52005PC0716

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 251(2) tat-Trattat tal-KE dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta’ l-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistipula linji ta' gwida għal netwerks ta' enerġija trans-Ewropej u li tirrevoka d-Deċiżjonijiet Nru 96/391/KE u Nru 1229/2003/KE /* KUMM/2005/0716 finali - COD 2003/0297 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 27.11.2006

KUMM(2006) 729 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva 94/19/KE dwar l-Iskemi ta’ Garanzija għal Depożiti

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva 94/19/KE dwar l-Iskemi ta’ Garanzija għal Depożiti

1. INTRODUZZJONI

L-Iskemi ta’ Garanzija għal Depożiti (SGD) jipprovdu mezz ta’ sikurezza għad-depożitarji biex, f’każ li istituzzjoni tal-kreditu tfalli, huma jkunu jistgħu jirkupraw ta’ l-inqas parti mid-depożiti tagħhom tal-bank. Id-Direttiva 94/19/KE tobbliga lill-Istati Membri jiżguraw l-eżistenza ta’ skema waħda jew iktar fit-territorju tagħhom u li din/dawn kienet/kienu effettiva/i biex tiżgura/jiżguraw livell minimu ta’ protezzjoni għad-depożitarji madwar l-Unjoni Ewropea. Id-Direttiva ġiet implimentata fil-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ l-Istati Membri kollha[1].

Id-Direttiva tagħti lok konsiderevoli lill-Istati Membri sabiex jiżviluppaw sistemi li huma l-iktar adattati għall-kundizzjonijiet tas-suq l-iktar imxerrda. Fl-istess ħin, il-ħtieġa li l-operaturi jaħdmu taħt l-istess kundizzjonijiet qed tiġi indirizzata permezz ta’ l-inklużjoni ta’ dispożizzjonijiet li jippermettu lill-fergħat ta’ banek barranin minn ġo ħdan l-UE, l-għażla li jingħaqdu ma’ skemi fis-suq tal-pajjiż li qed jilqa’ sabiex ikun possibbli li joffru l-istess livell ta’ garanzija bħall-banek regolati mill-pajjiż li qed jilqa’[2]

Madankollu, ħdax-il sena mill-implimentazzjoni fil-liġi nazzjonali, il-Kummissjoni qed tirrevedi d-Direttiva sabiex tivvaluta jekk ir-regoli eżistenti għadhomx adattati għall-iskop, fid-dawl tax-xejra kontinwa lejn l-integrazzjoni finanzjarja u l-amalgamazzjonijiet transkonfinali bejn istituzzjonijiet ta’ kreditu. Fil-konsultazzjonijiet tal-Kummissjoni, xi wħud semmew, b’mod partikolari, id-differenzi bejn il-mod li bih l-iskemi huma ffinanzjati u li dan qed ikun ta’ ostaklu għall-konsolidazzjoni transkonfinali u li mhuwiex ġust minn perspettiva ta’ kompetizzjoni. Hemm ukoll differenzi sostanzjali bejn il-livelli ta’ garanzija li huma offruti lid-depożitarji fl-Istati Membri u ġew enfasizzati għadd ta’ kwistjonijiet rigward differenzi bejn l-ambitu tal-kopertura u l-funzjonament transkonfinali bejn l-iskemi.

L-għan ta’ din il-Komunikazzjoni huwa li tasal għall-konklużjonijiet mill-proċess ta’ konsultazzjonijiet, li tirrispondi għat-tħassib tal-partijiet ikkonċernati, li tidentifika modi mhux leġiżlattivi u fuq perjodu ta’ żmien qasir ta’ kif jittejjeb il-funzjonament tad-Direttiva u li jmexxi l-politika tal-Kummissjoni lejn skemi ta’ garanzija għal depożiti fis-snin li ġejjin.

1.1. Agrumenti favur u kontra t-tibdil tal-qafas li ħarġu mill-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati

Il-proċess ta’ konsultazzjoni żvela opinjonijiet differenti dwar jekk l-arranġamenti ta’ garanzija għal depożitu għandhomx bżonn jinbidlu.

Uħud mill-partijiet ikkonċernati argumentaw li l-qafas eżistenti għandu jinbidel minħabba:

- differenzi sostanzjali bejn il-livell ta’ garanzija offrut lid-depożitarji (li jifrex minn € 14 481 biss fil-Latvja sa € 103 291 fl-Italja).

- differenzi sostanzjali fil-mod li bih is-sistemi jiffinanzjaw il-ħlasijiet lid-depożitarji. Dawn huma skemi ex post iffinanzjati li jistrieħu fuq il-ġbir ta’ fondi minn membri ta’ l-iskema ladarba bank ifalli, u skemi ex ante iffinanzjati li jiġbru fondi mill-membri ta’ l-iskema permezz ta’ taxxa fuq il-kontribuzzjonijiet – hemm differenzi sinifikanti bejn id-daqs ta’ l-iskemi ex ante iffinanzjati. Jingħad li tali differenzi jqajmu dubji dwar l-abbiltà ta’ l-iskemi li jiffunzjonaw fuq bażi transkonfinali f’kundizzjonijiet ta’ kriżi, joħolqu xkiel għall-kompetizzjoni minħabba vantaġġ inġust lill-banek li joperaw skond skemi b’inqas spejjeż, u huma kkwotati bħala ostaklu għal bank li jfittex li jikkonsolida l-operazzjonijiet tiegħu permezz ta’ l-Istatut Ewropew tal-Kumpanija.

Fuq in-naħa l-oħra, partijiet ikkonċernati oħra argumentaw kontra t-tibdil f’dan l-istadju, primarjament minħabba l-ispejjeż għalja li jġib miegħu (b’mod partikolari għal dawk l-Istati Membri bi skemi ex post iffaċċjati bil-prospett li jibdlu għal skemi ex ante ). Jargumentaw li s-sistema tiffunzjona relattivament bla problemi fl-ambjent attwali, hija adegwata għall-iskopijiet ta’ sorveljanza u ma jaqblux li l-arranġamenti eżistenti joħolqu xkiel għall-kompetizzjoni bejn is-swieq. Jargumentaw ukoll li huwa biss għadd limitat ħafna ta’ istituzzjonijiet li qed jiffaċċjaw il-problemi ta’ konsolidazzjoni transkonfinali, u li dawn il-problemi mhumiex biżżejjed biex jibdlu b’mod fundamentali l-arranġamenti eżistenti.

1.2. Reazzjoni għall-konsultazzjoni mal-Partijiet ikkonċernati

Fl-istadju attwali, jidher li l-opinjonijiet espressi jxaqilbu favur iż-żamma ta’ l-istatus quo u li jiġu evitati investimenti għalja biex jinbidel il-qafas eżistenti fin-nuqqas ta’ każ ta’ negozju stabbilit sewwa.

