52005PC0190(15)




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 13.05.2005

KUMM(2005) 190 finali

2005/0072 (COD)

2005/0073 (COD)

2005/0074 (COD)

2005/0075 (COD)

2005/0076 (COD)

2005/0077 (CNS)

2005/0078 (CNS)

2005/0079 (CNS)

2005/0080 (CNS)

2005/0081 (COD)

2005/0082 (COD)

2005/0083 (COD)

2005/0084 (CNS)

2005/0085 (COD)

2005/0086 (COD)

2005/0087 (COD)

2005/0088 (COD)

2005/0089 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1210/90 dwar il-ħolqien ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u ta’ Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni u osservazzjoni ta’ l-ambjent dwar dak li għandu x’jaqsam mal-mandat tad-Direttur Eżekuttiv

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 337/75 dwar il-ħolqien ta' Ċentru Ewropew għall-iżvilupp tat-taħriġ professjonali dwar dak li għandu x'jaqsam mal-mandat tad-Direttur

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 dwar il-ħolqien ta’ Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol dwar dak li għandu x'jaqsam mal-mandat tad-Direttur u tal-Viċi Direttur

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1360/90 dwar it-twaqqif ta' Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għal dak li għandu x’jaqsam mal-mandat tad-Direttur

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 302/93 dwar it-twaqqif ta' Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi għal dak li għandu x’jaqsam mal-mandat tad-Direttur

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. ĠUSTIFIKAZZJONI U GĦAN TAL-PROPOSTA

Fil-preżent, fl-Unjoni Ewropea jeżistu 20 korp deċentralizzat li jistgħu jaqgħu taħt il-kategorija aġenziji komunitarji minħabba l-karatteristiċi komuni tagħhom : twaqqif fuq bażi legali, personalità ġuridika, awtonomija amministrattiva u finanzjarja, qasam ta’ kompetenza u ta’ interventi definiti b’mod ċar …

Dawn l-aġenziji komunitarji jitmexxew minn persuna responsabbli, li fit-teorija għandha t-titlu ta’ direttur u li, f’ċerti każi, hija mgħejuna minn assistent jew assistenti. It-tul tal-ħatra tagħhom hu ġeneralment ta’ bejn erba’ u ħames snin. Il-biċċa l-kbira tar-regolamenti li jwaqqfu dawn l-aġenziji jippermettu madankollu li l-ħatra tad-diretturi u, jekk ikun il-każ, ta’ l-assistenti tagħhom, tista’ terġa’ tiġġedded għal perijodu wieħed jew aktar. Il-kondizzjonijiet tan-nomina u tat-tul tal-ħatra huma speċifikati f’kull regolament għal kull aġenzija.

Sa dawn l-aħħar snin, il-korp kompetenti għan-nomina kien jiddeċiedi li jtawwal il-ħatra tad-diretturi fil-kariga permezz ta’ sempliċi deċiżjoni. Wara li għamlet eżami aktar dettaljat tad-dispożizzjonijiet fir-regolamenti kostituttivi, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li din il-proċedura kienet toħloq problema ġuridika.

Fil-fatt, apparti mir-Regolament nru 1360/90 li jwaqqaf il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ u, aktar reċenti, ir-Regolament nru 851/2004 li jistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, ir-regolamenti li jwaqqfu l-aġenziji komunitarji jużaw it-terminu « tiġdid » biex jindikaw it-tiġdid tal-ħatra tad-Direttur.

Il-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 214 tat-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, li jittratta n-nomina tal-membri tal-Kummissjoni, bħall-Artikoli 223 u 225 tat-Trattat, li jittrattaw in-nomina ta’ l-imħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja, jinkludi l-istess dispożizzjoni. Issa madanakollu fiż-żewġ każi, hemm qbil li l-possibilità ta’ tiġdid ma tfissirx li tista’ tkun applikata proċedura sempliċi jew li l-ħatra titwal u li l-proċedura ta’ nomina msemmija fit-Trattat m’għandhiex tkun rispettata.

F’dawn il-każijiet, il-fatt li l-ħatra tista’ tiġġedded m’għandu jiġi interpretat bl-ebda mod ħlief fis-sens li min qiegħed fil-kariga għandu, fit-tmiem tal-ħatra tiegħu, jerġa’ jitfa’ l-kandidatura tiegħu biex jinħatar mill-ġdid.

Meta tkun applikata għall-aġenziji, din l-interpretazzjoni twassal għall-konklużjoni li l-possibilità ta’ tiġdid tal-ħatra tad-Direttur ma teżentahomx milli jsegwu l-proċedura ta’ nomina stabbilita fir-regolament kostituttiv.

Minbarra dan, id-diretturi ta’ l-aġenziji u l-assistenti tagħhom mhumiex biss possessuri ta’ ħatra, imma wkoll membri tal-persunal ta’ l-aġenzija, li qed jaħdmu taħt kuntratt bħala aġenti temporanji u jaqgħu taħt is-sistema applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej (CEOS).

Minħabba f’hekk, il-proċedura tan-nomina trid tinkludi partikolarment il-pubblikazzjoni tal-kariga fl-Istati Membri kollha u ssegwi proċedura ta’ selezzjoni konformi mar-regoli maħruġa taħt ir-regolamenti kostituttivi u tas-CEOS.

Dawn il-proċeduri ġeneralment jieħdu ż-żmien u relattivament jiswew ħafna flus. Matul dan iż-żmien huma jistgħu wkoll iwasslu biex l-aġenzija timxi aktar bil-mod jew ixekklu l-attività tagħha, fil-każ fejn id-direttur fil-kariga jiddeċiedi li jitfa’ mill-ġdid il-kandidatura tiegħu.

Meta jitqiesu l-bżonnijiet speċifiċi ta’ l-aġenziji u tal-prattika f’dawn l-aħħar snin, jidher li mhux il-każ li l-aġenziji jerġgħu jġegħluhom jgħaddu minn proċedura ta’ selezzjoni kull darba li l-ewwel ħatra tad-direttur, jew ta’ xi karigi oħra rilevanti, tasal fit-tmiem. Il-korpi tan-nomina kompetenti għandu jkollhom għażla bejn it-tiġdid tal-kariga attwali u proċedura ta’ selezzjoni ġdida.

Fl-istess ħin għandu jitqies il-fatt li d-diretturi ta’ l-aġenzija mhumiex biss responsabbli għall-amministrazzjoni imma għandhom rwol importanti fix-xogħlijiet u t-twettiq tal-missjonijiet ta’ l-aġenzija. Iż-żewġ elementi, il-bżonn li tkun żgurata kontinwità fid-direzzjoni amministrattiva ta’ l-aġenzija u l-interess li din tevolvi lejn ideat u strateġiji politiċi ġodda, għandhom għalhekk jitqiesu fid-deċiżjoni ta’ l-awtorità tan-nomina.

