stipolaw regoli stretti li jamministraw l-attivitajiet ta’ l-assoċjazzjonijiet f’dan il-kamp.

Jidher mill-istatistika pprovduta mill-Istati Membri u mill-korpi ta’ l-ugwaljanza li ħafna mill-ilmenti ta’ diskriminazzjoni li tressqu quddiem qrati nazzjonali u/jew korpi ta’ l-ugwaljanza jinvolvu l-impjie, u huma segwiti mill-provvista tal-beni u tas-servizzi u l- housing . Fil-maġġoranza ta’ l-UE ta’ l-10, l-istatistika wriet lir-Roma bħala l-grupp l-iktar rappreżentat fl-ilmenti. L-ilmenti mill-komunità vjaġġatriċi kienu numerużi ħafna fl-Irlanda. In-numru ta’ każi li ngħataw bidu mir-Roma jindika li d-Direttiva qed tiġi użata b’suċċess fl-isfida kontra d-Diskriminazzjoni ma’ dan il-grupp.

3.2. Korpi ta’ ugwaljanza

Minkejja li numru ta’ Stati Membri diġà kellhom korpi għall-promozzjoni tat-trattament ugwali, ħafna minnhom ħolqu korp ġdid jew saħħew il-poteri ta’ dak eżistenti. Uħud mill-Istati Membri (il-Belġju, Ċipru, l-Iżvezja, l-Irlanda u l-Olanda) marru lil hinn mill-kondizzjonijiet tad-Direttiva 2000/43/KE fl-iffissar tal-korpi ta’ l-ugwaljanza li jistgħu jaffrontaw kull tip ta’ diskriminazzjoni koperta mil-liġi ta’ l-UE kontra d-diskriminazzjoni u/jew strumenti ġenerali tad-drittijiet tal-bniedem. Id-Direttiva teħtieġ, bħala minimu, li l-korp ikun kapaċi jagħti assistenza indipendenti lill-vittmi ta’ diskriminazzjoni, imexxi stħarriġ indipendenti li jikkonċerna d-diskriminazzjoni, jippubblika rapporti individwali u jagħmel rakkomandazzjonijiet fuq kwestjonijiet ta’ diskriminazzjoni.

Il-korpi ta’ l-ugwaljanza fl-Istati Membri jinkludu l-Ombudsman, l-Ispettorati tax-Xogħol u l-Kummissjonijiet, li xi drabi jaqsmu bejniethom ix-xogħol stipolat fid-Direttiva. Pereżempju, fil-Greċja l-Ispettorat tax-Xogħol huwa risponsabbli għall-promozzjoni tat-trattament ugwali fil-kamp ta’ l-impjieg, filwaqt li l-Ombudsman jagħmel xogħol dwar kwestjonijiet li m’għandhomx x’jaqsmu max-xogħol, abbozzi ta’ rapporti u jagħmel rakkomandazzjonijiet. F’Ċipru, fis-Slovenja u fl-Awstrija, ix-xogħol ta’ assistenza għall-vittmi individwali ta’ diskriminazzjoni ngħata lil rappreżentant speċjali iktar milli korp ta’ l-ugwaljanza.

Mill-informazzjoni pprovduta, jidher ċar li l-korpi ta’ l-ugwaljanza jagħtu pariri legali lill-vittmi individali ta’ diskriminazzjoni, iżda jappoġġaw biss numru żgħir ta’ każi fil-qrati. Dawn jintagħżlu skond l-importanza tal-punt legali kkontestat, id-disponibbiltà ta’ għajnuna oħra għall-vittmi (pereżempju, minn trejdjunjin jew minn assoċjazzjoni) kif ukoll ir-riżorsi finanzjarji u umani tal-korpi ta’ l-ugwaljanza. L-appoġġ ta’ ftuħ ta’ kawżi strateġiku huwa għan ċar ta’ numru ta’ korpi ta’ l-ugwaljanza. Funzjoni addizzjonali mwettqa minn uħud mill-korpi ta’ l-ugwaljanza hija li jagħtu opinjonijiet, fuq talba ta’ l-individwi jew persuni legali, dwar jekk prattika partikolari tikkonformax mal-liġi nazzjonali kontra d-diskriminazzjoni. F’ħafna mill-pajjiżi id-deċiżjoni jew l-opinjoni tal-korpi ta’ l-ugwaljanza ma torbotx legalment, iżda tidher li fil-maġġoranza tal-każi li hija segwita. L-individwu jista’ dejjem jidher quddiem il-qorti biex jikseb deċiżjoni li torbot legalment. Fid-Danimarka, jekk il-korp ta’ l-ugwaljanza jara li kien hemm diskriminazzjoni skorretta jista’ jirrakkomanda l-għoti ta’ għajnuna legali sabiex il-persuna li li tagħmel l-ilment tkun tista’ tmur il-qorti mingħajr ma tbati piż finanzjarju.