Madankollu, fl-opinjoni tal-Kummissjoni, in-nuqqas li jinżamm ritmu mal-livell ta’ integrazzjoni finanzjarja transkonfinali fl-Ewropa, li qed jiżdied, fl-aħħar mill-aħħar jista’ jirriżulta f’ħafna spejjeż fuq perjodu ta’ żmien twil, f’każ li n-nuqqas ta’ regoli standardizzati jikkontribwixxi għan-nuqqas ta’ kapaċità tal-mezz ta’ sorveljanza tas-sikurezza li jiffunzjona b’mod adegwat f’sitwazzjoni ta’ kriżi transkonfinali. Fl-aħħar mill-aħħar, l-ispejjeż għall-ekonomija u n-nuqqas ta’ kunfidenza fis-suq finanzjarju waħdieni jistgħu jkunu ħafna ogħla mil-livell ta’ investiment meħtieġ biex jiżgura funzjonament sodisfaċenti tax-xibka ta’ sikurezza pan-Ewropea.

Barra minn hekk, in-nuqqas li jiġu indirizzati wħud minn dawn il-kwistjonijiet fl-aħħar minn l-aħħar jirriżulta fi ħsara għall-konsumaturi: anki jekk id-depożiti transkonfinali diretti jista’ jkun għadhom fl-livell relattivament baxx, riċerka riċenti tindika li numru ta’ ċittadini ta’ l-UE, li qed jiżdied, qed jikkunsidra jakkwista prodotti finanzjarji barra mill-pajjiż. Dan jinkludi żieda fid-domanda għall-ftuħ ta’ kontijiet bankarji fi Stati Membri oħra[3].

Għalhekk, il-Kummissjoni tipproponi li tirrispondi għar-riżultati tal-proċess ta’ l-analiżi f’żewġ modi differenti. L-ewwelnett, se tfittex li tiżviluppa metodi pragmatiċi u li jistgħu jinkisbu, biex jiġu identifikati l-problemi li ma jeħtiġux tibdil fil-qafas regolatorju eżistenti. It-tieninett, se teżamina tibdil iktar fundamentali li jista’ jirrikjedi tibdil radikali fil-leġiżlazzjoni attwali ta’ l-UE dwar is-SGD.

2. SOLUZZJONIJIET MHUX LEġIżLATTIVI PRAGMATIċI

Il-Kummissjoni temmen li se jkun hemm xi titjib fuq perjodu ta’ żmien qasir fl-arranġamenti eżistenti bħala reazzjoni għall-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, mingħajr il-ħtieġa li jsiru tibdiliet fid-Direttiva eżistenti. It-tifsil u l-implimentazzjoni ta’ tali soluzzjonijiet jistgħu jsiru f’kooperazzjoni mal-Grupp ta’ Ħidma tal-Kummissjoni tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri, il-Forum Ewropew ta’ l-Assiguraturi ta’ depożitu ( European Forum of Deposit Insurers - EFDI ), jew l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tal-banek fuq livell ta’ l-UE. Xi gwidi ta’ interpretazzjoni u rakkomandazzjonijiet huma diġà pprovduti hawn taħt.

2.1. Definizzjoni tad-depożiti u l-ambitu tal-kopertura

Id-definizzjoni attwali ta’ “depożiti” fl-Arikolu 1(1) hija wiesgħa u l-ebda parti kkonċernata ma pprovdiet xi evidenza li tissuġġerixxi l-ħtieġa ta’ emenda biex jiġu koperti prodotti li jistgħu jaqgħu barra mill-ambitu tad-Direttiva.

Madankollu, peress li l-Istati Membri jistgħu jeżerċitaw diskrezzjoni fir-rigward ta’ l-esklużjonijiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva[4], xi wħud mill-partijiet ikkonċernati ssuġġerew titjib fl-ambitu tal-kopertura biex isir iktar koerenti fl-Istati Membri billi jiġu limitati dawk id-diskrezzjonijiet.

Il-Kummissjoni tipproponi li twettaq stħarriġ tal-prodotti ta’ tifdil li attwalment huma koperti u l-impatt ta’ kwalunkwe esklużjoni. L-istħarriġ, li jista’ jitwettaq bl-appoġġ tal-grupp ta’ ħidma tal-Kummissjoni fuq is-SGD jew l- EFDI , għandu jinvestiga wkoll jekk hemmx kopertura xierqa bejn is-setturi (i.e., assigurazzjoni[5], investimenti u depożiti) mingħajr lakuni. Dan ikun utli peress li kull ma jmur, id-distinzjoni bejn il-prodotti finanzjarji differenti qed dejjem issir inqas ċara.

2.2. “Ko-assigurazzjoni”

Skond id-dispożizzjonijiet ta’ “Ko-assigurazzjoni” li hemm fid-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li d-depożitarji għandhom iġorru ċertu perċentwal ta’ telf huma nnfishom f’każ li d-depożiti tagħhom ma jibqgħux disponibbli. Għalhekk, l-Istati Membri introduċew regoli li jillimitaw l-ammont imħallas lid-depożitarji f’każ li bank ifalli anki qabel jintlaħaq il-limitu tal-garanzija[6].

F’dan l-istadju, jidher li m’hemmx biżżejjed appoġġ għall-introduzzjoni ta’ kwalunkwe tibdil fuq perjodu ta’ żmien qasir fir-regoli tal-ko-assigurazzjoni. B’mod ġenerali, jidher li m’hemm l-ebda ftehim bejn il-partijiet ikkonċernati dwar jekk il-prinċipju sottostanti ta’ ħsara morali (i.e.: ir-riskju li, minħabba li d-depożiti tagħhom huma assigurati f’kull każ, id-depożitarji jagħżlu bank mingħajr ma l-ewwel jivvalutaw kemm dan huwa fis-sod) jiġġustifikax l-applikazzjoni tiegħu. Xi wħud jikkunsidraw il-ko-assigurazzjoni bħala element indispensabbli fil-prevenzjoni tal-ħsara morali filwaqt illi oħrajn, b’mod partikolari l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, jargumentaw illi d-depożitarji m’għandhomx jitpoġġew f’sitwazzjoni fejn huma mistennija jiġġudikaw kemm hi soda l-istituzzjoni ta’ kreditu.

Fid-dawl ta’ dawn l-opinjonijiet konflinġġenti, il-Kummissjoni mhix konvinta li, f’dan l-istadju, tibdil fir-regoli tal-ko-assigurazzjoni jista’ jkun iġġustifikat. Il-Kummissjoni se tanaliżżah fil-ġejjieni meta se jitqies tibdil ieħor possibbli (ara l-kapitolu 3) fid-Direttiva[7].