Għalhekk, id-deċiżjoni li biha d-direttur fil-kariga jinħatar mill-ġdid għandha tittieħed fuq bażi ta’ evalwazzjoni preliminari ta’ l-azzjonijiet tad-direttur u tal-bżonnijiet ta’ l-aġenzija, magħmula mill-awtorità li tipproponi l-kandidati lill-awtorità li tinnomina, u l-estensjoni tkun awtorizzata għal darba waħda biss u għal żmien limitat, li m’għandux ikun itwal miż-żmien stabbilit għall-ewwel perijodu fil-kariga..

B’kollox, modifika ta’ l-artikoli relattivi għan-nomina hi proposta għal 18-il aġenzija, li tfisser il-preżentazzjoni ta’ 18-il propożizzjoni ta’ regolamenti li jemendaw ir-regolamenti kostituttivi ta’ kull aġenzija.

Ir-regolamenti kostituttivi ta’ żewġ aġenziji m’għandhomx għalfejn jiġu modifikati : ir-Regolament (KE) nru 2667/2000 tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru dwar l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni[1] u r-Regolament (KE) nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Marzu 2004 li jwaqqaf l-Aġenzija Ewropea responsabbli għas-sigurtà tan-netwerks u ta’ l-informazzjoni[2]. Fil-fatt, dawn ma jipprovdux għall-possibilità ta’ tiġdid tal-ħatra tad-direttur minħabba li l-agenziji kkonċernati twaqqfu għal żmien limitat.

Bl-istess mod, mhux qed tiġi ppreżentata proposta biex temenda l-atti kostituttivi ta’ l-aġenziji u korpi oħra li jaqgħu taħt it-tieni u t-tielet pilastru.

Fl-aħħarnett, fejn għandu x’jaqsam maż-żewġ aġenziji li kienu s-suġġett ta’ proposta ta’ regolament u li bħalissa għaddejjin minn skrutinju jew qiegħdin fil-proċess ta’ adozzjoni (l-Aġenzija Ewropea tal-Prodotti Kimiċi[3] u l-Aġenzija Komunitarja tal-Kontroll tas-Sajd[4]), il-Kummissjoni ser tippreżenta fejn hu neċessarju proposti ta’ modifika bl-għan li jkunu armonizzati t-testi ta’ l-aġenziji komunitarji kollha.

2. BAŻI ĠURIDIKA U PROĊEDURA TA’ ADOZZJONI

Kull regolament li jwassal għall-ħolqien ta’ aġenzija hu prinċipalment ibbażat fuq l-artikolu tat-Trattat li jikkorrispondi mal-qasam ta’ kompetenza u intervent tagħha, u minn liem bl-istess mod titnissel il-proċedura ta’ adozzjoni applikabbli.

Hu għalhekk li jidher neċessarju li jiġi emendat kull regolament li jistabbilixxi kull waħda mill-aġenziji.

Fir-rigward tal-proċedura ta’ adozzjoni tar-regolamenti, jaqbel li tiġi mħarsa dik li kienet l-aktar użata fiż-żmien tal-ħolqien ta’ l-aġenzija, filwaqt li jekk ikun il-każ jitqies it-tibdil li sar wara l-adozzjoni tar-regolament li jwaqqaf l-aġenzija, kemm jekk jittratta kompetenzi tal-Parlament Ewropew imwaqqfa mit-Trattat jew xi modifiki relattivi għall-bażi ġuridika.

B’mod partikolari dan hu l-każ għall-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, imma wkoll għal ħames regolamenti li l-bażi ġuridika tagħhom ġiet modifikata u li għalihom l-Artikolu 308 tat-Trattat inbidel mill-bażi ġuridika li tittratta l-qasam li fih jaħdmu dawn l-aġenziji.

Min-naħa l-waħda, dan jikkonċerna ċ-Ċentru għall-Osservazzjoni Ewropew tad-Drogi u l-Vizzji tad-Droga li r-regolament tiegħu hu bħalissa s-suġġett ta’ kodifikazzjoni li matulha l-Kunsill kien tal-fehma li minn hemm ’il quddiem il-bażi ġuridika li kellha tintuża kienet l-Artikolu 152, u dan kien aċċettat mill-Kummissjoni, u, min-naħa l-oħra, ċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali (Artikolu 150), il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet ta’ l-Għixien u ta’ l-Impjiegi (sottoparagrafi a) u b) tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 137), il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (Artikolu 150) u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (sottoparagafu a) tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 137).

3. PREŻENTAZZJONI TAL-PROPOSTI TAR-REGOLAMENTI GĦAL KULL AĠENZIJA

3.1 It-tliet fatturi, komuni għall-proposti kollha tar-regolamenti huma mfassla kif ġej :

« Jeħtieġ li jkun hemm armonizzazzjoni tar-regoli li jikkonċernaw il-kondizzjonijiet u l-proċeduri applikabbli għat-tiġdid tal-ħatra tad-direttur, ta’ l-assistent direttur jew, tal-president fil-każ ta’ ċerti aġenziji komunitarji,

Huwa f’waqtu li jkun stabbilit li din il-ħatra tista’ tiġi estiża wara evalwazzjoni xierqa,

Huwa f’waqtu għalhekk li jkun modifikat ir-regolament nru …/… [jitniżżel it-titlu tar-regolament li taħtu twaqqfet l-aġenzija] »

3.2 Għal kull wieħed mir-regolamenti modifikati, il-formola standard proposta hi din li ġejja :

« L-aġenzija titmexxa minn direttur nominat mill-kunsill ta’ l-amministrazzjoni* fuq proposta tal-Kummissjoni** għal perijodu ta’ ħames snin, li, fuq proposta tal-Kummissjoni** u wara evalwazzjoni, jista’ jiġi estiż għal darba waħda għal perijodu ta’ mhux aktar minn ħames snin.

Għall-iskop ta’ l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni** tqis b’mod partikolari :

- ir-riżultati miksuba fit-tmiem ta’ l-ewwel perijodu tal-ħatra u l-mod li bih dawn inkisbu;

- il-missjonijiet u l-ħtiġijiet ta’ l-aġenzija għas-snin ta’ wara. »

* il-Kunsill għall-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet Veġetali (CPVO) u għall-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (OHIM); il-Kummissjoni għaċ-Ċentru Ewropew għat-Taħriġ Professjonali (CEDEFOP) u l-Fondazzjoni Ewropea għall-Kondizzjonijiet ta’ l-Għixien u ta’ l-Impjiegi (EUROFOUND);

** il-Kunsill ta’ l-amministrazzjoni għal OHIM, CEDEFOP u EUROFOUND.

3.3 Il-modifiki proposti jikkonċernaw lill-aġenziji u r-regolamenti li ġejjin :

- Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali (CEDEFOP) : paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) nru 337/75 li jwaqqaf ċentru Ewropew għall-iżvilupp tat-taħriġ professjonali;

- Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet ta’ l-Għixien u ta’ l-Impjiegi (EUROFOUND) : paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) nru 1365/75 tas-26 ta’ Mejju 1975 li jittratta t-twaqqif ta’ Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kondizzjonijiet ta’ l-għixien u ta’ l-impjiegi;