F’ċerti Stati Membri, l-enfasi hija fuq il-promozzjoni ta’ l-ugwaljanza fl-opportunitajiet u l-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni, iktar milli l-appoġġ legali għall-persuni individwali li jressqu l-ilment. L-Ombudsman Finlandiż għall-minoritajiet huwa eżempju tal-korp ta’ l-ugwljanza involut f’medda wiesgħa ta’ attivitajiet biex titqajjem kuxjenza. Fil-Belġju, f’Ċipru u fir-Renju Unit, gwida speċifika għal min jimpjega hija ppublikata mill-gvern u/jew mill-korp għall-ugwaljanza, mhux biss biex tgħinhom iwettqu l-obbligi legali tagħhom, iżda biex huma jkunu ġeneralment iktar konxji dwar kif għanfhom jaffronatw kwestjonijiet ta’ diskriminazzjoni.

Kwestjoni rilevanti meta wieħed iqis il-kapaċità ta’ korp ta’ l-ugwaljanza biex jiffunzjonal fil-mod ta’ kif huwa ffinanzjat (riżorsi finanzjari u umani allokati lill-korpi ta’ l-ugwljanza jvarjaw ħafna fl-Istati Membri). Kwestjoni oħra hija speċifika għall-Istati Membri li għandhom strutturi governattivi federali u reġjunali. Jekk il-korp ta’ l-ugwaljanza jeżisti biss f’wieħed minn dawn il-livelli, jista’ ma jkollux poter biex jaġixxi fi ħdan oqsma oħrajn ta’ kompetenza.

3.3. Tixrid ta’ Informazzjoni

L-importanza ta’ l-informazzjoni dwar id-dritt ta’ non-iskrimanzzjoni kienet skoperta ewlenija tal-konsltazzjoni pubblika organizzata mill-Kummissjoni fl-2004 f’konnessjoni mal- Green Paper dwar Ugwaljanza u nondiskriminazzjoni f’UE li kibret[8] . Ma tantx hemm sens li jkun hemm protezzjoni tad-drittijiet legali jekk in-nies ma jafux dwarhom, u dan huwa rikonoxxut fl-Artikolu 10 tad-Direttiva, li huwa jeħtieġ lill-Istati Membri li jiġbdu l-attenzjoni tal-persuni kollha kkonċernati dwar id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottati skond id-Direttiva.

Hemm informazzjoni insufiċċjenti dwar il-mod li bih dan l-obbligu jista’ jintlaħaq. Madanakollu, numru ta’ inizzjattivi interessanti inġiebu fis-seħħ, inkluż hotline telefoniku fl-Olanda. Avviż dwar id-drittijiet ġodda kellhom jiddaħħlu fuq kull post tax-xogħol fil-Portugall. Fl-informazzjoni li pprovdew lill-Kummissjoni, l-Istati Membri mmiraw lejn il-Programm ta’ Azzjoni Komunitarja sabiex jiġġieldu d-diskriminazzjoni, u b’mod partikolari l-kampanja informattiva tiegħu. Skond dan il-programm, seħħew konferenzi nazzjonali dwar il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni f’numru ta’ Stati Membri, ġew ippubblikati brochures , CDs u fuljetti, sar " tour bit-trakk għall-promozzjoni tad-diversità” u ġew iffinanzjati attivitajiet oħrajn, bħalma kienet il-Maratona ta’ Ruma, li t-tema tagħha kienet “Qed niġri kontra r-razziżmu”. Il-websajt tal-kampanja informattiva Finlandiża deher li kienet popolari, b’ 10,000 viżitatur kull xahar. Il-Kummissjoni ffinanzjat numru ta’ inizzjattivi mmirati fl-istħarriġ ta’ l-NGOs, l-avukati u l-imħallfin mill-Istati Membri (u l-pajjiżi kandidati) dwar id-Direttivi kontra d-diskriminazzjoni[9].