2.3. Il-klawżola “De minimis”

Il-proċess ta’ konsultazzjoni żvela wkoll li ċerti partijiet ikkonċernati kieku jkunu favur l-introduzzjoni ta’ klawżola “de minimis” fid-Direttiva, li permezz tagħha ma jkunux rimborsati depożiti żgħar ħafna minħabba li l-ispejjeż amministrattivi kieku jaqbżu l-ammont ta’ rimborż. Jidher li kieku jkun hemm impatt żgħir ħafna fuq l-attivitajiet transkonfinali minħabba li hemm nuqqas ta’ probabbiltà li l-ammonti in kwistjoni (pereżempju, € 20 kien l-ammont li ssuġġerew is-servizzi tal-Kummissjoni f’karta ta’ konsultazzjoni[8]) jkunu deċiżivi għad-depożitarji. Fuq in-naħa l-oħra, is-sistemi moderni ta’ l-informatika għandhom jgħinu jimminimizzaw l-ispejjeż amministrattivi.

Il-Kummissjoni ma tikkunsidrax li hu xieraq f’dan l-istadju li tiġi kkunsidrata l-introduzzjoni ta’ klawżola “de minimis” peress li kemm il-ko-assigurazzjoni kif ukoll ir-regoli “de minimis” huma marbuta mal-limitazzjoni tal-protezzjoni tad-depożitarju u għalhekk m’għandhomx jiġu ttrattati b’mod separat.

2.4. Arranġamenti ta’ “Topping-up”

Skond l-arranġamenti ta’ “topping up”, fergħa bankarja li twaqqaf negozju fi Stat Membru ieħor ta’ l-UE fejn il-livell ta’ kopertura huwa ogħla jew l-ambitu huwa usa’ minn dak fil-pajjiż ta’ oriġini tagħha, għandha d-dritt li tingħaqad ma’ l-SGD tal-pajjiż li qed jilqa’. Dan jippermettilha toffri l-istess livell ta’ garanzija lid-depożitarju daqs il-banek lokali.

Hemm ftehim usa’ fost il-partijiet ikkonċernati u l-Istati Membri li l-arranġamenti ta’ “topping up” huma meħtieġa sakemm il-livelli ta’ kopertura ma jiġux armonizzati, anki jekk il-biċċa l-kbira tal-partijiet ikkonċernati jiddikjaraw li r-rilevanza prattika tagħhom hija baxxa minħabba n-numru limitat ta’ ftehimiet li ġew konklużi.

Jidher li f’dan ir-rigward, m’hemm l-ebda ħtieġa kbira li tinbidel id-Direttiva, għalkemm jista’ jkun hemm lok għal azzjonijiet mhux regolatorji mmirati biex jiffaċilitaw l-ftehimiet bejn l-SGD u biex isolvu tensjonijiet possibbli li qamu bl-arranġamenti eżistenti. Il-Kummissjoni kieku tappoġġja l-għażla ta’ l-hekk imsejjaħ ‘ftehim definittiv’ dwar l-arranġamenti ta’ ‘topping up’ li jista’ jiġi żviluppat mill- EFDI u adattat skond il-ħtiġijiet individwali ta’ l-SGD[9], bil-kundizzjoni li din tirrispetta l-liġi Komunitarja.

Il-konsultazzjoni pubblika indikat xi appoġġ għat-“topping up” tal-pajjiż ta’ oriġini fid-dawl ta’ diversi ostakli għall-arranġamenti ta’ “topping up” li jirriżultaw mill-armonizzazzjoni minima ta’ l-SGD. Bit-“topping up” tal-pajjiż ta’ oriġini, tkun l-iskema tal-pajjiż ta’ oriġini u mhux ta’ dak li jilqa’, li għandha tkopri d-differenza bejn il-livelli ta’ kopertura. Il-Kummissjoni tikkunsidra utli li tiċċara li, skond id-Direttiva, l-Istati Membri diġà huma liberi li jippermettu tali arranġamenti[10].

Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet eżistenti dwar it-“topping up” għandhom x’jaqsmu biss mal-provvista ta’ servizzi permezz ta’ fergħat. Madankollu, is-servizzi qed dejjem iktar jiġu pprovduti fi Stat Membru ieħor direttament mingħajr ma jiġu stabbiliti fergħat jew sussidjarji. Jista’ jkun utli, fuq perjodu ta’ żmien twil, li tiġi kkunsidrata l-possibbiltà li jiġi estiż ir-rekwiżit biex tkun koperta l-provvista diretta ta’ servizzi minn Stat Membru ieħor[11]. Peress li d-Direttiva propjament ma timpedixxix li l-SGD jagħtu aċċess lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu li joperaw b’tali mod, ma jidhirx li, f’dan l-istadju, tibdil leġiżlattiv huwa prijorità.

2.5. Rekwiżiti għal skambju ta’ tagħrif

Fil-konsultazzjoni pubblika, il-biċċa l-kbira tal-partijiet ikkonċernati ma kinux favur l-introduzzjoni ta’ iktar dispożizzjonijiet fid-Direttiva li jirregolaw l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-SGD tal-pajjiż ta’ oriġini u dawk tal-pajjiż li jilqa’, bħala appoġġ tal-kundizzjonijiet ta’ sħubija għall-fergħat. Madankollu, seta’ jitfittex metodu mhux regolatorju mmirat lejn titjib fl-iskambju ta’ l-informazzjoni bejn l-SGD – b’mod partikolari dawk marbuta bejniethom permezz ta’ arranġamenti ta’ “topping up” – sabiex ikun evitat kwalunkwe nuqqas ta’ ċarezza bla bżonn f’dan il-qasam. Il-Kummissjoni lesta tagħti l-appoġġ tagħha għax-xogħol imwettaq mill- EFDI , immirat lejn l-iżvilupp ta’ ftehim imsejjes fuq mudell li ma jorbotx, iżda tixtieq tenfasizza li xogħol bħal dan m’għandux jinterferixxi max-xogħol li hemm għaddej f’fora dwar is-suġġett usa’ ta’ l-immaniġġjar ta’ kriżi (li jista’ jinkludi wkoll skambju ta’ tagħrif u jinvolvi awtoritajiet differenti b’mandati u responsabbiltajiet differenti).