- L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) : l-ewwel sentenza tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) nru 1210/90 tas-7 ta’ Mejju 1990 dwar it-twaqqif ta’ l-aġenzija Ewropea għall-ambjent u tan-netwerk Ewropew ta’ informazzjoni u ta’ osservazzjoni għall-ambjent;

- Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) : it-tieni sentenza tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) nru 1360/90 tas-7 ta’ Mejju 1990 li jwaqqaf Fondazzjoni Ewropea għat-taħriġ, kif emendata mir-Regolament tal-Kunsill (KE) nru 1572/98 tas-17 ta’ Lulju 1998;

- Iċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ Ewropew għad-Drogi u l-Vizzji tad-Droga (EMCDDA) : l-ewwel sentenza tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) nru 302/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li twaqqaf Ċentru ta’ Monitoraġġ Ewropew għad-Drogi u l-Vizzji tad-Droga;

- L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (OHIM) : paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 120 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) nru 40/94 ta’ l-20 ta’ Diċembru 1993 fuq is-suq komunitarju;

- L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU – OSHA) : paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) nru 2062/94 tat-18 ta’ Lulju 1994 li jwaqqaf l-Aġenzija Ewropea għas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol;

- L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet Veġetali (CPVO) : paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 43 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) nru 2100/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 li jwaqqaf sistema ta’ protezzjoni komunitarja ta’ l-akkwisti veġetali;

- Iċ-Ċentru ta’ Traduzzjoni għall-Korpi ta’ l-Unjoni Ewropea (CdT) : paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) nru 2965/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 li jwaqqaf Ċentru ta’ traduzzjoni għall-korpi ta’ l-Unjoni Ewropea;

- Iċ-Ċentru Ewropew ta’ Viġilanza tar-Razziżmu u l-Ksenofobija (EUMC) : paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) nru 1035/97 tat-2 ta’ Ġunju 1997 li jwaqqaf Ċentru Ewropew ta’ Viġilanza tar-Razziżmu u l-Ksenofobija;

- L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta’ l-Ikel (EFSA) : l-ewwel sentenza tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 26 tar-Regolament (KE) nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u d-dispożizzjonijiet ġenerali tal-leġislazzjoni dwar l-ikel, li jwaqqaf l-Awtorità Ewropea għas-sigurtà ta’ l-ikel u jiffissa l-proċeduri relattivi għas-sigurtà ta’oġġetti ta’ l-ikel;

- L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) : paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 li jwaqqaf Aġenzija Ewropea għas-sigurtà marittima;

- L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà ta’ l-Avjazzjoni (EASA) : paragrafu 4 ta’ l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2002 li jittratta r-regoli komuni fil-qasam ta’ l-avvjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-sigurtà ta’ l-avjazzjoni;

- Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u Kontroll ta’ Mard (ECDC) : paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard;

- L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMEA) : it-tielet sentenza tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 64 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) nru 726/2004 tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi l-proċeduri komunitarji għall-awtorizzazzjoni u l-kontroll f’dak li għandu x’jaqsam ma’ mediċini għall-użu tal-bniedem u għall-użu veterinarju u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-mediċini;

- L-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (ERA) : paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jwaqqaf Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji;

- L-Awtorità għall-Kontroll GNSS (Galileo) : it-tielet subinċiż tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) nru 1321/2004 tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2004 dwar l-istrutturi ta’ tmexxija tal-programmi ewropej tan-navigazzjoni bir-radju permezz tas-satellita;

- L-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija tal-Kooperazzjoni fl-Operazzjonijiet fuq il-fruntieri esterni ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea : it-tieni sentenza ta’ paragrafu 5 ta’ l-Artikolu 26 tar-Regolament (KE) nru 2007/2004 tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2004 li jwaqqaf Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija ta’ Kooperazzjoni għall-Operazzjonijiet mal-fruntieri esterni ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea.

2005/0072 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1210/90 dwar il-ħolqien ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u ta’ Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni u osservazzjoni ta’ l-ambjent dwar dak li għandu x’jaqsam mal-mandat tad-Direttur Eżekuttiv

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni[5],

Wara li kkunsidraw il-fehma tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[6]

Wara li kkunsidraw il-Kumitat tar-Reġjuni[7]

qed jaħdmu skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 251 tat-Trattat[8],

Billi:

1. Huwa meħtieġ li jiġu armonizzati r-regoli dwar il-kundizzjonijiet u l-proċeduri applikabbli għat-tiġdid tal-mandat tad-Direttur, tal-Viċi Direttur jew, jekk ikun il-każ, tal-President, ta' ċerti aġenziji tal-Komunità.

2. Huwa f'loku li jkun hemm il-possibilità li l-mandat ikun jista' jiġġedded għal darba waħda wara li ssir evalwazzjoni xierqa,

3. Għalhekk ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/90 tas-1 ta’ Mejju 1990 dwar il-ħolqien ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u għal Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni u osservazzjoni ta’ l-ambjent għandu jiġi emendat[9],

ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 9 (1) tar-Regolament (KEE) Nru 1210/90, għandu jinbidel b'dan li ġej:

“1. L-Aġenzija se tkun immexxija minn Direttur Eżekuttiv maħtur mill-Kunsill Amministrattiv fuq proposta tal-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin, li, fuq proposta tal-Kummissjoni, u wara evalwazzjoni, jista' jiġi mtawwal darba waħda għal perjodu li ma jaqbiżx il-ħames snin.

Fil-qafas ta' l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni tagħti każ b'mod partikolari:

- ir-riżultati miksuba matul l-ewwel mandat u l-mod kif dawn intlaħqu;

- id-dmirijiet u l-ħtiġijiet ta' l-Awtorità għas-snin li ġejjin.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-[...] jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Mill-Parlament Ewropew Mill-Kunsill

Il-President Il-President

2005/0073 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 337/75 dwar il-ħolqien ta' Ċentru Ewropew għall-iżvilupp tat-taħriġ professjonali dwar dak li għandu x'jaqsam mal-mandat tad-Direttur

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 150 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni[10],

Wara li kkunsidraw il-fehma tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,[11]

Wara li kkunsidraw il-fehma tal-Kumitat tar-Reġjuni[12],

qed jaħdmu skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 251 tat-Trattat[13],

Billi:

(1) Huwa meħtieġ li jiġu armonizzati r-regoli dwar il-kundizzjonijiet u l-proċeduri applikabbli għat-tiġdid tal-mandat tad-Direttur, tal-Viċi Direttur jew, jekk ikun il-każ, tal-President, ta' ċertu aġenziji tal-Komunità,

(2) Huwa f'loku li jkun hemm il-possibilità li l-mandat ikun jista' jiġġedded għal darba waħda wara li ssir evalwazzjoni xierqa,

(3) Jaqbel għalhekk li jiġi emendat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 ta’ l-10 ta' Frar 1975 dwar il-ħolqien ta' Ċentru Ewropew għall-iżvilupp tat-taħriġ professjonali[14],

ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 337/75, jinbidel b'dan li ġej:

“2. Il-mandat tad-Direttur huwa ta' ħames snin. Fuq proposta tal-Kunsill tad-Direzzjoni u wara evalazzjoni, jista' jiġġedded darba waħda għal perjodu li ma jaqbiżx il-ħames snin.