3.4. Ir-rwol ta’ l-imsieħba soċjali u l-NGOs

Id-Direttiva tenfasizza r-rwol ta’ l-imsieħba soċjali fil-promozzjoni tat-trattament bl-ugwaljanza. L-Artikolu 11 jeħtieġ li l-Istati Membri jippromwovu d-djalogu bejn iż-żewġ partijiet ta’ l-industrija biex isaħħaħ it-trattament bl-ugwaljanza, inkluż permezz il-ftehim kollettiv, kodiċi ta’ kondotta u l-iskambju tal-prattika tajba. Huwa ċar, mill-informazzjoni pprovduta mil-Istati Membri li dan l-obbligu jintlaħaq f’modi differenti. Uħud mill-Istati membri (bħalma huma l-Olanda) issussidjaw proġetti mmexxija mit-tade unions f’kooperazzjoni ma’ membri ta’ minoritajiet etniċi, jew bil-għand ta’ promozzjoni tad-diversità. Fil-Belġju, l-inklużjoni tal-klawżoli kontra d-diskriminazzjoni fil-ftehim kollettiv hija mezz stabbilit sew għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni. Fl-Italja, il-korp ta’ l-ugwaljanza UNAR qiegħed jipprovdi taħriġ għar-rappreżentanti ta’ l-assoċjazzjonijiet ta’ min iħaddem u t-trejdjunjins bil-għan li jiġġieldu d-diskriminazzjoni u jinkuraġġixxu d-diversità.

F’sens iktar ġenerali, ir-rwol ta’ l-imsieħba soċjali fin-negozjar tal-politika anti diskriminatorja u l-leġiżlazzjoni huwa stabblilit sew f’uħud mill-Istati Membri, b’konsultazzjoni implimentata għal żmien twil, bħalma huma s-sistemi Daniżi u Latvjani. F’pajjiżi oħrajn, minkejja li jista’ jkun hemm obbligi għall-konsultazzjoni ma’ l-imsieħba soċjali, mhumiex involuti b’mod attiv fil-promozzjoni tal-politika kontra d-diskriminazzjoni.

L-ETUC jinnota tendenza fost il-gvernijiet li jiffavurixxu d-djalogu fuq kwestjonijiet dwar id-diskriminazzjoni ma’ l-NGOs iktar milli ma’ l-imsieħba soċjali, minkejja li mill-informazzjoni riċevuta mill-Istati Membri l-istampa għadha ftit konfuża.

It-trejdjunjins ukoll għandhom rwol ċar fl-għajnuna lill-membri tagħhom għall-ilmenti ta’ diskriminazzjoni skond l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva. Fil-Portugall, id-dritt li tirrappreżenta ħaddiem f’każ ta’ diskriminazzjoni huwa limitat għat-trejdjunjins, u fl-Iżvezja t-trejdjunjins huma l-entità ewlenija intitolata li tieħu azzjoni legali.

3.5. L-integrazzjoni ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-diskriminazzjoni multipla

Minkejja li l-Kummissjoni staqsiet speċifikament lill-Istati Membri għall-informazzjoni dwar integrazzjoni ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi (skond l-Artikolu 17(2) tad-Direttiva), irrispondew ftit mill-Istati Membri. L-ETUC innota li l-Istati Membri ma affrontawx sistematikament l-integrazzjoni ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi fit-traspożizzjoni tad-Direttiva 2000/43/KE. Fis-Slovenja espert għad-diskriminazzjoni fost is-sessi kien involut fl-abozzar ta’ l-Att ta’ Trattament b’Ugwaljanza, u fid-Danimarka l-Ministru għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi ppromwova l-ugwaljanza fost il-minoritajiet etniċi fl-2005.

Il-Pjattaforma AGE ġibdet l-attenzjoni tar-riskju ta’ diskriminazzjoni multipla li hija ffaċċata min-nisa li huma ikbar fl-età u ta’ minoritajiet etniċi, u l-ILGA ( International Lesbian and Gay Association ) kienet ikkonċernata partikolarment bil-kumplessità li sseħħ met jintrikbu fuq xulxin l-identità reliġjuża u l-orjentazzjoni sesswali. L-EUMC ( European Monitoring Centre on Racism and Xenophobia ) għamel enfasi fuq it-tendenza li jinħolqu korpi uniċi ta’ ugwaljanza li jaffrontaw kull medda ta’ diskriminazzjoni, li għandhom il-vantaġġ li jkunu iktar kapaċi li jaffrontaw diskriminazzjoni multipla, iżda li fihom ir-riskju li ċerti bażi ta’ diskriminazzjoni jistgħu jiġu traskurati jekk ma jissaħħux ir-riżorsi. L-EUMC ħares primarjament lejn l-impatt tad-Direttiva fil-kamp ta’ l-aċċess għall-kura sanitarja għan-nisa Roma.