2.6. Kontribuzzjonijiet “ibbażati fuq ir-riskju” lill-SGD

Xi SGD diġà jibbażaw il-kontribuzzjonijiet fl-iskema tagħhom skond ir-riskju individwali ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, f’konformità mar-rakkomandazzjoni tal-Forum tal-G10 dwar l-Istabbilità Finanzjarja[12]. L-introduzzjoni tal-kontribuzzjonijiet ibbażati fuq ir-riskju lill-SGD tista’ tkun titjib mixtieq fil-qafas eżistenti u tista’ tiffaċilita t-trasferabilità tal-kontribuzzjonijiet bejn skemi (għalkemm mhux f’sistema finanzjarja ex-post ). Il-biċċa l-kbira tal-partijiet ikkonċernati li huma favur l-iskemi ex-ante jiffavorixxu kontribuzzjonijiet ibbażati fuq ir-riskju f’isem is-sens ta’ ġustizzja, u minħabba li jipprovdu inċentiv għall-immaniġġjar sod peress li dawk l-istituzzjonijiet li jġorru inqas riskju jkollhom iħallsu kontribuzzjonijiet iktar baxxi u vice versa. Uħud jisħqu fuq il-punt li skemi bbażati fuq ir-riskju jżidu fl-effettività ta’ l-SGD fir-rigward ta’ l-abbiltà tagħhom biex jittrattaw fallimenti potenzjali. Filwaqt illi l-SGD huma diġà liberi, fi ħdan il-limiti tad-Direttiva, li jintroduċu elementi bbażati fuq ir-riskju, l- armonizzazzjoni tkun tirrikjedi b’mod ċar, emenda fid-Direttiva u, fid-dawl tan-natura kumplessa tagħha, dan mhux se jkun proġett mifrux fuq perjodu ta’ żmien qasir. Minkejja dan, il-Kummissjoni tappoġġja l-introduzzjoni ta’ elementi bbażati fuq ir-riskju u tirrakkomanda li ‘riskju’ għandu jiġi ddeterminat abbażi ta’ għodda li diġà hija disponibbli u armonizzata (pereżempju, bħal dawk fil-qafas tad-Direttiva tar-Rekwiżiti Kapitali[13]). Il-Kummissjoni lesta tappoġġja xogħol preparatorju ta’ l- EFDI u/jew tal-grupp ta’ ħidma dwar l-SGD, li sussegwentement jista’ jiġi applikat b’mod volontarju. ‘Il quddiem jista’ jservi ta’ bażi għal metodu armonizzat.

2.7. It-trasferabilità jew l-abbiltà ta’ rimborż tal-kontribuzzjonijiet ta’ l-SGD

Fid-dawl tad-diffikultajiet esperjenzati fil-prattika minn grupp bankarju biex jikkonsolida l-fondi mħallsa lil skemi differenti f’SGD waħdanija, l-opinjonijiet tal-partijiet ikkonċernati kienu maqsuma dwar jekk għandhiex tiġi emendata d-Direttiva u jiġu introdotti regoli dwar it-trasferibilità u l-abbiltà ta’ rimborż ta’ kontribuzzjonijiet imħallsa lill-SGD. Xi wħud ħassew il-ħtieġa għal regoli sabiex jitnaqqsu l-piżijiet finanzjarji fuq il-kumpaniji meta jidħlu fi skema oħra, filwaqt li oħrajn insistew li l-kontribuzzjonijiet ta’ l-SGD kellhom jiġu kkunsidrati bħala ‘primjums ta’ l-assigurazzjoni’ li ma jiġux rimborsati u argumentaw li l-irtirar ta’ fondi jista’ jdgħajjef l-iskemi. F’każ li bank jiddeċiedi li jmexxi s-sede tiegħu fi Stat Membru ieħor jew li jikkonsolida l-operazzjonijiet skond l-Istatut tal-Kumpanija Ewropea, id-Direttiva la tipprevjeni r-rimborż jew it-trasferiment tal-kontribuzzjonijiet, u lanqas ma tikkwalifikahom bħala ‘primjums ta’ l-assigurazzjoni’. Fin-nuqqas ta’ armonizzazzjoni, l-Istati Membri huma għalhekk liberi li jirregolaw din il-kwistjoni kif jidrilhom li hu xieraq. Madankollu, il-Kummissjoni tirrakkomanda li kwalunkwe regoli ġodda li jippermettu trasferiment jew rimborż tal-kontribuzzjonijiet ta’ l-SGD la għandhom idgħajfu l-fond b’tali mod li jistgħu jipperikolaw il-funzjonament tiegħu u lanqas ma jwasslu għal akkumulazzjoni mhux xierqa ta’ riskji. Anki jekk attwalment mhux meħtieġ mill-liġi Komunitarja, jidher li jkun utli jekk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jkunu infurmati kif suppost dwar jekk il-liġi nazzjonali tipprevedix jew le rimborz parzjali jew sħiħ.

2.8. It-tagħrif lill-konsumatur u r-reklamar

L-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi enfasizzaw li d-depożitarji mhumiex infurmati biżżejjed dwar l-SGD u rarament ikunu jafu liema depożiti huma koperti u sa liema ammont. Xi partijiet ikkonċernati pproponew ukoll li titħassar id-dispożizzjoni fid-Direttiva[14] li tirrestrinġi l-użu ta’ tagħrif dwar l-SGD fir-reklamar. Peress li dispożizzjonijiet oħra[15] fid-Direttiva diġà jirrikjedu “informazzjoni li tista’ tinftiehem” dwar il-kopertura ta’ l-SGD u jista’ jkun li l-impatt fuq l-attivitajiet transkonfinali ma jidhirx sinifikanti, ma jidhirx li hi meħtieġa emenda fid-Direttiva. Kieku jidher iktar xieraq f’dan l-istadju li l-isforzi jiffukaw fuq it-titjib fit-tagħrif lill-konsumatur fuq livell nazzjonali. Il-Kummissjoni tinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jagħmlu iktar sforzi f’dan il-qasam u se tissorvelja l-applikazzjoni korretta ta’ dawn l-artikoli. Il-Kummissjoni tipproponi li twettaq stħarriġ tal-prattika attwali bl-appoġġ ta’ Grupp ta’ Ħidma tal-Kummissjoni.

2.9. Skadenza għar-rimborż/it-taffija ta’ l-impatt fuq id-depożitarji

Skond l-Artikoli 1(3) u 10 tad-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw n-nuqqas ta’ disponibilità ta’ depożiti fi żmien 21 ġurnata wara l-falliment segwit minn skadenza oħra ta’ tliet xhur għall-SGD biex iħallsu lid-depożitarji affettwati. Din l-iskadenza tista’ tiġi estiża darbtejn (għal tliet xhur kull darba) f’ċirkostanzi eċċezzjonali. F’era ta’ teknoloġija ta’ l-informatika li tippermetti lill-SGD jintraċċaw depożitarji u jikkalkulaw pagamenti iktar faċilment milli fiż-żmien meta ġiet adottata d-Direttiva, huwa importanti li jitqies jekk għadux adattat perjodu “normali” ta’ stennija massima ta’ kważi 4 xhur.

