52005PC0631




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 07.12.2005

KUMM(2005) 631 finali

Proposta ta’

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar f’isem il-Komunità Ewropea, u l-applikazzjoni temporanja tal-ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri dwar it-tiġdid tal-protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kumpens finanzjarju pprovduti fil-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-gvern tar-Repubblika ta’ Sao Tome u Prinċipe dwar is-sajd fl-ibħra ta’ Sao Tome u Prinċipe għall-perjodu bejn l-1 ta’ Ġunju 2005 u l-31 ta’ Mejju 2006.

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Il-protokoll anness mal-ftehim dwar is-sajd bejn il-KE u l-gvern tar-Repubblika Demokratika ta’ Sao Tome e Prinċipe wasal biex jiskadi fil-31 ta’ Mejju 2005. Il-proposta preżenti tad-deċiżjoni tal-Kunsill għandha l-għan li ġġedded temporanjament il-protokoll b’sena sal-31 ta’ Mejju 2006.

It-tiġdid ta’ dan il-ftehim kien ġie miftiehem bejn il-partijiet fil-bidu tas-sena 2005, b’mod partikolari sabiex ikunu ttrattati ċerti problemi dwar l-implimentazjoni tal-protokoll 2002/2005 u sabiex il-gvern tar-Repubblika demokratika ta’ Sao Tome u Prinċipe jkollu l-ħin jipprepara bl-aħjar mod għan-negozjati dwar ftehim ġdid ta’ sħubija u wkoll sabiex jitħaddem il-programm ta’ azzjonijiet ta’ appoġġ għall-iżvilupp meħtieġ fil-qasam tas-sajd. Fil-fatt, il-Gvern il-ġdid li ħa l-poter f’Marzu 2004 stenna sa l-aħħar mument sabiex janalizza l-għażla ta’ tiġdid minkejja diversi noti ta’ tfakkir f’Marzu, April, u Mejju 2005.

Iż-żewġ partijiet fl-aħħar ftehmu li jġeddu l-protokoll li kien wasal biex jiskadi għal perjodu ta’ sena mill-1 ta’ Ġunju 2005 sal-31 ta’ Mejju 2006. Dan it-tiġdid, fil-forma ta’ skambju ta’ ittri, bejn iż-żewġ partijiet fit-3 ta’ Ġunju 2005 kien inizjalat sabiex jistabbilixxi l-kondizzjonijiet tekniċi u finanzjarji ta’ l-attivitajiet tas-sajd tal-vapuri tal-KE fl-ibħra ta’ Sao Tome u Prinċipe matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Ġunju 2005 u l-31 ta’ Mejju 2006

Il-Kummissjoni għalhekk tipproponi li l-Kunsill jadotta d-deċiżjoni li għandha l-għan li ġġedded temporanjament dan il-ftehim, sakemm jidħol fis-seħħ b’mod definittiv.

Proposta tar-regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri dwar it-tiġdid tal-protokoll għandha tkun ittrattata fi proċedura separata.

Proposta ta’

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar f’isem il-Komunità Ewropea, u l-applikazzjoni temporanja tal-ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri dwar it-tiġdid tal-protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kumpens finanzjarju pprovduti fil-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-gvern tar-Repubblika ta’ Sao Tome u Prinċipe dwar is-sajd fl-ibħra ta’ Sao Tome u Prinċipe għall-perjodu bejn l-1 ta’ Ġunju 2005 u l-31 ta’ Mejju 2006.

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidra t-trattat li bih twaqqfet il-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 300(2),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni[1],

Billi:

(1) Skond il-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-gvern tar-Repubblika Demokratika ta’ Sao Tome u Prinċipe dwar is-sajd fl-ibħra ta’ Sao Tome u Prinċipe[2], qabel ma jiskadi l-perjodu ta’ validità tal-protokoll anness mal-ftehim, il-partijiet tal-kuntratt jintrabtu li jidħlu f’negozjati bil-għan li jiddeterminaw, bi ftehim, il-kontenut ta’ protokoll għall-perjodu sussegwenti u, jekk ikun meħtieġ, dwar it-tibdil jew iż-żidiet li għandhom isiru fl-anness.