Il-Kummissjoni hija konxja tal-problema li hija ampjament traskurata dwar id-diskriminazzjoni multipla u tat bidu għal studju dwar is-suġġett bħala parti mill-programm tax-xogħol tagħha għall-2006, li għandu jħares lejn dak li qiegħed isir fl-Istati Membri f’dan il-kamp u li jagħmel rakkomandazzjonijiet.

3.6. Azzjoni pożittiva

Kif stqarret il-Kummissjoni fl-2005 fil-Komunikazzjoni tagħha kontra d-diskriminazzjoni u l-opportunitajiet skond l-ugwaljanza għal kulħadd[10], l-iżvantaġġi persistenti li ilhom hemm u li huma esperjenzati minn xi gruppi huma tali li dritt legali kontra d-diskriminazzjoni mhux biżżejjed, u miżuri pożittivi jistgħu jkunu neċessarji biex jittejbu l-ugwaljanza u l-opportunità.

L-Artikolu 5 tad-Direttiva jipprevedi li, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-ugwaljanza sħiħa fil-prattika, il-prinċipju ta’ l-ugwaljanza fit-trattament m’għandux iżomm lil Stat Membru milli jikkonserva jew jadotta miżuri speċifiċi biex jipprevjeni jew jikkompensa għal żvantaggi marbuta ma’ l-oriġini razzjali jew etnika. F’dan ir-rigward, huwa ta’ min jenfasizza d-differenza bejn il-miżuri ta’ azzjoni pożittiva li huma permessi, u l-miżuri li jissejħu ta’ “diskriminazzjoni pożittiva”, li mhumiex kompatibbli mad-Direttiva.

Minn naħa l-oħra, l-miżuri ta’ azzjoni pożittiva jimmiraw lejn l-ugwaljanza sħiħa fil-prattika billi jiiprvjenu jew jikkumpensaw għall-iżvantaġġi konnessi ma’ l-oriġini razzjali jew etnika. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu, pereżempju, il-provvista ta’ taħriġ speċifiku għan-nies li jagħmlu parti mill-gruppi li s-soltu ma jkollhomx aċċess għat-taħriġ, jew fit-teħid ta’ passi partikolari sabiex jiġi żgurat li ċerti gruppi razzjali jew etniċi jkunu infurmati b’mod sħiħ dwar ir-reklamar tax-xogħol, inkluż, per eżempju, l-ippubblikar tar-riklami fil-pubblikazzjonijiet immirati lejn dawn il-gruppi[11]. Min-naħa l-oħra, il-miżuri ta’ “diskriminazzjoni pożittiva” jagħtu preferenza awtomatka u assoluta (pereżempju fl-aċċess għall-impjieg) lill-membri ta’ grupp partikolari fuq oħrajn għal ebda raġuni oħra ħlief li jagħmlu parti minn dak il-grupp.

L-attitudnijiet lejn azzjoni pożittiva jvarjaw fl-Istai Membri. Fl-Olanda hija permessa biss fejn ikun hemm evidenza ta’ diskriminazzjoni strutturali fuq bażi ta’ sess, razza u diżabbiltà. Fis-Slovakkja l-azzjoni pożittiva hi meqjusa bħala speċifikament li tfisser mezz ta’ kif tiġi ttrattata l-esklużjoni soċjali tar-Roma, strateġija kontroversjali li ġiet sfidata quddiem il-Qorti Kostituzzjonali u irriżultat antikostituzzjonali[12]. Programm ta’ azzjoni pożittiva għar-Roma jinsab fis-seħħ ukoll fi Spanja. Fil-Finlandja azzjoni pożittiva hija speċifikament rikonoxxuta għall-popolazzjoni Sami. L-ENAR sejjaħ għat-tisħiħ tad-dispożizzjonijiet dwar azzjoni pożittiva, u dan għamluh mandatorju għall-gruppi l-iktar vulnerabbli. Fl-Ungerija, boroż ta’ l-istudju speċjali ngħataw biex jgħinu l-istudenti Roma fl-edukazzjoni sekondarja u terzjarja.