Fil-qafas ta' l-evalwazzjoni, il-Kunsill ta’ Direzzjoni tagħti każ b'mod partikolari:

- ir-riżultati miksuba matul l-ewwel mandat u l-mod kif dawn intlaħqu;

- id-dmirijiet u l-ħtiġijiet taċ-Ċentru għas-snin li ġejjin.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-[...] jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Mill-Parlament Ewropew Mill-Kunsill

Il-President Il-President

2005/0074 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 dwar il-ħolqien ta’ Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol dwar dak li għandu x'jaqsam mal-mandat tad-Direttur u tal-Viċi Direttur

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 137(1)(a) u (b) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni[15],

Wara li kkunsidraw il-fehma tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[16],

Wara li kkunsidraw il-fehma tal-Kumitat tar-Reġjuni[17],

qed jaħdmu skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 251 tat-Trattat[18],

Billi:

(1) Huwa meħtieġ li jiġu armonizzati r-regoli dwar il-kundizzjonijiet u l-proċeduri applikabbli għat-tiġdid tal-mandat tad-Direttur, tal-Viċi Direttur jew, jekk ikun il-każ, tal-President, ta' ċerti aġenziji tal-Komunità.

(2) Huwa f'loku li jkun hemm il-possibilità li l-mandat ikun jista' jiġġedded għal darba waħda wara li ssir evalwazzjoni xierqa,

(3) Għalhekk ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta’ Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol[19] għandu jiġi emendat,

ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 1365/75 jinbidel b'dan li ġej:

“3. Id-Direttur u l-Viċi Direttur huma maħtura għal perjodu ta' ħames snin fuq proposta tal-Kunsill Amministrattiv u wara evalwazzjoni, jista' jiġi mtawwal darba waħda għal perjodu li ma jaqbiżx il-ħames snin.

Fil-qafas ta' l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni tagħti każ b'mod partikolari:

- ir-riżultati miksuba matul l-ewwel mandat u l-mod kif dawn intlaħqu;

- id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-Fondazzjoni għas-snin li ġejjin.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-[...] jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Mill-Parlament Ewropew Mill-Kunsill

Il-President Il-President

2005/0075 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1360/90 dwar it-twaqqif ta' Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għal dak li għandu x’jaqsam mal-mandat tad-Direttur

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l–Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 150 tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta tal-Kummissjoni[20],

Wara li kkunsidraw il-fehma tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[21],

Wara li kkunsidraw il-fehma tal-Kumitat tar-Reġjuni[22],

jaġixxu skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 251 tat-Trattat[23],

Billi:

(1) Huwa meħtieġ li jiġu armonizzati r-regoli dwar il-kundizzjonijiet u l-proċeduri applikabbli għat-tiġdid tal-mandat tad-Direttur, tal-Viċi Direttur jew, jekk ikun il-każ, tal-President, ta’ ċertu aġenziji tal-Komunità.

(2) Huwa xieraq li jkun hemm il-possibilità li l-mandat ikun jista’ jiġedded għal darba waħda wara li ssir evalwazzjoni xierqa,

(3) Huwa xieraq għalhekk li r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1360/90 tas-7 ta' Mejju 1990 dwar it-twaqqif ta' Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ jiġi emendat[24],

ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1360/90 għandha tinbidel b'din li ġejja:

“Fuq proposta tal-Kummissjoni u wara evalwazzjoni, dan il-mandat jista’ jiġġedded għal darba waħda biss u għal mhux aktar minn ħames snin.

Fil-qafas ta’ l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni tagħti każ b’mod partikolari:

- ir-riżultati miksuba matul l-ewwel mandat u l-mod kif dawn intlaħqu;

- id-dmirijiet u l-ħtiġijiet ta’ l-Awtorità għas-snin li ġejjin.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-[...] jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, [...]

Mill-Parlament Ewropew Mill-Kunsill

Il-President Il-President

2005/0076 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 302/93 dwar it-twaqqif ta' Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi għal dak li għandu x’jaqsam mal-mandat tad-Direttur

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l–Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 152 tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta tal-Kummissjoni[25],

Wara li kkunsidraw il-fehma tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[26],

Wara li kkunsidraw il-fehma tal-Kumitat tar-Reġjuni[27],

jaġixxu skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 251 tat-Trattat[28],

Billi:

(1) Huwa meħtieġ li jiġu armonizzati r-regoli dwar il-kundizzjonijiet u l-proċeduri applikabbli għat-tiġdid tal-mandat tad-Direttur, tal-Viċi Direttur jew, jekk ikun il-każ, tal-President, ta’ ċertu aġenziji tal-Komunità.

(2) Huwa xieraq li jkun hemm il-possibilità li l-mandat ikun jista’ jiġġedded għal darba waħda wara li ssir evalwazzjoni xierqa,

(3) Huwa xieraq għalhekk li r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 302/93 tat-8 ta' Frar 1993 dwar it-twaqqif ta' Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi[29] jiġi emendat,

ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 302/93, paragrafu 1, għandu jinbidel b'dan li ġej:

“ 1. Iċ-Ċentru se jkun immexxi minn Direttur maħtur mill-Bord ta' Tmexxija fuq proposta tal-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin, li, fuq proposta tal-Kummissjoni, u wara evalwazzjoni, jista' jiġi mġedded darba waħda għal perjodu li ma jaqbiżx il-ħames snin.

Fil-qafas ta’ l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni tagħti każ b’mod partikolari:

- ir-riżultati miksuba matul l-ewwel mandat u l-mod kif dawn intlaħqu;

- id-dmirijiet u l-ħtiġijiet taċ-Ċentru għas-snin li ġejjin.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-[...] jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, [...]

Mill-Parlament Ewropew Mill-Kunsill

Il-President Il-President

2005/0077 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar il-mandat tal-President ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l–Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 308 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni[30],

Wara li kkunsidra l-fehma tal-Parlament Ewropew[31],

Wara li kkunsidra l-fehma tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[32],

Billi:

(1) Huwa meħtieġ li jiġu armonizzati r-regoli dwar il-kundizzjonijiet u l-proċeduri applikabbli għat-tiġdid tal-mandat tad-Direttur, tal-Viċi Direttur jew, jekk ikun il-każ, tal-President, ta’ ċertu aġenziji tal-Komunità.

(2) Huwa xieraq li jkun hemm il-possibilità li l-mandat ikun jista’ jiġġedded għal darba waħda wara li ssir evalwazzjoni xierqa,

(3) Jaqbel għalhekk li jkun emendat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 40/94 ta’ l-20 ta’ Diċembru 1993 dwar il-brevett Komunitarju[33],

ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 120(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 jinbidel b'dan li ġej:

« 2. Il-mandat tal-President huwa ta' massimu ta' ħames snin. Fuq proposta tal-Kummissjoni, wara evalazzjoni u opinjoni mill-Bord ta’ Tmexxija, jista’ jiġġedded darba waħda għal perjodu li ma jaqbiżx il-ħames snin.