(2) Iż-żewġ partijiet iddeċidew li jġeddu l-protokoll attwali, approvat permezz tar-Regolament (KE) Nru 2348/2002[3], għal perjodu ta’ sena fil-forma ta’ skambju ta’ ittri sakemm isiru n-negozjati dwar it-tibdil fil-protokoll li għandu jiġi miftiehem;

(3) B’dan l-skambju ta’ ittri, is-sajjieda tal-Komunità jżommu l-possibbiltà li jistadu fl-ibħra li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta’ Sao Tome u Prinċipe għall-perjodu bejn l-1 ta’ Ġunju 2005 u l-31 ta’ Mejju 2006;

(4) Sabiex tiġi evitata kull interruzzjoni ta’ l-attivitajiet tas-sajd tal-vapuri tal-Komunità, huwa indispensabbli li t-tiġdid iseħħ fl-inqas żmien possibbli. Jaqbel għalhekk li jiġi ffirmat il-ftehim fil-forma ta’ l-skambju ta’ ittri u li jiġi applikat temporanjament, sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tiegħu;

(5) Huwa importanti li jkun ikkonfermat it-tqassim ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd fost l-Istati Membri tal-protokoll li wasal biex jiskadi.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-ftehim fil-forma ta’ l-skambju ta’ ittri dwar it-tiġdid tal-protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kumpens finanzjarju pprovduti fil-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-gvern tar-Repubblika Demokratika ta’ Sao Tome u Prinċipe dwar is-sajd fl-ibħra ta’ Sao Tome u Prinċipe għall-perjodu bejn l-1 ta’ Ġunju 2005 u l-31 ta’ Mejju 2006, huwa approvat f’isem il-Kummissjoni, mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehim.

It-test tal-ftehim huwa mehmuż ma’ din id-deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-ftehim qiegħed isir fuq bażi temporanja mill-1 ta’ Ġunju 2005.

Artikolu 3

L-opportunitajiet ta’ sajd stabbiliti mill-protokoll jitqassmu fost l-Istati Membri skond kif ġej:

- dgħajjes tat-tonn bit-tartarun | Franza: 18 Spanja: 18 |

- dgħajjes tat-tonn bil-qażba | Il-Portugall: 2 |

- dgħajjes bil-konz tal-wiċċ | Spanja: 20 Il-Portugall: 5 |

Jekk it-talba għall-liċenzji minn dawn l-Istati Membri ma teżawrixxix l-opportunitajiet ta’ sajd stabbiliti mill-protokoll, il-Kummissjoni tkun tista’ tikkonsidra talbiet għall-liċenzji mill-Istati Membri l-oħra kollha.

Artikolu 4

L-Istati Membri li għandhom il-vapuri jistadu skond dan il-ftehim għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-ammont ta’ kull stokk maqbuda fiż-żona tas-sajd ta’ Sao Tome u Prinċipe skond il-metodi pprovduti mir-Regolament (KE) Nru 500/2001 tal-Kummissjoni[4].

Artikolu 5

Il-president tal-Kunsill huwa awtorizzat li jaħtar il-persuni kompetenti biex jiffirmaw il-ftehim fil-forma ta’ l-skambju ta’ ittri f’isem il-Komunità, mingħajr preġudizzju għall-konklużjoni tiegħu.

Magħmul fi Brussell, nhar

Mill-Kunsill

Il-President

FTEHIM

fil-forma ta’ l-skambju ta’ ittri dwar it-tiġdid tal-protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kumpens finanzjarju pprovduti fil-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-gvern tar-Repubblika Demokratika ta’ Sao Tome u Prinċipe dwar is-sajd fl-ibħra ta’ Sao Tome u Prinċipe għall-perjodu bejn l-1 ta’ Ġunju 2005 u l-31 ta’ Mejju 2006

A. L-Ittra tal-Komunità

Sinjuri,

Sabiex ikun żgurat it-tiġdid tal-protokoll li huwa fis-seħħ attwalment (l-1 ta’ Ġunju 2002 sal-31 ta’ Mejju 2005) li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kumpens finanzjarju pprovduti fil-Ftehim dwar is-sajd bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-gvern tar-Repubblika Demokratika ta’ Sao Tome u Prinċipe, u sakemm jitlestaw in-negozjati dwar it-tibdil li għandu jsir fil-protokoll, għandi l-pjaċir nikkonferma li lħaqna ftehim dwar l-arranġamenti temporanji li ġejjin:

1. Mill-1 ta’ Ġunju 2005 u għal perjodu li jwassal sal-31 ta’ Mejju 2006, l-arranġamenti applikabbli għal dawn l-aħħar tliet snin jibqgħu japplikaw.

