52005PC0022

Opinjoni tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat ta’ l-UE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għal pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar proposta għal regolament tal-Parlament ewropewu tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta’residwi ta’ pestiċidi fl-ikel jew fuq ikel u għalf li joriġinaw mill-pjanti jew l-annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (KUMM (2003) 117 Finali – 2003/0052 (COD)) li temenda l-proposta tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat KE /* KUMM/2005/0022 finali - COD 2003/0052 */


Brussel 25.1.2005

KUMM(2005) 22 finali

2003/0052 (COD)

OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skond l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat ta’ l-UE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għal pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEWU TAL-KUNSILL dwar il-livelli massimi ta’residwi ta’ pestiċidi fl-ikel jew fuq ikel u għalf li joriġinaw mill-pjanti jew l-annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (KUMM (2003) 117 Finali – 2003/0052 (COD))

LI TEMENDA L-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONISKOND L-ARTIKOLU 250 (2) TAT-TRATTAT KE

2003/0052 (COD)

OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skond l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat ta’ l-UE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għal pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEWU TAL-KUNSILLdwar il-livelli massimi ta’residwi ta’ pestiċidi fl-ikel jew fuq ikel u għalf li joriġinaw mill-pjanti jew l-annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (KUMM (2003) 117 Finali – 2003/0052 (COD ))

1- SFOND

Il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi fl-ikel jew fuq ikel u għalf li joriġinaw mill-pjanti jew l-annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE(KUMM (2003) 117 Finali) ġiet adottata mill-Kummissjoni fl-14 ta' Marzu 2003.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ta l-Opinjoni tiegħu fis-16 ta’ Lulju 2003.

Il-Kumitat tar-Reġjuni ddeċieda li ma joħroġx Opinjoni dwar il-proposta.

Il-Parlament Ewropew ta l-Opinjoni tiegħu (l-Ewwel Qari) fl-20 ta’ April 2004.

Il-Kummissjoni adottat il-proposta emendata fis-26 ta’ April 2004.

Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill ġiet mgħarrfa lill-Parlament Ewropew fit-8 ta’ Settembru 2004.

Il-Parlament Ewropew ta l-Opinjoni tiegħu (it-Tieni Qari) fil-15 ta’ Diċembru 2004.

L-Opinjoni tistipula l-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi adottati mill-Parlament Ewropew fil-15 ta’ Diċembru 2004 skond l-Artikolu 251 (2)(c) tat-Trattat ta’ l-KE.

2- L-GĦAN TAL-PROPOSTA TAL- KUMMISSJONI

1. L-għan ta’ l-abbozz tar-Regolament propost hu li jibdel, jikkodifika u jissemplifika l-erba’ Direttivi tal-Kunsill eżistenti dwar il-Livelli Massimi ta’ Residwi (MRLs) għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti (d-Direttivi 76/895/KEE, 86/362/KEE, 86/363/KEE U 90/642/KEE), sabiex jiġu armonizzati l-MRLs kollha fuq livell ta’ l-UE u sabiex jiġu mfissra r-rwoli ta’ l-Istati Membri, tal-Kummissjoni, u ta’ l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta’ l-Ikel (EFSA) u ta’ partijiet oħrajn fil-proċess ta’ stabbiliment ta’ l-MRLs.

2. Ir-Regolament jipprovdi sabiex l-MRLs ikunu jistgħu jiġu applikati u inforzati direttament fl-Istati Membri, megħjuna mill-istudji dwar ir-riskji lill-konsumatur li huma disponibbli pubblikament u li għalihom l-EFSA għandha r-responsabbilità sħiħa. Fejn prodotti għal ħarsien tal-pjanti mhumiex awtorizzati sabiex jintużaw fil-Komunità, jew fejn l-użu barra mill-Komunità mhux aċċettat f'termini ta’ inġestjoni ta’ residwi mill-konsumaturi, jew fejn id-data mhix biżżejjed biex jitlesta studju dwar ir-riskji, valur pre-stabbilit ta’ 0.01 mg/kg għandu japplika.

3. Ir-Regolament jiddefinixxi l-obbligi ta’ l-Istati Membri fir-rigward tal-kontroll u l-infurzar ta’ l-MRLs u r-rappurtar ta’ data dwar il-kontroll u l-infurzar lill-EFSA u l-pubblikazzjoni ta’ din id-data f’rapport annwali mill-EFSA.

3. L-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi proposti mill-parlament

3.1. Taqsira tal-pożizzjoni tal-Kummissjoni

Il-Parlament Ewropew adotta 35 emenda. L-emendi kollha jistgħu jiġu aċċettati mill-Kummissjoni mingħajr riżervi.

3.2. L-emendi tal-Parlament wara t-tieni qari

L-emendi adottati huma b’riżultat tal-kompromess bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni milħuq fin-negozjati matul it-tieni qari tal-proċedura ta' Deċiżjoni Konġunta. It-test li rriżulta huwa kompromess sodisfaċenti għall-Kummissjoni. Xi emendi dwar l-istabbiliment tal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi (MRLs) jirriflettu l-prassi ta' ħidma li teżisti digà, u jsemmuhom b’mod espliċitu fil-leġiżlazzjoni. Emendi oħra jipprovdu għall-iżvilupp u l-applikazzjoni tal-metodoloġija l-ġdida. Il-Kummissjoni hija favur l-emendi kollha u dan għamlitu ċar waqt in-negozjati. L-emendi huma konformi mal-proposta oriġinali u huma pass ’il quddiem meta mqabbla mal-leġiżlazzjoni eżistenti.

4. Konklużjoni

Skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE, il-Kummissjoni temenda l-proposta kif stipulat hawn fuq.