Fil-qafas ta’ l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni tagħti każ b’mod partikolari:

- ir-riżultati miksuba matul l-ewwel mandat u l-mod kif dawn intlaħqu;

- id-dmirijiet u l-ħtiġijiet ta’ l-Awtorità għas-snin li ġejjin.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-[...] jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, [...]

Mill-Kunsill

Il-President

2005/0078 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2100/94 dwar il-mandat tal-President ta' l-Uffiċċju Komunitarju għall-Varjetajiet tal-Pjanti

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l–Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 308 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni[34],

Wara li kkunsidra l-fehma tal-Parlament Ewropew[35],

Wara li kkunsidra l-fehma tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[36],

Billi:

(1) Huwa meħtieġ li jiġu armonizzati r-regoli dwar il-kundizzjonijiet u l-proċeduri applikabbli għat-tiġdid tal-mandat tad-Direttur, tal-Viċi Direttur jew, jekk ikun il-każ, tal-President, ta’ ċertu aġenziji tal-Komunità.

(2) Huwa xieraq li jkun hemm il-possibilità li l-mandat ikun jista’ jiġġedded għal darba waħda wara li ssir evalwazzjoni xierqa,

(3) Xieraq għalhekk li jiġi emendat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2100/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 għall-ħolqien ta' skema Komunitarja għall-ħarsien tal-varjetajiet tal-pjanti[37],

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 43(2) tar-Regolament (KE) Nru 2100/94 jinbidel b'dan li ġej:

“ 2. Il-mandat tal-President ma jaqbiżx il-ħames snin. Fuq proposta tal-Kummissjoni, wara evalazzjoni u opinjoni mill-Bord ta’ Tmexxija, jista’ jittawwal darba waħda għal perjodu li ma jaqbiżx il-ħames snin.

Fil-qafas ta’ l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni tagħti każ b’mod partikolari:

- ir-riżultati miksuba matul l-ewwel mandat u l-mod kif dawn intlaħqu;

- id-dmirijiet u l-ħtiġijiet ta’ l-Awtorità għas-snin li ġejjin.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-[...] jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, [...]

Mill-Kunsill

Il-President

2005/0079 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2965/94 dwar il-ħolqien ta' Ċentru għat-Traduzzjoni tal-korpi ta’ l-Unjoni Ewropea għal dak li għandu x’jaqsam mal-mandat tad-Direttur

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l–Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 308 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni[38],

Wara li kkunsidra l-fehma tal-Parlament Ewropew[39],

Billi:

(1) Huwa meħtieġ li jiġu armonizzati r-regoli dwar il-kundizzjonijiet u l-proċeduri applikabbli għat-tiġdid tal-mandat tad-Direttur, tal-Viċi Direttur jew, jekk ikun il-każ, tal-President, ta’ ċertu aġenziji tal-Komunità.

(2) Għandha ssir dispożizzjoni biex il-mandat ikun jista’ jiġġedded għal darba waħda wara li ssir evalwazzjoni xierqa,

(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar il-ħolqien ta' Ċentru għat-Traduzzjoni tal-korpi ta’ l-Unjoni Ewropea[40], għandu għalhekk jiġi emendat,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 2965/94 jinbidel b'dan li ġej:

« 1. Iċ-Ċentru se jkun immexxi minn Direttur imtella’ mill-Bord ta' Tmexxija fuq proposta tal-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin, li, fuq proposta tal-Kummissjoni, u wara evalwazzjoni, jista' jiġi mġedded darba waħda għal perjodu li ma jaqbiżx il-ħames snin.

Fil-qafas ta’ l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni tagħti każ b’mod partikolari:

- ir-riżultati miksuba matul l-ewwel mandat u l-mod kif dawn intlaħqu;

- id-dmirijiet u l-ħtiġijiet taċ-Ċentru għas-snin li ġejjin.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-[...] jum ta’ wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, [...]

Mill-Kunsill

Il-President

2005/0080 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1035/97 dwar il-ħolqien ta' Ċentru Ewropew a’ Monitoraġġ dwar ir-Razziżmu u l-Ksenofobija għal dak li għandu x’jaqsam ma’ mandat tad-Direttur

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 284 u 308 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni[41],

Wara li kkunsidra l-fehma tal-Parlament Ewropew[42],

Wara li kkunsidra l-fehma tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[43],

Wara li kkunsidra l-fehma tal-Kumitat tar-Reġjuni[44],

Billi:

(1) Jeħtieġ li jiġu armonizzati r-regoli dwar il-kundizzjonijiet u l-proċeduri applikabbli għat-tiġdid tal-mandat tad-Direttur, tal-Viċi Direttur, jew, jekk ikun il-każ, tal-President, ta’ ċerti aġenziji tal-Komunità.

(2) Għandhom isiru dispożizzjonijiet biex il-mandat ikun jista’ jiġġedded għal darba waħda, wara li ssir evalwazzjoni xierqa’.

(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1035/97 tat-2 ta' Ġunju 1997 li jistabbilixxi l-ħolqien ta' Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ dwar ir-Razziżmu u l-Ksenofobija[45] għandu għalhekk jiġi emendat,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1035/97 jinbidel b'dan li ġej:

“1. Iċ-Ċentru se jkun immexxi minn Direttur imtella’ mill-Bord ta' Tmexxija fuq proposta tal-Kummissjoni għal perjodu ta' erba’ snin, li, fuq proposta tal-Kummissjoni u wara evalwazzjoni, jista' jiġġedded darba waħda għal perjodu ta’mhux aktar minn erba’ snin.

Fl-evalwazzjoni l-Kummissjoni għandha teżamina b’mod partikolari:

- ir-riżultati miksuba matul l-ewwel mandat u l-mod kif dawn intlaħqu;

- id-dmirijiet u l-ħtiġijiet taċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ għas-snin li ġejjin.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-[...] jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, [...]

Mill-Kunsill

Il-President

2005/0081 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 178/2002 dwar dak li għandu x’jaqsam mal-mandat tad-Direttur ta’ l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 37, 95, 133 u l-Artikolu 152(4)(b) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni[46],

Wara li kkunsidraw il-fehma tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[47],

Wara li kkunsidraw il-fehma tal-Kumitat tar-Reġjuni[48],

Jaġixxu skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 251 tat-Trattat[49],

Billi:

(1) Huwa meħtieġ li jiġu armonizzati r-regoli dwar il-kundizzjonijiet u l-proċeduri applikabbli għat-tiġdid tal-mandat tad-Direttur, tal-Viċi Direttur jew, jekk ikun il-każ, tal-President, ta’ ċertu aġenziji tal-Komunità.