Din il-kwistjoni ma tqajmitx fil-konsultazzjonijiet, u d- data dwar it-tul tal-perjodi ta’ pagamenti mhix disponibbli. Il-Kummissjoni biħsiebha tmexxi stħarriġ fost l-SGD u tinkoraġġixxi skambju ta’ l-aħjar prattiċi bejn l-iskemi dwar kif jistgħu jittaffew l-effetti tal-falliment għad-depożitarji skond il-liġi nazzjonali, pereżempju, billi jiġu pprovduti pagamenti bil-quddiem jew billi jiġu ggarantiti krediti interim (basta dawn ta’ l-aħħar ikunu konformi mar-regoli ta’ għajnuna statali ta’ l-UE[16]). Il-Kummissjoni se tinvestiga wkoll jekk jeżistux differenzi ta’ interpretazzjonijiet rigward il-mument preċiż li fih id-depożiti ma jibqgħux disponibbli.

2.10. SGD Pan-Ewropej/reġjonali

L-idea ta’ l-iżvilupp ta’ SGD pan-Ewropej ġiet irrifjutata kważi mill-partijiet ikkonċernati kollha; fil-preżent ma jidhirx li iktar xogħol fuq dan il-metodu huwa xieraq. Xi partijiet ikkonċernati kienu lesti li jilqgħu l-idea ta’ l-SGD reġjonali li jkopru bosta Stati Membri. Din tista’ tkun għażla għall-Istati Membri li s-sistemi tagħhom għandhom karatteristiċi simili (bħal ma hu l-mekkaniżmu ta’ l-iffinanzjar) u tista’ wkoll issib soluzzjonijiet għal kwistjonijiet dwar azzjonijiet fuq l-istess livell (pereżempju, kopertura u ko-assigurazzjoni) u tippermetti t-trasferabilità ta’ fondi. Il-Kummissjoni ma tara l-ebda ostakli ġuridiċi għall-Istati Membri biex jidħlu f’tali ftehimiet skond id-Direttiva eżistenti, u saħansitra dan jista’ jirrapreżenta soluzzjoni għall-banek li qed ifittxu li jmexxu l-kwartieri ġenerali tagħhom fi Stat Membru ieħor jew jadottaw l-Istatut tal-Kumpanija Ewropea (SE).

2.11. L-Obbligazzjonijiet statistiċi

Iż-żewġ rapporti tal- JRC żvelaw li kien estremament diffiċli li tinkiseb id- data dwar id-depożiti, għalkemm saru sforzi konsiderevoli u ġew stabbiliti kuntatti mill-viċin ma’ l-SGD bl-appoġġ ta’ l- EFDI . Se jkun meħtieġ iktar xogħol li jkompli jibni fuq dawk l-isforzi sabiex titjieb id-disponibilità tad- data , biex b’hekk dibattiti politiċi futuri jkunu infurmati aħjar b’evidenza empirika aħjar. Fuq perjodu ta’ żmien itwal, tista’ tiġi kkunsidrata l-introduzzjoni ta’ obbligi komuni ta’ statistika għall-SGD.

3. HEMM BżONN TA’ TIBDIL FIL-LEġIżLAZZJONI ATTWALI TA’ L-UE DWAR L-SGD?

Minn perspettiva ta’ stabilità finanzjarja, huwa kruċjali li l-SGD jikkontribwixxu għall-immaniġġjar ta’ kriżi mingħajr problemi, b’mod partikolari fejn huma kkonċernati gruppi bankarji transkonfinali sinifikanti. Jista’ jkun il-każ li d-differenzi eżistenti bejn l-SGD dwar mekkaniżmi ta’ l-iffinanzjar, il-livelli ta’ kopertura u r-regoli ta’ ħlas lid-depożitarji, ixekklu s-soluzzjoni immedjata u effiċjenti ta’ kriżi u falliment f’sitwazzjonijiet transkonfinali. Barra minn hekk, kwalunkwe funzjonament ħażin ta’ l-SGD osservat jista’ jdgħajjef il-kunfidenza fis-sistema finanzjarja ta’ l-UE.

Madankollu, qabel jiġi ddeterminat jekk dan huwiex fil-fatt il-każ u qabel ma tkun tista’ tittieħed deċiżjoni importanti dwar jekk għandhomx jiġu rriveduti r-regoli attwali ta’ l-UE dwar l-Iskemi ta’ Garanziji ta’ Depożitu u kif, l-ewwel hemm bżonn ta’ kjarifika dwar it-tqassim ġenerali ta’ responsabbiltajiet ta’ sorveljanza u ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji f’tali sitwazzjonijiet ta’ kriżi. Fi kliem ieħor, l-arranġamenti ta’ ‘tqassim tal-piż’ bejn l-Istati Membri. Iktar kjarifika dwar arranġamenti ta’ kif għandu jinqasam il-piz hija importanti mill-perspettiva ta’ l-SGD b’mod partikolari għaliex:

- Xi wħud mill-SGD jista’ jkollhom rwol importanti fl-immaniġġjar tal-kriżi billi jipprovdu likwidità addizzjonali lil istituzzjoni ta’ kreditu – unikament jew addizzjonalment għall-appoġġ tal-likwidità tal-bank ċentrali (huwa importanti li jkun hemm kjarifika li jekk dawn l-SGD huma istituzzjonijiet pubbliċi, dawn għandhom isegwu r-regoli ta’ l-UE dwar l-għajnuna statali[17]).

- F’każ li jiġi deċiż li l-bank jitħalla jfalli u b’hekk jingħata bidu għall-proċess ta’ ħlas lid-depożitarji mill-SGD, hemm bżonn ta’ kjarifika dwar min għandu jieħu d-deċiżjonijiet bejn dawn l-għażliet, u fil-każ ta’ l-aħħar, f’sitwazzjonijiet transkonfinali jista’ jkun meħtieġ l-immaniġġjar tal-parteċipazzjoni ta’ diversi SGD; huwa għalhekk kruċjali li wieħed ikun jaf safejn huma kapaċi jassorbu t-talba għall-ħlas mill-fondi tagħhom.

L-Awtoritajiet regolatorji u ta’ sorveljanza huma konxji minn dawn il-kwistjonijiet u bħalissa għaddej iktar xogħol ta’ tqassim ta’ l-impenn bejn il-ministri tal-finanzi, il-BĊE u l-banek ċentrali u awtoritajiet ta’ sorveljanza oħrajn u l-Kummissjoni qegħda fil-proċess li tingħaqad ma’ għadd ta’ fora differenti.