Il-kumpens finanzjarju mill-Komunità taħt l-arranġamenti temporanji għandu jikkorrispondi mat-total stipulat fl-Artikolu 2 tal-Protokoll attwalment fis-seħħ (637.500 €). Din is-somma titħallas kollha bħala kumpens finanzjarju u l-ħlas għandu jsir sal-31 ta’ Jannar 2006.

Barra minn hekk, il-Komunità, matul din is-sena, għandha tiffinanzja l-valutazzjoni ta’ l-istokk tal-granċ l-aħmar tal-qiegħ għas-somma li tista' tilħaq il-50 000 €.

2. Matul dan il-perjodu, il-liċenzji tas-sajd għandhom joħorġu sal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 1 tal-protokoll attwalment fis-seħħ, permezz ta’ tariffi jew ħlas bil-quddiem li jikkorrispondu ma’ dawk stipulati fit-tieni punt ta’ l-anness tal-protokoll.

Nitolbukhom li ġentilment tinfurmawna dwar il-wasla ta’ din l-ittra u tindikaw il-qbil tagħkhom mal-kontenut.

Fil-waqt li nselli għalikhom,

F’isem il-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea

B L-Ittra tal-Gvern tar-Repubblika Demokratika ta’ Sao Tome u Prinċipe

Sinjuri,

Għandi l-pjaċir ngħarrfek li rċevejt l-ittra tagħkom tal-lum, li tgħid hekk:

« Sabiex ikun żgurat it-tiġdid tal-protokoll attwalment fis-seħħ (l-1 ta’ Ġunju 2002 sa l-31 ta’ Mejju 2005) li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kumpens finanzjarju pprovduti fil-Ftehim dwar is-sajd bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-gvern tar-Repubblika Demokratika ta’ Sao Tome u Prinċipe, u sakemm jitlestaw in-negozjati dwar it-tibdil li għandu jsir fil-protokoll, għandi l-pjaċir nikkonferma li ftehemna dwar l-arranġamenti temporanji li ġejjin:

1. Mill-1 ta’ Ġunju 2005 u għal perjodu li jwassal sal-31 ta’ Mejju 2006, l-arranġamenti applikabbli għal dawn l-aħħar tliet snin jibqgħu japplikaw.

Il-kumpens finanzjarju mill-Komunità taħt l-arranġamenti temporanji għandu jikkorrispondi mat-total stipulat fl-Artikolu 2 tal-Protokoll attwalment fis-seħħ (637.500 €). Din is-somma titħallas kollha bħala kumpens finanzjarju u l-ħlas għandu jsir sal-31 ta’ Jannar 2006.

Barra minn hekk, il-Komunità, matul din is-sena, għandha tiffinanzja l-valutazzjoni ta’ l-istokk tal-granċ l-aħmar tal-qiegħ għas-somma li tista' tilħaq il-50 000 €.

2. Matul dan il-perjodu, il-liċenzji tas-sajd għandhom joħorġu sal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 1 tal-protokoll attwalment fis-seħħ, permezz ta’ tariffi jew ħlas bil-quddiem li jikkorrispondu ma’ dawk stipulati fit-tieni punt ta’ l-anness tal-protokoll.»

Għandi l-pjaċir nikkonferma li l-kontenut ta’ l-ittra tagħkhom huwa aċċettabbli għall-Gvern tar-Repubblika Demokratika ta’ Sao Tome u Prinċipe u li l-ittra tagħkom kif ukoll din l-ittra jikkostitwixxu ftehim skond il-proposta tagħkom.

Filwaqt li nselli għalikhom,

Għall-Gvern tar-Repubblika Demokratika ta’ Sao Tome u Prinċipe.

[1] ĠU Ċ [...] tal- [...], p.

[2] ĠU Nru L 54 tal-25.2.1984, p. 1.

[3] ĠU Nru L 47 tad-19.2.2002, p. 2.

[4] ĠU Nru L 73 tal-15.3.2001, p. 8.