(2) Għandha ssir dispożizzjoni biex il-mandat ikun jista’ jiġġedded għal darba waħda wara li ssir evalwazzjoni xierqa,

(3) Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji u l-preskrizzjonijiet ġenerali tal-leġiżlazzjoni dwar l-ikel, li jwaqqaf Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel u li jistabbilixxi l-proċeduri dwar is-sigurtà ta' l-ikel[50], għandu għalhekk jiġi emendat,

ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 26(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 huwa emendat kif ġej:

1. Fl-ewwel sentenza, il-kliem “li jista’ jiġġedded” jitneħħa.

2. Jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“Dwar il-proposta tal-Kummissjoni u wara evalazzjoni, il-mandat tad-direttur eżekuttiv jista’ jiġġedded darba waħda għal perjodu li ma jaqbiżx il-ħames snin.

Fil-qafas ta’ l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni tagħti każ b’mod partikolari:

- ir-riżultati miksuba matul l-ewwel mandat u l-mod kif dawn intlaħqu;

- id-dmirijiet u l-ħtiġijiet ta’ l-Awtorità għas-snin li ġejjin.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-[...] jum ta’ wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, [...]

Mill-Parlament Ewropew Mill-Kunsill

Il-President Il-President

2005/0082 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 851/2004 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal dak li għandu x’jaqsam mal-mandat ta’ Direttur

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l–Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 152(4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni[51],

Wara li kkunsidraw il-fehma tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[52],

Wara li kkunsidraw il-fehma tal-Kumitat tar-Reġjuni[53],

Jaġixxu skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 251 tat-Trattat[54],

Billi:

(1) Huwa meħtieġ li jiġu armonizzati r-regoli dwar il-kundizzjonijiet u l-proċeduri applikabbli għat-tiġdid tal-mandat tad-Direttur, tal-Viċi Direttur jew, jekk ikun il-każ, tal-President, ta’ ċertu aġenziji tal-Komunità.

(2) Għandha ssir dispożizzjoni biex il-mandat ikun jista’ jiġġedded għal darba waħda wara li ssir evalwazzjoni xierqa,

(3) Ir-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard[55], għandu għalhekk jiġi emendat,

ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 851/2004 jinbidel b'dan li ġej:

« 1. Id-Direttur jiġi maħtur mill-Bord ta' Tmexxija skond lista ta' applikanti proposta mill-Kummissjoni wara li jkun hemm kompetizzjoni miftuħa, wara li tkun ġiet ippubblikata sejħa għall-applikazzjonijiet fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u f’pubblikazzjonijiet oħra, għal perjodu ta’ ħames snin, li, fuq proposta mill-Kummissjoni, u wara evalwazzjoni, jista’ jittawwal darba għal perjodu li ma jaqbiżx il-ħames snin.

Fil-qafas ta’ l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni tagħti każ b’mod partikolari:

- tar-riżultati miksuba matul l-ewwel mandat u l-mod kif dawn intlaħqu;

- tad-dmirijiet u l-ħtiġijiet taċ-Ċentru għas-snin li ġejjin.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-[...] jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, [...]

Mill-Parlament Ewropew Mill-Kunsill

Il-President Il-President

2005/0083 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 726/2004 dwar dak li għandu x’jaqsam mal-mandat tad-Direttur ta’ l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 u l-Artikolu 152(4)(b) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni[56],

Wara li kkunsidraw il-fehma tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[57],

Wara li kkunsidraw il-fehma tal-Kumitat tar-Reġjuni[58],

Huma u jaġixxu skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 251 tat-Trattat[59],

Billi:

(1) Jeħtieġ li jiġu armonizzati r-regoli dwar il-kundizzjonijiet u l-proċeduri applikabbli għat-tiġdid tal-mandat tad-Direttur, tal-Viċi Direttur jew, jekk ikun il-każ, tal-President, ta’ ċertu aġenziji tal-Komunità.

(2) Għandha issir dispożizzjoni biex il-mandat jiġġedded għal darba waħda, wara li ssir evalwazzjoni xierqa.

(3) Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta’ prodotti mediċinali għall-użu fuq il-bnedmin u użu veterinarju u li jwaqqaf Aġenzija Ewropea tal-Mediċini[60] għandu għalhekk jiġi emendat,

ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 64(1) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 huwa emendat kif ġej:

1. It-tielet sentenza titħassar.

2. Is-subparagrafi li ġejjin huma miżjuda wara r-raba’ sentenza:

“Fuq proposta tal-Kummissjoni u wara evalazzjoni, il-mandat tad-direttur eżekuttiv jista’ jiġġedded darba waħda għal perjodu ta’ mhux aktar minn ħames snin.

Fl-evalwazzjoni l-Kummissjoni għandha teżamina b’mod partikolari:

- ir-riżultati miksuba matul l-ewwel mandat u l-mod kif dawn intlaħqu;

- id-dmirijiet u l-ħtiġijiet ta’ l-Aġenzija għas-snin li ġejjin.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-[...] jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, [...]

Mill-Parlament Ewropew Mill-Kunsill

Il-President Il-President

2005/0084 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar dak li għandu x’jaqsam mal-mandat tad-Direttur Eżekuttiv ta’ l-Awtorità Ewropea ta’ Superviżjoni tal-GNSS

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 308 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni[61],

Wara li kkunsidra l-fehma tal-Parlament Ewropew[62],

Billi:

(1) Huwa meħtieġ li jiġu armonizzati r-regoli dwar il-kundizzjonijiet u l-proċeduri applikabbli għat-tiġdid tal-mandat tad-Direttur, tal-Viċi Direttur jew, jekk ikun il-każ, tal-President, ta’ ċertu aġenziji tal-Komunità.

(2) Għandhom isiru dispożizzjonijiet sabiex il-mandat ikun jista’ jiġġedded għal darba waħda wara li ssir evalwazzjoni xierqa,

(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1321/2004 tat-12 ta’ Lulju 2004 dwar l-istabbilizzazzjoni ta’ l-istrutturi tat-tmexxija tal-programmi ewropej tar-radju-navigazzjoni bis-satellita għandhom għalhekk jiġu emendati[63],

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1321/2004 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv huwa ta’ ħames snin. Fuq proposta tal-Kummissjoni u wara evalazzjoni, jista’ jiġġedded darba waħda għal perjodu li ma jaqbiżx il-ħames snin.

Fil-qafas ta’ l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni tagħti każ b’mod partikolari:

- ir-riżultati miksuba matul l-ewwel mandat u l-mod kif dawn intlaħqu;

- id-dmirijiet u l-ħtiġijiet ta’ l-Awtorità għas-snin li ġejjin.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-[...] jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, [...]

Mill-Kunsill

Il-President

2005/0085 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2062/94 li jwaqqaf Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għal dak li għandu x’jaqsam mal-mandat tad-Direttur

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 137(1)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta tal-Kummissjoni[64],

Wara li kkunsidraw il-fehma tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[65],

Wara li kkunsidraw il-fehma tal-Kumitat tar-Reġjuni[66],

Jaġixxu skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 251 tat-Trattat[67],

Billi:

(1) Huwa meħtieġ li jiġu armonizzati r-regoli dwar il-kundizzjonijiet u l-proċeduri applikabbli għat-tiġdid tal-mandat tad-Direttur, tal-Viċi Direttur jew, jekk ikun il-każ, tal-President, ta’ ċertu aġenziji tal-Komunità.