Ladarba jiġu ċċarati l-arranġamenti ta’ tqassim ta’ l-impenn biss, jistgħu jiġu indirizzati kwistjonijiet fit-tul:

1. L-għanijiet ta’ l-SGD : hija meħtieġa kjarifika dwar ir-rwol li hu mistenni li jkollhom l-SGD u dwar il-bilanċ li għandu jiġi ffissat bejn is-sempliċi għanijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur u l-punt safejn hu mistenni li l-SGD għandhom jikkontribwixxu għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja;

2. il-mekkaniżmi ta’ l-iffinanzjar ta’ l-SGD : L-SGD huma ġeneralment iffinanzjati permezz ta’ kontribuzzjonijiet mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu nnfishom, fuq bażi ex-ante , ex-post jew imħallta. Il-konsultazzjoni wriet li hemm maġġoranza ċara li ma tixtieqx tarmonizza l-mekkaniżmi ta’ l-iffinanzjar għalissa, għax temmen li l-ispejjeż involuti jistgħu jkunu ikbar mill-benefiċċji mistennija. Ġie vvalutat l-impatt tal-kost ta’ tibdil fil-mekkaniżmi ta’ l-iffinanzjar, kif inhu konsistenti mal-metodu ta’ Regolamentazzjoni Aħjar tal-Kummissjoni.

3. Ġie ppubblikat ir-rapport interim li ħejja l- JRC dwar dan is-suġġett[18] u l-Anness III jipprovdi sommarju fil-qosor. Ir-riżultati juru li iktar armonizzazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ l-iffinanzjar tkun timplika piż finanzjarju ta’ bejn € 2.5 biljun u € 4.3 biljun[19] b’mod kumulattiv fuq perjodu ta’ 10 snin għas-settur bankarju fis-sitt Stati Membri li attwalment joperaw SGD ex-post (ara l-Anness III). Il-benefiċċji mistennija ta’ sistema ta’ SGD ex ante u iktar standardizzati ma ġewx ivvalutati u saħansitra huwa iktar diffiċli li jiġu kkwantifikati – filwaqt illi minn perspettiva ta’ stabbiltà finanzjarja dawn kieku jitfaċċaw biss jekk is-sistema bankarja ta’ l-UE kellha tkun ikkonfrontata minn kriżi b’dimensjonijiet transkonfinali. Kieku l-benefiċċji minn perspettiva ta’ negozju jkunu jinkludu t-tisħiħ ta’ azzjoni fuq l-istess livell li tkun effiċjenti. F’dan l-istadju, il-Kummissjoni kieku tikkonċedi li l-każ ta’ negozju għadu ma ġiex stabbilit, għalkemm iktar xogħol fuq it-tqassim tal-piż u l-immaniġġjar tal-kriżi jista’ jirriżulta f’każ iktar b’saħħtu biex it-tibdil jiġi stabbilit fuq perjodu ta’ żmien itwal.

4. Il-kontribuzzjonijiet ibbażati fuq ir-riskju : kif iddikjarat hawn fuq (2.6), il-Kummissjoni hija favur metodi bbażati fuq ir-riskju. Li kellu jsir progress fil-mekkaniżmi ta’ l-iffinanzjar, l-armonizzazzjoni tal-metodi ta’ kontribuzzjoni ssir possibbli;

5. Livell minimu ta’ kopertura : ix-xogħol ta’ impatt f’dan il-qasam juri li, minħabba n-nuqqas ta’ qbil fil-medja tad-depożiti fl-Istati Membri, il-mira ta’ kundizzjonijiet verament armonizzati għall-protezzjoni tad-depożiti tista’ ma tintlaħaqx billi sempliċiment jiġi ffissat livell komuni ta’ garanzija għall-pajjiżi kollha, ladarba teżisti firxa wiesgħa ta’ differenzi ekonomiċi. Tibdil possibbli fil-livell minimu għandu jiġi kkunsidrat biss fuq perjodu ta’ żmien ħafna itwal;

6. L-użu tal-fondi ta’ l-SGD : ta’ min iqis iktar il-possibbiltà ta’ l-użu tal-fondi ta’ SGD biex tiġi pprovduta assistenza għal-likwidità lill-banek, iżda dan jiddependi mill-progress fix-xogħol usa’ fuq l-immaniġġjar tal-kriżi;

7. Il-kooperazzjoni bejn l-SGD, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza, il-banek ċentrali u l-gvernijiet : ir-rekwiżiti leġiżlattivi li jistipolaw il-ħtieġa għal kooperazzjoni msaħħa huma possibbli wara x-xogħol usa’ fuq l-istabbiltà finanzjarja u l-evoluzzjoni tas-sorveljanza;

8. Ir-rijorganizzazzjoni u l-istralċ ( winding up ) ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu : Fi ftit żmien, is-servizzi tal-Kummissjoni se jirrevedu d-Direttiva 2001/24/KE[20]. Ta’ l-inqas żewġ kwistjonijiet huma importanti għall-fallimenti li jaffettwaw l-SGD f’iktar minn Stat Membru wieħed u se jitqiesu matul il-proċess ta’ analiżi:

9. L-SGD għandhom – wara l-falliment - igawdu minn l-istess aċċess għall-informazzjoni li għandhom l-awtoritajiet ta’ sorveljanza sabiex ikunu f’pożizzjoni li jirkupraw it-talbiet tagħhom; u.

10. trattament ekwu ta’ l-SGD għandu jkun assigurat, b’mod partikolari fir-rigward tal-prijorità tat-talbiet.

4. KONKLUżJONIJIET

Ir-reviżjoni tad-Direttiva enfasizzat għadd ta’ oqsma fejn hemm nuqqasijiet fil-modi kif l-SGD huma rregolati fuq livell ta’ l-UE.

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-parti kbira tat-titjib ta’ l-SGD tista’ tinkiseb aħjar fuq perjodu ta’ żmien qasir mingħajr il-ħtieġa ta’ tibdil fid-Direttiva eżistenti u tipproponi li tindirizza dawk il-kwistjonijiet mingħajr dewmien. Dawn il-kwistjonijiet ġew stipolati fil-kapitolu 2 u fl-Anness II A hemm inkluż sommarju ta’ l-azzjonijiet proposti.