F’ numru ta’ Stati Membri (Ir-Repubblika Ċeka, il-Finlandja, l-Irlanda u Ċipru), miżuri speċjali qed jintużaw fil-kuntest speċifiku ta’ taħriġ kontra d-diskriminazzjoni u d-diversità għall-puluzija. Il-kunċett ta’ promozzjoni pożittiva ta’ ugwaljanza huwa applikat f’ċerti pajjiżi. Fir-Renju Unit u fil-Finlandja, l-awtoritajiet pubbliċi għandhom dmir statutorju li jippromwovu b’mod attiv l-ugwaljanza. Skond il-każistika Irlandiża, min iħaddem jista’ jieħu passi pożittivi biex jiżgura li ma jiddiskrimanwx kontra impjegati fuq bażi ta’ razza, pereżempju fejn l-isfond lingwistiku u/jew kulturali ta’ l-impjegati jista’ jikkawżalhom diffikultà fl-interpreatzzjoni tad-drittijiet tagħhom[13].

KONKLUŻJONI

Id-Direttiva 2000/43/KE tirrappreżenta pass ewlieni ‘l quddiem fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni razzjali fl-UE. Minkejja li l-Istati Membri kollha diġà kellhom xorta ta’ rekwiżit legali fir-rigward ta’ l-ugwaljanza u kontra d-diskriminazzjoni, għall-maġġoranza tagħhom it-traspożizzjoni tad-Direttiva 2000/43/KE kellha bżonn bidliet pjuttost estensivi fil-leġiżlazzjoni eżistenti, jew Atti ġodda sħaħ. Dan jista’ jispjega d-dewmien li ħadu ħafna Stati Membri sabiex ittrasponew id-Direttiva, iżda ħafna minnhom għadhom m’għamlux hekk.

Il-qafas legali ilu fis-seħħ għal ftit iktar minn tliet snin, li fil-verità mhux biżżejjed biex jiġi vvalutat l-impatt sħiħ jew potenzjali tiegħu. S’issa ebda każ ma tressaq mill-qrati nazzjonali quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja skond il-proċedura preliminarja ta’ regolamentazzjoni, u hija biss il-QEĠ li tista’ tagħti gwida definittiva dwar kif għandhom jiġu interpretati d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva. Is-sentenzital-ġejjieni għandhom jgħinu lill-Istati Membri sbaiex jipprovdu protezzjoni ċara u uniformi kontra d-diskriminazzjoni fl-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 17 tad-Direttiva 2000/43/KE jistipola li r-rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-applikar tad-Direttiva “għandu jinkludi, jekk huwa neċessarju, proposti għar-reviżjoni u l-aġġornament ta’ din id-Direttiva”. Bħalissa l-Kummissjoni m’għandhiex bżonn tressaq tali proposti. Din waslet għal din il-konklużjoni fuq bażi ta’ l-esperjenza bl-implimentazzjoni tad-Direttiva mid-dħul fis-seħħ tagħha u minn nuqqass ta’ każistika mill-QEĠ.

L-isfida għas-snin li ġejjin hija l-iżgurar tat-traspożizzjoni effettiva u kompluta, l-implimentazzjoni u l-infurzar tad-Direttiva 2000/43/KE. Dan jeħtieġ it-twaqqif ta’ mekkaniżmi u ta’ metodi għall-osservazzjoni u r-rappurtar dwar l-impatt tal-miżuri nazzjonali ta’ implimentazzjoni. F’dan il-kuntest, ser ikun importanti l-iżvilupp tal-bażi statistika u ta’ indikaturi oħrajn. Madanakollu l-iskarsezza ta’ data etnika f’ħafna mill-Istati Membri tista’ tfixkel il-monitoraġġ xieraq ta’ l-applikar tal-leġiżlazzjoni Komunitarja.

Kien hemm oġġezzjonijiet għall-ksib ta’ tali data minħabba li dan jista’ jmur kontra d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva ta’ l-UE dwar il-Protezzjoni tad- Data [14]. Dan ma jirriflettix is-sitwazzjoni reali. Ġeneralment id-Direttiva tipprojbixxi l-ipproċessar ta’ data personali sensittiva. Madanakollu, ċerti eżenzjonijet għal din ir-regola huma previsti, inkluż meta “s-suġġett tad- data ikun ta l-kunsens espliċitu għall-ipproċessar ta’ dik id- data ” [15] ; jew “l-ipproċessar huwa neċessarju għall-finijiet tat-twettiq ta’ l-obbligi u d-drittijiet speċifiċi tal-kontrollur fil-kamp tal-liġi ta’ l-impjieg”. [16] Aktar minn hekk, “suġġett għad-dispożizzjoni ta’ salvagwardja xierqa, l-Istati Membri jistgħu għar-raġunijiet ta’ interess pubbliku sostanzjali, jistipolaw eżenzjonijiet" [17] Għalhekk, huwa kompitu ta’ l-Istati Membri li jiddeċiedu jekk id- data etnika għandhiex tinġabar sabiex jipproduċu statistiki għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, bil-kondizzjoni li s-salvagwardji stipolati fid-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad- Data jiġu rispettati.