(2) Huwa xieraq li jkun hemm il-possibilità li l-mandat ikun jista’ jiġedded għal darba waħda wara li ssir evalwazzjoni xierqa,

(3) Xieraq għalhekk li jiġi emendat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2062/94 tat-18 ta’ Lulju 1994 li jwaqqaf Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol[68],

ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 2062/94 jinbidel b'dan li ġej:

« 1. L-Aġenzija se tkun immexxija minn Direttur maħtur mill-Bord ta' Tmexxija fuq proposta tal-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin, li, fuq proposta tal-Kummissjoni, u wara evalwazzjoni, jista' jiġi mtawwal darba waħda għal perjodu li ma jaqbiżx il-ħames snin.

Fil-qafas ta’ l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni tagħti każ b’mod partikolari:

- ir-riżultati miksuba matul l-ewwel mandat u l-mod kif dawn intlaħqu;

- id-dmirijiet u l-ħtiġijiet ta’ l-Aġenzija għas-snin li ġejjin.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-[...] jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, [...]

Mill-Parlament Ewropew Mill-Kunsill

Il-President Il-President

2005/0086 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 li jwaqqaf Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għal dak li għandu x’jaqsam mal-mandat ta’ Direttur Eżekuttiv

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni[69],

Wara li kkunsidraw il-fehma tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[70],

Wara li kkunsidraw il-fehma tal-Kumitat tar-Reġjuni[71],

Jaġixxu skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 251 tat-Trattat[72],

Billi:

(1) Huwa meħtieġ li jiġu armonizzati r-regoli dwar il-kundizzjonijiet u l-proċeduri applikabbli għat-tiġdid tal-mandat tad-Direttur, tal-Viċi Direttur jew, jekk ikun il-każ, tal-President, ta’ ċertu aġenziji tal-Komunità.

(2) Għandha ssir dispożizzjoni biex il-mandat ikun jista’ jiġġedded għal darba waħda wara li ssir evalwazzjoni xierqa,

(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 li jwaqqaf Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima[73], għandu għalhekk jiġi emendat,

ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002 jinbidel b'dan li ġej:

“2. Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv huwa ta’ ħames snin. Fuq proposta tal-Kummissjoni u wara evalazzjoni, jista’ jiġġedded darba waħda għal perjodu li ma jaqbiżx il-ħames snin.

Fil-qafas ta’ l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni tagħti każ b’mod partikolari:

- ir-riżultati miksuba matul l-ewwel mandat u l-mod kif dawn intlaħqu;

- id-dmirijiet u l-ħtiġijiet ta’ l-Aġenzija għas-snin li ġejjin.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-[...] jum ta’ wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, [...]

Mill-Parlament Ewropew Mill-Kunsill

Il-President Il-President

2005/0087 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1592/2002 għal dak li għandu x’jaqsam mal-mandat tad-Direttur Eżekuttiv u tad-Diretturi ta’ l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni[74],

Wara li kkunsidraw il-fehma tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[75],

Wara li kkunsidraw il-fehma tal-Kumitat tar-Reġjuni[76],

Jaġixxu skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 251 tat-Trattat[77],

Billi:

(1) Huwa meħtieġ li jiġu armonizzati r-regoli dwar il-kundizzjonijiet u l-proċeduri applikabbli għat-tiġdid tal-mandat tad-Direttur, tal-Viċi Direttur jew, jekk ikun il-każ, tal-President, ta’ ċerti aġenziji tal-Komunità.

(2) Għandha ssir proviżjoni sabiex il-mandat ikun jista’ jiġġedded għal darba waħda wara li ssir evalwazzjoni xierqa,

(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2002 dwar ir-regoli komuni fil-qasam ta’ l-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni[78] għandu għalhekk jiġi emendat,

ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 30(4) tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002 jinbidel b'dan li ġej:

“2. Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv u tad-Diretturi huwa ta’ ħames snin. Fuq proposta tal-Kummissjoni u wara evalazzjoni, jista’ jiġġedded darba waħda għal perjodu li ma jaqbiżx il-ħames snin.

Fil-qafas ta’ l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni tagħti każ b’mod partikolari:

- tar-riżultati miksuba matul l-ewwel mandat u l-mod kif dawn intlaħqu;

- tad-dmirijiet u l-ħtiġijiet ta’ l-Aġenzija għas-snin li ġejjin.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-[...] jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, [...]

Mill-Parlament Ewropew Mill-Kunsill

Il-President Il-President

2005/0088 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 881/2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji għal dak li għandu x’jaqsam mal-mandat tad-Direttur Eżekuttiv

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 71(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta tal-Kummissjoni[79],

Wara li kkunsidraw il-fehma tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[80],

Wara li kkunsidraw il-fehma tal-Kumitat tar-Reġjuni[81],

Jaġixxu skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 251 tat-Trattat[82],

Billi:

(1) Huwa meħtieġ li jiġu armonizzati r-regoli dwar il-kundizzjonijiet u l-proċeduri applikabbli għat-tiġdid tal-mandat tad-Direttur, tal-Viċi Direttur jew, jekk ikun il-każ, tal-President, ta’ ċerti aġenziji tal-Komunità.

(2) Huwa f'loku li jkun hemm il-possibilità li l-mandat ikun jista’ jiġedded għal darba waħda wara li ssir evalwazzjoni xierqa,

(3) Jaqbel għalhekk li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji[83],

ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 31(3) tar-Regolament (KE) Nru 881/2004 jinbidel b'dan li ġej:

« 3. Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv huwa ta’ ħames snin. Fuq proposta tal-Kummissjoni u wara evalazzjoni, jista’ jiġġedded darba waħda għal perijodu li ma jaqbiżx il-ħames snin.

Fil-qafas ta’ l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni tagħti każ b’mod partikolari:

- ir-riżultati miksuba matul l-ewwel mandat u l-mod kif dawn intlaħqu;

- id-dmirijiet u l-ħtiġijiet ta’ l-Awtorità għas-snin li ġejjin.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-[...] jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, [...]

Mill-Parlament Ewropew Mill-Kunsill

Il-President Il-President

2005/0089 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2007/2004 għal dak li għandu x’jaqsam mal-mandat tad-Direttur Eżekuttiv u tal-Viċi Direttur Eżekuttiv ta’ l-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 62(2)(a) u 66 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni[84],

Wara li kkunsidra l-fehma tal-Parlament Ewropew[85],

Wara li kkunsidra l-fehma tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[86],

Billi:

(1) Jeħtieġ li jiġu armonizzati r-regoli dwar il-kundizzjonijiet u l-proċeduri applikabbli għat-tiġdid tal-mandat tad-Direttur, tal-Viċi Direttur jew, jekk ikun il-każ, tal-President, ta’ ċerti aġenziji tal-Komunità.

(2) Għandha ssir dispożizzjoni biex dan il-mandat jiġġedded għal darba waħda, wara li ssir evalwazzjoni xierqa.