Għad irid jiġi stabbilit każ konvinċenti dwar jekk hux meħtieġ tibdil fundamentali fil-qafas regolatorju eżistenti fuq perspettiva iktar fit-tul u jekk il-benefiċċji mistennija ta’ tibdil bħal dan humiex se jpattu għall-ispejjeż jew le. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li ma hemmx biżżejjed evidenza ta’ progress tanġibbli fuq il-kwistjonijet usa’ tax-xibka ta’ sikurezza f’dan l-istadju sabiex ikun possibbli li jsir dak it-tibdil immirat li jindirizza ftit min-nuqqasijiet iktar speċifiċi u fundamentali fid-Direttiva. Sabiex jiġu indirizzati dawn in-nuqqasijiet, hemm bżonn ta’ sforz leġiżlattiv importanti biex jiġi armonizzat l-iffinanzjar ta’ l-iskemi nazzjonali b’konsegwenzi finanzjarji sinifikanti għal għadd ta’ setturi bankarji ta’ l-Istati Membri iżda bi ftit benefiċċji immedjati. Kwalunkwe tibdil leġizlattiv ieħor jiddependi mix-xogħol li hemm għaddej f’oqsma oħra li għandhom x’jaqsmu (ara l-Anness II B) kif ukoll minn biżżejjed appoġġ mill-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati u se jkun ippreċedut minn evalwazzjonijiet xierqa ta’ l-impatt. B’mod partikolari, hemm bżonn ta’ stampa iktar ċara tat-tqassim tar-responsabbiltajiet ta’ sorveljanza u, jekk meħtieġ, iktar konsistenza fil-metodu ta’ “tqassim tal-piż” (i.e. minn se jagħmel tajjeb finanzjarjament) f’każ ta’ kriżi bankarja transkonfinali ta’ l-UE.

ANNEX I

Procedural issues and consultation of interested parties

This Communication is based on the following elements of the Commission's "better regulation" policy[21]:

Member States' finance ministries have been consulted in the European Banking Committee (EBC) and its predecessor, the Banking Advisory Committee (BAC). At its July 2006 meeting, the EBC endorsed a policy paper that contained most of the elements of this Communication. Member States' supervisory authorities in the Committee of European Banking Supervisors (CEBS) have provided technical advice on specific aspects of DGS and the European Central Bank (ECB) has also carried out important background work. Member States have additionally been consulted in writing and at two technical meetings of the working group on DGS in 2005 and 2006.

A public stakeholder consultation was launched in July 2005. A synthesis of the more than 40 contributions is available on the web page of the Directorate-General Internal Market and Services.[22]

The Commission has conducted two quantitative studies. Firstly, work on a possible change to the minimum coverage level was carried out with the Commission's Joint Research Centre (JRC)[23], and further JRC work has subsequently been undertaken on the cost implications of changes to the funding mechanisms of DGS (the JRC's interim report is attached in Annex III).

ANNEX II

A. List of short-term non-regulatory actions proposed in the Communication

Survey on savings products covered under national DGS, | Commission Working Group on DGS or EFDI |

Development of a non-binding 'master agreement' on topping up arrangements | EFDI |

Development of a non-binding model agreement on exchange of information between DGS | EFDI |

Development of common voluntary approaches to inclusion of risk based elements for DGS. | Commission Working Group on DGS or EFDI |

Improvement of comprehensible information about DGS' coverage to consumers; identification of deficiencies and agreement and promotion of best practices | Commission Working Group on DGS with consultation of the banking industry |

Improvement of payment delays to depositors; survey among DGS on delays and best practices | Commission working with EFDI |

B. Timetable of wider Commission initiatives with implications for Deposit Guarantee Schemes

Publication of Communication on DGS | Commission | Autumn 2006 |

Report to EBC on progress of ECB and Basel Committee liquidity projects and Commission services work | Commission services | November 2006 |

Impact assessment on costs of introduction of common ex ante financed schemes by MS (final report) | Commission services | End 2006 |

Report to EBC on crisis management cooperation with 3rd countries and bail out rules | Commission services | March/April 2007 |

Report to EBC on lender of last resort arrangements | Commission services | June/July 2007 |

Report to EBC on further work on evolution of supervision | Commission services | October/November 2007 |

Report to EBC on review of re-organisation and winding up Directive | Commission services | October/November 2007 |

Publication of study on Insurance Guarantee Schemes in the EU analysing problems and evaluating options and their feasibility | Commission services/ external consultants | End 2007 |

Report to EBC on completion of Commission services liquidity work | Commission services | End 2007 |

Decision about follow-up to study on Insurance Guarantee Schemes | Commission | 2008 |

Commission report to Council and EP on supervisory arrangements (under 20006/48/EC Art. 156 para 3) on the effectiveness of supervisory arrangements put in place in the CRD and any proposals for change | Commission | 2012 |

ANNEX III

Further work carried out by the JRC on the effects of changing the funding mechanisms of EU Deposit Guarantee Schemes[24]

DGS are usually funded by contributions from credit institutions themselves: either on a regular basis ('ex-ante'), on a case by case basis after a failure ('ex-post') or comprising both ex-ante and ex-post elements ('mixed'). Changing funding mechanisms would entail differing costs for participants. For instance, the cost for a full ex-post mechanism is close to zero (administration fees entail the only cost as long as no failure happens), while annual fees are paid in ex-ante schemes destined for the creation of a float ready to be used in the event of a crisis. At present, 19 Member States have ex-ante funded schemes while 6 Member States have ex-post schemes[25].

The public consultation has revealed that a clear majority does not wish to harmonise financing mechanisms now, on the grounds that this would create more costs than benefits. Those in favour of harmonisation (mainly Nordic stakeholders) believed that only harmonisation could solve the current distortion of competition where a branch competing with domestic credit institutions has to pay different DGS fees.

For this reason, the Commission has requested the JRC to conduct research into the cost impact of changing the funding mechanisms of EU DGS. The enclosed interim report provides a quantitative evaluation of the costs associated with harmonising the existing funding mechanisms of DGS. It looks at four scenarios ranging from ex-post funding to a "high" ex-ante funded coverage ratio of 0.84% of covered deposits[26].

The key finding of the report is that many Member States already require equal or higher contributions than those necessary to reach the coverage ratios defined in the scenarios. In order to reach the lowest ex-ante funded scenario (0.16% coverage ratio), only 9 Member States would need to increase contributions. To achieve the highest coverage ratio under the scenarios (0.84%), 14 Member States would need to increase contributions[27]. The costs for those Member States which currently operate ex post schemes (see table) of building up a low ex-ante funded scheme based on scenario 3 (0.16% coverage ratio) would range from € 2.5 bln to € 4.3 bln[28] depending on the level of risk associated with the members of the scheme cumulatively over a period of 10 years.

Low coverage, low risk adjusted fund | Low coverage, medium risk adjusted fund | Low coverage, high risk adjusted fund |

IT | 512 640 000 | 683 520 000 | 854 390 000 |

LU | 1 670 000 | 22 300 000 | 27 880 000 |

NL | 268 580 000 | 358 110 000 | 447 640 000 |

AT | 90 820 000 | 268 580 000 | 121 100 000 |

SI | 8 620 000 | 11 500 000 | 14 370 000 |

UK | 170 3930 000 | 2 271 910 000 | 2 839 880 000 |

Total | 2 586 260 000 | 3 615 920 000 | 4 305 260 000 |

The Commission recognises that this study does not paint a complete picture of the costs and benefits of changing the funding mechanisms. On the one hand, it does not consider the opportunity cost of the capital tied up in funds which cannot be used by banks for other purposes.