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi wkoll li l-leġiżlazzjoni waħedha mhix biżżejjed biex tipprevjeni d-diskriminazzjoni u tippromwovi l-ugwaljanza. Hi fasslet numru ta’ proposti għal azzjoni oħra f’dan il-kamp fil-Komunikazzjoni tagħha, Qafas ta’ Strateġija kontra d-Diskriminazzjoni u l-Opportunitajiet Indaqs għal Kulħadd adottata f’Ġunju 2005[18]. B’mod partikolari, l-2007 ġiet innominata bħala s-Sena Ewropea ta’ l-Opportunitajiet Indaqs għal Kulħadd, mezz effettiv ħafna li jqajjem il-kuxjenza tad-dritt għan-nondiskriminazzjoni, u inkuraġġament għal azzjoni fuq livell nazzjonali. Leġiżlazzjoni li hija implimentata u infurzata sew, flimkien ma’ miżuri politiċi kumplementari fuq livell nazzjonali u livell ta’ l-UE, hija l-mezz ewlieni ta’ tnaqqis tad-diskriminazzjoni ta’ oriġini razzjali u etnika.

[1] Ġurnal Uffiċjali L 180, 19.07.2000, p. 22.

[2] Il-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Union (ETUC), l-Unjoni tal-Konfederazzjonijiet Industrijali u ta’ min jagħti x-Xogħol ta’ l-Ewropa (UNICE), iċ-Ċentru Ewropew ta’ l-Impriżi flimkien mal-Parteżipazzjoni Pubblika u ta’ l-Impriżi ta’ Interess Ekonomiku Ġenerali (CEEP), il-Confédération Européenne des Cadres (CEC), the Union européenne de l'artisanat et des petites et moyennes enterprises (UEAPME) & EUROCADRES (li jirrappreżentaw l-istaff maniġerjali)

[3] Il-Pjattaforma Soċjali ta' l-NGOs Soċjali, in-Netwerk Ewropew kontra r-Razziżmu (ENAR), il-Forum Ewropew għad-Diżabilità (EDF), l-Assoċjazzjoni Internazzjonali Leżbjani u Gays (ILGA), il-Pjattaforma AGE u ċ-Ċentru Ewropew għad-Drittijiet tar-Roma.

[4] Id-Direttiva tal-Kunsill 97/80/KE tal-15 ta' Diċembru 1997 dwar il-piż ta' l-evidenza f'każijiet ta' diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess (ĠU L 14, 20.1.1998, p. 6).

[5] Il-Każ C-237/94, OFlynn, ECR 1996 I-02617 – id-Direttiva 20002/73/KE issa inkorporat din id-definizzjoni fil-qasam tad-diskriminazzjoni sesswali (ĠU L 269 tal-5.10.2002, p. 15).

[6] Pereżempju, il-minoritajiet Ungeriżi u Taljani fis-Slovenja.

[7] Sentenza kontra l-Lussemburgu fil-każ C-320/04 u l-Finlandja fil-każ c-£29/04 tat-22.02.05, sentenza kontra l-Ġermanja fil-Każ C-329/04 fit-28.04.05, snetenza kontar l-awstrija fil-każ C-335/04 fl-4.05.05.

[8] COM(2004) 379 finali.

[9] Ara bħala eżempju www.era.int.

[10] COM(2005) 224.

[11] Ara l-analoġija, is-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tad-29 ta’ Amrzu 2000 fil-każ C-185/97, Coote.

[12] Sentenza tat-18.10.2004 (PL.US.8/04)

[13] Campbell Catering Ltd v Rasaq.

[14] Direttiva 95/46/KE, ĠU L 281 tat-23.11.1995, p. 31.

[15] Idem, Artikolu 8 (2) a).

[16] Idem, Artikolu 8 (2) b) Ara wkoll Artikolu 8 (4).

[17] Idem, Artikolu 8 (4).

[18] COM(2005) 224 finali ta’ l-1 ta' Ġunju 2005.