(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta’ Ottubru 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea[87] għandu għalhekk jiġi emendat,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 26(5) tar-Regolament (KE) Nru 2007/2004 għandha tinbidel b'dan li ġej:

“Fuq proposta tal-Kummissjoni u wara evalazzjoni, il-mandat tagħhom jista’ jiġġedded mill-Bord ta’ Tmexxija darba waħda għal perjodu ta’mhux aktar minn ħames snin.

Fl-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha teżamina b’mod partikolari:

- ir-riżultati miksuba matul l-ewwel mandat u l-mod kif dawn intlaħqu;

- id-dmirijiet u l-ħtiġijiet ta’ l-Aġenzija għas-snin li ġejjin.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-[...] jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, [...]

Mill-Kunsill

Il-President

[1] ĠU L 306 tas-7.12.2000 u COM(2004) 451 finali tat-28.6.2004

[2] ĠU L 77 tat-13.3.2004, p. 1

[3] COM(2003) 644 finali

[4] COM(2004) 289 finali

[5] ĠU C [...] tal- [...], p. [...].

[6] ĠU C [...] tal- [...], p. [...].

[7] ĠU C [...] tal- [...], p. [...].

[8] Fehma tal-Parlament Ewropew tal-

[9] ĠU L 120 tal-11.5.1990, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1641/2003 (ĠU L 245, tad-29.09.03, p.3).

[10] ĠU C [...] tal- [...], p. [...].

[11] ĠU C [...] tal- [...], p. [...].

[12] ĠU C [...] tal- [...], p. [...].

[13] Fehma tal-Parlament Ewropew tal-

[14] ĠU L 39 tas-13.2.1975, p. 1 Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2051/2004 (ĠU L 355, ta’ l-1.12.2004 p.1).

[15] ĠU C [...] tal- [...], p. [...].

[16] ĠU C [...] tal- [...], p. [...].

[17] ĠU C [...] tal- [...], p. [...].

[18] Fehma tal-Parlament Ewropew tal-

[19] ĠU L 139 tat-30.5.1975, p. 1 Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1649/2003 (ĠU L 245, tad-29.09.03, pġ. 25).

[20] ĠU C [...] tal- [...], p. [...].

[21] ĠU C [...] tal- [...], p. [...].

[22] ĠU C [...] tal- [...], p. [...].

[23] Fehma tal-Parlament Ewropew tal-

[24] ĠU L 131 tat-23.5.1990, p. 1 Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1648/2003 (ĠU L 245, tad-29.09.03, pġ. 22).

[25] ĠU C [...] tal- [...], p. [...].

[26] ĠU C [...] tal- [...], p. [...].

[27] ĠU C [...] tal- [...], p. [...].

[28] Fehma tal-Parlament Ewropew tal-

[29] ĠU L 36 tat-12.2.1993, p.1. Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1651/2003 (ĠU L 245 tad-29.9.2003, p. 30)

[30] ĠU C [...] tal- [...], p. [...].

[31] ĠU C [...] tal- [...], p. [...].

[32] ĠU C [...] tal- [...], p. [...].

[33] ĠU L 11 ta’ l-14.1.1994, p.1. Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 422/2004 (ĠU L 70 tad-9.3.2004, p.1)

[34] ĠU C [...] tal- [...], p. [...].

[35] ĠU C [...] tal- [...], p. [...].

[36] ĠU C [...] tal- [...], p. [...].

[37] ĠU L 227 ta’ l-1.9.1994, p.1. Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 873/2003 (ĠU L 162 tat-30.4.2004, p. 38)

[38] ĠU C [...] tal- [...], p. [...].

[39] ĠU C [...] tal- [...], p. [...].

[40] ĠU L 314 tas-7.12.1994, p.1. Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1645/2003 (ĠU L 245 tad-29.9.2003, p. 13)

[41] ĠU C [...] tal- [...], p. [...].

[42] ĠU C [...] tal- [...], p. [...].

[43] ĠU C [...] tal- [...], p. [...].

[44] ĠU C [...] tal- [...], p. [...].

[45] ĠU L 151 ta’ l.10.6.1997, p.1. Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1652/2003 (ĠU L 245 tad-29.9.2003, p. 33)

[46] ĠU C [...] tal- [...], p. [...].

[47] ĠU C [...] tal- [...], p. [...].

[48] ĠU C [...] tal- [...], p. [...].

[49] Fehma tal-Parlament Ewropew tal-

[50] ĠU L 31 ta’ l-1.2.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1642/2003 (ĠU L 245, tad-29.9.2003, p. 4)

[51] ĠU C [...] tal- [...], p. [...].

[52] ĠU C [...] tal- [...], p. [...].

[53] ĠU C [...] tal- [...], p. [...].

[54] Fehma tal-Parlament Ewropew tal-

[55] ĠU L 142 tat-30.4.2004, p.1.

[56] ĠU C [...] tal- [...], p. [...].

[57] ĠU C [...] tal- [...], p. [...].

[58] ĠU C [...] tal- [...], p. [...].

[59] Fehma tal-Parlament Ewropew tal-

[60] ĠU L 136 tat-30.4.2004, p.1.

[61] ĠU C [...] tal- [...], p. [...].

[62] ĠU C [...] tal- [...], p. [...].

[63] ĠU L 246 ta’ l-20.7.2004, p. 1.

[64] ĠU C [...] tal- [...], p. [...].

[65] ĠU C [...] tal- [...], p. [...].

[66] ĠU C [...] tal- [...], p. [...].

[67] Fehma tal-Parlament Ewropew tal-

[68] ĠU L 216, ta’ l-20 ta’ Awwissu 1994, p. 1 Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1654/2003 (ĠU L 245, tad-29.9.2003, p. 38).

[69] ĠU C [...] tal- [...], p. [...].

[70] ĠU C [...] tal- [...], p. [...].

[71] ĠU C [...] tal- [...], p. [...].

[72] Fehma tal-Parlament Ewropew tal-

[73] ĠU L 208 tal-5.8.2002, p.1. Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 724/2004 (ĠU L 129 tad-29.4.2004, p.1)

[74] ĠU C [...] tal- [...], p. [...].

[75] ĠU C [...] tal- [...], p. [...].

[76] ĠU C [...] tal- [...], p. [...].

[77] Fehma tal-Parlament Ewropew tal-...

[78] ĠU L 240 tas-7.9.2002, p.1. Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1701/2003 (ĠU L 243 tas-27.9.2003, p.5)

[79] ĠU C [...] tal- [...], p. [...].

[80] ĠU C [...] tal- [...], p. [...].

[81] ĠU C [...] tal- [...], p. [...].

[82] Fehma tal-Parlament Ewropew tal-

[83] ĠU L 164 tat-30.4.2004, p.1.

[84] ĠU C [...] tal- [...], p. [...].

[85] ĠU C [...] tal- [...], p. [...].

[86] ĠU C [...] tal- [...], p. [...].

[87] ĠU L 349 tal-25.11.2004, p.1.