On the other hand, the study has not attempted to assess the cost impact of non-harmonisation of funding mechanisms, i.e. maintaining the status quo . These costs should not be neglected; the current distortion of competition whereby a branch competing with domestic banks has to pay different DGS fees would continue. The issue of compensation of contributions to DGS when credit institutions change their subsidiaries into branches would be more easily resolved if financing bases were similar across Member States.

Neither has the study given consideration to the potential benefits of changing the existing systems. The extent to which a more standardised ex ante funded system of DGS might be able to better withstand a banking crisis with cross-border implications have not been assessed and indeed are more difficult to quantify.

The results of this research show that harmonisation of funding is not impossible in financial terms, although the costs for industry would be significant in certain Member States. The key question is whether the advantages of ex-ante funded systems outweigh the costs incurred. At this point the Commission is not convinced that this is the case. Further analysis will be required on this issue.[pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic]

[1] Ġie miftiehem li l-arranġamenti tranżizzjonali għandhom jippermettu adattament għal-livell minimu ta’ kopertura ta’ €20,000 preskritt mid-Direttiva.

[2] Arranġamenti li jissejħu “topping up”.

[3] SEC (2005) 927, p. 11.

[4] L-Istati Membri jistgħu jeskludu, pereżempju, depożiti f’valuta mhux ta’ l-UE jew ċerti depożitarji bħalma huma l-maniġers tal-banek jew kumpaniji ta’ ċertu daqs.

[5] Se jkun ikkummissjonat studju dwar il-fattibilità ta’ l-Iskemi ta’ Garanzija ta’ l-Assigurazzjoni fl-UE.

[6] L-Artikolu 7.4 jippermetti li l-Istati Membri jillimitaw il-garanzija għal 90% tad-depożiti totali sakemm l-ammont li jrid jitħallas skond il-garanzija ma jilħaqx l-€20.000 (ara n-nota 7 f’qiegħ il-paġna).

[7] Madankollu, qam aspett dwar il-ko-assigurazzjoni matul il-proċess ta’ konsultazzjoni li jixraqlu kjarifika. Jikkonċerna l-fatt jekk id-Direttiva tippermettix jew le li l-ko-assigurazzjoni tiġi applikata għal-livell minimu ta’ kopertura ta’ € 20 000. L-interpretazzjoni korretta ta’ l-Artikolu 7(4) hija li l-livell minimu ta’ kopertura jista’ jkun limitat għal perċentwal speċifiku ta’ depożiti, iżda dan il-perċentwal irid ikun daqs id-depożiti aggregati jew ta’ l-inqas ta’ 90% tad-depożiti aggregati sakemm l-ammont li jrid jitħallas jilħaq il-livell minimu ta’ kopertura ta’ € 20 000: il-livell minimu ta’ kopertura taħt l-ebda ċirkostanza ma jista’ jaqa’ taħt dan l-ammont. Il-memorandum ta’ spjegazzjoni tad-Direttiva jikkjarifika li l-kopertura minima għandha titħalla intatta wara l-applikazzjoni tal-ko-assigurazzjoni. Għalhekk, għal Stat Membru li japplika ko-assigurazzjoni ta’ 10%, dan ifisser li l-livell minimu ta’ kopertura għandu jkun iffissat għal € 22 222. Il-Kummissjoni se tiżgura li l-Istati Membri japplikaw b’mod korrett l-Artikolu 7(4).

[8] http://ec.europa.eu/internal_market/bank/docs/guarantee/consultationpaper_en.pdf.

[9] Ara l-Anness II tad-Direttiva; xogħol ulterjuri jkun jista’ jkopri oqsma fejn qamu diffikultajiet matul l-innegozjar ta’ arranġament, bħal ma huma t-taffija ta’ l-impatt ta’ sistemi differenti ta’ tpattija u l-istat prijoritarju differenti li jgawdu minnu l-SGD fil-pajjiż ta’ oriġini u dawk fil-pajjiż li jilqa’ fi proċedura ta’ likwidazzjoni fil-pajjiż ta’ oriġini tal-bank.

[10] Għalkemm it-“topping up” tal-pajjiż ta’ oriġini propjament jista’ jwassal għal trattament inekwu tad-depożitarji domestiċi u dawk barranin, minħabba li dawk ta’ l-ewwel jistgħu jgawdu minn kopertura iktar baxxa minn dawn ta’ l-aħħar, tali diskriminazzjoni kontra d-depożitarji domestiċi ma tkunx qed tikser il-liġi Ewropea.

[11] Minn perspettiva legali, id-dipożizzjonijiet attwali ma jistgħux jiġi interpretati bħala li jfissru li l-SGD ta’ stat li jilqa’, ikunu obbligati jippermettu sħubija minn istituzzjoni ta’ kreditu li topera direttament minn Stat Membru ieħor.

[12] http://www.fsforum.org/publications/Guidance_deposit01.pdf.

[13] Id-Direttiva 2006/48/KE, ĠU L 177, it-30 ta’ Ġunju 2006, p.1, u d-Direttiva 2006/49/KE, ĠU L 177, it-30 ta’ Ġunju 2006, p.201.

[14] Artikolu 9(3).

[15] i.e. l-Artikoli 6(2) u 9(1).

[16] Ara COM 2004/C 244/02.

[17] ibid.

[18] http://ec.europa.eu/internal_market/bank/guarantee/index_en.htm.

[19] Ara l-Anness III u r-rapport tal- JRC , (tabella 10) li juru l-primjums pagabbli bbażati fuq depożiti koperti (li huma parzjalment ibbażati fuq estimi); il-primjums ibbażati fuq depożiti eliġibbli (ara tabella 9) jistgħu jkunu ogħla.

[20] Id-Direttiva 2001/24/KE, ĠU L 125, 5.5.2001, p. 15.

[21] COM(2002) 275 final.

[22] http://ec.europa.eu/internal_market/bank/guarantee/index_en.htm

[23] Ibid.

[24] http://ec.europa.eu/internal_market/bank/guarantee/index_en.htm

[25] At this time Austria, Italy, Luxembourg, the Netherlands, Slovenia and the United Kingdom have ex-post funded DGS.

[26] For the definition of 'covered deposits' see the report.

[27] Note that, due to a lack of comprehensive data from one Member State, results can be compared only among 24 Member States.

[28] See Annex II, p. 35 (table 10) showing premiums payable based on covered deposits (which are partly based on estimates); premiums based on eligible deposits (see table 9) may be higher.